RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tħassar id-Deċiżjoni 2007/124/KE, Euratom li tistabbilixxi għall-Perijodu 2007-2013, bħala parti mill-programmi Ġenerali dwar is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet, l-Programmi Speċifiċi ''Prevenzjoni, Stat ta' Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà''

4.12.2013 - (15187/2013 – C7‑0418/2013 – 2013/0281(APP)) - ***

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar
(Proċedura semplifikata – Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2013/0281(APP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0432/2013
Testi mressqa :
A7-0432/2013
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tħassar id-Deċiżjoni 2007/124/KE, Euratom li tistabbilixxi għall-Perijodu 2007-2013, bħala parti mill-programmi Ġenerali dwar is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet, l-Programmi Speċifiċi ''Prevenzjoni, Stat ta' Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà''

(15187/2013 – C7‑0418/2013 – 2013/0281(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15178/2013),

–   wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 203 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (C7–0418/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 81(1) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7‑0432/2013),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Programm Speċifiku "Prevenzjoni, Stat ta' Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà'' (il-programm speċifiku CIPS) attwali ġie stabbilit għall-perjodu 2007-2013.

Għandu l-għan li jipprevjeni, iħejji u jipproteġi l-persuni u l-infrastruttura kritika kontra attakki terroristiċi u inċidenti oħra relatati mas-sigurtà.

Dan il-programm se jiġi sostitwit permezz tal-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014-2020.

Minħabba l-fatt li l-programm speċifiku CIPS ġie adottat fl-ambitu ta' bażi ġuridika doppja (KE, Euratom), jeħtieġ att ġuridiku separat biex jirrevokah.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

17.9.2013

Data tal-adozzjoni

27.11.2013