RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp

6.12.2013 - (COM(2011)0840 – C7‑0493/2011 – 2011/0406(COD)) - ***I

Kumitat għall-Iżvilupp
Rapporteur: Thijs Berman


Proċedura : 2011/0406(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0450/2013

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp

(COM(2011)0840 – C7‑0493/2011 – 2011/0406(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0840),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 209(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0493/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tal-4 ta' Diċembru 2013 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0450/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni tal-Parlament, u d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[1]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

Strument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp

Test ta' kompromess finali li jirrifletti l-eżitu tat-trilogu tat-2 ta' Diċembru 2013

REGOLAMENT (UE) .../20..

TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta'

li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 209(1) u 212(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[2],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja[3],

Billi:

(1)         Dan ir-Regolament jifforma parti mill-politika ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni u jikkostittwixxi wieħed mill-istrumenti li jipprovdu appoġġ ▌għall-politiki esterni tal-Unjoni Ewropea. Jieħu post ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1905/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013.

(1a)       Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi, għaż-żmien kollu li jdum fis-seħħ l-istrument, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt [..] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tajba, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

(2)         Il-ġlieda kontra l-faqar tibqa’ l-objettiv primarju tal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-iżvilupp, kif stabbilit fit-Titolu V, Kapitolu 1 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Titolu III, Kapitolu 1 tal-Parti Ħamsa tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs), u impenji u objettivi oħra tal-iżvilupp maqbula internazzjonaliment approvati mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u fora internazzjonali kompetenti oħra.

(3)  Il-Kunsens Ewropew, li huwa dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-iżvilupp, u l-modifiki għalih li ntlaħaq qbil dwarhom, jipprovdu l-qafas tal-politika ġenerali, l-orjentazzjonijiet u l-iffokar li jiggwida l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(3 ġdid) Matul iż-żmien, l-assistenza tal-Unjoni għandha tikkontribwixxi biex tonqos id-dipendenza mill-għajnuna.

(4)         L-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tiġi ggwidata mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha u li tfittex li tavvanza fil-bqija tad-dinja: id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett tad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-NU u d-dritt internazzjonali. Hija tfittex li tiżviluppa u tikkonsolida l-impenn lejn dawn il-prinċipji f'pajjiżi, territorji u reġjuni sħab permezz ta’ djalogu u kooperazzjoni. Waqt li taħdem għal dawk il-prinċipji, l-Unjoni tipprovdi l-valur miżjud tagħha bħala attur fil-politiki dwar l-iżvilupp.

Meta timplimenta dan ir-Regolament, u b'mod partikolari matul il-proċess tal-ipprogrammar, l-Unjoni għandha tieħu kont dovut tal-prijoritajiet, l-objettivi u l-punti ta' riferiment fid-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija stabbiliti mill-Unjoni għal pajjiżi sħab, b'mod partikolari l-istrateġiji tagħha għall-pajjiżi dwar id-drittijiet tal-bniedem.

(4a)       L-Unjoni tirrikonoxxi li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, il-promozzjoni tal-istat tad-dritt, il-prinċipji demokratiċi, it-trasparenza, il-governanza tajba, il-paċi u l-istabbiltà u l-ugwaljanza bejn is-sessi huma essenzjali għall-iżvilupp tal-pajjiżi sħab u li tali aspetti għandhom ikunu integrati fil-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp, b'mod partikolari fl-ipprogrammar u l-konklużjoni ta' ftehimiet ma' pajjiżi sħab.

(5)         L-Unjoni għandha tfittex l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli sabiex tottimizza l-impatt tal-azzjoni esterna tagħha. Dan għandu jinkiseb permezz ta' approċċ komprensiv għal kull pajjiż ibbażat fuq il-kumplimentarjetà, il-ħolqien ta' sinerġiji u t-tisħiħ reċiproku tal-programmi mfassla fil-qafas ta' dan ir-Regolament u tal-istrumenti esterni l-oħra tal-Unjoni. Filwaqt illi tfittex il-konsistenza globali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 TUE, l-Unjoni għandha tiżgura l-koerenza politika dwar l-iżvilupp kif meħtieġ mill-Artikolu 208 TFUE.

(6)  Effikaċja tal-għajnuna, aktar trasparenza, kooperazzjoni u kumplimentarjetà u armonizzazzjoni aħjar, allinjament mal-pajjiżi sħab, kif ukoll koordinazzjoni tal-proċeduri, kemm bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha kif ukoll fir-relazzjonijiet ma' donaturi u atturi għall-iżvilupp oħra, huma essenzjali biex jiżguraw il-konsistenza u r-relevanza tal-għajnuna waqt li fl-istess ħin inaqqsu l-kostijiet imġarrba mill-pajjiżi sħab. Permezz tal-politika tagħha dwar l-iżvilupp, l-Unjoni hija impenjata li timplimenta l-konklużjonijiet tad-Dikjarazzjoni dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna adottata fil-Forum ta' Livell Għoli, li sar Pariġi, fit-2 ta' Marzu 2005, l-Aġenda ta' Accra għall-Azzjoni adottata fl-4 ta' Settembru 2008 u d-Dikjarazzjoni tagħhom ta' segwitu addottata f'Busan fl-1 ta' Diċembru 2011. ▌Dawn l-impenji wasslu għal numru ta’ konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill bħall-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar il-Kumplimentarjetà u t-Tqassim tax-Xogħol fil-Politika dwar l-Iżvilupp, u l-Qafas Operazzjonali dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna. Għandhom jissaħħu l-isforzi u l-proċeduri għall-kisba ta' pprogrammar konġunt.

(7)         L-assistenza tal-Unjoni għandha tappoġġa l-Istrateġija Konġunta Afrika-UE, adottata fis-Summit ta' Lisbona f'Diċembru 2007 u l-modifiki u ż-żidiet sussegwenti għaliha, abbażi tal-viżjoni, il-prinċipji u l-objettivi komuni li jirfdu s-sħubija strateġika Afrika-Unjoni Ewropea.

(8)  L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom itejbu l-konsistenza, il-koordinazzjoni u l-kumplimentarjetà tal-politiki rispettivi tagħhom dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, b’mod partikolari billi jirrispondu għall-prijoritajiet tal-pajjiżi u tar-reġjuni sħab fuq livell ta’ pajjiż u reġjonali. Sabiex jiġi żgurat li l-politika għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-Unjoni u dik tal-Istati Membri jikkumplimentaw u jsaħħu lil xulxin, u sabiex jiġi żgurat it-twassil ta’ għajnuna kosteffikaċi filwaqt li jiġu evitati s-sovrappożizzjoni kif ukoll il-lakuni, huwa kemm urġenti kif ukoll xieraq li jkunu previsti proċeduri ta’ pprogrammar konġunt li għandhom jiġu implimentati kull fejn ikun possibbli u rilevanti.

(9)         Il-politika u l-azzjoni internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp huma ggwidati mill-MDGs, bħall-qerda tal-faqar u l-ġuħ estrem, inkluż kwalunkwe modifika sussegwenti fihom, u mill-objettivi, il-prinċipji u l-impenji dwar l-iżvilupp approvati mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fosthom fil-kuntest tal-kooperazzjoni tagħhom fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti (NU) u fora internazzjonali kompetenti oħra fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Il-politika tal-Unjoni u l-azzjoni internazzjonali tagħha huma ggwidati wkoll mill-impenji u l-obbligi tagħha fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp, inkluż fost oħrajn id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Dritt għall-Iżvilupp.

(9a)  L-Unjoni Ewropea hija impenjata bil-qawwa favur l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala dritt uman, kwistjoni ta' ġustizzja soċjali u valur ta' qofol fil-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp; l-ugwaljanza bejn is-sessi hija ċentrali fil-kisba tal-MDGs kollha; il-Kunsill adotta l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-sessi u l-Emanċipazzjoni tan-Nisa fl-Iżvilupp (2010-2015).

(10)       L-Unjoni għandha, bħala kwistjoni ta' prijorità kbira, tippromwovi approċċ komprensiv b’rispons għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi u diżastru kif ukoll f’sitwazzjonijiet affettwati minn konflitti u f’sitwazzjonijiet fraġli, inkluż dawk ta’ transizzjoni u wara kriżi. Dan għandu jibni b’mod partikolari fuq il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sigurtà u l-Iżvilupp dwar rispons tal-UE għal sitwazzjonijiet ta’ fraġilità, il-prevenzjoni ta’ konflitti, kif ukoll kwalunkwe konklużjoni sussegwenti rilevanti. ▌

B'mod partikolari f'dawk is-sitwazzjonijiet fejn il-bżonnijiet huma l-aktar urġenti u l-faqar huwa l-aktar gravi u wkoll l-aktar mifrux, l-appoġġ tal-Unjoni għandu jimmira sabiex isaħħaħ ir-reżiljenza tal-pajjiżi u l-popolazzjonijiet tagħhom għal avvenimenti avversi. Dan għandu jsir permezz tat-taħlita xierqa ta' approċċi, tweġibiet u strumenti, b'mod partikolari billi jkun żgurat li l-approċċi orjentati lejn is-sigurtà, ▌umanitarji u tal-iżvilupp ikunu bbilanċjati, konsistenti u kkoordinati b'mod effettiv, biex b'hekk ikun hemm kollegament tal-għajnuna ta' emerġenza, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp (LRRD).

(11)  L-għajnuna mill-Unjoni għandha tiffoka fuq fejn ikollha l-akbar impatt, billi titqies il-kapaċità tagħha li taġixxi fuq skala globali u li tirrispondi għal sfidi globali bħall-qerda tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u inklużiv u l-promozzjoni tad-demokrazija mad-dinja kollha, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, l-involviment fit-tul u prevedibbli tagħha fl-għajnuna għall-iżvilupp u r-rwol tagħha fil-koordinament mal-Istati Membri tagħha. Biex ikun żgurat tali impatt, il-prinċipju tad-divrenzjar għandu jkun applikat mhux biss fil-livell tal-allokazzjoni tal-fondi, iżda wkoll fil-livell tal-ipprogrammar, biex ikun żgurat li l-kooperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp tkun immirata lejn il-pajjiżi sħab li għandhom l-iktar bżonnha, inkluż stati fraġli u stati li għandhom vulnerabbiltà għolja, u b'kapaċità limitata li jkollhom aċċess għal sorsi oħra ta' finanzjament biex jappoġġjaw l-iżvilupp proprju. L-UE għandha tidħol għal sħubijiet ġodda ma' pajjiżi li jikkwalifikaw mill-programmi bilaterali ta' għajnuna, notevolment abbażi tal-programmi tematiċi u reġjonali skont dawn l-istrumenti u l-istrumenti finanzjarji tematiċi l-oħra għall-azzjoni esterna tal-UE, b'mod partikolari l-Istrument ta' Sħubija ġdid.

(11a)     L-Unjoni għandha tfittex l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli sabiex tottimizza l-impatt tal-azzjoni esterna tagħha. Dan għandu jinkiseb permezz ta' koerenza u kumplimentarjetà bejn l-Istrumenti għall-azzjoni esterna, kif ukoll il-ħolqien ta' sinerġiji bejn dan l-Istrument, Strumenti oħra għal azzjoni esterna u politiki oħra tal-Unjoni. Dan għandu jinvolvi wkoll it-tisħiħ reċiproku tal-programmi ppjanati taħt dawn l-Istrumenti.

(12)  Dan ir-Regolament għandu jippermetti konsistenza akbar bejn il-politiki tal-Unjoni filwaqt li jirrispetta l-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp. Għandu jabilita l-allinjament sħiħ mal-pajjiżi u r-reġjuni sħab bl-użu, fejn ikun possibbli, ta' pjanijiet ta' żvilupp nazzjonali jew dokumenti komprensivi simili dwar l-iżvilupp, adottati bl-involviment tal-korpi nazzjonali u reġjonali kkonċernati, bħala l-bażi għall-ipprogrammar tal-azzjoni tal-Unjoni; u jfittex koordinament aħjar fost id-donaturi, b'mod partikolari bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, permezz ta' pprogrammar konġunt.

(13)       Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjaretà u tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(14)  F'dinja globalizzata, politiki interni differenti tal-UE bħall-ambjent, it-tibdil fil-klima, il-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli, l-impjiegi (inkluż xogħol diċenti għal kulħadd), ugwaljanza bejn is-sessi, l-enerġija, l-ilma, it-trasport, is-saħħa, l-edukazzjoni, il-ġustizzja u s-sigurtà, il-kultura, ir-riċerka u l-innovazzjoni, is-soċjetà informatika, il-migrazzjoni, l-agrikoltura u s-sajd, qed isiru dejjem iktar parti mill-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea. ▌

Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, jiġifieri mudelli ta' tkabbir li jtejbu l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u jippermettu lill-foqra jżidu l-kontribut tagħhom għall-ġid nazzjonali u jibbenefikaw minnu, tissottolinja l-impenn tal-Unjoni li tippromwovi, fil-politiki interni u esterni tagħha, tkabbir inklużiv u sostenibbli li jgħaqqad flimkien tliet pilastri: il-pilastru ekonomiku u dawk soċjali u ambjentali.

(15)       Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-ambjent huma fost l-isfidi l-kbar li jiffaċċaw l-Unjoni u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw fejn il-bżonn ta' azzjoni nazzjonali u internazzjonali huwa wieħed urġenti. Dan ir-regolament għandu għalhekk jikkontribwixxi għall-objettiv li mill-inqas 20% tal-baġit tal-UE jkun indirizzat lejn soċjetà b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għall-klima, u li l-programm globali tal-beni u l-isfidi pubbliċi għandu juża mill-inqas 25 % tal-fondi tiegħu biex ikopri t-tibdil fil-klima u l-ambjent. Azzjonijiet f'dawn ▌ l-oqsma għandhom, kull fejn hu possibbli, jappoġġaw lil xulxin b'mod reċiproku biex isaħħu l-impatti tagħhom.

(16)  Dan ir-Regolament għandu jippermetti li l-Unjoni tikkontribwixxi għall-issodisfar tal-impenn konġunt tal-Unjoni li tipprovdi appoġġ kontinwu ▌għall-iżvilupp tal-bniedem sabiex jittejbu l-ħajjiet tan-nies. Biex jikkontribwixxi għal dak il-għan, mill-inqas 25 % tal-programm globali għall-beni u l-isfidi pubbliċi għandu jappoġġja dak il-qasam ta' żvilupp.

Mill-inqas 20 % tal-assistenza allokata taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu allokati lis-servizzi soċjali bażiċi, iffokati fuq is-saħħa u l-edukazzjoni, u l-edukazzjoni sekondarja, waqt li jkun rikonoxxut li bħala regola għandu jkun hemm ċerta flessibbiltà bħal fil-każijiet fejn tkun involuta assistenza eċċezzjonali. Id-data li tikkonċerna l-konformità għandha tiġi inkluża fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament Komuni ta’ Implimentazzjoni.

(16a)     Fil-Programm ta' Azzjoni ta' Istanbul, il-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati ntrabtu li jintegraw il-politiki kummerċjali u għall-bini tal-kapaċitajiet kummerċjali fl-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp. Barra minn hekk, fit-Tmien Konferenza Ministerjali tal-WTO, il-ministri qablu li jinżammu, lil hinn mill-2011, livelli ta' Għajnuna għall-Kummerċ li tal-inqas jirriflettu l-medja tal-perijodu 20062008. L-għajnuna għall-Kummerċ u l-iffaċilitar tal-kummerċ aħjar u aktar immirati jridu jakkumpanjaw dawn l-isforzi.

(16b)  Filwaqt li l-programmi tematiċi għandhom primarjament jappoġġaw pajjiżi li qed jiżviluppaw, xi pajjiżi benefiċjarji kif ukoll pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs), li l-karatteristiċi tagħhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti sabiex jiġu definiti bħala riċevituri tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) mill-Kumitat tal-Assistenza għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u Żvilupp (OECD/DAC) u li huma koperti mill-Artikolu 1(1)(b), għandhom ukoll ikunu eliġibbli għal programmi tematiċi taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(17)       Id-dettalji tal-oqsma ta' kooperazzjoni u ▌aġġustamenti ta' ▌allokazzjonijiet finanzjarji skont iż-żona ġeografika u l-qasam ta' kooperazzjoni huma elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament. Konsegwentement, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-aġġornament ta' elementi tal-Annessi ta' dan ir-Regolament li jinkludu dettalji tal-oqsma ta' kooperazzjoni taħt programmi ġeografiċi u tematiċi u ▌allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi skont iż-żona ġeografika u l-qasam ta' kooperazzjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(18)  Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, setgħat ta' implimentazzjoni għandhom ikunu konferiti lill-Kummissjoni.

(19)       Is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mad-dokumenti ta' strateġija u mal-programmi indikattivi multiannwali stabbiliti fl-Artikoli 11 u 14 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Meta wieħed jikkunsidra n-natura ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni, b'mod partikolari n-natura tagħhom ta' orjentazzjoni politika jew l-implikazzjoni baġitarja tagħhom, il-proċedura ta' eżaminazzjoni ġeneralment għandha tintuża għall-adozzjoni tagħhom, għajr għal dawk il-miżuri ta' skala finanzjarja żgħira. Il-Kummissjoni għandha taddotta immedjatament l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn, f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-bżonn għal rispons rapidu mill-Unjoni, raġunijiet imperattivi ta' urġenza jirrikjedu dan.

(20)  Regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għal azzjoni esterna huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru.../… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' …., minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni".

(21)       L-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna huma deskritti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

INTRODUZZJONI

Artikolu 1Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.          Skont dan ir-Regolament, l-Unjoni tista' tiffinanzja:

a)      programmi ġeografiċi bil-għan li jappoġġaw kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma inklużi fil-lista ta' riċevituri tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) tal-OECD/DAC, ħlief:

(i)     pajjiżi firmatarji tal-Ftehim ta' Sħubija tal-AKP-UE ffirmat fil-Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, ħlief l-Afrika t'Isfel;

(ii)   pajjiżi eliġibbli għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp;

(iii)  pajjiżi eliġibbli għal finanzjament tal-Unjoni skont l-istrument Ewropew tal-Viċinat;

(iv)   benefiċjarji eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni.

b)  programmi tematiċi li jindirizzaw beni pubbliċi u sfidi globali b'rabta mal-iżvilupp u jappoġġaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali f'pajjiżi sħab skont il-paragrafu 1(a) u pajjiżi eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni taħt l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1(a)(i) sa (iii), u pajjiżi u territorji koperti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill ▌ dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej.

c)      programm Pan-Afrikan li jappoġġa s-sħubija strateġika bejn l-Unjoni u l-Afrika u l-modifiki u ż-żidiet sussegwenti għaliha, biex ikopri l-attivitajiet ta' natura transreġjonali, kontinentali jew globali fl-Afrika u mal-Afrika.

2.      Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, reġjun huwa definit bħala entità ġeografika li tinkludi aktar minn pajjiż wieħed li qed jiżviluppa.

3.      Il-pajjiżi u t-territorji msemmija fil-paragrafu 1 a), 1 b), u 1 c) huma minn hawn 'il quddiem imsejħa "pajjiżi sħab" jew "reġjuni sħab" skont kif ikun il-każ fil-programm ġeografiku, tematiku jew Pan-Afrikan rilevanti għalihom.

TITOLU II

OBJETTIVI U PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 2Objettivi u kriterji ta’ eliġibbiltà

1.          Fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-modifiki maqbula għalih:

(a)    l-objettiv primarju ta' kooperazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun it-tnaqqis u, fuq medda twila ta' żmien, il-qerda tal-faqar;  

(b)    b'konsistenza ma' dan l-objettiv primarju, il-kooperazzjoni skont dan ir-Regolament ser tikkontribwixxi wkoll għal ▌:

(i)     it-trawwim ta' żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli, u

(ii)    il-konsolidazzjoni u s-sostenn tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba ▌, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji rilevanti tad-dritt internazzjonali.

1a.  Il-kooperazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tikkontribwixxi għall-kisba tal-impenji u l-objettivi internazzjonali fil-qasam tal-iżvilupp li l-Unjoni qablet magħhom, b'mod partikolari l-MDGs, u l-miri ġodda tal-iżvilupp wara l-2015.

Il-kisba ta' dawn l-objettivi għandha titkejjel bl-użu ta' indikaturi rilevanti, inklużi indikaturi tal-iżvilupp tal-bniedem, b'mod partikolari l-MDG 1 għas-subparagrafu (a) u l-MDGs mill-1 sat-8 għas-subparagrafu (b) u, wara l-2015, indikaturi oħra li ntlaħaq qbil fuq livell internazzjonali dwarhom mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

2.          L-azzjonijiet skont il-programmi ġeografiċi għandhom ikunu mfassla b’mod li jissodisfaw il-kriterji għall-ODA stabbiliti mill-OECD/DAC.

L-azzjonijiet skont il-Programm Pan-Afrikan u l-programmi tematiċi għandhom ikunu mfassla b’mod li jissodisfaw il-kriterji għall-ODA stabbiliti mill-OECD/DAC, sakemm:

a)     japplikaw għal pajjiż jew territorju benefiċjarju li ma jikkwalifikax bħala pajjiż jew territorju riċevitur tal-ODA skont l-OECD/DAC, jew

b)  l-azzjoni ma timplimentax inizjattiva globali, prijorità tal-politika tal-Unjoni jew obbligu jew impenn internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 6 (2), u l-azzjoni ma jkollhiex il-karatteristiċi biex tissodisfa l-kriterji tal-ODA.

2a.        Mingħajr ħsara għall-punt (a), mill-inqas 90 % tan-nefqa prevista skont il-programm Pan-Afrikan u mill-inqas 95 % tan-nefqa prevista skont il-programmi tematiċi għandha tissodisfa l-kriterji tal-ODA stabbiliti mill-OECD/DAC.

3.          L-azzjonijiet koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta'Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja u eliġibbli għal finanzjament taħt dak ir-Regolament ma għandhomx, fil-prinċipju, jiġu ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, ħlief fejn ikun hemm il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità tal-kooperazzjoni minn kriżi għal kundizzjonijiet stabbli għall-iżvilupp. F’dawk il-każijiet, għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali sabiex ikun żgurat li s-sokkors umanitarju, ir-riabilitazzjoni u l-għajnuna għall-iżvilupp ikunu marbuta b’mod effettiv.

Artikolu 3Prinċipji ġenerali

1.          L-Unjoni tfittex li tippromwovi, tiżviluppa u tikkonsolida l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali li fuqhom hija mibnija, permezz ta’ djalogu u kooperazzjoni ma’ pajjiżi u reġjuni sħab.

2.          Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u bil-għan li jkun żgurat impatt qawwi tal-assistenza mill-Unjoni, għandu jkun segwit approċċ differenzjat fost il-pajjiżi sħab, sabiex ikun żgurat li huma jiġu pprovduti b’kooperazzjoni speċifika, imfassla apposta għalihom, ibbażata fuq:

(a)    il-bżonnijiet tagħhom, abbażi tal-kriterji bħall-popolazzjoni, id-dħul per capita u l-livell ta' faqar, id-distribuzzjoni tad-dħul u l-livell ta' żvilupp tal-bniedem;

(b)    il-kapaċitajiet tagħhom li jiġġeneraw u jaċċessaw riżorsi finanzjarji u l-kapaċitajiet li jużaw tali finanzi; u

(c)    l-impenji u l-prestazzjoni tagħhom, abbażi ta' kriterji u indikaturi, bħall-progress politiku, ekonomiku u soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-progress fir-rigward ta’ governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem u l-użu effikaċi tal-għajnuna, b'mod partikolari l-mod kif pajjiż juża riżorsi skarsi għall-iżvilupp, billi jibda mir-riżorsi tiegħu stess;

(d)  l-impatt potenzjali tal-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp.

L-approċċ differenzjat għandu wkoll ikun segwit fil-kunsiderazzjoni għall-potenzjal tal-impatt tal-assistenza tal-Unjoni fil-pajjiżi sħab.

Il-pajjiżi l-aktar fil-bżonn, b’mod partikolari l-pajjiżi bl-inqas żvilupp u l-pajjiżi b'introjtu baxx, kif ukoll il-pajjiżi fi stati ta’ kriżi, ta’ wara kriżi u f'sitwazzjoni fraġli u vulnerabbli, għandhom jingħataw prijorità fil-proċess tal-allokazzjoni tar-riżorsi.

Kriterji bħall-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem, l-Indiċi tal-Vulnerabbiltà Ekonomika u indiċijiet rilevanti oħra, inkluż għall-kejl tal-faqar u l-inugwaljanza fil-pajjiżi għandhom jitqiesu biex isejsu l-analiżi u l-identifikazzjoni tal-pajjiżi l-aktar fil-bżonn.

3.          Fil-programmi kollha, għandhom jiġu integrati kwistjonijiet trasversali kif iddefiniti fil-Kunsens Ewropew. Barra minn hekk, fejn ikun rilevanti għandhom jiġu integrati l-prevenzjoni tal-konflitti, ix-xogħol deċenti u t-tibdil fil-klima.

Il-kwistjonijiet trasversali msemmija fis-subparagrafu msemmi hawn fuq huma mifhuma li jinkludu d-dimensjonijiet li ġejjin, li għandha tingħata attenzjoni speċifika għalihom fejn iċ-ċirkostanzi jirrikjedu hekk: in-nuqqas ta' diskriminazzjoni, id-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranza, id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, id-drittijiet tal-persuni b'mard li jipperikola l-ħajja u gruppi vulnerabbli oħra, drittijiet ċentrali tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali, l-emanċipazzjoni tan-nisa, l-istat tad-dritt, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-parlamenti u s-soċjetà ċivili, u l-promozzjoni tad-djalogu, il-parteċipazzjoni u r-rikonċiljazzjoni, kif ukoll il-bini ta' istituzzjonijiet, inkluż fil-livell lokali u reġjonali.

5.          Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu żgurati l-koerenza tal-politika għall-iżvilupp u l-konsistenza ▌ma’ oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u mal-politiki l-oħra rilevanti tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE. ▌

F'dan ir-rigward, il-miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, inklużi dawk ġestiti mill-BEI, għandhom ikunu bbażati fuq il-politiki ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp stabbiliti fi strumenti bħal ftehimiet, dikjarazzjonijiet u pjanijiet ta’ azzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi u r-reġjuni kkonċernati, kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet, l-interessi speċifiċi, il-prijoritajiet tal-politika u l-istrateġiji rilevanti tal-Unjoni ▌.

6.  L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom ifittxu skambji regolari u frekwenti ta’ informazzjoni, inkluż ma’ donaturi oħra, u jippromwovu kordinazzjoni u kumplimentarjetà aħjar bejn id-donaturi billi jaħdmu għal ipprogrammar pluriennali konġunt ▌ibbażat fuq l-istrateġiji tal-pajjiżi sħab għat-tnaqqis tal-faqar jew strateġiji ekwivalenti għall-iżvilupp. Huma jistgħu jwettqu azzjoni konġunta, inkluża analiżi ta' u rispons konġunt għal dawn l-istrateġiji li jidentifikaw setturi prijoritarji ta' intervent u diviżjoni tax-xogħol fil-pajjiż, b'missjonijiet konġunti bejn id-donaturi kollha u bl-użu ta’ arranġamenti ta’ kofinanzjament u ta’ kooperazzjoni delegata.

7.          L-Unjoni għandha tippromwovi approċċ multilaterali għall-isfidi globali u għandha tikkoopera mal-Istati Membri f'dan ir-rigward. Fejn ikun xieraq, hija għandha trawwem il-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali u donaturi bilaterali oħra.

7a.        Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi sħab huma bbażati fuq u ser jippromwovu l-valuri komuni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt kif ukoll il-prinċipji tal-appartenenza u tar-responsabbiltà reċiproka.

Barra minn hekk, ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi sħab għandhom jikkunsidraw l-impenn tagħhom u r-rekord fl-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali u relazzjonijiet kontrattwali mal-Unjoni.

8.  L-Unjoni għandha tippromwovi kooperazzjoni effettiva mal-pajjiżi u r-reġjuni sħab bi qbil mal-aħjar prattika internazzjonali. Hija għandha ▌tallinja s-sostenn tagħha mal-istrateġiji ta' żvilupp nazzjonali jew reġjonali, mal-politiki u l-proċeduri ta’ riforma sa fejn ikun possibbli, u ssostni sjieda demokratika kif ukoll l-obbligu ta' rendikont domestiku u reċiproku. Għal dak il-għan, hija għandha tippromwovi:

(a)    proċess ta' żvilupp li jkun trasparenti u mmexxi minn u jappartjeni għal pajjiż jew reġjun sieħeb, inkluża l-promozzjoni tal-għarfien espert lokali;

(aa)  (ġdid) approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet tal-bniedem kollha, kemm jekk ċivili u politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, biex ikunu integrati l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, ikunu megħjuna l-pajjiżi sħab fl-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem u jingħata appoġġ lid-detenturi tad-drittijiet, b'iffokar fuq gruppi foqra u vulnerabbli, meta jasserixxu d-drittijiet tagħhom;

(b)    l-għoti ta' setgħa lill-popolazzjoni ta' pajjiżi sħab, approċċi inklużivi u parteċipatorji għall-iżvilupp u l-involviment wiesa’ tas-segmenti kollha tas-soċjetà fil-proċess tal-iżvilupp u fid-djalogu nazzjonali u reġjonali, inkluż id-djalogu politiku. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għar-rwoli rispettivi tal-parlamenti, tal-awtoritajiet lokali u tas-soċjetà ċivili, inter alia dwar il-parteċipazzjoni, is-sorveljanza u r-responsabbiltà;

(c)  modalitajiet u strumenti ta' kooperazzjoni effettivi ▌f'konformità mal-aħjar prattiki tal-OECD/DAC, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni, inkluż l-użu ta' strumenti innovattivi bħat-taħlita ta' għotjiet u self u mekkaniżmi oħra għall-kondiviżjoni tar-riskju f'setturi u pajjiżi magħżula u l-involviment tas-settur privat, b'kont debitu meħud għall-kwistjonijiet tas-sostenibbiltà tad-dejn, in-numru ta' mekkaniżmi bħal dawn, u l-ħtieġa għal valutazzjoni sistematika tal-impatt f'konformità mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari t-tnaqqis tal-faqar.

Il-programmi kollha, interventi u modalitajiet u strumenti ta’ kooperazzjoni għandhom ikunu adattati għaċ-ċirkostanzi partikolari ta’ kull pajjiż jew reġjun sieħeb, b’iffukar fuq approċċi bbażati fuq il-programmi, il-kunsinna ta' finanzjament prevedibbli ta' għajnuna, fuq il-mobilizzazzjoni ta’ riżorsi privati, inklużi dawk mis-settur privat lokali, l-aċċess universali u mhux diskriminatorju għas-servizzi bażiċi, u l-iżvilupp u l-użu tas-sistemi tal-pajjiż ▌;

(ca)  (ġdid) il-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku permezz tat-tisħiħ ta’ politika fiskali tal-pajjiżi sħab bil-għan li jitnaqqsu l-faqar u d-dipendenza fuq l-għajnuna;

(d)  titjib fl-impatt tal-politiki u l-ipprogrammar permezz ta’ koordinazzjoni, konsistenza u armonizzazzjoni bejn id-donaturi sabiex jinħolqu sinerġiji u jitnaqqsu l-elementi ta' duplikazzjoni, sabiex tittejjeb il-kumplimentarjetà u biex jiġu sostnuti inizjattivi bejn id-donaturi kollha;

(e)    il-koordinazzjoni f'pajjiżi u reġjuni sħab bl-użu ta' linji gwida u prinċipji tal l-aħjar prattika dwar l-effikaċja tal-koordinazzjoni u l-għajnuna;

(ea)  (ġdid) approċċi għall-iżvilupp ibbażati fuq ir-riżultati anki permezz tal-użu ta' oqfsa tar-riżultati trasparenti fil-livell tal-pajjiżi, ibbażati fuq, fejn ikun xieraq, il-miri u l-indikaturi miftiehma internazzjonalment bħal dawk tal-MDGs, biex ikunu evalwati u kkomunikati r-riżultati, inklużi l-outputs, l-eżiti u l-impatt tal-għajnuna għall-iżvilupp.

9.          L-Unjoni għandha tappoġġa, kif ikun xieraq, l-implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni u djalogu bilaterali, reġjonali u multilaterali, id-dimensjoni ta' żvilupp ta' ftehimiet ta’ sħubija, u kooperazzjoni triangolari. L-Unjoni għandha tippromwovi wkoll il-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar.

9a.  Il-Kummissjoni għandha tinforma u għandu jkollha skambji ta' opinjonijiet regolari mal-Parlament Ewropew.

9b.        Fl-attivitajiet ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħha l-Unjoni għandha tuża u tikkondividi, kif ikun xieraq, l-esperjenzi ta' riforma u tranżizzjoni tal-Istati Membri u t-tagħlimiet miksuba.

10.        Il-Kummissjoni għandu jkollha skambji ta' informazzjoni regolari mas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali.

10a.      L-assistenza tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament m'għandhiex tintuża biex jiġi ffinanzjat l-akkwist ta' armi jew munizzjon, jew operazzjonijiet li jkollhom skopijiet militari jew ta' difiża.

TITOLU III

OBJETTIVI U PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 4Implimentazzjoni tal-

Assistenza mill-Unjoni

B’mod konsistenti mal-għan u l-kamp ta' applikazzjoni ġenerali, l-objettivi u l-prinċipji ġenerali ta’ dan ir-Regolament, l-assistenza tal-Unjoni għandha tiġi implimentata permezz ta’ programmi ġeografiċi, tematiċi, u l-programmi Pan‑Afrikani u f'konformità mar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni.

Artikolu 5Programmi ġeografiċi

1.          L-attivitajiet ta' kooperazzjoni tal-Unjoni skont dan l-Artikolu se jkunu implimentati għal attivitajiet ta' natura nazzjonali, reġjonali, transreġjonali u kontinentali.

2.          Programm ġeografiku għandu jinkludi kooperazzjoni f'oqsma adatti ta' attività ▌:

a)      fuq bażi reġjonali ma' pajjiżi sħab imsemmija fl-Artikolu 1(1a), b'mod partikolari bil-għan li jittaffa l-impatt tal-gradwazzjoni f'pajjiżi sħab li juru inugwaljanzi kbar u li qed jiżdiedu, u

b)  fuq bażi bilaterali ma' pajjiżi sħab li mhumiex pajjiżi b'introjtu medju-għoli fuq il-lista ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw tal-OECD/DAC jew li m'għandhomx PDG ogħla minn wieħed fil-mija tal-PDG globali.

c)      F'każijiet eċċezzjonali, inkluż bil-ħsieb tat-tnaqqis gradwali ta' għoti ta' għajnuna għall-iżvilupp, kooperazzjoni bilaterali tista' titwettaq ukoll ma' għadd limitat ta' pajjiżi meta dan ikun debitament iġġustifikat fil-kuntest tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(2). Il-waqfien gradwali għandu jsir f'koordinament mill-qrib ma' donaturi oħra; it-tmiem ta’ din it-tip ta’ kooperazzjoni ser jiġi akkumpanjat, kull meta jkun xieraq, minn djalogu politiku mal-pajjiż ikkonċernat li jiffoka fuq il-bżonnijiet tal-gruppi l-aktar fqar u l-aktar vulnerabbli.

3.  Programmi geografiċi għandhom joħorġu mill-oqsma ta' kooperazzjoni fil-Kunsens Ewropew ▌dwar l-Iżvilupp u modifiki maqbula għalih sussegwenti kif ukoll mill-oqsma ta' kooperazzjoni li ġejjin sabiex jiksbu l-objettivi previsti fl-Artikolu 2(1):

I.      Id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba:

(a)    Id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

(b)    L-ugwaljanza bejn is-sessi, l-għoti ta' setgħa u opportunitajiet ugwali għan-nisa;

(c)    Il-ġestjoni tas-settur pubbliku fil-livell ċentrali u lokali;

(d)    Il-politika u l-amministrazzjoni fiskali;

(e)    Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

(f)     Is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali;

(g)    Il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal

II.  Tkabbir inklużiv u sostenibbli għall-iżvilupp tal-bniedem:

(a)    Is-saħħa, l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali, l-impjiegi u l-kultura;

(b)    L-ambjent tan-negozju, l-integrazzjoni reġjonali u s-swieq dinjija;

(c)    Agrikoltura sostenibbli, ikel u sigurtà tan-nutrizzjoni;

(ca)  L-enerġija sostenibbli;

(d)    Il-ġestjoni tar-riżorsi naturali, inkluż l-art, il-forestrija u l-ilma;

(e)    It-tibdil fil-klima u l-ambjent.

III.  Oqsma oħra sinifikanti għall-Iżvilupp:

(a)    Il-migrazzjoni u l-ażil;

(b)    Ir-rabta bejn l-għajnuna umanitarja u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

(c)    Ir-reżiljenza u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri;

(d)    L-iżvilupp u s-sigurtà, inkluża l-prevenzjoni ta' konflitti.

3a.        Aktar dettalji tal-oqsma ta' kooperazzjoni msemmijin hawn fuq ▌ jinsabu fl-Anness IV.

4.          F’kull programm ta’ pajjiż, l-Unjoni fil-prinċipju se tikkonċentra l-assistenza tagħha fuq massimu ta' tliet setturi, li fejn ikun possibbli għandu jsir qbil dwarhom mal-pajjiż sieħeb.

Artikolu 6Programmi tematiċi

1.          B’mod konsistenti mal-għan u l-kamp ta’ applikazzjoni ġenerali, l-objettivi u l-prinċipji ġenerali ta’ dan ir-Regolament, l-azzjonijiet imwettqa permezz tal-programmi tematiċi għandhom iżidu l-valur għal, u ▌ jkunu kumplimentari għal, u koerenti ma', l-azzjonijiet iffinanzjati taħt il-programmi ġeografiċi.

2.          Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-ipprogrammar tal-azzjonijiet tematiċi:

(a)    L-objettivi tal-politika tal-Unjoni skont dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod xieraq jew effettiv permezz ta' programmi ġeografiċi, inkluż, fejn ikun xieraq, azzjonijiet f'każijiet fejn m'hemm l-ebda programm ġeografiku jew fejn ġie sospiż jew fejn m'hemm l-ebda ftehim dwar l-azzjoni mal-pajjiż sieħeb ikkonċernat;

(b)    l-azzjonijiet jindirizzaw inizjattivi globali li jsostnu għanijiet tal-iżvilupp maqbula fuq bażi internazzjonali ▌ jew beni pubbliċi u sfidi globali ▌;

(c)  l-azzjonijiet għandhom natura multireġjonali, multipajjiż u/jew trażversali;

(d)    l-azzjonijiet jimplimentaw politiki innovattivi ▌jew inizjattivi bl-objettiv li jispiraw azzjonijiet futuri;

jew

(e)    l-azzjonijiet ▌ jirriflettu prijorità tal-politika tal-Unjoni jew obbligu jew impenn internazzjonali tal-Unjoni rilevanti għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

3.          Sakemm ma jkunx previst speċifikament f'dan ir-Regolament, l-azzjonijiet tematiċi għandhom jibbenefikaw direttament lil pajjiżi u territorji speċifikati fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1) u għandhom jitwettqu f'dawn il-pajjiżi jew territorji. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jitwettqu barra minn dawk il-pajjiżi jew territorji meta dan ikun l-aktar mod effettiv li jinkisbu l-objettivi tal-programm rispettiv.

Artikolu 7Beni pubbliċi u sfidi globali

1.          L-objettiv tal-assistenza mill-Unjoni taħt il-programm ‘Beni pubbliċi u sfidi globali’ għandu jkun li tappoġġja azzjonijiet f’oqsma li għandhom jidderivaw minn:

(a)    L-ambjent u t-tibdil fil-klima;

(b)    L-enerġija sostenibbli;

(c)    L-iżvilupp tal-bniedem, li jinkludi x-xogħol deċenti, il-ġustizzja soċjali u l-kultura;

(d)    Is-sigurtà tal-ikel u tan-nutrizzjoni u l-agrikoltura sostenibbli; u

(e)    Il-migrazzjoni u l-ażil.

2.          Aktar dettalji tal-oqsma ta' kooperazzjoni msemmijin hawn fuq jinsabu fl-Anness V, Parti A.

Artikolu 8

L-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali

1.          L-objettiv tal-programm hu li jsaħħaħ l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali f'pajjiżi sħab u, meta jkun previst f'dan ir-Regolament, fl-Unjoni u l-benefiċjarji eliġibbli skont ir-Regolament tal-IPA. L-inizjattivi li jiġu ffinanzjati għandhom jitwettqu primarjament mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali. Fejn ikun xieraq, biex jiżgura l-effikaċja tagħhom, l-inizjattivi jistgħu jitwettqu minn atturi oħra għall-benefiċċju tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali kkonċernati.

2.          Aktar dettalji tal-oqsma ta' kooperazzjoni taħt dan l-Artikolu ▌ jinsabu fl-Anness V, Parti B.

Article 9Programm Pan-African

1.          Assistenza tal-Unjoni għandha tiffinanzja programm Pan-Afrikan li jappoġġa s-sħubija strateġika bejn l-Unjoni u l-Afrika, u l-modifiki u ż-żidiet sussegwenti għaliha, biex ikopri l-attivitajiet ta' natura transreġjonali, kontinentali jew globali fl-Afrika u mal-Afrika.

2.          Il-programm Pan-Afrikan għandu jkun komplementari u konsistenti ma’ programmi oħra taħt dan ir-Regolament, kif ukoll strumenti finanzjarji oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-Istrument Ewropew tal-Viċinat.

3.          Aktar dettalji tal-oqsma ta' kooperazzjoni taħt dan l-Artikolu jinsabu fl-Anness VI.

Titolu IV

IPPROGRAMMAR U ALLOKAZZJONI TA’ FONDI

Artikolu 10Qafas ġenerali għall-ipprogrammar u l-allokazzjoni tal-fondi

1.          Għall-programmi ġeografiċi, għandhom jitfasslu programmi indikattivi pluriennali għall-pajjiżi u r-reġjuni sħab abbażi tad-doskument strateġiku, kif provdut fl-Artikolu 11.

Għall-programmi tematiċi, il-programmi indikattivi Pluriennali għandhom jitfasslu kif ipprovdut fl-Artikolu 13.

Il-programm indikattiv pluriennali Pan-Afrikan għandu jitfassal kif ipprovdut fl-Artikolu 13a.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni abbażi tad-dokumenti tal-ipprogrammar imsemmija fl-Artikoli 11, 13 u 13a.

L-appoġġ mill-Unjoni jista’ jieħu l-forma ta’ miżuri mhux koperti f’dawn id-dokumenti, kif previst fl-Artikolu 2 tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni.

L-ipprogrammar taħt dan ir-Regolament għandu jqis kif dovut id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-pajjiżi sħab.

2.          L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonsultaw lil xulxin ▌ fl-istadju bikri u fit-tul kollu tal-proċess tal-ipprogrammar sabiex jippromwovu l-koerenza, il-kumplimentarjetà u l-konsistenza fost l-attivitajiet ta' kooperazzjoni tagħhom. Din il-konsultazzjoni tista’ twassal għal programmar konġunt bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. L-Unjoni għandha tikkonsulta wkoll lil donaturi u atturi oħra tal-iżvilupp inklużi rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, awtoritajiet lokali u entitajiet oħra tal-implimentazzjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jkun informat.

3.          Il-Kummissjoni għandha tadotta l-allokazzjonijiet indikattivi pluriennali f’kull programm ġeografiku skont il-prinċipji ġenerali ta’ dan ir-Regolament, abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(2), u billi, flimkien mal-ispeċifiċitajiet tal-programmi differenti, tikkunsidra d-diffikultajiet partikolari ffaċċjati minn pajjiżi jew reġjuni fi kriżi, sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà, fraġilità, kunflitt jew suxxettibbli għal diżastri.

4.  Fondi jistgħu jitħallew mhux allokati sabiex jiġi żgurat rispons xieraq tal-Unjoni f'każijiet ta' ċirkostanzi mhux imbassra, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet fraġli ta' kriżi jew ta' wara kriżi, kif ukoll biex tkun tista' ssir is-sinkronizzazzjoni maċ-ċikli strateġiċi tal-pajjiżi sħab u l-adattament ta' allokazzjonijiet indikattivi bħala riżultat tar-rieżamijiet imwettqa skont l-Artikoli 11(5), 13 (2) u 13a (3). Soġġett għall-allokazzjoni jew ir-riallokazzjoni sussegwenti tagħhom skont il-proċeduri previsti fl-Artikolu 14, l-użu ta' dawn il-fondi għandu jiġi deċiż iktar tard skont ir-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni.

Il-parti tal-fondi li titħalla mhux allokata fil-livell ta' kull tip ta' programm ma għandhiex tkun iżjed minn 5 %, ħlief għal finijiet ta' sinkronizzazzjoni u għall-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 12 (1).

5.          Mingħajr ħsara għall-Artikolu 2.2, il-Kummissjoni tista' tinkludi allokazzjoni finanzjarja speċifika biex tgħin lil pajjiżi u reġjuni sħab isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom ma' reġjuni ultraperiferiċi ġirien tal-Unjoni.

5a.        (ġdid) Kwalunkwe pprogrammar jew rieżami ta' programmi li jsir wara l-pubblikazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni għandu jieħu kont tar-riżultati, is-sejbiet u l-konklużjonijiet tiegħu.

Artikolu 11Dokumenti ta’ pprogrammar għal programmi ġeografiċi

-1.         Id-dokumenti tal-Unjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jitqiesu dokumenti tal-ipprogrammar strateġiku skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni.

-1a.       It-tħejjija, l-implimentazzjoni u r-rieżami tad-dokumenti kollha tal-ipprogrammar taħt dan l-Artikolu għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp u dawk tal-effikaċja tal-għajnuna: sjieda demokratika, sħubija, koordinament, armonizzazzjoni, allinjament mas-sistemi ta' pajjiż jew reġjun sieħeb, trasparenza, obbligu ta' rendikont reċiproku u orjentazzjoni lejn ir-riżultati kif stipulat fl-Artikolu 3(5) sa (8). Fejn ikun possibbli, il-perjodu tal-ipprogrammar għandu jiġi sinkronizzat maċ-ċikli tal-istrateġija tal-pajjiż imsieħeb.

Dokumenti tal-ipprogrammar għal programmi ġeografiċi, inklużi dokumenti konġunti ta’ programmar, għandhom jiġu bbażati, sal-livell l-aktar possibbli, fuq djalogu bejn l-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiż jew ir-reġjun imsieħeb, inklużi l-parlamenti nazzjonali u reġjonali, u jinvolvu s-soċjetà civili u l-awtoritajiet lokali u partijiet oħra, sabiex tittejjeb is-sjieda tal-proċess u jiġi inkoraġġut l-appoġġ għall-istrateġiji tal-iżvilupp nazzjonali, partikolarment dawk għat-tnaqqis tal-faqar.

1.  Id-dokumenti ta’ strateġija huma dokumenti mfassla mill-Unjoni sabiex tipprovdi qafas koerenti għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp bejn l-Unjoni, u l-pajjiż jew ir-reġjun sieħeb ikkonċernat, b’mod konsistenti mal-għan u l-kamp ta’ applikazzjoni ġenerali, l-objettivi, il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ta' politika li jinsabu f'dan ir-Regolament.

1. 

2.          Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jiġu riveduti f’nofs il-perjodu tagħhom ▌ jew ad hoc kif ikun neċessarju, f'konformità, kif ikun adatt, mal-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fil-ftehimiet ta’ sħubija u kooperazzjoni konklużi mal-pajjiżi u r-reġjuni sħab.

3.          Għandhom jitfasslu dokumenti ta' strateġija għall-▌pajjiżi jew reġjuni sħab ▌. Mhux se jkun meħtieġ dokument ta’ strateġija għal:

(a)    pajjiżi li jkollhom strateġija nazzjonali għall-iżvilupp fil-forma ta’ pjan nazzjonali dwar l-iżvilupp jew dokument simili dwar l-iżvilupp, aċċettat mill-Kummissjoni bħala bażi għall-programm indikattiv pluriennali korrispondenti, meta jadottaw ▌ id-dokument tal-aħħar;

(aa)  pajjiżi jew reġjuni li għalihom ikun tfassal dokument qafas konġunt li jipprovdi strateġija komprensiva tal-Unjoni, inkluż kapitolu speċifiku dwar il-politika għall-iżvilupp;

(b)    pajjiżi jew reġjuni li għalihom ikun ġie miftiehem dokument ta’ programmar pluriennali konġunt bejn l-Unjoni u l-Istati Membri;

(c)    reġjuni li jkollhom strateġija maqbula b’mod konġunt mal-UE ▌;

(d)    pajjiżi fejn l-Unjoni beħsiebha tissinkronizza l-istrateġija tagħha ma' ċiklu nazzjonali ġdid li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2017; f'każijiet bħal dawn il-programm indikattiv pluriennali għall-perjodu interim bejn l-2014 u l-bidu taċ-ċiklu nazzjonali ġdid għandu jkun fih ir-risposta tal-Unjoni għal dak il-pajjiż.

(e)    il-pajjiżi jew reġjuni li jirċievu allokazzjoni ta’ fondi mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament li ma taqbiżx EUR 50 miljun għall-perjodu 2014-2020 ▌;

Fil-każ ta' (aa) u (e), il-programm indikattiv pluriennali għal dak il-pajjiż jew reġjun għandu jinkludi l-istrateġija tal-Unjoni dwar l-iżvilupp għal dak il-pajjiż jew reġjun.

5.  Għandhom jitfasslu programmi indikattivi multiannwali għal kull wieħed mill-pajjiżi jew reġjuni li jirċievu allokazzjoni indikattiva ta’ fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament. Ħlief għal pajjiżi jew reġjuni msemmija fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 u fil-paragrafu 4, dawn id-dokumenti għandhom ikunu mfassla abbażi tad-dokumenti ta’ strateġija jew dokumenti ekwivalenti kif imsemmija fil-paragrafu 3.

Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, fejn ikun konformi mal-prinċipji u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu, inkluż allokazzjoni indikattiva ta' fondi, u bil-proċeduri pprovduti għalihom fl-Artikolu 14, id-dokument ta’ programmar konġunt pluriennali pprovdut għalih fil-paragrafu 3(b) jista' jkun ikkunsidrat bħala l-programm indikattiv pluriennali.

Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula għal finanzjament mill-Unjoni, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija, indikaturi tal-prestazzjoni ċari, speċifiċi u trasparenti▌, l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm globalment u għal kull qasam ta’ prijorità u, fejn ikun applikabbli, modalitajiet tal-għajnuna. Fejn ikun xieraq, l-allokazzjonijiet finanzjarji jistgħu jingħataw fil-forma ta’ firxa u/jew xi fondi jistgħu jibqgħu mhux allokati. Ma tista' tkun prevista ebda allokazzjoni finanzjarja indikattiva lil hinn mill-perijodu previst fl-Artikolu 20(1), sakemm ma tkunx soġġetta speċifikament għad-disponibbiltà tar-riżorsi lil hinn minn dak il-perjodu.

Il-programmi indikattivi pluriennali jistgħu jiġu riveduti fejn ikun meħtieġ, inkluż għall-implimentazzjoni effettiva, b'kont meħud ▌ ta' reviżjonijiet ta’ nofs il-perjodu jew ad hoc tad-dokument ta’ strateġija li jkunu bbażati fuqu.

Allokazzjonijiet indikattivi, prijoritajiet, objettivi speċifiċi, riżultati mistennija, indikaturi tal-prestazzjoni u, fejn ikun applikabbli, modalitajiet tal-għajnuna jistgħu wkoll jiġu adattati b'riżultat tar-reviżjonijiet, b'mod partikolari f'sitwazzjoni ta' wara kriżi.

Tali reviżjonijiet għandhom ikopru ħtiġijiet kif ukoll l-impenn u l-progress fir-rigward tal-objettivi maqbula għall-iżvilupp, inklużi dawk li jirreferu għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba.

5a.        Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-ipprogrammar konġunt mal-Istati Membri fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regoli Komuni ta' Implimentazzjoni, u għandha tinkludi rakkomandazzjonijiet f'każijiet fejn l-ipprogrammar konġunt ma jkunx inkiseb għal kollox.

Artikolu 12Ipprogrammar għal pajjiżi f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, ta’ wara kriżi jew ta’ fraġilità

1.          Meta jkunu qegħdin jitfasslu d-dokumenti ta’ pprogrammar għal pajjiżi u reġjuni f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, ta’ wara kriżi, ▌ta’ fraġilità jew li huma suxxettibbli għal diżastri naturali, għandha tkun ikkunsidrata b'mod xieraq il-vulnerabbiltà, il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi speċjali tal-pajjiżi jew ir-reġjuni kkonċernati.

Għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-prevenzjoni ta’ kunflitti, il-bini tal-istat u tal-paċi, ir-rikonċiljazzjoni wara konflitti u l-miżuri ta’ rikostruzzjoni, kif ukoll lir-rwol tan-nisa u d-drittijiet tat-tfal f’dawk il-proċessi.

Meta pajjiżi jew reġjuni sħab ikunu direttament involuti fi, jew affettwati minn sitwazzjoni ta' kriżi, ta' wara kriżi jew ta' fraġilità, għandha titpoġġa enfasi speċjali sabiex tiżdied il-kordinazzjoni bejn is-sokkors, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp bejn l-atturi rilevanti kollha biex tiġi megħjuna ▌ t-transizzjoni minn sitwazzjoni ta' emerġenza għall-fażi ta' żvilupp. Il-programmi għall-pajjiżi u r-reġjuni fi fraġilità jew soġġetti b’mod regolari għal diżastri naturali għandhom jipprovdu għall-preparazzjoni u l-prevenzjoni tad-diżastri u għall-immaniġġar tal-konsegwenzi ta’ dawn id-diżastri u għandhom jindirizzaw il-vulnerabbiltà għax-xokkijiet u jsaħħu r-reżiljenza.

2.          Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza ġustifikati b'mod xieraq, bħal kriżijiet ▌ jew perikli imminenti għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali ▌, il-▌proċedura msemmija fl-Artikolu 14(3) tista' tintuża biex jiġu modifikati d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 11.

Dawn ir-reviżjonijiet jistgħu jipproponu strateġija speċifika u adattata sabiex tiżgura kooperazzjoni u żvilupp għat-tul, li tippromwovi kordinament u transizzjoni aħjar bejn l-istrumenti umanitarji u ta’ politika għall-iżvilupp.

Artikolu 13Dokumenti ta’ pprogrammar għal programmi tematiċi

-1.         Id-dokumenti tal-Unjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jitqiesu dokumenti tal-ipprogrammar strateġiku skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni.

1.          Programmi indikattivi pluriennali għall-programmi tematiċi għandhom jipprovdu l-istrateġija tal-Unjoni għat-tema kkonċernata u, fir-rigward tal-Programm għall-Beni u l-Isfidi Pubbliċi Globali, għal kull qasam ta' kooperazzjoni, il-prijoritajiet magħżula għall-finanzjament mill-Unjoni, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija, indikaturi tal-prestazzjoni ċari, speċifiċi u trasparenti, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tas-sħab ewlenin u, fejn ikun adatt, il-modalitajiet tal-għajnuna.

Fejn ikun applikabbli, għandhom jiġu stabbiliti prijoritajiet fir-rigward tar-riżorsi u l-interventi għall-parteċipazzjoni f’inizjattivi globali. Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom ikunu komplementari għall-programmi ġeografiċi u konsistenti mad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 11(3).

2.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jagħtu l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, ▌b’mod globali, skont il-qasam tal-kooperazzjoni u skont il-prijorità ▌. Fejn ikun xieraq, din l-allokazzjoni tista' ▌ tingħata fil-forma ta’ firxa u/jew xi fondi jistgħu jibqgħu mhux allokati.

Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu riveduti fejn ikun neċessarju għal implimentazzjoni ▌effettiva tal-politika, billi jitqiesu ▌r-reviżjonijiet ta’ nofs il-perjodu jew ad hoc.

Allokazzjonijiet indikattivi, prijoritajiet, riżultati mistennija, indikaturi tal-prestazzjoni u, fejn ikun applikabbli, modalitajiet tal-għajnuna jistgħu wkoll jiġu adattati b'riżultat tar-reviżjonijiet.

Artikolu 13a

Dokumenti tal-ipprogrammar għall-Programm Pan-Afrikan

1.          Id-dokumenti tal-Unjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jitqiesu dokumenti tal-ipprogrammar strateġiku skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni.

2.          It-tħejjija, l-implimentazzjoni u r-reviżjoni tad-dokumenti tal-ipprogrammar taħt dan l-Artikolu għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna kif stipulati fil-paragrafi 5 sa 8 tal-Artikolu 3.

L-ipprogrammar għandu jkun ibbażat fuq djalogu li jinvolvi l-partijiet interessati kollha rilevanti, bħall-Parlament Pan-Afrikan.

Il-programm indikattiv pluriennali għall-programm Pan-Afrikan għandu jipprovdi l-prijoritajiet magħżula għall-finanzjament, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija, indikaturi tal-prestazzjoni ċari, speċifiċi u trasparenti u, fejn ikun applikabbli, modalitajiet tal-għajnuna.

Il-programm indikattiv pluriennali għandu jkun koerenti mal-programmi ġeografiċi u tematiċi taħt dan ir-Regolament.

3.          Il-programm indikattiv pluriennali għandu jagħti l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, b’mod globali, skont il-qasam tal-attività u skont il-prijorità. Fejn ikun xieraq, dik l-allokazzjoni tista' tingħata fil-forma ta’ firxa. Il-programm indikattiv pluriennali jista' jiġi rieżaminat fejn ikun meħtieġ, sabiex iwieġeb għal sfidi mhux previsti jew problemi ta' implimentazzjoni, u sabiex iqis kwalunkwe rieżami tas-sħubija strateġika.

Artikolu 14Approvazzjoni tad-dokumenti ta’ strateġija u adozzjoni tal-programmi indikattivi pluriennali

1.          Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jiġu approvati u l-programmi indikattivi pluriennali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament Komuni ta’ Implimentazzjoni. Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għal reviżjonijiet ▌ li jkollhom l-effett li jimmodifikaw b’mod sinifikanti l-istrateġija jew l-ipprogrammar tagħha.

3.          Abbażi ta' raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati relatati ▌ maċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 12(2), il-Kummissjoni tista' tirrevedi dokumenti ta’ strateġija u programmi indikattivi pluriennali skont il-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament Komuni ta’ Implimentazzjoni.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15Parteċipazzjoni minn pajjiż terz mhux eliġibbli taħt dan ir-Regolament

F’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament ġustifikati, u mingħajr ħsara għall-Artikolu 2(2), sabiex tkun żgurata l-koerenza u l-effikaċja tal-finanzjament mill-Unjoni jew sabiex titrawwem il-kooperazzjoni reġjonali jew transreġjonali, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fi ħdan il-Programmi Indikattivi Pluriennali skont l-Artikolu 14 jew l-atti ta' implimentazzjoni rilevanti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni, li testendi l-eliġibbiltà ta’ azzjonijiet għal pajjiżi u territorji ▌ li altrimenti ma jkunux eliġibbli għall-finanzjament skont l-Artikolu 1, fejn l-azzjoni għall-implimentazzjoni tkun ta’ natura globali, reġjonali, transreġjonali jew transkonfinali. ▌

Artikolu 16Sospensjoni tal-assistenza

Artikolu 17Delega ta' setgħat lill-Kummissjoni

1.          Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 18 biex temenda ▌:

a)     id-dettalji tal-oqsma ta' kooperazzjoni msemmija fi:

-       l-Artikolu 5(3) kif hemm fl-Anness IV, Parti A u Parti B

-       l-Artikolu 7(2) kif hemm fl-Anness V, Parti A

-       l-Artikolu 8(2) kif hemm fl-Anness V, Parti B

-       l-Artikolu 9(3) kif hemm fl-Anness VI, b'mod partikolari b'segwitu għas-Summits Afrika-UE

b)     l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi taħt il-Programmi ġeografiċi u taħt il-programm tematiku Beni u Sfidi Pubbliċi Globali, kif hemm fl-Anness VII. L-emendi ma għandhomx ikollhom l-effett li jnaqqsu l-ammont inizjali b'aktar minn 5 %, ħlief għall-allokazzjonijiet taħt l-Anness VII, 1 b.

2.  B'mod partikolari, wara l-pubblikazzjoni tar-rapport ta' nofs it-terminu, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni, u bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni ta' nofs it-terminu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati li jemendaw l-elementi elenkati fil-paragrafu 1 sal-31 ta' Marzu 2018.

Artikolu 18Eżerċizzju tad-delega

1.          Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 17 għandha tiġi konferita għall-perijodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament.

2.          Id-delega tas-setgħat tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

3.          Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.  Att iddelegat adottat jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn lil huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 19Kumitat

1.          Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat tad-DCI. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.          Osservatur mill-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jieħu sehem fil-proċeduri tal-kumitat dwar dawk il-kwistjonijiet li jkunu jikkonċernaw lill-Bank Ewropew tal-Investiment.

Artikolu 20Ammont ta' referenza finanzjarja

1.          L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul il-perjodu 2014-2020 huwa EUR 19 662 miljun. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu deċiżi mill-awtorità tal-baġit bħala parti mill-proċedura baġitarja annwali fil-limiti stabbiliti fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali.

2.          L-ammonti ▌ indikattivi allokati għal kull programm imsemmi fl-Artikoli 5 sa 9 għall-perjodu 2014-2020 huma stabbiliti fl-Anness VII. ▌

3.          Kif imsemmi fl-Artikolu 13, paragrafu 2 tar-Regolament "Erasmus +", sabiex tkun promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja, ammont indikattiv ta' EUR 1 680 miljun mill-istrumenti esterni differenti (l-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew għall-Viċinat, l-Istrument ta’ Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument ta’ Sħubija ▌) se jkun allokat għal azzjonijiet ta' mobilità għal skopijiet ta' tagħlim lejn jew minn pajjiżi mhux fl-UE u għal djalogu ta' kooperazzjoni u ta' politika mal-awtoritajiet/ istituzzjonijiet/ organizzazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament "Erasmus +" ser japplikaw għall-użu ta’ dawk il-fondi.

Il-finanzjament ser isir disponibbli permezz ta’ żewġ allokazzjonijiet pluriennali li jkopru biss l-ewwel erba' snin u t-tliet snin li jifdal rispettivament. Dan il-finanzjament se jkun rifless fl-ipprogrammar multiannwali ta’ dawn l-istrumenti, skont il-bżonnijiet u l-prijoritajiet identifikati tal-pajjiżi kkonċernati. L-allokazzjonijiet jistgħu jiġu riveduti fil-każ ta’ ċirkostanzi maġġuri mhux previsti jew bidliet politiċi importanti skont il-prijoritajiet esterni tal-UE.

4.          Il-finanzjament minn dan ir-Regolament ma għandux ikun iżjed minn total ta' EUR 707 miljun mill-ammont ta' referenza finanzjarja allokat għal dan l-istrument. Il-fondi għandhom jinħarġu mill-allokazzjonijiet finanzjarji għall-programmi ġeografiċi, bi speċifikazzjoni tad-distribuzzjoni reġjonali mistennija u t-tipi ta' azzjoni. Il-finanzjament li jirriżulta minn dan l-Istrument għall-finanzjament tal-azzjonijiet koperti mir-Regolament “Erasmus +” għandu jintuża għal azzjonijiet fil-pajjiżi msieħba koperti minn dan ir-Regolament, b'attenzjoni partikolari għall-ifqar pajjiżi. L-azzjoni ta' mobilità tal-istudenti u tal-persunal bejn il-pajjiżi parteċipanti u l-pajjiżi terzi, iffinanzjata permezz tal-allokazzjoni mill-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, għandha tiffoka fuq oqsma li huma rilevanti għall-iżvilupp inklużiv u sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Fir-rapport annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tinkludi lista tal-azzjonijiet kollha tal-"Erasmus +" li għalihom il-finanzjament huwa dderivat minn dan l-istrument u l-konformità tagħhom mal-objettivi u l-prinċipji kif spjegati fl-Artikoli 2 u 3 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 21Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE, li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Artikolu 22
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

ANNESS IV[4]

OQSMA TA’ KOOPERAZZJONI TAĦT IL-PROGRAMMI ĠEOGRAFIĊI

A.          OQSMA KOMUNI TA’ KOOPERAZZJONI TAĦT IL-PROGRAMMI ĠEOGRAFIĊI

Il-programmi ġeografiċi għandhom jinsiltu mill-oqsma ta’ kooperazzjoni mniżżlin hawn taħt, li m’għandhomx jitqiesu l-istess bħas-setturi. Se jkunu stabbiliti prijoritajiet skont l-impenji internazzjonali fil-qasam tal-politika dwar l-iżvilupp li l-Unjoni tkun involuta fihom, b’mod partikolari l-MDGs u miri ġodda għall-iżvilupp għall-wara l-2015 maqbula internazzjonalment li jimmodifikaw jew jissostitwixxu l-MDGs, u abbażi ta’ djalogu ta’ politika ma’ kull pajjiż jew reġjun sħab eliġibbli.

I.           Id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba

(a)         Id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt ▌

-       l-appoġġ tad-demokratizzazzjoni u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi, inkluż ir-rwol tal-parlamenti;

-  it-tisħiħ tal-istat tad-dritt u l-indipendenza tas-sistemi ġudizzjarji u ta' protezzjoni u l-iżgurar ta' aċċess għall-ġustizzja bla tfixkil u ugwali għal kullħadd,

-       l-appoġġ tal-funzjonament trasparenti u responsabbli tal-istituzzjonijiet u d-deċentralizzazzjoni; il-promozzjoni ta' djalogu soċjali parteċipatorju fil-pajjiż u djalogi oħrajn dwar il-governanza u d-drittijiet tal-bniedem,

-       il-promozzjoni tal-libertà tal-mezzi tal-informazzjoni, inkluż għal mezzi ta' komunikazzjoni moderni,

-       il-promozzjoni tal-pluraliżmu politiku, il-ħarsien tad-drittijiet ċivili, kulturali, ekonomiċi, politiċi u soċjali u l-ħarsien ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi u lill-gruppi l-aktar vulnerabbli,

-       l-appoġġ tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-prattiki diskriminatorji għal kwalunkwe raġuni, fost l-oħrajn, l-oriġini razzjali jew etnika, il-kasta, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sess, l-identità tal-ġeneru, jew l-orjentazzjoni sesswali, l-affiljazzjoni soċjali, id-diżabbiltà, l-istatus tas-saħħa jew l-età,

-       il-promozzjoni tar-reġistrazzjoni ċivili, speċjalment ir-reġistrazzjoni tat-twelid u l-mewt.

(b)  L-ugwaljanza bejn is-sessi ▌, l-għoti ta' setgħa u opportunitajiet ugwali għan-nisa ▌

-       il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ekwità,

-       il-ħarsien tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet, inkluż permezz ta' azzjonijiet kontra ż-żwieġ tat-tfal u prattiki tradizzjonali oħra ta' ħsara bħall-mutilazzjoni ġenitali femminili u kwalunkwe forma ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-appoġġ għall-vittmi tal-vjolenza sessista,

-       il-promozzjoni tal-għoti tas-setgħa lin-nisa, inkluż fir-rwoli tagħhom bħala atturi għall-iżvilupp u bennejja tal-paċi.

(c)         Il-ġestjoni tas-settur pubbliku fil-livell ċentrali u lokali

-       l-appoġġ tal-iżvilupp tas-settur pubbliku għat-tisħiħ tal-aċċess universali u mhux diskriminatorju għal servizzi bażiċi, speċjalment is-saħħa u l-edukazzjoni,

-       l-appoġġ ta’ programmi biex itejbu l-formulazzjoni tal-politika, il-ġestjoni finanzjarja pubblika, inklużi t-twaqqif u t-tisħiħ ta’ korpi u miżuri ta' verifika, kontroll u kontra l-frodi, u żvilupp istituzzjonali, inkluż il-ġestjoni tar-riżorsi umani,

-  it-tisħiħ tal-għarfien espert tekniku tal-parlamenti, li jippermettilhom li jivvalutaw u jikkontribwixxu għall-formulazzjoni u s-sorveljanza ta’ baġits nazzjonali, inkluż id-dħul domestiku mill-estrazzjoni ta’ riżorsi u kwistjonijiet fiskali.

(d)         Il-politika u l-amministrazzjoni fiskali ▌

-       l-appoġġ għall-bini jew it-tisħiħ ta' sistemi fiskali domestiċi ġusti, trasparenti, effettivi, progressivi u sostenibbli,

-       it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ f’pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u l-flussi finanzjarji illeċiti,

-       l-appoġġ għall-produzzjoni u t-tixrid tal-ħidma dwar l-evażjoni tat-taxxa u l-impatt tagħha, b'mod partikolari minn korpi ta' sorveljanza, parlamenti u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili,

-       l-appoġġ għal inizjattivi multilaterali u reġjonali dwar l-amministrazzjoni fiskali u r-riformi fiskali,

-  l-appoġġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jipparteċipaw b'mod aktar effettiv fl-istrutturi u l-proċessi tal-kooperazzjoni internazzjonali dwar it-taxxa,

-       l-appoġġ għall-inklużjoni ta' rappurtar ta' pajjiż b'pajjiż u proġett bi proġett fil-leġislazzjonijiet ta' pajjiżi sħab sabiex tissaħħaħ it-trasparenza finanzjarja.

(e)         Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni

-       l-assistenza lill-pajjiżi sħab fl-indirizzar tal-forom kollha ta’ korruzzjoni, inkluż permezz tal-ħidma ta' promozzjoni, is-sensibilizzazzjoni u r-rappurtar

-       iż-żieda fil-kapaċità tal-korpi ta' kontroll u ta' sorveljanza u tal-ġudikatura.

(f)          Is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali ▌

-       l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex tissaħħaħ il-vuċi tagħhom u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-proċess tal-iżvilupp u għall-avvanz tad-djalogu politiku, soċjali u ekonomiku,

-  l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali u l-mobilizzazzjoni tal-għarfien espert tagħhom għall-promozzjoni ta' approċċ territorjali għall-iżvilupp, inklużi l-proċessi ta' deċentralizzazzjoni;

-       il-promozzjoni ta’ ambjent ta’ abilitazzjoni għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-azzjoni tas-soċjetà ċivili.

(g)         Il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal

-       il-promozzjoni tal-għoti ta' dokumenti legali,

-       l-appoġġ għal kwalità ta' ħajja adegwata u f'saħħitha u tkabbir b'saħħtu għall-età adulta,

-       l-iżgurar li edukazzjoni bażika tiġi pprovduta lil kulħadd.

2. 

II.  Tkabbir inklużiv u sostenibbli għall-iżvilupp tal-bniedem

(a)         Is-saħħa, l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali, l-impjiegi u l-kultura

-       l-appoġġ għar-riformi settorjali li jżidu l-aċċess għal servizzi soċjali bażiċi, b’mod partikolari s-servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjoni ta’ kwalità, b’attenzjoni fuq l-MDGs relatati u fuq l-aċċess għal tali servizzi mill-fqar u mill-gruppi marġinalizzati u vulnerabbli,

-       it-tisħiħ tal-kapaċitajiet lokali biex jirrispondu għall-isfidi globali, reġjonali u lokali, inkluż permezz tal-użu tal-appoġġ settorjali tal-baġit bi djalogu politiku intensifikat,

-       it-tisħiħ ta’ sistemi tas-saħħa, fost l-oħrajn bl-indirizzar tan-nuqqas ta' persuni kkwalifikati fis-settur tal-kura tas-saħħa, il-finanzjament ġust għas-saħħa u biex il-mediċini u l-vaċċini jsiru aktar abbordabbli għall-fqar,

-  il-promozzjoni tal-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Bejġing u l-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp u l-eżiti tal-konferenzi ta' reviżjoni tagħhom u f'dan il-kuntest id-drittijiet tas-saħħa sesswali u s-saħħa riproduttiva;

-       l-iżgurar ta' provvista adegwata ta’ ilma għax-xorb ta’ kwalità tajba abbordabbli, sanità u iġjene adegwati,

-       it-tisħiħ tal-appoġġ għall-edukazzjoni ta' kwalità u għal aċċess ugwali għaliha,

-       l-appoġġ għat-taħriġ vokazzjonali għall-impjegabbiltà u l-kapaċità li jitwettqu u jintużaw ir-riżultati tar-riċerka favur l-iżvilupp sostenibbli,

-       l-appoġġ għall-iskemi u l-pjattaformi ta' protezzjoni soċjali nazzjonali, inklużi s-sistemi tal-assigurazzjoni soċjali għas-saħħa u l-iskemi tal-pensjonijiet, b'attenzjoni fuq it-tnaqqis tal-inugwaljanza,

-       l-appoġġ għall-aġenda tax-xogħol diċenti, u l-promozzjoni tad-djalogu soċjali,

-  il-promozzjoni ta' djalogu interkulturali, d-diversità kulturali u r-rispett għad-dinjità ugwali tal-kulturi kollha;

-       il-promozzjoni ta' kooperazzjoni internazzjonali biex tistimola l-kontribut ta' industriji kulturali għal tkabbir ekonomiku f'pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tagħha għall-ġlieda kontra l-faqar, inkluż l-indirizzar ta' kwistjonijiet bħall-aċċess għas-suq u d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali.

(b)         L-ambjent tan-negozju, l-integrazzjoni reġjonali u s-swieq dinjija ▌

-       l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ settur privat lokali kompetittiv, inkluż billi tinbena l-kapaċità lokali istituzzjonali u tan-negozju;

-       l-appoġġ għall-iżvilupp ta' sistemi ta' produzzjoni lokali u ta' intrapriżi lokali inklużi intrapriżi ekoloġiċi;

-       il-promozzjoni tal-SMEs, il-mikroitrapriżi u l-kooperattivi u tal-kummerċ ġust,

-       il-promozzjoni tal-iżvilupp ta' swieq lokali, domestiċi u reġjonali, inklużi swieq għall-prodotti u s-servizzi ambjentali,

-  l-appoġġ għar-riformi tal-qafas leġislattiv u dak regolatorju u l-infurzar tagħhom,

-       il-faċilitazzjoni tal-aċċess għas-servizzi tan-negozji u finanzjarji bħall-mikrokreditu u t-tfaddil, il-mikroassigurazzjoni u t-trasferiment tal-pagamenti;

-       l-appoġġ għall-infurzar tad-drittijiet tax-xogħol maqbula internazzjonalment;

-       l-istabbiliment u t-titjib ta’ liġijiet u reġistri tal-artijiet sabiex jiġu protetti drittijiet tal-proprjetà tal-art u tal-proprjetà intellettwali;

-       il-promozzjoni ta' politiki ta' riċerka u innovazzjoni li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli u inklużiv;

-       il-promozzjoni tal-investimenti li jiġġeneraw impjiegi sostenibbli, inklużi permezz ta' mekkaniżmi ta' taħlit, b'attenzjoni fuq il-finanzjament għall-kumpanniji domestiċi u l-ingranaġġ tal-kapitali domestiċi, b'mod partikolari fil-livell tal-SMEs, u l-appoġġ għall-iżvilupp tar-riżorsi umani;

-  it-titjib tal-infrastruttura b’rispett sħiħ għall-istandards soċjali u ambjentali;

-       il-promozzjoni ta’ approċċi settorjali għal trasport sostenibbli, li jissodisfa l-bżonnijiet tal-pajjiżi sħab, li jiżgura s-sigurtà tat-trasport, l-abbordabbiltà u l-effiċjenza, u l-minimizzar ta’ effetti negattivi fuq l-ambjent,

-       l-impenn mas-settur privat għat-tisħiħ tal-iżvilupp soċjalment responsabbli u sostenibbli, il-promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali u ambjentali korporattiva u l-obbligu ta' rendikont u d-djalogu soċjali;

-       l-assistenza lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-isforzi tal-kummerċ u tal-integrazzjoni reġjonali u kontinentali, u l-provvista ta’ assistenza għall-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tagħhom fl-ekonomija dinjija;

-       l-appoġġ għal aċċess aktar ġeneralizzat għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni biex tingħalaq id-differenza diġitali.

(c)  Agrikoltura sostenibbli, is-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni

-       l-għajnuna għal pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex tinbena r-reżiljenza tagħhom għax-xokkijiet (bħall-iskarsezza ta’ riżorsi u l-provvista, il-volatilità tal-prezzijiet) u l-indirizzar ta’ inugwaljanzi, billi persuni foqra jingħataw aċċess aħjar għall-art, l-ikel, l-ilma, l-enerġija u l-finanzi mingħajr ma’ jiġi pperikolat l-ambjent;

-       l-appoġġ għal prattiki ta' agrikoltura sostenibbli u riċerka agrikola rilevanti, u l-iffokar fuq l-agrikoltura fuq skala żgħira u l-għajxien rurali;

-       l-appoġġ għan-nisa fl-agrikoltura;

-       l-inkoraġġiment għall-isforzi tal-gvernijiet biex jiffaċilitaw investiment privat soċjalment u ekoloġikament responsabbli;

-       l-appoġġ għal approċċi strateġiċi għas-sigurtà tal-ikel, b'attenzjoni fuq id-disponibbiltà tal-ikel, l-aċċess, l-infrastruttura, il-ħżin u n-nutrizzjoni;

-       l-indirizzar tan-nuqqas ta' sigurtà tal-ikel u l-malnutrizzjoni permezz ta' interventi bażiċi f'sitwazzjonijiet ta' transizzjoni u fraġilità;

-  l-appoġġ għall-iżvilupp territorjali mmexxi mill-pajjiżi, parteċipatorju, deċentralizzat u ambjentalment sostenibbli.

(d)         Enerġija sostenibbli

-       it-titjib tal-aċċess għal servizzi tal-enerġija moderni, abbordabbli, sostenibbli, effiċjenti, nodfa u rinnovabbli;

-       il-promozzjoni ta' soluzzjonijiet tal-enerġija sostenibbli lokali u reġjonali, u l-produzzjoni tal-enerġija deċentralizzata.

(e)         Il-ġestjoni tar-riżorsi naturali, inkluż l-art, il-forestrija u l-ilma, b'mod partikolari:

-       l-appoġġ għall-proċessi u l-korpi ta' sorveljanza u s-sostenn ta’ riformi ta’ governanza li jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli u trasparenti u l-preservazzjoni tar-riżorsi naturali

-       il-promozzjoni ta' aċċess ekwu għall-ilma, kif ukoll il-ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma u l-ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar;

-       il-promozzjoni tal-ħarsien u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema;

-  il-promozzjoni ta' xejriet sostenibbli tal-produzzjoni u tal-konsum u l-ġestjoni sigura u sostenibbli ta' sustanzi kimiċi u skart, billi jitqiesu l-impatti tagħhom fuq is-saħħa.

(f)          It-tibdil fil-klima u l-ambjent

-       il-promozzjoni tal-użu ta' teknoloġiji aktar nodfa, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi sostenibbli bil-għan li jinkiseb żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju filwaqt li jiġu rinfurzati standards ambjentali,

-       it-titjib fir-reżiljenza tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima billi jiġu appoġġati l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima bbażati fuq l-ekosistema u l-miżuri tat-tnaqqis fir-riskju tad-diżastri,

-       l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ambjentali multilaterali rilevanti, b'mod partikolari t-tisħiħ tad-dimensjoni ambjentali tal-qafas istituzzjonali għall-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni tal-ħarsien tal-bijodiversità,

-       il-pajjiżi sħab jiġu megħjuna sabiex jadattaw mal-isfida tal-ispostament u l-migrazzjoni kkważata mill-effetti tat-tibdil fil-klima, u l-bini mill-ġdid tal-għajxien tar-refuġjati minħabba l-klima.

III.  Oqsma oħra ta' importanza għall-iżvilupp

3. 

(a)         Il-migrazzjoni u l-asil

-       l-appoġġ għal sforzi mmirati sabiex tiġi sfruttata bis-sħiħ l-interrelazzjoni bejn il-migrazzjoni, il-mobilità, l-impjieg u t-tnaqqis ta-faqar, sabiex il-migrazzjoni tkun forza pożittiva għall-iżvilupp u jitnaqqas l-"eżodu ta' mħuħ",

-       l-appoġġ għal pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-adozzjoni ta’ politiki fuq perijodu ta’ żmien twil għall-ġestjoni tal-flussi migratorji, li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti u l-familji tagħhom u li jtejbu l-protezzjoni soċjali tagħhom.

(b)         Ir-rabta bejn l-għajnuna umanitarja u ▌l-kooperazzjoni għall-iżvilupp ▌

-       ir-rikostruzzjoni u r-riabilitazzjoni, fuq perijodu ta' żmien medju u twil, ta' reġjuni u pajjiżi milquta minn konflitt, diżastri pprovokati mill-bniedem u diżastri naturali;

-       it-twettiq ta' attivitajiet fuq perijodu ta' żmien medju u twil immirati għall-awtosuffiċjenza u l-integrazzjoni jew l-integrazzjoni mill-ġdid ta' persuni mġiegħla jitilqu minn arthom, billi tinħoloq rabta bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp.

(c)  Ir-reżiljenza u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri

-       f’sitwazzjonijiet ta’ fraġilità, l-appoġġ għat-twassil ta’ servizzi bażiċi u l-bini ta’ istituzzjonijiet tal-istat leġittimi, effettivi u reżiljenti u soċjetà ċivili attiva u organizzata, fi sħubija mal-pajjiż ikkonċernat;

-       il-kontribut għal approċċ ta’ prevenzjoni għall-fraġilità tal-istat, il-konflitti, id-diżastri naturali u tipi oħra ta’ kriżijiet billi l-pajjiżi sħab u l-isforzi ta' organizzazzjonijiet reġjonali jiġu megħjuna biex isaħħu s-sistemi ta' twissija bikrija u l-governanza demokratika u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali,

-       l-appoġġ għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, l-istat ta' preparazzjoni għad-diżastri u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-konsegwenzi ta’ tali diżastri.

(d)  L-iżvilupp u s-sigurtà, inkluża l-prevenzjoni ta' konflitti

-       l-indirizzar tal-kawżi ewlenin ta' konflitt, inkluż il-faqar, id-degradazzjoni, l-esplojtazzjoni u d-distribuzzjoni u l-aċċess mhux ugwali għar-riżorsi tal-art u naturali, il-governanza dgħajfa, l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-inugwaljanza bejn is-sessi bħala mezz ta' appoġġ għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti u l-bini tal-paċi,

-       il-promozzjoni tad-djalogu, il-parteċipazzjoni u r-rikonċiljazzjoni bil-għan tal-promozzjoni tal-paċi u l-prevenzjoni ta' tifqigħ ta’ vjolenza, f'konformità mal-aħjar prattika internazzjonali,

-       it-trawwim tal-kooperazzjoni u r-riforma tal-politika fl-oqsma tas-sigurtà u l-ġustizzja, il-ġlieda kontra d-drogi u traffikar ieħor, inkluż it-traffikar tal-bnedmin, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus.

B.  OQSMA SPEĊIFIĊI TA’ KOOPERAZZJONI GĦAL KULL REĠJUN

L-għajnuna mill-Unjoni Ewropea għandha tappoġġa azzjonijiet u djalogi settorjali konsistenti ma' dawk imsemmija fl-Artikolu 5, l-Anness IV Kapitolu A u ▌ mal-għan u l-ambitu ġenerali, l-objettivi u l-prinċipji ġenerali ta’ dan ir-Regolament. Għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari lill-oqsma deskritti hawn taħt, li jirriflettu strateġiji maqbula b’mod konġunt ▌.

1.          L-Amerika Latina

(a)         l-inkoraġġiment tal-koeżjoni soċjali, b'mod partikolari l-inklużjoni soċjali, xogħol diċenti u ekwità, ugwaljanza bejn is-sessi u l-emanċipazzjoni tan-nisa;

(b)         l-indirizzar ta’ kwistjonijiet ta’ governanza u l-appoġġ għar-riformi tal-politika, b’mod partikolari fl-oqsma tal-politiki soċjali, il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u t-tassazzjoni, is-sigurtà (inklużi d-drogi, il-kriminalità u l-korruzzjoni), it-tisħiħ tal-governanza tajba, l-istituzzjonijiet pubbliċi fil-livelli lokali, nazzjonali u reġjonali, (anki permezz ta’ mekkaniżmi innovattivi għall-provvista ta’ kooperazzjoni teknika, pereżempju TAIEX u ġemellaġġi), il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi, tal-persuni indiġeni u tal-persuni b’dixxendenza Afrikana, ir-rispett għall-istandards tax-xogħol ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), l-ambjent, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, ▌il-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali, sessista u fuq it-tfal u l-ġlieda kontra l-produzzjoni, il-konsum u t-traffikar tad-drogi;

(c)  l-appoġġ għal soċjetà ċivili attiva, organizzata u indipendenti u t-tisħiħ tad-djalogu soċjali permezz ta' appoġġ għas-sħab soċjali;

(d)         It-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali b'mod partikolari bl-istabbiliment u t-tisħiħ ta' sistemi ta' protezzjoni soċjali sostenibbli, inklużi l-assigurazzjoni soċjali, u r-riforma fiskali, it-tisħiħ tal-kapaċità ta' sistemi fiskali u l-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-ugwaljanza u d-distribuzzjoni tal-ġid;

(e)         L-assistenza lill-Istati tal-Amerika Latina fit-twettiq tal-obbligu tagħhom ta’ diliġenza dovuta fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni legali, is-sanzjonijiet, l-indennizz u l-attenzjoni għall-femminiċidju;

(f)          l-appoġġ għal diversi proċessi ta’ integrazzjoni reġjonali u l-interkonnessjoni ta’ infrastrutturi tan-netwerks, filwaqt li tiġi żgurata l-komplementarjetà mal-attivitajiet appoġġati mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u istituzzjonijiet oħra;

(g)         l-indirizzar tar-rabta żvilupp-sigurtà;

(h)         it-tisħiħ tal-kapaċità li jiġi pprovdut aċċess universali għal servizzi soċjali bażiċi ta’ kwalità, b’mod partikolari fis-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni;

(i)  l-appoġġ għall-politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u l-iżvilupp ta' qasam komuni tal-edukazzjoni għolja tal-Amerika Latina;

(j)          l-indirizzar tal-vulnerabbiltà ekonomika u l-kontribuzzjoni għat-trasformazzjoni strutturali billi jkunu stabbiliti ▌sħubiji sodi madwar relazzjonijiet miftuħa u ġusti ta' kummerċ, investimenti produttivi għal aktar impjiegi u impjiegi aħjar fl-ekonomija ekoloġika u inklużiva, it-trasferiment tal-għarfien u l-kooperazzjoni fir-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija, u l-promozzjoni ta’ tkabbir sostenibbli u inklużiv fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, b'attenzjoni partikolari għall-isfidi tal-flussi migratorji, is-sigurtà tal-ikel (inkluż l-agrikoltura u s-sajd sostenibbli), it-tibdil fil-klima, l-enerġiji sostenibbli u l-ħarsien u t-titjib tas-servizzi tal-bijodiversità u l-ekosistemi, inkluż l-ilma, il-ħamrija u l-foresti; l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (MSMEs) bħala s-sors ewlieni għat-tkabbir inklużiv, l-iżvilupp u l-impjiegi; il-promozzjoni tal-għajnuna għall-iżvilupp għall-kummerċ biex jiġi żgurat li l-MSMEs tal-Amerika Latina jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-opportunitajiet kummerċjali internazzjonali; billi jittieħed kont tal-bidliet fis-sistema SPĠ;

(k)         il-mitigazzjoni tal-effetti negattivi li ser ikollha l-esklużjoni mill-iskema ta' sistemi ta' preferenzi ġeneralizzati fuq l-ekonomiji ta’ bosta pajjiżi fir-reġjun;

(l)          l-iżgurar ta’ segwitu adatt għal miżuri ta' emerġenza għal perijodu ta' żmien qasir li jindirizzaw l-irkupru wara diżastru jew wara kriżi, li jiġu implimentati permezz ta’ strumenti finanzjarji oħra.

2.  Asja t'Isfel

(1)         Il-promozzjoni ta' governanza demokratika

(a)    L-appoġġ għall-proċessi demokratiċi, it-trawwim ta' governanza demokratika effettiva, it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-korpi pubbliċi (inkluż fil-livell lokali), l-appoġġ għad-deċentralizzazzjoni effiċjenti, ir-ristrutturazzjoni tal-istat u l-proċessi elettorali;

(b)    L-appoġġ għall-iżvilupp ta' soċjetà ċivili attiva, organizzata u indipendenti, inklużi l-mezzi tal-komunikazzjoni; u t-tisħiħ tad-djalogu soċjali permezz ta' appoġġ għas-sħab soċjali;

(c)    Il-bini u t-tisħiħ ta' istituzzjonijiet leġittimi, effettivi u responsabbli, il-promozzjoni ta' riformi istituzzjonali u amministrattivi, il-governanza tajba, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi; l-appoġġ għall-istat tad-dritt;

(d)    It-tisħiħ tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi, il-migranti, il-popli indiġeni u l-gruppi vulnerabbli, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-vjolenza sesswali, sessista u fuq it-tfal u t-traffikar tal-bnedmin.

(e)  il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, permezz tal-promozzjoni ta’ riformi istituzzjonali (fosthom dwar il-governanza tajba u kontra l-korruzzjoni, il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, it-tassazzjoni u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika) u riformi leġislattivi, amministrattivi u regolatorji f'konformità ma’ standards internazzjonali, b'mod partikolari fi stati fraġli u pajjiżi f'sitwazzjonijiet ta’ konflitt u ta' wara konflitt;

(2)         Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem fid-dimensjonijiet kollha tiegħu

(a)    l-inkoraġġiment tal-koeżjoni soċjali, b'mod partikolari l-inklużjoni soċjali, ix-xogħol deċenti u l-ekwità u l-ugwaljanza bejn is-sessi permezz tal-edukazzjoni, is-saħħa u politiki soċjali oħrajn;

4. 

(b)    it-tisħiħ tal-kapaċità li jiġi pprovdut aċċess universali għal servizzi soċjali bażiċi, b'mod partikolari fis-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni; it-titjib tal-aċċess għall-edukazzjoni għal kullħadd bil-ħsieb li jiżdiedu l-għarfien, il-ħiliet u l-impjegabbiltà fis-suq tax-xogħol, inkluż - fejn rilevanti - bl-indirizzar tal-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni abbażi tax-xogħol u d-dixxendenza, u b'mod partikolari d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti;

(c)  Il-promozzjoni tal-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni, l-impjiegi deċenti u l-istandards fundamentali tax-xogħol, l-ekwità u l-ugwaljanza bejn is-sessi permezz tal-edukazzjoni, is-saħħa u politiki soċjali oħra;

(d)    Il-promozzjoni ta' edukazzjoni/servizzi vokazzjonali u tas-saħħa ta' kwalità għolja li huma aċċessibbli għal kullħadd (inklużi għall-bniet/nisa);

(e)    fil-kuntest tar-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp, il-ġlieda kontra l-vjolenza sessista u bbażata fuq id-dixxendenza, il-ħtif tat-tfal, il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, il-produzzjoni, il-konsum u t-traffikar tad-drogi u kontra forom oħra ta' traffikar;

(f)     l-istabbiliment ta’ sħubiji orjentati lejn l-iżvilupp madwar l-agrikoltura, l-iżvilupp tas-settur privat, il-kummerċ, l-investiment, l-għajnuna, il-migrazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija u l-provvista ta’ beni pubbliċi, immirati lejn it-tnaqqis tal-faqar u l-inklużjoni soċjali;

(3)  L-appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli, iż-żieda fir-reżiljenza tas-soċjetajiet tal-Asja t'Isfel kontra t-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali

(a)    Il-promozzjoni tat-tkabbir u l-għajxien sostenibbli u inklużiv, l-iżvilupp rurali integrat, l-agrikoltura u l-forestrija sostenibbli, is-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni;

(b)    Il-promozzjoni tal-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-enerġija rinnovabbli, il-ħarsien tal-bijodiversità, l-ilma u l-immaniġġjar tal-iskart, il-ħarsien tal-ħamrija u tal-foresti

(c)    Il-kontribut għall-indirizzar tat-tibdil fil-klima permezz tal-appoġġ għall-adattament, il-mitigazzjoni u l-miżuri għat-tnaqqis tar-riskji;

(d)    L-appoġġ għall-isforzi għat-titjib tad-diversifikazzjoni ekonomika, il-kompetittività u l-kummerċ, l-iżvilupp tas-settur privat b'attenzjoni partikolari fuq l-SMEs, il-mikrointrapriżi u l-kooperattivi.

(e)    il-promozzjoni tal-konsum u l-produzzjoni sostenibbli kif ukoll l-investimenti f'teknoloġiji nodfa, l-enerġiji sostenibbli, it-trasport, l-agrikoltura u s-sajd sostenibbli, il-ħarsien u t-titjib tal-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema, inkluż l-ilma u l-foresti, u l-ħolqien ta’ impjiegi deċenti fl-ekonomija ekoloġika;

(f)  l-appoġġ għall-istat ta' preparazzjoni għad-diżastri u l-irkupru fit-tul wara diżastru, inkluż fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel u tan-nutrizzjoni u l-assistenza lill-persuni mġiegħla jitilqu minn arthom;

(4)         L-appoġġ għall-integrazzjoni u l-kooperazzjoni reġjonali

(a)    L-inkoraġġiment tal-integrazzjoni u l-kooperazzjoni reġjonali, , b'mod partikolari permezz tal-Assoċjazzjoni tal-Asja tan-Nofsinhar għall-Kooperazzjoni Reġjonali (SAARC) u l-promozzjoni tal-objettivi ta' żvilupp tal-proċess ta' Istanbul ("Il-Qalba tal-Asja");

(b)    L-appoġġ għall-ġestjoni effiċjenti tal-fruntieri u l-kooperazzjoni transkonfinali għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli f'reġjuni tal-fruntiera; il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-produzzjoni, il-konsum u t-traffikar tad-drogi;

(c)    l-appoġġ għal inizjattivi reġjonali li jimmiraw il-mard prinċipali li jittieħed; il-kontribut għall-prevenzjoni u r-rispons għar-riskji tas-saħħa, inkluż dawk li joriġinaw fl-interfaċċja bejn l-annimali, il-bnedmin u l-ambjenti diversi tagħhom;

3.  L-Asja ta' Fuq u tax-Xlokk

(1)         Il-promozzjoni ta' governanza demokratika

(a)    il-kontribut għad-demokratizzazzjoni: il-bini u t-tisħiħ ta’ istituzzjonijiet u korpi pubbliċi leġittimi, effettivi u responsabbli u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, permezz tal-promozzjoni ta’ riformi istituzzjonali (fosthom dwar il-governanza tajba u kontra l-korruzzjoni, il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, it-tassazzjoni u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika) u riformi leġislattivi, amministrattivi u regolatorji f'konformità mal-istandards internazzjonali, b'mod partikolari fi stati u pajjiżi fraġli f'sitwazzjonijiet ta’ konflitt u post-konflitt;

(b)    It-tisħiħ tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tal-minoranzi, id-drittijiet tal-popli indiġeni, ir-rispett għall-istandards fundamentali tax-xogħol, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali, sessista u fuq it-tfal, inklużi t-tfal f'konflitti armati, u l-indirizzar tal-kwistjoni tat-traffikar tal-bnedmin;

(c)    L-appoġġ għall-istruttura tad-drittijiet tal-bniedem tal-ASEAN, speċjalment il-ħidma tal-Kumitat Intergovernattiv tal-ASEAN għad-Drittijiet tal-Bniedem;

(d)  Il-bini u t-tisħiħ ta' istituzzjonijiet u korpi pubbliċi leġittimi, effettivi u b'obbligu ta' rendikont;

(e)    l-appoġġ ta' soċjetà ċivili attiva, organizzata u indipendenti, u t-tisħiħ tad-djalogu soċjali permezz ta' appoġġ għas-sħab soċjali;

(f)     L-appoġġ għall-isforzi tar-reġjun għat-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u s-sigurtà taċ-ċittadini, inkluż permezz tar-riforma tal-ġustizzja u tas-settur tas-sigurtà, u l-promozzjoni ta' djalogu interetniku u bejn nies ta' fidi differenti u proċessi ta' paċi;

(g)    Fil-kuntest tar-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, il-produzzjoni, il-konsum u t-traffikar tad-drogi u kontra forom oħra ta' traffikar, u l-appoġġ ta' ġestjoni effiċjenti tal-fruntieri u l-kooperazzjoni transkonfinali għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli fir-reġjuni tal-fruntiera; l-appoġġ għall-attivitajiet tat-tneħħija ta' mini;

(2)  Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem fid-dimensjonijiet kollha tiegħu

(a)    L-inkoraġġiment tal-koeżjoni soċjali, b'mod partikolari l-inklużjoni soċjali, ix-xogħol deċenti u l-ekwità u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

(b)    it-tisħiħ tal-kapaċità li jiġi pprovdut aċċess universali għal servizzi soċjali bażiċi, b'mod partikolari fis-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni; it-titjib tal-aċċess għall-edukazzjoni għal kullħadd bil-ħsieb li jiżdiedu l-għarfien, il-ħiliet u l-impjegabbiltà fis-suq tax-xogħol, inkluż - fejn rilevanti - bl-indirizzar tal-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni abbażi tax-xogħol u d-dixxendenza, u b'mod partikolari d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti;

(c)    l-istabbiliment ta’ sħubiji orjentati lejn l-iżvilupp madwar l-agrikoltura, l-iżvilupp tas-settur privat, il-kummerċ, l-investiment, l-għajnuna, il-migrazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija u l-provvista ta’ beni pubbliċi, immirati lejn it-tnaqqis tal-faqar u l-inklużjoni soċjali;

(d)  L-appoġġ għall-isforzi tar-reġjun għall-prevenzjoni u r-rispons għar-riskji tas-saħħa, inkluż dawk li joriġinaw fl-interfaċċja bejn l-annimali, il-bnedmin u d-diversi ambjenti tagħhom;

(e)    Il-promozzjoni ta' edukazzjoni inklużiva, tagħlim tul il-ħajja u taħriġ (inkluż l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ), u t-titjib tal-funzjonament tas-swieq tax-xogħol,

(f)     Il-promozzjoni ta' ekonomija aktar ekoloġika u sostenibbli u tkabbir inklużiv speċjalment fl-agrikoltura, is-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni, l-enerġija sostenibbli u l-ħarsien u t-titjib tas-servizzi ta' bijodiversità u tal-ekosistemi;

(g)    fil-kuntest tar-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp, il-ġlieda kontra l-vjolenza sessista u abbażi tad-dixxendenza, il-ħtif tat-tfal;

(3)  L-appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli u ż-żieda fir-reżiljenza tas-soċjetajiet tal-Asja tax-Xlokk kontra t-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali

(a)    l-appoġġ għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-promozzjoni ta' konsum u produzzjoni sostenibbli;

(b)    L-appoġġ lir-reġjun sabiex jintegra t-tibdil fil-klima fl-istrateġiji tal-iżvilupp sostenibbli, biex jiżviluppa politiki u strumenti għall-adattament u l-mitigazzjoni, biex jindirizza l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima u jsaħħaħ l-inizjattivi ta' kooperazzjoni fit-tul u jnaqqas il-vulnerabbiltà għad-diżastri, biex jappoġġa l-Qafas Multisettorjali tal-ASEAN dwar it-Tibdil fil-Klima: L-Agrikoltura u l-Forestrija lejn is-Sigurtà tal-Ikel (AFCC);

(c)    Minħabba l-espansjoni tal-popolazzjoni u d-domanda tal-konsumaturi li qed tinbidel, l-appoġġ għal konsum u produzzjoni sostenibbli kif ukoll investimenti f'teknoloġiji nodfa b'mod partikolari fil-livell reġjonali, enerġiji sostenibbli, trasport, agrikoltura u sajd sostenibbli, il-ħarsien u t-titjib tas-servizzi ta’ bijodiversità u tal-ekosistemi, inkluż l-ilma u l-foresti, u l-ħolqien ta’ impjiegi deċenti fl-ekonomija ekoloġika.

(d)    Tinħoloq rabta bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp billi jiġi żgurat segwitu adatt għall-miżuri ta' emerġenza għal perijodu qasir li jindirizzaw l-irkupru ta' wara diżastru jew ta' wara kriżi implimentati permezz ta' strumenti finanzjarji oħra; l-appoġġ għat-tħejjija għad-diżastri u l-irkupru fit-tul wara diżastru, inkluż fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-ikel u n-nutriment u l-għajnuna lill-persuni mġiegħla jitilqu minn arthom.

(4)  L-appoġġ għall-integrazzjoni u l-kooperazzjoni reġjonali fl-Asja ta' Fuq u tax-Xlokk

(a)    l-inkoraġġiment ta’ integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali akbar b’mod orjentat lejn ir-riżultati permezz ta’ appoġġ għal integrazzjoni u djalogu reġjonali;

(b)    L-appoġġ għall-integrazzjoni soċjoekonomika u l-konnettività tal-ASEAN, inkluż l-implimentazzjoni tal-objettivi marbuta mal-iżvilupp tal-Komunità Ekonomika tal-ASEAN, il-Pjan Regolatorju dwar il-Konnettività u l-Viżjoni ta' Wara l-2015;

(c)    Il-promozzjoni tal-assistenza marbuta mal-kummerċ u l-għajnuna għall-iżvilupp għall-kummerċ, inkluż biex jiġi żgurat li l-mikrointrapriżi u dawk żgħar (MSMEs) jibbenefikaw minn opportunitajiet kummerċjali internazzjonali;

(d)    L-ingranaġġ tal-finanzjament għall-infrastrutturi u n-netwerks sostenibbli li jiffavorixxu l-integrazzjoni reġjonali, l-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali u t-tkabbir sostenibbli, filwaqt li tiġi żgurata l-komplementarjetà mal-attivitajiet appoġġati mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u istituzzjonijiet finanzjarji oħra tal-UE kif ukoll ma' istituzzjonijiet oħra f'dan il-qasam;

(e)    L-inkoraġġiment tad-djalogu bejn l-istituzzjonijiet u l-pajjiżi tal-ASEAN u l-UE.

(f)     l-appoġġ għal inizjattivi reġjonali li jimmiraw il-mard prinċipali li jittieħed; il-kontribut għall-prevenzjoni u r-rispons għar-riskji tas-saħħa, inkluż dawk li joriġinaw fl-interfaċċja bejn l-annimali, il-bnedmin u l-ambjenti diversi tagħhom;

4.  L-Asja Ċentrali

(a)         bħala objettivi ġenerali, li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali li jkun sostenibbli u inklużiv, il-koeżjoni soċjali u d-demokrazija;

(b)         l-appoġġ għas-sigurtà tal-ikel, l-aċċess għas-sigurtà tal-enerġija sostenibbli, l-ilma u s-sanità għall-popolazzjonijiet lokali; il-promozzjoni u l-appoġġ għal-istat ta' preparazzjoni għal diżastri u l-adattament għat-tibdil fil-klima;

(c)         l-appoġġ għall-parlamenti rappreżentattivi u eletti b'mod demokratiku, il-promozzjoni u l-appoġġ tal-governanza tajba u l-proċessi ta' demokratizzazzjoni; ġestjoni tajba tal-finanzi pubbliċi; l-istat tad-dritt, b'istituzzjonijiet li jiffunzjonaw tajjeb u r-rispett effettiv għad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi; l-appoġġ għal soċjetà ċivili attiva, organizzata u indipendenti, u t-tisħiħ tad-djalogu soċjali permezz tal-appoġġ għas-sħab soċjali;

(d)         il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli, l-indirizzar tal-inugwaljanzi soċjali u reġjonali, u l-appoġġ ▌ għall-innovazzjoni u t-teknoloġija ▌, xogħol deċenti, ▌l-iżvilupp agrikolu u rurali, il-promozzjoni tad-diversifikazzjoni ekonomika permezz tal-appoġġ għall-MSMEs, filwaqt li jiġi stimolat l-iżvilupp ta' ekonomija soċjali tas-suq regolata, kummerċ u investiment miftuħ u ġust, inklużi r-riformi regolatorji ▌;

(e)  l-appoġġ għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-kooperazzjoni transkonfinali għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli f'reġjuni tal-fruntiera; fil-kuntest tar-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-forom kollha ta' traffikar, inkluż il-ġlieda kontra l-produzzjoni u l-konsum tad-drogi kif ukoll l-effetti negattivi tagħhom, inkluż l-HIV/AIDS;

(f)          il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bilaterali u reġjonali, id-djalogu u l-integrazzjoni inkluż ma’ pajjiżi koperti mill-Istrument Ewropew tal-Viċinat u strumenti oħra tal-Unjoni biex jappoġġaw ir-riformi tal-politika, fosthom ▌ permezz tal-bini tal-istituzzjonijiet meta adatt, l-assistenza teknika (pereżempju TAIEX), l-iskambju ta’ informazzjoni u ġemellaġġi u b’investimenti ewlenin permezz ta’ mekkaniżmi adatti sabiex jiġu mobilizzati ▌ r-riżorsi finanzjarji fis-setturi tal-edukazzjoni, l-ambjent u l-enerġija, ▌ l-iżvilupp b’livell baxx ta’ emissjonijiet/reżiljenza għall-impatti tat-tibdil fil-klima ▌.

(g)         it-tisħiħ tal-kapaċità li jingħata aċċess universali għal servizzi soċjali bażiċi ta' kwalità, b'mod partikolari fis-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni; l-appoġġ għall-aċċess tal-popolazzjoni, speċjalment iż-żgħażagħ u n-nisa, għall-impjiegi, fost l-oħrajn permezz tal-appoġġ għat-titjib tal-edukazzjoni ġenerali, vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja.

5.  Il-Lvant Nofsani

(a)         l-indirizzar tad-demokratizzazzjoni u ta’ kwistjonijiet relatati mal-governanza (inkluż fil-qasam tat-taxxa), l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-libertajiet fundamentali u l-ugwaljanza politika biex jiġu inkoraġġiti riformi politiċi, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-trasparenza tal-proċess ġudizzjarju u jinbnew istituzzjonijiet pubbliċi leġittimi, demokratiċi, effettivi u responsabbli u soċjetà ċivili attiva, indipendenti u organizzata; it-tisħiħ tad-djalogu soċjali permezz tal-appoġġ lis-sħab soċjali;

(b)         l-appoġġ lis-soċjetà ċivili fil-ġlieda tagħha għad-difiża tal-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi;

(c)         il-promozzjoni tat-tkabbir inklużiv u l-inkoraġġiment tal-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp, b'mod partikolari l-ħolqien tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, ix-xogħol deċenti u l-ekwità u l-ugwaljanza bejn is-sessi; it-tisħiħ tal-kapaċità li jingħata aċċess universali għas-servizzi soċjali bażiċi, b'mod partikolari fis-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni; l-indirizzar, fejn ikun rilevanti, tal-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' impjieg jew dixxendenza, b'mod partikolari d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' kasta;

(d)         l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ kultura ċivika speċjalment permezz tat-taħriġ, l-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni tat-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa;

(e)  il-promozzjoni ta' riforma ekonomika sostenibbli u d-diversifikazzjoni, relazzjonijiet kummerċjali miftuħa u ġusti, l-iżvilupp ta' ekonomija tas-suq soċjali regolata u sostenibbli, investiment produttiv u sostenibbli fis-setturi ewlenin (bħall-enerġija, b'attenzjoni fuq l-enerġija rinnovabbli) ▌;

(f)          il-promozzjoni ta’ relazzjonijiet tajba mal-pajjiżi ġirien, tal-kooperazzjoni, id-djalogu u l-integrazzjoni reġjonali, inkluż ma’ pajjiżi koperti mill-Istrument Ewropew tal-Viċinat u l-Istati tal-Golf koperti mill-Istrument ta' Sħubija u strumenti oħra tal-UE ▌billi jiġu appoġġati l-isforzi ta’ integrazzjoni fir-reġjun, b’mod indikattiv dwar l-ekonomija, l-enerġija, l-ilma, it-trasport u r-refuġjati;

(g)         il-promozzjoni ta' ġestjoni sostenibbli u ġusta tar-riżorsi tal-ilma kif ukoll il-ħarsien tar-riżorsi tal-ilma;

(h)         l-użu ta’ riżorsi komplementari taħt dan l-istrument minn ħidma u appoġġ koerenti permezz ta' strumenti u politiki oħra tal-UE, li jistgħu jiffukaw fuq aċċess għas-suq intern tal-Unjoni, il-mobbiltà fis-suq tax-xogħol u integrazzjoni reġjonali usa';

(i)          fil-kuntest tar-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp, il-ġlieda kontra l-produzzjoni, il-konsum u t-traffikar tad-drogi;

(j)          fil-kuntest tar-▌rabta bejn l-iżvilupp u l-migrazzjoni, ▌il-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-għajnuna lil persuni mċaqilqin minn djarhom u r-refuġjati ▌;

6.  Pajjiżi Oħra

(a)         l-appoġġ għall-konsolidazzjoni ta’ soċjetà demokratika, governanza tajba, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, Stat irregolat bl-istat tad-dritt u l-kontribut għall-istabbiltà u l-integrazzjoni reġjonali u kontinentali; appoġġ lil soċjetà ċivili attiva, organizzata u indipendenti, u t-tisħiħ tad-djalogu soċjali permezz tal-appoġġ lis-sħab soċjali;

(b)         l-għoti ta’ appoġġ għall-isforzi ta’ aġġustament xprunati mill-istabbiliment ta’ diversi żoni ta’ kummerċ ħieles;

(c)          ▌l-appoġġ tal-ġlieda kontra l-faqar, l-inugwaljanza u l-esklużjoni, fosthom billi jiġu indirizzati l-ħtiġijiet bażiċi tal-▌komunitajiet żvantaġġati u billi tiġi promossa l-koeżjoni soċjali u politiki ta' ridistribuzzjoni mmirati lejn it-tnaqqis tal-inugwaljanzi;

(d)         it-tisħiħ tal-kapaċità li jingħata aċċess universali għas- servizzi soċjali bażiċi, b’mod partikolari fis-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni;

(e)         it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol b'enfasi speċjali fuq il-promozzjoni tal-aġenda ta' xogħol deċenti tal-ILO;

(f)  l-indirizzar tal-vulnerabbiltà ekonomika u l-kontribut għal trasformazzjoni strutturali b’enfasi fuq impjiegi deċenti permezz ta’ tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv u ekonomija effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli b’livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju billi jiġu stabbiliti sħubijiet b’saħħithom madwar relazzjonijiet kummerċjali ġusti, investimenti produttivi għal aktar impjiegi u impjiegi aħjar fl-ekonomija ekoloġika u inklużiva, it-trasferiment tal-għarfien u l-kooperazzjoni fir-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija, u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u inklużiv fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, b'attenzjoni partikolari għall-isfidi tal-flussi migratorji, id-djar, is-sigurtà tal-ikel (inkluż agrikoltura u sajd sostenibbli), it-tibdil fil-klima, l-enerġiji sostenibbli u l-protezzjoni u t-titjib tas-servizzi ta’ bijodiversità u ekosistemi, inkluż l-ilma u l-ħamrija;

(g)         l-indirizzar tal-vjolenza sesswali u l-vjolenza sessista u kwistjonijiet tas-saħħa, inkluż l-HIV/AIDS u l-impatti tagħhom fuq is-soċjetà.

ANNESS V

OQSMA TA’ KOOPERAZZJONI TAĦT IL-PROGRAMMI TEMATIĊI

A.          PROGRAMM DWAR IL-BENI U L-ISFIDI PUBBLIĊI GLOBALI

F'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6, il-programm dwar il-beni u l-isfidi pubbliċi globali huwa mmirat biex isaħħaħ il-kooperazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u l-esperjenza u l-kapaċitajiet tal-pajjiżi sħab bil-għan li jikkontribwixxu għall-qerda tal-faqar, il-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp sostenibbli. Il-programm għandu jinsilet mill-oqsma ta’ kooperazzjoni li ġejjin, u jiżgura sinerġija massima bejniethom fid-dawl tal-interkonnessjoni qawwija tagħhom ▌.

L-ambjent u t-tibdil fil-klima

(a)         il-kontribut għad-dimensjoni esterna tal-politiki tal-UE dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima billi jiġi rispettat għalkollox il-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp u prinċipji oħra stabbiliti fit-Trattat;

(b)         il-ħidma minn kmieni biex pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu assistiti biex jilħqu l-MDGs jew kwalunkwe qafas sussegwenti maqbul mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, relatati mal-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali u s-sostenibbiltà ambjentali;

(c)  l-implimentazzjoni tal-inizjattivi tal-Unjoni u impenji maqbula fuq livell internazzjonali u reġjonali u/jew ta’ natura transkonfinali partikolarment fl-oqsma tat-tibdil fil-klima permezz tal-promozzjoni ta’ strateġiji reżiljenti għat-tibdil fil-klima b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju li jagħtu prijorità lil strateġiji li jippromwovu l-bijodiversità, il-ħarsien tal-ekosistemi u r-riżorsi naturali, il-ġestjoni sostenibbli inklużi l-oċeani, l-art, l-ilma, is-sajd u l-foresti (pereżempju permezz ta’ mekkaniżmi bħall-FLEGT), id-deżertifikazzjoni, il-ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma, ▌il-ġestjoni tajba tas-sustanzi kimiċi u tal-iskart, l-effiċjenza fir-riżorsi u l-ekonomija ekoloġika;

(d)          ▌iż-żieda fl-integrazzjoni u l-inklużjoni formali tal-objettivi relatati mat-tibdil fil-klima u l-ambjent fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE permezz ta’ appoġġ għall-ħidma metodoloġika u ta’ riċerka dwar, fi u minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, li tinkludi mekkaniżmi ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika, il-kartografija tal-ekosistemi, evalwazzjoni u valutazzjoni, titjib tal-kompetenza ambjentali u l-promozzjoni ta’ azzjonijiet innovattivi u l-koerenza tal-politika;

(e)  it-tisħiħ tal-governanza ambjentali u appoġġ għall-iżvilupp tal-politika internazzjonali ▌sabiex tittejjeb il-koerenza ▌ u l-effiċjenza tal-governanza globali tal-iżvilupp sostenibbli, billi jiġu assistiti l-monitoraġġ u l-valutazzjoni ambjentali reġjonali u internazzjonali, u billi jiġu promossi miżuri effettivi ta’ konformità u infurzar f'pajjiżi li qed jiżviluppaw għal ftehimiet ambjentali multilaterali ▌;

(f)          l-integrazzjoni kemm tal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri kif ukoll l-adattament għat-tibdil fil-klima fl-ippjanar tal-iżvilupp u l-investiment, u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni ta’ strateġiji li għandhom l-għan li jnaqqsu r-riskju ta’ diżastri, bħall-ħarsien tal-ekosistemi u r-restawr tal-artijiet mistagħdra;

(g)         ir-rikonoxximent tar-rwol deċiżiv tal-agrikoltura u taż-żamma tal-bhejjem fil-politiki dwar it-tibdil fil-klima billi jiġu promossi agrikoltura u trobbija tal-bhejjem fuq skala żgħira bħala strateġiji ta’ adattament u mitigazzjoni awtonomi fin-Nofsinhar minħabba l-użu sostenibbli minnhom tar-riżorsi naturali, bħall-ilma u l-mergħat.

Enerġija Sostenibbli

(a)         il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi tal-enerġija affidabbli, siguri, bi prezz aċċessibbli, sostenibbli u li ma jagħmlux ħsara lill-klima bħala xprun ewlieni għall-qerda tal-faqar u għat-tkabbir u l-iżvilupp inklużiv b’enfasi speċjali fuq l-użu ta’ sorsi lokali u reġjonali tal-enerġija rinnovabbli u fuq l-iżgurar ta’ aċċess għal persuni fqar f'reġjuni mbiegħda;

(b)         it-trawwim ta’ aktar użu ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari approċċi deċentralizzati, kif ukoll l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-promozzjoni ta’ strateġiji għall-iżvilupp sostenibbli b’livell baxx ta' emissjonijiet;

(c)         il-promozzjoni tas-sigurtà tal-enerġija għal pajjiżi sħab u l-komunitajiet lokali, pereżempju permezz tad-diversifikazzjoni tas-sorsi u tar-rotot, il-konsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-volatilità tal-prezzijiet, il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet, it-titjib tas-swieq u t-trawwim tal-interkonnessjonijiet u l-kummerċ tal-enerġija u b'mod partikolari tal-elettriku.

L-iżvilupp tal-bniedem, li jinkludi x-xogħol deċenti, il-ġustizzja soċjali u l-kultura

(a)         Is-saħħa

5. 

(i)     it-titjib tas-saħħa u l-benessri tal-persuni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw billi jkun appoġġat l-aċċess inklużiv u universali għal, u billi jiġu pprovduti b'mod ugwali faċilitajiet, prodotti u servizzi tas-saħħa pubblika essenzjali ta’ kwalità tajba ▌b’kontinwità tal-kura mill-prevenzjoni sa wara t-trattament u b'enfasi speċjali fuq il-ħtiġijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn gruppi żvantaġġati u vulnerabbli;

(ii)     l-appoġġ u l-formazzjoni tal-aġenda politika ta’ inizjattivi globali ta’ benefiċċju dirett sinifikanti għall-pajjiżi sħab, billi jiġu kkunsidrati l-orjentazzjoni tar-riżultati, l-effettività tal-għajnuna u l-effetti fuq is-sistemi tas-saħħa, inkluż l-appoġġ lill-pajjiżi sħab biex jinvolvu ruħhom aħjar ma' dawn l-inizjattivi;

(iii)  l-appoġġ għall-inizjattivi speċifiċi speċjalment fuq livell reġjonali u globali, li jsaħħu s-sistemi tas-saħħa u jgħinu lill-pajjiżi jiżviluppaw u jimplimentaw politiki nazzjonali tajba u sostenibbli dwar is-saħħa abbażi tal-evidenza, u f'oqsma prijoritarji bħas-saħħa tat-tfal u tal-omm, li jinkludu immunizzazzjoni u reazzjoni għat-theddid globali għas-saħħa (bħall-HIV/AIDS, it-tuberkolożi u l-malarja u mard ieħor ittraskurat relatat mal-faqar);

(iiia) il-promozzjoni tal-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Bejġing u l-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp u l-eżiti tal-konferenzi ta' reviżjoni tagħhom u f'dan il-kuntest is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi;

(iiib) il-promozzjoni, l-għoti u l-estensjoni tas-servizzi essenzjali u l-appoġġ psikoloġiku għall-vittmi tal-vjolenza, speċjalment in-nisa u t-tfal.

(b)  Edukazzjoni, għarfien u ħiliet:

(i)     L-appoġġ għall-kisba ta’ miri maqbula internazzjonalment fl-edukazzjoni permezz ta’ inizjattivi u sħubijiet globali, b'enfasi speċjali fuq il-promozzjoni tal-għarfien, il-ħiliet u l-valuri għal żvilupp sostenibbli u inklużiv;

(ii)     il-promozzjoni tal-iskambju ta' esperjenza, prattiki tajba u l-innovazzjoni, abbażi ta' approċċ bilanċjat lejn l-iżvilupp tas-sistemi edukattivi;

(iii)    it-titjib tal-aċċess ugwali għall-edukazzjoni u tal-kwalità tal-edukazzjoni b'mod partikolari għall-persuni li jagħmlu parti minn gruppi vulnerabbli, migranti, in-nisa u l-bniet, u l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi reliġjużi, il-persuni b'diżabbiltà, il-persuni li jgħixu f'kuntest fraġli, u fil-pajjiżi li għad fadlilhom l-aktar biex jilħqu l-miri globali, u t-titjib tal-ikkompletar tal-edukazzjoni bażika u t-transizzjoni għall-edukazzjoni sekondarja.

(c)  L-ugwaljanza bejn is-sessi, l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tal-bniet:

(i)     L-appoġġ għall-programmi fil-livell ta’ pajjiż, reġjonali u lokali biex jiġu promossi l-emanċipazzjoni ekonomika u soċjali, it-tmexxija u l-parteċipazzjoni politika ugwali tan-nisa;

(ii)    l-appoġġ għall-inizjattivi nazzjonali, reġjonali u globali biex jippromwovu l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-bniet fil-politiki, il-pjanijiet u l-baġits, inkluż fl-oqfsa tal-iżvilupp internazzjonali, reġjonali u nazzjonali u fl-aġenda dwar l-effikaċja tal-għajnuna; l-għajnuna għall-eradikazzjoni ta' prattiki tal-għażla tas-sessi bi preġudizzju bejn is-sessi;

(iii)  l-indirizzar tal-vjolenza sesswali u l-vjolenza sessista u l-appoġġ għall-vittmi tagħha.

(d)  It-tfal u ż-żgħażagħ

(i)     il-ġlieda kontra t-traffikar tat-tfal u kontra kull forma ta’ vjolenza u abbuż kontra t-tfal u kull forma ta' tħaddim tat-tfal, il-ġlieda kontra ż-żwieġ ta’ tfal, u l-promozzjoni ta' linji politiċi li jqisu l-vulnerabbiltajiet u l-potenzjal partikolari taż-żgħażagħ u t-tfal, il-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom, inkluża r-reġistrazzjoni tagħhom mat-twelid u l-interessi, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-għajxien, li tibda bil-parteċipazzjoni u l-għoti ta' setgħat;

(ii)    it-tisħiħ fl-attenzjoni u l-kapaċità ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jiżviluppaw politiki li jkunu ta’ benefiċċju għaż-żgħażagħ u t-tfal u l-promozzjoni tar-rwol tat-tfal u ż-żgħażagħ bħala atturi għall-iżvilupp;

(iii)  l-appoġġ tal-iżvilupp ta' strateġiji u interventi konkreti li jindirizzaw problemi u sfidi partikolari li jolqtu liż-żgħażagħ u lit-tfal, speċjalment fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-impjieg, billi jitqiesu l-aħjar interessi tagħhom f'kull azzjoni rilevanti.

(e)  Nondiskriminazzjoni

(i)     L-appoġġ għal inizjattivi lokali, reġjonali, nazzjonali u globali biex ikun promoss in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, identità tal-ġeneru, oriġini razzjali jew etnika, kasti, reliġjon jew twemmin, diżabilità, mard, età u orjentazzjoni sesswali permezz tal-iżvilupp ta’ politiki, pjanijiet u baġits, kif ukoll l-iskambju ta’ prattiki tajba u għarfien espert;

(ii)    L-iżgurar ta’ djalogu aktar miftuħ fuq in-nondiskriminazzjoni u l-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

(f)          Impjieg, ħiliet, protezzjoni soċjali u inklużjoni soċjali:

(i)     Is-sostenn ta’ livelli għolja ta’ impjiegi produttivi u deċenti b’mod partikolari b’appoġġ għal politiki u strateġiji tajba dwar l-edukazzjoni u x-xogħol, it-taħriġ vokazzjonali għall-impjegabbiltà li jkun rilevanti għall-ħtiġijiet u l-perspettivi tas-suq lokali tax-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż fl-ekonomija informali, il-promozzjoni ta’ xogħol deċenti abbażi tal-istandards bażiċi tax-xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), inkluża l-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal, u d-djalogu soċjali kif ukoll il-faċilitazzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema filwaqt li jiġu rrispettati u promossi d-drittijiet tal-migranti;

(ii)  it-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali b'mod partikolari bil-ħolqien u t-tisħiħ ta' sistemi ta' protezzjoni soċjali sostenibbli, inklużi l-iskemi tal-assigurazzjoni soċjali għal dawk li jgħixu fil-faqar, u bir-riforma fiskali, it-tisħiħ tal-kapaċità ta' sistemi fiskali u l-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali, li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-ugwaljanza u d-distribuzzjoni tal-ġid;

(iii)  it-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali l-ugwaljanza bejn is-sessi b’kooperazzjoni dwar l-aċċess ekwu għas-servizzi bażiċi, l-impjieg għal kulħadd, l-għoti tas-setgħa u r-rispett lejn id-drittijiet ta’ gruppi speċifiċi, speċjalment il-migranti, it-tfal u ż-żgħażagħ, il-persuni b’diżabilitajiet, in-nisa, popli indiġeni u persuni li jappartjenu għal minoranzi sabiex jiġi żgurat li dawn il-gruppi jistgħu u se jipparteċipaw u jgawdu mill-ħolqien tal-ġid u d-diversità kulturali.

(g)         Tkabbir, impjiegi u involviment tas-settur privat

(i)     Il-promozzjoni ta' azzjonijiet li għandhom l-għan li joħolqu aktar impjiegi u impjiegi aħjar, bl-iżvilupp tal-kompetittività u r-reżiljenza tal-MSMEs lokali u l-integrazzjoni tagħhom fl-ekonomija lokali, reġjonali u globali, li jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jintegraw ruħhom fis-sistemi kummerċjali reġjonali u multilaterali,

(ii)  l-iżvilupp ta' snajja' lokali, li jservu biex jippreżervaw il-wirt kulturali lokali,

(iii)  l-iżvilupp ta' settur privat lokali soċjalment u ekoloġikament responsabbli u t-titjib tal-ambjent tan-negozju,

(iv)   il-promozzjoni ta' politiki ekonomiċi effettivi li jappoġġaw l-iżvilupp tal-ekonomija lokali u l-industriji lokali, lejn ekonomija ekoloġika u inklużiva, l-effiċjenza fir-riżorsi u proċessi ta' konsum u produzzjoni sostenibbli.

(v)    Il-promozzjoni tal-użu tal-komunikazzjoni elettronika bħala għodda biex issostni t-tkabbir favur il-fqar mas-setturi kollha sabiex tingħalaq il-qasma diġitali bejn pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk industrijalizzati u ġo pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jinkiseb qafas politiku u regolatorju adegwat f'dan il-qasam u jkun promoss l-iżvilupp tal-infrastruttura neċessarja u l-użu tas-servizzi u l-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-ICT.

(vi)   il-promozzjoni ta' inklużjoni finanzjarja billi jitrawwem l-aċċess għal u l-użu effettiv tas-servizzi finanzjarji, bħall-mikrokreditu u t-tfaddil, il-mikro-assigurazzjoni u t-trasferiment tal-pagamenti, mill-MSMEs u l-unitajiet domestiċi, b'mod partikolari l-gruppi żvantaġġati u vulnerabbli.

(h)  Kultura

(i)     il-promozzjoni tad-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u r-rispett għad-dinjità ugwali tal-kulturi kollha;

(ii)    il-promozzjoni ta' kooperazzjoni internazzjonali sabiex tistimola l-kontribut ta' industriji kulturali għat-tkabbir ekonomiku f'pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jisfruttaw il-potenzjal kollu tagħha għall-ġlieda kontra l-faqar, li jinkludi l-indirizzar ta' kwistjonijiet bħall-aċċess għas-suq u d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali;

(iii)  il-promozzjoni tar-rispett għall-valuri soċjali, kulturali u spiritwali ta' popli indiġeni u minoranzi sabiex jitjiebu l-ugwaljanza u l-ġustizzja f'soċjetajiet multi-etniċi f'konformità mad-drittijiet universali tal-bniedem li għalihom kulħadd għandu jedd, inklużi popli indiġeni u persuni li jagħmlu parti minn minoranzi;

(iv)   l-appoġġ għall-kultura bħala settur ekonomiku promettenti għall-iżvilupp u t-tkabbir.

Is-sigurtà tal-ikel u tan-nutriment u l-agrikoltura sostenibbli

Il-programm għandu jsaħħaħ il-kooperazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u l-esperjenzi u l-kapaċitajiet tal-pajjiżi sħab fuq l-erba’ pilastri tas-sigurtà tal-ikel b’approċċ sensittiv għall-ugwaljanza bejn is-sessi: id-disponibbiltà (produzzjoni) tal-ikel, l-aċċess (inklużi l-art, l-infrastruttura għat-trasport tal-ikel minn żoni biż-żejjed għal żoni bin-nieqes, is-swieq, l-istabbiliment ta' riżervi domestiċi tal-ikel, ix-xbieki tas-sigurtà), l-użu (interventi ta’ nutriment b'kuxjenza soċjali) u l-istabbiltà, filwaqt li jipprijoritizza ħames dimensjonijiet: l-agrikoltura ta’ skala żgħira u ż-żamma tal-bhejjem, l-ipproċessar tal-ikel biex jinħoloq valur miżjud, il-governanza, l-integrazzjoni reġjonali u l-mekkaniżmi ta’ assistenza għall-popolazzjonijiet vulnerabbli. Il-programm ser jindirizza wkoll il-kummerċ ġust

(a)         Il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-agrikoltura sostenibbli fuq skala żgħira u ż-żamma tal-bhejjem permezz ta' aċċess sigur għal teknoloġija bbażata fuq l-ekosistemi, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima (inkluż teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni), permezz tar-rikonoxximent, il-promozzjoni u t-tisħiħ ta' strateġiji awtonomi ta' adattament fir-rigward tat-tibdil fil-klima, u permezz ta' estensjoni u servizzi tekniċi, skemi ta' żvilupp rurali, miżuri ta' investiment produttivi u responsabbli, f'konformità ma' linji gwida internazzjonali, il-ġestjoni sostenibbli tal-art u r-riżorsi naturali, il-ħarsien tad-drittijiet fuq l-art tal-popolazzjoni fid-diversi forom tagħha u l-aċċess għall-art għall-popolazzjonijiet lokali, il-ħarsien tad-diversità ġenetika, f'ambjent ekonomiku favorevoli;

(b)  jiġu appoġġati t-tfassil tal-politika ambjentalment u soċjalment responsabbli u l-governanza tas-setturi relevanti, ir-rwol tal-atturi pubbliċi u dawk mhux pubbliċi fir-regolamentazzjoni tagħha u l-użu tal-beni pubbliċi, il-kapaċità organizzattiva tagħha, l-organizzazzjonijiet professjonali u l-istituzzjonijiet;

(c)         it-tisħiħ tas-sigurtà tal-ikel u tan-nutriment permezz ta’ politiki adegwati, inkluż il-protezzjoni tas-servizzi ta’ bijodiversità u tal-ekosistemi, politiki għall-adattament għall-klima, sistemi ta’ informazzjoni, il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kriżijiet, u strateġiji ta’ nutriment għall-popolazzjonijiet vulnerabbli li jimmobilizzaw ir-riżorsi meħtieġa biex jitwasslu interventi bażiċi li jistgħu jipprevjenu l-maġġoranza vasta ta' każijiet ta' malnutriment;

(d)         it-trawwim ta’ prattiki sikuri u sostenibbli permezz tal-katina tal-ikel u l-għalf.

Il-Migrazzjoni u l-Asil

Il-programm għandu l-intenzjoni li jsaħħaħ id-djalogu politiku, il-kooperazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u l-esperjenza u l-kapaċitajiet tal-pajjiżi sħab, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali sabiex tiġi appoġġata l-mobilità tal-bniedem bħala element pożittiv tal-iżvilupp tal-bniedem. Il-programm, ibbażat fuq approċċ li jħaddan id-drittijiet tal-bniedem, sewwa dawk ċivili kif ukoll dawk politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, ser jindirizza l-isfidi tal-flussi migratorji, inkluża l-migrazzjoni bejn in-Nofsinhar u n-Nofsinhar, is-sitwazzjoni ta’ migranti vulnerabbli bħal minuri mhux akkumpanjati, vittmi ta' traffikar, persuni li jfittxu l-asil, migranti nisa, u l-kondizzjoni ta’ tfal, nisa u familji li jitħallew fil-pajjiżi tal-oriġini.

(a)         Il-promozzjoni ta’ governanza tal-migrazzjoni fil-livelli kollha, b'enfasi partikolari fuq il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-migrazzjoni, u r-rikonoxximent tar-rwol ewlieni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluża d-dijaspora, u l-awtoritajiet lokali fl-indirizzar tal-migrazzjoni bħala komponent essenzjali tal-istrateġija dwar l-iżvilupp;

(b)  tiġi żgurata ġestjoni aħjar tal-flussi migratorji fid-dimensjonijiet kollha tagħhom, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-gvernijiet u partijiet interessati rilevanti oħra fil-pajjiżi sħab f'oqsma bħal: il-migrazzjoni legali u l-mobilità; il-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari, il-kuntrabandu ta' migranti u t-traffikar tal-bnedmin; il-faċilitazzjoni tar-ritorn sostenibbli tal-migranti irregolari u l-appoġġ għar-ritorn volontarju u l-integrazzjoni mill-ġdid; kapaċitajiet ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri; u l-protezzjoni internazzjonali u l-asil.

(c)         jiġi massimizzat l-impatt tal-iżvilupp taż-żieda fil-mobilità reġjonali u globali tal-persuni, u b’mod partikolari tal-migrazzjoni tax-xogħol ġestita tajjeb, tittejjeb l-integrazzjoni tal-migranti fil-pajjiżi tad-destinazzjoni, jiġu promossi u protetti d-drittijiet tal-migranti u l-familji tagħhom, permezz ta’ appoġġ għall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki reġjonali u nazzjonali tajba dwar il-migrazzjoni u l-asil, permezz tal-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-migrazzjoni f’politiki reġjonali u nazzjonali oħra u permezz ta’ appoġġ għall-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-migranti u l-awtoritajiet lokali fil-formulazzjoni tal-politika u fil-monitoraġġ tal-proċessi tal-implimentazzjoni tal-politika;

(d)  jiġi mtejjeb fehim komuni tar-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp, inklużi l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tal-politiki tal-gvern, sew jekk ikunu fis-settur tal-migrazzjoni/asil jew f’setturi oħra;

(e)         tissaħħaħ il-kapaċità tal-asil u l-akkoljenza f'pajjiżi sħab.

Il-programm ser jiġi ġestit f’koerenza mal-Fond tal-Migrazzjoni u l-Asil u l-Fond għas-Sigurtà Interna, b’rispett sħiħ għall-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp.

B.  PROGRAMM DWAR L-ORGANIZZAZZJONIJIET TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI U L-AWTORITAJIET LOKALI

F'konformità mal-konklużjonijiet tal-Inizjattiva ta’ Djalogu Strutturat u l-appoġġ tal-UE għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba, l-objettiv tal-programm hu li jsaħħaħ l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi sħab u, meta previst f'dan ir-Regolament, fl-Unjoni, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali. Għandu l-għan li jrawwem ambjent favorevoli għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-azzjoni u l-kooperazzjoni tas-soċjetà ċivili, l-iskambju ta' għarfien u esperjenzi u kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi sħab b'appoġġ għall-għanijiet ta' żvilupp maqbula internazzjonalment.

F'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6, il-programm għandu jikkontribwixxi għal:

(a)         soċjetà inklużiva u mogħtija s-setgħa fil-pajjiżi sħab permezz ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali msaħħa u servizzi bażiċi mogħtija lill-popolazzjonijiet fil-bżonn;

(b)         livell akbar ta’ sensibilizzazzjoni ▌ taċ-ċittadini Ewropej rigward kwistjonijiet ta’ żvilupp u mobilizzazzjoni ta’ appoġġ pubbliku attiv fl-Unjoni, fil-pajjiżi kandidati potenzjali u fil-pajjiżi kandidati għal strateġiji għat-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi sħab;

(c)  kapaċità akbar tan-netwerks, il-pjattaformi u l-alleanzi tas-soċjetà ċivili u tal-awtoritajiet lokali Ewropej u tan-Nofsinhar sabiex ikun żgurat djalogu politiku sostantiv u kontinwu fil-qasam tal-iżvilupp u sabiex tiġi promossa l-governanza demokratika.

Attivitajiet possibbli li ser jiġu appoġġati mill-programm:

(a)         interventi f'pajjiżi sħab li jappoġġaw gruppi vulnerabbli u emarġinati ▌billi jipprovdu servizzi bażiċi mogħtija permezz ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali;

(b)         żvilupp tal-kapaċità tal-atturi fil-mira, komplementari għall-appoġġ mogħti fil-qafas tal-programm nazzjonali, azzjonijiet immirati sabiex:

(i)     joħolqu l-ambjent favorevoli għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-azzjoni tas-soċjetà ċivili u l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jipparteċipaw b’mod effettiv fil-formulazzjoni tal-politika u fil-monitoraġġ tal-proċessi tal-implimentazzjoni tal-politika;

(ii)     jiffaċilitaw djalogu mtejjeb u interazzjoni aħjar bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet lokali, l-Istat u atturi oħra tal-iżvilupp fil-kuntest tal-iżvilupp;

(iii)  isaħħu l-kapaċità tal-awtoritajiet lokali biex jipparteċipaw b’mod effettiv fil-proċess ta’ żvilupp filwaqt li jiġu rikonoxxuti r-rwol u l-ispeċifiċitajiet partikolari tagħhom;

(c)         titqajjem kuxjenza pubblika dwar kwistjonijiet ta’ żvilupp, tingħata s-setgħa lil persuni sabiex isiru ċittadini attivi u responsabbli u tiġi promossa edukazzjoni formali u informali għall-iżvilupp fl-Unjoni, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali, sabiex il-politika dwar l-iżvilupp tiġi ankrata fis-soċjetajiet Ewropej, jiġi mobilizzat appoġġ pubbliku akbar għall-azzjoni kontra l-faqar u għal relazzjonijiet aktar ekwi bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw, titqajjem kuxjenza dwar il-kwistjonijiet u d-diffikultajiet li jiffaċċjaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-popli tagħhom, u biex jiġi promoss id-dritt għal proċess ta’ żvilupp li fih jistgħu jitwettqu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha u d-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni;

(d)         koordinazzjoni, żvilupp tal-kapaċità u tisħiħ istituzzjonali tas-soċjetà ċivili u tan-netwerks tal-awtoritajiet lokali, fi ħdan l-organizzazzjonijiet tagħhom u bejn tipi differenti ta’ partijiet interessati attivi fid-dibattitu pubbliku Ewropew dwar l-iżvilupp kif ukoll il-koordinazzjoni, l-iżvilupp tal-kapaċità u t-tisħiħ istituzzjonali tan-netwerks tan-Nofsinhar tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet ċentrali.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma atturi mhux tal-Istat, li ma jagħmlux profitt u joperaw fuq bażi indipendenti u b'obbligu ta' rendikont li jinkludu: organizzazzjonijiet mhux governattivi, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw popli indiġeni, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw minoranzi nazzjonali u/ jew etniċi, organizzazzjonijiet ta’ dijaspora, organizzazzjonijiet ta’ migranti f’pajjiżi sħab, assoċjazzjonijiet tal-kummerċjanti lokali u gruppi taċ-ċittadini, kooperattivi, assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem u trade unions (sħab soċjali), organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw interessi soċjali u ekonomiċi, organizzazzjonijiet li jiġġieldu l-korruzzjoni u l-frodi u jippromwovu governanza tajba, organizzazzjonijiet għad-drittijiet ċivili u organizzazzjonijiet li jiġġieldu d-diskriminazzjoni, organizzazzjonijiet lokali (inkluż netwerks) involuti fil-kooperazzjoni u l-integrazzjoni deċentralizzati reġjonali, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, organizzazzjonijiet tan-nisa u taż-żgħażagħ, organizzazzjonijiet ambjentali, tat-tagħlim, kulturali, ta' riċerka u xjentifiċi, universitajiet, knejjes u assoċjazzjonijiet u komunitajiet reliġjużi, il-mezzi tax-xandir u kwalunkwe assoċjazzjoni mhux governattiva u fondazzjoni indipendenti, inkluż fondazzjonijiet politiċi indipendenti, li huwa probabbli li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-objettivi ta' dan ir-Regolament.

Awtoritajiet lokali jinkludu varjetà kbira ta’ livelli subnazzjonali u friegħi tal-gvern, jiġifieri muniċipalitajiet, komunitajiet, distretti, kontej, provinċji, reġjuni eċċ.

***

ANNESS VI

OQSMA TA’ KOOPERAZZJONI TAĦT IL-PROGRAMM PAN-AFRIKAN

Il-programm Pan-Afrikan għandu jappoġġa l-objettivi u l-prinċipji ġenerali tas-sħubija strateġika bejn l-UE u l-Afrika. Hu ser jippromwovi l-prinċipji ta' sħubija ffokata fuq in-nies u "li tittratta lill-Afrika bħala waħda", kif ukoll il-koerenza bejn il-livelli reġjonali u kontinentali. Hu ser jiffoka fuq attivitajiet ta' natura transreġjonali, kontinentali jew globali fi u mal-Afrika, u jappoġġa inizjattivi konġunti UE-Afrika fix-xena globali. Il-programm b'mod partikolari għandu jipprovdi appoġġ fl-oqsma tas-sħubija li ġejjin:

-            il-paċi u sigurtà,

-            governanza demokratika u d-drittijiet tal-bniedem,

-            il-kummerċ, l-integrazzjoni reġjonali u l-infrastruttura (inklużi l-materji primi),

-            l-MDGs u l-miri ġodda ta' żvilupp ta' wara l-2015 maqbula internazzjonalment,

-            l-enerġija,

-            it-tibdil fil-klima u l-ambjent,

-            il-migrazzjoni, il-mobilità u l-impjiegi,

-            ix-xjenza, is-soċjetà tal-informazzjoni u l-ispazju, ▌

-            kwistjonijiet trasversali.

6. 

7. ANNESS VII

ALLOKAZZJONIJIET FINANZJARJI INDIKATTIVI GĦALL-PERIJODU 2014-2020

(f'miljuni ta' EUR)

Total                                                                                                      19 662

(1)         Programmi ġeografiċi                                                               11 809[5]

a)     Għal kull żona ġeografika

· L-Amerika Latina                                                   2500

· L-Asja t'Isfel                                                           3813

· L-Asja ta' Fuq u tax-Xlokk                                    2870

· L-Asja Ċentrali                                                       1072

· Il-Lvant Nofsani                                                       545

· Pajjiżi Oħra                                                               251

b)     Għal kull żona ta' kooperazzjoni

· Id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba mill-inqas 15%

· Tkabbir inklużiv u sostenibbli għall-iżvilupp tal-bniedem   mill-inqas 45%

(2)  Programmi tematiċi  7 008

(a)    Beni pubbliċi globali u sfidi globali                             5 101

· L-ambjent u t-tibdil fil-klima [6]                                            27 %

· L-enerġija Sostenibbli                                                          12 %

· L-iżvilupp tal-bniedem, li jinkludi x-xogħol deċenti, il-ġustizzja soċjali u l-kultura  25 %

Li minnhom:

-       Is-saħħa                                                                      mill-anqas  40 %

-       L-edukazzjoni, l- għarfien u l-ħiliet                         mill-anqas  17,5 %

-       L-ugwaljanza bejn is-sessi, l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-ħarsien tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet; it-tfal u ż-żgħażagħ, in-nondiskriminazzjoni; l-impjiegi, il-ħiliet,

         il-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali; it-tkabbir, l-impjiegi

         u impenn tas-settur privat, kultura                           mill-anqas  27,5 %

· Is-Sigurtà tal-provvista tal-ikel u l-agrikoltura sostenibbli  29 %

· Il-migrazzjoni u l-asil                                                             7 %

Mill-inqas 50 % tal-fondi, qabel l-użu tal-indikaturi bbażati fuq il-metodoloġija tal-OECD (l-indikaturi ta’ Rio) ser iservu għall-azzjoni klimatika u l-objettivi relatati mal-ambjent.

(b)    L-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali  1 907

(3)         Programm Pan-Afrikan                                                                     845

__________________

  • [1] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [2]           ĠU C …
  • [3]           Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' ... .
  • [4]           NB: Tħassru dawk li kienu l-Annessi I, II u III
  • [5]           Li minnhom EUR 758 miljun fondi mhux allokati
  • [6]           Fil-prinċipju, il-fondi jkunu allokati b'mod ekwu bejn l-ambjent u t-tibdil fil-klima.

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

STQARRIJIET u DIKJARAZZJONIJIET

Draft Statement by the Commission on the strategic dialogue with the European Parliament[1]

On the basis of Article 14 TEU, the Commission will conduct a strategic dialogue with the European Parliament prior to the programming of [add the name of the corresponding ENI, DCI, IPA II, EIDHR, ISP, PI Regulation] and after initial consultation of its relevant beneficiaries, where appropriate. The Commission will present to the Parliament the relevant available documents on programming with indicative allocations foreseen per country/region, and, within a country/region, priorities, possible results and indicative allocations foreseen per priority for geographic programmes, as well as the choice of assistance modalities*. The Commission will present to the Parliament the relevant available documents on programming with thematic priorities, possible results, choice of assistance modalities*, and financial allocations for such priorities foreseen in thematic programmes. The Commission will take into account the position expressed by the European Parliament on the matter.

The Commission will conduct a strategic dialogue with the European Parliament in preparing the Mid Term Review and before any substantial revision of the programming documents during the period of validity of this Regulation.

The Commission, if invited by the European Parliament, will explain where Parliament's observations have been taken into consideration in the programming documents and any other follow-up given to the strategic dialogue.

CIR, IPA II, ENI, PI, DCI

Draft Statement by the European Parliament on the suspension of assistance

granted under the financial instruments

The European Parliament notes that the Regulation establishing a financing instrument for development cooperation, the Regulation establishing a European Neighbourhood Instrument, the Regulation establishing a Partnership Instrument for cooperation with third countries and the Regulation on the Instrument for Pre-accession Assistance do not contain any explicit reference to the possibility of suspending assistance in cases where a beneficiary country fails to observe the basic principles enunciated in the respective instrument and notably the principles of democracy, rule of law and the respect for human rights. 

The European Parliament considers that any suspension of assistance under these instruments would modify the overall financial scheme agreed under the ordinary legislative procedure. As a co-legislator and co-branch of the budgetary authority, the European Parliament is therefore entitled to fully exercise its prerogatives in that regard, if such a decision is to be taken.

Draft

DECLARATION BY THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL AND THE COMMISSION ON ARTICLE 5.2(c) OF THE DCI

With regard to the application of Article 5.2.c) of Regulation (EU) Nr. .../xxxx at the time of entry into force of that Regulation, the following partner countries are considered eligible for bilateral cooperation, as exceptional cases, including in view of phasing out development grant aid: Cuba, Colombia, Ecuador, Peru and South Africa.

Draft

DECLARATION BY THE COMMISSION ON ARTICLE 5 OF THE DCI

The Commission will seek the views of the European Parliament before changing the application of Article 5.2.c).

Draft Declaration by the Commission

This Regulation should enable the Union to contribute to fulfilling the joint Union commitment of providing continued support for human development to improve people's lives in line with the MDGs. At least 20% of allocated assistance under this Regulation will be allocated to basic social services, with a focus on health and education, and to secondary education, recognising that a degree of flexibility must be the norm, such as cases where exceptional assistance is involved. Data concerning the respect of this declaration will be included in the annual report referred to in Article 13 of the Common Implementing Regulation.

  • [1]  The Commission will be represented at the responsible Commissioner level

NOTA SPJEGATTIVA

1. Sfond

Fis-7 ta’ Diċembru 2011, ġiet ippubblikata l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-istabbilizzazzjoni ta’ strument finanzjarju, li bdiet il-proċedura li se twassal għal bażi legali ġdid għall-politiki dwar l-iżvilupp tal-Unjoni. Din il-proposta inkludiet diversi aspetti ġodda. Id-distinzjoni hija forsi l-aktar element importanti, id-distinzjoni bejn il-pajjiżi l-anqas żviluppati u dawk li evolvew f’pajjiżi bi dħul medju-għoli. Ta’ importanza indaqs hija t-tnaqqis fin-numru ta’ programmi tematiċi minn ħamsa għal tnejn, li tnaqqas il-korp tat-test filwaqt illi jintużaw annessi sabiex jiġu speċifikati l-prijoritajiet għall-programmi ġeografiċi u tematiċi. Is-simplifikazzjoni hija objettiv ieħor tal-proposta, li jieħu l-benefiċċju sħiħ tal-għan predominanti ta' allinjament ma' politiki tal-pajjiżi msieħba. Dokumenti ta’ strateġija tal-pajjiż mhumiex se jinħtieġu iżjed jekk il-pajjiż imsieħeb ikollu l-pjan tal-iżvilupp tiegħu. 

Ir-rapporteur tiegħek jaqsam il-prinċipji u l-objettivi li l-Kummissjoni stabbiliet fil-proposta tagħha, iżda jissuġġerixxi diversi emendi, li ħafna minnhom jirriflettu prijoritajiet espressi preċedentement mill-Parlament fir-rigward tal-politika dwar l-iżvilupp fil-futur tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tagħha.

2. Aspetti ewlenin tal-abbozz tar-rapport

a) Il-koordinazzjoni u l-valur miżjud

Il-politiki dwar l-iżvilupp tal-Unjoni għandhom jieħdu vantaġġ sħiħ mill-valur miżjud tal-UE, filwaqt illi jikkombinaw il-piż tal-Istati Membri u jżidu d-determinazzjoni politika konġunta tagħhom sabiex jilħqu l-ingranaġġ sħiħ li l-Unjoni tista' tikseb. Dan huwa ħafna iktar milli sempliċement kwistjoni ta’ użu effiċjenti ta’ riżorsi finanzjarji. Filfatt, il-koordinazzjoni u d-diviżjoni intelliġenti tax-xogħol bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni se jwasslu għal użu aħjar ta’ fondi, u dan għandu jkun prijorità. Għalhekk, ir-rapporteur tiegħek jilqa' l-kliem fid-DCI "kumplimentarjetà u armonizzazzjoni aħjar, allinjament ma’ pajjiżi msieħba u koordinazzjoni tal-proċeduri, kemm bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u kemm fir-relazzjonijiet ma' donaturi oħrajn u atturi tal-iżvilupp", sabiex tiġi evitata s-sovrappożizzjoni kif ukoll omissjonijiet u sabiex jiġi żgurat it-twassil tal-għajnuna kosteffikaċja. Ir-rapporteur tiegħek jixtieq jara li l-ipprogrammar konġunt mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha isir realtà kull meta jkun possibbli.

Sadattant, ir-rwol tal-Unjoni bħala donatur tal-għajnuna għall-iżvilupp għandu jkun aktar milli tkun sempliċement it-28 donatur Ewropew, u r-rwol tagħha għandu jkun ukoll aktar minn dak tal-koordinatur. Il-piż potenzjali tal-Unjoni jista’ jkun l-aktar utli f’oqsma li huma ta’ natura politika: il-promozzjoni tad-demokrazija, il-governanza tajba, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem.

b) Distinzjoni

Aspett importanti ġdid fil-proposta tal-Kummissjoni huwa l-kunċett tad-distinzjoni. Minħabba li xi Pajjiżi bi Dħul Medju (MICs) sabu t-triq għall-G20 (BRICS) u qed jipprovdu għajnuna għall-iżvilupp huma stess (iċ-Ċina) il-ħtieġa għaż-żamma ta’ programmi tal-għajnuna bilaterali ma’ dawn il-pajjiżi tidher illi naqset. Jekk l-appoġġ tal-baġit provdut mill-UE hija biss frazzjoni żgħira ħafna tal-baġit globali ta’ pajjiż imsieħeb, l-impatt ikun limitat. U jekk pajjiż ikollu ġid biżżejjed sabiex jibni toroq fl-Afrika Sub-Saħarjana, għandu jkun jista’ jipprovdi l-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini tiegħu stess. Madankollu, ma jistax jiġi injorat li madwar 70% tal-foqra tad-dinja jgħixu f’dawn l-MICs u li l-objettiv globali tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE huwa li jnaqqas dan il-faqar.

Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni tagħżel b'mod ġust li tiffoka l-baġit tagħha għall-programmi ġeografiċi fuq il-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati (LDCs) u Pajjiżi oħra bi Dħul Baxx, bl-argument li l-UE trid timmira r-riżorsi tagħha fejn jinħtieġu l-aktar u fejn ikollhom l-akbar impatt. Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li teskludi 19-il pajjiż milli jirċievu għajnuna taħt il-programmi ġeografiċi bilaterali, permezz tad-DNG per capita bħala l-kriterju (pjuttost robust). Madankollu, dawn il-pajjiżi xorta waħda se jkunu eliġibbli għall-programmi tematiċi.

Għalkemm ir-rapporteur tiegħek jaqbel mal-prinċipju li l-għajnuna għandha tiġi mmirata fejn tinħtieġ l-aktar u fejn ikollha l-aktar impatt, ma jaħsibx li d-deċiżjoni għall-gradwazzjoni tista’ tiġi bbażata fuq l-uniku kriterju tad-DNG per capita biss, minħabba li d-DNG ma jirriflettix inugwaljanzi soċjali. Barra minn hekk, għandu jkun hemm aktar flessibbiltà fit-tneħħija gradwali tal-programmi ġeografiċi. 

Għalhekk, ġew introdotti l-aġġustamenti li ġejjin: filwaqt illi d-DNG per capita jibqa' l-punt tat-tluq għad-distinzjoni, jiġu ssuġġeriti indikaturi addizzjonali li jkejlu l-livell ta' faqar, inugwaljanza u Żvilupp tal-Bniedem. Barra minn hekk, għandhom jiġu applikati kriterji kwalitattivi fir-rigward tal-pajjiżi kollha bi dħul medju: l-għajnuna bilaterali għandha tkompli biss jekk l-UE ikollha ingranaġġ potenzjali sinifikanti u tkun tista’ tipprovdi valur miżjud.

It-tneħħija gradwali ta’ programmi ġeografiċi ssir possibbli, fejn tista’ tiġi mfittxija l-koordinazzjoni mill-qrib ma' donaturi oħra u l-pajjiż imsieħeb. Matul dan il-perjodu tranżitorju, oqsma speċifiċi biss għandhom jiġu mmirati bħala sistemi fiskali, koeżjoni soċjali, governanza tajba u drittijiet tal-bniedem.

c) Simplifikazzjoni

Waħda mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni għal dan l-MFF huwa li tissimplifika l-ambjent regolatorju. Għad-DCI dan ifisser li, kull fejn possibbli, l-Unjoni se tallinja ruħha mal-pjanijiet nazzjonali tal-iżvilupp tal-pajjiżi msieħba u maċ-ċiklu ta’ ipprogrammar tagħha. Meta jkun hemm pjan nazzjonali ta’ żvilupp xieraq, l-ebda Dokument ta' Strateġija tal-Pajjiż (DSP) m'hu se jiġi abbozzat għal dak il-pajjiż imsieħeb.

Ir-rapporteur tiegħek jaqbel ma’ dan il-kunċett. Madankollu, ma jaqbilx mal-proposta mill-Kummissjoni li "dokument qafas konġunt" għandu jintuża bħala bażi għall-ipprogrammar, minħabba li dawn id-dokumenti mhumiex soġġetti għal kwalunkwe kontroll parlamentari, la fil-livell tal-UE, u lanqas fil-livell tal-pajjiż imsieħeb.

d) L-Iżvilupp tal-Bniedem

Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni tiddikjara li mill-inqas 20% tal-programm tematiku tal-"beni u l-isfidi pubbliċi globali" għandu jappoġġja l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem. Ir-rapporteur tiegħek huwa tal-opinjoni li t-terminu "l-iżvilupp tal-bniedem u l-inklużjoni soċjali" huwa vag wisq. Għalhekk jissuġġerixxi t-tisħiħ ta’ dan il-punt ta’ referenza billi jiġi ċċarat li "mill-inqas 20% tal-fondi taħt dan ir-Regolament għandhom jintużaw għall-appoġġ tad-dispożizzjoni ta’ servizzi soċjali bażiċi, kif definit min-Nazzjonijiet Uniti fl-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju". Dan iżomm il-proposta f’konformità mal-pożizzjoni aktar bikrija tal-Parlament Ewropew u mal-impenn magħmul fid-DCI attwali. 

e) Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp

Ir-rapporteur tiegħek kien sorpriż li jinnota li l-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp ma ssemmietx bħala tali fil-proposta mill-Kummissjoni. Ingħatat biss referenza għall-Artikolu 21 TFUE, dwar il-konsistenza globali tal-azzjoni esterna tal-UE. Għalhekk, żdiedet referenza speċifika għal PCD ma’ diversi partijiet tat-test, sabiex tiġi enfasizzata l-importanza ta' dan ir-rekwiżit: il-kisba tal-objettiv ewlieni tal-politika tal-iżvilupp tal-UE - it-tnaqqis fil-faqar - ma għandhiex tiġi mfixkla minn azzjonijiet oħra tal-Unjoni.

f) Ir-Rabta bejn l-Għajnuna, ir-Rijabilitazzjoni u l-Iżvilupp

Id-differenza bejn għajnuna umanitarja u għajnuna għall-iżvilupp, bejn azzjoni ta’ emerġenza u azzjoni fuq perjodu ta’ żmien twil, tibqa’ sfida prinċipali. Iż-żewġ approċċi għandhom perspettivi differenti u proċeduri differenti u jinħtieġ impenn politiku qawwi sabiex tiġi akkwistata rabta aħjar. Il-Kummissjoni turi dan l-impenn, iżda jinħtieġ messaġġ ċar dwar ir-rabta bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp (LRRD) fid-DCI il-ġdid. Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni ddedikat artikolu (12) separat dwar din il-kwistjoni, li r-rapporteur tiegħek għamel aġġustament żgħir għalih. Id-definizzjoni ta’ kriżi tiġi definita u jiżdied il-kliem dwar diżastri naturali u t-tisħiħ ta’ reżistenza ta' persuni.

g) Adattament u mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima

Il-proposta tappoġġja l-objettiv tal-Kummissjoni li tiddedika mill-inqas 20% tal-baġit tal-UE għal soċjetà b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u reżistenti għall-klima. Madankollu, ir-rapporteur tiegħek żied ir-referenza li l-UE u l-Istati Membri tagħha wegħdu li jipprovdu l-finanzjament għall-mitigazzjoni tal-klima u l-miżuri ta’ adattament f'pajjiżi li qed jiżviluppaw flimkien mal-impenji tagħhom ta’ 0,7% tad-DNG għal ODA, minħabba li l-finanzjament għat-tibdil fil-klima taħt id-DCI ma għandux jimmina jew jipperikola l-ġlieda kontra l-faqar.

h) Programm Pan-Afrikan

Element ġdid fil-proposta huwa l-Programm Pan Afrikan li jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġunta Afrika-UE fuq livell reġjonali, kontinentali u globali. Għalkemm ir-rapporteur tiegħek jifhem il-ħtieġa għal dan il-programm, saru xi modifiki sabiex jiġu żgurati l-kumplimentarjetà u l-konsistenza mar-Regolament tad-DCI. Barra minn hekk, jiġi stabbilit l-involviment tal-Parlament Ewropew u l-Parlament Pan Afrikan.

i) Anness IV

Sabiex tiġi żgurata r-rabta bejn l-objettivi globali tar-Regolament tad-DCI, l-oqsma ta’ kooperazzjoni għall-programmi ġeografiċi jeħtieġ li jiġu definiti b’mod ċar, filwaqt illi jiġi provdut il-kamp tal-applikazzjoni għall-għażla ta' prijoritajiet ibbażati fuq id-djalogu mal-pajjiżi msieħba. Għal din ir-raġuni, it-tliet temi u s-subtemi tagħha ssuġġeriti mill-Kummissjoni jiġu speċifikati aktar fl-Anness IV A.

3. Elementi orizzontali relatati mal-istrumenti ta’ finanzjament għall-azzjoni esterna tal-UE (2014-2020)

Il-Parlament Ewropew, bħala proponent konvint ta' politika barranija ambizzjuża, komprensiva u konsistenti tal-Unjoni, jitlob li jkun hemm sett ta' strumenti ta' finanzjament koerenti għall-azzjoni esterna tal-UE. Dan għandu jiżgura l-promozzjoni tal-objettivi u l-valuri tal-Unjoni fid-dinja abbażi tad-demokrazija, l-Istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, biex ikun hawn paċi, sigurtà, stabbiltà u prosperità ekonomika. L-istrumenti ta' finanzjament ġeografiċi u tematiċi proposti mill-Kummissjoni għall-perjodu 2014-2020 huma għodda essenzjali għall-implimentazzjoni ta' dan l-approċċ.

Il-Parlament Ewropew jaġixxi fl-ispirtu ta’ responsabbiltà abbażi tal-prinċipju fundamentali tal-obbligu ta’ rendikont li l-Unjoni għandha lejn iċ-ċittadini tagħha għal dak li għandu x’jaqsam mal-allokazzjoni tar-riżorsi u l-għażla tal-objettivi u l-istrateġiji. Il-qafas il-ġdid għall-azzjoni esterna għandu jkun mhux biss effiċjenti u effikaċi fl-użu tar-riżorsi, iżda wkoll leġittimu mill-aspett demokratiku. Għalhekk huwa kruċjali li l-ġenerazzjoni futura tal-istrumenti ta’ finanzjament ikunu ffinanzjati kif xieraq fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss kif ukoll ikunu mfassla biex jirriflettu u jappoġġjaw l-ambizzjonijiet u l-prijoritajiet politiċi fir-rigward tal-ispeċifiċità ta’ kull wieħed mill-istrumenti u l-politiki relatati.

Bl-użu tal-prerogattivi u s-setgħat tiegħu skont it-Trattat ta' Lisbona, bħala koleġiżlatur għal dawn l-istrumenti u bħala awtorità baġitarja, il-Parlament Ewropew jixtieq li dawn l-istrumenti:

·  ikollhom impatt ċar u jagħtu riżultati li jidhru fil-post, biex jinkisbu objettivi ċari miftiehma fil-livell politiku;

· ikunu mħejjija, implimentati, immonitorjati u vvalutati b’mod trasparenti u inklużiv, filwaqt li jinvolvu kemm jista’ jkun, meta jkun applikabbli u xieraq, lill-pajjiżi msieħba fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll is-soċjetà ċivili;

· ikunu mfassla abbażi ta' loġika ta' koordinament u sinerġiji fosthom u ma' linji politiċi oħra tal-UE għall-azzjoni esterna tagħha, iżda wkoll ma' programmi tal-Istati Membri tal-UE u ta' donaturi internazzjonali li jindirizzaw l-istess oqsma tematiċi u żoni ġeografiċi abbażi tal-istess objettivi politiċi, biex b'hekk jiġu evitati sovrappożizzjonijiet u ħela ta' riżorsi u ta' sforzi, u għall-kuntrarju jiżdied l-impatt pożittiv tal-programmi tal-Unjoni;

· jipprovdu mekkaniżmi li jippermettu reazzjoni rapida għal żviluppi mhux previsti bħal tranżizzjonijiet politiċi f'pajjiżi terzi jew każijiet fejn jitfaċċaw sfidi globali ġodda li jkunu jeħtieġu reazzjonijiet adegwati u fil-waqt mill-UE, filwaqt li jiġi żgurat livell adegwat ta' prevedibbiltà għall-benefiċċju tal-pajjiżi msieħba.

Dan l-approċċ ġenerali huwa rifless fl-emendi proposti fl-abbozzi ta' rapporti. B'mod partikolari, ir-rapporti jipproponu li ż-żewġ koleġiżlaturi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, jiddelegaw is-setgħat tagħhom lill-Kummissjoni għat-tħejjija tad-dokumenti tal-ipprogrammar strateġiċi kollha li jiddefinixxu l-objettivi, il-prijoritajiet, ir-riżultati mistennija u l-allokazzjonijiet finanzjarji f'termini ġenerali, u li dawn id-dokumenti jiġu adottati bħala atti delegati, biex jippermettu li jkun hemm flessibbiltà filwaqt li jiżguraw il-leġittimità demokratika u t-trasparenza permezz tal-involviment indaqs taż-żewġ koleġiżlaturi f'dan il-livell strateġiku.

Dawn l-Istrumenti għandhom jibqgħu fis-seħħ għal seba’ snin, u għalhekk il-kontroll demokratiku huwa aktar importanti. Bħala koleġiżlatur, il-Parlament Ewropew għandu l-għan li jassigura li dawn l-istrumenti jkunu pprogrammati u implimentati skont l-ispirtu tal-att bażiku. Dan ma jfissirx li l-Parlament ikollu x'jaqsam mal-mikroġestjoni għaliex hu jafda fil-professjonaliżmu u l-għarfien espert tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna . Madankollu, sabiex jinkiseb wieħed mill-għanijiet ewlenin tat-Trattat ta’ Lisbona, li huwa li jingħeleb id-defiċit demokratiku tal-UE, l-involviment tal-PE fid-deċiżjonijiet tal-ipprogrammar strateġiku permezz tal-proċedura għall-atti delegati, jikkostitwixxi neċessità assoluta.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (12.7.2012)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp
(COM(2011)0840 – C7‑0493/2011 – 2011/0406(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ana Gomes

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Barra mill-objettiv ġenerali ta' tnaqqis tal-faqar, l-istrument għall-finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (DCI) huwa għodda importanti għall-promozzjoni tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, it-trasparenza, id-demokratizzazzjoni u l-governanza tajba fil-pajjiżi msieħba kkonċernati.

Il-Parlament għandu jinżamm informat fil-pront u totalment bl-azzjonijiet imwettqa mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fil-każ ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi benefiċjarji tad-DCI. Ksur gravi jew sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem għandu jagħti bidu għal reviżjonijiet ad hoc tad-dokument ta' strateġija u, possibbilment, iwassal għar-rivalutazzjoni tal-portata, il-prijoritajiet u l-modalitajiet ta' finanzjament kif ukoll, f'każijiet estremi, għal-kunsiderazzjoni tal-possibilità ta' sospensjoni tal-assistenza fl-ambitu tad-DCI.

Il-Parlament għandu jkun assoċjat mill-qrib mad-deċiżjonijiet relatati mal-prijoritajiet bilaterali, ġeografiċi u tematiċi, mal-obiettivi segwiti, mar-riżultati mistennija u mat-tqassim tal-allokazzjonijiet finanzjarji bejn setturi u bil-perċentwali għal kull settur. Biex dawn l-aspetti jkunu jistgħu jiġu ttrattati b'mod aktar flessibbli u effikaċi, għandu jkun iddelegat lill-Kummissjoni is-setgħa li tadotta u tirrevedi d-dispożizzjonijiet f'dan ir-rigward.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jfornu risposti prezzjużi dwar l-eżiġenzi tad-diversi gruppi ta' individwi, komunitajiet lokali, organizzazzjonijiet tas-settur privat, trade unions u elementi oħrajn tas-soċjetà, kif ukoll is-soċjetà ċivili internazzjonali. Il-parlamenti nazzjonali wkoll iridu jkunu involuti. Dawn ilkoll għandhom ikunu sistematikament u strettament impenjati f'konsultazzjonijiet mill-fażi tal-programmazzjoni sa dik tal-valutazzjonijiet u tar-reviżjonijiet.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda   1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-Unjoni hija mibnija fuq il-valuri tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità ta' u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà u r-rispett lejn il-prinċipji tal-Karta tan-NU u l-liġi internazzjonali. Hija tfittex li tiżviluppa u tikkonsolida l-impenn lejn il-valuri fil-pajjiżi u r-reġjuni msieħba permezz ta' djalogu u koperazzjoni.

(4) L-Unjoni hija mibnija fuq il-valuri tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità ta' u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà u r-rispett lejn il-prinċipji tal-Karta tan-NU u d-dritt internazzjonali. Hija tfittex li tiżviluppa u tikkonsolida l-impenn lejn il-valuri fil-pajjiżi u r-reġjuni msieħba permezz ta' djalogu u koperazzjoni.

Emenda   2

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) L-Unjoni tirrikonoxxi li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, il-promozzjoni tal-istat tad-dritt, it-trasparenza u l-governanza tajba, il-paċi u l-istabbiltà u l-ugwaljanza bejn is-sessi huma essenzjali għall-iżvilupp tal-pajjiżi msieħba u li tali aspetti għandhom ikunu integrati fil-politika għall-iżvilupp tal-Unjoni, partikolarment fil-programmazzjoni u l-konklużjoni ta' ftehimiet ma' pajjiżi msieħba. L-Unjoni hija impenjata li tiggarantixxi li r-riżultati miksuba minn pajjiż fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt ikollhom impatt aktar dirett fuq il-programmazzjoni, il-modalitajiet u l-provvista ta' għajnuna, kif ukoll fuq ir-reviżjoni tal-baġit ġenerali tal-għajnuniet.

Emenda   3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-Unjoni tfittex ukoll li tiżgura koerenza ma' oqsma oħra tal-azzjoni esterna tagħha. Dan għandu jiġi żgurat meta jiġu fformulati l-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni u l-ipprogrammar tal-ippjanar strateġiku tagħha u l-implimentazzjoni tal-miżuri.

(5) L-Unjoni tfittex ukoll li tiżgura koerenza ma' oqsma oħra tal-azzjoni esterna tagħha. Dan għandu jiġi żgurat meta tiġi fformulata d-dimensjoni esterna, b'mod partikolari tal-politika tas-sigurtà, tal-kummerċ, tal-investimenti, tal-agrikoltura u tas-sajd tal-Unjoni u l-ipprogrammar tal-ippjanar strateġiku tagħha u l-implimentazzjoni tal-miżuri.

Emenda   4

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) L-Unjoni u l-Istati Membri jirrikonoxxu li l-programmi ta' assistenza għall-iżvilupp iridu jkunu akkumpanjati minn sforzi konġunti fuq livell multilaterali biex jinħoloq qafas ġuridiku effikaċi u kapaċi jittratta l-flussi finanzjarji illeċiti li ġejjin minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-mekkaniżmi għad-divulgazzjoni tal-pagamenti min-naħa ta' kumpaniji multinazzjonali lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-iskambju ta' informazzjoni u l-ġlieda kontra l-ġurisdizzjonijiet sigrieti, li jiffavorixxu l-korruzzjoni u jimminaw bil-kbir ir-riżorsi interni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jiffinanzjaw l-iżvilupp tagħhom. Il-programmi għall-iżvilupp għandhom għalhekk jinkludu u jkunu kkompletati minn inizjattivi intiżi li jsaħħu miżuri ta' ġlieda kontra l-ħasil ta' flus, jittrattaw l-evażjoni fiskali u joħolqu oqfsa ġuridiċi u arranġamenti istituzzjonali biex jirrintraċċaw, jiffriżaw u jirkupraw l-assi illegali, kemm fil-pajjiżi donaturi kif ukoll fil-pajjiżi msieħba.

Emenda   5

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Fid-dawl tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, huwa importanti li l-politiki esterni tal-Unjoni li ma jirrigwardawx l-iżvilupp jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-isforzi tagħhom għall-kisba tal-MDGs f'konformità mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda   6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-assistenza tal-Unjoni għandha ssaħħaħ l-Istrateġija Konġunta UE-Afrika u l-Pjanijiet ta' Azzjoni suċċessivi tagħha li tifforma l-qafas għal koperazzjoni miftuħa u benefiċjali b'mod reċiproku fi Sħubija Strateġika kkaratterizzata mill-insegwiment ta' objettivi komuni bl-istess mod.

(7) L-assistenza tal-Unjoni għandha ssaħħaħ l-Istrateġija Konġunta UE-Afrika u l-Pjanijiet ta' Azzjoni suċċessivi tagħha li tifforma l-qafas għal koperazzjoni miftuħa u benefiċjali b'mod reċiproku fi Sħubija Strateġika kkaratterizzata mill-insegwiment ta' objettivi komuni bl-istess mod. Il-konsolidament tal-istituzzjonijiet u l-governanza multilaterali jikkostitwixxi fattur importanti biex isir kontribut sinifikanti għat-tisħiħ tar-rwol u tal-pożizzjoni tal-Unjoni u tal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba fid-dinja.

Emenda   7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom itejbu l-konsistenza u l-kumplimentarjetà tal-politiki rispettivi tagħhom dwar il-koperazzjoni għall-iżvilupp, b'mod partikolari billi jirrispondu għall-prijoritajiet tal-pajjiżi u tar-reġjuni msieħba fuq livell ta' pajjiż u reġjonali. Sabiex jiġi żgurat li l-politika għall-iżvilupp tal-Unjoni u dik tal-Istati Membri jikkumplimentaw u jsaħħu lil xulxin, huwa xieraq li jiġu pprovduti proċeduri ta' pprogrammar konġunt li għandhom jiġu implimentati kull fejn ikun possibbli u rilevanti.

(8) L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom itejbu l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u l-effiċjenza tal-politiki rispettivi tagħhom dwar il-koperazzjoni għall-iżvilupp, b'mod partikolari billi jirrispondu għall-prijoritajiet tal-pajjiżi u tar-reġjuni msieħba fuq livell ta' pajjiż u reġjonali. Sabiex jiġi żgurat li l-politika għall-iżvilupp tal-Unjoni u dik tal-Istati Membri jikkumplimentaw u jsaħħu lil xulxin, huwa xieraq li jiġu pprovduti proċeduri ta' pprogrammar konġunt li għandhom jiġu implimentati kull fejn ikun possibbli u rilevanti.

Emenda   8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-politika u l-azzjoni internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tal-koperazzjoni għall-iżvilupp huma ggwidati mill-MDGs, bħall-qerda tal-faqar u l-ġuħ estrem, inkluż kwalunkwe modifika fihom, u mill-objettivi u l-prinċipji dwar l-iżvilupp adottati mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fosthom fil-kuntest tal-koperazzjoni tagħhom fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti (NU) u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħra fil-qasam tal-koperazzjoni għall-iżvilupp.

(9) Il-politika u l-azzjoni internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tal-koperazzjoni għall-iżvilupp huma ggwidati mill-MDGs, bħall-qerda tal-faqar u l-ġuħ estrem, inkluż kwalunkwe modifika fihom, u mill-objettivi u l-prinċipji dwar l-iżvilupp adottati mill-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-Parlament Ewropew, fosthom fil-kuntest tal-koperazzjoni tagħhom fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti (NU) u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħra fil-qasam tal-koperazzjoni għall-iżvilupp.

Emenda   9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-Unjoni għandha tippromwovi approċċ komprensiv b'rispons għal sitwazzjonijiet ta' kriżi u diżastru kif ukoll f'sitwazzjonijiet affettwati minn kunflitti u f'sitwazzjonijiet fraġli, inkluż dawk ta' tranżizzjoni. Dan għandu jibni b'mod partikolari fuq il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sigurtà u l-Iżvilupp dwar rispons tal-UE għal sitwazzjonijiet ta' fraġilità, il-prevenzjoni ta' konflitti kif ukoll kwalunkwe konklużjoni sussegwenti rilevanti. Dan għandu jipprovdi t-taħlita neċessarja ta' approċċi, risponsi u strumenti b'mod partikolari billi jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn l-approċċi għall-iżvilupp u umanitarji, orjentati fuq is-sigurtà, u permezz tal-irbit tar-reazzjoni għal żmien qasir mal-appoġġ għat-tul.

(10) L-Unjoni għandha tippromwovi approċċ komprensiv b'rispons għal sitwazzjonijiet ta' kriżi u diżastru kif ukoll f'sitwazzjonijiet affettwati minn kunflitti u f'sitwazzjonijiet fraġli, inkluż dawk ta' tranżizzjoni. Dan għandu jibni b'mod partikolari fuq il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sigurtà u l-Iżvilupp dwar rispons tal-UE għal sitwazzjonijiet ta' fraġilità, il-prevenzjoni ta' konflitti kif ukoll kwalunkwe konklużjoni sussegwenti rilevanti. Dan għandu jipprovdi t-taħlita neċessarja ta' approċċi, risponsi u strumenti b'mod partikolari billi jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn l-approċċi għall-iżvilupp u umanitarji, orjentati fuq is-sigurtà, u permezz tal-irbit tar-reazzjoni għal żmien qasir mal-appoġġ għat-tul. Kull analiżi u kull programmazzjoni tal-pajjiżi għandhom jinkludu analiżi tal-kunflitt.

Emenda   10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-għajnuna mill-Unjoni għandha tiffoka fuq fejn ikollha l-akbar impatt, billi titqies il-kapaċità tagħha li taġixxi fuq skala globali u li tirrispondi għal sfidi globali bħall-qerda tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u inklussiv u l-promozzjoni tad-demokrazija mad-dinja kollha, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, l-involviment fit-tul u prevedibbli tagħha fl-għajnuna għall-iżvilupp u r-rwol tagħha fil-koordinament mal-Istati Membri tagħha. Biex ikun żgurat tali impatt, il-prinċipju tad-differenzazzjoni għandu jkun applikat mhux biss fil-livell tal-allokazzjoni tal-fondi, iżda wkoll fil-livell tal-ipprogrammar, biex ikun żgurat li l-koperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp tkun immirata lejn il-pajjiżi msieħba li għandhom l-iktar bżonnha, inkluż stati fraġli u stati li għandhom vulnerabbiltà għolja, u b'kapaċità limitata li jkollhom aċċess għal sorsi oħra ta' finanzjament biex jappoġġjaw l-iżvilupp proprju, waqt li jkun ikkunsidrat l-impatt potenzjali tal-assistenza tal-Unjoni fil-pajjiżi msieħba. B'konsegwenza ta' dan, l-ipprogrammar bilaterali se jiffoka fuq tali pajjiżi, wara l-applikazzjoni tal-kriterji tal-objettiv ibbażati fuq il-bżonnijiet u l-kapaċitajiet ta' dawn il-pajjiżi, kif ukoll l-impatt tal-assistenza tal-UE.

(11) L-għajnuna mill-Unjoni għandha tiffoka fuq fejn ikollha l-akbar impatt, billi titqies il-kapaċità tagħha li taġixxi fuq skala globali u li tirrispondi għal sfidi globali bħall-qerda tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u inklussiv, il-konservazzjoni tal-ambjent, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-promozzjoni tad-demokrazija mad-dinja kollha, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, l-involviment fit-tul u prevedibbli tagħha fl-għajnuna għall-iżvilupp u r-rwol tagħha fil-koordinament mal-Istati Membri tagħha. Biex ikun żgurat tali impatt, il-prinċipju tad-differenzazzjoni għandu jkun applikat mhux biss fil-livell tal-allokazzjoni tal-fondi, iżda wkoll fil-livell tal-ipprogrammar, biex ikun żgurat li l-koperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp tkun immirata lejn il-pajjiżi msieħba li għandhom l-iktar bżonnha, inkluż stati fraġli u stati li għandhom vulnerabbiltà għolja, u b'kapaċità limitata li jkollhom aċċess għal sorsi oħra ta' finanzjament biex jappoġġjaw l-iżvilupp proprju, waqt li jkun ikkunsidrat l-impatt potenzjali tal-assistenza tal-Unjoni fil-pajjiżi msieħba. B'konsegwenza ta' dan, l-ipprogrammar bilaterali se jiffoka fuq tali pajjiżi, wara l-applikazzjoni tal-kriterji tal-objettiv ibbażati fuq il-bżonnijiet u l-kapaċitajiet ta' dawn il-pajjiżi, kif ukoll l-impatt tal-assistenza tal-UE. Bil-għan li jiġi garantit l-impatt massimu tal-assistenza tal-Unjoni fid-dinja, l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun ikkoordinata mill-qrib mal-programmi u l-azzjonijiet finanzjati fl-ambitu ta' Regolamenti oħrajn li jistabbilixxu strumenti ta' finanzjament esterni, jiġifieri r-Regolament (UE) Nru […/…] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà u r-Regolament (UE) Nru […/…] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha u r-Regolament (UE) Nru [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.

Emenda   11

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Dan ir-Regolament għandu jipprovdi qafas ta' abilitazzjoni għall-ipprogrammar, li jippermetti konsistenza akbar bejn il-politiki tal-Unjoni billi juża dokument ta' qafas konġunt bħala bażi għall-ipprogrammar. Huwa għandu jirrendi possibbli l-allinjament sħiħ mal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba billi jibbaża, fejn ikun xieraq, fuq pjanijiet nazzjonali għall-iżvilupp jew dokumenti komprensivi simili għall-iżvilupp; u jfittex li jikseb kordinazzjoni aħjar bejn id-donaturi, b'mod partikolari bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, permezz ta' programmar konġunt.

(12) Dan ir-Regolament għandu jipprovdi qafas ta' abilitazzjoni għall-ipprogrammar, li jippermetti koerenza akbar fil-politiki għall-iżvilupp bejn il-politiki tal-Unjoni billi juża dokument ta' qafas konġunt bħala bażi għall-ipprogrammar. Huwa għandu jirrendi possibbli l-allinjament sħiħ mal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba billi jibbaża, fejn ikun possibbli, fuq pjanijiet nazzjonali għall-iżvilupp jew dokumenti komprensivi simili għall-iżvilupp adottati mill-parlamenti ta' pajjiżi jew reġjuni msieħba wara konsultazzjoni mas-soċjetajiet ċivili rispettivi tagħhom; u jfittex li jikseb koordinament aħjar bejn id-donaturi, b'mod partikolari bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, permezz ta' programmar konġunt.

Emenda   12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Inżidu l-impatt tal-politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla", appoġġ kontiwu għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem huwa previst permezz ta' mill-inqas 20% tal-għajnuna tal-Unjoni għall-iżvilupp. Biex jikkontribwixxi għal dak il-għan, mill-inqas 20% tal-programm globali għall-beni u l-isfidi publiċi għandu jappoġġja dak il-qasam ta' żvilupp.

(16) Fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Inżidu l-impatt tal-politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla", appoġġ kontiwu għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem huwa previst permezz ta' mill-inqas 20% tal-għajnuna tal-Unjoni għall-iżvilupp. Biex jikkontribwixxi għal dak il-għan, mill-inqas 20% tal-programm globali għall-beni u l-isfidi pubbliċi għandu jappoġġja dak il-qasam ta' żvilupp, b'attenzjoni partikolari fuq is-saħħa u l-edukazzjoni bażika.

Emenda   13

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-elenki tal-pajjiżi msieħba skont dan ir-Regolament għandhom ikunu adattati abbażi tal-bidliet possibbli fl-istatus tagħhom kif stabbilit mill-Kumitat għall-Assistenza għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilup (OECD/DAC), kif ukoll bidliet importanti fl-iżvilupp tal-bniedem, dipendenza fuq l-għajnuna, sitwazzjonijiet ta' kriżi, vulnerabbiltà u aspetti oħra inkluż id-dinamiċi tal-proċess ta' żvilupp. Tali aġġornamenti, reviżjonijiet tal-pajjiżi msieħba eliġibbli għall-koperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp u modifiki fid-definizzjoni ta' oqsma dettaljati ta' koperazzjoni u attivitajiet, u aġġustamenti tal-allokazzjoni finanzjarja indikattiva għal kull programm jikkostitwixxu elementi non-essenzjali ta' dan ir-Regolament. Konsegwentament, sabiex ikun adattat il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu għar-realtà li qed tevolvi rapidament fil-pajjiżi terzi, is-setgħa li jkunu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun delegata lill-Kummissjoni sabiex taġġorna l-Annessi ta' dan ir-Regolament li jinkludu l-lista tal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni, id-definizzjoni tal-oqsma dettaljati ta' koperazzjoni skont il-programmi ġeografiċi u tematiċi u l-allokazzjonijiet indikattivi għal kull programm. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fuq livell espert. Meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(17) L-elenki tal-pajjiżi msieħba skont dan ir-Regolament għandhom ikunu adattati abbażi tal-bidliet possibbli fl-istatus tagħhom kif stabbilit mill-Kumitat għall-Assistenza għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilup (OECD/DAC), kif ukoll bidliet importanti fl-iżvilupp tal-bniedem, dipendenza fuq l-għajnuna, sitwazzjonijiet ta' kriżi, vulnerabbiltà u aspetti oħra inkluż id-dinamiċi tal-proċess ta' żvilupp. Tali aġġornamenti, reviżjonijiet tal-pajjiżi msieħba eliġibbli għall-koperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp u modifiki fid-definizzjoni ta' oqsma dettaljati ta' koperazzjoni u attivitajiet, u aġġustamenti tal-allokazzjoni finanzjarja indikattiva għal kull programm jikkostitwixxu elementi non-essenzjali ta' dan ir-Regolament. Konsegwentament, sabiex ikun adattat il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu għar-realtà li qed tevolvi rapidament fil-pajjiżi terzi, is-setgħa li jkunu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun delegata lill-Kummissjoni sabiex taġġorna l-Annessi ta' dan ir-Regolament li jinkludu l-lista tal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni, id-definizzjoni tal-oqsma dettaljati ta' koperazzjoni skont il-programmi ġeografiċi u tematiċi u l-allokazzjonijiet indikattivi għal kull programm. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fuq livell espert u bl-involviment fil-pront u totali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda   14

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mad-dokumenti ta' strateġija u mal-programmi indikattivi multiannwali stabbiliti fl-Artikoli 11 u 14 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni. Meta wieħed jikkunsidra n-natura ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni, b'mod partikolari n-natura tagħhom ta' orjentazzjoni politika jew l-implikazzjoni baġitarja tagħhom, il-proċedura ta' eżaminazzjoni ġeneralment għandha tintuża għall-adozzjoni tagħhom, għajr għal dawk il-miżuri ta' skala finanzjarja żgħira. Il-Kummissjoni għandha taddotta immedjatament l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn, f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-bżonn għal rispons rapidu mill-Unjoni, raġunijiet imperattivi ta' urġenza jirrikjedu dan.

(19) Biex il-Kummissjoni tkun tista' tingħata s-setgħat li tadotta atti delegati, id-dokumenti ta' strateġija u l-programmi indikattivi multiannwali stabbiliti fl-Artikoli 11 u 14 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu kkunsidrati elementi non-essenzjali tar-Regolament fis-sens tal-Artikolu 290(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda   15

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Is-setgħat ta' implimentazzjoni li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni1.

 

____________

 

1 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13

Emenda   16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – subpunt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) il-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

(ii) il-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, it-trasparenza, l-ugwaljanza bejn is-sessi u rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

Emenda   17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba ta' dawn l-objettivi għandha titkejjel bl-użu tal-indikaturi rilevanti, b'mod partikolari l-MDG 1 għas-sottoparagrafu (a) u l-MDGs 1 sa 8 għas-sottoparagrafu (b), u indikaturi oħra li ntlaħaq qbil dwarhom mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Il-kisba ta' dawn l-objettivi għandha titkejjel bl-użu tal-indikaturi tal-iżvilupp tal-bniedem, b'mod partikolari l-MDG 1 għas-sottoparagrafu (a) u l-MDGs 1 sa 8 għas-sottoparagrafu (b), u indikaturi oħra li ntlaħaq qbil dwarhom min-Nazzjonijiet Uniti, mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Emenda   18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Unjoni tfittex li tippromwovi, tiżviluppa u tikkonsolida l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali li fuqhom hija mibnija, permezz ta' djalogu u koperazzjoni ma' pajjiżi u reġjuni msieħba.

1. L-Unjoni tfittex li tippromwovi, tiżviluppa u tikkonsolida l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, fosthom id-drittijiet soċjali, ekonomiċi u kulturali u l-libertajiet fundamentali li fuqhom hija mibnija, permezz ta' djalogu u koperazzjoni ma' pajjiżi u reġjuni msieħba. Dan jitlob li jkun hemm approċċ ibbażat fuq id-drittijiet, li jippromwovi b'mod partikolari d-dritt għal aċċess universali u mhux diskriminatorju għas-servizzi bażiċi, il-parteċipazzjoni fil-proċessi demokratiċi, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont.

Emenda   19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-impenji u l-prestazzjoni tagħhom;

(c) l-impenji u l-prestazzjoni tagħhom; partikolarment l-impenji u l-progress fl-ilħuq tal-objettivi u tal-prijoritajiet miftiehma fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, trasparenza u demokratizzazzjoni.

Emenda   20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kwistjonijiet trażversali li ġejjin għandhom ikunu integrati fil-programmi kollha: il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa, in-non-diskriminazzjoni, id-demokrazija, il-governanza tajba, id-drittijiet tat-tfal u d-drittijiet tal-popli indiġeni, l-inklużjoni soċjali u d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, is-sostenibbiltà ambjentali inkluż l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS.

3. Il-kwistjonijiet trasversali li ġejjin għandhom ikunu integrati fil-programmi kollha: il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa, in-nondiskriminazzjoni, id-demokrazija, il-governanza tajba, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, id-drittijiet tat-tfal u d-drittijiet tal-popli indiġeni, l-inklużjoni soċjali u d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, is-sostenibbiltà ambjentali inkluż l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, tal-prevenzjoni tal-kunflitti u tal-ġlieda kontra l-HIV/AIDS.

Emenda   21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, it-titjib fl-aċċess għall-ġustizzja u l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, l-aċċess għall-ICTs, is-sigurtà tas-saħħa u tal-provvista tal-ikel, kif ukoll il-promozzjoni tad-djalogu, il-parteċipazzjoni u r-rikonċiljazzjoni, u l-bini tal-istituzzjonijiet.

4. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, it-titjib fl-aċċess għall-ġustizzja u l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, l-appoġġ għad-deċentralizzazzjoni, il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, l-aċċess għall-ICTs, is-sigurtà tas-saħħa u tal-provvista tal-ikel, kif ukoll il-promozzjoni tad-djalogu, il-parteċipazzjoni u r-rikonċiljazzjoni, u l-bini tal-istituzzjonijiet, anke fil-livell reġjonali u lokali.

Emenda   22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Partikolarment, l-attivitajiet ta' programmazzjoni fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għandhom jieħdu kont dovut tad-dokumenti ta' strateġija mħejjija mill-Unjoni, li jistabbilixxu prijoritajiet speċifiċi għal kull pajjiż, objettivi u parametri ta' riferiment fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u demokratizzazzjoni. Id-dokumenti ta' strateġija nazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem jiġu integrati fil-programmi għall-iżvilupp, u jimmiraw għad-definizzjoni ta' approċċ komuni u koerenti tal-Unjoni għad-drittijiet tal-bniedem.

Emenda   23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 8 − parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-Unjoni għandha tippromwovi koperazzjoni effettiva mal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba bi qbil mal-aħjar prattika internazzjonali. Hija għandha tallinja dejjem aktar l-appoġġ tagħha mal-istrateġiji għall-iżvilupp nazzjonali jew reġjonali, il-politiki ta' riforma u l-proċeduri tal-imsieħba. Hija għandha tikkontribwixxi sabiex jissaħħaħ il-proċess ta' responsabilità reċiproka bejn il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet u d-donaturi msieħba u tippromwovi l-kompetenza esperta lokali u l-impjieg lokali. Għal dak il-għan, hija għandha tippromwovi:

8. L-Unjoni għandha tippromwovi koperazzjoni effettiva mal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba bi qbil mal-aħjar prattika internazzjonali. Hija għandha tallinja dejjem aktar l-appoġġ tagħha mal-istrateġiji għall-iżvilupp nazzjonali jew reġjonali, il-politiki ta' riforma u l-proċeduri tal-imsieħba. Hija għandha tikkontribwixxi sabiex jissaħħaħ l-obbligu ta' rendikont tal-pajjiżi msieħba fil-konfront taċ-ċittadini tagħha kif ukoll il-proċess ta' responsabilità reċiproka bejn il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet u d-donaturi msieħba, it-tisħiħ tal-kapaċità tal-amministrazzjoni lokali u tippromwovi l-impjieg lokali. Għal dak il-għan, hija għandha tippromwovi:

Emenda   24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 8 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) approċċi inklussivi u parteċipatorji għall-iżvilupp u l-involviment wiesa' tas-segmenti kollha tas-soċjetà fil-proċess tal-iżvilupp u fid-djalogu nazzjonali u reġjonali, inkluż id-djalogu politiku;

(b) approċċi inklussivi u parteċipatorji għall-iżvilupp u l-involviment wiesa' tas-segmenti kollha tas-soċjetà fil-proċess tal-iżvilupp u fid-djalogu nazzjonali u reġjonali, inkluż id-djalogu politiku; l-involviment tas-segmenti kollha tas-soċjetà fil-proċessi ta' żvilupp għandu jintlaħaq permezz ta' konsultazzjoni bir-reqqa, b'mod partikolari, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif ukoll tal-parlamenti nazzjonali, tal-awtoritajiet lokali, tas-settur privat u tat-trade unions, li għandha tingħatalhom il-possibilità li jagħtu l-kontribut tagħhom fil-pront filwaqt li jingħataw aċċess għal informazzjoni dettaljata dwar il-proġetti għall-iżvilupp;

Emenda   25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Il-Kummissjoni għandha tfittex skambji ta' informazzjoni regolari mas-soċjetà ċivili.

10. Il-Kummissjoni għandha tfittex skambji ta' informazzjoni regolari u f'waqthom mas-soċjetà ċivili u mal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda   26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. F'kull programm ta' pajjiż, l-Unjoni fil-prinċipju se tikkonċentra l-assistenza tagħha fuq tliet setturi.

4. F'kull programm ta' pajjiż, l-Unjoni fil-prinċipju se tikkonċentra l-assistenza tagħha fuq tliet setturi identifikati bl-involviment tas-soċjetà ċivili, biex tirrispondi għall-ħtiġijiet reali tal-pajjiż u tal-komunità.

Emenda   27

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-objettiv tal-programm dwar l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp għandu jkun li jiffinanzja inizjattivi fil-qasam tal-iżvilupp minn jew għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali li joriġinaw mill-pajjiżi msieħba, l-Unjoni, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali.

1. L-objettiv tal-programm dwar l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp għandu jkun li jiffinanzja inizjattivi fil-qasam tal-iżvilupp minn jew għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali li joriġinaw mill-pajjiżi msieħba, l-Unjoni, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma fornituri ta' servizzi bażiċi, bħall-edukazzjoni u servizzi tal-kura tas-saħħa.

Emenda   28

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-programmi ġeografiċi, għandhom jitfasslu programmi indikattivi multiannwali għall-pajjiżi u r-reġjuni msieħba abbażi tad-doskument strateġiku, kif provdut fl-Artikolu 11.

1. Għall-programmi ġeografiċi, għandhom jitfasslu programmi indikattivi multiannwali għall-pajjiżi u r-reġjuni msieħba abbażi tad-dokument strateġiku, kif provdut fl-Artikolu 11.

Għall-programmi tematiċi, il-programmi indikattivi Multiannwali għandhom jitfasslu kif ipprovdut fl-Artikolu 13.

Għall-programmi tematiċi, il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jitfasslu kif ipprovdut fl-Artikolu 13.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni fl-Artikolu 2 tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni abbażi tad-dokumenti ta' programmar li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 11 u 13. F'ċirkustanzi partikolari, madankollu, l-appoġġ mill-Unjoni jista' jieħu l-forma ta' miżuri mhux koperti f'dawn id-dokumenti, kif ipprovdut fir-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni.

 

Emenda   29

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonsultaw lil xulxin, kif ukoll lil donaturi u atturi oħra tal-iżvilupp fosthom rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, fi stadju bikri fil-proċess ta' programmar sabiex jippromwovu l-kumplimentarjetà u l-konsistenza bejn l-attivitajiet ta' koperazzjoni tagħhom. Din il-konsultazzjoni tista' twassal għal programmar konġunt bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex tapprova d-dokumenti ta' strateġija u l-programmi indikattivi multiannwali għall-programmi ġeografiċi u tematiċi. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonsultaw lil xulxin, kif ukoll lil donaturi u atturi oħra tal-iżvilupp fosthom rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, fi stadju bikri fil-proċess ta' programmar sabiex jippromwovu l-kumplimentarjetà u l-konsistenza bejn l-attivitajiet ta' koperazzjoni tagħhom. Din il-konsultazzjoni tista' twassal għal programmar konġunt bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Emenda   30

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-fondi jistgħu jitħallew mhux allokati. Suġġet għall-allokazzjoni jew ir-riallokazzjoni sussegwenti tagħhom prevista fl-Artikoli 11(5) u 13, l-użu ta' dawn il-fondi għandu jiġi deċiż iktar tard skont Ir-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni.

4. Il-fondi jistgħu jitħallew mhux allokati. Suġġett għall-allokazzjoni jew ir-riallokazzjoni sussegwenti tagħhom prevista fl-Artikoli 11(5) u 13, l-użu ta' dawn il-fondi għandu jiġi deċiż iktar tard permezz tal-adozzjoni ta' atti delegati, skont l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.

Emenda   31

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dokumenti ta' strateġija huma dokumenti mfassla mill-Unjoni sabiex tipprovdi qafas koerenti għall-koperazzjoni għall-iżvilupp bejn l-Unjoni, u l-pajjiż jew ir-reġjun imsieħeb ikkonċernat, b'mod konsistenti mal-għan u l-kamp ta' applikazzjoni ġenerali, l-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Unjoni.

1. Id-dokumenti ta' strateġija huma dokumenti mfassla mill-Unjoni sabiex tipprovdi qafas koerenti għall-koperazzjoni għall-iżvilupp bejn l-Unjoni, u l-pajjiż jew ir-reġjun imsieħeb ikkonċernat, b'mod konsistenti mal-għan u l-kamp ta' applikazzjoni ġenerali, l-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Unjoni.

Il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dokumenti ta' strateġija għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna: is-sjieda nazzjonali, is-sħubija, il-kordinazzjoni, l-armonizzazzjoni, l-allinjament mas-sistemi tal-pajjiż jew tar-reġjun riċevitur, ir-responsabbiltà reċiproka u l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati kif stabbiliti fl-Artikoli 3(5) sa (8).

Il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dokumenti ta' strateġija għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna: is-sjieda nazzjonali, is-sħubija, il-koordinament, l-armonizzazzjoni, l-allinjament mas-sistemi tal-pajjiż jew tar-reġjun riċevitur, ir-responsabbiltà reċiproka u l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati kif stabbiliti fl-Artikoli 3(5) sa (8).

Għal dak il-għan, id-dokumenti ta' strateġija għandhom, fil-prinċipju, ikunu bbażati fuq djalogu bejn l-Unjoni u l-pajjiż jew ir-reġjun imsieħeb, u fejn xieraq jinvolvu l-Istati Membri relevanti, u l-pajjiż jew reġjun imsieħeb, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, sabiex ikun żgurat li l-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat jieħu sjieda suffiċjenti tal-proċess u sabiex ikun inkoraġġit l-appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali tal-iżvilupp, b'mod partikolari dawk għat-tnaqqis tal-faqar.

Għal dak il-għan, id-dokumenti ta' strateġija għandhom, fil-prinċipju, ikunu bbażati fuq djalogu bejn l-Unjoni u l-pajjiż jew ir-reġjun imsieħeb, u jinvolvu l-Istati Membri relevanti, u l-pajjiż jew reġjun imsieħeb, f'konsultazzjoni mal-parlamenti nazzjonali/reġjonali u jinvolvu s-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet reġjonali u lokali permezz ta' konsultazzjoni bir-reqqa, sabiex ikun żgurat li l-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat jieħu sjieda suffiċjenti tal-proċess u sabiex ikun inkoraġġit l-appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali tal-iżvilupp, b'mod partikolari dawk għat-tnaqqis tal-faqar. Dan id-djalogu jsir wara fażi ta' konsultazzjoni u informazzjoni għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili.

Emenda   32

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Programmi indikattivi multiannwali għandhom jitfasslu għal kull wieħed mill-pajjiżi jew reġjuni li jirċievu allokazzjoni indikattiva ta' fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għajr pajjiżi jew reġjuni msemmija fil-paragrafu 4, dawn id-dokumenti għandhom ikunu mfassla abbażi tad-dokumenti ta' strateġija jew dokumenti simili li ssir referenza għalihom f'dan l-Artikolu.

5. Programmi indikattivi multiannwali għandhom jitfasslu għal kull wieħed mill-pajjiżi jew reġjuni li jirċievu allokazzjoni indikattiva ta' fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għajr pajjiżi jew reġjuni msemmija fil-paragrafu 4, dawn id-dokumenti għandhom ikunu mfassla abbażi tad-dokumenti ta' strateġija jew dokumenti simili li ssir referenza għalihom f'dan l-Artikolu.

Għall-għan ta' dan ir-Regolament, fejn ikun konformi mal-prinċipji u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu, inkluż allokazzjoni indikattiva ta' fondi, u bil-proċeduri pprovduti għalihom fl-Artikolu 14, id-dokument ta' programmar konġunt multiannwali pprovdut għalih fil-paragrafu 3(b) jista' jkun ikkunsidrat bħala l-programm indikattiv multiannwali.

Għall-għan ta' dan ir-Regolament, fejn ikun konformi mal-prinċipji u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu, inkluż allokazzjoni indikattiva ta' fondi, u bil-proċeduri pprovduti għalihom fl-Artikolu 14, id-dokument ta' programmar konġunt multiannwali pprovdut għalih fil-paragrafu 3(b) jista' jkun ikkunsidrat bħala l-programm indikattiv multiannwali.

Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta' prijorità magħżula għal finanzjament mill-Unjoni, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm globalment u għal kull qasam ta' prijorità; Fejn xieraq, din l-allokazzjoni tista' tingħata fil-forma ta' firxa u/jew xi fondi jistgħu jibqgħu mhux allokati.

Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta' prijorità magħżula għal finanzjament mill-Unjoni, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi tal-prestazzjoni, l-impenji li l-pajjiżi msieħba għandhom jonoraw fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u riformi demokratiċi, l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm globalment u għal kull qasam ta' prijorità u l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni tal-assistenza jew r-riallokazzjoni tal-fondi. Fejn xieraq, din l-allokazzjoni tista' tingħata fil-forma ta' firxa u/jew xi fondi jistgħu jibqgħu mhux allokati.

Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu aġġustati fejn meħtieġ, billi tiġi kkunsidrata kwalunkwe reviżjoni ta' nofs il-perjodu jew ad hoc tad-dokument ta' strateġija li fuqu jkunu bbażati.

Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu aġġustati fejn meħtieġ, billi tiġi kkunsidrata kwalunkwe reviżjoni ta' nofs il-perjodu jew ad hoc tad-dokument ta' strateġija li fuqu jkunu bbażati. Ksur gravi u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem iwasslu għall-bidu awtomatiku ta' reviżjoni ad hoc tad-dokumenti ta' strateġija. Ir-reviżjonijiet ta' nofs il-perjodu u ad hoc għandhom ikunu trażmessi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ikunu pubbliċi u għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati lokali.

B'mod konformi mal-prinċipju tar-responsabbiltà reċiproka fis-segwitu u t-twettiq tal-objettivi maqbula, inklużi dawk li jirreferu għall-governanza tajba, id-demokrazija u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u għall-istat tad-dritt, l-allokazzjonijiet indikattivi jistgħu jiżdiedu jew jitnaqqsu b'riżultat ta' reviżjonijiet, b'mod partikolari fid-dawl ta' ħtiġijiet speċjali bħal dawk li jirriżultaw minn sitwazzjoni ta' kriżi, wara kriżi jew ta' fraġilità, jew fejn il-prestazzjoni tkun eċċezzjonali jew mhux sodisfaċenti.

B'mod konformi mal-prinċipju tar-responsabbiltà reċiproka fis-segwitu u t-twettiq tal-objettivi maqbula, inklużi dawk li jirreferu għall-governanza tajba, id-demokrazija u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u għall-istat tad-dritt, l-allokazzjonijiet indikattivi jistgħu jiżdiedu jew jitnaqqsu b'riżultat ta' reviżjonijiet, b'mod partikolari fid-dawl ta' ħtiġijiet speċjali bħal dawk li jirriżultaw minn sitwazzjoni ta' kriżi, wara kriżi jew ta' fraġilità, jew fejn il-prestazzjoni tkun eċċezzjonali jew mhux sodisfaċenti. Il-proċess ta' reviżjoni għandu jipprevedi l-konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet lokali u internazzjonali tas-soċjetà ċivili. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jinżammu totalment informati.

Emenda   33

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta jkunu qegħdin jitfasslu d-dokumenti ta' pprogrammar għal pajjiżi f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, ta' wara kriżi jew ta' fraġilità, għandha tkun ikkunsidrata b'mod xieraq il-vulnerabbiltà, il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi speċjali tal-pajjiżi jew ir-reġjuni kkonċernati.

1. Meta jkunu qegħdin jitfasslu d-dokumenti ta' pprogrammar għal pajjiżi f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, ta' wara kriżi jew ta' fraġilità, għandha tkun ikkunsidrata b'mod xieraq il-vulnerabbiltà, il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi speċjali tal-pajjiżi jew ir-reġjuni kkonċernati.

Għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-prevenzjoni ta' kunflitti, il-bini tal-istat u tal-paċi, ir-rikonċiljazzjoni wara kunflitti u l-miżuri ta' rikostruzzjoni.

Għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-prevenzjoni ta' kunflitti, il-bini tal-istat u tal-paċi, ir-rikonċiljazzjoni wara kunflitti u l-miżuri ta' rikostruzzjoni.

Meta pajjiżi msieħba jew gruppi ta' pajjiżi msieħba jkunu direttament involuti fi, jew affettwati minn sitwazzjoni ta' kriżi, ta' wara kriżi jew ta' fraġilità, għandha titpoġġa enfasi speċjali sabiex tiżdied il-kordinazzjoni bejn is-sokkors, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp sabiex huma jiġu megħjuna jagħmlu t-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta' emerġenza għall-fażi ta' żvilupp. Il-programmi għall-pajjiżi u r-reġjuni fi fraġilità jew soġġetti b'mod regolari għal diżastri naturali għandhom jipprovdu għall-preparazzjoni u l-prevenzjoni tad-diżastri u għall-immaniġġar tal-konsegwenzi ta' dawn id-diżastri.

Meta pajjiżi msieħba jew gruppi ta' pajjiżi msieħba jkunu direttament involuti fi, jew affettwati minn sitwazzjoni ta' kriżi, ta' wara kriżi jew ta' fraġilità, għandha titpoġġa enfasi speċjali sabiex tiżdied il-kordinazzjoni bejn is-sokkors, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp sabiex huma jiġu megħjuna jagħmlu t-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta' emerġenza għall-fażi ta' żvilupp. Tali sforzi għandhom ikunu kkoordinati ma' inizjattivi possibbli oħrajn meħuda mill-Unjoni u mill-Istati Membri, partikolarment fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà. Il-programmi għall-pajjiżi u r-reġjuni fi fraġilità jew soġġetti b'mod regolari għal diżastri naturali għandhom jipprovdu għall-preparazzjoni u l-prevenzjoni tad-diżastri u għall-immaniġġar tal-konsegwenzi ta' dawn id-diżastri.

Emenda   34

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. F'sitwazzjonijiet ta' kriżi, ta' wara kriżi u ta' fraġilità jew theddidiet għad-demokrazija, għall-istat tad-dritt, għad-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali, li jkunu jeħtieġu rispons rapidu mill-Unjoni, il-proċedura ta' urġenza pprovdut għaliha fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni tista' tintuża biex jiġi modifikat id-dokument li ssir referenza għalih fl-Artikolu 11 wara reviżjoni ad hoc tal-istrateġija ta' koperazzjoni tal-pajjiż jew tar-reġjun.

2. F'sitwazzjonijiet ta' kriżi, ta' wara kriżi u ta' fraġilità jew theddidiet għad-demokrazija, għall-paċi u l-istabilità, għall-istat tad-dritt, għad-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali, li jkunu jeħtieġu rispons rapidu mill-Unjoni, il-proċedura ta' urġenza pprovdut għalija fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni tista' tintuża biex jiġi modifikat id-dokument li ssir referenza għalih fl-Artikolu 11 wara reviżjoni ad hoc tal-istrateġija ta' koperazzjoni tal-pajjiż jew tar-reġjun. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm totalment informat. Il-miżuri adottati ma għandhomx jostakolaw u għandhom ikunu totalment ikkoordinati mal-miżuri adottati fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha.

Dawn ir-reviżjonijiet jistgħu jipproponu strateġija speċifika u adattata sabiex tiżgura kooperazzjoni u żvilupp għat-tul, li tippromwovi kordinament u transizzjoni aħjar bejn l-istrumenti umanitarji u ta' politika għall-iżvilupp.

Dawn ir-reviżjonijiet jistgħu jipproponu strateġija speċifika u adattata sabiex tiżgura l-impenn ta' atturi ġodda possibbli fil-pajjiżi msieħba, it-tranżizzjoni lejn kooperazzjoni u żvilupp għat-tul, li tippromwovi kordinament u transizzjoni aħjar bejn il-bini tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti, l-istrumenti umanitarji u ta' politika għall-iżvilupp.

Emenda   35

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-programmi indikattivi mltiannwali għall-programmi tematiċi għandhom jistabbilixxu l-istrateġija tal-Unjoni għat-tema kkonċernata, il-prijoritajiet magħżula għall-finanzjament mill-Unjoni, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi tal-prestazzjoni, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-imsieħba prinċipali. Fejn applikabbli, għandhom jiġu stabbiliti prijoritajiet fir-rigward tar-riżorsi u l-interventi għall-parteċipazzjoni f'inizjattivi globali. Programmi indikattivi multiannwali għandhom ikunu konsistenti mad-dokumenti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 11(3).

1. Il-programmi indikattivi multiannwali għall-programmi tematiċi għandhom jistabbilixxu l-istrateġija tal-Unjoni għat-tema kkonċernata, il-prijoritajiet magħżula għall-finanzjament mill-Unjoni, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi tal-prestazzjoni, il-kundizzjonijiet għas-sospensjoni jew ir-riallokazzjoni tal-fondi, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-imsieħba prinċipali.. Fejn applikabbli, għandhom jiġu stabbiliti prijoritajiet fir-rigward tar-riżorsi u l-interventi għall-parteċipazzjoni f'inizjattivi globali. Programmi indikattivi multiannwali għandhom ikunu konsistenti mad-dokumenti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 11(3).

Emenda   36

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jagħtu l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm b'mod globali kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità; Fejn xieraq, din l-allokazzjoni tista' tingħata fil-forma ta' firxa u/jew xi fondi jistgħu jibqgħu mhux allokati. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu aġġustati fejn ikun neċessarju għal implimentazzjoni effettiva tal-politika, billi titqies kwalunkwe reviżjoni ta' nofs il-perjodu jew ad hoc.

2. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jagħtu l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm b'mod globali kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità. Fejn xieraq, din l-allokazzjoni tista' tingħata fil-forma ta' firxa u/jew xi fondi jistgħu jibqgħu mhux allokati. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu aġġustati fejn ikun neċessarju għal implimentazzjoni effettiva tal-politika, billi titqies kwalunkwe reviżjoni ta' nofs il-perjodu jew ad hoc. Ir-reviżjonijiet ta' nofs il-perjodu u ad hoc għandhom ikunu trażmessi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ikunu pubbliċi u għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati lokali.

Emenda   37

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dokumenti ta' strateġija għandhom jiġu approvati u l-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni. Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għal reviżjonijiet sostanzjali li jkollhom l-effett li jimmodifikaw b'mod sinifikanti l-istrateġija jew l-ipprogrammar tagħha.

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex tapprova d-dokumenti ta' strateġija u l-programmi indikattivi multiannwali. Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għal reviżjonijiet sostanzjali li jkollhom l-effett li jimmodifikaw b'mod sinifikanti l-istrateġija jew l-ipprogrammar tagħha.

Emenda   38

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal modifiki mhux sostanzjali fid-dokumenti ta' strateġija jew fil-programmi indikattivi multiannwali, bħal dawk li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jassenjaw mill-ġdid fondi fi ħdan l-allokazzjonijiet għal kull qasam ta' prijorità, jew li jżidu jew inaqqsu id-daqs tal-allokazzjoni indikattiva inizjali, b'inqas minn 20%, sakemm dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma ta' prijorità u l-objettivi stabbiliti f'dawn id-dokumenti. F'dan il-każ, l-aġġustamenti għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xahar.

2. Skont il-proċedura ta' eżami msemmi fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproċedi bil-modifiki mhux sostanzjali fid-dokumenti ta' strateġija jew fil-programmi indikattivi multiannwali, bħal dawk li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jassenjaw mill-ġdid fondi fi ħdan l-allokazzjonijiet għal kull qasam ta' prijorità, jew li jżidu jew inaqqsu id-daqs tal-allokazzjoni indikattiva inizjali, b'inqas minn 20%, sakemm dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma ta' prijorità u l-objettivi stabbiliti f'dawn id-dokumenti. F'dan il-każ, l-aġġustamenti għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xahar.

Emenda   39

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni tal-għajnuna fi ftehimiet ta' sħubija u koperazzjoni ma' pajjiżi u reġjuni msieħba, meta pajjiż imsieħeb ma josservax il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 3(1), l-Unjoni għandha tistieden lill-pajjiż imsieħeb sabiex jagħmlu konsultazzjonijiet bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ partijiet, għajr f'sitwazzjonijiet ta' urġenza speċjali. Fejn il-konsultazzjonijiet mal-pajjiż imsieħeb ma jwasslux għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ partijiet, jew jekk il-konsultazzjonijiet ikunu rrifjutati jew f'każijiet ta' urġenza speċjali, il-Kunsill jista' jieħu miżuri xierqa skont l-Artikolu 215(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistgħu jinkludu sospensjoni sħiħa jew parzjali tal-assistenza tal-Unjoni.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni tal-għajnuna fi ftehimiet ta' sħubija u koperazzjoni ma' pajjiżi u reġjuni msieħba, meta pajjiż imsieħeb ma josservax il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 3(1), l-Unjoni għandha tistieden lill-pajjiż imsieħeb sabiex jagħmlu konsultazzjonijiet bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ partijiet, għajr f'sitwazzjonijiet ta' urġenza speċjali. Fejn il-konsultazzjonijiet mal-pajjiż imsieħeb ma jwasslux għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ partijiet, jew jekk il-konsultazzjonijiet ikunu rrifjutati jew f'każijiet ta' urġenza speċjali, il-Kunsill jista' jieħu miżuri xierqa skont l-Artikolu 215(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistgħu jinkludu sospensjoni sħiħa jew parzjali tal-assistenza tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm totalment informat bil-bidu u bl-avvanzament tal-konsultazzjonijiet, kif ukoll bir-riżultat tagħhom, li għandu jsir pubbliku.

Emenda   40

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt I – subpunt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Id-deċentralizzazzjoni u l-governanza lokali

Emenda   41

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt II – subpunt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) L-ambjent tan-negozju, l-integrazzjoni reġjonali u s-swieq dinjija; u

(b) L-ambjent tan-negozju, l-integrazzjoni reġjonali u s-swieq dinjija;

Emenda   42

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt II – subpunt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) L-agrikoltura sostenibbli u l-enerġija.

(c) L-agrikoltura sostenibbli u l-enerġija; u

Emenda   43

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt II – subpunt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Il-ġestjoni urbana u territorjali u r-riabilitazzjoni tal-bassifondi.

Emenda   44

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt III – subpunt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) It-tranżizzjoni mill-għajnuna umanitarja u r-rispons għall-kriżijiet lejn koperazzjoni għall-iżvilupp fit-tul.

(c)Ir-rikostruzzjoni ta' wara d-diżastri fil-pajjiżi msieħba li qed jiżviluppaw, inkluża r-reazzjoni rapida u ż-żieda fil-flessibilità, u t-tranżizzjoni mill-għajnuna umanitarja u r-rispons għall-kriżijiet lejn koperazzjoni għall-iżvilupp fit-tul.

Emenda   45

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt III – subpunt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Il-prevenzjoni tal-kunflitti.

Emenda   46

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – paragrafu 3 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) appoġġ għall-approċċi tal-bini tal-paċi u tal-prevenzjoni tal-kunflitti;

Emenda   47

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – paragrafu 3 – punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib) kontribut għal rispett akbar tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni.

Emenda   48

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – paragrafu 4 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

Emenda   49

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – paragrafu 4 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) appoġġ għall-approċċi tal-bini tal-paċi u tal-prevenzjoni tal-kunflitti.

Emenda   50

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – paragrafu 5 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) il-promozzjoni tal-bini tal-paċi.

Emenda   51

Proposta għal regolament

Anness V – parti B – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) interventi f'pajjiżi msieħba li jappoġġaw gruppi vulnerabbli u marġinati fil-pajjiżi l-anqas żviluppati billi jipprovdu servizzi bażiċi mogħtija permezz ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali;

(a) interventi f'pajjiżi msieħba li jappoġġaw gruppi vulnerabbli u emarġinati fil-pajjiżi l-anqas żviluppati billi jtejbu l-governanza lokali u jipprovdu servizzi bażiċi mogħtija permezz tal-awtoritajiet lokali, u billi jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza tagħhom fil-ħajja lokali u fil-proċess tal-iżvilupp permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Emenda   52

Proposta għal regolament

Anness V – parti B – paragrafu 3e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(e) żvilupp tal-kapaċità u l-preparazzjoni tal-organizzazzjonijiet lokali, nazzjonali u reġjonali tas-soċjetà ċivili fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi, b'attenzjoni partikolari fuq it-trasferiment tal-għarfien, tal-metodi u tal-istrumenti fil-qasam tad-djalogu, tal-medjazzjoni, tar-rikonċiljazzjoni u tal-ġustizzja ta' tranżizzjoni.

Emenda   53

Proposta għal regolament

Anness V – parti B – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtoritajiet lokali jinkludu varjetà kbira ta' livelli sub-nazzjonali u friegħi tal-gvern, jiġifieri muniċipalitajiet, komunitajiet, distretti, kontej, provinċi, reġjuni eċċ.

Awtoritajiet lokali jinkludu varjetà kbira ta' livelli subnazzjonali u friegħi tal-gvern, jiġifieri muniċipalitajiet, komunitajiet, distretti, kontej, provinċji, reġjuni u l-assoċjazzjonijiet tagħhom fil-livell nazzjonali, reġjonali u dinji.

PROĊEDURA

Titlu

Il-ħolqien ta' strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp

Referenzi

COM(2011)0840 – C7-0493/2011 – 2011/0406(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

17.1.2012

Relatur

Data tal-ħatra

Ana Gomes

14.12.2011

Data tal-adozzjoni

10.7.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pino Arlacchi, Bastiaan Belder, Franziska Katharina Brantner, Elmar Brok, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Takis Hadjigeorgiou, Richard Howitt, Liisa Jaakonsaari, Ioannis Kasoulides, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Ryszard Antoni Legutko, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Mario Mauro, Kyriakos Mavronikolas, Francisco José Millán Mon, María Muñiz De Urquiza, Raimon Obiols, Kristiina Ojuland, Ria Oomen-Ruijten, Pier Antonio Panzeri, Alojz Peterle, Bernd Posselt, Hans-Gert Pöttering, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Nikolaos Salavrakos, György Schöpflin, Charles Tannock, Inese Vaidere, Sir Graham Watson

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Jacob Bicep, Reinhard Bütikofer, Andrew Duff, Diogo Feio, Roberto Gualtieri, Barbara Lochbihler, Norbert Neuser, Teresa Riera Madurell, Ivo Vajgl, Luis Yáñez-Barnuevo García, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Victor Boştinaru, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Lena Kolarska-Bobińska, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Artur Zasada

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (17.9.2012)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp
(COM(2011)0840 – C7‑0493/2011 – 2011/0406(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Helmut Scholz

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi Regolament ġdid li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (DCI). Ir-regolament attwali jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013. Permezz ta’ proċedura ta’ kodeċiżjoni, il-Parlament Ewropew issa qed jiffaċċja l-kompitu tad-definizzjoni tal-karattru, l-objettivi u l-oqsma ta’ applikazzjoni tal-akbar strument finanzjarju għall-azzjoni esterna tal-Unjoni għall-perjodu 2014-2020.

L-għan ġenerali tal-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni għadu l-kontribut attiv għat-tnaqqis tal-faqar u, fit-tul, il-qerda tiegħu, kif definit fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, ir-rapporteur irid lid-DCI jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli u inklussiv, inkluż ix-xogħol diċenti, kif ukoll li jippromwovi d-demokrazija, l-istandards internazzjonali tax-xogħol, id-dritt tal-istat, il-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Sabiex tikkontribwixxi b’mod aktar effettiv għal dawn l-objettivi, il-Kummissjoni tipproponi xi emendi fid-DCI.

Il-Kummissjoni bi ħsiebha ġġib id-DCI konformi max-xejriet internazzjonali riċenti fil-politiki tal-iżvilupp. Ir-rapporteur jilqa’ dan l-approċċ, iżda jixtieq jirrestrinġi l-eżekuttiv sabiex jibbaża lilu nnifsu fuq id-dokumenti abbozzati jew approvati mil-leġiżlattiv, partikolarment il-Kunsens għall-Iżvilupp, aktar milli fuq id-dokumenti abbozzati unilateralment mill-eżekuttiv innifsu. Sabiex ikompli jiġi kjarifikat l-użu intiz ta’ dan l-istrument, ir-rapporteur jipproponi lill-koleġiżlaturi biex jidħlu f’aktar dettall fl-Annessi IV u V ta’ dan ir-Regolament, u biex jissottomettu l-emendi fl-annessi tal-att leġiżlattiv.

Il-Kummissjoni tipproponi li timplementa differenzjazzjoni lejn il-pajjiżi imsieħba, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet, il-kapaċitajiet, l-impenji u l-prestazzjoni u l-impatt potenzjali fuq il-pajjiżi imsieħba mingħajr ma jkun permess perjodu tranżitorju. Ir-rapporteur, bi prinċipju, jilqa’ l-approċċ differenzjat u fokus fuq il-pajjiżi u r-reġjuni li huma l-aktar fil-bżonn, filwaqt li għandhom jiġu identifikati l-ħtiġijiet f’koperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi imsieħba fi proċess, li għandu jinvolvi l-parlamenti u s-soċjetà ċivili. Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-Kummissjoni eskludiet wisq pajjiżi mill-koperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp, u jipproponi li jerġgħu jiġu introdotti diversi pajjiżi tal-Amerika Latina mal-lista tal-pajjiżi eliġibbli fl-Anness III.

Il-Kummissjoni tipproponi li tiżdied il-flessibbiltà u titnaqqas il-kumplessità fl-implementazzjoni tal-istrument. Ir-rapporteur jilqa’ l-isforzi biex tiżdied l-effettività tal-istrument. Iżda l-ħtiġijiet tal-flessibiltà ma jistgħux jgħaddu mingħajr l-obbligi parlamentari għall-kontroll tal-baġit. It-talba tal-Kummissjoni li tirċievi carte blanche għal sa 60 % tal-baġit ta’ dan l-istrument mhijiex aċċettabbli. Minflok, il-lista tal-oqsma ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp indirizzati min dan l-istrument għandha tkun eżawrjenti. Minbarra dan, ir-rapporteur jixtieq iżomm l-għażlali l-koleġiżlaturi joġġezzjonaw għall-proposti tal-Kummissjoni biex jirriallokaw il-fondi li jaqbżu ċertu limitu, kif ukoll il-bidliet li mhumiex ta’ natura teknika, billi jitolbu bidliet biex jiġu introdotti bħala atti delegati.

Minbarra dan, ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-kummerċ jista’ jkun mutur importanti għall-iżvilupp. Madankollu, ma jistax jiġi injorat il-fatt li fir-rapporti tar-reviżjoni bejn il-pari, il-kwistjonijiet tal-politika kummerċjali tal-OECD tal-2012 jammontaw għal 25 fil-mija tal-każijiet kollha ta’ tħassib fir-rigward tal-għan tal-koerenza politika għall-iżvilupp. L-UE stabbiliet il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp bħala pilastru ċentrali fil-ġlieda tagħha kontra l-faqar. B’hekk, il-mod kif jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kummerċjali f’dan l-istrument għandu jinġab koerenti b’attenzjoni mal-objettivi tal-iżvilupp. Inkella, l-attivitajiet fil-qasam kummerċjali ma jkunux jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament mid-DCI. Ir-rapporteur qed iressaq diversi proposti biex iġib l-objettivi relatati man-negozju u l-ekonomija konformi mal-qafas tal-iżvilupp.

L-appoġġ għall-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-UE permezz tad-DCI hija innovazzjoni tajba fil-proposta tal-Kummissjoni. Sabiex jinqered il-faqar, l-Afrika teħtieġ li tegħleb il-frammentazzjoni ekonomika u kummerċjali tagħha, kif ġie konkluż riċentement fi studju tal-Bank Dinji. Kwalunkwe sforz li tista’ tagħmel l-Unjoni Ewropea biex tappoġġa l-integrazzjoni reġjonali u kontinentali, għandu jsir.

Ir-rapporteur, finalment, jilqa’ wkoll iż-żieda sostanzjali fil-finanzjament tad-DCI.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp - Aġenda għall-Bidla", u "L-approċċ futur tal-appoġġ baġitarju tal-UE għal pajjiżi terzi", kif ukoll kwalunkwe komunikazzjoni futura li tistabbilixxi orjentazzjonijiet u prinċipji bażiċi għall-politika tal-Unjoni għall-iżviluppp , u l-konklużjonijiet sussegwenti tagħhom, jipprovdu l-qafas politiku ġenerali, l-orjentazzjonijiet u l-iffukar biex jiggwidaw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(3) Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u l-objettivi approvati mill-Unjoni u l-Istati Membri fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u partikolarment l-UNCTAD u l-UNDP, kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħra jipprovdu l-qafas politiku ġenerali, l-orjentazzjonijiet u l-iffukar biex jiggwidaw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-eżekuttiv tal-Unjoni għandu jsib gwida għall-implementazzjoni tal-istrumenti tal-politika tal-Unjoni f’dokumenti miktuba flimkien jew approvati mil-leġiżlattiv, u mhux f’komunikazzjonijiet maħruġa unilateralmet mill-eżekuttiv innifsu. Il-leġiżlazzjoni, għalhekk, m’għandhiex tinkludi referenza għal dokumenti mhux influwenzati mil-leġiżlaturi, partikolarment mhux fil-forma ta’ carte blance (“kwalunkwe komunikazzjoni futura”).

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-Unjoni tfittex ukoll li tiżgura koerenza ma' oqsma oħra tal-azzjoni esterna tagħha. Dan għandu jiġi żgurat meta jiġu fformulati l-politika ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni u l-ipprogrammar tal-ippjanar strateġiku tagħha u l-implimentazzjoni tal-miżuri.

(5) L-Unjoni hija impenjata bis-sħiħ biex tavvanza l-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp u biex tiżgura konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tagħha u bejn dawn u l-politiki oħrajn tagħha. Il-politika ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni għandha l-objettiv ewlieni li tnaqqas u teqred il-faqar. Permezz tal-politika barranija ssir promozzjoni ta’ żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dan jinkludi l-avvanz tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja soċjali, l-istandards tax-xogħol, relazzjonijiet tal-kummerċ ġusti u l-prattiki rilevanti għall-ambjent u għall-klima. Il-programmi għall-iżvilupp bil-għan li jtejbu, jespandu, iħarrġu jew jiffaċilitaw relazzjonijiet kummerċjali se jsegwu l-istess prinċipji.

Dan għandu jiġi żgurat meta jiġu fformulati l-ippogrammar tal-ippjanar strateġiku u l-implimentazzjoni tal-miżuri. L-Unjoni tfittex li tuża r-riżorsi disponibbli b’mod effiċjenti sabiex tottimizza l-impatt tagħhom.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-politika u l-azzjoni internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tal-koperazzjoni għall-iżvilupp huma ggwidati mill-MDGs, bħall-qerda tal-faqar u l-ġuħ estrem, inkluż kwalunkwe modifika fihom, u mill-objettivi u l-prinċipji dwar l-iżvilupp adottati mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fosthom fil-kuntest tal-koperazzjoni tagħhom fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti (NU) u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħra fil-qasam tal-koperazzjoni għall-iżvilupp.

(9) Il-politika u l-azzjoni internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tal-koperazzjoni għall-iżvilupp huma ggwidati mill-MDGs, bħall-qerda tal-faqar u l-ġuħ estrem, inkluż kwalunkwe modifika fihom, u mill-objettivi u l-prinċipji dwar l-iżvilupp adottati mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fosthom fil-kuntest tal-koperazzjoni tagħhom fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti (NU) u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħra fil-qasam tal-koperazzjoni għall-iżvilupp.

 

F’konformità mal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Industrijali (UNIDO), l-Unjoni għandha tgħin fl-iżvilupp tal-koperazzjoni industrijali bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u bejn in-Nofsinhar u n-Nofsinhar, permezz tal-investiment, il-ħolqien tal-kapaċità, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali sostenibbli li jgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex igawdu l-vantaġġi tal-proċess tal-globalizzazzjoni.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Il-membri tad-WTO impenjaw ruħhom fir-raba’ Konferenza Ministerjali f’Doha biex jissemplifikaw il-kummerċ fl-istrateġiji għall-iżvilupp u biex jipprovdu appoġġ tekniku u għall-bini tal-kapaċità relatat mal-kummerċ, li ġie mtenni waqt is-seba’ Konferenza Ministerjali tad-WTO.

Ġustifikazzjoni

Terġa’ tintroduċi premessa rilevanti mir-regolament attwali tad-DCI.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) It-titjib fil-kummerċ domestiku u intra-reġjonali huwa element prinċipali tal-istrateġiji għat-tkabbir u l-iżvilupp b’suċċess. L-Unjoni għandha żżid l-appoġġ tagħha għall-ħtiġijiet tal-kummerċ domestiku u għall-integrazzjoni reġjonali. Għandha tassisti l-integrazzjoni fl-ekonomija dinjija tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw skont it-talba tagħhom, filwaqt li tibqa’ l-aktar suq miftuħ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex tikkontribwixxi għas-suċċess ta’ dawn l-istrateġiji għall-iżvilupp. L-Unjoni għandha tinforza l-politika tagħha tal-promozzjoni tal-multilateraliżmu fil-politika kummerċjali u ttejjeb il-kapaċitajiet ta’ negozjar tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-għajnuna mill-Unjoni għandha tiffoka fuq fejn ikollha l-akbar impatt, billi titqies il-kapaċità tagħha li taġixxi fuq skala globali u li tirrispondi għal sfidi globali bħall-qerda tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u inklussiv u l-promozzjoni tad-demokrazija mad-dinja kollha, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, l-involviment fit-tul u prevedibbli tagħha fl-għajnuna għall-iżvilupp u r-rwol tagħha fil-koordinament mal-Istati Membri tagħha. Biex ikun żgurat tali impatt, il-prinċipju tad-differenzazzjoni għandu jkun applikat mhux biss fil-livell tal-allokazzjoni tal-fondi, iżda wkoll fil-livell tal-ipprogrammar, biex ikun żgurat li l-koperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp tkun immirata lejn il-pajjiżi msieħba li għandhom l-iktar bżonnha, inkluż stati fraġli u stati li għandhom vulnerabbiltà għolja, u b'kapaċità limitata li jkollhom aċċess għal sorsi oħra ta' finanzjament biex jappoġġjaw l-iżvilupp proprju, waqt li jkun ikkunsidrat l-impatt potenzjali tal-assistenza tal-Unjoni fil-pajjiżi msieħba. B'konsegwenza ta' dan, l-ipprogrammar bilaterali se jiffoka fuq tali pajjiżi, wara l-applikazzjoni tal-kriterji tal-objettiv ibbażati fuq il-bżonnijiet u l-kapaċitajiet ta' dawn il-pajjiżi, kif ukoll l-impatt tal-assistenza tal-UE.

(11) L-għajnuna mill-Unjoni għandha tiffoka fuq fejn ikollha l-akbar impatt, billi titqies il-kapaċità tagħha li taġixxi fuq skala globali u li tirrispondi għal sfidi globali bħall-qerda tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u inklussiv permezz ta’ kummerċ miftuħ u ġust, u l-promozzjoni tad-demokrazija mad-dinja kollha, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem, l-istandards internazzjonali tax-xogħol, u l-istat tad-dritt, l-involviment fit-tul u prevedibbli tagħha fl-għajnuna għall-iżvilupp u r-rwol tagħha fil-koordinament mal-Istati Membri tagħha. Biex ikun żgurat tali impatt, il-prinċipju tad-differenzazzjoni għandu jkun applikat mhux biss fil-livell tal-allokazzjoni tal-fondi, iżda wkoll fil-livell tal-ipprogrammar, biex ikun żgurat li l-koperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp tibbenefika l-aktar lill-pajjiżi msieħba li għandhom l-iktar bżonnha, inkluż stati fraġli u stati li għandhom vulnerabbiltà għolja, u b'kapaċità limitata li jkollhom aċċess għal sorsi oħra ta' finanzjament biex jappoġġjaw l-iżvilupp proprju, waqt li jkun ikkunsidrat l-impatt potenzjali tal-assistenza tal-Unjoni fil-pajjiżi msieħba. B'konsegwenza ta' dan, l-ipprogrammar bilaterali għandu jiffoka fuq tali pajjiżi, wara l-applikazzjoni tal-kriterji tal-objettiv ibbażati fuq il-bżonnijiet u l-kapaċitajiet ta' dawn il-pajjiżi, kif ukoll l-impatt tal-assistenza tal-UE. Fil-każ tal-pajjiżi li ma jkunux eliġibbli għall-programmi ġeografiċi nazzjonali, għandha tinżamm il-possibbiltà li gradwalment titnaqqas l-għajnuna, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-gruppi tal-popolazzjoni l-iktar vulnerabbli u għandu jitqies li xi wħud minn dawn il-pajjiżi wkoll mhux se jibqgħu jibbenefikaw b’mod kummerċjali mis-Sistema ta’ Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ) jiġifieri li se jkunu affettwati b’mod negattiv darbtejn.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) F'dinja globalizzata, politiki interni differenti tal-UE bħall-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-impjiegi (inkluż xogħol diċenti għal kulħadd), ugwaljanza bejn is-sessi, l-enerġija, l-ilma, it-trasport, is-saħħa, l-edukazzjoni, il-ġustizzja u s-sigurtà, ir-riċerka u l-innovazzjoni, is-soċjetà informatika, il-migrazzjoni, l-agrikoltura u s-sajd, qed isiru dejjem iktar parti mill-azzjoni esterna. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 'Ewropa 2020: Strateġija għal Tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv' tissottolinea l-impenn tal-Unjoni li tippromwovi tkabbir intelliġenti, inklussiv u sostenibbli fil-politiki interni u esterni tagħha sabiex tgħaqqad tliet pilastri: ekonomiċi, soċjali u ambjentali.

(14) F'dinja globalizzata, politiki interni differenti tal-UE bħall-ambjent, it-tibdil fil-klima, il-promozzjoni tal-enerġiji rinovabbli, l-impjiegi (inkluż xogħol diċenti għal kulħadd), ugwaljanza bejn is-sessi, l-enerġija, l-ilma, it-trasport, is-saħħa, l-edukazzjoni, il-ġustizzja u s-sigurtà, il-kultura, ir-riċerka u l-innovazzjoni, is-soċjetà informatika, il-migrazzjoni, l-agrikoltura u s-sajd, qed isiru dejjem iktar parti mill-azzjoni esterna. Is-suċċess tal-istrateġija domestika tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv jiddependi fuq l-avvanz ekonomiku u soċjetali tas-sħab internazzjonali tal-kummerċ tal-Unjoni, li għandu jiġi promoss fil-politiki interni u esterni tagħha.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-ambjent huma fost l-isfidi l-kbar li jiffaċċaw l-Unjoni u fejn il-bżonn ta' azzjoni internazzjonali huwa wieħed urġenti. Skont il-ħsieb iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Baġit għall-Ewropa 2020" tad-29 ta' Ġunju 2011, dan ir-regolament għandu jikkontribwixxi għall-objettiv li mill-inqas 20% tal-baġit tal-UE jkun indirizzat lejn soċjetà b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għall-klima, u li l-programm globali tal-beni u l-isfidi pubbliċi għandu juża 25% tal-fondi tiegħu biex ikopri t-tibdil fil-klima u l-ambjent. Azzjonijeit f'dawn iż-żewġ oqsma għandhom, kull fejn hu possibbli, jappoġġaw lil xulxin b'mod reċiproku biex isaħħu l-impatti tagħhom.

(15) Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-ambjent huma fost l-isfidi l-kbar li jiffaċċaw l-Unjoni u l-pajjiżi u r-reġjuni msieħba internazzjonali tan-negozju u kummerċjali kollha tagħha u fejn il-bżonn ta' azzjoni internazzjonali huwa wieħed urġenti. Ir-regolament attwali għandu jżid mal-objettiv li mill-inqas 20% tal-baġit tal-UE jkun indirizzat lejn soċjetà b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għall-klima, u li l-programm globali tal-beni u l-isfidi pubbliċi għandu juża 25% tal-fondi tiegħu biex ikopri t-tibdil fil-klima u l-ambjent, filwaqt li jqis il-kontribut għall-emissjonijiet tal-klima tan-negozju u t-trasport tal-oġġetti globali, partikolarment ta’ materja prima mhux ipproċessata. Azzjonijiet f'dawn iż-żewġ oqsma għandhom, kull fejn hu possibbli, jappoġġaw lil xulxin b'mod reċiproku biex isaħħu l-impatti tagħhom.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Inżidu l-impatt tal-politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla", appoġġ kontiwu għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem huwa previst permezz ta' mill-inqas 20% tal-għajnuna tal-Unjoni għall-iżvilupp. Biex jikkontribwixxi għal dak il-għan, mill-inqas 20% tal-programm globali għall-beni u l-isfidi publiċi għandu jappoġġja dak il-qasam ta' żvilupp.

(16) L-appoġġ għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem għandu jkun l-objettiv ta’ mill-inqas 20% tal-għajnuna tal-Unjoni għall-iżvilupp. Dan għandu jinkludi l-appoġġ għall-provvista ta’ servizzi soċjali bażiċi, partikolarment fil-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni. Mill-inqas 20% tal-programm globali għall-beni u l-isfidi publiċi għandu jappoġġja dak il-qasam ta' żvilupp.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-elenki tal-pajjiżi msieħba skont dan ir-Regolament għandhom ikunu adattati abbażi tal-bidliet possibbli fl-istatus tagħhom kif stabbilit mill-Kumitat għall-Assistenza għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilup (OECD/DAC), kif ukoll bidliet importanti fl-iżvilupp tal-bniedem, dipendenza fuq l-għajnuna, sitwazzjonijiet ta' kriżi, vulnerabbiltà u aspetti oħra inkluż id-dinamiċi tal-proċess ta' żvilupp. Tali aġġornamenti, reviżjonijiet tal-pajjiżi msieħba eliġibbli għall-koperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp u modifiki fid-definizzjoni ta' oqsma dettaljati ta' koperazzjoni u attivitajiet, u aġġustamenti tal-allokazzjoni finanzjarja indikattiva għal kull programm jikkostitwixxu elementi non-essenzjali ta' dan ir-Regolament. Konsegwentament, sabiex ikun adattat il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu għar-realtà li qed tevolvi rapidament fil-pajjiżi terzi, is-setgħa li jkunu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun delegata lill-Kummissjoni sabiex taġġorna l-Annessi ta' dan ir-Regolament li jinkludu l-lista tal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni, id-definizzjoni tal-oqsma dettaljati ta' koperazzjoni skont il-programmi ġeografiċi u tematiċi u l-allokazzjonijiet indikattivi għal kull programm. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fuq livell espert. Meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(17) L-elenki tal-pajjiżi msieħba skont dan ir-Regolament għandhom ikunu adattati abbażi tal-bidliet possibbli fl-istatus tagħhom kif stabbilit mill-Kumitat għall-Assistenza għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilup (OECD/DAC), kif ukoll bidliet importanti fl-iżvilupp tal-bniedem, dipendenza fuq l-għajnuna, sitwazzjonijiet ta' kriżi, vulnerabbiltà u aspetti oħra inkluż id-dinamiċi tal-proċess ta' żvilupp. Aġġornamenti u reviżjonijiet tal-pajjiżi msieħba eliġibbli għall-kooperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp u modifiki fid-definizzjoni ta’ oqsma ta’ koperazzjoni u attivitajiet, u aġġustamenti tal-allokazzjoni finanzjarja indikattiva għal kull programm għandhom jiġu sottomessi mill-Kummissjoni bħala proposti leġiżlattivi li jintroduċu l-modifiki meħtieġa għall-Annessi I, III, IV, V, VI u VII ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-koleġiżlaturi għandhom iżommu livell għoli ta’ kontroll fuq il-finanzjament li jitqiegħed għad-dispożizzjoni mill-akbar strument finanzjarju estern tal-Unjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, setgħat ta' implimentazzjoni għandhom ikunu konferiti lill-Kummissjoni.

imħassar

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mad-dokumenti ta' strateġija u mal-programmi indikattivi multiannwali stabbiliti fl-Artikoli 11 u 14 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Meta wieħed jikkunsidra n-natura ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni, b'mod partikolari n-natura tagħhom ta' orjentazzjoni politika jew l-implikazzjoni baġitarja tagħhom, il-proċedura ta' eżaminazzjoni ġeneralment għandha tintuża għall-adozzjoni tagħhom, għajr għal dawk il-miżuri ta' skala finanzjarja żgħira. Il-Kummissjoni għandha taddotta immedjatament l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn, f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-bżonn għal rispons rapidu mill-Unjoni, raġunijiet imperattivi ta' urġenza jirrikjedu dan.

imħassar

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – sottopunt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) il-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

(ii) il-promozzjoni, il-konsolidazzjoni u l-avvanz tad-demokrazija, inkluż permezz ta’ elezzjonijiet ġusti u trasparenti, it-tisħiħ tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja soċjali, u l-istandards internazzjonali tax-xogħol, li jrawmu l-istat tad-dritt, il-governanza tajba kemm fis-settur pubbliku u wkoll f’dak privat, ir-relazzjonijiet kummerċjali ġusti u l-promozzjoni tar-rispett tal-konvenzjonijiet internazzjonali u l-prinċipji tal-liġi internazzjonali rigward l-istandards soċjali u ambjentali.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-bżonnijiet tagħhom;

(a) il-bżonnijiet tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli, kif identifikati f’koperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba kkonċernati u l-parlamenti rispettivi tagħhom, filwaqt li jitqiesu b’mod sħiħ il-fehmiet tal-partijiet soċjo-ekonomiċi interessati tas-soċjetà ċivili;

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-kapaċitajiet tagħhom li jiġġeneraw u jaċċessaw riżorsi finanzjarji u l-kapaċitajiet li jużaw tali finanzi; kif ukoll

(b) il-kapaċitajiet tagħhom li jiġġeneraw u jaċċessaw riżorsi finanzjarji u l-kapaċitajiet ta' awditjar u li jużaw tali finanzi; kif ukoll

Emenda  16

Proposta għal regolament

Titolu II – Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kwistjonijiet trażversali li ġejjin għandhom ikunu integrati fil-programmi kollha: il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa, in-non-diskriminazzjoni, id-demokrazija, il-governanza tajba, id-drittijiet tat-tfal u d-drittijiet tal-popli indiġeni, l-inklużjoni soċjali u d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, is-sostenibbiltà ambjentali inkluż l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS.

3. Il-kwistjonijiet trażversali li ġejjin għandhom ikunu integrati fil-programmi kollha: il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa, in-non-diskriminazzjoni, id-demokrazija, il-governanza tajba, id-drittijiet tat-tfal u d-drittijiet tal-popli indiġeni, l-inklużjoni soċjali, ix-xogħol diċenti u d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, is-sostenibbiltà ambjentali inkluż l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, it-titjib fl-aċċess għall-ġustizzja u l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, l-aċċess għall-ICTs, is-sigurtà tas-saħħa u tal-provvista tal-ikel, kif ukoll il-promozzjoni tad-djalogu, il-parteċipazzjoni u r-rikonċiljazzjoni, u l-bini tal-istituzzjonijiet.

4. Fil-livell reġjonali, nazzjonali u lokali, għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni, partikolarment fir-rigward tal-liġi tax-xogħol u ambjentali, it-titjib fl-aċċess għall-ġustizzja u l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, inklużi l-attivitajiet ta’ sorveljanza, tal-avvanz tal-kummerċ ġust u l-iżvilupp sostenibbli, l-aċċess għall-ICTs, is-servizzi pubbliċi, tas-sigurtà tas-saħħa u tal-provvista tal-ikel, kif ukoll il-promozzjoni tad-djalogu, il-parteċipazzjoni u r-rikonċiljazzjoni, u l-bini tal-istituzzjonijiet.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma’ oqsma oħra tal-azzjoni esterna tagħha kif ukoll ma’ politiki rilevanti oħra tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, inklużi dawk ġestiti mill-BEI, għandhom ikunu bbażati fuq il-politiki ta’ koperazzjoni stabbiliti fi strumenti bħal ftehimiet, dikjarazzjonijiet u pjanijiet ta’ azzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi u r-reġjuni kkonċernati, kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet, l-interessi speċifiċi, il-prijoritajiet tal-politika u l-istrateġiji tal-Unjoni.

5. Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u filwaqt li jiġi osservat il-prinċipju tal-koerenza politika għall-iżvilupp, għandha tiġi assigurata l-konsistenza ma’ oqsma oħra tal-azzjoni esterna tagħha, inkluż il-kummerċ internazzjonali u l-politika kummerċjali kif ukoll ma’ politiki rilevanti oħra tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, inklużi dawk ġestiti mill-BEI, għandhom jappoġġaw, fejn dan japplika, il-politiki ta’ koperazzjoni stabbiliti fi strumenti bħal ftehimiet, ftehimiet kummerċjali, dikjarazzjonijiet u pjanijiet ta’ azzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi u r-reġjuni kkonċernati.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 8 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) approċċi inklussivi u parteċipatorji għall-iżvilupp u l-involviment wiesa’ tas-segmenti kollha tas-soċjetà fil-proċess tal-iżvilupp u fid-djalogu nazzjonali u reġjonali, inkluż id-djalogu politiku;

(b) approċċi inklussivi u parteċipatorji għall-iżvilupp u l-involviment wiesa’ tas-segmenti kollha tas-soċjetà fil-proċess tal-iżvilupp u fid-djalogu nazzjonali u reġjonali, inkluż id-djalogu politiku u l-parlamenti nazzjonali u reġjonali fil-pajjiżi u r-reġjuni imsieħba;

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 8 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) l-iżvilupp tal-koperazzjoni industrijali bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u bejn in-Nofsinhar u n-Nofsinhar, permezz tal-investiment, il-ħolqien tal-kapaċità, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali sostenibbli li jgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex igawdu l-vantaġġi tal-proċess tal-globalizzazzjoni.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a. L-Unjoni se tinvolvi ruħha fi djalogu mal-pajjiżi imsieħba biex tippromwovi l-konsultazzjoni tal-politika kummerċjali u l-bini tal-kapaċità fl-istrateġiji tal-iżvilupp tagħhom.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Il-Kummissjoni għandha tfittex skambji ta’ informazzjoni regolari mas-soċjetà ċivili.

10. Il-Kummissjoni għandha tfittex konsultazzjonijiet u skambji ta’ informazzjoni regolari mal-atturi kollha kkonċernati (gvernijiet u aġenziji tal-pajjiżi benefiċjarji, soċjetà ċivili, delegazzjonijiet tal-UE, organizzazzjonijiet internazzjonali, nazzjonali jew entitajiet privati (sabiex tiġi definita u implimentata b'mod konġunt il-parti kummerċjali tal-istrateġiji ta' żvilupp tagħhom. Għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar ir-riżultat ta' dawn il-konsultazzjonijiet.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a. Il-finanzjament mill-Unjoni fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament m'għandux jintuża biex jiġu ffinanzjati l-akkwist ta' armi jew ta’ munizzjon, u lanqas operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fuq bażi bilaterali mal-pajjiżi msieħba elenkati fl-Anness III.

(b) għal kull pajjiż, mal-pajjiżi msieħba elenkati fl-Anness III u, fejn xieraq, f’perjodu tranżitorju ma’ pajjiżi msieħba oħrajn elenkati fl-Anness I.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Programmi Ġeografiċi jistgħu joħorġu mill-oqsma ta' koperazzjoni fil-"Kunsens Ewropew", fost affarijiet oħra, sabiex jiksbu l-objettivi provduti fl-Artikolu 2(1).

3. Programmi Ġeografiċi għandhom joħorġu mill-oqsma ta' koperazzjoni fil-"Kunsens Ewropew" u l-oqsma ta’ koperazzjoni komuni u speċifiċi elenkati fl-Anness IV, sabiex jiksbu l-objettivi provduti fl-Artikolu 2(1).

Oqsma komuni ta' koperazzjoni u oqsma speċifiċi ta' koperazzjoni għal kull reġjun huma spjegati fl-Anness IV.

 

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-objettiv tal-għajnuna mill-Unjoni taħt il-programm ‘Beni u sfidi pubbliċi globali’ għandu jkun li tappoġġja azzjonijiet f’oqsma bħall-ambjent u t-tibdil fil-klima, l-enerġija sostenibbli, l-iżvilupp tal-bniedem, is-sigurtà tal-ikel u l-migrazzjoni u l-asil.

1. L-objettiv tal-għajnuna mill-Unjoni taħt il-programm ‘Beni u sfidi pubbliċi globali’ għandu jkun li tappoġġja azzjonijiet f’oqsma bħall-ambjent u t-tibdil fil-klima, l-enerġija sostenibbli, l-iżvilupp tal-bniedem, is-sigurtà tal-ikel, il-kummerċ ġust, ix-xogħol diċenti, il-ġustizzja soċjali, il-kultura, u l-migrazzjoni u l-asil.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-programm indikattiv Multiannwali għall-programm Pan-Afrikan għandu jitfassal fuq il-bażi tal-Istrateġija Konġunta UE-Afrika u l-pjanijiet ta’ azzjoni tagħha.

3. Il-programm indikattiv Multiannwali għall-programm Pan-Afrikan għandu jitfassal fuq il-bażi tal-Istrateġija Konġunta UE-Afrika u l-pjanijiet ta’ azzjoni tagħha. L-involviment attiv tal-Parlament Ewropew, tas-soċjetà ċivili kif ukoll tal-parlamenti nazzjonali u reġjonali Afrikani rispettivi fit-tfassil ta' dan il-programm u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu għandu jiġi żgurat.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dak il-għan, id-dokumenti ta’ strateġija għandhom, fil-prinċipju, ikunu bbażati fuq djalogu bejn l-Unjoni u l-pajjiż jew ir-reġjun imsieħeb, u fejn xieraq jinvolvu l-Istati Membri relevanti, u l-pajjiż jew reġjun imsieħeb, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, sabiex ikun żgurat li l-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat jieħu sjieda suffiċjenti tal-proċess u sabiex ikun inkoraġġit l-appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali tal-iżvilupp, b’mod partikolari dawk għat-tnaqqis tal-faqar.

Għal dak il-għan, id-dokumenti ta’ strateġija għandhom, fil-prinċipju, ikunu bbażati fuq djalogu bejn l-Unjoni u l-pajjiż jew ir-reġjun imsieħeb, u fejn xieraq jinvolvu l-Istati Membri relevanti, u l-pajjiż jew reġjun imsieħeb, il-parlament nazzjonali u reġjonali, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, sabiex ikun żgurat li l-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat jieħu sjieda suffiċjenti tal-proċess u sabiex ikun inkoraġġit l-appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali tal-iżvilupp, b’mod partikolari dawk għat-tnaqqis tal-faqar.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dokumenti ta’ strateġija jistgħu jiġu riveduti f’nofs il-perjodu tagħhom, jew ad hoc jekk ikun neċessarju, kif xieraq, skont il-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fil-ftehimiet ta’ sħubija u koperazzjoni konklużi mal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba.

2. Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jiġu riveduti f’nofs il-perjodu tagħhom, jew ad hoc jekk ikun neċessarju, kif xieraq, skont il-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fil-ftehimiet ta’ sħubija u koperazzjoni konklużi mal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba. Il-proċess ta' rieżami għandu jsir b'konsultazzjoni mill-qrib mal-kumitati responsabbli tal-Parlament Ewropew u d-delegazzjonijiet rispettivi tiegħu, il-parlamenti tal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba u l-istrutturi parlamentari konġunti; għandu jinkludi wkoll konsultazzjonijiet mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati tal-pajjiżi benefiċjarji.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. M’għandhomx ikunu meħtieġa dokumenti ta’ strateġija għall-pajjiżi jew reġjuni li jirċievu allokazzjoni ta’ fondi mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament li ma taqbiżx EUR 50 miljun għall-perjodu 2014-2020.

imħassar

Ġustifikazzjoni

EUR 50 miljun xorta huma ħafna flus.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Programmi indikattivi multiannwali għandhom jitfasslu għal kull wieħed mill-pajjiżi jew reġjuni li jirċievu allokazzjoni indikattiva ta’ fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għajr pajjiżi jew reġjuni msemmija fil-paragrafu 4, dawn id-dokumenti għandhom ikunu mfassla abbażi tad-dokumenti ta’ strateġija jew dokumenti simili li ssir referenza għalihom f'dan l-Artikolu.

5. Programmi indikattivi multiannwali għandhom jitfasslu għal kull wieħed mill-pajjiżi jew reġjuni li jirċievu allokazzjoni indikattiva ta’ fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu mfassla abbażi tad-dokumenti ta’ strateġija jew dokumenti simili li ssir referenza għalihom f’dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

EUR 50 miljun xorta huma ħafna flus.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jiġu approvati u l-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament Komuni ta’ Implimentazzjoni. Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għal reviżjonijiet sostanzjali li jkollhom l-effett li jimmodifikaw b’mod sinifikanti l-istrateġija jew l-ipprogrammar tagħha.

1. Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jiġu approvati u l-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ att delegat. Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għal reviżjonijiet f’nofs il-perjodu u reviżjonijiet ad hoc li jkollhom l-effett li jimmodifikaw b’mod sinifikanti l-istrateġija jew l-ipprogrammar tagħha.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal modifiki mhux sostanzjali fid-dokumenti ta’ strateġija jew fil-programmi indikattivi multiannwali, bħal dawk li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jassenjaw mill-ġdid fondi fi ħdan l-allokazzjonijiet għal kull qasam ta’ prijorità, jew li jżidu jew inaqqsu id-daqs tal-allokazzjoni indikattiva inizjali, b’inqas minn 20%, sakemm dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma ta’ prijorità u l-objettivi stabbiliti f’dawn id-dokumenti. F’dan il-każ, l-aġġustamenti għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xahar.

2. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal modifiki mhux sostanzjali fid-dokumenti ta’ strateġija jew fil-programmi indikattivi multiannwali, bħal dawk li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jassenjaw mill-ġdid fondi fi ħdan l-allokazzjonijiet għal kull qasam ta’ prijorità, jew li jżidu jew inaqqsu id-daqs tal-allokazzjoni indikattiva inizjali, b’inqas minn 10 %, sakemm dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma ta’ prijorità u l-objettivi stabbiliti f’dawn id-dokumenti. F’dan il-każ, l-aġġustamenti għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xahar.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex temenda jew tissuplimenta l-Annessi I sa VII ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex tadotta, temenda jew tissuplimenta d-dokumenti ta' strateġija u l-programmi indikattivi multiannwali.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-perjodu ta’ non-oġġezzjoni għall-allinjament tal-Annessi I, II u III mad-deċiżjonijiet tal-OECD/DAC li jirrevedi l-lista ta’ riċevituri mniżżla fl-Artikolu 1(a) għandu jkun ġimgħa.

imħassar

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-allokazzjonijiet finanzjarji kollha li għandhom jinħarġu skont dan ir-Regolament għandhom jiġu awditjati mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (minn hawn 'il quddiem imsemmija QEA). Il-QEA tista' tikkonsulta mal-istituzzjonijiet rilevanti tal-pajjiżi benefiċjarji biex tipproteġi l-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni mill-frodi u l-abbuż u biex tiżgura l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja tal-finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ammonti minimi indikattivi allokati għal kull programm imsemmi fl-Artikoli 5 sa 9 għall-perjodu 2014-2020 huma stabbiliti fl-Anness VII. L-ammonti jistgħu ikunu riallokati bejn il-programmi permezz ta’ att delegat skont l-Artikolu 18. L-ammonti fil-programm globali ta' beni u sfidi pubbliċi jistgħu ikunu riallokati bejn is-sotto-intestaturi permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li għandha tkun ikkomunikata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħha.

2. L-ammonti minimi indikattivi allokati għal kull programm imsemmi fl-Artikoli 5 sa 9 għall-perjodu 2014-2020 huma stabbiliti fl-Anness VII. L-ammonti jistgħu jkunu riallokati bejn il-programmi permezz ta’ att delegat skont l-Artikolu 18.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Anness III

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

PAJJIŻI U REĠJUNI MSIEĦBA B'KOPERAZZJONI BILATERALI SKONT L-ARTIKOLU 5(2)

PAJJIŻI U REĠJUNI MSIEĦBA B'KOPERAZZJONI BILATERALI SKONT L-ARTIKOLU 5(2)

Il-pajjiżi msieħba segwenti jibbenefikaw mill-assistenza bilaterali għall-iżvilupp skont dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 5(2):

Il-pajjiżi msieħba segwenti jibbenefikaw mill-assistenza bilaterali għall-iżvilupp skont dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 5(2):

1. Il-Bolivja

1. Il-Bolivja

 

1a. Il-Kolumbja

 

1b. Il-Kosta Rika

2. Kuba

2. Kuba

 

2a. L-Ekwador

3. El Salvador

3. El Salvador

4. Il-Gwatemala

4. Il-Gwatemala

5. Il-Ħonduras

5. Il-Ħonduras

6. In-Nikaragwa

6. In-Nikaragwa

 

6a. Il-Panama

7. Il-Paragway

7. Il-Paragway

 

7a. Il-Peru

8. L-Afganistan

8. L-Afganistan

9. Il-Bangladexx

9. Il-Bangladexx

10. Il-Butan

10. Il-Butan

11. Il-Kambodja

11. Il-Kambodja

12. Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

12. Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

13. Laos

13. Laos

14. Il-Mongolja

14. Il-Mongolja

15. Burma/il-Mjanmar

15. Burma/il-Mjanmar

16. In-Nepal

16. In-Nepal

17. Il-Pakistan

17. Il-Pakistan

18. Il-Filippini

18. Il-Filippini

19. Is-Sri Lanka

19. Is-Sri Lanka

20. Il-Vjetnam

20. Il-Vjetnam

21. Ir-Repubblika Kirgiża

21. Ir-Repubblika Kirgiża

22. It-Taġikistan

22. It-Taġikistan

23. It-Turkmenistan

23. It-Turkmenistan

24. L-Uzbekistan

24. L-Uzbekistan

25. L-Iraq

25. L-Iraq

26. Il-Jemen

26. Il-Jemen

27. L-Afrika t’Isfel

27. L-Afrika t’Isfel

Emenda  39

Proposta għal regolament

Anness IV- punt A - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programmi ġeografiċi jistgħu jinsiltu, fost l-oħrajn, mill-oqsma ta’ koperazzjoni identifikati aktar ’il quddiem, li m’għandhomx jitqiesu l-istess bħas-setturi. Se jkunu stabbiliti prijoritajiet skont il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni "Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla" u bil-konklużjonijiet sussegwenti mill-istituzzjonijiet tal-Kunsill.

Il-programmi ġeografiċi għandhom jinsiltu mill-Kunsens Ewropew u mill-oqsma ta’ koperazzjoni identifikati aktar ’il quddiem, li m’għandhomx jitqiesu l-istess bħas-setturi. Se jkunu stabbiliti prijoritajiet f’koperazzjoni mal-pajjiż jew ir-reġjun imsieħeb rispettiv, inkluż l-involviment tas-soċjetà ċivili u tal-parlamenti, u se jkunu ggwidati mill-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Anness IV- punt A - intestatura

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

I. Drittijiet tal-bniedem, demokrazija u elementi ewlenin oħrajn ta' governanza tajba

I. Drittijiet tal-bniedem, demokrazija u elementi ewlenin oħrajn ta' governanza tajba fis-setturi pubbliċi u privati

Emenda  41

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt I – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

(a) Id-demokrazija, inklużi elezzjonijiet ġusti u trasparenti, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, kif minqux fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, għad-drittijiet tax-xogħol u l-istat tad-dritt;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt I – inċiżi (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- appoġġ għas-sorveljanza tal-ksur tad-drittijiet demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem, u d-drittijiet tax-xogħol, inkluż l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-ġurnalisti, u għall-ILO u organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati oħra;

 

- appoġġ għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni relatata mad-drittijiet demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem, u d-drittijiet tax-xogħol, anki bħala kontribut għall-ġlieda kontra d-dumping soċjali;

 

- appoġġ għall-ħolqien ta’ kuxjenza fost il-popolazzjoni fir-rigward tad-drittijiet demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem, u d-drittijiet tax-xogħol eżistenti u l-ftehimiet u l-istandards internazzjonali rispettivi;

 

- appoġġ għall-bini tal-kapaċità għat-trejdjunjins u l-kooperattivi.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt I – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) L-aċċess għall-ġustizzja;

 

- b'mod partikolari għall-vittmi ta' kumpaniji transnazzjonali Ewropej, jekk jiksru d-drittijiet tal-ħaddiema u/jew jikkawżaw ħsara lill-ambjent, bil-faċilitazzjoni tal-azzjoni fil-qrati nazzjonali, reġjonali jew Ewropej,

 

- it-tisħiħ tal-proċeduri ta' appell għal individwi u kollettivitajiet affettwati mill-attività tal-kumpaniji,

 

- l-appoġġ ta' miżuri ta' abilitazzjoni għad-drittijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt I – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Il-ġestjoni tas-settur pubbliku;

(c) Il-ġestjoni tas-settur pubbliku, inklużi l-ġestjoni finanzjarja, it-trasparenza u r-responsabbiltà;

Emenda  45

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt I – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Il-politika u l-amministrazzjoni fiskali;

(d) Il-politika u l-amministrazzjoni fiskali, b'mod partikolari:

 

- l-appoġġ ta' sistemi fiskali nazzjonali trasparenti għaċ-ċittadini u l-kumpaniji, u l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' monitoraġġ lokali,

 

- il-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa,

 

- il-promozzjoni ta' rapportar għal kull pajjiż;

Emenda  46

Proposta għal regolament

Anness IV – Parti A – punt I – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) Il-korruzzjoni;

(e) L-attivitajiet kontra l-korruzzjoni;

Emenda  47

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt I – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) Is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali;

(f) L-awtoritajiet lokali eletti, fosthom, meta jkun xieraq, l-awtoritajiet tradizzjonali u abitwali, u s-soċjetà ċivili;

Emenda  48

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt I – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) Ir-riżorsi naturali; u

(g) Il-ġestjoni sostenibbli, trasparenti u inklussiva tar-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima; u

Emenda  49

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt I – punt g – inċiżi (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet fil-governanza tajba u l-ġestjoni tal-materji primi;

 

- appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni 169 tal-ILO;

 

- appoġġ għall-monitoraġġ ibbażat fuq is-soċjetà uffiċjali u ċivili tar-rappurtar għal kull pajjiż u għal kull proġett tal-impriżi attivi fis-settur estrattiv u tal-qtugħ tas-siġar;

 

- appoġġ għall-iskemi tal-investiment u tat-taħriġ vokazzjonali relatati mal-ipproċessar domestiku tal-materja prima;

 

- appoġġ għall-koperazzjoni reġjonali fil-ġestjoni tar-riżervi tal-materja prima li jestendu lil hinn mill-fruntieri;

 

- appoġġ għall-koperazzjoni teknoloġika rigward it-tipi ta’ estrazzjoni u t-trasport ta’ materja prima li huma l-aħjar għall-ambjent;

 

- appoġġ għall-miżuri ta’ protezzjoni ta’ riservi naturali kontra l-ipprospettar u l-estrazzjoni tal-materja prima, inkluż l-inizjattiva Yasuni ITT u proġetti komparabbli.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt II – sottopunt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) L-ambjent tan-negozju, l-integrazzjoni reġjonali u s-swieq dinjija; u

(b) L-ambjent tan-negozju, l-integrazzjoni reġjonali, u l-kummerċ fis-swieq lokali, domestiċi, reġjonali u dinjija; l-appoġġ għall-iżvilupp ta' tagħmir ta' produzzjoni lokali, partikolarment bil-promozzjoni tal-iżvilupp tal-artiġjanat lokali, tal-SMEs, tal-mikroimpriżi, tal-koperattivi u tal-prinċipji tal-kummerċ ġust; u

Emenda  51

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt II – punt b – inċiżi (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-jingħata appoġġ lill-pajjiżi u r-reġjuni msieħba fl-oqsma tal-kummerċ, l-investiment u l-integrazzjoni reġjonali inkluża l-assistenza teknika u l-bini tal-kapaċità biex ifasslu u jimplimentaw politiki kummerċjali tajba, li jiffavorixxu ambjent kummerċjali aktar produttiv, politiki ekonomiċi u finanzjarji tajbin, it-trasparenza fiskali u l-iżvilupp tas-settur privat partikolarment tal-SMEs, b’fokus fuq il-kummerċjalizzazzjoni fil-lokal ta’ prodotti lokali, kif ukoll fis-swieq nazzjonali u reġjonali, iżda wkoll bil-għan li l-pajjiżi u r-reġjuni msieħba jibbenefikaw mill-integrazzjoni bla intoppi u gradwali tagħhom fl-ekonomija dinjija u għall-appoġġ tal-ġustizzja soċjali u t-tkabbir li jiffavorixxi l-foqra;

 

- jingħata appoġġ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-isforzi kummerċjali u ta’ integrazzjoni reġjonali u kontinentali (inklużi l-inizjattivi Nofsinhar-Nofsinhar) permezz tal-promozzjoni ta’ tkabbir ġust u sostenibbli għall-ambjent, u fl-iskambju tal-aħjar prattika fir-rigward tan-negozjati tal-kummerċ, ir-rabta bejn il-kummerċ u u t-tnaqqis tal-faqar jew strateġiji ekwivalenti, politiki oħra f’oqsma bħas-swieq, l-infrastruttura u l-koperazzjoni transkonfinali dwar l-aċċess tal-foqra għall-ilma, l-enerġija sostenibbli u s-sigurtà tal-bniedem;

 

- it-titjib tal-kapaċitajiet tan-negozjar kummerċjali; jingħata appoġġ għall-adeżjoni mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-implementazzjoni tal-ftehimiet tad-WTO permezz tal-assistenza teknika u l-bini tal-kapaċità; tingħata assistenza lill-pajjiżi msieħba għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ;

 

- jingħata appoġġ għall-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali u jissaħħu r-relazzjonijiet tal-investiment bejn il-Komunità u l-pajjiżi u r-reġjuni msieħba, anke permezz ta' azzjonijiet sabiex jiġi promoss u żgurat li l-atturi privati, inklużi n-negozji lokali u Ewropej, jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku li jkun soċjalment responsabbli u sostenibbli, inkluż ir-rispett tal-istandards ewlenin tax-xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u permezz ta' azzjonijiet li jippromwovu l-iżvilupp tal-kapaċitajiet lokali;

 

- jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-dispożizzjonijiet dwar l-iżvilupp sostenibbli tal-Ftehimiet ta’ Kummerċ mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluż il-bini tal-kapaċità għall-imsieħba soċjali, filwaqt li b’hekk tiġi żgurata interazzjoni aħjar bejn il-kummerċ, l-impjiegi u l-ħarsien soċjali;

 

- jingħata appoġġ għall-kummerċ ġust;

 

- jingħata appoġġ għal xogħol diċenti u l-pagi rispettivi;

 

-l-appoġġ għall-ħolqien tal-koperattivi, partikolarment fis-setturi tal-agrikoltura u s-sajd, inklużi l-bini tal-kapaċità tal-ġestjoni, l-appoġġ għal skemi bil-għan tal-użu konġunt tal-makkinarju, it-trasport, il-ħażna u t-tkessiħ, it-taħriġ u l-kummerċjalizzazzjoni;

 

- ikun hemm involviment mas-settur privat b’fokus fuq l-iffinanzjar, inklużi l-iskemi ta’ mikrokreditu, għal impriżi domestiċi u l-ingranaġġ tal-kapital domestiku, partikolarment fil-livell tal-MSME, sabiex ikun hemm titjib fl-iżvilupp soċjalment responsabbli u sostenibbli;

 

- l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ servizzi pubbliċi inklussivi ta’ kwalità għolja għall-benefiċċju tal-popolazzjoni kollha, inkluża koperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali kbar oħra;

 

- l-appoġġ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-bini ta’ settur tal-ICT li jirnexxi, inklużi l-iżvilupp tas-softwer, l-appoġġ istituzzjonali għall-protezzjoni tal-għarfien tradizzjonali, id-difiża tal-IPRs fis-settur kreattiv tagħhom, inklużi s-soluzzjonijiet kreattivi bħal ġabriet ta’ privattivi;

 

- il-bini ta’ sħubiji ekonomiċi, djalogi regolatorji u kooperazzjoni ekonomika ġusti biex jagħtu spinta lill-ekonomiji ta’ pajjiżi msieħba sabiex jinqered il-faqar.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt II – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) L-agrikoltura sostenibbli u l-enerġija.

(c) L-agrikoltura sostenibbli, b'mod partikolari l-agrikoltura fuq skala żgħira u l-enerġija rinnovabbli.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – punt III – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Il-migrazzjoni u l-asil; u

(b) L-appoġġ għall-migrazzjoni u l-asil; u

Emenda  54

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – paragrafu introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għajnuna mill-Unjoni Ewropea għandha tappoġġja azzjonijiet u djalogi settorjali konsistenti mal-Artikolu 5 u mal-għan u l-kamp ta’ applikazzjoni ġenerali, l-objettivi u l-prinċipji ġenerali ta’ dan ir-Regolament. Kunsiderazzjoni xierqa għandha tingħata lill-oqsma deskritti hawn taħt, li jirriflettu strateġiji, sħubija, koperazzjoni u ftehimiet kummerċjali maqbula b'mod konġunt. Il-prijoritajiet se jiġu stabbiliti skont il-Komunikazzjoni "Aġenda għall-Bidla" u l-konklużjonijiet sussegwenti mill-Kunsill.

L-għajnuna mill-Unjoni Ewropea għandha tappoġġja azzjonijiet u djalogi settorjali konsistenti mal-Artikolu 5 u mal-għan u l-kamp ta’ applikazzjoni ġenerali, l-objettivi u l-prinċipji ġenerali ta’ dan ir-Regolament. Kunsiderazzjoni xierqa għandha tingħata lill-oqsma deskritti hawn taħt, li jirriflettu strateġiji, sħubija, koperazzjoni u ftehimiet maqbula b'mod konġunt li jikkontribwixxu għal kummerċ miftuħ u ġust. Il-prijoritajiet se jiġu stabbiliti skont il-Komunikazzjoni "Aġenda għall-Bidla" u l-konklużjonijiet sussegwenti mill-Kunsill.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – L-Amerika Latina – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-inkoraġġiment tal-koeżjoni soċjali, b'mod partikolari l-inklużjoni soċjali, xogħol diċenti u ekwità, ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lill-mara.

(a) l-inkoraġġiment tal-koeżjoni soċjali, b'mod partikolari l-inklużjoni soċjali, id-drittijiet tax-xogħol, xogħol diċenti u ekwità, inkluż l-appoġġ għat-trejdjunjins u l-kooperattivi, ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lill-mara.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – L-Amerika Latina – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-indirizzar ta’ kwistjonijiet ta’ governanza u appġġ tar-riformi tal-politika, b’mod partikolari fl-oqsma tal-politiki soċjali, il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u t-tassazzjoni, is-sigurtà (inklużi d-drogi, il-kriminalità u l-korruzzjoni), it-tisħiħ tal-governanza tajba u l-istituzzjonijiet pubbliċi (anki permezz ta’ mekkaniżmi innovattivi għad-dispożizzjoni ta’ koperazzjoni teknika, pereżempju TAIEXu ġemellaġġi), il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-persuni indiġeni u tal-persuni b’dixxendenza Afrikana, l-ambjent, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, u l-ġlieda kontra l-produzzjoni, il-konsum u t-traffikar tad-drogi;

(b) l-indirizzar ta’ kwistjonijiet ta’ governanza u appoġġ tar-riformi tal-politika, b’mod partikolari fl-oqsma tal-politiki soċjali, il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u t-tassazzjoni, is-sigurtà (inklużi d-drogi, il-kriminalità u l-korruzzjoni), it-tisħiħ tal-governanza tajba u l-istituzzjonijiet pubbliċi (anki permezz ta’ mekkaniżmi innovattivi għad-dispożizzjoni ta’ koperazzjoni teknika, pereżempju TAIEX u ġemellaġġi), il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-persuni indiġeni u tal-persuni b’dixxendenza Afrikana, ir-rispett tal-istandards fundamentali tax-xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), l-ambjent, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, u l-ġlieda kontra l-produzzjoni, il-konsum u t-traffikar tad-drogi;

Emenda  57

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – L-Amerika Latina – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) l-indirizzar tal-vulnerabbiltà ekonomika u l-kontribuzzjoni għat-trasformazzjoni strutturali billi jkunu stabbiliti sħubiji sodi madwar il-kummerċ, l-investimenti, il-konoxxenza u r-riċerka, l-innovazzjoni u t-tekonoloġija, u l-promozzjoni ta’ tkabbir sostenibbli u inklussiv fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, b'attenzjoni partikolari għall-isfidi tal-flussi migratorji, is-sigurtà tal-provvista tal-ikel (inkluż l-agrikoltura u s-sajd sostenibbli), it-tibdil fil-klima, l-enerġiji sostenibbli u l-protezzjoni u t-tijib tas-servizzi tal-bijodiversità u l-ekosistemi, inkluż l-ilma u l-foresti, kif ukoll dwar l-investiment produttiv għal-iktar impjiegi u impjiegi aħjar fl-ekonomija ekoloġika;

(f) l-indirizzar tal-vulnerabbiltà ekonomika u l-kontribuzzjoni għat-trasformazzjoni strutturali billi jkunu stabbiliti sħubiji sodi madwar relazzjonijiet kummerċjali ġusti, l-investimenti produttivi għal aktar impjiegi u impjiegi aħjar fl-ekonomija ekoloġika u inklussiva, it-trasferiment tal-għarfien u l-koperazzjoni fir-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija, u l-promozzjoni ta’ tkabbir sostenibbli u inklussiv fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, b'attenzjoni partikolari għall-isfidi tal-flussi migratorji, is-sigurtà tal-provvista tal-ikel (inkluż l-agrikoltura u s-sajd sostenibbli), it-tibdil fil-klima, l-enerġiji sostenibbli u l-protezzjoni u t-titjib tas-servizzi tal-bijodiversità u l-ekosistemi, inkluż l-ilma, il-ħamrija u l-foresti; jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju bħala s-sors ewlieni għat-tkabbir inklussiv, l-iżvilupp u l-impjiegi; tiġi promossa l-għajnuna għall-iżvilupp għall-kummerċ biex tiżgura li l-MSMEs tal-Amerika Latina jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-opportunitajiet kummerċjali internazzjonali;

Emenda  58

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – L-Amerika Latina – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) il-mitigazzjoni tal-impatt negattiv fuq l-ekonomija ta’ bosta pajjiżi f’dan ir-reġjun ikkawżat mill-esklużjoni tagħhom mill-SPĠ.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – L-Asja – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-inkoraġġiment tal-koeżjoni soċjali, b'mod partikolari l-inklużjoni soċjali, xogħol diċenti u ekwità, ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lill-mara.

(a) l-inkoraġġiment tal-koeżjoni soċjali, b'mod partikolari l-inklużjoni soċjali, id-drittijiet tax-xogħol, xogħol diċenti u ekwità, inkluż l-appoġġ għat-trejdjunjins u l-kooperattivi, ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lill-mara.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – L-Asja – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-istabbiliment ta’ partenarjati inklussivi madwar il-kummerċ, l-investiment, l-għajnuna, il-migrazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija;

(b) il-kontribut għat-trasformazzjoni strutturali billi jkunu stabbiliti partenarjati inklussivi madwar relazzjonijiet kummerċjali ġusti, investimenti produttivi għal aktar impjiegi u impjiegi aħjar fl-ekonomija ekoloġika u inklussiva, it-trasferiment tal-għarfien u l-koperazzjoni fir-riċerka, l-innovazzjoni u t-tekonoloġija, u l-promozzjoni ta’ tkabbir sostenibbli u inklussiv fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, b'attenzjoni partikolari fuq l-isfidi tal-flussi migratorji, is-sigurtà tal-provvista tal-ikel (inkluż l-agrikoltura u s-sajd sostenibbli), it-tibdil fil-klima, l-enerġiji sostenibbli u l-protezzjoni u t-titjib fis-servizzi tal-bijodiversità u l-ekosistemi, inkluż l-ilma, il-ħamrija u l-foresti;

Emenda  61

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – L-Asja – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-appoġġ għal soċjetà ċivili attiva u organizzata għall-iżvilupp u t-trawwim tas-sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat;

(d) l-appoġġ għal soċjetà ċivili attiva u organizzata inkluż it-tisħiħ tat-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem għad-djalogu soċjali;

Emenda  62

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – L-Asja Ċentrali – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-promozzjoni ta’ riforma kostituzzjonali u approssimazzjoni leġiżlattiva, regolatorja u amministrattiva mal-Unjoni, inkluż aktar demokratizzazzjoni u soċjetà ċivili organizzata, appoġġ għall-istat tad-dritt, il-governanza tajba, it-tassazzjoni u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-korpi nazzjonali, bħall-korpi tal-elezzjonijiet, il-parlamenti, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi;

(a) il-promozzjoni ta’ riforma kostituzzjonali u approssimazzjoni leġiżlattiva, regolatorja u amministrattiva mal-Unjoni, b’fokus fuq aktar demokratizzazzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, it-tisħiħ tas-soċjetà ċivili organizzata, inklużi t-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem għad-djalogu soċjali, appoġġ għall-istat tad-dritt, il-governanza tajba, it-tassazzjoni u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-korpi nazzjonali, bħall-korpi tal-elezzjonijiet, il-parlamenti, ġudikatura indipendenti, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi;

Emenda  63

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – L-Asja Ċentrali – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku inklussiv u sostenibbli, l-indirizzar tal-inugwaljanzi soċjali u reġjonali, u l-appoġġ għall-politiki f'oqsma bħall-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija, is-saħħa, l-impjiegi diċenti, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, it-trawwim tal-SMEs, filwaqt li jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ ekonomija tas-suq, il-kummerċ u l-investiment, inklużi r-riformi regolatorji u l-appoġġ għall-integrazzjoni fid-WTO;

(b) il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku inklussiv u sostenibbli, l-indirizzar tal-inugwaljanzi soċjali u reġjonali, u l-appoġġ għall-politiki f'oqsma bħall-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija, is-saħħa, l-impjiegi diċenti, l-enerġija sostenibbli, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali; il-promozzjoni tad-diversifikazzjoni ekonomika billi jkunu appoġġati l-MSMEs, filwaqt li jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ ekonomija tas-suq soċjali, il-kummerċ miftuħ u ħieles u l-investiment, inklużi r-riformi regolatorji u l-appoġġ għall-integrazzjoni fid-WTO;

Emenda  64

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – Il-Lvant Nofsani – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-promozzjoni ta’ riforma ekonomika sostenibbli u diversifikazzjoni, kummerċ, l-iżvilupp ta’ ekonomija bbażata fuq is-suq, investiment produttiv u sostenibbli fis-setturi prinċipali (bħall-enerġija, inkluż l-enerġija rinnovvabbli), partenarjati bejn il-pubbliku u l-privat, u l-integrazzjoni tal-pajjiżi msieħba fid-WTO;

(c) il-promozzjoni ta’ riforma ekonomika sostenibbli u diversifikazzjoni, relazzjonijiet kummerċjali miftuħa u ġusti, l-iżvilupp ta’ ekonomija bbażata fuq is-suq soċjali sostenibbli, investiment produttiv u sostenibbli fis-setturi prinċipali (bħall-enerġija, b’fokus fuq l-enerġija rinnovvabbli), u jekk dawn jixtiequ jagħmlu dan, l-integrazzjoni tal-pajjiżi msieħba fid-WTO;

Emenda  65

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – Il-Lvant Nofsani – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-użu ta’ riżorsi kumplimentari taħt dan l-istrument minn xogħol u appoġġ koerenti permezz ta' strumenti oħra tal-UE, li jistgħu jiffukaw fuq integrazzjoni reġjonali usa', li tippromwovi l-interessi tal-UE f'oqsma bħall-ekonomija, l-enerġija, ir-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija, il-ġlieda kontra l-produzzjoni, il-konsum u t-traffikar tad-drogi fil-kuntest tar-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp, kif ukoll il-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-għajnuna għall-persuni spustjati u r-refuġjati fil-kuntest tar-rabta bejn l-iżvilupp u l-migrazzjoni.

(e) l-użu ta’ riżorsi kumplimentari taħt dan l-istrument minn xogħol u appoġġ koerenti permezz ta' strumenti oħra tal-UE, li jistgħu jiffukaw fuq integrazzjoni reġjonali usa', li tippromwovi l-interessi reċiproċi f'oqsma bħall-ekonomija sostenibbli, l-irkurpru ekonomiku u l-protezzjoni mill-kriżijiet finanzjarji, l-enerġija rinovabbli, ir-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija; li jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta’ kanali ta’ finanzjament affidabbli, aċċessibbli u faċli għall-utent, li jinkludu l-iskemi ta’ mikrokreditu u ta’ kontrogaranzija mill-Bank Ewropew tal-Investiment; il-ġlieda kontra l-produzzjoni, il-konsum u t-traffikar tad-drogi fil-kuntest tar-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp; il-promozzjoni ta’ ġestjoni koerenti tal-migrazzjoni u t-trawwim ta’ mobilità ġestita tajjeb, kif ukoll l-għajnuna għall-persuni spustjati u r-refuġjati permezz ta’ soluzzjonijiet prattiċi fil-kuntest tar-rabta bejn l-iżvilupp u l-migrazzjoni.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – L-Afrika t’Isfel – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-għoti ta’ appoġġ għall-isforzi ta’ aġġustament xprunati mill-istabbiliment ta’ diversi żoni ta’ kummerċ ħieles;

(b) l-għoti ta’ appoġġ għall-integrazzjoni reġjonali tal-kummerċ tal-Afrika t’Isfel u tas-sħab SADC tagħha bil-għan ta' żoni ta’ kummerċ ħieles bejniethom li huma possibbli fil-futur u ta’ relazzjonijiet kummerċjali intensifikati mal-UE;

Emenda  67

Proposta għal regolament

Anness IV – Parti B – L-Afrika t’Isfel – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) li tintrebaħ il-vulnerabbiltà ekonomika u tinkiseb trasformazzjoni strutturali b'enfasi fuq impjiegi diċenti permezz ta’ tkabbir ekonomiku sostnut u inklussiv, ekonomija ekoloġika b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u żvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tiegħu (inkluż agrikoltura u sajd sostenibbli) u titjib tas-servizzi ta’ bijodiversità u ekosistemi;

(d) li tkun indirizzata l-vulnerabbiltà ekonomika u tikkontribwixxi għal trasformazzjoni strutturali b’enfasi fuq impjiegi diċenti permezz ta’ tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklussiv u ekonomija effiċjenti fl-użu tal-enerġija, bbażata fuq l-enerġija rinovabbli b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju billi jiġu stabbiliti partenarjati b’saħħithom madwar relazzjonijiet kummerċjali ġusti, investimenti produttivi għal aktar impjiegi u impjiegi aħjar fl-ekonomija ekoloġika u inklussiva, it-trasferiment tal-għarfien u l-koperazzjoni fir-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija, u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u inklussiv fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, b'attenzjoni partikolari għall-isfidi tal-flussi migratorji, id-djar, is-sigurtà tal-ikel (inkluż agrikoltura u sajd sostenibbli), it-tibdil fil-klima, l-enerġiji sostenibbli u l-protezzjoni u titjib tas-servizzi ta’ bijodiversità u ekosistemi, inkluż l-ilma u l-ħamrija;

Emenda  68

Proposta għal regolament

Anness V – punt A – paragrafu introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 6, il-programm dwar il-beni u l-isfidi pubbliċi globali għandu l-għan li jsaħħaħ il-koperazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u l-esperjenza u l-kapaċitajiet tal-pajjiżi msieħba. Il-programm jista’ jinsilet fost l-oħrajn mill-oqsma ta’ koperazzjoni li ġejjin, u jiżgura sinerġija massima bejniethom fid-dawl tal-interkonnessjoni qawwija tagħhom:

F'konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 6, il-programm dwar il-beni u l-isfidi pubbliċi globali għandu l-għan li jsaħħaħ il-koperazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u l-esperjenza u l-kapaċitajiet tal-pajjiżi msieħba. Il-programm għandu jinsilet mill-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp u mill-oqsma ta’ koperazzjoni li ġejjin, u jiżgura sinerġija massima bejniethom fid-dawl tal-interkonnessjoni qawwija tagħhom:

Emenda  69

Proposta għal regolament

Anness V – parti A – L-Enerġija Sostenibbli – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-promozzjoni tas-sikurezza tal-enerġija permezz ta’, pereżempju, diversifikazzjoni tas-sorsi u r-rotot, konsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-volatilità tal-prezzijiet, il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-emmissjonijiet, it-titjib tas-swieq u t-trawwim tal-interkonnessjonijiet tal-enerġija u l-kummerċ.

(c) il-promozzjoni tas-sikurezza tal-enerġija permezz ta’, pereżempju, diversifikazzjoni tas-sorsi u r-rotot, konsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-volatilità tal-prezzijiet, il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-emmissjonijiet, it-titjib tas-swieq u t-trawwim tal-interkonnessjonijiet tal-enerġija u l-kummerċ miftuħ u ġust.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Anness V – parti A – L-izvilupp tal-bniedem – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-promozzjoni ta’ azzjonijiet immirati sabiex joħolqu aktar impjiegi u impjiegi aħjar, f’oqsma bħall-iżvilupp tal-kompetittività u r-reżistenza tal-MSMEs lokali u l-integrazzjoni tagħhom fl-ekonomija globali, l-assistenza lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jintegraw fis-sistema kummerċjali multilaterali, l-iżvilupp tas-settur privat u t-titjib tal-ambjent kummerċjali, appoġġ għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki industrijali dwar l-innovazzjoni u t-teknoloġija u ta’ politiki u ftehimiet kummerċjali, appoġġ għall-isforzi ta’ integrazzjoni reġjonali, promozzjoni tar-relazzjonijiet ta’ investiment bejn l-UE u l-pajjiżi u r-reġjuni msieħba u ingranaġġ tal-investiment privat u pubbliku u koperazzjoni permezz ta’ strumenti finanzjarji innovattivi. Il-promozzjoni tal-ekonomija ekoloġika, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-proċessi ta’ konsum u produzzjoni sostenibbli. Il-promozzjoni tal-użu tal-komunikazzjoni elettronika bħala għodda biex issostni t-tkabbir mas-setturi kollha sabiex tagħlaq id-differenza diġitali, biex jinkiseb qafas politiku u regolatorju adegwat f'dan il-qasam u jkun promoss l-iżvilupp tal-infrastruttura neċessarja u l-użu tas-servizzi u l-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-ICT.

Il-promozzjoni ta’ azzjonijiet immirati sabiex joħolqu aktar impjiegi u impjiegi aħjar, f’oqsma bħall-iżvilupp tal-kompetittività u r-reżistenza tal-MSMEs lokali u l-aċċess tagħhom għas-swieq lokali, nazzjonali, reġjonali u globali, l-assistenza lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jintegraw fis-sistemi kummerċjali reġjonali u multilaterali, l-iżvilupp tas-snajja’ lokali, li jservu biex jippreservaw il-wirt kulturali lokali, l-iżvilupp tas-settur privat inklużi l-iskemi ta’ mikrokreditu u t-titjib tal-ambjent kummerċjali, appoġġ għall-iżvilupp tal-ekonomija lokali u tas-sistemi ta’ produzzjoni lokali, għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki industrijali dwar l-innovazzjoni u t-teknoloġija u ta’ relazzjonijiet kummerċjali ġusti, il-bini tal-kapaċità fir-rigward tal-innegozjar tal-ftehimiet kummerċjali, appoġġ għall-isforzi ta’ integrazzjoni reġjonali, ingranaġġ tal-investiment privat u pubbliku u koperazzjoni permezz ta’ strumenti finanzjarji innovattivi. Għandha tingħata prijorità lill-promozzjoni tal-kummerċ b’impatt domestiku fil-pajjiż imsieħeb u l-kummerċ li jibbenefika lill-operaturi ż-żgħar u lill-foqra, filwaqt li l-għajnuna għall-iżvilupp (Aid for Trade) għandha tiġi mmirata aħjar; il-promozzjoni tal-ekonomija ekoloġika u inklussiva, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-proċessi ta’ konsum u produzzjoni sostenibbli. Il-promozzjoni tal-użu tal-komunikazzjoni elettronika bħala għodda biex issostni t-tkabbir mas-setturi kollha sabiex tagħlaq id-differenza diġitali, biex jinkiseb qafas politiku u regolatorju adegwat f'dan il-qasam u jkun promoss l-iżvilupp tal-infrastruttura neċessarja u l-użu tas-servizzi u l-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-ICT.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Anness V - parti A - Il-Migrazzjoni u l-Asil - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tiġi żgurata ġestjoni aħjar tal-flussi ta’ migrazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tagħhom;

(b) tiġi żgurata ġestjoni aħjar tal-flussi ta’ migrazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tagħhom u protezzjoni aħjar tal-migranti f'kull aspett, tiġi żgurata protezzjoni aħjar tar-rifuġjati u jiġu żgurati r-rotot ta' dħul fl-Unjoni;

Emenda  72

Proposta għal regolament

Anness V – parti B – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) aktar sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi Ewropej rigward il-kummerċ ekwu u sostenibbli u l-promozzjoni tal-aċċess għas-swieq Ewropej għall-prodotti magħmula b'mod ekwu.

PROĊEDURA

Titolu

Il-ħolqien ta’ strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp

Referenzi

COM(2011)0840 – C7-0493/2011 – 2011/0406(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Helmut Scholz

25.1.2012

Eżami fil-kumitat

30.5.2012

11.7.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

17.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Marielle de Sarnez, Christofer Fjellner, Metin Kazak, Franziska Keller, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Helmut Scholz, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Henri Weber, Jan Zahradil

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, George Sabin Cutaş, Béla Glattfelder, Silvana Koch-Mehrin, Tokia Saïfi, Jarosław Leszek Wałęsa, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu, Jolanta Emilia Hibner, Gabriel Mato Adrover

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (13.7.2012)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp
(COM(2011)0840 – C7‑0493/2011 – 2011/0406(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jan Kozłowski

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-UE hija l-akbar donatur fid-dinja ta' għajnuna għall-iżvilupp, u flimkien mal-Istati Membri tagħha tipprovdi iktar minn nofs l-għajnuna totali lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Barra minn hekk, fl-aħħar Samit tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju, l-UE reġgħet ikkonfermat l-intenzjoni tagħha li żżomm il-pożizzjoni tagħha ta' tmexxija fil-qasam tal-għajnuna għall-iżvilupp billi wegħdet li tilħaq il-mira ta' 0.7 % tal-ING sal-2015 u li tivvaluta l-progress lejn dan l-għan kull sena.

Din il-proposta tal-Kummissjoni għal regolement li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp se tipprovdi lill-Unjoni bl-għodda meħtieġa biex tissodisfa l-impenji tagħha għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014 - 2020. Id-DCI il-ġdid se jkollu l-istess għanijiet tal-predeċessur tiegħu, b'mod partikolari l-objettiv li jinqered il-faqar fil-pajjiżi u r-reġjuni sħab. Il-kamp ġeografiku ta' applikazzjoni tad-DCI il-ġdid se jibni fuq l-istrument eżistenti u se jipprovdi bażi legali mtejba għall-implimentazzjoni ta' inizjattivi transreġjonali, bħall-Istrateġija Konġunta UE-Afrika.

L-għajnuna għall-iżvilupp fil-livell tal-Unjoni hija ta' valur speċjali minħabba l-pożizzjoni imparzjali tal-UE fit-twassil ta' għajnuna esterna u biex tikkomplementa l-isforzi tal-Istati Membri f'dan is-sens. Fi żminijiet ta' awsterità, approċċ aktar koordinat u integrat bejn l-ipprogrammar tal-politika tal-UE u tal-Istati Membri huwa dejjem aktar importanti biex jiġu indirizzati l-isfidi globali b'mod aktar effikaċi, u din il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li ssaħħaħ aktar din il-kapaċità ta' kooperazzjoni. Barra minn hekk, l-ambjent regolatorju jiġi issimplifikat għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, ħaġa li għandha tipprovdi aċċess iktar faċli għall-finanzjament għall-benefiċjarji. Ir-rapporteur jixtieq jenfasizza li l-infiq tal-UE fil-qasam tal-għajnuna għall-iżvilupp għandu jkun jista' jitkejjel, jagħti rendikont u jkun imfassal biex ikollu l-ikbar impatt possibbli fuq il-qerda tal-faqar.

Il-Kummissjoni tipproponi wkoll approċċ iktar divrenzjat biex l-għajnuna tal-Unjoni titwassal fejn l-aktar hemm bżonn tagħha u fejn ikollha l-akbar impatt.

L-implikazzjoni baġitarja

Il-Kummissjoni tipproponi żieda ta' 17.87 % fl-allokazzjonijiet finanzjarji disponibbli għad-DCI fl-MFF li jmiss (minn EUR 17 474 miljun fl-2007 - 2013 għal EUR 20 597 miljun fl-2014 - 2020). Għall-kuntrarju tal-istrument attwali, ir-regolament il-ġdid jipprevedi li xi fondi ma jiġux allokati biex jiġu indirizzati avvenimenti u sfidi mhux previsti.

L-allokazzjonijiet finanzarji indikattivi għall-perjodu 2014 - 2020 jinsabu fl-Anness VII tal-proposta għal regolament, li jista' jiġi emendat jew aġġornat mill-Kummissjoni permezz ta' att delegat. Madwar 31.8 % tal-allokazzjonijiet tematiċi tad-DCI għall-beni pubbliċi u l-isfidi globali fl-MFF li jmiss se jkunu ffukati fuq l-ambjent u t-tibdil fil-klima, 12.7 % għal miżuri ta' enerġija sostenibbli, 20 % se jiġu allokati għall-iżvilupp tal-bniedem, 28.4 % għas-sigurtà tal-ikel u l-agrikoltura sostenibbli u 7 % għall-migrazzjoni u l-asil. Ir-rapporteur jixtieq jenfasizza li l-allokazzjonijiet għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima m'għandhomx jipperikolaw il-kompiti u l-objettivi ewlenin tal-koperazzjoni għall-iżvilupp, jiġifieri l-qerda tal-faqar u l-ilħiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju kif ukoll il-promozzjoni tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba. Dawn kollha huma prekundizzjonijiet għat-twaqqif ta' ekonomija tas-suq li tiffunzjona u li tkun stabbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Perċentwal konsiderevoli tal-għajnuna Ewropea għall-iżvilupp tgħaddi mill-Kummissjoni filwaqt li l-parti l-kbira tal-għajnuna hija allokata direttament mill-Istati Membri. Fl-istess ħin, l-Unjoni tinsab f'qagħda aħjar mill-Istati Membri biex tiżgura l-prevedibilità tal-appoġġ għall-iżvilupp u tidentifika l-baġits u l-prijoritajiet tal-infiq fuq bażi fit-tul, minħabba l-ippjanar multiannwali tagħha previst fl-MFF. Dan il-vantaġġ kompetittiv għandu jiġi sfruttat u kwalunkwe sovrapożizzjonijiet potenzjali bejn l-għajnuna tal-Istati Membri u dik tal-Unjoni għandha tiġi evitata.

Barra minn hekk, il-finanzjament għall-edukazzjoni ogħla se jingħata permezz tal-qafas tal-programm "Erasmus għal Kulħadd", permezz ta' żewġ allokazzjonijiet multiannwali li għandhom ikunu riflessi fl-ipprogrammar indikattiv multianwali tad-DCI. Ir-rapporteur jixtieq jibdel dan l-ammont indikattiv b'perċentwal relattiv minħabba l-inċertezza rigward iċ-ċifri finali li għandhom jiġu allokati għall-istrumenti ta' azzjoni esterna li jipparteċipaw.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a. Jinnota li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u li dan ma jistax ikun stabbilit sakemm jintlaħaq qbil dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014 - 2020;

Emenda  2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"1; itenni li huma meħtieġa riżorsi addizzjonali suffiċjenti fl-MFF li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-prijoritajiet politiċi eżistenti tagħha u twettaq il-kompiti ġodda u msaħħa previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux mistennija; jistieden lill-Kunsill, jekk ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet jew proġetti politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-garanzija tal-valur miżjud Ewropew tagħhom;

 

_________________

 

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi, għaż-żmien kollu li jdum fis-seħħ l-istrument, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt [] tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit u dwar ġestjoni finanzjarja soda, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) It-titjib tal-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq għandhom jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-istrument, waqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) Huwa importanti li jiġu żgurati l-ġestjoni finanzjarja soda tal-istrument u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effettiv u faċli għall-utent, filwaqt li għandhom jiġu wkoll żgurati ċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tal-istrument għall-parteċipanti kollha.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-Unjoni hija mibnija fuq il-valuri tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità ta’ u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà u r-rispett lejn il-prinċipji tal-Karta tan-NU u l-liġi internazzjonali. Hija tfittex li tiżviluppa u tikkonsolida l-impenn lejn il-valuri fil-pajjiżi u r-reġjuni msieħba permezz ta’ djalogu u koperazzjoni.

(4) L-Unjoni hija mibnija fuq il-valuri tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità ta’ u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà u r-rispett lejn il-prinċipji tal-Karta tan-NU u l-liġi internazzjonali. Hija tfittex li tiżviluppa u tikkonsolida l-impenn lejn il-valuri fil-pajjiżi u r-reġjuni msieħba permezz ta’ djalogu u koperazzjoni.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-Unjoni tfittex ukoll li tiżgura koerenza ma' oqsma oħra tal-azzjoni esterna tagħha. Dan għandu jiġi żgurat meta jiġu fformulati l-politika ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni u l-ipprogrammar tal-ippjanar strateġiku tagħha u l-implimentazzjoni tal-miżuri.

(5) L-Unjoni tfittex ukoll li tiżgura koerenza ma' oqsma oħra tal-azzjoni esterna tagħha kif ukoll mal-politiki interni tagħha. Dan għandu jiġi żgurat meta jiġu fformulati l-politika ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni u l-ipprogrammar tal-ippjanar strateġiku tagħha u l-implimentazzjoni tal-miżuri.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Bil-ħsieb ta' koerenza fil-politika għall-iżvilupp, huwa importanti li l-linji politiċi tal-UE li mhumiex relatati mal-iżvilupp jassistu l-isforzi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-kisba tal-MDGs f'konformità mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Meta jitqies li jeżisti livell għoli ta’ faqar f’pajjiżi bi dħul baxx u medju, għandha tingħata attenzjoni speċjali għat-tnaqqis tal-faqar fi programmi tematiċi u ġeografiċi disponibbli fil-qafas tad-DCI għal dawn il-pajjiżi, filwaqt li tiġi żgurata l-kumplimentarjetà mal-istrument ta’ Sħubija.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom itejbu l-konsistenza u l-kumplimentarjetà tal-politiki rispettivi tagħhom dwar il-koperazzjoni għall-iżvilupp, b’mod partikolari billi jirrispondu għall-prijoritajiet tal-pajjiżi u tar-reġjuni msieħba fuq livell ta’ pajjiż u reġjonali. Sabiex jiġi żgurat li l-politika għall-iżvilupp tal-Unjoni u dik tal-Istati Membri jikkumplimentaw u jsaħħu lil xulxin, huwa xieraq li jiġu pprovduti proċeduri ta’ pprogrammar konġunt li għandhom jiġu implimentati kull fejn ikun possibbli u rilevanti.

(8) L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom itejbu l-konsistenza, il-koordinament u l-kumplimentarjetà tal-politiki rispettivi tagħhom dwar il-koperazzjoni għall-iżvilupp, b’mod partikolari billi jirrispondu għall-prijoritajiet tal-pajjiżi u tar-reġjuni msieħba fuq livell ta’ pajjiż u reġjonali. Sabiex jiġi żgurat li l-politika għall-iżvilupp tal-Unjoni u dik tal-Istati Membri jikkumplimentaw u jsaħħu lil xulxin, huwa xieraq li jiġu pprovduti proċeduri ta’ pprogrammar konġunt li għandhom jiġu implimentati kull fejn ikun possibbli u rilevanti.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-politika u l-azzjoni internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tal-koperazzjoni għall-iżvilupp huma ggwidati mill-MDGs, bħall-qerda tal-faqar u l-ġuħ estrem, inkluż kwalunkwe modifika fihom, u mill-objettivi u l-prinċipji dwar l-iżvilupp adottati mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fosthom fil-kuntest tal-koperazzjoni tagħhom fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti (NU) u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħra fil-qasam tal-koperazzjoni għall-iżvilupp.

(9) Il-politika u l-azzjoni internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tal-koperazzjoni għall-iżvilupp huma ggwidati mill-MDGs, bħall-qerda tal-faqar u l-ġuħ estrem, inkluż kwalunkwe modifika fihom, u mill-objettivi u l-prinċipji dwar l-iżvilupp adottati mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u mill-Parlament Ewropew, fosthom fil-kuntest tal-koperazzjoni tagħhom fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti (NU) u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħra fil-qasam tal-koperazzjoni għall-iżvilupp.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) L-Unjoni Ewropea hija impenjata sew favur l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala dritt tal-bniedem, kwistjoni ta’ ġustizzja soċjali u valur ċentrali tal-politika ta' żvilupp tal-Unjoni; l-ugwaljanza bejn is-sessi hija ċentrali għall-kisba tal-MDGs kollha; il-Kunsill adotta l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-Sessi u l-għoti ta’ Poter lin-Nisa fl-Iżvilupp (2010-2015).

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-għajnuna mill-Unjoni għandha tiffoka fuq fejn ikollha l-akbar impatt, billi titqies il-kapaċità tagħha li taġixxi fuq skala globali u li tirrispondi għal sfidi globali bħall-qerda tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u inklussiv u l-promozzjoni tad-demokrazija mad-dinja kollha, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, l-involviment fit-tul u prevedibbli tagħha fl-għajnuna għall-iżvilupp u r-rwol tagħha fil-koordinament mal-Istati Membri tagħha. Biex ikun żgurat tali impatt, il-prinċipju tad-differenzazzjoni għandu jkun applikat mhux biss fil-livell tal-allokazzjoni tal-fondi, iżda wkoll fil-livell tal-ipprogrammar, biex ikun żgurat li l-koperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp tkun immirata lejn il-pajjiżi msieħba li għandhom l-iktar bżonnha, inkluż stati fraġli u stati li għandhom vulnerabbiltà għolja, u b'kapaċità limitata li jkollhom aċċess għal sorsi oħra ta' finanzjament biex jappoġġjaw l-iżvilupp proprju, waqt li jkun ikkunsidrat l-impatt potenzjali tal-assistenza tal-Unjoni fil-pajjiżi msieħba. B'konsegwenza ta' dan, l-ipprogrammar bilaterali se jiffoka fuq tali pajjiżi, wara l-applikazzjoni tal-kriterji tal-objettiv ibbażati fuq il-bżonnijiet u l-kapaċitajiet ta' dawn il-pajjiżi, kif ukoll l-impatt tal-assistenza tal-UE.

(11) L-għajnuna mill-Unjoni għandha tiffoka fuq fejn ikollha l-akbar impatt, billi titqies il-kapaċità tagħha li taġixxi fuq skala globali u li tirrispondi għal sfidi globali bħall-qerda tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u inklussiv, il-promozzjoni tad-demokrazija mad-dinja kollha, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, l-involviment fit-tul u prevedibbli tagħha fl-għajnuna għall-iżvilupp u r-rwol tagħha fil-koordinament mal-Istati Membri tagħha. Biex ikun żgurat tali impatt, kull analiżi u pprogrammar tal-pajjiżi għandu jinkludi analiżi tal-konflitti u l-prinċipju tad-differenzazzjoni għandu jkun applikat mhux biss fil-livell tal-allokazzjoni tal-fondi, iżda wkoll fil-livell tal-ipprogrammar, biex ikun żgurat li l-koperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp tkun immirata lejn il-pajjiżi msieħba li għandhom l-iktar bżonnha, inkluż stati fraġli u stati li għandhom vulnerabbiltà għolja, u b'kapaċità limitata li jkollhom aċċess għal sorsi oħra ta' finanzjament biex jappoġġjaw l-iżvilupp proprju, waqt li jkun ikkunsidrat l-impatt potenzjali tal-assistenza tal-Unjoni fil-pajjiżi msieħba. B'konsegwenza ta' dan, l-ipprogrammar bilaterali se jiffoka fuq tali pajjiżi, wara l-applikazzjoni ta' kriterji oġġettivi bbażati fuq il-bżonnijiet u l-kapaċitajiet ta' dawn il-pajjiżi, kif ukoll l-impatt tal-assistenza tal-UE. Biex jiġi żgurat l-ikbar impatt tal-assistenza tal-Unjoni fid-dinja, l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi kkoordinata b’mod strett ma’ programmi u azzjonijiet iffinanzjati taħt Regolamenti oħra li jistabbilixxu strumenti ta’ ffinanjar estern, partikolarment ir-Regolament (UE) Nru [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Istabilità u r-Regolament (UE) Nru [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta’ ffinanzjar għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja u r-Regolament (UE) Nru [.../...] (COM (2011) 843) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta’ Sħubija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Dan ir-Regolament għandu jipprovdi qafas ta’ abilitazzjoni għall-ipprogrammar, li jippermetti konsistenza akbar bejn il-politiki tal-Unjoni billi juża dokument ta’ qafas konġunt bħala bażi għall-ipprogrammar. Huwa għandu jirrendi possibbli l-allinjament sħiħ mal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba billi jibbaża, fejn ikun xieraq, fuq pjanijiet nazzjonali għall-iżvilupp jew dokumenti komprensivi simili għall-iżvilupp; u jfittex li jikseb kordinazzjoni aħjar bejn id-donaturi, b’mod partikolari bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, permezz ta’ programmar konġunt.

(12) Dan ir-Regolament għandu jipprovdi qafas ta’ abilitazzjoni għall-ipprogrammar, li jippermetti koerenza akbar fil-politika għall-iżvilupp bejn il-politiki tal-Unjoni billi juża dokument ta’ qafas konġunt bħala bażi għall-ipprogrammar. Huwa għandu jirrendi possibbli l-allinjament sħiħ mal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba billi jibbaża, fejn ikun possibbli, fuq pjanijiet nazzjonali għall-iżvilupp jew dokumenti komprensivi simili għall-iżvilupp adottati mill-parlamenti tal-pajjiżi jew tar-reġjuni msieħba b’konsultazzjoni mas-soċjetajiet ċivili rispettivi tagħhom; u jfittex li jikseb koordinazzjoni aħjar bejn id-donaturi, b’mod partikolari bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, permezz ta’ programmar konġunt.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-ambjent huma fost l-isfidi l-kbar li jiffaċċaw l-Unjoni u fejn il-bżonn ta' azzjoni internazzjonali huwa wieħed urġenti. Skont il-ħsieb iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Baġit għall-Ewropa 2020" tad-29 ta' Ġunju 2011, dan ir-regolament għandu jikkontribwixxi għall-objettiv li mill-inqas 20% tal-baġit tal-UE jkun indirizzat lejn soċjetà b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għall-klima, u li l-programm globali tal-beni u l-isfidi pubbliċi għandu juża 25% tal-fondi tiegħu biex ikopri t-tibdil fil-klima u l-ambjent. Azzjonijeit f'dawn iż-żewġ oqsma għandhom, kull fejn hu possibbli, jappoġġaw lil xulxin b'mod reċiproku biex isaħħu l-impatti tagħhom.

(15) Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-ambjent huma fost l-isfidi l-kbar li jiffaċċaw l-Unjoni u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u fejn il-bżonn ta' azzjoni internazzjonali huwa wieħed urġenti. Skont il-ħsieb iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Baġit għall-Ewropa 2020" tad-29 ta' Ġunju 2011, dan ir-regolament għandu jikkontribwixxi għall-objettiv li l-baġit tal-UE jkun immirat lejn soċjetà b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għall-klima, u li l-programm globali tal-beni u l-isfidi pubbliċi għandu juża parti mill-fondi tiegħu biex ikopri t-tibdil fil-klima u l-ambjent. Azzjonijiet f'dawn iż-żewġ oqsma għandhom, kull fejn hu possibbli, jappoġġaw lil xulxin b'mod reċiproku biex isaħħu l-impatti tagħhom, minkejja l-fatt li l-objettiv ewlieni ta’ dan l-istrument huwa l-kisba tal-MDGs, inkluż il-ġlieda kontra l-faqar. Kif l-UE wiegħdet fil-Qbil ta’ Kopenħagen, ir-riżorsi għall-mitigazzjoni u l-adattament fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom ikunu ġodda u addizzjonali.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Inżidu l-impatt tal-politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla", appoġġ kontiwu għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem huwa previst permezz ta' mill-inqas 20% tal-għajnuna tal-Unjoni għall-iżvilupp. Biex jikkontribwixxi għal dak il-għan, mill-inqas 20% tal-programm globali għall-beni u l-isfidi publiċi għandu jappoġġja dak il-qasam ta' żvilupp.

(16) Fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Inżidu l-impatt tal-politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla", appoġġ kontiwu għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem huwa previst permezz ta' mill-inqas 20% tal-għajnuna tal-Unjoni għall-iżvilupp. Il-prijorità tal-“inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem” għandha tinftiehem li tkopri servizzi soċjali bażiċi, inkluż is-saħħa u l-edukazzjoni. Biex jikkontribwixxi għal dak il-għan, mill-inqas 20% tal-programm globali għall-beni u l-isfidi publiċi għandu jappoġġja dak il-qasam ta' żvilupp.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-għajnuna għandha tiffoka wkoll fuq it-tisħiħ tal-politika fiskali tal-pajjiżi sħab u l-promozzjoni tal-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku, li għandhom iwasslu għat-tnaqqis tal-faqar u tad-dipendenza fuq l-għajnuna fil-futur, filwaqt li jrawmu tkabbir ekonomiku sostenibbli u żvilupp soċjali.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba ta' dawn l-objettivi għandha titkejjel bl-użu tal-indikaturi rilevanti, b'mod partikolari l-MDG 1 għas-sottoparagrafu (a) u l-MDGs 1 sa 8 għas-sottoparagrafu (b), u indikaturi oħra li ntlaħaq qbil dwarhom mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Il-kisba ta' dawn l-objettivi għandha titkejjel bl-użu tal-indikaturi rilevanti, inklużi indikaturi tal-iżvilupp tal-bniedem, b'mod partikolari l-MDG 1 għas-sottoparagrafu (a) u l-MDGs 1 sa 8 għas-sottoparagrafu (b), u indikaturi oħra li ntlaħaq qbil dwarhom min-Nazzjonijiet Uniti, mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għall-punt (a), mill-inqas 90% tan-nefqa prevista skont il-ftehim Pan-Afrikan u l-programmi tematiċi għandha tissodisfa l-kriterji tal-ODA stabbiliti mill-OECD/DAC.

100 % tan-nefqa prevista skont il-ftehim Pan-Afrikan u l-programmi tematiċi għandha tissodisfa l-kriterji tal-ODA stabbiliti mill-OECD/DAC.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-appoġġ baġitarju għandhom ikunu definiti b'mod ċar u oġġettiv u l-applikazzjoni stretta tagħhom għandha tiġi żgurata u skrutinizzata mill-awtorità baġitarja.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kwistjonijiet trażversali li ġejjin għandhom ikunu integrati fil-programmi kollha: il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa, in-non-diskriminazzjoni, id-demokrazija, il-governanza tajba, id-drittijiet tat-tfal u d-drittijiet tal-popli indiġeni, l-inklużjoni soċjali u d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, is-sostenibbiltà ambjentali inkluż l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS.

3. Il-kwistjonijiet trażversali li ġejjin għandhom ikunu integrati fil-programmi kollha: il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-intraprenditorjat, id-drittijiet tal-ħaddiema, il-ħarsien ambjentali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa, in-non-diskriminazzjoni, id-demokrazija, il-governanza tajba, id-drittijiet tat-tfal u d-drittijiet tal-popli indiġeni, l-inklużjoni soċjali u d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, is-sostenibbiltà ambjentali inkluż l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma’ oqsma oħra tal-azzjoni esterna tagħha kif ukoll ma’ politiki rilevanti oħra tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, inklużi dawk ġestiti mill-BEI, għandhom ikunu bbażati fuq il-politiki ta’ koperazzjoni stabbiliti fi strumenti bħal ftehimiet, dikjarazzjonijiet u pjanijiet ta’ azzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi u r-reġjuni kkonċernati, kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet, l-interessi speċifiċi, il-prijoritajiet tal-politika u l-istrateġiji tal-Unjoni.

5. Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma’ oqsma oħra tal-azzjoni esterna tagħha, inklużi Strumenti relevanti oħra għall-azzjoni esterna fejn applikabbli, kif ukoll ma’ politiki interni u esterni rilevanti oħra tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, inklużi dawk ġestiti mill-BEI, għandhom ikunu bbażati fuq il-politiki ta’ koperazzjoni stabbiliti fi strumenti bħal ftehimiet, dikjarazzjonijiet u pjanijiet ta’ azzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi u r-reġjuni kkonċernati, kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet, l-interessi speċifiċi, il-prijoritajiet tal-politika u l-istrateġiji tal-Unjoni.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ifittxu skambji regolari u frekwenti ta’ informazzjoni, inkluż ma’ donaturi oħra, u jippromwovu kordinazzjoni u kumplimentarjetà aħjar bejn id-donaturi billi jaħdmu għal programmar multiannwali konġunt, ibbażat fuq l-istrateġiji għat-tnaqqis tal-faqar jew strateġiji simili tal-pajjiżi msieħba kkonċernati, permezz ta’ mekkaniżmi komuni ta’ implimentazzjoni fosthom analiżi kondiviża, permezz ta’ missjonijiet konġunti bejn id-donaturi kollha u bl-użu ta’ arranġamenti ta’ kofinanzjament u ta’ koperazzjoni delegata.

6. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ifittxu skambji regolari u frekwenti ta’ informazzjoni, inkluż ma’ donaturi internazzjonali, reġjonali u lokali oħra, u jippromwovu konsistenza, koordinazzjoni u kumplimentarjetà aħjar bejn id-donaturi billi jaħdmu għal programmar multiannwali konġunt, ibbażat fuq l-istrateġiji għat-tnaqqis tal-faqar jew strateġiji simili tal-pajjiżi msieħba kkonċernati, permezz ta’ mekkaniżmi komuni ta’ implimentazzjoni fosthom analiżi kondiviża, permezz ta’ missjonijiet konġunti bejn id-donaturi kollha u bl-użu ta’ arranġamenti ta’ kofinanzjament u ta’ koperazzjoni delegata.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Fi ħdan l-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu approċċ multilaterali għall-isfidi globali u, fejn ikun xieraq, jinkoraġġixxu koperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali u donaturi bilaterali oħra.

7. Fi ħdan l-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu approċċ multilaterali għall-isfidi globali u, fejn ikun xieraq, jinkoraġġixxu koperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u korpi lokali, nazzjonali u internazzjonali u donaturi bilaterali oħra.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 8 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) modalitajiet u strumenti ta' koperazzjoni effettivi u innovattivi kif spjegat fl-Artikolu 4 tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni, bħat-taħlita ta' għotjiet u self u mekkaniżmi oħra għall-kondiviżjoni tar-riskju f'setturi u pajjiżi magħżula u l-involviment tas-settur privat, f'konformità tal-aħjar prattiċi tal-OECD/DAC. Dawn il-modalitajiet u l-istrumenti għandhom ikunu adattati għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull pajjiż jew reġjun imsieħeb, b'iffukar fuq approċċi bbażati fuq il-programm, fuq il-provvediment ta' fondi ta' għajnuna prevedibbli, fuq l-immobilizzar ta' riżorsi privati, fuq l-iżvilupp u l-użu tas-sistemi ta' pajjiż u fuq approċċi għall-iżvilupp ibbażati fuq ir-riżultati inkluż, fejn xieraq, miri u indiċi maqbula internazzjonalment bħal dawk tal-MDGs. u

(c) modalitajiet u strumenti ta' koperazzjoni effettivi u innovattivi kif spjegat fl-Artikolu 4 tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni, bħat-taħlita ta' għotjiet u self u mekkaniżmi oħra għall-kondiviżjoni tar-riskju f'setturi u pajjiżi magħżula u l-involviment tas-settur privat, f'konformità mal-aħjar prattiċi tal-OECD/DAC u fuq il-bażi tal-istandards komuni tal-Unjoni u l-aħjar prattiki rigward l-użu ta’ fondi tal-Unjoni u r-rappurtar, kif stabbilit fir-regoli finanzjarji u f’leġiżlazzjoni relevanti oħra tal-Unjoni. Dawn il-modalitajiet u l-istrumenti għandhom ikunu adattati għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull pajjiż jew reġjun imsieħeb, b'iffukar fuq approċċi bbażati fuq il-programm, fuq il-provvediment ta' fondi ta' għajnuna prevedibbli, fuq l-immobilizzar ta' riżorsi privati, fuq l-iżvilupp u l-użu tas-sistemi ta' pajjiż u fuq approċċi għall-iżvilupp ibbażati fuq ir-riżultati inkluż, fejn xieraq, miri u indikaturi maqbula internazzjonalment bħal dawk tal-MDGs; u

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 8 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) titjib fl-impatt tal-politiki u l-ipprogrammar permezz ta’ koordinazzjoni u armonizzazzjoni bejn id-donaturi sabiex jitnaqqsu l-elementi komuni u d-duplikazzjoni, sabiex tittejjeb il-kumplimentarjetà u biex jiġu appoġġjati inizjattivi bejn id-donaturi kollha.

(d) titjib fl-impatt tal-politiki u l-ipprogrammar permezz ta’ koordinazzjoni, konsistenza u armonizzazzjoni bejn id-donaturi sabiex jinħolqu sinerġiji u jiġu evitati l-elementi komuni u d-duplikazzjoni, sabiex tittejjeb il-kumplimentarjetà u biex jiġu appoġġjati inizjattivi bejn id-donaturi kollha.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a. L-Unjoni għandha toffri appoġġ partikolari lil awtoritajiet lokali u parteċipanti mhux statali bbażati fil-pajjiżi benefiċjarji.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 10b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10b. L-Unjoni tinkludi fost il-benefiċjarji tal-akkwisti pubbliċi u s-sejħiet għall-offerti tagħha l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u l-aġenti mhux statali tal-pajjiżi benefiċjarji.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għandha tingħata attenzjoni wkoll lit-trawwim tal-iżvilupp tas-settur privat, l-SMEs u l-mikrointrapriżi fil-pajjiżi benefiċjarji.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’mod konsistenti mal-għan u l-kamp ta’ applikazzjoni ġenerali, l-objettivi u l-prinċipji ġenerali ta’ dan ir-Regolament, l-azzjonijiet imwettqa permezz tal-programmi tematiċi għandhom iżidu l-valur għal, u jkunu kumplimentari għal, l-azzjonijiet iffinanzjati taħt il-programmi ġeografiċi.

B’mod konsistenti mal-għan u l-kamp ta’ applikazzjoni ġenerali, l-objettivi u l-prinċipji ġenerali ta’ dan ir-Regolament, l-azzjonijiet imwettqa permezz tal-programmi tematiċi għandhom iżidu l-valur għal, u jkunu kumplimentari għal, l-azzjonijiet iffinanzjati taħt il-programmi ġeografiċi. L-appoġġ tematiku offrut lill-pajjiżi eliġibbli għall-appoġġ ġeografiku m'għandux ikun f'kontradizzjoni mal-oqsma prijoritarji stabbiliti għal dawk il-pajjiżi.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-azzjonijiet jindirizzaw inizjattivi globali li jappoġġjaw miri maqbula b’mod internazzjonali, jew beni u sfidi pubbliċi globali, u f'dan il-każ, permezz ta' deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni, jistgħu jinkludu azzjonijiet fi Stati Membri, f’pajjiżi kandidati u f’pajjiżi kandidati potenzjali u pajjiżi terzi oħra, kif previst fil-programm tematiku rilevanti;

(b) l-azzjonijiet jindirizzaw inizjattivi globali li jappoġġjaw miri maqbula b’mod internazzjonali, jew beni u sfidi pubbliċi globali, u f'dan il-każ jistgħu jinkludu azzjonijiet fi Stati Membri, f’pajjiżi kandidati u f’pajjiżi kandidati potenzjali, u f’pajjiżi terzi oħra, permezz ta' deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni, kif previst fil-programm tematiku rilevanti;

Ġustifikazzjoni

Id-deroga tkun biss fil-każ ta’ pajjiżi terzi, peress li l-Artikolu 9 tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni diġà jipprovdi għall-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-objettiv tal-programm dwar l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp għandu jkun li jiffinanzja inizjattivi fil-qasam tal-iżvilupp minn jew għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali li joriġinaw mill-pajjiżi msieħba, l-Unjoni, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali.

1. L-objettiv tal-programm dwar l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp għandu jkun li jiffinanzja inizjattivi fil-qasam tal-iżvilupp minn jew għal awtoritajiet lokali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li joriġinaw mill-pajjiżi msieħba, l-Unjoni, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni fl-Artikolu 2 tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni abbażi tad-dokumenti ta’ programmar li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 11 u 13. F’ċirkustanzi partikolari, madankollu, l-appoġġ mill-Unjoni jista’ jieħu l-forma ta’ miżuri mhux koperti f’dawn id-dokumenti, kif ipprovdut fir-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni fl-Artikolu 2 tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni abbażi tad-dokumenti ta’ programmar li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 11 u 13. F’ċirkustanzi partikolari, madankollu, l-appoġġ mill-Unjoni jista’ jieħu l-forma ta’ miżuri individwali u speċjali mhux koperti f’dawn id-dokumenti, kif ipprovdut fir-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonsultaw lil xulxin, kif ukoll lil donaturi u atturi oħra tal-iżvilupp fosthom rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, fi stadju bikri fil-proċess ta’ programmar sabiex jippromwovu l-kumplimentarjetà u l-konsistenza bejn l-attivitajiet ta’ koperazzjoni tagħhom. Din il-konsultazzjoni tista’ twassal għal programmar konġunt bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

2. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonsultaw lil xulxin, kif ukoll lil donaturi u atturi oħra tal-iżvilupp fosthom rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, fi stadju bikri fil-proċess ta’ programmar sabiex jippromwovu l-koerenza, il-kumplimentarjetà u l-konsistenza bejn l-attivitajiet ta’ koperazzjoni tagħhom. Din il-konsultazzjoni tista’ twassal għal programmar konġunt bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi l-allokazzjonijiet indikattivi multiannwali f’kull programm ġeografiku skont il-prinċipji ġenerali ta’ dan ir-Regolament, abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(2), u billi, flimkien mal-ispeċifiċitajiet tal-programmi differenti, tikkunsidra d-diffikultajiet partikolari ffaċċjati minn pajjiżi jew reġjuni fi kriżi, sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà, fraġilità, kunflitt jew suxxettibbli għal diżastri.

3. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi l-allokazzjonijiet indikattivi multiannwali f’kull programm ġeografiku skont il-prinċipji ġenerali ta’ dan ir-Regolament, abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(2), u billi, flimkien mal-ispeċifiċitajiet tal-programmi differenti, tikkunsidra d-diffikultajiet partikolari ffaċċjati minn pajjiżi jew reġjuni fi kriżi, sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà, fraġilità, kunflitt jew suxxettibbli għal diżastri.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-fondi jistgħu jitħallew mhux allokati. Suġġet għall-allokazzjoni jew ir-riallokazzjoni sussegwenti tagħhom prevista fl-Artikoli 11(5) u 13, l-użu ta’ dawn il-fondi għandu jiġi deċiż iktar tard skont Ir-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni.

4. Il-fondi jistgħu jitħallew mhux allokati. Suġġett għall-allokazzjoni jew ir-riallokazzjoni sussegwenti tagħhom prevista fl-Artikoli 11(5) u 13, l-użu ta' dawn il-fondi għandu jiġi deċiż iktar tard skont ir-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Minħabba l-fatt li l-prevedibilità tal-flussi tal-għajnuna hija wieħed mill-iktar fatturi importanti fl-iżgurar tal-kwalità tal-infiq u tippermetti lill-pajjiżi msieħba jwettqu ppjanar fit-tul tal-infiq u jsostnu titjib fil-politiki settorjali, dan it-titjib għandu jissaħħaħ mill-politika fiskali tal-pajjiżi msieħba u bil-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku li, fuq perjodu twil, għandhom iwasslu għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-għajnuna.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula għal finanzjament mill-Unjoni, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm globalment u għal kull qasam ta’ prijorità; Fejn xieraq, din l-allokazzjoni tista' tingħata fil-forma ta’ firxa u/jew xi fondi jistgħu jibqgħu mhux allokati.

Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta' prijorità magħżula għal finanzjament mill-Unjoni, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi tal-prestazzjoni ċari, speċifiċi u trasparenti u, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, jistipulaw l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm globalment u għal kull qasam ta' prijorità; Fejn xieraq, din l-allokazzjoni tista' tingħata fil-forma ta’ firxa u/jew xi fondi jistgħu jibqgħu mhux allokati.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-programmi indikattivi mltiannwali għall-programmi tematiċi għandhom jistabbilixxu l-istrateġija tal-Unjoni għat-tema kkonċernata, il-prijoritajiet magħżula għall-finanzjament mill-Unjoni, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi tal-prestazzjoni, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-imsieħba prinċipali. Fejn applikabbli, għandhom jiġu stabbiliti prijoritajiet fir-rigward tar-riżorsi u l-interventi għall-parteċipazzjoni f’inizjattivi globali. Programmi indikattivi multiannwali għandhom ikunu konsistenti mad-dokumenti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 11(3).

1. Il-programmi indikattivi multiannwali għall-programmi tematiċi għandhom jistabbilixxu l-istrateġija tal-Unjoni għat-tema kkonċernata, il-prijoritajiet magħżula għall-finanzjament mill-Unjoni, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija, indikaturi tal-prestazzjoni ċari, speċifiċi u trasparenti, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-imsieħba prinċipali. Fejn applikabbli, għandhom jiġu stabbiliti prijoritajiet fir-rigward tar-riżorsi u l-interventi għall-parteċipazzjoni f’inizjattivi globali. Programmi indikattivi multiannwali għandhom ikunu konsistenti mad-dokumenti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 11(3).

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jagħtu l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm b’mod globali kif ukoll għal kull qasam ta’ prijorità; Fejn xieraq, din l-allokazzjoni tista' tingħata fil-forma ta’ firxa u/jew xi fondi jistgħu jibqgħu mhux allokati. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu aġġustati fejn ikun neċessarju għal implimentazzjoni effettiva tal-politika, billi titqies kwalunkwe reviżjoni ta’ nofs il-perjodu jew ad hoc.

2. Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jagħtu l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm b’mod globali kif ukoll għal kull qasam ta’ prijorità; Fejn xieraq, din l-allokazzjoni tista' tingħata fil-forma ta’ firxa u/jew xi fondi jistgħu jibqgħu mhux allokati. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu aġġustati fejn ikun neċessarju għal implimentazzjoni effettiva tal-politika, billi titqies kwalunkwe reviżjoni ta’ nofs il-perjodu jew ad hoc.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal modifiki mhux sostanzjali fid-dokumenti ta’ strateġija jew fil-programmi indikattivi multiannwali, bħal dawk li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jassenjaw mill-ġdid fondi fi ħdan l-allokazzjonijiet għal kull qasam ta’ prijorità, jew li jżidu jew inaqqsu id-daqs tal-allokazzjoni indikattiva inizjali, b’inqas minn 20%, sakemm dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma ta’ prijorità u l-objettivi stabbiliti f’dawn id-dokumenti. F’dan il-każ, l-aġġustamenti għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xahar.

2. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal modifiki mhux sostanzjali fid-dokumenti ta’ strateġija jew fil-programmi indikattivi multiannwali, bħal dawk li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jassenjaw mill-ġdid fondi fi ħdan l-allokazzjonijiet indikattivi għal kull qasam ta’ prijorità, jew li jżidu jew inaqqsu d-daqs tal-allokazzjoni indikattiva inizjali sal-limitu perċentwali rilevanti stabbilit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni, sakemm dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma ta’ prijorità u l-objettivi stabbiliti f’dawn id-dokumenti. F’dan il-każ, l-aġġustamenti għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xahar.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Il-koerenza u l-komplementarjetà tal-għajnuna tal-Unjoni

 

1. Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi żgurata l-koerenza ma’ oqsma u strumenti oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif ukoll ma' politiki rilevanti oħra tal-Unjoni.

 

2. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-programmi ta’ appoġġ rispettivi tagħhom bil-għan li jżidu l-effikaċja u l-effiċjenza rigward l-għoti tal-appoġġ u d-djalogu politiku skont il-prinċipji stabbiliti għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operattiva fil-qasam tal-appoġġ estern, u għall-armonizzazzjoni tal-politiki u l-proċeduri. Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' informazzjoni relevanti tul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta' appoġġ.

 

3. L-Unjoni, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha tieħu l-passi neċessarji biex tiżgura l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni xierqa ma’ organizzazzjonijiet u entitajiet multilaterali u reġjonali, inklużi, iżda mhux biss, istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, aġenziji, fondi u programmi tan-Nazzjonijiet Uniti, fondazzjonijiet privati u politiċi kif ukoll donaturi mhux tal-Unjoni.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni tal-għajnuna fi ftehimiet ta’ sħubija u koperazzjoni ma’ pajjiżi u reġjuni msieħba, meta pajjiż imsieħeb ma josservax il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 3(1), l-Unjoni għandha tistieden lill-pajjiż imsieħeb sabiex jagħmlu konsultazzjonijiet bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ partijiet, għajr f'sitwazzjonijiet ta’ urġenza speċjali. Fejn il-konsultazzjonijiet mal-pajjiż imsieħeb ma jwasslux għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ partijiet, jew jekk il-konsultazzjonijiet ikunu rrifjutati jew f’każijiet ta’ urġenza speċjali, il-Kunsill jista' jieħu miżuri xierqa skont l-Artikolu 215(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistgħu jinkludu sospensjoni sħiħa jew parzjali tal-assistenza tal-Unjoni.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni tal-għajnuna fi ftehimiet ta’ sħubija u koperazzjoni ma’ pajjiżi u reġjuni msieħba, meta pajjiż imsieħeb ma josservax il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 3(1), l-Unjoni għandha tistieden lill-pajjiż imsieħeb sabiex jagħmlu konsultazzjonijiet bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ partijiet, għajr f'sitwazzjonijiet ta’ urġenza speċjali. Fejn il-konsultazzjonijiet mal-pajjiż imsieħeb ma jwasslux għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ partijiet, jew jekk il-konsultazzjonijiet ikunu rrifjutati jew f’każijiet ta’ urġenza speċjali, il-Kunsill jista' jieħu miżuri xierqa skont l-Artikolu 215(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistgħu jinkludu sospensjoni sħiħa jew parzjali tal-assistenza tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew jiġi infurmat b'kollox u immedjatament bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’dan ir-rigward.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament matul il-perjodu 2014-2020 huwa EUR 23 294 700 000.

1. Ir-referenza finanzjarja kif definita fil-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar koperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u ġestjoni finanzjarja soda għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament matul il-perjodu 2014-2020 huwa EUR 23 294 700 000.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ammonti minimi indikattivi allokati għal kull programm imsemmi fl-Artikoli 5 sa 9 għall-perjodu 2014-2020 huma stabbiliti fl-Anness VII. L-ammonti jistgħu ikunu riallokati bejn il-programmi permezz ta’ att delegat skont l-Artikolu 18. L-ammonti fil-programm globali ta' beni u sfidi pubbliċi jistgħu ikunu riallokati bejn is-sotto-intestaturi permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li għandha tkun ikkomunikata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħha.

2. L-ammonti minimi indikattivi allokati għal kull programm imsemmi fl-Artikoli 5 sa 9 għall-perjodu 2014-2020 huma stabbiliti fl-Anness VII. L-ammonti indikattivi jistgħu jkunu riallokati bejn il-programmi permezz ta’ att delegat skont l-Artikolu 18. L-ammonti indikattivi fil-programm globali ta' beni u sfidi pubbliċi jistgħu jkunu riallokati bejn is-sottointestaturi permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li għandha tkun ikkomunikata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħha. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjaru multiannwali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-koperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja soda.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kif imsemmi fl-Artikolu 13, paragrafu 2 tar-Regolament "Erasmus għal Kulħadd", sabiex tkun promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja, ammont indikattiv ta' EUR 1 812 100 000 mill-istrumenti esterni differenti (l-Istrument ta’ Koperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew għall-Viċinat, l-Istrument ta’ Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument ta’ Sħubija u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp) se jkun allokat għal azzjonijiet ta' mobilità għall-skopijiet ta' tagħlim lejn jem minn pajjiżi li mhux tal-UE u għal djalogu ta' koperazzjoni u ta' politika ma' l-awtoritajiet/ istituzzjonijiet/ organizzazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament "Erasmus għal Kulħadd" ser japplikaw għall-użu ta’ dawk il-fondi.

3. Kif imsemmi fl-Artikolu 13, paragrafu 2 tar-Regolament "Erasmus għal Kulħadd", sabiex tkun promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja, ammont indikattiv li jikkorrispondi għal 2 % tal-allokazzjonijiet finanzjarji disponibbli għall-istrumenti parteċipanti (l-Istrument ta’ Koperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew għall-Viċinat, l-Istrument ta’ Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument ta’ Sħubija u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp) se jkun allokat għal azzjonijiet ta' mobilità għal skopijiet ta' tagħlim lejn jew minn pajjiżi li mhux tal-UE u għal djalogu ta' koperazzjoni u ta' politika mal-awtoritajiet/ istituzzjonijiet/ organizzazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament "Erasmus għal Kulħadd" ser japplikaw għall-użu ta’ dawk il-fondi.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-finanzjament se jsir disponibbli permezz ta’ 2 allokazzjonijiet multiannwali li jkopru biss 4 snin u t-3 snin li jifdal rispettivament. Dan il-finanzjament se jkun rifless fl-ipprogrammar multiannwali ta’ dawn l-istrumenti, skont il-bżonnijiet u l-prijoritajiet identifikati tal-pajjiżi kkonċernati. Dawn l-allokazzjonijiet jistgħu ikunu riveduti fil-każ ta’ ċirkostanzi maġġuri mhux previsti jew bidliet politiċi importanti skont il-prijoritajiet esterni tal-UE.

Il-finanzjament se jsir disponibbli permezz ta’ 2 allokazzjonijiet multiannwali li jkopru biss l-ewwel 4 snin u t-3 snin li jifdal rispettivament. Dan il-finanzjament se jkun rifless fl-ipprogrammar indikattiv multiannwali ta’ dawn l-istrumenti, skont il-bżonnijiet u l-prijoritajiet identifikati tal-pajjiżi kkonċernati, u jiġi allokat biss għall-iskopijiet li għalihom l-għajnuna għall-iżvilupp tista' tingħata. Dawn l-allokazzjonijiet jistgħu jkunu riveduti fil-każ ta’ ċirkostanzi maġġuri mhux previsti jew bidliet politiċi importanti skont il-prijoritajiet esterni tal-UE.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Anness 5 – parti A – paragrafu 4 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) it-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali b’koperazzjoni dwar l-aċċess ekwu għas-servizzi bażiċi, l-impjieg għal kulħadd, l-għoti tas-setgħa u r-rispett lejn id-drittijiet ta’ gruppi speċifiċi, notevolment iż-żgħażagħ, il-persuni b’diżabilitajiet, in-nisa u l-gruppi f’minoranza sabiex il-popolazzjoni kollha tkun tista’ tipparteċipa u tgawdi mill-ħolqien tal-ġid u d-diversità kulturali.

(iii) it-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza bejn is-sessi b’koperazzjoni dwar l-aċċess ekwu għas-servizzi bażiċi, l-impjieg għal kulħadd, l-għoti tas-setgħa u r-rispett lejn id-drittijiet ta’ gruppi speċifiċi, notevolment iż-żgħażagħ, il-persuni b’diżabilitajiet, in-nisa u l-gruppi f’minoranza sabiex il-popolazzjoni kollha tkun tista’ tipparteċipa u tgawdi mill-ħolqien tal-ġid u d-diversità kulturali.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Anness 5 – parti A – paragrafu 4 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) Li jiġu appoġġjati programmi fil-livell ta’ pajjiż biex jiġu promossi l-għoti tas-setgħa ekonomika u soċjali u l-parteċipazzjoni politika tan-nisa;

(i) Li jiġu appoġġjati programmi fil-livell lokali, reġjonali u fil-livell ta’ pajjiż biex jiġu promossi l-għoti tas-setgħa ekonomika u soċjali u l-parteċipazzjoni politika tan-nisa;

Emenda  50

Proposta għal regolament

Anness 5 – parti A – paragrafu 4 – punt c – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) l-appoġġ tal-inizjattivi nazzjonali, reġjonali u globali biex jippromwovu l-integrazzjoni ta’ din il-kwistjoni fl-aġenda dwar l-effikaċja tal-għajnuna.

(ii) l-appoġġ tal-programmi u tal-inizjattivi lokali, reġjonali, nazzjonali u globali biex jippromwovu u jimplimentaw l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tal-poter lin-nisa u l-bniet, partikolarment permezz ta’ assistenza bil-mikrokreditu, u l-aġenda dwar l-effikaċja tal-għajnuna.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Anness 5 – parti A – paragrafu 4 – punt c – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia) il-promozzjoni, il-forniment u l-espansjoni tas-servizzi essenzjali u l-appoġġ psikoloġiku għall-vittmi ta’ vjolenza bbażata fuq is-sess.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Anness 5 – parti A – paragrafu 4 – punt d – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) Li jiġu mtejba s-saħħa u l-benesseri tal-popli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw billi jiżdied l-aċċess għal, u billi jingħata provvediment ekwu ta’, servizzi tas-saħħa essenzjali ta’ kwalità tajba, u b’mod aktar speċifiku:

(i) B’konfomità mal-prijoritajiet stipulati fil-Konsensus Ewropew għall-Iżvilupp li jappoġġjaw is-saħħa u l-benesseri tal-popli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw billi jiżdied l-aċċess għal, u billi jingħata provvediment ekwu ta’, servizzi tas-saħħa pubbliċi essenzjali ta’ kwalità tajba, u b’mod aktar speċifiku:

Emenda  53

Proposta għal regolament

Anness 5 – parti A – paragrafu 4 – punt d – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) tiġi appoġġjata u ffurmata l-aġenda politika ta’ inizjattivi globali ta’ benefiċċju dirett sinifikanti għall-pajjiżi msieħba, billi jitqiesu l-orjentazzjoni tar-riżultati, l-effikaċja tal-għajnuna u l-effetti fuq is-sistemi tas-saħħa, inkluż is-sostenn għall-pajjiżi msieħba biex jimpenjaw ruħhom aħjar għal dawn l-inizjattivi;

(ii) tiġi appoġġjata u ffurmata l-aġenda politika ta’ inizjattivi globali ta’ benefiċċju dirett sinifikanti għall-pajjiżi msieħba, fil-kuntest tal-qerda tal-faqar u fl-oqsma tas-saħħa u l-edukazzjoni bażika, billi jitqiesu l-orjentazzjoni tar-riżultati, l-effikaċja tal-għajnuna u l-effetti fuq is-sistemi tas-saħħa, inkluż is-sostenn għall-pajjiżi msieħba biex jimpenjaw ruħhom aħjar għal dawn l-inizjattivi;

Emenda  54

Proposta għal regolament

Anness 5 – parti A – paragrafu 4 – punt d – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) l-appoġġ tal-inizjattivi speċifiċi speċjalment fuq livell reġjonali u globali, li jsaħħu s-sistemi tas-saħħa u jgħinu lill-pajjiżi jiżviluppaw u jimplimentaw politiki nazzjonali tajba dwar is-saħħa abbażi tal-evidenza , u f'oqsma prijoritarji (pereżempju, is-saħħa materna u s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet u l-aċċess għall-ippjanar tal-familja; beni pubbliċi globali u rispons għal theddid globali tas-saħħa).

(iii) l-appoġġ tal-inizjattivi speċifiċi fuq livell lokali, reġjonali u globali, li jsaħħu s-sistemi tas-saħħa u jgħinu lill-pajjiżi jiżviluppaw u jimplimentaw politiki nazzjonali tajba dwar is-saħħa abbażi tal-evidenza, u f'oqsma prijoritarji (pereżempju, is-saħħa materna, is-saħħa tat-tfal u s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi u l-aċċess għall-ippjanar tal-familja; beni pubbliċi globali u rispons għal theddid globali tas-saħħa, bħall-HIV/AIDS, it-TB u l-malarja u mard ieħor relatat mal-faqar u mard ittraskurat).

Emenda  55

Proposta għal regolament

Anness 5 – parti A – paragrafu 4 – punt d – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiia) il-promozzjoni, il-forniment u l-espansjoni tas-servizzi essenzjali u l-appoġġ psikoloġiku għall-vittmi tal-vjolenza, speċjalment it-tfal.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Anness 5 – parti A – paragrafu 4 – punt e – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) it-tijib tal-aċċess ugwali u l-kwalità tal-edukazzjoni, inkluż għall-gruppi vulnerabbli, in-nisa u l-bniet, u l-pajjiżi li għad fadlilhom l-aktar biex jilħqu l-miri globali.

(iii) it-tisħiħ tal-aċċess ugwali u l-kwalità tal-edukazzjoni, b’enfasi partikolari fuq in-nisa, il-bniet u gruppi vulnerabbli oħra, u l-pajjiżi li għad fadlilhom l-aktar biex jilħqu l-miri globali.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Anness 5 – parti A – paragrafu 4 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) It-tfal u ż-żgħażagħ:

 

(i) il-promozzjoni ta’ politiki li jikkunsidraw il-vulnerabilità partikolari tat-tfal u ż-żgħażagħ, il-ħarsien tad-drittijiet tagħhom, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-għajxien tagħhom, mill-parteċipazzjoni sal-għoti tal-poteri;

 

(ii) il-promozzjoni u l-għajnuna fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta’ politiki, proġetti u programmi li jibbenefikaw lit-tfal u ż-żgħażagħ u t-tisħiħ tar-rwol tat-tfal u ż-żgħażagħ bħala atturi għall-iżvilupp;

 

(iii) il-promozzjoni u l-għajnuna fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta’ politiki, proġetti u programmi biex jinqerdu t-tħaddim tat-tfal, it-traffikar tat-tfal u l-vjolenza kontra t-tfal.

PROĊEDURA

Titolu

Il-ħolqien ta’ strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp

Referenzi

COM(2011)0840 – C7-0493/2011 – 2011/0406(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jan Kozłowski

29.2.2012

Data tal-adozzjoni

12.7.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Richard Ashworth, Jean Louis Cottigny, Jean-Luc Dehaene, Isabelle Durant, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Lucas Hartong, Jutta Haug, Anne E. Jensen, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Barbara Matera, Claudio Morganti, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Alda Sousa, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Bendt Bendtsen, Gerben-Jan Gerbrandy, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Jutta Steinruck, Theodor Dumitru Stolojan, Nils Torvalds

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Leonardo Domenici

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (5.9.2012)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta' strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp
(COM(2011)0840 – C7‑0493/2011 – 2011/0406(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Rodi Kratsa-Tsagaropoulou

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-ġlieda kontra l-faqar tibqa’ l-objettiv primarju tal-politika dwar l-iżvilupp għall-Unjoni Ewropea, kif stabbilit fit-Titolu V, Kapitolu 1 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Titolu III, Kapitolu 1 tal-Parti Ħamsa tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs) jew objettivi oħra aċċettati mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

(2) Il-ġlieda kontra l-faqar, il-faqar estrem u l-esklużjoni soċjali, b’rikonoxximent li n-nisa, it-tfal u l-persuni anzjani huma gruppi partikolarment vulnerabbli u li hemm relazzjoni stretta bejn it-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp u t-tnaqqis tal-faqar, minn naħa waħda, u t-tnaqqis konsistenti ta’ inugwaljanzi tal-ġeneru min-naħa l-oħra, tibqa’ l-objettiv primarju tal-politika dwar l-iżvilupp għall-Unjoni Ewropea, kif stabbilit fit-Titolu V, Kapitolu 1 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Titolu III, Kapitolu 1 tal-Parti Ħamsa tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs) jew objettivi oħra aċċettati mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, bħalma hija l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni soċjali u dik abbażi tal-ġeneru.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) In-nisa huma atturi ewlenin fl-iżvilupp u muturi ta’ proċessi ta’ bidla, u l-kontribuzzjoni biex jingħataw aktar setgħa hija investiment fiż-żmien medju u twil li jiġġenera l-prosperità, il-kompetittività u żvilupp aktar sostenibbli;

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) L-UE tenniet, fil-Pjan ta; Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-abilitazzjoni tan-nisa fl-Iżvilupp (2010-2015) l-impenn qawwi tagħha favur l-ugwaljanza tal-ġeneru bħala dritt tal-bniedem, kwistjoni tal-ġustizzja soċjali u valura tal-qalba tal-politika ta' żvilupp tal-UE;

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Skont l-Artikoli 2 u 3(8) tat-TUE u l-Artikolu 8 tat-TFUE, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija valur fundamentali u objettiv tal-UE u l-UE għandha tippromowovi l-ugwaljanza tal-ġeneru fl-attivitajiet kollha tagħha;

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-Unjoni hija mibnija fuq il-valuri tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità ta’ u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà u r-rispett lejn il-prinċipji tal-Karta tan-NU u l-liġi internazzjonali. Hija tfittex li tiżviluppa u tikkonsolida l-impenn lejn il-valuri fil-pajjiżi u r-reġjuni msieħba permezz ta’ djalogu u koperazzjoni.

(4) L-Unjoni hija mibnija fuq il-valuri u l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità ta’ u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza tal-ġeneru, in-nondiskriminazzjoni, is-solidarjetà u r-rispett lejn il-prinċipji tal-Karta tan-NU u l-liġi internazzjonali. Hija tfittex li tiżviluppa u tikkonsolida l-impenn lejn il-valuri fil-pajjiżi u r-reġjuni msieħba permezz ta’ djalogu u koperazzjoni.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-vjolenza kontra n-nisa fis-suriet kollha tagħha hija fenomenu strutturali marbut mat-tqassim inugwali tal-poter bejn in-nisa u l-irġiel fis-soċjetà u jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali. Li tittieħed azzjoni biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u huwa komponent qawwi ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-politika u l-azzjoni internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tal-koperazzjoni għall-iżvilupp huma ggwidati mill-MDGs, bħall-qerda tal-faqar u l-ġuħ estrem, inkluż kwalunkwe modifika fihom, u mill-objettivi u l-prinċipji dwar l-iżvilupp adottati mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fosthom fil-kuntest tal-koperazzjoni tagħhom fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti (NU) u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħra fil-qasam tal-koperazzjoni għall-iżvilupp.

(9) Il-politika u l-azzjoni internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp huma ggwidati mill-MDGs, bħall-qerda tal-faqar, tad-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru u tal-ġuħ estrem, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, it-tnaqqis fil-mortalità tal-ommijiet u tat-trabi, inkluż kwalunkwe modifika fihom, u mill-objettivi u l-prinċipji dwar l-iżvilupp adottati mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fosthom fil-kuntest tal-kooperazzjoni tagħhom fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti (NU) u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħra fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) L-UE jeħtiġilha trawwem ugwaljanza tal-ġeneru u l-abilitazzjoni tan-nisa, mhux biss għall-promozzjoni tal-Għan ta’ Żvilupp tal-Millenju (MDG) speċifikament dedikat għal dan, imma wkoll biex tgħin fl-ilħiq tal-MDGs kollha.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-Unjoni għandha tippromwovi approċċ komprensiv b’rispons għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi u diżastru kif ukoll f’sitwazzjonijiet affettwati minn kunflitti u f’sitwazzjonijiet fraġli, inkluż dawk ta’ tranżizzjoni. Dan għandu jibni b'mod partikolari fuq il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sigurtà u l-Iżvilupp dwar rispons tal-UE għal sitwazzjonijiet ta' fraġilità, il-prevenzjoni ta' konflitti kif ukoll kwalunkwe konklużjoni sussegwenti rilevanti. Dan għandu jipprovdi t-taħlita neċessarja ta’ approċċi, risponsi u strumenti b’mod partikolari billi jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn l-approċċi għall-iżvilupp u umanitarji, orjentati fuq is-sigurtà, u permezz tal-irbit tar-reazzjoni għal żmien qasir mal-appoġġ għat-tul.

(10) L-Unjoni għandha tippromwovi approċċ komprensiv b’rispons għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi u diżastru kif ukoll f’sitwazzjonijiet affettwati minn kunflitti u f’sitwazzjonijiet fraġli, inkluż dawk ta’ tranżizzjoni. Dan għandu jinkludi, b’mod trasversali u kull meta dan ikun meħtieġ, dimensjoni tas-sessi li tindirizza s-sitwazzjoni tal-vulnerabbiltà partikolari tan-nisa u tal-bniet, iżda li tippromwovi wkoll il-pożizzjoni tan-nisa bħala atturi soċjali u tal-bidla li għandhom ir-riżorsi u l-kapaċitajiet tant importanti li jinfluwenzaw u jagħtu direzzjoni lill-proċessi ta' paċi, stabbiltà, bini mill-ġdid u żvilupp. Dan għandu wkoll jibni b'mod partikolari fuq il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sigurtà u l-Iżvilupp dwar rispons tal-UE għal sitwazzjonijiet ta' fraġilità, il-prevenzjoni ta' konflitti kif ukoll kwalunkwe konklużjoni sussegwenti rilevanti. Dan għandu jipprovdi t-taħlita neċessarja ta’ approċċi, risponsi u strumenti b’mod partikolari billi jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn l-approċċi għall-iżvilupp u umanitarji, orjentati fuq is-sigurtà, u permezz tal-irbit tar-reazzjoni għal żmien qasir mal-appoġġ għat-tul.

Emenda                     10

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Minħabba l-importanza li tkun konfrontata d-differenza fil-pagi bejn is-sessi favur żvilupp globali, huwa importanti li jkun hemm kooperazzjoni mal-aġenziji u l-entitajiet tan-NU, bħall-Bank Dinji u l-Bank Ewropew tal-Investiment, dwar programmi speċifiċi li jtejbu l-aċċess għall-opportunitajiet ekonomiċi għan-nisa u jnaqqsu d-diverġenzi fid-dħul u l-produttività bejn l-irġiel u n-nisa.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) In-nisa huma responsabbli għall-iżgurar tas-sisien għall-funzjonament bażiku tas-soċjetà fi żminijietta’ kunflitt, imma meta l-kunflitti jintemmu, in-nisa jisfaw subordinati, u jerġgħu jaqgħu fl-iżvantaġġ li kien hemm qabel il-kunflitt.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b) Billi l-importanza tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel fl-aċċess għall-impjiegi u x-xogħol, tal-promozzjoni tal-ugwaljanza fil-karrieri u l-kategoriji professjonali, fit-taħriġ vokazzjonali u s-salarji, u tal-kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet ewlenin tan-NU hija essenzjali, biex ix-xogħol jissaħħaħ bi drittijiet u biex in-negozjar kollettiv u d-drttijiet trejjunjonistiċi jkunu protetti.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-għajnuna mill-Unjoni għandha tiffoka fuq fejn ikollha l-akbar impatt, billi titqies il-kapaċità tagħha li taġixxi fuq skala globali u li tirrispondi għal sfidi globali bħall-qerda tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u inklussiv u l-promozzjoni tad-demokrazija mad-dinja kollha, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, l-involviment fit-tul u prevedibbli tagħha fl-għajnuna għall-iżvilupp u r-rwol tagħha fil-koordinament mal-Istati Membri tagħha. Biex ikun żgurat tali impatt, il-prinċipju tad-differenzazzjoni għandu jkun applikat mhux biss fil-livell tal-allokazzjoni tal-fondi, iżda wkoll fil-livell tal-ipprogrammar, biex ikun żgurat li l-koperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp tkun immirata lejn il-pajjiżi msieħba li għandhom l-iktar bżonnha, inkluż stati fraġli u stati li għandhom vulnerabbiltà għolja, u b'kapaċità limitata li jkollhom aċċess għal sorsi oħra ta' finanzjament biex jappoġġjaw l-iżvilupp proprju, waqt li jkun ikkunsidrat l-impatt potenzjali tal-assistenza tal-Unjoni fil-pajjiżi msieħba. B'konsegwenza ta' dan, l-ipprogrammar bilaterali se jiffoka fuq tali pajjiżi, wara l-applikazzjoni tal-kriterji tal-objettiv ibbażati fuq il-bżonnijiet u l-kapaċitajiet ta' dawn il-pajjiżi, kif ukoll l-impatt tal-assistenza tal-UE.

(11) L-għajnuna mill-Unjoni għandha tiffoka fuq fejn ikollha l-akbar impatt, billi titqies il-kapaċità tagħha li taġixxi fuq skala globali u li tirrispondi għal sfidi globali bħall-qerda tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u inklussiv u l-promozzjoni tad-demokrazija mad-dinja kollha, il-governanza tajba, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza tal-ġeneru, in-nondiskriminazzjoni, l-involviment fit-tul u prevedibbli tagħha fl-għajnuna għall-iżvilupp u r-rwol tagħha fil-koordinament mal-Istati Membri tagħha. Biex ikun żgurat tali impatt, il-prinċipju tad-differenzazzjoni għandu jkun applikat mhux biss fil-livell tal-allokazzjoni tal-fondi, iżda wkoll fil-livell tal-ipprogrammar, biex ikun żgurat li l-koperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp tkun immirata lejn il-pajjiżi msieħba li għandhom l-iktar bżonnha, inkluż stati fraġli u stati li għandhom vulnerabbiltà għolja, u b'kapaċità limitata li jkollhom aċċess għal sorsi oħra ta' finanzjament biex jappoġġjaw l-iżvilupp proprju, waqt li jkun ikkunsidrat l-impatt potenzjali tal-assistenza tal-Unjoni fil-pajjiżi msieħba. B'konsegwenza ta' dan, l-ipprogrammar bilaterali se jiffoka fuq tali pajjiżi, wara l-applikazzjoni tal-kriterji tal-objettiv ibbażati fuq il-bżonnijiet u l-kapaċitajiet ta' dawn il-pajjiżi, kif ukoll l-impatt tal-assistenza tal-UE.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Preokkupazzjonijiet dwar tqawwija tal-effikaċja tal-għajnuna għall-iżvilupp u l-importanza ta’ modalitajiet ġodda ta’ assistenza – bħalma huwa l-appoġġ settorjali u baġitarju f’pajjiżi sħab – ukoll joħolqu sfidi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza tal-ġeneru u l-abilitazzjoni tan-nisa fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Ladarba t-ibdil fil-klima għandu dimensjoni tal-ġeneru qawwija, sew fl-effetti tiegħu kif ukoll fis-soluzzjonijiet għalih, kwistjonijiet tal-ugwaljanza tal-ġeneru għandhom ikunu inklużi bħala materja trasversali fi programmi u proġetti dwar it-tibdil fil-klima u l-ambjent, mill-implimentazzjoni sal-evalwazzjoi tagħhom, b’tali mod li tingħata informazzjoni fattwali ħalli l-impatt ta’ dawn il-politiki jiġi evalwat u mtejjeb.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Inżidu l-impatt tal-politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla", appoġġ kontiwu għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem huwa previst permezz ta' mill-inqas 20% tal-għajnuna tal-Unjoni għall-iżvilupp. Biex jikkontribwixxi għal dak il-għan, mill-inqas 20% tal-programm globali għall-beni u l-isfidi publiċi għandu jappoġġja dak il-qasam ta' żvilupp.

(16) Fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Inżidu l-impatt tal-politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla", appoġġ kontiwu għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem, inklużi l-ugwaljanza tal-ġeneru u l-abilitazzjoni tan-nisa, huwa previst permezz ta' mill-inqas 20% tal-għajnuna tal-Unjoni għall-iżvilupp. Biex jikkontribwixxi għal dak il-għan, mill-inqas 20% tal-programm globali għall-beni u l-isfidi publiċi għandu jappoġġja dak il-qasam ta' żvilupp. Taħt din l-għajnuna, programmi partikolari għandhom ikunu mmirati lejn l-abilitazzjoni tan-nisa, l-antidiskriminazzjoni, l-ilħiq tal-MDGs u l-prijorità globali tal-ugwaljanza tal-ġeneru,

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) programmi tematiċi biex jappoġġjaw beni u sfidi pubbliċi globali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi, territorji u reġjuni eliġibbli għal-fondi mill-Unjoni skont il-programmi ġeografiċi, skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru [.../…] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument Ewropew tal-Viċinat, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill [2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji lil hinn mill-baħar], u fil-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) firmatarji tal-Ftehim ta' Sħubija tal-AKP-UE ffirmat fil-Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000.

(b) programmi tematiċi biex jappoġġjaw beni u sfidi pubbliċi globali u lill-awtoritajiet lokali u l-gruppi lokali tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari tal-għaqdiet tan-nisa u dawk li jindirizzaw l-ugwaljanza tal-ġeneru u organizzazzjonijiet iffukati fuq kwistjonijiet tan-nisa fil-pajjiżi, territorji u reġjuni eliġibbli għall-fondi mill-Unjoni skont il-programmi ġeografiċi, skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru [.../…] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument Ewropew tal-Viċinat, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill [2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji lil hinn mill-baħar], u fil-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) firmatarji tal-Ftehim ta' Sħubija tal-AKP-UE ffirmat fil-Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000;

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) programmi tematiċi li jikkontribwixxu għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-prinċipji tad-drittijiettal-bniedem, l-ugwaljanza tal-ġeneru u n-nondiskriminazzjoni.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Assistenza tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament għandha tirrelata mal-ugwaljanza tal-ġeneru u l-abilitazzjoni tan-nisa permezz ta’ appoġġ għal inizjattivi u impenji reġjonali, nazzjonali u globali li jippromwovu l-abilitazzjoni ekonomika u soċjali tan-nisa, it-tmexxija tan-nisa u l-parteċipazzjoni politika tagħhom u l-integrazzjoni tal-ugwaljanza tal-ġeneru u tal-abilitazzjoni tan-nisa u tat-tfajliet f’politiki tal-iżvilupp, fi pjanijiet ta’ azzjoni u f’baġits.

 

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-objettiv primarju ta' koperazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun it-tnaqqis u, fuq medda twila ta' żmien, il-qerda tal-faqar.

(a) l-objettiv primarju ta' koperazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun il-qerda tal-faqar bi qbil mal-valuri findamentali tal-UE, speċjalment l-ugwaljanza tal-ġeneru, fil-livell kollha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-proċess ta’ implimentazzjoni fil-politika tal-iżvilupp, bi sħubija stretta mal-ifqar persuni, b’tali mod li l-mezzi u r-riżorsi adatti għall-ġlieda effikaċi kontra l-faqar kroniku u għal-qerda tal-esklużjoni soċjali jkunu jistgħu jinħarġu mill-esperjenza tagħhom. Għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex jitnaqqas l-impatt tal-faqar fuq in-nisa, li huma l-vittmi ewlenin tal-faqar u d-diskriminazzjoni.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) il-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

(ii) il-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, l-ugwaljanza tal-ġeneru, l-abilitazzjoni tan-nisa u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) bil-promozzjoni tal-ugwaljanza tal-ġeneru u l-abilitazzjoni tan-nisa permezz tal-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Unjoni tfittex li tippromwovi, tiżviluppa u tikkonsolida l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali li fuqhom hija mibnija, permezz ta’ djalogu u koperazzjoni ma’ pajjiżi u reġjuni msieħba.

1. L-Unjoni tfittex li tippromwovi, tiżviluppa u tikkonsolida l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tan-nisa u l-prinċipji tal-ugwaljanza tal-ġeneru u n-nondiskriminazzjoni, li fuqhom hija mibnija, permezz ta’ djalogu u kooperazzjoni ma’ pajjiżi u reġjuni msieħba.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kwistjonijiet trażversali li ġejjin għandhom ikunu integrati fil-programmi kollha: il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa, in-non-diskriminazzjoni, id-demokrazija, il-governanza tajba, id-drittijiet tat-tfal u d-drittijiet tal-popli indiġeni, l-inklużjoni soċjali u d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, is-sostenibbiltà ambjentali inkluż l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS.

3. Il-kwistjonijiet trażversali li ġejjin għandhom ikunu integrati fil-programmi kollha: il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-abilitazzjoni tan-nisa, it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-promozzjoni ta’ bilanċ aħjar bejn il-ħajja tax-xogħol u dik privata, l-aċċess għal pożizzjonijiet kwalifikati ħafna permezz ta’ aċċess ugwali għal korsijiet ta’ taħriġ u paga ndaqs fix-xogħol, promozzjoni tad-dritt għal impjieg stabbli, il-ġlieda kontra kull sura ta’ vjolenza tal-ġeneru fil-post tax-xogħol, fil-familja u fis-soċjetà, id-dritt għal għajxien ta’ dinjità, bla faqar u bla esklużjoni soċjali, in-nondiskriminazzjoni, id-demokrazija, il-governanza tajba, id-drittijiet tat-tfal u d-drittijiet tal-popli indiġeni, l-inklużjoni soċjali u d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, is-sostenibbiltà ambjentali inkluż l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, filwaqt li tkun enfasizzata l-importanza li dawn il-kwaistjonijiet ikunu kkunsidrati mill-perspettiva li n-nisa, it-tfal u l-persuni anzjani jistgħu jkunu partikolarment vulnerabbli.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, it-titjib fl-aċċess għall-ġustizzja u l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, l-aċċess għall-ICTs, is-sigurtà tas-saħħa u tal-provvista tal-ikel, kif ukoll il-promozzjoni tad-djalogu, il-parteċipazzjoni u r-rikonċiljazzjoni, u l-bini tal-istituzzjonijiet.

4. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, l-ugwaljanza tal-ġeneru, it-titjib fl-aċċess għall-ġustizzja u l-appoġġ għas-soċjetà ċivili u b’mod partikolari organizzazzjonijiet li jiffukaw fuq id-drittijiet tan-nisa, jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni fl-aċċess għar-riżorsi ekonomiċi, politiċi u soċjali, speċjalment id-diskriminazzjoni kontra n-nisa, il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, l-aċċess għall-ICTs, is-sigurtà tas-saħħa u tal-provvista tal-ikel, kif ukoll il-promozzjoni tad-djalogu, il-parteċipazzjoni u r-rikonċiljazzjoni, u l-bini tal-istituzzjonijiet, filwaqt li jkun rikonoxxut il-valur miżjud tal-inklużjoni tal-perspettiva tal-ġeneru u l-promozzjoni tar-rwol tan-nisa bħala atturi soċjali tal-bidla fuq l-istess livell bħall-irġiel, b’rikonoxximent tal-valur miżjud miksub permezz tal-adozzjoni ta’ perspettiva tal-ġeneru u bil-promozzjoni tar-rwol tan-nisa bħala aġenti ugwali tat-tibdil soċjali.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 8 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) ġbir fuq bażi annwali ta’ data u statistika dwar il-progress li jkun sar, fejn xieraq maqsum skont il-ġeneru.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 8 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) il-ġbir u l-ipproċessar ta’ data statistika analizzata skont il-ġeneru u l-iżvilupp ta’ indikaturi (kwantitattivi u kwalitattivi) sensittivi għall-ġeneru bie xil-parteċipazzjoni tan-nisa u l-irġiel fil-proċess deċiżjonali politiku u tekniku.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Il-Kummissjoni għandha tfittex skambji ta’ informazzjoni regolari mas-soċjetà ċivili.

10. Il-Kummissjoni għandha tfittex skambji ta’ informazzjoni regolari mas-soċjetà ċivili, speċjalment gruppi lokali u organizzazzjonijiet li jiffukaw fuq id-drittijiet tan-nisa, u tiżgura li s-sezzjonjiet kollha tas-soċjeta jkunu rrappreżentati f’dawn l-iskambji u li leħinhom jinstema’.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a. Il-Kummissjoni għandha tqis id-Dikjarazzjoni A (2010) 21584 adottat mill-21 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-AKP, li saret fit-28 ta’ Settembru 2010, li fiha l-Assemblea Parlamentari tal-AKP tappella b’urġenza lill-Unjoni Ewropea biex toqgħod lura milli tagħmel kwalunkwe tentattiv li timponi l-valuri tagħha li mhumiex kondiviżi liberament.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-objettiv tal-għajnuna mill-Unjoni taħt il-programm ‘Beni u sfidi pubbliċi globali’ għandu jkun li tappoġġja azzjonijiet f’oqsma bħall-ambjent u t-tibdil fil-klima, l-enerġija sostenibbli, l-iżvilupp tal-bniedem, is-sigurtà tal-ikel u l-migrazzjoni u l-asil.

1. L-objettiv tal-għajnuna mill-Unjoni taħt il-programm ‘Beni u sfidi pubbliċi globali’ għandu jkun li tappoġġja azzjonijiet f’oqsma bħall-ambjent u t-tibdil fil-klima, l-enerġija sostenibbli, l-iżvilupp tal-bniedem, is-sigurtà tal-ikel, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-migrazzjoni u l-asil. L-azzjonijiet kollha li se jittieħdu f’dan il-kuntest, se jkunu akkumpanjati minn perspettiva tal-ġeneru u ta’ promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-objettiv tal-programm dwar l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp għandu jkun li jiffinanzja inizjattivi fil-qasam tal-iżvilupp minn jew għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali li joriġinaw mill-pajjiżi msieħba, l-Unjoni, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali.

1. L-objettiv tal-programm dwar l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp għandu jkun li jiffinanzja inizjattivi fil-qasam tal-iżvilupp minn jew għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari l-gruppi lokali u l-organizzazzjonijiet tan-nisa u dawk li jindirizzaw l-ugwaljanza tal-ġeneru, l-abilitazzjoni tan-nisa u n-nondiskriminazzjoni, awtoritajiet lokali li joriġinaw mill-pajjiżi msieħba, l-Unjoni, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonsultaw lil xulxin, kif ukoll lil donaturi u atturi oħra tal-iżvilupp fosthom rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, fi stadju bikri fil-proċess ta’ programmar sabiex jippromwovu l-kumplimentarjetà u l-konsistenza bejn l-attivitajiet ta’ koperazzjoni tagħhom. Din il-konsultazzjoni tista’ twassal għal programmar konġunt bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

2. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonsultaw lil xulxin, kif ukoll lil donaturi u atturi oħra tal-iżvilupp fosthom rappreżentanti tas-soċjetà ċivili speċjalment gruppi lokali u organizzazzjonijiet li jiffukaw fuq id-drittijiet tan-nisa, u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, fi stadju bikri fil-proċess ta' programmar sabiex jippromwovu l-kumplimentarjetà u l-konsistenza bejn l-attivitajiet ta' koperazzjoni tagħhom. Din il-konsultazzjoni tista’ twassal għal programmar konġunt bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi l-allokazzjonijiet indikattivi multiannwali f’kull programm ġeografiku skont il-prinċipji ġenerali ta’ dan ir-Regolament, abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(2), u billi, flimkien mal-ispeċifiċitajiet tal-programmi differenti, tikkunsidra d-diffikultajiet partikolari ffaċċjati minn pajjiżi jew reġjuni fi kriżi, sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà, fraġilità, kunflitt jew suxxettibbli għal diżastri.

3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi l-allokazzjonijiet indikattivi multiannwali f’kull programm ġeografiku skont il-prinċipji ġenerali ta’ dan ir-Regolament, abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(2), u billi, flimkien mal-ispeċifiċitajiet tal-programmi differenti, tikkunsidra d-diffikultajiet partikolari ffaċċjati minn gruppi soċjali u partikolarment min-nisa, minn pajjiżi jew reġjuni fi kriżi, sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà, fraġilità, kunflitt jew suxxettibbli għal diżastri. Għandha ssir dispożizzjoni speċjali għall-ħolqien ta’ programm għall-informazzjoni u l-għarfien ta’ kwistjonijiet marbuta mal-ġeneru kif ukoll għall-emanċipazzjoni tan-nisa u l-indirizzar tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tadotta kriterji ta' konformita riġidi marbutin mar-rispett tad-drittijiet fundamentali u b'mod partikolari d-drittijiet tan-nisa meta tivvaluta u talloka l-fondi għall-kooperazzjoni u l-iżvilupp.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 1 - subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dokumenti ta’ strateġija għandhom jistabbilixxu l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-assistenza tagħha skont dan ir-Regolament, abbażi tal-prijoritajiet tal-Unjoni, il-kuntest internazzjonali u l-attivitajiet tal-imsieħba ewlenin. Għandhom ikunu konsistenti mal-iskop, l-objettivi, l-ambitu, u l-prinċipji globali ta’ dan ir-Regolament u għandhom jintegraw approċċ trasversali tal-prinċipji tal-integrazzjoni tal-ġeneru u n-nondiskriminazzjoni fl-istadji tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni;

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-qafas tal-prinċipju tal-effikaċja tal-għajnuna, l-UE għandha tiżgura li l-istrateġiji proposti biex jintlaħqu l-objettivi ta’ żvilupp ma jenfasizzawx id-diskriminazzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-allokazzjoni ta’ riżorsi, u jippromwovu l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni u għall-ugwaljanza tal-ġeneru;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dokumenti ta’ strateġija jistgħu jiġu riveduti f’nofs il-perjodu tagħhom, jew ad hoc jekk ikun neċessarju, kif xieraq, skont il-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fil-ftehimiet ta’ sħubija u koperazzjoni konklużi mal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba.

2. Id-dokumenti ta’ strateġija jistgħu jiġu riveduti f’nofs il-perjodu tagħhom, jew ad hoc jekk ikun neċessarju, kif xieraq, skont il-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fil-ftehimiet ta’ sħubija u koperazzjoni konklużi mal-pajjiżi u r-reġjuni sħab. Dawn il-valutazzjonijiet għandhom jinkludu dimensjoni tal-ġeneru, ta’ nondiskriminazzjoni u jirrispettaw id-diżaggregazzjoni ta’ informazzjoni u data skont il-ġeneru.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula għal finanzjament mill-Unjoni, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm globalment u għal kull qasam ta’ prijorità; Fejn xieraq, din l-allokazzjoni tista' tingħata fil-forma ta’ firxa u/jew xi fondi jistgħu jibqgħu mhux allokati.

Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula għal finanzjament mill-Unjoni, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi tal-prestazzjoni, filwaqt li jirrispettaw id-diżaggregazzjoni tad-data u l-informazzjoni skont il-ġeneru, u l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm globalment u għal kull qasam ta’ prijorità. Fejn xieraq, din l-allokazzjoni tista' tingħata fil-forma ta’ firxa u/jew xi fondi jistgħu jibqgħu mhux allokati.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’mod konformi mal-prinċipju tar-responsabbiltà reċiproka fis-segwitu u t-twettiq tal-objettivi maqbula, inklużi dawk li jirreferu għall-governanza tajba, id-demokrazija u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u għall-istat tad-dritt, l-allokazzjonijiet indikattivi jistgħu jiżdiedu jew jitnaqqsu b’riżultat ta’ reviżjonijiet, b’mod partikolari fid-dawl ta’ ħtiġijiet speċjali bħal dawk li jirriżultaw minn sitwazzjoni ta’ kriżi, wara kriżi jew ta’ fraġilità, jew fejn il-prestazzjoni tkun eċċezzjonali jew mhux sodisfaċenti.

B’mod konformi mal-prinċipju tar-responsabbiltà reċiproka fis-segwitu u t-twettiq tal-objettivi maqbula, inklużi dawk li jirreferu għall-governanza tajba, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tan-nisa u l-prinċipji ta’ ugwaljanza tal-ġeneru u n-nondiskriminazzjoni, l-allokazzjonijiet indikattivi jistgħu jiżdiedu jew jitnaqqsu b’riżultat ta’ reviżjonijiet, b’mod partikolari fid-dawl ta’ ħtiġijiet speċjali bħal dawk li jirriżultaw minn sitwazzjoni ta’ kriżi, wara kriżi jew ta’ fraġilità, jew fejn il-prestazzjoni tkun eċċezzjonali jew mhux sodisfaċenti, b’qies tal-approċċ ibbażat fuq il-ġeneru;

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta jkunu qegħdin jitfasslu d-dokumenti ta’ pprogrammar għal pajjiżi f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, ta’ wara kriżi jew ta’ fraġilità, għandha tkun ikkunsidrata b'mod xieraq il-vulnerabbiltà, il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi speċjali tal-pajjiżi jew ir-reġjuni kkonċernati.

1. Meta jkunu qegħdin jitfasslu d-dokumenti ta’ pprogrammar għal pajjiżi f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, ta’ wara kriżi jew ta’ fraġilità, għandha tkun ikkunsidrata b'mod xieraq il-vulnerabbiltà ta’ gruppi soċjali differenti, il-ħtiġijiet speċjali tan-nisa u ċ-ċirkustanzi tal-pajjiżi jew ir-reġjuni kkonċernati.

Għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-prevenzjoni ta’ kunflitti, il-bini tal-istat u tal-paċi, ir-rikonċiljazzjoni wara kunflitti u l-miżuri ta’ rikostruzzjoni.

Għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-prevenzjoni ta’ kunflitti, il-bini tal-istat u tal-paċi, ir-rikonċiljazzjoni wara kunflitti u l-miżuri ta’ rikostruzzjoni.

Meta pajjiżi msieħba jew gruppi ta’ pajjiżi msieħba jkunu direttament involuti fi, jew affettwati minn sitwazzjoni ta’ kriżi, ta’ wara kriżi jew ta’ fraġilità, għandha titpoġġa enfasi speċjali sabiex tiżdied il-kordinazzjoni bejn is-sokkors, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp sabiex huma jiġu megħjuna jagħmlu t-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-fażi ta’ żvilupp. Il-programmi għall-pajjiżi u r-reġjuni fi fraġilità jew soġġetti b’mod regolari għal diżastri naturali għandhom jipprovdu għall-preparazzjoni u l-prevenzjoni tad-diżastri u għall-immaniġġar tal-konsegwenzi ta’ dawn id-diżastri.

Meta pajjiżi msieħba jew gruppi ta’ pajjiżi msieħba jkunu direttament involuti fi, jew affettwati minn sitwazzjoni ta’ kriżi, ta’ wara kriżi jew ta’ fraġilità, għandha titpoġġa enfasi speċjali sabiex tiżdied il-kordinazzjoni bejn is-sokkors, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp sabiex huma jiġu megħjuna jagħmlu t-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-fażi ta’ żvilupp. Il-programmi għall-pajjiżi u r-reġjuni fi fraġilità jew soġġetti b’mod regolari għal diżastri naturali għandhom jipprovdu għall-preparazzjoni u l-prevenzjoni tad-diżastri u għall-immaniġġar tal-konsegwenzi ta’ dawn id-diżastri. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lin-nisa, li spiss huma l-vittmi ewlenin f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Huwa kruċjali li jitqiesu, fit-tħejjija ta’ dokumenti ta’ programmar għall-pajjiżi li jinstabu f’sitwazzjoni ta’ kriżi, li jkunu għadhom kif għaddew minn kriżi jew f’sitwazzjoni fraġli, l-implikazzjonijiet fuq is-sitwazzjoni tan-nisa u tal-bniet minħabba li dawn huma l-vittmi ewlenin tal-atti ta’ brutalità u l-atti kriminali, bħall-vjolenza u servizzi sesswali;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-prevenzjoni ta’ kunflitti, il-bini tal-istat u tal-paċi, ir-rikonċiljazzjoni wara kunflitti u l-miżuri ta’ rikostruzzjoni.

Għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-prevenzjoni ta’ kunflitti, il-bini tal-istat u tal-paċi, ir-rikonċiljazzjoni wara kunflitti u l-miżuri ta’ rikostruzzjoni. Barra minn hekk, huwa essenzjali li jiġu inklużi n-nisa sabiex dawn jipparteċipaw, fuq l-istess livell bħall-irġiel, fin-negozjati u fl-inizjattivi li għandhom bħala għan il-paċi, l-istabbiltà, u l-bini mill-ġdid tal-pajjiżi u tal-istituzzjonijiet. Għalhekk huwa ta’ importanza ewlenija li l-kunċett ta’ nisa bħala vittmi vulnerabbli jkun appoġġjat minn kunċett fejn in-nisa jintwerew bħala kategorija kompletament differenti ta' atturi soċjali, li għandhom ir-riżorsi u kapaċitajiet importanti u għandhom il-prijoritajiet tagħhom u li jistgħu jinfluwenzaw u jagħtu direzzjoni għall-proċess ta’ regolazzjoni tal-konflitti. Barra minn dan, huwa importanti li jkun enfasizzat li l-fehim tar-rwol tan-nisa fis-soċjetajiet ta’ wara l-gwerra u l-kontributi tagħhom għall-irkupru wara l-gwerra, għandha tkun akkumpanjata minn approċċ globali għall-promozzjoni tar-rwol ċentrali tal-edukazzjoni fl-abilitazzjoni tan-nisa u t-tfajliet żgħażagħ fil-ġlieda kontra l-istereotipi u għall-iżvilupp tal-menatlitajiet;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-miżuri ta’ assistenza pprovduti taħt dan ir-Regolament għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi tal-kriżi fejnhemm nuqqas serju ta' libertajiet fundamentali, fejn is-sigurtà tal-bniedem hija l-aktar f’riskju jew fejn l-organizzazzjonijiet u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem joperaw taħt l-aktar kundizzjonijiet diffiċli. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lil konflitti li fihom in-nisa qed jiġu esposti għal vjolenza fiżika u psikoloġika;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, ta’ wara kriżi u ta’ fraġilità jew theddidiet għad-demokrazija, għall-istat tad-dritt, għad-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali, li jkunu jeħtieġu rispons rapidu mill-Unjoni, il-proċedura ta’ urġenza pprovdut għalija fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament Komuni ta’ Implimentazzjoni tista’ tintuża biex jiġi modifikat id-dokument li ssir referenza għalih fl-Artikolu 11 wara reviżjoni ad hoc tal-istrateġija ta’ koperazzjoni tal-pajjiż jew tar-reġjun.

F’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, ta’ wara kriżi u ta’ fraġilità jew theddidiet għad-demokrazija, għall-istat tad-dritt, għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali jew id-drittijiet tan-nisa li jkunu jeħtieġu rispons rapidu mill-Unjoni, il-proċedura ta’ urġenza pprovdut għalija fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament Komuni ta’ Implimentazzjoni tista’ tintuża biex jiġi modifikat id-dokument li ssir referenza għalih fl-Artikolu 11 wara reviżjoni ad hoc tal-istrateġija ta’ kooperazzjoni tal-pajjiż jew tar-reġjun;

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kif imsemmi fl-Artikolu 13, paragrafu 2 tar-Regolament "Erasmus għal Kulħadd", sabiex tkun promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja, ammont indikattiv ta' EUR 1 812 100 000 mill-istrumenti esterni differenti (l-Istrument ta’ Koperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew għall-Viċinat, l-Istrument ta’ Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument ta’ Sħubija u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp) se jkun allokat għal azzjonijiet ta' mobilità għall-skopijiet ta' tagħlim lejn jem minn pajjiżi li mhux tal-UE u għal djalogu ta' koperazzjoni u ta' politika ma' l-awtoritajiet/ istituzzjonijiet/ organizzazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament "Erasmus għal Kulħadd" ser japplikaw għall-użu ta’ dawk il-fondi.

3. Kif imsemmi fl-Artikolu 13, paragrafu 2 tar-Regolament "Erasmus għal Kulħadd", sabiex tkun promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja, ammont indikattiv ta' EUR 1 812 100 000 mill-istrumenti esterni differenti (l-Istrument ta’ Koperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew għall-Viċinat, l-Istrument ta’ Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument ta’ Sħubija u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp) se jkun allokat għal azzjonijiet ta' mobilità għall-skopijiet ta' tagħlim lejn jem minn pajjiżi li mhux tal-UE u għal djalogu ta' koperazzjoni u ta' politika ma' l-awtoritajiet/ istituzzjonijiet/ organizzazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament "Erasmus għal Kulħadd" ser japplikaw għall-użu ta’ dawk il-fondi.

Il-finanzjament se jsir disponibbli permezz ta’ 2 allokazzjonijiet multiannwali li jkopru biss 4 snin u t-3 snin li jifdal rispettivament. Dan il-finanzjament se jkun rifless fl-ipprogrammar multiannwali ta’ dawn l-istrumenti, skont il-bżonnijiet u l-prijoritajiet identifikati tal-pajjiżi kkonċernati. Dawn l-allokazzjonijiet jistgħu ikunu riveduti fil-każ ta’ ċirkostanzi maġġuri mhux previsti jew bidliet politiċi importanti skont il-prijoritajiet esterni tal-UE.

Il-finanzjament se jsir disponibbli permezz ta’ 2 allokazzjonijiet multiannwali li jkopru biss 4 snin u t-3 snin li jifdal rispettivament. Dan il-finanzjament se jkun rifless fl-ipprogrammar multiannwali ta’ dawn l-istrumenti, skont il-bżonnijiet u l-prijoritajiet identifikati tal-pajjiżi kkonċernati. Dawn l-allokazzjonijiet jistgħu ikunu riveduti fil-każ ta’ ċirkostanzi maġġuri mhux previsti jew bidliet politiċi importanti skont il-prijoritajiet esterni tal-UE. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil strateġija li toħloq bilanċ bejn is-sessi għal dawk li jipparteċipaw fil-programm "Erasmus għal Kulħadd".

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 20 - paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Barra mill-edukazzjoni għolja, għandu jkun hemm iffukar fuq il-qerda tad-disparità bejn is-sessi fl-edukazzjoni primarja u sekondarja, u fil-livelli ta’ edukazzjoni kollha mhux aktar tard mill-2015 kif indikat fl-Objettiv 3.A tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – paragrafu 2 – “Amerika Latina” – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-inkoraġġiment tal-koeżjoni soċjali, b'mod partikolari l-inklużjoni soċjali, xogħol diċenti u ekwità, ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lill-mara.

(a) l-inkoraġġiment tal-koeżjoni soċjali, b'mod partikolari l-inklużjoni soċjali, xogħol diċenti u ekwità, ugwaljanza bejn is-sessi u l-abilitazzjoni tan-nisa u l-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali u bbażata fuq il-ġeneru u l-vjolenza f’relazzjonijiet intimi;

Emenda  48

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – paragrafu 3 “Asja”– punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) appoġġ għat-tisħiħ tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-vjolenza sesswali u bbażata fuq il-ġeneru u l-vjolenza f’relazzjonijiet intimi;

Emenda  49

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – paragrafu 4 “Asja Ċentrali” – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-promozzjoni ta’ riforma kostituzzjonali u approssimazzjoni leġiżlattiva, regolatorja u amministrattiva mal-Unjoni, inkluż aktar demokratizzazzjoni u soċjetà ċivili organizzata, appoġġ għall-istat tad-dritt, il-governanza tajba, it-tassazzjoni u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-korpi nazzjonali, bħall-korpi tal-elezzjonijiet, il-parlamenti, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi;

(a) il-promozzjoni ta’ riforma kostituzzjonali u approssimazzjoni leġiżlattiva, regolatorja u amministrattiva mal-Unjoni, inkluż aktar demokratizzazzjoni u soċjetà ċivili organizzata, appoġġ għall-istat tad-dritt, il-governanza tajba, it-tassazzjoni u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-korpi nazzjonali, bħall-korpi tal-elezzjonijiet, il-parlamenti, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u r-riforma ġudizzjarja u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi;

Emenda  50

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – paragrafu 4 “Asja Ċentrali” – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku inklussiv u sostenibbli, l-indirizzar tal-inugwaljanzi soċjali u reġjonali, u l-appoġġ għall-politiki f'oqsma bħall-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija, is-saħħa, l-impjiegi diċenti, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, it-trawwim tal-SMEs, filwaqt li jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ ekonomija tas-suq, il-kummerċ u l-investiment, inklużi r-riformi regolatorji u l-appoġġ għall-integrazzjoni fid-WTO;

(b) il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku inklussiv u sostenibbli, l-indirizzar tal-inugwaljanzi soċjali u reġjonali, u l-appoġġ għall-politiki f'oqsma bħall-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija, is-saħħa, l-impjiegi deċenti, il-ħolqien ta’ trejdjunjins indipendenti, l-enerġija sostenibbli, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, it-trawwim tal-SMEs, filwaqt li jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ ekonomija tas-suq, il-kummerċ u l-investiment, inklużi r-riformi regolatorji u l-appoġġ għall-integrazzjoni fid-WTO;

Emenda  51

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – paragrafu 4 “Asja Ċentrali” – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-appoġġ għal ġestjoni effiċjenti tal-fruntieri u l-koperazzjoni transkonfinali sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli fir-reġjuni tal-fruntiera; fil-kuntest tar-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-forom kollha ta' traffikar, inkluż il-ġlieda kontra l-produzzjoni u l-konsum tad-drogi u l-effetti negattivi tagħhom, inkluż l-HIV/AIDS;

(c) l-appoġġ għal ġestjoni effiċjenti tal-fruntieri u l-koperazzjoni transkonfinali sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli fir-reġjuni tal-fruntiera; fil-kuntest tar-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-forom kollha ta' traffikar, b’mod partikolari t-traffikar tan-nisa, il-ġlieda kontra l-produzzjoni u l-konsum tad-drogi u l-effetti negattivi tagħhom, inkluż l-HIV/AIDS;

Emenda  52

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – paragrafu 4 “Asja Ċentrali”– punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) it-twaqqif ta’ politika dwar l-iżvilupp fir-rigward tal-isfidi demografiċi li tindirizza l-iżbilanċ dejjem jikber bejn is-sessi li jiffavorixxi lill-irġiel fuq in-nisa u li tindirizza l-problema tal-għażla tas-sess qabel it-twelid, l-abort u l-infantiċidju skont is-sess biex ikunu żgurati wlied subien;

Emenda  53

Proposta għal regolament

Anness V - paragrafu A - 'Ambjent u Tibdil fil-Klima' - punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) taffija tal-impatti tat-tibdil fil-klima fuq in0nisa kif ukoll titjib tar-rwol tan-nisa fit-trattament tat-tibdil fil-klima, azzjonijiet maħsuba biex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jadottaw perspettiva tal-ġeneru fuq it-tibdil fil-klima u l-politiki tambjentali, speċjalment f’politiki relatati ma’ diżastri naturali li jaffettwawhom b’mod sproporzjonat, aċċess għat-taħriġ dwar materji ambjentali, u aktar parteċipazzjoni tan-nisa u tal-organizzazzjonijiet tan0nisa f’politiki tal-iżvilupp relatati mal-ambjent u mat-tibdil fil-klima;

Emenda  54

Proposta għal regolament

Anness V – parti A – paragrafu 2 'Ambjent u Tibdil fil-Klima' – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-inizjattivi tal-Unjoni u impenji maqbula fuq livell internazzjonali u reġjonali u/jew ta’ karattru transkonfinali partikolarmnet fl-oqsma tat-tibdil fil-klima permezz tal-promozzjoni ta’ strateġiji reżiljenti għall-klima speċjalment strateġiji ta’ adattament mal-kobenefiċċji tal-bijodiversità, servizzi tal-bijodiversità u l-ekosistemi, foresti inkluż il-FLEGT, diżertifikazzjoni, il-ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma, il-ġestjoni tar-riżorsi naturali, il-ġestjoni tajba tal-kimiċi u l-iskart, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-ekonomija ekoloġika.

(c) il-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-inizjattivi tal-Unjoni u impenji maqbula fuq livell internazzjonali u reġjonali u/jew ta’ karattru transkonfinali partikolarmnet fl-oqsma tat-tibdil fil-klima permezz tal-promozzjoni ta’ strateġiji reżiljenti għall-klima speċjalment strateġiji ta’ adattament mal-kobenefiċċji tal-bijodiversità, servizzi tal-bijodiversità u l-ekosistemi, foresti inkluż il-FLEGT, deżertifikazzjoni, il-ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma, il-ġestjoni tar-riżorsi naturali, il-ġestjoni tajba tal-kimiċi u l-iskart, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-ekonomija ekoloġika, bl-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru sabiex tkun promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrateġiji, u tintemm kull sura ta’ diskriminazzjonijiet kontrihom, speċjalment fl-aċċess għar-riżorsi u l-parteċipazzjoni fil-ħajja politika;

Emenda  55

Proposta għal regolament

Anness V – parti A – paragrafu 3 “Enerġija sostenibbli” – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi sikuri, affordabbli, nodfa u sostenibbli tal-enerġija bħala element ewlieni għall-qerda tal-faqar u għat-tkabbir inklussiv, b’enfasi speċjali fuq l-użu ta’ sorsi lokali tal-enerġija;

(a) il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi siguri, affordabbli, nodfa u sostenibbli tal-enerġija għal kulħadd, b’attenzjoni għal gruppi li huma vittmi tad-diskriminazzjoni, b’mod partikolari n-nisa, bħala element ewlieni għall-qerda tal-faqar u għat-tkabbir inklussiv, b’enfasi speċjali fuq l-użu ta’ sorsi lokali tal-enerġija;

Emenda  56

Proposta għal regolament

Anness V - paragrafu A - 'Żvilupp tal-Bniedem' - punt c,- punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) Li jiġu appoġġjati programmi fil-livell ta’ pajjiż biex jiġu promossi l-għoti tas-setgħa ekonomika u soċjali u l-parteċipazzjoni politika tan-nisa;

(i) Li jiġu appoġġjati programmi fil-livell ta’ pajjiż biex jiġġieldu kontra l-vjolenza mġarrba min-nisa u biex jippromwovu l-abilitazzjoni ekonomika u soċjali u l-parteċipazzjoni politika tan-nisa;

Emenda  57

Proposta għal regolament

Anness V – parti A – paragrafu 4 – “Żvilupp tal-bniedem” – punt b – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) Is-sostenn ta’ livelli għolja ta’ impjiegi produttivi u diċenti b’mod partikolari b’appoġġ għal politiki u strateġiji tajba dwar ix-xogħol, taħriġ vokazzjonali għall-impjegabbiltà li jkun rilevanti għall-ħtiġijiet u l-perspettivi tas-suq tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol inkluż fl-ekonomija informali, il-promozzjoni ta’ xogħol diċenti, inkluża l-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal, u djalogu soċjali kif ukoll faċilitar tal-mobilità tal-ħaddiema filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-migranti;

(i) Is-sostenn ta’ livelli għolja ta’ impjiegi produttivi u diċenti b’mod partikolari b’appoġġ għal politiki u strateġiji tajba dwar ix-xogħol, taħriġ vokazzjonali għall-impjegabbiltà li jkun rilevanti għall-ħtiġijiet u l-perspettivi tas-suq tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol inkluż fl-ekonomija informali, il-promozzjoni ta’ xogħol diċenti kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, inkluża l-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal, u djalogu soċjali kif ukoll faċilitar tal-mobilità tal-ħaddiema filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-migranti;

Emenda  58

Proposta għal regolament

Anness V – parti A – paragrafu 4 – “Żvilupp tal-bniedem” – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(e a) Nisa u Tfal

 

(i) it-tisħiħ tal-attenzjoni u l-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jiġu żviluppati politiki li jibbenefikaw minnhom in-nisa u t-tfal;

 

(ii) il-promozzjoni ta’ strateġiji u interventi konkreti li jindirizzaw problemi u sfidi partikolari li jolqtu lin-nisa u lit-tfal, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tagħhom f’kull azzjoni rilevanti;

 

(iii) l-użu tal-pożizzjoni tal-Komunità bħala d-donatur prinċipali ta’ ODA fost istituzzjonijiet internazzjonali sabiex donaturi multilaterali jkunu mħeġġa jagħmlu pressjoni għat-tfassil ta’ politiki li jiġġieldu t-traffikar tan-nisa u t-tfal u l-vjolenza kontrihom, l-isfruttament u x-xogħol furzat u jippromwovu r-rwol tan-nisa u t-tfal bħala atturi għall-iżvilupp.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Anness V - paragrafu A - 'Migrazzjoni u Asil' - punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiġi massimizzat l-impatt tal-iżvilupp taż-żieda fil-mobilità reġjonali u globali tal-persuni, filwaqt li jiġu promossi u protetti d-drittijiet tal-migranti, permezz ta’ appoġġ għall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki reġjonali u nazzjonali tajba dwar il-migrazzjoni u l-asil u permezz tal-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-migrazzjoni f’politiki reġjonali u nazzjonali oħra.

(c) jiġi massimizzat l-impatt tal-iżvilupp taż-żieda fil-mobilità reġjonali u globali tal-persuni, filwaqt li jiġu promossi u protetti d-drittijiet tal-migranti, b’kunsiderazzjoni għall-aspett tal-ġeneru fil-kwistjoni u s-sitwazzjoni tal-migranti nisa, permezz ta’ appoġġ għall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki reġjonali u nazzjonali tajba dwar il-migrazzjoni u l-asil u permezz tal-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-migrazzjoni f’politiki reġjonali u nazzjonali oħra;

PROĊEDURA

Titolu

Il-ħolqien ta’ strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp

Referenzi

COM(2011)0840 – C7-0493/2011 – 2011/0406(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Rodi Kratsa-Tsagaropoulou

25.1.2012

Eżami fil-kumitat

21.6.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

3.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Andrea Češková, Marije Cornelissen, Edite Estrela, Mikael Gustafsson, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Constance Le Grip, Astrid Lulling, Elisabeth Morin-Chartier, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Angelika Werthmann, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Mariya Gabriel, Gesine Meissner, Antigoni Papadopoulou

PROĊEDURA

Titolu

Il-ħolqien ta’ strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp

Referenzi

COM(2011)0840 – C7-0493/2011 – 2011/0406(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.12.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

17.1.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

17.1.2012

INTA

17.1.2012

BUDG

17.1.2012

LIBE

17.1.2012

 

FEMM

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

LIBE

26.1.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Thijs Berman

5.12.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.2.2012

24.4.2012

9.7.2012

24.6.2013

Data tal-adozzjoni

4.12.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Véronique De Keyser, Nirj Deva, Charles Goerens, Filip Kaczmarek, Miguel Angel Martínez Martínez, Gay Mitchell, Bill Newton Dunn, Maurice Ponga, Jean Roatta, Michèle Striffler, Alf Svensson, Ivo Vajgl, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philippe Boulland, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Santiago Fisas Ayxela, Enrique Guerrero Salom, Bart Staes

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marusya Lyubcheva, María Muñiz De Urquiza, Jens Nilsson, Anni Podimata

Data tat-tressiq

6.12.2013