RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta’ pajjiżi terzi

10.12.2013 - (COM(2012)0124 – C7‑0084/2012 – 2012/0060(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Daniel Caspary
Rapporteur tal-opinjoni (*):
Frank Engel, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura


Proċedura : 2012/0060(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0454/2013

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta’ pajjiżi terzi

(COM(2012)0124 – C7‑0084/2012 – 2012/0060(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0124),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0084/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern ul-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0454/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi

dwar l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u għall-konċessjonijiet ta’ pajjiżi terzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fin-negozjati tat-trilogu dwar id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku u l-Konċessjonijiet.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- Wara li kkunsidra d-direttivi rieżaminati dwar l-akkwist pubbliku ((2011/0438(COD), 2011/0349(COD) u 2011/0437(COD);

Emenda    3

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- Wara li kkunsidraw il-Ftehim Multilaterali rivedut dwar l-Akkwist Pubbliku (GPA),

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Unjoni għandha tiddefinixxi u teżerċita politiki u azzjonijiet komuni, u taħdem biex tikseb livell għoli ta’ kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali sabiex, inter alia, tħeġġeġ l-integrazzjoni tal-pajjiżi kollha fl-ekonomija dinjija, inkluż permezz tal-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali.

(1) Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Unjoni għandha tiddefinixxi u teżerċita politiki u azzjonijiet komuni, u taħdem biex tikseb livell għoli ta' kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali sabiex, inter alia, tissalvagwardja l-valuri, l-interessi fundamentali, is-sigurtà, l-indipendenza u l-integrità tagħha u sabiex tħeġġeġ l-integrazzjoni tal-pajjiżi kollha fl-ekonomija dinjija, inkluż permezz tal-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u permezz tar-relazzjonijiet bilaterali tagħha, l-Unjoni saħqet fuq ftuħ ambizzjuż tas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u s-sħab kummerċjali tagħha, fi spirtu ta' reċiproċità u benefiċċju reċiproku

(5) Fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u permezz tar-relazzjonijiet bilaterali tagħha, l-Unjoni saħqet fuq ftuħ ambizzjuż tas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet tal-Unjoni u s-sħab kummerċjali tagħha, fi spirtu ta’ reċiproċità u benefiċċju reċiproku.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fin-negozjati tat-trilogu dwar id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku u l-Konċessjonijiet.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) L-Akkwist Pubbliku jifforma parti importanti mill-PDG tal-UE u għandu għalhekk jintuża biex isaħħaħ il-potenzjal tal-UE għall-innovazzjoni u l-produzzjoni industrijali. Fid-dawl ta’ strateġija ta’ politika ta’ industrija sostenibbli fl-Unjoni Ewropea, għandhom għalhekk jiġu esklużi offerti inġusti li jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin, għandhom jiġu żgurati reċiproċità u kundizzjonijiet ġusti għall-aċċess għas-suq tal-industriji tal-UE.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Il-politika tal-kummerċ tal-Unjoni Ewropea għandha tgħin tnaqqas il-faqar madwar id-dinja, billi tippromwovi titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, tas-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol u tad-drittijiet fundamentali.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Bosta pajjiżi terzi jsibuha bi tqila sabiex jiftħu s-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom għall-kompetizzjoni internazzjonali jew li jiftħu dawk is-swieq aktar milli diġà għamlu. Bħala riżultat ta’ dan, l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni jaffrontaw prattiki restrittivi tal-akkwist mingħand bosta sħab kummerċjali tal-Unjoni. Dawk il-prattiki restrittivi tal-akkwist iwasslu għal telf f’opportunitajiet importanti ta’ kummerċ.

(6) Bosta pajjiżi terzi jsibuha bi tqila sabiex jiftħu s-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom u l-konċessjonijiet tagħhom għall-kompetizzjoni internazzjonali jew li jiftħu dawk is-swieq aktar milli diġà għamlu. Bħala riżultat ta’ dan, l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni jaffrontaw prattiki restrittivi tal-akkwist mingħand bosta sħab kummerċjali tal-Unjoni. Dawk il-prattiki restrittivi tal-akkwist iwasslu għal telf f’opportunitajiet importanti ta’ kummerċ.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fin-negozjati tat-trilogu dwar id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku u l-Konċessjonijiet.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Skont l-Artikolu 207 tat-TFUE, il-politika kummerċjali komuni fil-qasam tal-akkwist pubbliku għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi.

(8) Skont l-Artikolu 207 tat-TFUE l-politika kummerċjali komuni fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Fl-interess taċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tal-Unjoni u pajjiżi terzi, l-impenji għall-aċċess għas-suq internazzjonali li ttieħdu mill-Unjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi fil-qasam tal-akkwist pubbliku għandhom ikunu riflessi fl-ordni legali tal-UE, u b'hekk jiżguraw l-applikazzjoni effettiva tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida dwar l-applikazzjoni tal-impenji internazzjonali eżistenti tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aċċess għas-suq internazzjonali. Din il-gwida għandha tkun aġġornata regolarment u tipprovdi tagħrif li jkun faċli biex tużah.

(9) Fl-interess taċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tal-Unjoni u pajjiżi terzi, l-impenji għall-aċċess għas-suq internazzjonali li ttieħdu mill-Unjoni fir-rigward ta’ pajjiżi terzi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet għandhom ikunu riflessi fl-ordni legali tal-UE, u b’hekk jiżguraw l-applikazzjoni effettiva tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida dwar l-applikazzjoni tal-impenji internazzjonali eżistenti tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aċċess għas-suq internazzjonali. Din il-gwida għandha tkun aġġornata regolarment u tipprovdi tagħrif li jkun faċli biex tużah.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u d-Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament. Huma biss il-konċessjonijiet tax-xogħol li bħalissa huma rregolati fil-livell internazzjonali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura li ma tiffinanzjax programmi li l-akkwist pubbliku u l-operazzjoni tal-kuntratti pubbliċi internazzjonali tagħhom imorru kontra l-prinċipji stabbiliti fid-direttiva dwar l-akkwist pubbliku (2011/0438(COD), 2011/0349(COD) u 2011/0437(COD).

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-għanijiet ta' titjib fl-aċċess tal-operaturi ekonomiċi tal-UE għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' ċertu pajjiżi terzi mħarsa minn miżuri restrittivi tal-akkwist u li jinżammu kundizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni fis-Suq Uniku Ewropew jeħtieġu li t-trattament ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjoni tal-Unjoni jkunu armonizzati fl-Unjoni Ewropea kollha.

(10) L-għanijiet ta’ titjib fl-aċċess tal-operaturi ekonomiċi tal-UE għas-swieq tal-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet ta’ ċertu pajjiżi terzi mħarsa minn miżuri restrittivi tal-akkwist u li jinżammu kundizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni fis-Suq Uniku Ewropew jeħtieġu li t-trattament ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni jkunu armonizzati fl-Unjoni Ewropea kollha.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fin-negozjati tat-trilogu dwar id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku u l-Konċessjonijiet.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għal dan il-għan għandhom jiġu stabbiliti regoli tal-oriġini sabiex l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkunu jafu jekk prodotti u servizzi jkunux koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea. L-oriġini ta' prodott għandha tkun iddeterminata skont l-Artikolu 22 sa 26 tar-Regolament (KE) Nru 2913/1992 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità12. Skont dan ir-Regolament, prodotti għandhom ikunu kkunsidrati bħala prodotti tal-Unjoni meta jkunu miksuba jew prodotti b’mod sħiħ fl-Unjoni. Il-prodotti li l-produzzjoni tagħhom tkun involviet pajjiż terz wieħed jew aktar għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw mill-pajjiż li fih ikun sar l-aħħar proċessar jew ħidma sostanzjali, ekonomikament iġġustifikati li jkunu twettqu f’impriża mgħammra għal dak il-għan u li wassal għall-manifattura ta’ prodott ġdid jew jirrappreżenta stadju importanti tal-manifattura. L-oriġini ta’ servizz għandha tkun determinata skont l-oriġini tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tipprovdieh. Il-gwida msemmija fil-premessa 9 għandha tkopri l-applikazzjoni fil-prattika tar-regoli tal-oriġini.

(11) Għal dan il-għan għandhom jiġu stabbiliti regoli tal-oriġini sabiex l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkunu jafu jekk prodotti u servizzi jkunux koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea. L-oriġini ta’ prodott għandha tkun iddeterminata skont l-Artikolu 59 sa 63 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, inklużi d-dispożizzjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 65. Skont dan ir-Regolament, prodotti għandhom ikunu kkunsidrati bħala prodotti tal-Unjoni meta jkunu miksuba jew prodotti b’mod sħiħ fl-Unjoni. Il-prodotti li l-produzzjoni tagħhom tkun involviet pajjiż terz wieħed jew aktar għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw mill-pajjiż li fih ikun sar l-aħħar proċessar jew ħidma sostanzjali, ekonomikament iġġustifikati li jkunu twettqu f’impriża mgħammra għal dak il-għan u li wassal għall-manifattura ta’ prodott ġdid jew jirrappreżenta stadju importanti tal-manifattura. L-oriġini ta’ servizz għandha tkun determinata skont l-oriġini tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tipprovdieh. Id-determinazzjoni tal-oriġini ta’ servizz għandha ssir b’mod konformi mal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) tad-WTO. Id-dispożizzjonijiet li jiddeterminaw ir-regoli tal-oriġini tas-servizzi għandhom jipprevjenu t-tidwir ma’ restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq tal-akkwist pubbliku tal-UE permezz tat-twaqqif ta’ kumpaniji tal-kaxxi tal-ittri. Il-gwida msemmija fil-premessa 9 għandha tkopri l-applikazzjoni fil-prattika tar-regoli tal-oriġini.

_____________

 

12ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1

 

Ġustifikazzjoni

Permezz ta’ din l-emenda r-rapporteur jixtieq jenfasizza l-importanza li jiġi pprevenut it-tidwir mar-restrizzjonijiet tas-suq permezz ta’ kumpaniji tal-kaxxi tal-ittri (b’mod partikolari rigward l-Artikolu 3).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Kummissjoni għandha tqis jekk tapprovax li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti skont it-tifsira tad-Direttivi [2004/17/KE, 2004/18/KE u d-Direttiva [….] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [….]…. dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni] jeskludu, għal kuntratti b'valur stmat ta' EUR 5 000 000 jew aktar, mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti, prodotti u servizzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali li tkun ħadet l-Unjoni Ewropea.

(12) Il-Kummissjoni għandha tqis jekk tapprovax li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti skont it-tifsira tad-Direttivi [2004/17/KE, 2004/18/KE u d-Direttiva [….] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [….]…. dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni13] jeskludu, għall-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti jew konċessjonijiet b’valur stmat ta’ EUR 5 000 000 jew aktar, mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti, prodotti u servizzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali li tkun ħadet l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Dan ma jikkonċernax proċeduri għall-għoti ta’ prodotti u servizzi ta’ kuntratt li joriġinaw mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea kif definit mir-regoli tal-oriġini rilevanti, kif ukoll prodotti u servizzi ta’ kuntratt li joriġinaw minn pajjiżi li jibbenefikaw mill-ftehim “Kollox Minbarra Armi” kif elenkat fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill1, kif ukoll prodotti u servizzi ta’ kuntratt li joriġinaw fil-pajjiżi fil-fażi ta’ żvilupp meqjusa bħala vulnerabbli minħabba nuqqas ta’ diversifikazzjoni u integrazzjoni insuffiċjenti fis-sistema ta’ kummerċ internazzjonali kif definit fl-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 978/2012.

________________

________________

13 ĠU L …

13 ĠU L …

 

13a Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Permezz ta’ din l-emenda r-rapporteur jixtieq jiċċara liema pajjiżi terzi m’għandhomx jiġu koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Għall-finijiet tat-trasparenza, dawk l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti bl-intenzjoni li jużaw b'mod sħiħ is-setgħa tagħhom skont dan ir-Regolament sabiex jeskludu offerti li jkunu jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, li fihom il-valur tal-prodotti jew servizzi mhux koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta' dawn il-prodotti jew is-servizzi mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għandhom jinfurmaw l-operaturi ekonomiċi b'dan fl-avviż tal-kuntratt ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(13) Għall-finijiet tat-trasparenza, dawk l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti bl-intenzjoni li jużaw b’mod sħiħ is-setgħa tagħhom skont dan ir-Regolament sabiex jeskludu offerti li jkunu jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, li fihom il-valur tal-prodotti jew servizzi mhux koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta’ dawn il-prodotti jew is-servizzi mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti jew konċessjonijiet għandhom jinfurmaw l-operaturi ekonomiċi b’dan fl-avviż tal-kuntratt ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Għall-kuntratti b’valur stmat ta’ EUR 5 000 000 jew aktar, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni maħsuba jekk il-ftehim internazzjonali dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku bejn l-Unjoni u l-pajjiż minn fejn joriġinaw il-prodotti u/jew is-servizzi, jinkludi, għall-prodotti u/jew is-servizzi li tagħhom tkun qed tiġi proposta l-esklużjoni, riżervazzjonijiet espliċiti ta’ aċċess għas-suq min-naħa tal-Unjoni. Meta ftehim tali ma jkunx jeżisti, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni fejn pajjiż terz iżomm miżuri restrittivi tal-akkwist li jwasslu għal nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat. Għandu jkun preżunt nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali meta miżuri restrittivi tal-akkwist jirriżultaw f’diskriminazzjonijiet serji u ripetittivi tal-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-UE.

(15) Għal kuntratti u konċessjonijiet b’valur stmat ta’ EUR 5,000,000 jew aktar, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni maħsuba jekk il-ftehim internazzjonali dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiż minn fejn joriġinaw il-prodotti u/jew is-servizzi, jinkludi, għall-prodotti u/jew is-servizzi li tagħhom tkun qed tiġi proposta l-esklużjoni, riżervazzjonijiet espliċiti ta’ aċċess għas-suq min-naħa tal-Unjoni. Meta ftehim tali ma jkunx jeżisti, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni fejn pajjiż terz iżomm miżuri restrittivi tal-akkwist fil-qasam tal-akkwist jew tal-għoti tal-konċessjonijiet li jwasslu għal nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat. Għandu jkun preżunt nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali meta miżuri restrittivi tal-akkwist fil-qasam tal-akkwist jew l-għoti ta' konċessjonijiet jirriżultaw f’diskriminazzjonijiet serji u ripetittivi tal-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-UE jew jekk in-nuqqas ta' osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tax-xogħol elenkati fl-Anness XI għad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku [...] fl-2013 u fl-Anness XIV għad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali li [...] (2013) mill-awtoritajiet pubbliċi wasslu għal diffikultajiet serji li kellhom jaffrontaw impriżi Ewropej u li ġew rapportati lill-Kummissjoni Ewropea, meta dawk l-impriżi Ewropej ippruvaw jiżguraw l-għoti ta' kuntratti u konċessjonijiet f'pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Permezz ta’ din l-emenda r-rapporteur jixtieq joħloq rabta iżjed mill-qrib bejn il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u l-Artikolu 8.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Meta tkun qed tivvaluta jekk jeżistix nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali, il-Kummissjoni għandha teżamina, sa liema livell il-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku tal-pajjiż ikkonċernat jiżguraw trasparenza f’konformità mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u jipprekludu kwalunkwe diskriminazzjoni kontra prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. Minbarra dan, għandha teżamina sa liema livell l-awtoritajiet pubbliċi u/jew entitajiet tal-akkwist individwali jżommu jew jadottaw prattiki diskriminatorji fir-rigward ta’ prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.

(16) Meta tkun qed tivvaluta jekk jeżistix nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali, il-Kummissjoni għandha teżamina, sa liema livell il-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet tal-pajjiż ikkonċernat jiżguraw trasparenza f’konformità mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet u jipprekludu kwalunkwe diskriminazzjoni kontra prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. Minbarra dan, għandha teżamina sa liema livell l-awtoritajiet pubbliċi u/jew entitajiet tal-akkwist individwali jżommu jew jadottaw prattiki diskriminatorji fir-rigward ta’ prodotti, servizzi u operatur ekonomiku tal-Unjoni jew sa liema punt in-nuqqas ta' osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tax-xogħol elenkati fl-Anness XI għad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku [...] fl-2013 u fl-Anness XIV għad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali [...] (2013) mill-awtoritajiet pubbliċi wasslu għal diffikultajiet serji li kellhom jaffrontaw impriżi Ewropej u li ġew rapportati lill-Kummissjoni Ewropea, meta dawk l-impriżi Ewropej ippruvaw jiżguraw l-għoti ta' kuntratti u konċessjonijiet f'pajjiżi terzi.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Meta tivvaluta offerti li jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kontraenti u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiżguraw l-konformità mal-kriterji għal kummerċ ġust, kif ukoll għall-konformità mad-drittijiet tax-xogħol u l-istandards ambjentali kif stabbilit fl-Artikolu 15(2) u l-Anness 11 tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku [...] (2013) XXX.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tipprevjeni l-impatt negattiv li tista’ tħalli esklużjoni maħsuba fuq negozjati kummerċjali li jkunu għadhom għaddejjin mal-pajjiż ikkonċernat. Għalhekk, meta pajjiż ikun qed iwettaq negozjati importanti mal-Unjoni rigward l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-Kummissjoni tqis li jkun hemm prospett raġonevoli għat-tneħħija ta' prattiki restrittivi tal-akkwist fil-futur qrib, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta att ta' implimentazzjoni li jipprovdi li l-prodotti u s-servizzi minn dak il-pajjiż ma jkunux esklużi mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għall-perjodu ta' sena.

(17) Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tipprevjeni l-impatt negattiv li tista’ tħalli esklużjoni maħsuba fuq negozjati kummerċjali li jkunu għadhom għaddejjin mal-pajjiż ikkonċernat. Għalhekk, meta pajjiż ikun qed iwettaq negozjati importanti mal-Unjoni rigward l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku u/jew il-konċessjonijiet u l-Kummissjoni tqis li jkun hemm prospett raġonevoli għat-tneħħija ta’ prattiki restrittivi tal-akkwist u/jew tal-konċessjonijiet fil-futur qrib, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jipprovdi li l-prodotti u s-servizzi minn dak il-pajjiż ma jkunux esklużi mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal perjodu ta’ sena.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fin-negozjati tat-trilogu dwar id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku u l-Konċessjonijiet.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fid-dawl tal-fatt li l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-politika kummerċjali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tagħhom ma għandhomx ikunu jistgħu jillimitaw l-aċċess ta' prodotti jew servizzi ta' pajjiżi terzi għall-proċeduri ta' offerti tagħhom bi kwalunkwe miżura oħra li ma tkunx prevista minn dan ir-Regolament.

(18) Fid-dawl tal-fatt li l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-suq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet tal-Unjoni jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-politika kummerċjali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tagħhom ma għandhomx ikunu jistgħu jillimitaw l-aċċess ta’ prodotti jew servizzi ta’ pajjiżi terzi għall-proċeduri ta’ offerti tagħhom bi kwalunkwe miżura oħra li ma tkunx prevista minn dan ir-Regolament jew minn dritt relevanti tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Għad mhuwiex possibbli li jingħad x'dispożizzjonijiet se jkun fih ir-regolament futur. Għalhekk għadu kmieni wisq biex wieħed jiddeċiedi li r-regolament li se jikkostitwixxu l-unika bażi legali għar-restrizzjoni tal-aċċess għal prodotti u servizzi minn pajjiżi terzi għas-suq tal-akkwisti tal-UE. Ir-referenza usa’ għad-'Dritt Ewropew' tippermetti b’mod partikolari li jiġu inklużi d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE filwaqt li jiġu esklużi l-miżuri nazzjonali li ma jikkonformawx mar-regoli komunitarji.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Fid-dawl ta’ diffikultà akbar għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti sabiex dawn jivvalutaw, fil-kuntest ta’ offerti li jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, u li fihom il-valur tal-prodotti jew servizzi li mhumiex koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta’ dawn il-prodotti jew servizzi, huwa xieraq li tkun prevista trasparenza akbar fit-trattament ta’ offerti anormalment baxxi. Minbarra r-regoli previsti mill-Artikolu 69 tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku u Artikolu 79 tad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li għandhom l-intenzjoni li jaċċettaw offerta anormalment baxxa bħal din, għandhom jinfurmaw b'dan lill-offerenti l-oħra bil-miktub u jinkludu r-raġunijiet għan-natura anormalment baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti. Dan jippermetti li dawn l-offerenti jikkontribwixxu għal valutazzjoni aktar preċiża fir-rigward ta’ jekk l-offerent rebbieħ ikunx jista’ jwettaq kompletament il-kuntratt taħt il-kundizzjonijiet spjegati fid-dokumentazzjoni tal-offerti. Għalhekk, din l-informazzjoni addizzjonali tippermetti livell aktar ekwu fis-suq tal-akkwist pubbliku tal-UE.

(19) Fid-dawl ta’ diffikultà akbar għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti sabiex dawn jivvalutaw, fil-kuntest ta’ offerti li jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, u li fihom il-valur tal-prodotti jew servizzi li mhumiex koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta’ dawn il-prodotti jew servizzi, huwa xieraq li tkun prevista trasparenza akbar fit-trattament ta’ offerti anormalment baxxi. L-offerti li jidhru anormalment baxxi fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jkunu bbażati fuq assunzjonijiet jew prattiki li teknikament, ekonomikament jew legalment ma jkunux sodi. Minbarra r-regoli previsti mill-Artikolu 69 tad-Direttiva 20XX/XXX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13a u mill-Artikolu 79 tad-Direttiva 20XX/XXX/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13b l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li għandhom l-intenzjoni li jaċċettaw offerta anormalment baxxa bħal din, għandhom jinfurmaw b’dan lill-offerenti l-oħra bil-miktub u jinkludu r-raġunijiet għan-natura anormalment baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti. Fejn l-offerent ma jkunx jista’ jipprovdi spjegazzjoni suffiċjenti, l-awtorità kontraenti għandha tkun intitolata li tirrifjuta l-offerta. Dan jippermetti li dawn l-offerenti jikkontribwixxu għal valutazzjoni aktar preċiża fir-rigward ta’ jekk l-offerent rebbieħ ikunx jista’ jwettaq kompletament il-kuntratt taħt il-kundizzjonijiet spjegati fid-dokumentazzjoni tal-offerti. Għalhekk, din l-informazzjoni addizzjonali tippermetti livell aktar ekwu fis-suq tal-akkwist pubbliku tal-UE.

 

_________________

 

13aId-Direttiva 20XX/XXX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku (ĠU XXX) (2011/0438(COD)).

 

13b Id-Direttiva 20XX/XXX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU XXX) (2011/0439(COD)).

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-Kummissjoni għandha tkun tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' partijiet interessati jew ta' Stat Membru, fi kwalunkwe mument, tibda investigazzjoni esterna fir-rigward ta' prattiki restrittivi tal-akkwist li allegatament ikunu għadhom fis-seħħ f'pajjiż terz. Għandha tqis b’mod partikolari l-fatt li l-Kummissjoni approvat għadd ta’ esklużjonijiet maħsuba li jikkonċernaw pajjiż terz skont l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament. Proċeduri investigattivi tali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta’ politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ14.

(20) Il-Kummissjoni għandha tkun tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ partijiet interessati jew ta’ Stat Membru, li, fi kwalunkwe mument, tibda investigazzjoni esterna fir-rigward ta’ prattiki restrittivi tal-akkwist u l-konċessjonijiet li allegatament ikunu għadhom fis-seħħ f’pajjiż terz. Proċeduri investigattivi tali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta’ politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ14.

________________

________________

14 ĠU L 349, 31.12.1994

14 ĠU L 349, 31.12.1994

Ġustifikazzjoni

Allinjament mad-dispożizzjonijiet sabiex tinħoloq rabta iżjed mill-qrib bejn il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u l-Artikolu 8.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Fejn il-Kummissjoni, abbażi ta' informazzjoni disponibbli għaliha, ikollha raġuni sabiex temmen li l-pajjiż terz ikun adotta jew żamm prattiki restrittivi tal-akkwist, għandha tkun tista' tibda investigazzjoni. Jekk l-eżistenza ta’ prattika restrittiva ta’ akkwist f’pajjiż terz tkun ikkonfermata, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pajjiż ikkonċernat jidħol f’konsultazzjonijiet bil-għan li jtejjeb l-opportunitajiet għal offerti ta’ operaturi, prodotti u servizzi ekonomiċi fis-suq tal-akkwist f’dak il-pajjiż.

(21) Meta l-Kummissjoni, abbażi ta’ informazzjoni disponibbli għaliha, ikollha raġuni sabiex temmen li l-pajjiż terz ikun adotta jew żamm prattiki restrittivi tal-akkwist u ta' konċessjoni, għandha tkun tista’ tibda investigazzjoni. Jekk l-eżistenza ta’ prattika restrittiva ta’ akkwist f’pajjiż terz tkun ikkonfermata, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pajjiż ikkonċernat jidħol f’konsultazzjonijiet bil-għan li jtejjeb l-opportunitajiet għal offerti ta’ operaturi, prodotti u servizzi ekonomiċi fis-suq tal-akkwist f’dak il-pajjiż.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fin-negozjati tat-trilogu dwar id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku u l-Konċessjonijiet.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Jekk il-konsultazzjonijiet mal-pajjiż ikkonċernat ma jwasslux għal titjib suffiċjenti fl-opportunitajiet għal offerti ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-UE, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri restrittivi xierqa.

(22) Jekk il-konsultazzjonijiet mal-pajjiż ikkonċernat ma jwasslux għal titjib suffiċjenti fl-opportunitajiet għal offerti ta’ operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-UE f’perjodu ta’ żmien raġonevoli jew jitqies li l-miżuri ta’ rimedju/korrettivi li ttieħdu mill-pajjiż terz ikkonċernat mhumiex sodisfaċenti, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri restrittivi xierqa.

Ġustifikazzjoni

Permezz ta’ din l-emenda r-rapporteur jixtieq jevita proċedura ta’ konsultazzjoni li ma tispiċċa qatt (premessa ta’ allinjament bit-tħassir tal-Artikolu 9(3) (3).

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Miżuri tali jistgħu jġibu magħhom l-esklużjoni obbligatorja ta’ ċertu prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku fl-Unjoni Ewropea jew jimponu fuq l-offerti, li jikkonsistu fi prodotti jew servizzi li joriġinaw minn dak il-pajjiż, penali obbligatorja fuq il-prezz. Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni ta’ dawn il-miżuri, jista’ wkoll ikun meħtieġ li jkunu esklużi ċerti persuni ġuridiċi kkontrollati minn barranin jew bi sjieda barranija stabbiliti fl-Unjoni Ewropea u li mhumiex impenjati f’operazzjonijiet importanti ta’ negozju b’mod illi jkollhom rabta diretta u effettiva mal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. Miżuri xierqa ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-prattiki restrittivi tal-akkwist li ġew adottati b’reazzjoni għalihom.

(23) Miżuri tali jistgħu jġibu magħhom l-esklużjoni obbligatorja ta’ ċertu prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku jew mill-proċeduri għall-għoti ta’ konċessjonijiet fl-Unjoni Ewropea jew jimponu fuq l-offerti, li jikkonsistu fi prodotti jew servizzi li joriġinaw minn dak il-pajjiż, penali obbligatorja fuq il-prezz. Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni ta’ dawn il-miżuri, jista’ wkoll ikun meħtieġ li jkunu esklużi ċerti persuni ġuridiċi kkontrollati minn barranin jew bi sjieda barranija stabbiliti fl-Unjoni Ewropea u li mhumiex impenjati f’operazzjonijiet importanti ta’ negozju b’mod illi jkollhom rabta diretta u effettiva mal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. Miżuri xierqa ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-prattiki restrittivi tal-akkwist li ġew adottati b’reazzjoni għalihom, u għandhom japplikaw għal perjodu ta’ ħames snin, li jista’ jiġi estiż għal ħames snin oħra.

Ġustifikazzjoni

Permezz ta’ din l-emenda r-rapporteur jixtieq jillimita l-esklużjoni mandatorja ta’ ċerti prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għal 5 snin.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) Huwa ta’ importanza vitali wkoll li, fid-dawl ta’ integrazzjoni xierqa ta’ rekwiżiti ambjentali, soċjali u tax-xogħol, l-awtoritajiet kontraenti jieħdu miżuri relevanti biex jiżguraw konformità mal-obbligi fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol li japplikaw fil-post fejn jitwettqu x-xogħlijiet u li jirriżultaw minn obbligi, liġijiet, regolamenti, digrieti u deċiżjonijiet internazzjonali, kemm fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll minn ftehimiet kollettivi.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Fid-dawl tal-politika ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-pajjiżi l-anqas żviluppati hekk kif prevista, inter alia, fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009, huwa xieraq li l-prodotti u s-servizzi minn dawn il-pajjiżi jiġu assimilati għal prodotti u servizzi tal-Unjoni.

(26) Fid-dawl tal-objettiv tal-politika ġenerali tal-Unjoni li tappoġġja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-integrazzjoni tagħhom fil-katina tal-valur globali, li hija l-bażi għat-twaqqif min-naħa tal-Unjoni ta’ sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi kif deskritt fil-qosor fir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa xieraq li jiġu assimilati l-prodotti u s-servizzi mill-pajjiżi l-anqas żviluppati li jibbenefikaw mill-arranġamċnt “Kollox Minbarra Armi” kif ukoll prodotti u servizzi minn pajjiżi fil-fażi ta’ żvilupp meqjusa bħala vulnerabbli minħabba nuqqas ta’ diversivikazzjoni u integrazzjoni insuffiċjenti fis-sistema ta’ kummerċ internazzjonali kif definit rispettivament fl-Annessi IV u VII għar-Regolament (UE) Nru 978/2012, għal prodotti u servizzi tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Permezz ta’ din l-emenda r-rapporteur jixtieq jeskludi l-LDCs u l-pajjiżi li huma benefiċjarji potenzjali tal-SPĠ+ mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Sabiex fl-ordni ġuridiku tal-Unjoni Ewropea jiġu riflessi l-impenji internazzjonali fir-rigward tal-aċċess għas-suq u li ttieħdu fil-qasam tal-akkwist pubbliku wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bil-għan li tkun emendata l-lista ta' ftehimiet internazzjonali annessi għal dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tkun qed tħejji u telabora l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(27) Sabiex fl-ordni ġuridiku tal-Unjoni Ewropea jiġu riflessi l-impenji internazzjonali fir-rigward tal-aċċess għas-suq u li ttieħdu fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bil-għan li tkun emendata l-lista ta’ ftehimiet internazzjonali annessi għal dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, mill-inqas kull tliet snin, rapporti dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(30) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, mill-inqas kull tliet snin, rapporti dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-funzjonament tar-Regolament kif ukoll il-progress magħmul fl-ilħuq ta’ reċiproċità fil-ftuħ ta’ swieq ta’ akkwist pubbliku. Flimkien mat-tieni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li għandu jiġi sottomess mhux iktar tard minn sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta sabiex ittejjeb ir-Regolament jew tistabbilixxi r-raġunijiet għalfejn, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, ma jkun meħtieġ l-ebda tibdil f’dan ir-Regolament. Fl-eventwalità li l-Kummissjoni la tissottometti proposta u lanqas tistabbilixxi r-raġunijiet għalfejn l-ebda tibdil mhu meħtieġ f’dan ir-Regolament, dan ir-Regolament m’għandux jibqa’ fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

B’din l-emenda r-rapporteur jixtieq jintroduċi klawżola ta’ reviżjoni.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq, sabiex jitwettaq l-għan fundamentali ta' stabbiliment ta' politika esterna komuni fir-rigward ta' swieq pubbliċi, li jkunu stabbiliti regoli marbuta mat-trattament ta' prodotti u servizzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament dwar l-aċċess għall-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-pajjiżi terzi ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet fil-mira, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

(31) Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq, sabiex jitwettaq l-għan fundamentali ta’ stabbiliment ta’ politika esterna komuni fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet, li jkunu stabbiliti regoli marbuta mat-trattament ta’ prodotti u servizzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament dwar l-aċċess għall-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-pajjiżi terzi ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet fil-mira, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistipula regoli dwar l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għall-għoti ta’ kuntratti bil-għan li jitwettqu x-xogħlijiet jew biċċa xogħol, il-provvista ta’ prodotti u l-forniment ta’ servizzi mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tal-Unjoni, u jistabbilixxi proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati fir-rigward tal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku tal-pajjiżi terzi.

1. Dan ir-Regolament jistipula regoli dwar l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għall-għoti ta’ kuntratti bil-għan li jitwettqu x-xogħlijiet jew biċċa xogħol, il-provvista ta’ prodotti u l-forniment ta’ servizzi mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tal-Unjoni, u jistabbilixxi proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati fir-rigward tal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku tal-pajjiżi terzi. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tagħhom jistgħu jirrestrinġu l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għall-proċeduri ta’ offerti tagħhom biss permezz ta’ miżuri previsti f’dan ir-Regolament.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għoti ta' kuntratti meta l-prodotti jew is-servizzi jkunu akkwistati għal finijiet governattivi u mhux bil-għan li jkun hemm bejgħ mill-ġdid kummerċjali jew bil-għan li jintużaw fil-produzzjoni ta' prodotti jew fil-forniment ta' servizzi għal bejgħ kummerċjali.

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għoti ta’ kuntratti meta l-prodotti jew is-servizzi jkunu akkwistati għal finijiet governattivi u għall-għoti ta’ konċessjonijiet għal servizzi pprovduti għal finijiet governattivi u mhux bil-għan li jkun hemm bejgħ mill-ġdid kummerċjali jew bil-għan li jintużaw fil-produzzjoni ta’ prodotti jew fil-forniment ta’ servizzi għal bejgħ kummerċjali.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament. Min-naħa l-oħra, ma teżisti l-ebda konċessjoni ta’ provvista ta’ prodotti.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) 'fornitur' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li toffri prodotti fis-suq;

(a) ‘operatur ekonomiku’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew entità pubblika jew grupp ta’ tali persuni u/jew entitajiet li joffru t-twettiq ta’ xogħlijiet jew biċċa xogħol, il-provvista ta’ prodotti jew il-forniment ta’ servizzi fis-suq;

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fin-negozjati dwar id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) 'fornitur ta' servizzi' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li toffri t-twettiq ta' xogħlijiet jew biċċa xogħol, jew servizzi fis-suq;

(b) ‘offerent’ tfisser operator ekonomiku li jkun issottometta offerta;

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fin-negozjati dwar id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ‘prodotti jew servizzi koperti’ tfisser prodott jew servizz li joriġina minn pajjiż li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku inkluż impenji għall-aċċess għas-suq u li għalihom japplika l-ftehim relevanti. L-Anness I għal dan ir-Regolament jinkludi lista ta’ ftehimiet rilevanti;

(d) ‘prodotti jew servizzi koperti’ tfisser prodott jew servizz li joriġina minn pajjiż li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet inklużi impenji għall-aċċess għas-suq u li għalihom japplika l-ftehim relevanti. L-Anness I għal dan ir-Regolament jinkludi lista ta’ ftehimiet rilevanti;

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu (iż-żieda tar-referenza għall-konċessjonijiet kull darba li jissemma l-akkwist pubbliku); l-adozzjoni tar-regolament se jimplika emendi tekniċi fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) it-terminu 'operatur ekonomiku' għandu jkopri bl-istess mod il-kunċetti ta' fornitur u fornitur tas-servizz;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fin-negozjati dwar id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) operatur ekonomiku li ssottometta offerta għandu jissejjaħ 'offerent';

imħassar

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fin-negozjati dwar id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) 'penali obbligatorja fuq il-prezz' għandha tirreferi għal obbligu għall-entitajiet kontraenti li jżidu, suġġett għal ċerta eċċezzjonijiet, il-prezz tas-servizzi u/jew il-prodotti li joriġinaw minn ċertu pajjiżi terzi u li kienu ġew offerti fil-proċeduri tal-għoti tal-kuntratt.

(e) ‘penali obbligatorja fuq il-prezz’ għandha tirreferi għal obbligu għall-entitajiet kontraenti li jżidu, suġġett għal ċerta eċċezzjonijiet, il-prezz tas-servizzi u/jew il-prodotti li joriġinaw minn ċertu pajjiżi terzi u li kienu ġew offerti fil-proċeduri tal-għoti tal-kuntratt jew fil-proċeduri tal-għoti ta’ konċessjonijiet.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat (żieda tar-referenza għall-'proċeduri tal-għoti ta’ konċessjonijiet' meta ssir referenza għall-'proċeduri tal-għoti tal-kuntratt’, kemm fis-singular kif ukoll fil-plural); l-adozzjoni tagħha tirrikjedi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi b'rabta mal-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat mal-vokabularju speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) 'in-nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali' tfisser l-eżistenza ta' kwalunkwe miżura, proċedura jew prattika leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi, adottata jew imwettqa minn awtoritajiet pubbliċi jew entitajiet individwali ta' akkwist f'pajjiż terz, li jirrestrinġu l-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjonijiet b'mod partikolari b'nuqqas ta' trasparenza meta mqabbla ma' standards internazzjonali u dispożizzjonijiet leġiżlattivi u prassi amministrattivi diskriminatorji, li jirriżulta fi trattament diskriminatorju serju u rikorrenti fil-konfront tal-operaturi, l-oġġetti jew is-servizzi tal-Unjoni.

 

"Nuqqas ta’ reċiproċitá sostanzjali" għandu jiġi preżunt, fin-nuqqas ta' osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tax-xogħol elenkati fl-Anness XI għad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku [...] 2013 u fl-Anness XIV għad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u tas-servizzi postali [...] (2013) minn awtoritajiet pubbliċi wassal għal diffikultajiet affrontati minn impriżi Ewropej u li ġew rapportati lill-Kummissjoni, meta dawn l-impriżi jkunu ppruvaw jiżguraw l-għoti tal-kuntratti u ta' konċessjonijiet f’pajjiżi terzi.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-oriġini ta' prodott għandha tkun iddeterminata skont l-Artikolu 22 sa 26 tar-Regolament (KE) Nru 2913/1992 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità18.

1. L-oriġini ta’ prodott għandha tkun iddeterminata skont l-Artikolu 59 sa 63 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, inklużi d-dispożizzjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 65 tiegħu.

__________________

 

18 ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1

 

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament 2012/0027(COD) li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (Riformulazzjoni) attwalment qed jiġi ffinalizzat u se jħassar u jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 450/2008 (Kodiċi Doganali Modernizzat) kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 2913/1992. Għandu jiġi vvotat f’seduta plenarja f’Settembru u għandu jidħol fis-seħħ sa 1.11.2013.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-oriġini ta' servizz għandu jkun determinat skont l-oriġini tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tipprovdieh. L-oriġini tal-fornitur tas-servizz għandu jitqies bħala:

L-oriġini ta' servizz għandu jkun determinat skont l-oriġini tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tipprovdieh. L-oriġini tal-operatur ekonomiku li jipprovdi s-servizz għandha titqies bħala:

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fin-negozjati dwar id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trattament ta' prodotti u servizzi koperti

Trattament ta' prodotti u servizzi koperti

Meta jingħataw kuntratti għat-twettiq ta' xogħlijiet u/jew ta' biċċa xogħol, il-forniment ta' prodotti jew ta' servizzi, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw prodotti u servizzi koperti bl-istess mod bħall-prodotti u servizzi li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea.

Meta jingħataw kuntratti għat-twettiq ta’ xogħlijiet u/jew ta’ biċċa xogħol, il-forniment ta’ prodotti jew ta’ servizzi, jew meta jingħataw konċessjonijiet sabiex jitwettqu xogħlijiet jew għall-provvista ta’ servizzi, awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw prodotti u servizzi koperti bl-istess mod bħall-prodotti u servizzi li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea.

Prodotti jew servizzi li joriġinaw mill-pajjiżi lanqas żviluppati elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 732/2008 għandhom ikunu trattati bħala prodotti u servizzi koperti.

Prodotti jew servizzi li joriġinaw mill-pajjiżi l-anqas żviluppati elenkati fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp meqjusa bħala vulnerabbli minħabba nuqqas ta' diversifikazzjoni u integrazzjoni insuffiċjenti fl-ekonomija dinjija kif definit fl-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 għandhom ikunu trattati bħala prodotti u servizzi koperti.

Ġustifikazzjoni

Permezz ta’ din l-emenda r-rapporteur jixtieq jeskludi l-LDCs u l-pajjiżi li huma benefiċjarji potenzjali tal-SPĠ+ mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fuq talba tal-awtoritajiet/entitajiet kontraenti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk għandhiex tapprova, għall-kuntratti b’valur stmat ta’ EUR 5 000 000 jew aktar u li jeskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), l-esklużjoni mill-proċeduri għall-għoti ta’ offerti ta’ kuntratt li jinkludu prodotti jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni, jekk il-valur ta’ prodotti jew servizzi mhux koperti jkun jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta’ prodotti jew servizzi li jikkostitwixxu l-offerta, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin.

1. Meta l-Kummissjoni tibda investigazzjoni ta’ akkwist estern kif previst fl-Artikolu 8, il-Kummissjoni, fuq talba tal-awtoritajiet/entitajiet kontraenti u wara l-pubblikazzjoni tal-avviż tal-bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni, għandha tivvaluta jekk għandhiex tapprova, għall-kuntratti b’valur stmat ta’ EUR 5,000,000 jew aktar u li jeskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), l-esklużjoni mill-proċeduri għall-għoti ta’ offerti ta’ kuntratt li jinkludu prodotti jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni, jekk il-valur ta’ prodotti jew servizzi mhux koperti jkun jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta’ prodotti jew servizzi li jikkostitwixxu l-offerta, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin.

Ġustifikazzjoni

Permezz ta’ din l-emenda r-rapporteur jixtieq joħloq rabta iżjed mill-qrib bejn il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u l-Artikolu 8.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkollhom il-ħsieb li jagħmlu esklużjonijiet mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti abbażi tal-paragrafu 1, għandhom jindikaw dan fl-avviż tal-kuntratt li jippubblikaw skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/18/KE jew skont l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2004/17/KE jew l-Artikolu 26 tad-Direttiva dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni.

Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkollhom il-ħsieb li jagħmlu esklużjonijiet mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti abbażi tal-paragrafu 1, għandhom jindikaw dan b'mod ċar fil-parti introduttiva "tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi" jew "tad-dokument deskrittiv" kif imsemmi fl-Artikolu 2(15) tad-Direttivi [2014 / ... / UE] dwar l-akkwist pubbliku u tad-Direttiva [2014 / ... / UE] dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali, jew fil-parti introduttorja "tar-rekwiżiti tekniċi u funzjonali" kif imsemmi fl-Artikolu 2(13) tad-Direttiva [2014 / ... / UE] dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jirċievu offerti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 illi għandhom l-intenzjoni li jitolbu l-esklużjoni tagħhom minħabba dik ir-raġuni, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni. Matul il-proċedura ta’ notifika l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jkomplu bl-analiżi tagħhom tal-offerti.

Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jirċievu offerti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 illi għandhom l-intenzjoni li jitolbu l-esklużjoni tagħhom minħabba dik ir-raġuni, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien ġimgħa. Matul il-proċedura ta’ notifika l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jkomplu bl-analiżi tagħhom tal-offerti.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) deskrizzjoni tal-prodott tal-kuntratt;

(b) deskrizzjoni tal-prodott tal-kuntratt jew tal-konċessjoni;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da) fejn ikun xieraq, kwalunkwe informazzjoni oħra li titqies utli mill-Kummissjoni.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' titlob lill-awtorità/entità kontraenti għal tagħrif addizzjonali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Meta l-inkjesta ssir skont l-Artikolu 8, iż-żminijiet relatati ma’ din l-investigazzjoni għandhom jidhru f’dan l-Artikolu.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dak it-tagħrif għandu jkun ipprovdut fi żmien tmint ijiem ta’ xogħol, li jibdew fl-ewwel jum ta’ xogħol wara d-data li fiha tirċievi t-talba għal tagħrif addizzjonali. Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda tagħrif f’dan il-perjodu, il-perjodu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jkun sospiż, sakemm il-Kummissjoni tirċievi t-tagħrif mitlub.

Dak it-tagħrif għandu jkun ipprovdut fi żmien tmint ijiem kalendarji, li jibdew fl-ewwel jum kalendarju wara d-data li fiha tirċievi t-talba għal tagħrif addizzjonali. Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda tagħrif f’dan il-perjodu, il-perjodu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jkun sospiż, sakemm il-Kummissjoni tirċievi t-tagħrif mitlub.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur jixtieq jiżgura li t-terminu ‘jiem kalendarji’ jintuża b’mod konsistenti fil-proposta kollha minflok ma jintużaw b’mod varju t-termini ‘jiem’, ‘jiem kalendarji’ u ‘jiem ta’ xogħol’.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-kuntratti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni dwar l-approvazzjoni tal-esklużjoni maħsuba f'perjodu ta' xahrejn li jibda fl-ewwel ġurnata xogħol wara d-data li fiha tirċievi n-notifika. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2). Dan il-perjodu ta' żmien jista' jiġi estiż darba b'massimu ta' xahrejn f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, b'mod partikolari jekk it-tagħrif inkluż fin-notifika jew fid-dokumenti annessi magħha ma jkunx komplut jew mhux eżatt jew jekk il-fatti hekk kif rapportati jinbidlu b'mod sostanzjali. Jekk, fl-aħħar ta' dan il-perjodu ta' xahrejn, jew tal-perjodu ta' żmien estiż, il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni li tapprova jew ma tapprovax l-esklużjoni, l-esklużjoni għandha titqies bħala mhux approvata mill-Kummissjoni.

3. Fejn il-Kummissjoni ssib, għall-oġġetti u/jew is-servizzi li għalihom ġiet proposta l-esklużjoni, nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali kif definita f'punt (g) tal-Artikolu 2(1), hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li japprova l-esklużjoni tal-offerti kkonċernati mill-investigazzjoni f'konformitá mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2). Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati fi ħdan perjodu ta' xahar li jibda' mill-ewwel jum wara talba kif imsemmija fil-paragrafu 1. Dan il-perjodu ta’ żmien jista’ jiġi estiż darba b’massimu ta’ xahar f’każijiet iġġustifikati kif xieraq, b’mod partikolari jekk it-tagħrif inkluż fin-notifika jew fid-dokumenti annessi magħha ma jkunx komplut jew mhux eżatt jew jekk il-fatti hekk kif rapportati jinbidlu b’mod sostanzjali. Jekk, fl-aħħar ta’ dan il-perjodu ta’ xahar, jew tal-perjodu ta’ żmien estiż, il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni li tapprova jew ma tapprovax l-esklużjoni, l-esklużjoni għandha titqies bħala mhux approvata mill-Kummissjoni.

 

Dik l-esklużjoni għandha tkun miżura temporanja sakemm titlesta l-investigazzjoni esterna dwar l-akkwist kif prevesit fl-Artikolu 8, il-konklużjonijiet tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni prevista skont l-Artikolu 9 u, fejn japplika, l-adozzjoni ta' kwalunkwe miżura li tillimitaw l-aċċess ta’ prodotti jew servizzi mhux koperti fis-suq tal-Unjoni tal-akkwist pubbliku skont l-Artikolu 10.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur jixtieq jiżgura li t-terminu ‘jiem kalendarji’ jintuża b’mod konsistenti fil-proposta kollha minflok ma jintużaw b’mod varju t-termini ‘jiem’, ‘jiem kalendarji’ u ‘jiem ta’ xogħol’. Barra dan, ir-rpporteur jixtieq iqassar it-tul tal-proċeduri fil-proposta kollha sabiex tingħata protezzjoni iktar malajr.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) meta ftehim imsemmi fil-punt (a) ma jkunx jeżisti u l-pajjiż terz iżomm miżuri restrittivi tal-akkwist li jwasslu għal nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat.

(b) meta ftehim imsemmi fil-punt (a) ma jkunx jeżisti u l-pajjiż terz iżomm miżuri restrittivi tal-akkwist jew għall-għoti ta' konċessjoni li jwasslu għal nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat, b’mod partikolari meta dawk il-miżuri restrittivi jkunu ta’ ħsara għall-politika industrijali tal-UE.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-punt (b), għandu jkun preżunt nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali meta miżuri restrittivi tal-akkwist jirriżultaw f'diskriminazzjoni serja u ripetuta tal-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-Unjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu qed jiġi sostitwit mill-Artikolu 2(2) punt ea (ġdid).

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta tkun qed tivvaluta jekk jeżistix nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali, il-Kummissjoni għandha teżamina dan li ġej:

imħassar

(a) sa liema livell il-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku tal-pajjiż ikkonċernat jiżguraw trasparenza f’konformità mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u jipprekludu kwalunkwe diskriminazzjoni kontra l-prodotti, is-servizzi u l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni;

 

(b) sa liema livell l-awtoritajiet pubbliċi u/jew entitajiet tal-akkwist individwali japplikaw jew jadottaw prattiki diskriminatorji kontra prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu qed jiġi sostitwit mill-Artikolu 2(2) punt ea (ġdid).

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. wtoritajiet/entitajiet kontraenti li jkunu eskludew offerti abbażi tal-paragrafu 1, għandhom jindikaw dan fl-avviż tal-kuntratt li jippubblikaw skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/18/KE, l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2004/17/KE, jew l-Artikolu 27 tad-Direttiva dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-formoli standard għal notifiki ta’ għoti ta’ kuntratt. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għall-konformità mal-proċedura l-ġdida stabbilita fl-Artikolu 6.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-att ta' implimentazzjoni dwar l-aċċess temporanju tal-prodotti u servizzi minn pajjiż impenjat f'negozjati sostanzjali mal-Unjoni hekk kif stabbilit fl-Artikolu 9(4).

8. Paragrafu 1 jista' ma jkunx japplika fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-att ta’ implimentazzjoni dwar l-aċċess temporanju tal-prodotti u servizzi minn pajjiż impenjat f’negozjati mal-Unjoni hekk kif stabbilit fl-Artikolu 9(4). Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif dovut id-deċiżjoni korrispondenti tagħhom lill-entitá kontraenti li ressqet l-applikazzjoni.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-awtorità/entità kontraenti għandha l-ħsieb li, skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku jew skont l-Artikolu 79 tad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, wara li tivverifika l-ispjegazzjonijiet tal-offerent, taċċetta offerta anormalment baxxa li tinkludi prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni u li fiha l-valur tal-prodotti jew servizzi mhux koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali tal-prodotti jew servizzi li jikkostitwixxu l-offerta, għandha tinforma b'dan lill-offerenti l-oħrajn bil-miktub u tinkludi r-raġunijiet għan-natura anormalment baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti.

Fejn l-awtorità/entità kontraenti għandha l-ħsieb li, skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku jew skont l-Artikolu 79 tad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, wara li tivverifika l-ispjegazzjonijiet tal-offerent, taċċetta offerta anormalment baxxa li tinkludi prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni u li fiha l-valur tal-prodotti jew servizzi mhux koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali tal-prodotti jew servizzi li jikkostitwixxu l-offerta, għandha tinforma b'dan lill-offerenti l-oħrajn bil-miktub u tinkludi r-raġunijiet għan-natura anormalment baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jiżguraw li fit-twettiq tal-kuntratti pubbliċi l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tal-ambjent, soċjali u tax-xogħol elenkati fl-Anness XI tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku [...] 2013.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtorità/entità kontraenti tista' twaqqaf kwalunkwe divulgazzjoni ta' tagħrif fejn dan ikun jista' jostakola l-applikazzjoni tal-liġi, imur kontra l-interess pubbliku, jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi tal-operaturi ekonomiċi, kemm jekk pubbliċi jew privati, jew ikun jista' jippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

Wara li jiġu infurmati mill-awtorità/entità kontraenti bl-intenzjoni tagħhom li jaċċettaw offerta anormalment baxxa, l-offerenti l-oħrajn għandu jkollhom il-possibilità li jagħtu informazzjoni rilevanti lill-awtorità/entità kontraenti fi żmien raġonevoli sabiex l-awtorità/entità kontraenti tkun tista’ tieħu deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni b’għarfien sħiħ ta’ fatturi potenzjali li setgħu influwenzaw il-valutazzjoni tan-natura anormalent baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' fi kwalunke ħin, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-partijiet interessati jew ta' Stat Membru, tiftaħ investigazzjoni esterna dwar l-akkwist fir-rigward ta' miżuri allegatament restrittivi tal-akkwist, meta tqis li din l-azzjoni tkun fl-interess għall-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunke ħin, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-partijiet interessati, l-awtorità/entità kontraenti jew ta’ Stat Membru, tiftaħ investigazzjoni esterna dwar l-akkwist fir-rigward ta’ miżuri allegatament restrittivi tal-akkwist. Fid-deċiżjoni tagħha biex tinbeda investigazzjoni tal-akkwist esterna, il-Kummissjoni għandha tqies in-numru ta' talbiet li saru mill entitajiet/awtoritajiet kontraenti jew mill-Istati Membri. Fil-każ li l-Kummissjoni tirrifjuta li tiftaħ investigazzjoni, għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha lill-Istat Membru, il-parti interessata jew l-entità kontraenti li jkunu għamlu t-talba.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tqis jekk għadd ta' esklużjonijiet maħsuba kinux approvati skont l-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-investigazzjoni msemmija f'paragrafu 1 titwettaq abbażi tal-kriterja stipulati f'Artikolu 6.

2. L-investigazzjoni msemmija f'paragrafu 1 titwettaq abbażi tal-kriterja stipulati f'Artikolu 2ga.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-valutazzjoni li titwettaq mill-Kummissjoni dwar jekk miżuri restrittivi tal-akkwist ikunux qed jiġu applikati minn pajjiżi terzi kkonċernati għandha ssir abbażi ta' tagħrif mogħti minn partijiet interessati u Stati Membri u/jew fatti miġbura mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni tagħha, u għandha tiġi konkluża f'perjodu ta' disa' xhur wara li tkun bdiet l-investigazzjoni. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq dan il-perjodu ta’ żmien jista’ jiġi estiż bi tliet xhur.

3. Il-valutazzjoni li titwettaq mill-Kummissjoni dwar jekk miżuri restrittivi tal-akkwist ikunux qed jiġu applikati minn pajjiżi terzi kkonċernati għandha ssir abbażi ta’ tagħrif mogħti minn partijiet interessati u Stati Membri u/jew fatti miġbura mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni tagħha jew ir-rapporti regolari tagħha dwar l-ostakli kummerċjali li jeżistu fil-pajjiżi terzi; u għandha tiġi konkluża f’perjodu ta’ tliet xhur wara li tkun bdiet l-investigazzjoni. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq dan il-perjodu ta’ żmien jista’ jiġi estiż b’xahar.

 

Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni għandha tqis it-talbiet li saru mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għall-investigazzjonijiet skot l-Artikolu 6 paragrafu 1 wara li jkunu nbdew il-proċeduri stabbiliti f'dan l-artikolu.

Ġustifikazzjoni

Barra dan, ir-rpporteur jixtieq iqassar it-tul tal-proċeduri fil-proposta kollha sabiex jipprovdi ħarsien iktar malajr.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta, wara li tkun inbdiet il-konsultazzjoni, il-pajjiż ikkonċernat jieħu miżuri rimedjali/korrettivi sodisfaċenti, iżda dan mingħajr ma jieħu impenji ġodda għall-aċċess għas-suq, il-Kummissjoni tista' tissospendi jew ittemm il-konsultazzjoni.

Meta, wara li tkun inbdiet il-konsultazzjoni, il-pajjiż ikkonċernat jieħu miżuri rimedjali/korrettivi sodisfaċenti, iżda dan mingħajr ma jieħu impenji ġodda għall-aċċess għas-suq, il-Kummissjoni tista’ tissospendi, ittemm il-konsultazzjoni, jew tistieden lill-pajjiż konċernat biex jibda negozjati, skont l-Artikolu 9(4).

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-miżuri rimedjali/korrettivi li jkunu ttieħdu mill-pajjiż terz ikkonċernat jintemmu, jiġu sospiżi jew implimentati b'mod mhux xieraq, il-Kummissjoni tista':

Fejn il-miżuri rimedjali/korrettivi li jkunu ttieħdu mill-pajjiż terz ikkonċernat jintemmu, jiġu sospiżi jew implimentati b’mod mhux xieraq, il-Kummissjoni taġixxi skont l-Artikolu 10 sabiex tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tillimita l-aċċess ta’ prodotti u servizzi li joriġinaw f’pajjiż terz.

Ġustifikazzjoni

Permezz ta’ din l-emenda r-rapporteur jixtieq jevita proċedura ta’ konsultazzjoni li ma tintemm qatt.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) tkompli jew terġa tibda l-konsultazzjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, u/jew

imħassar

Ġustifikazzjoni

Permezz ta’ din l-emenda r-rapporteur jixtieq jevita proċedura ta’ konsultazzjoni li ma tintemm qatt.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) tieħu azzjoni skont Artikolu 10 li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tillimita l-aċċess għal prodotti u servizzi li joriġinaw minn pajjiż terz

imħassar

Ġustifikazzjoni

Permezz ta’ din l-emenda r-rapporteur jixtieq jevita proċedura ta’ konsultazzjoni li ma tintemm qatt.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk, wara li tkun bdiet il-konsultazzjoni, jidher li l-aktar mod xieraq sabiex tintemm prattika restrittiva ta’ akkwist tkun il-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali, għandhom jitwettqu negozjati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Jekk pajjiż ikun impenja ruħu f’negozjati sostanzjali mal-Unjoni Ewropea dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jipprevedi li l-prodotti u s-servizzi minn dak il-pajjiż ma jistgħux jiġu esklużi mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti skont l-Artikolu 6.

4. Jekk, wara li tkun bdiet il-konsultazzjoni, jidher li l-aktar mod xieraq sabiex tintemm prattika restrittiva ta’ akkwist tkun il-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali, għandhom jitwettqu negozjati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Jekk pajjiż ikun impenja ruħu f’negozjati mal-Unjoni Ewropea dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jipprevedi li l-prodotti u s-servizzi minn dak il-pajjiż ma jistgħux jiġu esklużi mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti skont Artikolu 6. Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif dovut id-deċiżjoni korrispondenti tagħhom lill-entitá kontraenti li ressqet l-applikazzjoni.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' ttemm il-konsultazzjoni jekk il-pajjiż ikkonċernat jieħu impenji internazzjonali mifthema mal-Unjoni fi kwalunkwe wieħed minn dawn l-oqsfa li ġejjin:

Il-Kummissjoni tista’ ttemm il-konsultazzjoni jekk il-pajjiż ikkonċernat ikun ħa l-miżuri li ġejjin mal-Unjoni jew fuq livell internazzjonali:

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a) impenji internazzjonali ġew miftehma mal-Unjoni Ewropea fi kwalunkwe minn dawn l-oqsfa li ġejjin:

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) Espansjoni tal-impenji tiegħu għall-aċċess għas-suq li ttieħdu fil-kuntest tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwist tal-Gvern jew fil-kuntest tal-ftehim bilaterali konkluż mal-Unjoni f’dak il-qafas,

(iii)Espansjoni tal-impenji tiegħu għall-aċċess għas-suq li ttieħdu fil-kuntest tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwist tal-Gvern (GPA) jew fil-kuntest ta' ftehim bilaterali konkluż mal-Unjoni f’dak il-qafas, u

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) jiġu adottati miżuri korrettivi mill-pajjiż ikkonċernat

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fil-każ li konsultazzjoni ma’ pajjiż terz ma twassalx għal riżultati sodisfaċenti fi żmien 15-il xahar mid-data meta tkun bdiet il-konsultazzjoni mal-pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha ttemm il-konsultazzjoni u tikkunsidra azzjoni skont l-Artikolu 10 biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jillimitaw l-aċċess ta’ prodotti u servizzi li joriġinaw minn pajjiż terz.

6. Fil-każ li konsultazzjoni ma’ pajjiż terz ma twassalx għal riżultati sodisfaċenti fi żmien 12-il xahar mill-jum kalendarju meta tkun bdiet il-konsultazzjoni mal-pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha ttemm il-konsultazzjoni u tikkunsidra azzjoni skont l-Artikolu 10 biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jillimitaw l-aċċess ta’ prodotti u servizzi li joriġinaw minn pajjiż terz.

Ġustifikazzjoni

Barra dan, ir-rpporteur jixtieq iqassar it-tul tal-proċeduri fil-proposta kollha sabiex jipprovdi ħarsien iktar malajr.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn f'investigazzjoni skont Artikolu 8, u wara li tkun segwita l-proċedura prevista f'Artikolu 9, jinsab li miżuri restrittivi tal-akkwist adottati jew applikati minn dak il-pajjiż terz wasslu għal nuqqas ta' reċiproċità importanti fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz, kif imsemmi f'Artikolu 6, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tillimita temporanjament l-aċċess għal prodotti u servizzi mhux koperti li joriġinaw minn pajjiż terz. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

1. Meta f’investigazzjoni skont l-Artikolu 8, u wara li tkun ġiet segwita l-proċedura prevista fl-Artikolu 9, tinstab nuqqas ta’ reċiproċità importanti fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz, kif imsemmi f'punt (ga) tal-Artikolu 2(1), il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tillimita temporanjament l-aċċess għal prodotti u servizzi mhux koperti li joriġinaw minn pajjiż terz.sa perjodu ta' ħames snin, li jista' jiġi estiż għal ħames snin oħra. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

Ġustifikazzjoni

Permezz ta’ din l-emenda r-rapporteur jixtieq jillimita l-esklużjoni mandatorja ta’ ċerti prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għal 5 snin.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri adottati skont il-paragrafu 1 jistgħu, b'mod partikolari, ikunu limitati għal:

Il-Kummissjoni ma għandhiex tapprova esklużjoni maħsuba fejn din tkun tikser l-impenji għall-aċċess għas-suq li tkun ħadet l-Unjoni fil-ftehimiet internazzjonali tagħha. Miżuri adottati skont il-paragrafu 1 jistgħu, b'mod partikolari, ikunu limitati għal:

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk il-miżuri adottati skont l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 10 ma jkunu, fil-frattemp, ġew sospiżi jew imħassra, għandhom jiskadu ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħhom.

Ġustifikazzjoni‑{}

Permezz ta’ din l-emenda r-rapporteur jixtieq jillimita l-esklużjoni mandatorja ta’ ċerti prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għal 5 snin.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li, fil-qafas tal-proċedura tal-akkwist, ma japplikawx il-miżuri skont Artikolu 10 jekk:

1. Awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex, fil-qafas tal-proċedura tal-akkwist, ma tapplikax il-miżuri skont Artikolu 10 jekk:

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla hija meħtieġa minħabba r-rabta iktar mill-qrib bejn l-Artikolu 6 u l-Artikolu 8 u t-tibdil rispettiv fihom.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk, fl-aħħar ta’ 15-il jum kalendarju, il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni li tapprova jew ma tapprovax din it-talba, għandu jitqies li t-talba ma tkunx ġiet approvata mill-Kummissjoni. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, din l-iskadenza tista’ tiġi estiża b’perjodu massimu ieħor ta’ ħamest ijiem kalendarju.

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla hija meħtieġa minħabba r-rabta iktar mill-qrib bejn l-Artikolu 6 u l-Artikolu 8 u t-tibdil rispettiv fihom.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn awtorità/entità kontraenti jkollha l-intenzjoni li ma tapplikax il-miżuri adottati skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, jew applikabbli mill-ġdid skont l-Artikolu 11, għandha tindika dan fin-notifika ta’ kuntratt li għandha tippubblika skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/18/KE jew l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2004/17/KE. Għandha tinnotifika lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem kalendarji wara l-pubblikazzjoni tan-notifika tal-kuntratt.

Fejn awtorità/entità kontraenti jkollha l-intenzjoni li ma tapplikax il-miżuri adottati skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, jew applikabbli mill-ġdid skont l-Artikolu 11, għandha tindika dan fin-notifika ta’ kuntratt li għandha tippubblika skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/18/KE jew l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2004/17/KE.

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla hija meħtieġa minħabba r-rabta iktar mill-qrib bejn l-Artikolu 6 u l-Artikolu 8 u t-tibdil rispettiv fihom.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-notifika għandha tintbagħat permezz ta' mezzi elettroniċi u bl-użu ta' formoli standard. Il-Kummissjoni għanda tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli standard għan-notifiki tal-kuntratti u n-notifikazzjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(3).

Il-Kummissjoni għanda tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli standard għan-notifiki tal-kuntratti skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(3).

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla hija meħtieġa minħabba r-rabta iktar mill-qrib bejn l-Artikolu 6 u l-Artikolu 8 u t-tibdil rispettiv fihom.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-notifika għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

imħassar

(a) l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità/entità kontraenti;

 

(b) deskrizzjoni tal-prodott tal-kuntratt;

 

(c) tagħrif dwar l-oriġini tal-operatur ekonomiku, il-prodotti u/jew is-servizzi li għandhom jiġu ammessi;

 

(d) ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni li ma jiġux applikati miżuri restrittivi u ġustifikazzjoni ddettaljata għall-użu tal-eċċezzjoni;

 

(e) fejn xieraq, kwalunkwe tagħrif ieħor meqjus bżonnjuż mill-awtorità/entità kontraenti.

 

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla hija meħtieġa minħabba r-rabta iktar mill-qrib bejn l-Artikolu 6 u l-Artikolu 8 u t-tibdil rispettiv fihom.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 14 tista' tkun revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ b’effett mill-jum ta’ wara l-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 14 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ fil-ġurnata kalendarja wara dik tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni msemmija. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur jixtieq jiżgura li t-terminu ‘jiem kalendarji’ jintuża b’mod konsistenti fil-proposta kollha minflok ma jintużaw b’mod varju t-termini ‘jiem’, ‘jiem kalendarji’ u ‘jiem ta’ xogħol’.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 16 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Kundizzjonijiet tal-akkwist fil-qafas ta’ programmi ffinanzjati mill-Unjoni fil-pajjiżi terzi.

 

Fil-qafas tas-kuntratti pubbliċi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura l-implimentazzjoni ta’ qafas regolatorju vinkolanti, sabiex jirregola l-akkwist u l-implimentazzjoni tal-kuntratti pubbliċi internazzjonali. F'dak il-kuntest, l-Unjoni għandha tadotta regoli uniformi biex tiżgura kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni leali bejn l-Unjoni u operaturi ekonomiċi ta' pajjiżi terzi.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-uffiċjali tagħhom m'għandhomx jiżvelaw kwalunkwe tagħrif ta' natura kunfidenzjali li jasal skont dan ir-Regolament, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur ta' dan it-tagħrif.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu jiġi sostitwit mill-Paragrafu 18 paragrafu 4a (ġdid).

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 18 - paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-informazzjoni li tasal skont dan ir-Regolament u ddikjarata mill-fornitur tal-informazzjoni li hi ta’ natura kunfidenzjali, taħt l-ebda ċirkostanzi m’għandha tiġi żvelata, sakemm il-fornitur ma jagħtix il-permess speċifiku tiegħu.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-1 ta' Jannar 2017, u mill-inqas kull tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar il-progress li jkun sar fin-negozjati internazzjonali, skont dan ir-Regolament, fir-rigward tal-aċċess għall-operaturi ekonomiċi tal-UE għall-proċeduri ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi fil-pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, tagħrif xieraq.

Mill-inqas kull tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar il-progress li jkun sar fin-negozjati internazzjonali, skont dan ir-Regolament, fir-rigward tal-aċċess għall-operaturi ekonomiċi tal-UE għall-proċeduri ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi fil-pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, tagħrif xieraq. Meta l-Kummissjoni tissottometti t-tieni rapport tagħha, għandha tippreżenta wkoll lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill proposta leġiżlattiva għal Regolament emendat jew inkella tistabbilixxi raġunijiet għaliex fl-opinjoni tagħha ma huwa meħtieġ l-ebda tibdil. Jekk il-Kummissjoni ma tikkonformax ma’ dan l-obbligu, ir-Regolament jieqaf japplika fi tmiem it-tieni sena wara s-sottomissjoni tat-tieni rapport.

Ġustifikazzjoni

B’din l-emenda r-rapporteur jixtieq jintroduċi klawżola ta’ reviżjoni.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE għandhom ikunu rrevokati b’effett mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE għandhomx jinżammew. Fid-dawl tal-konlużjonijiet ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva li tirrevoka dawk l-Artikoli b’effett mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE ( Direttiva tal-Utilitajiet ) inżammu mid -Parlament Ewropew fil-proposta riveduta għad-Direttiva tal-Utilitajiet , peress li l- eżitu tan-negozjati dwar dan ir-Regolament għadu mhux ċar. Biex tiġi evitata kwalunkwe lakuna legali, m'għandux ikun hemm revoka awtomatika ta' dawl l-artikoli. Il-KE għandha tkun tista' tagħmel valutazzjoni biex tivverifika jekk jekk huwiex relavanti li dawk l-artikoli jiġu revokati. Din id-deċiżjoni se tittieħed skont din il-valutazzjoni. Deċiżjoni li tirrevoka l-artikoli ta ' test leġiżlattiv ieħor ma tidhirx li hi possibbli f'rabta mal-kunċett ta' atti delegati kif definiti fl-Artikolu 290 tat- Trattat dwar il- Funzjonament tal-UE , peress li atti ddelegati għandhom jirreferu biss għal partijiet mhux essenzjali ta' test leġiżlattiv u jikkonċernaw modifiki li għandhom isiru fuq it-test leġislattiv li qed jiġi eżaminat ,u mhux fuq test leġiżlattiv ieħor (referenza trasversali ). Il-PE għandu jkun assoċjat ma' din id-deċiżjoni. Għalhekk jekk f'sens legali l-użu ta' atti delegati ma jkunx possibbli, it-tħassir tal-Artikoli 58 u 59 għandhom isiru permezz ta' proposta leġiżlattiva.

NOTA SPJEGATTIVA

Fil-21 ta’ Marzu 2012 il-Kummissjoni ppreżentat l-hekk imsejħa Inizjattiva Internazzjonali tal-Akkwist: proposta għal regolament għar-restrezzjoni tal-aċċess għas-suq tal-akkwist pubbliku tal-UE għall-pajjiżi terzi li ma joffrux aċċess reċiproku għas-swieq tagħhom. L-għan tal-Kummissjoni hu li jinħalaq effett ta’ lieva fin-negozjati kummerċjali bilaterali mal-pajjiżi terzi dwar il-ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku. L-Artikolu III:8 tal-GATT u l-Artikolu XIII tal-GATS jeskludu l-akkwisti pubbliċi mid-dixxiplini multilaterali ewlenin tad-WTO. Bosta pajjiżi terzi jsibuha bi tqila sabiex jiftħu s-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom għall-kompetizzjoni internazzjonali jew li jiftħu dawk is-swieq aktar milli diġà għamlu. Bħala riżultat ta’ dan, l-operaturi ekonomiċi tal-UE jaffrontaw prattiki restrittivi tal-akkwist mingħand bosta sħab kummerċjali tal-Unjoni.

Minbarra negozjati kummerċjali li għaddejjin mal-msieħba kummerċjali ewlenin (bħall-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġappun jew l-Indja) u impenji meħuda minn 15-il Partit tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA) plurilaterali [1] – li ġie rivedut u qed jistenna l-approvazzjoni mill-Kunsill u l-Parlament – ir-regolament propost huwa maħsub sabiex jikkomplimenta l-isforzi li għaddejjin tal-UE biex tiftaħ is-swieq tal-akkwisti pubbliċi għall-kumpaniji tal-UE fil-pajjiżi terzi.

Il-ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliċi

Jidher li qed jiżdied in-nuqqas ta’ qbil bejn, min-naħa waħda, it-trasparenza ġuridika tas-swieq tal-akkwist pubbliku tal-UE u l-ambizzjonijiet u l-interessi f’dan il-qasam tal-UE, u, min-naħa l-oħra, il-prattiki restrittivi tal-imsieħba kummerċjali ewlenin.

Is-suq ta-akkwist pubbliku tal-UE huwa de jure prinċipalment miftuħ għall-kompetizzjoni internazzjonali, li jirrifletti l-impenn tal-UE lejn il-kummerċ liberu. Skont il-Kummissjoni[2], is-sehem tal-akkwist pubbliku tal-UE huwa stmat bejn 15 u 20 % tal-PDG tal-UE, waqt li 85 % tas-swieq Ewropej huma miftuħa għal ammont ta’ EUR 352 biljun, meta mqabbla mat-32 % ta’ dawk tal-Istati Uniti għal ammont ta’ EUR 178 biljun, u 28 % ta’ dawk Ġappuniżi għal ammont ta’ EUR 27 biljun. Madankollu, xi esperti – kif deskritt fil-qosor fl-istima ddettaljata tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni mill-Parlament [3] – isostnu li jista’ jkun li l-Kummissjoni kkalkulat ħażin il-livell relattiv ta’ trasparenza tas-swieq tal-akkwist tal-UE fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha tal-proposta. Huma ssuġġerew li l-iffukar kellu jkun fuq it-trasparenza de facto mkejla permezz tar-rata ta’ penetrazzjoni. Għandu jiġi nnutat f’dan il-kuntest, li r-rata ta’ penetrazzjoni tiddependi fuq għadd ta’ fatturi differenti bħad-daqs tas-suq, l-ostakli lingwistiċi, it-teknoloġija (inkluża l-ispeċjalizzazzjoni), fatturi determinanti oħra ta’ penetrazzjoni tal-importazzjonijiet b’influwenza ta’ vantaġġ komparattiv, iżda wkoll il-mod li bih l-impriżi barranin jipparteċipaw fis-suq tal-akkwist tal-UE, prinċipalment permezz tal-parteċipazzjoni ta’ affiljati barranin fis-swieq tal-akkwist pubbliku. Din hija relativament għolja fl-UE (penetrazzjoni indiretta).

B’mod ġenerali, is-swieq tal-akkwist pubbliku jikkostitwixxu interess offensiv b’saħħtu tal-UE fin-negozjati kummerċjali mal-pajjiżi terzi, billi bosta kumpaniji tal-UE huma kompetittivi ħafna f’ħafna setturi.

Saret ħaġa ovvja li bosta pajjiżi terzi mhumiex lesti li jiftħu s-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom għall-kumpaniji tal-UE. Barra dan, il-Kummissjoni osservat żieda fl-għadd ta’ miżuri protezzjonistiċi meħuda mill-pajjiżi terzi f’dawn l-aħħar snin, li de facto jew de jure jirrestrinġu l-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom. Dan jinkludi rekwiżiti protezzjonistiċi bħall-impożizzjoni ta’ trasferimenti tat-teknoloġija bħala kundizzjoni għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jew rekwiżiti ta’ kontenut lokali.

Sa issa, l-UE sa ċertu punt biss irnexxielha tiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku permezz ta’ ftehimiet kummerċjali. Il-GPA għandu biss ftit pajjiżi firmatarji – ma jidhirx li l-ekonomiji emerġenti l-kbar bħall-Indja, il-Brażil u ċ-Ċina huma daqshekk interessati li jingħaqdu mal-GPA fil-futur qarib. Minkejja r-reviżjoni tal-GPA, il-GPA għadu jinkludi eċċezzjonijiet varji u ma jimpenjax b’mod sistematiku l-livelli kollha tal-gvern. Il-Ftehim Bilaterali ta’ Kummerċ Ħieles (FTA) tal-UE mal-pajjiżi terzi ta’ spiss jinkludi wkoll eżenzjonijiet għall-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku għall-kumpaniji tal-UE. Meta wieħed jikkunsidra li s-swieq tal-akkwist pubbliku tal-UE fil-parti l-kbira tagħhom huma miftuħa għall-offerenti barranin, kien diffiċli għall-Kummissjoni li tissodisfa l-impenji magħmula mill-pajjiżi terzi f’dan il-qasam fin-negozjati kummerċjali.

Kwistjoni ta’ azzjoni fil-livell tal-UE?

Il-possibbiltà li jiġi ristrett l-aċċess għas-swieq għall-pajjiżi terzi mhux involuti f’negozjati kummerċjali mal-UE għandha l-għan li toħloq effett ta’ lieva fin-negozjati kummerċjali mal-pajjiżi terzi bil-għan li jinfetħu s-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom. Dan jista’ jsir b’konformità sħiħa mal-liġi tad-WTO billi l-akkwist pubbliku mhuwiex kopert mill-ftehim multilaterali tad-WTO. Billi l-UE jista’ jkollha l-possibbiltà li tagħlaq is-swieq tal-akkwist pubbliku tagħha b’mod temporanju u b’mod parzjali għal kumpaniji ta’ pajjiżi terzi, li japplikaw miżuri tal-akkwist restrittivi, il-Kummissjoni temmen li dan għandu jagħti inċentiv lill-pajjiżi terzi biex jibdew negozjati dwar din il-kwistjoni mal-UE.

L-aċċes għas-swieq għall-akkwist pubbliku min-naħa ta’ kumpaniji mill-pajjiżi terzi huwa parti mill-Politika Kummerċjali Komuni (CCP) tal-UE, li taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Attwalment jeżistu żewġ każijiet biss li fihom l-UE rrestrinġiet dan l-aċċess billi pprovdiet il-possibbiltà lill-Istati Membri (jew l-entitajiet kontraenti tagħhom) li jirrifjutaw offerti minn pajjiżi terzi: fis-settur tal-utilitajiet (pereżempju s-servizzi postali tat-telekomunikazzjoni, l-ilma, l-enerġija), id-Direttiva 2004/17/KE tipprevedi l-possibbiltà għall-entitajiet kontraenti li jirrifjutaw prodotti barranin li ma jkunu koperti minn ebda impenn internazzjonali tal-UE mill-proċedura tal-offerti tagħha jew li jagħtu preferenza lill-offerti Ewropej u l-offerti koperti mill-obbligi internazzjonali tal-UE, f’każijiet ta’ offerti ekwivalenti. Fil-qasam tad-difiża, premessa fid-Direttiva dwar l-Akkwist fl-Oqsma tad-Difiża u s-Sigurtà (2009/81/KE) tikkonferma li huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu jekk l-awtoritajiet kontraenti tagħhom jistgħux jaċċettaw jew le offerti minn pajjiżi terzi.

L-operaturi ekonomiċi mill-pajjiżi terzi, li jżommu restrizzjonijiet jew kundizzjonalità importanti għall-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom u, għaldaqstant, ma jipprovdux aċċess reċiproku, qegħdin dejjem iżjed jagħmlu offerti fil-proċedimenti tal-akkwist pubbliku tal-UE. Din is-sitwazzjoni wasslet sabiex ċerti Stati Membri ħadu miżuri b’mod unilaterali sabiex jirrestrinġu l-aċċess għall-operaturi ekonomiċi ta’ pajjiżi terzi, li magħhom l-UE ma ffirmat l-ebda impenn ta’ aċċess għas-swieq. Hu probabbli li l-miżuri nazzjonali jew reġjonali li jirrestrinġu l-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku għall-miżuri tal-pajjiżi terzi jimminaw il-prinċipju ta’ uniformità tas-CCP u jmorru kontra l-kompetenza esklużiva tal-Unjoni f’dan il-qasam kif iddikjarat fl-Artikolu 3(1)(e) TFUE.

Barra dan, l-UE qablet dwar riżerva ta’ aċċess esklużiv għas-swieq meħuda mill-UE ma’ pajjiżi terzi fil-qafas ta’ għadd ta’ ftehimiet kummerċjali. Il-Kummissjoni ssostni li fl-interessi taċ-ċarezza u t-trazparenza legali, jeħtieġ li dawn ir-riżervi jiġu ttrasferiti fil-liġi tal-UE. Kwalunkwe restrizzjoni għandha tiġi stipulata b’mod ċar mill-awtoritajiet kontraenti u għandha tkun soġġetta għal approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-UE sabiex tinżamm l-uniformità tas-CCP u l-applikazzjoni tagħha. L-istrument jipprovdi bażi legali għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li jittrasferixxu dawn ir-restrizzjonijiet għas-swieq, u, għaldaqstant, iżidu t-trasparenza tas-swieq tal-akkwist pubbliku.

It-titjib tar-regolament propost

Il-proposta tressqet b’mod konġunt mill-Kummissarju Barnier u l-Kummissarju de Gucht, li t-tnejn iddikjaraw li jemmnu bis-sħiħ fil-ħtieġa li l-Unjoni jkollha dan l-istrument.

Madankollu, ir-reazzjonijiet fil-Kunsill kienu mħallta: bi blokk ta’ Stati Membri li appoġjaw il-proposta, u blokk ugwalment importanti ta’ Stati Membri li ma pperċepewx ħtieġa għal azzjoni u rrifjutaw l-idea billi jqisu l-istrument bħala miżura protezzjonistika, li jista’ jkollha riperkussjonijiet negattivi fuq il-kummerċ globali (prinċipalment permezz ta’ miżuri possibbli ta’ ritaljazzjoni minn pajjiżi terzi b’saħħithom). Sfortunatament, il-Kunsill ma kienx kapaċi jiżblokka din is-sitwazzjoni u jippromwovi diskussjonijiet dwar is-sustanza tal-proposta. Ir-rapporteur jixtieq jissuġġerixxi ftit emendi, li jistgħu jgħinu jnaqqsu d-distanza bejn l-oppożituri feroċi u l-promoturi qawwija tal-proposta:

Jiġi vvalutat l-impatt tagħha u jiġi rivedut l-istrument: Fl-opinjoni tar-rapporteur, ma ngħatat l-ebda tweġiba ssustanzjata għall-mistoqsija, jekk ir-regolament hux se jikkontribwixxi jew le għal iżjed ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku jew jekk hux se jkun strument protezzjonistiku. Għalhekk, l-oġġezzjoni tal-istrument kollu kemm hu kieku tkun disputabbli wkoll. Għaldaqstant, ir-rapporteur jissuġġerixxi li tiġi inkorporata klawżola ta’ reviżjoni, li tobbliga lill-Kummissjoni tanalizza l-impatt tar-regolament, wara li jkun daħal fis-seħħ u jkun ġie applikat għal għadd ta’ snin, u tirrevedih skont kif xieraq. Għall-istess raġuni, ir-rapporteur jissuġġerixxi li l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura restrittiva meħuda permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni tiġi llimitata għal massimu ta’ 5 snin (b’mod simili għad-dispożizzjonijiet fir-Regolamenti dwar id-Difiża tal-Kummerċ tal-UE) sabiex jiġi evitat li dawn il-miżuri jirriżultaw f’għeluq permanenti tas-suq.

Jiġi protett il-prinċipju ta’ uniformità tas-CCP: Kif imsemmi hawn fuq, l-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE jipprevedu l-esklużjoni mis-swieq tal-akkwist pubbliku tal-fornituri ta’ prodotti u servizzi partikolari minn pajjiżi terzi. Dawk id-dispożizzjonijiet m’għandhomx jibqgħu japplikaw ladarba r-regolament jidħol fis-seħħ. Barra dan, jeżistu dispożizzjonijiet nazzjonali u/jew reġjonali f’diversi Stati Membri. Sabiex jiġi pprevenut it-tgħawwiġ tas-suq intern, u fl-istess ħin jiġi żgurat effett ta’ lieva effiċjenti li għandu jinkiseb permezz tas-CCP, għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fir-Regolament li l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kontraenti tagħhom ma jistgħux jirrestrinġu l-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-pajjiżi terzi bl-ebda mezzi oħra għajr dawk previsti f’dan ir-Regolament.  

Tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern: Jeżisti r-riskju li l-Artikolu 6 kif propost mill-Kummissjoni se jwassal għal frammentazzjoni tas-suq intern, billi awtorità kontraenti fi Stat Membru partikolari tkun tista’ titlob li teskludi ċertu offerent barrani abbażi ta’ dan l-Artikolu, waqt li l-istess offerent ikun jista’ jikkompeti għal proġett simili ma’ kumpaniji oħra fi Stat Membru ieħor. Għaldaqstant, għandu jkun ċar li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jieħdu azzjoni biss sabiex jitolbu miżuri għar-restrizzjoni tal-aċċess għas-suq tal-akkwist pubbliku tagħhom għal ċerti pajjiżi terzi jekk il-Kummissjoni tkun iddeċidiet li tniedi investigazzjoni dwar in-nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali min-naħa tal-pajjiż terz ikkonċernat. Għall-istess raġuni, l-awtoritajiet kontraenti m’għandhomx ikunu kapaċi jużaw l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 13 sabiex jevitaw l-applikazzjoni tal-miżuri meħuda mill-Unjoni mingħajr ma jiġu ssorveljati b’mod strett mill-Kummissjoni. Hemm bżonn ta’ mekkaniżmu li jippermetti li l-Kummissjoni tkun tista’ tipprojbixxi, sakemm ma jkunx hemm ġustifikazzjoni xierqa, li awtorità kontraenti tevoka eċċezzjoni.

Tiġi evitata ħsara lill-pajjiżi fil-fażi ta’ żvilupp: Jeżisti riskju li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jistgħu jkunu l-vittmi każwali ta’ dan l-istrument minħabba l-fatt li, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tagħhom, ċerti pajjiżi li qed jiżviluppaw għad mhumiex fil-pożizzjoni li jiftħu s-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom. Il-proposta diġà teskludi l-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Ir-rapporteur jissuġġerixxi li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw mhux koperti mill-istrument. Sabiex ikun hemm koerenza mal-politika kummerċjali ġenerali tal-UE, il-leġiżlazzjoni kummerċjali eżistenti tal-UE għandha tittieħed bħala r-referenza għad-definizzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE ma’ tali pajjiżi. Għal dan il-għan, ir-Regolament GSP jipprevedi qafas komprensiv u bi ftit tibdil[4]. Waqt li jkun kontroproduċenti għall-għan tal-proposta li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament il-pajjiżi kollha, li (għadhom) mhumiex ekonomiji żviluppati, hija meħtieġa iżjed differenzjazzjoni: il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li jitqiesu vulnerabbli minħabba n-nuqqas ta’ diversifikazzjoni u integrazjoni insuffiċjenti fis-sistema kummerċjali internazzjonali, għandhom jiġu esklużi wkoll mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-istrument.

  • [1]  Dawn huma l-Armenja, il-Kanada, l-UE rigward it-28 Stat Membru tagħha, Ħong Kong, l-Islanda, l-Iżrael, il-Ġappun, il-Korea, il-Liechtenstein, in-Norveġja, Singapore, l–Isvizzera, it-Tajwan, l-Istati Uniti, il-Pajjiżi l-Baxxi f’isem Aruba.
  • [2]  Sors: Stqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni Ewropea: Inizjattiva dwar l-akkwist pubbliku estern – Mistoqsijiet Frekwenti, 21 ta’ Marzu 2012.
  • [3]  Sors: L-aċċess reċiproku tal-pajjiżi terzi għall-akkwist pubbliku tal-UE – stima dettaljata magħmula mill-Unità tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-PE tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni Ewropea, Ġunju 2013.
  • [4]  Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati.

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (22.10.2013)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi
(COM(2012)0124 – C7-0084/2012 – 2012/0060(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Frank Engel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Objettiv tal-Proposta

F’Marzu 2012, il-Kummissjoni Ewropea adottat din il-proposta għal Regolament li tikkostitwixxi l-ewwel tentattiv ta’ stabbiliment ta’ politika esterna komprensiva għall-akkwist pubbliku għall-Unjoni Ewropea.

F’termini legali, l-objettiv ewlieni tal-proposta hu li tiżdied is-saħħa tal-Unjoni Ewropea f’negozjati kummerċjali internazzjonali, bil-ħsieb li jinkisbu opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq imtejba għall-operaturi ekonomiċi Ewropej fi swieq tal-akkwist pubbliku f’pajjiżi terzi. F’termini politiċi, din hi opportunità kruċjali għall-Unjoni Ewropea biex tikkomunika d-determinazzjoni tagħha li tiżgura trattament ugwali u, b'hekk, jinħoloq livell iktar ekwu f'qasam fejn l-interessi tagħha huma iktar b'saħħithom u differenti minn kwalunkwe mill-parteċipanti l-oħrajn fix-xena kummerċjali globali tal-lum.

Dan hu messaġġ ta’ importanza partikolari, speċjalment fil-kuntest tal-kriżi ekonomika, li waqtha l-Unjoni Ewropea kienet persistenti fir-reżistenza tagħha għall-adozzjoni ta’ miżuri protezzjonisti kif ukoll kwalunkwe pass lura fl-impenji internazzjonali tagħha. Għall-konsistenza ma’ dak l-approċċ, din il-proposta tiddikjara dak li hu ovvju: effettivament, l-UE qed tħabbat wiċċha ma’ kompetizzjoni ikbar u iktar b’saħħitha – xi drabi saħansitra inġusta – mis-sħab kummerċjali tagħha; minflok tagħlaq is-suq tal-akkwist pubbliku tagħha għall-operaturi barranin, taħdem lejn opportunitajiet għall-aċċess għas-suq għall-operaturi u l-oġġetti tagħha stess barra l-UE.

Din il-proposta għal Regolament tipprovdi għal serje ta’ mekkaniżmi inkużi konsultazzjonijiet mal-Istat Membru kkonċernat billi tingħata l-possibbiltà li jiġu solvuti l-problemi ta’ prattiki ta’ akkwist restrittivi. Huwa biss meta dawn il-mekkaniżmi jonqsu milli jsolvu l-kwistjoni li l-miżuri restrittivi previsti f’din il-proposta jistgħu jaħdmu.

Aspetti tas-suq intern

S’issa, l-awtoritajiet kontraenti għandhom nuqqas ta' qafas ċar li permezz tiegħu jkunu jistgħu japplikaw l-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-akkwist pubbliku. Din il-proposta se tbiddel l-approċċ frammentat li qed isegwu diversi Stati Membri, fejn deċiżjonijiet individwali ttieħdu biex jiġi mblukkat aċċess ta’ oġġetti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-suq nazzjonali ta’ akkwist pubbliku. Minflok, is-sistema ċentralizzata se tiżgura trattament uniformi ta’ oġġetti u servizzi minn pajjiżi terzi.

Il-Kumitat IMCO ġie allokat ftit kompetenzi biss fl-elaborazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Konsegwentement, din l-opinjoni hi limitata l-iktar għal dispożizzjonijiet non-sustanzjali.

B’mod partikolari, l-Artikoli li jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-kumitat IMCO huma dawn li ġejjin:

Artikolu 6, paragrafu 7 - Esklużjoni, permezz tas-setgħat tal-awtoritajiet/entitajiet kontraenti, tal-offerti li jinkludu prodotti u servizzi mhux koperti: Pubblikazzjoni ta’ esklużjonijiet ta’ offerti u l-istabbiliment ta’ forom standard għal avviżi ta’ kuntratti.

Artikolu 17, paragrafu 3 - Proċedura tal-kumitat: - Kompetenza tal-Kumitat Konsultattiv skont id-deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE

Artikolu 20 - Revoki: revoka tal-Artikoli 58 u 59 ta’ 2004/17/KE

L-Artikoli li jaqgħu taħt il-kompetenza maqsuma tal-kumitat IMCO u INTA huma dawn li ġejjin:

Artikolu 2: Definizzjonijiet

Artikolu 7: Offerti anormalment baxxi

Artikolu 17, paragrafu 1: Proċedura tal-Kumitat

Artikolu 18: Kunfidenzjalità

Artikolu 19: Rappurtar

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Fost oħrajn, ir-Rapporteur jipproponi għadd ta’ emendi rigward id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2. Dawn l-emendi għandhom l-għan li jġibu d-definizzjonijiet ta’ din il-proposti konformi mad-definizzjonijiet li sar ftehim dwarhom fil-Kumitat IMCO fil-pożizzjoni tiegħu qabel in-negozjati dwar id-Direttiva Klassika dwar l-Akkwist Pubbliku (A7-0007/2013).

Barra minn hekk, ir-Rapporteur jipproponi li jkun hemm iktar ċarezza u ċertezza legali fir-rigward tal-Artikolu 7(1) u l-Premessa 19 relatata dwar il-possibbiltà li offerenti oħrajn jippreżentaw informazzjoni addizzjonali fil-każ ta' intenzjoni ta’ aċċettazzjoni ta’ offerta anormalment baxxa.

Fl-aħħar, ir-Rapporteur jagħti l-parir li jkun hemm rabta bejn l-ewwel obbligu ta’ rappurtar mill-Kummissjoni mad-data futura tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament minflok ma ssir referenza għal data preċiża (1 ta’ Jannar 2017), li tista’ tkun kmieni wisq jew tard wisq, kif inhu previst mill-proposta tal-Kummissjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi

dwar l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet ta’ pajjiżi terzi

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Unjoni għandha tiddefinixxi u teżerċita politiki u azzjonijiet komuni, u taħdem biex tikseb livell għoli ta’ kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali sabiex, inter alia, tħeġġeġ l-integrazzjoni tal-pajjiżi kollha fl-ekonomija dinjija, inkluż permezz tal-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali.

(1) Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Unjoni għandha tiddefinixxi u teżerċita politiki u azzjonijiet komuni, u taħdem biex tikseb livell għoli ta' kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali sabiex, inter alia, tissalvagwardja l-valuri, l-interessi fundamentali, is-sigurtà, l-indipendenza u l-integrità tagħha u sabiex tħeġġeġ l-integrazzjoni tal-pajjiżi kollha fl-ekonomija dinjija, inkluż permezz tal-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u permezz tar-relazzjonijiet bilaterali tagħha, l-Unjoni saħqet fuq ftuħ ambizzjuż tas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u s-sħab kummerċjali tagħha, fi spirtu ta' reċiproċità u benefiċċju reċiproku

(5) Fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u permezz tar-relazzjonijiet bilaterali tagħha, l-Unjoni saħqet fuq ftuħ ambizzjuż tas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet tal-Unjoni u s-sħab kummerċjali tagħha, fi spirtu ta’ reċiproċità u benefiċċju reċiproku

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u d-Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament. Huma biss il-konċessjonijiet tax-xogħol li bħalissa huma rregolati fil-livell internazzjonali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Bosta pajjiżi terzi jsibuha bi tqila sabiex jiftħu s-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom għall-kompetizzjoni internazzjonali jew li jiftħu dawk is-swieq aktar milli diġà għamlu. Bħala riżultat ta' dan, l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni jaffrontaw prattiki restrittivi tal-akkwist mingħand bosta sħab kummerċjali tal-Unjoni. Dawk il-prattiki restrittivi tal-akkwist iwasslu għal telf f'opportunitajiet importanti ta' kummerċ.

(6) Bosta pajjiżi terzi jsibuha bi tqila sabiex jiftħu s-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet tagħhom għall-kompetizzjoni internazzjonali jew li jiftħu dawk is-swieq aktar milli diġà għamlu. Bħala riżultat ta’ dan, l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni jaffrontaw prattiki restrittivi tal-akkwist u tal-konċessjonijiet mingħand bosta sħab kummerċjali tal-Unjoni. Dawk il-prattiki restrittivi tal-akkwist iwasslu għal telf f’opportunitajiet importanti ta’ kummerċ.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Skont l-Artikolu 207 tat-TFUE il-politika kummerċjali komuni fil-qasam tal-akkwist pubbliku għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi.

(8) Skont l-Artikolu 207 tat-TFUE il-politika kummerċjali komuni fil-qasam tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Fl-interess taċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tal-Unjoni u pajjiżi terzi, l-impenji għall-aċċess għas-suq internazzjonali li ttieħdu mill-Unjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi fil-qasam tal-akkwist pubbliku għandhom ikunu riflessi fl-ordni legali tal-UE, u b'hekk jiżguraw l-applikazzjoni effettiva tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida dwar l-applikazzjoni tal-impenji internazzjonali eżistenti tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aċċess għas-suq internazzjonali. Din il-gwida għandha tkun aġġornata regolarment u tipprovdi tagħrif li jkun faċli biex tużah.

(9) Fl-interess taċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tal-Unjoni u pajjiżi terzi, l-impenji għall-aċċess għas-suq internazzjonali li ttieħdu mill-Unjoni fir-rigward ta’ pajjiżi terzi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet għandhom ikunu riflessi fl-ordni legali tal-UE, u b’hekk jiżguraw l-applikazzjoni effettiva tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida dwar l-applikazzjoni tal-impenji internazzjonali eżistenti tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aċċess għas-suq internazzjonali. Din il-gwida għandha tkun aġġornata regolarment u tipprovdi tagħrif li jkun faċli biex tużah.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u d-Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament. Huma biss il-konċessjonijiet tax-xogħol li bħalissa huma rregolati fil-livell internazzjonali.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-għanijiet ta' titjib fl-aċċess tal-operaturi ekonomiċi tal-UE għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' ċertu pajjiżi terzi mħarsa minn miżuri restrittivi tal-akkwist u li jinżammu kundizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni fis-Suq Uniku Ewropew jeħtieġu li t-trattament ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjoni tal-Unjoni jkunu armonizzati fl-Unjoni Ewropea kollha.

(10) L-għanijiet tat-titjib fl-aċċess tal-operaturi ekonomiċi tal-UE għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet ta’ ċerti pajjiżi terzi mħarsa minn miżuri restrittivi tal-akkwist u li jinżammu kundizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni fis-Suq Uniku Ewropew jeħtieġu li t-trattament ta’ provvisti u servizzi ta’ pajjiżi terzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni jkunu armonizzati fl-Unjoni Ewropea kollha.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għal dan il-għan għandhom jiġu stabbiliti regoli tal-oriġini sabiex l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkunu jafu jekk prodotti u servizzi jkunux koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea. L-oriġini ta' prodott għandha tkun iddeterminata skont l-Artikolu 22 sa 26 tar-Regolament (KE) Nru 2913/1992 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità2. Skont dan ir-Regolament, prodotti għandhom ikunu kkunsidrati bħala prodotti tal-Unjoni meta jkunu miksuba jew prodotti b’mod sħiħ fl-Unjoni. Il-prodotti li l-produzzjoni tagħhom tkun involviet pajjiż terz wieħed jew aktar għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw mill-pajjiż li fih ikun sar l-aħħar proċessar jew ħidma sostanzjali, ekonomikament iġġustifikati li jkunu twettqu f’impriża mgħammra għal dak il-għan u li wassal għall-manifattura ta’ prodott ġdid jew jirrappreżenta stadju importanti tal-manifattura. L-oriġini ta’ servizz għandha tkun determinata skont l-oriġini tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tipprovdieh. Il-gwida msemmija fil-premessa 9 għandha tkopri l-applikazzjoni fil-prattika tar-regoli tal-oriġini.

(11) Għal dan il-għan għandhom jiġu stabbiliti regoli tal-oriġini sabiex l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkunu jafu jekk prodotti u servizzi jkunux koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea. L-oriġini ta’ prodott għandha tkun iddeterminata skont l-Artikolu 52 sa 55 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill2a, inklużi d-dispożizzjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 55. Skont dan ir-Regolament, prodotti għandhom ikunu kkunsidrati bħala prodotti tal-Unjoni meta jkunu miksuba jew prodotti b’mod sħiħ fl-Unjoni. Il-prodotti li l-produzzjoni tagħhom tkun involviet pajjiż terz wieħed jew aktar għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw mill-pajjiż li fih ikun sar l-aħħar proċessar jew ħidma sostanzjali, ekonomikament iġġustifikati li jkunu twettqu f’impriża mgħammra għal dak il-għan u li wassal għall-manifattura ta’ prodott ġdid jew jirrappreżenta stadju importanti tal-manifattura. L-oriġini ta’ servizz għandha tkun determinata skont l-oriġini tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tipprovdieh. Il-gwida msemmija fil-premessa 9 għandha tkopri l-applikazzjoni fil-prattika tar-regoli tal-oriġini.

_______________

______________

2 ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1

 

 

2aIr-Regolament (KE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 269, 10.10.2013)

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Kummissjoni għandha tqis jekk tapprovax li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti skont it-tifsira tad-Direttivi [2004/17/KE, 2004/18/KE u d-Direttiva [….] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [….]…. dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni jeskludu, għall-kuntratti b'valur stmat ta' EUR 5,000,000 jew aktar, mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti, prodotti u servizzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali li tkun ħadet l-Unjoni Ewropea.

(12) Il-Kummissjoni għandha tqis jekk tapprovax li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti skont it-tifsira tad-Direttivi [2004/17/KE, 2004/18/KE u d-Direttiva [….] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [….]…. dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni jeskludu, għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti jew konċessjonijiet b'valur stmat ta' EUR 5 000 000 jew aktar, mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti, prodotti u servizzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali li tkun ħadet l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Għall-finijiet tat-trasparenza, dawk l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti bl-intenzjoni li jużaw b'mod sħiħ is-setgħa tagħhom skont dan ir-Regolament sabiex jeskludu offerti li jkunu jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, li fihom il-valur tal-prodotti jew servizzi mhux koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta' dawn il-prodotti jew is-servizzi mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għandhom jinfurmaw l-operaturi ekonomiċi b'dan fl-avviż tal-kuntratt ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(13) Għall-finijiet tat-trasparenza, dawk l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti bl-intenzjoni li jużaw b’mod sħiħ is-setgħa tagħhom skont dan ir-Regolament sabiex jeskludu offerti li jkunu jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, li fihom il-valur tal-prodotti jew servizzi mhux koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta’ dawn il-prodotti jew is-servizzi mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti jew ta' konċessjonijiet għandhom jinfurmaw l-operaturi ekonomiċi b’dan fl-avviż tal-kuntratt ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Għall-kuntratti b’valur stmat ta’ EUR 5.000.000 jew aktar, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni maħsuba jekk il-ftehim internazzjonali dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku bejn l-Unjoni u l-pajjiż minn fejn joriġinaw il-prodotti u/jew is-servizzi, jinkludi, għall-prodotti u/jew is-servizzi li tagħhom tkun qed tiġi proposta l-esklużjoni, riżervazzjonijiet espliċiti ta’ aċċess għas-suq min-naħa tal-Unjoni. Meta ftehim tali ma jkunx jeżisti, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni fejn pajjiż terz iżomm miżuri restrittivi tal-akkwist li jwasslu għal nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat. Għandu jkun preżunt nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali meta miżuri restrittivi tal-akkwist jirriżultaw f'diskriminazzjonijiet serji u ripetittivi tal-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-UE.

(15) Għall-kuntratti u l-konċessjonijiet b’valur stmat ta’ EUR 5 000 000 jew aktar, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni maħsuba jekk il-ftehim internazzjonali dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjonijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiż minn fejn joriġinaw il-prodotti u/jew is-servizzi, jinkludi, għall-prodotti u/jew is-servizzi li tagħhom tkun qed tiġi proposta l-esklużjoni, riżervazzjonijiet espliċiti ta’ aċċess għas-suq min-naħa tal-Unjoni. Meta ftehim tali ma jkunx jeżisti, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni fejn pajjiż terz iżomm miżuri restrittivi fil-qasam tal-akkwist jew tal-għoti ta’ konċessjonijiet li jwasslu għal nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat. Għandu jkun preżunt nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali meta miżuri restrittivi fil-qasam tal-akkwist jew tal-għoti ta’ konċessjonijiet jirriżultaw f’diskriminazzjonijiet serji u ripetittivi tal-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-UE.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Il-kunċett ta' reċiproċità sostanzjali huwa kunċett ewlieni għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandu jiġi definit b'mod ċar. L-assenza tiegħu għandha, fost l-oħrajn, tiġi preżunta meta pajjiż terz ma jkun ħa l-ebda impenn, f'kuntest bilaterali jew multilaterali, biex jippermettti l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, oġġetti jew servizzi tal-Unjoni jew l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni li jiżguraw trattament indaqs u trasparenti u li jipprojbixxu kwalunkwe tipi ta' diskriminazzjoni kontra l-operaturi ekonomiċi, il-prodotti jew is-servizzi tal-Unjoni; jew meta il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattiki jippermettu diskriminazzjoni de jure jew de facto kontra operaturi ekonomiċi, prodotti jew servizzi tal-Unjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Meta tkun qed tivvaluta jekk jeżistix nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali, il-Kummissjoni għandha teżamina, sa liema livell il-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku tal-pajjiż ikkonċernat jiżguraw trasparenza f'konformità mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u jipprekludu kwalunkwe diskriminazzjoni kontra prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. Minbarra dan, għandha teżamina sa liema livell l-awtoritajiet pubbliċi u/jew entitajiet tal-akkwist individwali jżommu jew jadottaw prattiki diskriminatorji fir-rigward ta’ prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.

(16) Meta tkun qed tivvaluta jekk jeżistix nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali, il-Kummissjoni għandha teżamina, sa liema livell il-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet tal-pajjiż ikkonċernat jiżguraw trasparenza f’konformità mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet u jipprekludu kwalunkwe diskriminazzjoni kontra prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. Minbarra dan, għandha teżamina sa liema livell l-awtoritajiet pubbliċi u/jew entitajiet tal-akkwist individwali jżommu jew jadottaw prattiki diskriminatorji fir-rigward ta’ prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament. Huma biss il-konċessjonijiet tax-xogħol li bħalissa huma rregolati fil-livell internazzjonali.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tipprevjeni l-impatt negattiv li tista’ tħalli esklużjoni maħsuba fuq negozjati kummerċjali li jkunu għadhom għaddejjin mal-pajjiż ikkonċernat. Għalhekk, meta pajjiż ikun qed iwettaq negozjati importanti mal-Unjoni rigward l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-Kummissjoni tqis li jkun hemm prospett raġonevoli għat-tneħħija ta' prattiki restrittivi tal-akkwist fil-futur qrib, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta att ta' implimentazzjoni li jipprovdi li l-prodotti u s-servizzi minn dak il-pajjiż ma jkunux esklużi mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għall-perjodu ta' sena.

(17) Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tipprevjeni l-impatt negattiv li tista’ tħalli esklużjoni maħsuba fuq negozjati kummerċjali li jkunu għadhom għaddejjin mal-pajjiż ikkonċernat. Għalhekk, meta pajjiż ikun qed iwettaq negozjati importanti mal-Unjoni rigward l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet u l-Kummissjoni tqis li jkun hemm prospett raġonevoli għat-tneħħija ta’ prattiki restrittivi tal-akkwist jew tal-konċessjonijiet fil-futur qrib, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jipprovdi li l-prodotti u s-servizzi minn dak il-pajjiż ma jkunux esklużi mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti jew ta’ konċessjonijiet għal perjodu ta’ sena.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fid-dawl tal-fatt li l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-politika kummerċjali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tagħhom ma għandhomx ikunu jistgħu jillimitaw l-aċċess ta' prodotti jew servizzi ta' pajjiżi terzi għall-proċeduri ta' offerti tagħhom bi kwalunkwe miżura oħra li ma tkunx prevista minn dan ir-Regolament.

(18) Fid-dawl tal-fatt li l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet tal-Unjoni jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-politika kummerċjali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tagħhom ma għandhomx ikunu jistgħu jillimitaw l-aċċess ta' prodotti jew servizzi ta' pajjiżi terzi għall-proċeduri ta' offerti tagħhom bi kwalunkwe miżura oħra li ma tkunx prevista minn dan ir-Regolament.

 

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Fid-dawl ta’ diffikultà akbar għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti sabiex dawn jivvalutaw, fil-kuntest ta’ offerti li jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, u li fihom il-valur tal-prodotti jew servizzi li mhumiex koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta’ dawn il-prodotti jew servizzi, huwa xieraq li tkun prevista trasparenza akbar fit-trattament ta’ offerti anormalment baxxi. Minbarra r-regoli previsti mill-Artikolu 69 tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku u Artikolu 79 tad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li għandhom l-intenzjoni li jaċċettaw offerta anormalment baxxa bħal din, għandhom jinfurmaw b'dan lill-offerenti l-oħra bil-miktub u jinkludu r-raġunijiet għan-natura anormalment baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti. Dan jippermetti li dawn l-offerenti jikkontribwixxu għal valutazzjoni aktar preċiża fir-rigward ta’ jekk l-offerent rebbieħ jkunx jista’ jwettaq kompletament il-kuntratt taħt il-kundizzjonijiet spjegati fid-dokumentazzjoni tal-offerti. Għalhekk, din l-informazzjoni addizzjonali tippermetti livell aktar ekwu fis-suq tal-akkwist pubbliku tal-UE.

(19) Fid-dawl ta’ diffikultà akbar għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti sabiex dawn jivvalutaw, fil-kuntest ta’ offerti li jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, u li fihom il-valur tal-prodotti jew servizzi li mhumiex koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta’ dawn il-prodotti jew servizzi, huwa xieraq li tkun prevista trasparenza akbar fit-trattament ta’ offerti anormalment baxxi. L-offerti li jidhru anormalment baxxi fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jkunu bbażati fuq assunzjonijiet jew prattiki li teknikament, ekonomikament jew legalment ma jkunux sodi. Minbarra r-regoli previsti mill-Artikolu 69 tad-Direttiva 20XX/XXX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13a u mill-Artikolu 79 tad-Direttiva 20XX/XXX/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13b l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li għandhom l-intenzjoni li jaċċettaw offerta anormalment baxxa bħal din, għandhom jinfurmaw b’dan lill-offerenti l-oħra bil-miktub u jinkludu r-raġunijiet għan-natura anormalment baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti. Fejn l-offerent ma jkunx jista’ jipprovdi spjegazzjoni suffiċjenti, l-awtorità kontraenti għandha tkun intitolata li tirrifjuta l-offerta. Dan jippermetti li dawn l-offerenti jikkontribwixxu għal valutazzjoni aktar preċiża fir-rigward ta’ jekk l-offerent rebbieħ jkunx jista’ jwettaq kompletament il-kuntratt taħt il-kundizzjonijiet spjegati fid-dokumentazzjoni tal-offerti. Għalhekk, din l-informazzjoni addizzjonali tippermetti livell aktar ekwu fis-suq tal-akkwist pubbliku tal-UE.

 

_________________

 

13a Id-Direttiva 20XX/XXX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku (ĠU XXX) (2011/0438(COD)).

 

13b Id-Direttiva 20XX/XXX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU XXX) (2011/0439(COD)).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-Kummissjoni għandha tkun tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' partijiet interessati jew ta' Stat Membru, li, fi kwalunkwe mument, tibda investigazzjoni esterna fir-rigward ta' prattiki restrittivi tal-akkwist li allegatament ikunu għadhom fis-seħħ f'pajjiż terz. Għandha tqis b’mod partikolari l-fatt li l-Kummissjoni approvat għadd ta’ esklużjonijiet maħsuba li jikkonċernaw pajjiż terz skont l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament. Proċeduri investigattivi tali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta’ politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

(20) Il-Kummissjoni għandha tkun tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ partijiet interessati jew ta’ Stat Membru, fi kwalunkwe mument, tibda investigazzjoni esterna fir-rigward ta’ prattiki restrittivi tal-akkwist u tal-konċessjonijiet li allegatament ikunu għadhom fis-seħħ f’pajjiż terz. Għandha tqis b’mod partikolari l-fatt li l-Kummissjoni approvat għadd ta’ esklużjonijiet maħsuba li jikkonċernaw pajjiż terz skont l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament. Proċeduri investigattivi tali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta’ politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Fejn il-Kummissjoni, abbażi ta' informazzjoni disponibbli għaliha, ikollha raġuni sabiex temmen li l-pajjiż terz ikun adotta jew żamm prattiki restrittivi tal-akkwist, għandha tkun tista' tibda investigazzjoni. Jekk l-eżistenza ta’ prattika tali f’pajjiż terz tkun ikkonfermata, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pajjiż ikkonċernat jidħol f’konsultazzjonijiet bil-għan li jtejjeb l-opportunitajiet għal offerti ta’ operaturi, prodotti u servizzi ekonomiċi f’dak il-pajjiż.

(21) Fejn il-Kummissjoni, abbażi ta’ informazzjoni disponibbli għaliha, ikollha raġuni sabiex temmen li l-pajjiż terz ikun adotta jew żamm prattiki restrittivi tal-akkwist jew tal-konċessjonijiet, għandha tkun tista’ tibda investigazzjoni. Jekk l-eżistenza ta’ prattika tali f’pajjiż terz tkun ikkonfermata, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pajjiż ikkonċernat jidħol f’konsultazzjonijiet bil-għan li jtejjeb l-opportunitajiet għal offerti ta’ operaturi, prodotti u servizzi ekonomiċi f’dak il-pajjiż.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Miżuri tali jistgħu jġibu magħhom l-esklużjoni obbligatorja ta' ċertu prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku fl-Unjoni Ewropea jew jimponu fuq l-offerti, li jikkonsistu fi prodotti jew servizzi li joriġinaw minn dak il-pajjiż, penali obbligatorja fuq il-prezz. Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni ta’ dawn il-miżuri, jista’ wkoll ikun meħtieġ li jkunu esklużi ċertu persuni ġuridiċi kkontrollati minn barranin jew bi sjieda barranija stabbiliti fl-Unjoni Ewropea u li mhumiex impenjati f’operazzjonijiet importanti ta’ negozju b’mod illi jkollhom rabta diretta u effettiva mal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. Miżuri xierqa ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbel mal-prattiki restrittivi li ġew adottati b’reazzjoni għalihom.

(23) Miżuri tali jistgħu jġibu magħhom l-esklużjoni obbligatorja ta’ ċertu prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku jew mill-proċeduri tal-għoti ta’ konċessjonijiet fl-Unjoni Ewropea jew jimponu fuq l-offerti, li jikkonsistu fi prodotti jew servizzi li joriġinaw minn dak il-pajjiż, penali obbligatorja fuq il-prezz. Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni ta’ dawn il-miżuri, jista’ wkoll ikun meħtieġ li jkunu esklużi ċertu persuni ġuridiċi kkontrollati minn barranin jew bi sjieda barranija stabbiliti fl-Unjoni Ewropea u li mhumiex impenjati f’operazzjonijiet importanti ta’ negozju b’mod illi jkollhom rabta diretta u effettiva mal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. Miżuri xierqa ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbel mal-prattiki restrittivi li ġew adottati b’reazzjoni għalihom.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Fid-dawl tal-politika ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-pajjiżi l-anqas żviluppati hekk kif prevista, inter alia, fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009, huwa xieraq li l-prodotti u s-servizzi minn dawn il-pajjiżi jiġu assimilati għal prodotti u servizzi tal-Unjoni.

(26) Fid-dawl tal-politika ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-pajjiżi l-anqas żviluppati hekk kif prevista, inter alia, fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009, huwa xieraq li l-prodotti u s-servizzi minn dawn il-pajjiżi jiġu assimilati għal prodotti u servizzi tal-Unjoni, sabiex jinħolqu l-opportunitajiet ekonomiċi meħtieġa għal integrazzjoni mtejba tas-swieq tagħhom fl-ekonomija dinjija.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Sabiex fl-ordni ġuridiku tal-Unjoni Ewropea jiġu riflessi l-impenji internazzjonali fir-rigward tal-aċċess għas-suq u li ttieħdu fil-qasam tal-akkwist pubbliku wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bil-għan li tkun emendata l-lista ta' ftehimiet internazzjonali annessi għal dan ir-Regolament. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell espert. Meta tkun qed tħejji u telabora l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(27) Sabiex fl-ordni ġuridiku tal-Unjoni Ewropea jiġu riflessi l-impenji internazzjonali fir-rigward tal-aċċess għas-suq u li ttieħdu fil-qasam tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bil-għan li tkun emendata l-lista ta’ ftehimiet internazzjonali annessi għal dan ir-Regolament. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell espert. Meta tkun qed tħejji u telabora l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq, sabiex jitwettaq l-għan fundamentali ta' stabbiliment ta' politika esterna komuni fir-rigward ta' swieq pubbliċi, li jkunu stabbiliti regoli marbuta mat-trattament ta' prodotti u servizzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament dwar l-aċċess għall-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-pajjiżi terzi ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet fil-mira, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

(31) Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq, sabiex jitwettaq l-għan fundamentali ta’ stabbiliment ta’ politika esterna komuni fir-rigward ta’ swieq pubbliċi u ta’ konċessjonijiet, li jkunu stabbiliti regoli marbuta mat-trattament ta’ prodotti u servizzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament dwar l-aċċess għall-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-pajjiżi terzi ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet fil-mira, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistipula regoli dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għall-għoti ta' kuntratti bil-għan li jitwettqu x-xogħlijiet jew biċċa xogħol, il-provvista ta' prodotti u l-forniment ta' servizzi mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tal-Unjoni, u jistabbilixxi proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati fir-rigward tal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku tal-pajjiżi terzi.

1. Dan ir-Regolament jistipula regoli dwar l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għall-għoti ta’ kuntratti u għall-konċessjonijiet mogħtija bil-għan li, skont in-natura tal-kuntratt ikkonċernat, jitwettqu x-xogħlijiet jew biċċa xogħol, jiġu pprovduti prodotti u fornuti servizzi mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tal-Unjoni, u jistabbilixxi proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati fir-rigward tal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet tal-pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament. Ma jeżistux konċessjonijiet tal-provvista, għalhekk tiżdied il-parti 'skont in-natura tal-kuntratt ikkonċernat'.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għoti ta' kuntratti meta l-prodotti jew is-servizzi jkunu akkwistati għal finijiet governattivi u mhux bil-għan li jkun hemm bejgħ mill-ġdid kummerċjali jew bil-għan li jintużaw fil-produzzjoni ta' prodotti jew fil-forniment ta' servizzi għal bejgħ kummerċjali.

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għoti ta’ kuntratti meta l-prodotti jew is-servizzi jkunu akkwistati għal finijiet governattivi, u għall-għoti ta’ konċessjonijiet għal servizzi pprovduti għal finijiet governattivi, u mhux bil-għan li jkun hemm bejgħ mill-ġdid kummerċjali jew bil-għan li jintużaw fil-produzzjoni ta’ prodotti jew fil-forniment ta’ servizzi għal bejgħ kummerċjali.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament. Min-naħa l-oħra, ma teżisti l-ebda konċessjoni ta’ provvista ta’ prodotti.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu, bi qbil mal-liġi tal-Unjoni, x’jikkunsidraw bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif dawn is-servizzi għandhom jiġu organizzati u ffinanzjati skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat u liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu soġġetti għalihom. Bl-istess mod, dan ir-Regolament ma jaffettwax id-deċiżjoni tal-awtoritajiet pubbliċi jekk, kif u sa fejn iridu jwettqu l-funzjonijiet pubbliċi huma stess skont l-Artikolu 14 TFUE u l-Protokoll Nru 26 dwar is-Servizzi ta’ Interess Ġenerali. Dan għandu japplika wkoll għall-politiki tal-Unjoni fir-rigward ta’ pajjiżi terzi.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) 'operatur ekonomiku' tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika jew entità pubblika jew grupp ta’ persuni u/jew entitajiet bħal dawn, inklużi assoċjazzjonijiet temporanji ta' impriżi, li joffru l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet u/jew xogħol, il-forniment ta’ prodotti jew il-forniment ta’ servizzi fis-suq;

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-iżviluppi fin-negozjati fuq id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) 'fornitur' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li toffri prodotti fis-suq;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-pożizzjoni tal-Kumitat fin-negozjati dwar id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) 'fornitur ta' servizzi' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li toffri t-twettiq ta' xogħlijiet jew biċċa xogħol, jew servizzi fis-suq;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-pożizzjoni tal-Kumitat fin-negozjati dwar id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) ‘offerent’ tfisser operatur ekonomiku li jkun ippreżenta offerta;

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-pożizzjoni tal-Kumitat fin-negozjati dwar id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) 'prodotti jew servizzi koperti' tfisser prodott jew servizz li joriġina minn pajjiż li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku inkluż impenji għall-aċċess għas-suq u li għalihom japplika l-ftehim relevanti. Anness I għal dan ir-Regolament jinkludi lista ta’ ftehimiet rilevanti;

(d) ‘prodotti jew servizzi koperti’ tfisser prodott jew servizz li joriġina minn pajjiż li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet, inkluż impenji għall-aċċess għas-suq u li għalihom japplika l-ftehim relevanti. Anness I għal dan ir-Regolament jinkludi lista ta’ ftehimiet rilevanti;

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu (iż-żieda tar-referenza għall-konċessjonijiet kull darba li jissemma l-akkwist pubbliku); l-adozzjoni tar-regolament se timplika emendi tekniċi fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) 'in-nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali' tfisser l-eżistenza ta' kwalunkwe miżura, proċedura jew prattika leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi, adottati jew imwettqa minn awtoritajiet pubbliċi jew entitajiet individwali ta' akkwist f'pajjiż terz, li jirrestrinġu l-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjonijiet li jirriżulta fi trattament diskriminatorju serju u rikorrenti fil-konfront tal-operaturi, l-oġġetti jew is-servizzi tal-Unjoni.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb) 'miżuri ta’ rimedju jew korrettivi sodisfaċenti' tfisser it-tneħħija tal-miżuri restrittivi li kienu l-mira tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) it-terminu 'operatur ekonomiku' għandu jkopri bl-istess mod il-kunċetti ta' fornitur u fornitur tas-servizz;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-pożizzjoni tal-Kumitat fin-negozjati dwar id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) operatur ekonomiku li ssottometta offerta għandu jissejjaħ 'offerent';

imħassar

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-pożizzjoni tal-Kumitat fin-negozjati dwar id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) 'penali obbligatorja fuq il-prezz' għandha tirreferi għal obbligu għall-entitajiet kontraenti li jżidu, suġġett għal ċerta eċċezzjonijiet, il-prezz tas-servizzi u/jew il-prodotti li joriġinaw minn ċertu pajjiżi terzi u li kienu ġew offerti fil-proċeduri tal-għoti tal-kuntratt.

(e) ‘penali obbligatorja fuq il-prezz’ għandha tirreferi għal obbligu għall-entitajiet kontraenti li jżidu, suġġett għal ċerta eċċezzjonijiet, il-prezz tas-servizzi u/jew il-prodotti li joriġinaw minn ċertu pajjiżi terzi u li kienu ġew offerti fil-proċeduri tal-għoti tal-kuntratt jew fil-proċeduri għall-għoti tal-konċessjonijiet.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed ikun eżaminat (żieda tar-referenza għall-‘proċeduri tal-għoti ta’ konċessjonijiet’ meta jissemmew ‘proċeduri tal-għoti ta’ kuntratt’, kemm fis-singular kif ukoll fil-plural); l-adozzjoni tar-regolament se jimplika emendi tekniċi fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-oriġini ta' prodott għandha tkun iddeterminata skont l-Artikolu 22 sa 26 tar-Regolament (KE) Nru 2913/1992 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità18.

1. L-oriġini ta’ prodott għandha tkun iddeterminata skont l-Artikolu 52 sa 55 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, inklużi l-atti delegati li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 55 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-oriġini ta' servizz għandu jkun determinat skont l-oriġini tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tipprovdieh. L-oriġini tal-fornitur tas-servizz għandu jitqies bħala:

L-oriġini ta' servizz għandu jkun determinat skont l-oriġini tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tipprovdieh. L-oriġini tal-operatur ekonomiku li jipprovdi s-servizz għandha titqies bħala:

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla hi meħtieġa minħabba l-bidliet fl-Artikolu 2 (definizzjonijiet)

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jingħataw kuntratti għat-twettiq ta' xogħlijiet u/jew ta' biċċa xogħol, il-forniment ta' prodotti jew ta' servizzi, awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jitrattaw prodotti u servizzi koperti bl-istess mod bħall-prodotti u servizzi li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea.

Meta jingħataw kuntratti għat-twettiq ta’ xogħlijiet u/jew ta’ biċċa xogħol, il-forniment ta’ prodotti jew ta’ servizzi, jew meta jingħataw konċessjonijiet sabiex jitwettqu xogħlijiet jew għall-provvista ta’ servizzi, awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw prodotti u servizzi koperti bl-istess mod bħall-prodotti u servizzi li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament. Min-naħa l-oħra, ma teżisti l-ebda konċessjoni ta’ provvista ta’ prodotti.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) deskrizzjoni tal-prodott tal-kuntratt;

(b) deskrizzjoni tal-prodott tal-kuntratt jew tal-konċessjoni;

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed ikun eżaminat (żieda tat-terminu ‘konċessjoni’ mat-terminu ‘kuntratt’, kemm fis-singular kif ukoll fil-plural); l-adozzjoni tar-regolament se jimplika emendi tekniċi fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) meta ftehim msemmi fil-punt (a) ma jkunx jeżisti u l-pajjiż terz iżomm miżuri restrittivi tal-akkwist li jwasslu għal nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat.

(b) meta ftehim imsemmi fil-punt (a) ma jkunx jeżisti u l-pajjiż terz iżomm miżuri restrittivi tal-akkwist jew għall-għoti tal-konċessjonijiet li jwasslu għal nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu (iż-żieda ta' 'għoti tal-konċessjonijiet' kull darba li hemm referenza għal 'akkwist'); l-adozzjoni tar-regolament se jimplika emendi tekniċi fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Wara n-negozjati dwar id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku u l-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-konċessjonijiet, il-vokabularju użat f’dan ir-Regolament għandu jkun allinjat ma’ dak speċifiku għall-konċessjonijiet, minħabba li r-Regolament ikopri kemm l-akkwist pubbliku (“public procurement”) kif ukoll il-konċessjonijiet (“concessions”) (l-Artikolu 1.2). Jeżistu strumenti leġiżlattivi separati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti; id-differenza bejniethom għandha tkun riflessa fir-Regolament.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-fini tal-punt (b), għandu jkun preżunt nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali meta miżuri restrittivi tal-akkwist jirriżultaw f'diskriminazzjonijiet serji u ripetittivi tal-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-UE.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Emenda ta’ tħassir li għandha ssir flimkien mad-definizzjoni l-ġdida tal-kunċett ta’ ‘nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali’ (l-Artikolu 2(1)(ga)) u l-elementi li għandha tqis il-Kummissjoni Ewropea fl-analiżi tagħha ta’ ‘nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali’ (l-Artikolu 6(5))

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) sa liema livell il-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku tal-pajjiż ikkonċernat jiżguraw trasparenza f'konformità mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u jipprekludu kwalunkwe diskriminazzjoni kontra l-prodotti, is-servizzi u l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni;

(a) sa liema livell il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-akkwist pubbliku jew il-konċessjonijiet tal-pajjiż ikkonċernat jiżguraw trasparenza f’konformità mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u jipprekludu kwalunkwe diskriminazzjoni kontra l-prodotti, is-servizzi u l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni;

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu biex jiġu inklużi l-miżuri regolatorji relatati mal-akkwist pubbliku/il-konċessjonijiet, lil hinn mid-dispoizzjonijiet leġiżlattivi biss, li għandhom jiġu kkunsidrati wkoll mill-Kummissjoni Ewropea fl-analiżi tagħha ta’ ‘nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali’.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jkunu eskludew offerti abbażi tal-paragrafu 1, għandhom jindikaw dan fl-avviż tal-kuntratt li jippubblikaw skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/18/KE, Artikolu 42 tad-Direttiva 2004/17/KE, jew l-Artikolu 27 tad-Direttiva dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-formoli standard għal notifiki ta' għoti ta' kuntratt. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(3).

7. Awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jkunu eskludew offerti abbażi tal-paragrafu 1, għandhom jindikaw dan, inklużi r-raġunijiet għall-esklużjoni, fl-avviż tal-kuntratt li jippubblikaw skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/18/KE, Artikolu 42 tad-Direttiva 2004/17/KE, jew l-Artikolu 27 tad-Direttiva dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-formoli standard għal notifiki ta' għoti ta' kuntratt. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(3).

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-awtorità/entità kontraenti għandha l-ħsieb li, skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku jew skont l-Artikolu 79 tad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, wara li tivverifika l-ispjegazzjonijiet tal-offerent, taċċetta offerta anormalment baxxa li tinkludi prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni u li fiha l-valur tal-prodotti jew servizzi mhux koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali tal-prodotti jew servizzi li jikkostitwixxu l-offerta, għandha tinforma b'dan lill-offerenti l-oħrajn bil-miktub u tinkludi r-raġunijiet għan-natura anormalment baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti.

Fejn l-awtorità/entità kontraenti għandha l-ħsieb li, skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku jew skont l-Artikolu 79 tad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, wara li tivverifika l-ispjegazzjonijiet tal-offerent, taċċetta offerta anormalment baxxa li tinkludi prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni u li fiha l-valur tal-prodotti jew servizzi mhux koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali tal-prodotti jew servizzi li jikkostitwixxu l-offerta, għandha tinforma b'dan lill-offerenti l-oħrajn bil-miktub u tinkludi r-raġunijiet għan-natura anormalment baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti mogħtija mill-offerent ikkonċernat.

 

Wara li jiġu infurmati mill-awtorità/entità kontraenti bl-intenzjoni tagħhom li jaċċettaw offerta anormalment baxxa, l-offerenti l-oħrajn għandu jkollhom il-possibilità li jagħtu informazzjoni rilevanti lill-awtorità/entità kontraenti fi żmien raġonevoli sabiex l-awtorità/entità kontraenti tkun tista’ tieħu deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni b’għarfien sħiħ ta’ fatturi potenzjali li setgħu influwenzaw il-valutazzjoni tan-natura anormalent baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat fl-Artikolu li l-offerenti l-oħrajn li jkunu ġew infurmati bl-intenzjoni tal-awtorità/entità kontraenti li jaċċettaw offerta anormalment baxxa jkollhom il-possibilità li jagħtu iktar informazzjoni, biex ikun żgurat li d-deċiżjoni li tiġi aċċettata ssir bil-mod l-iktar infurmat possibbli.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk tinfetaħ investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni, fejn tistieden lill-partijiet interessati u l-Istati Membri jipprovdu t-tagħrif kollu rilevanti lill-Kummissjoni f'perjodu ta' żmien speċifiku.

Jekk tinfetaħ investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni ta' notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni, fejn tistieden lill-partijiet interessati u l-Istati Membri jipprovdu t-tagħrif kollu rilevanti lill-Kummissjoni f’perjodu ta’ tliet xhur.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-valutazzjoni li titwettaq mill-Kummissjoni dwar jekk miżuri restrittivi tal-akkwist ikunux qed jiġu applikati minn pajjiżi terzi kkonċernati għandha ssir abbażi ta' tagħrif mogħti minn partijiet interessati u Stati Membri u/jew fatti miġbura mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni tagħha, u għandha tiġi konkluża f'perjodu ta' disa' xhur wara li tkun bdiet l-investigazzjoni. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq dan il-perjodu ta’ żmien jista’ jiġi estiż bi tliet xhur.

3. Il-valutazzjoni li titwettaq mill-Kummissjoni dwar jekk miżuri restrittivi tal-akkwist ikunux qed jiġu applikati minn pajjiżi terzi kkonċernati għandha ssir abbażi ta’ tagħrif mogħti minn partijiet interessati u Stati Membri u/jew fatti miġbura mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni tagħha, u għandha tiġi konkluża f’perjodu ta’ sitt xhur wara li tkun bdiet l-investigazzjoni. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq dan il-perjodu ta’ żmien jista’ jiġi estiż bi tliet xhur.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-uffiċjali tagħhom m'għandhomx jiżvelaw kwalunkwe tagħrif ta' natura kunfidenzjali li jasal skont dan ir-Regolament, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur ta' dan it-tagħrif.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu jiġi sostitwit mill-Paragrafu 18 paragrafu 4a (ġdid).

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-informazzjoni li tasal skont dan ir-Regolament u ddikjarata mill-fornitur tal-informazzjoni li hi ta’ natura kunfidenzjali, taħt l-ebda ċirkostanzi m’għandha tiġi żvelata, sakemm il-fornitur ma jagħtix il-permess speċifiku tiegħu.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-1 ta' Jannar 2017, u mill-inqas kull tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar il-progress li jkun sar fin-negozjati internazzjonali, skont dan ir-Regolament, fir-rigward tal-aċċess għall-operaturi ekonomiċi tal-UE għall-proċeduri ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi fil-pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, tagħrif xieraq.

Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mbagħad mill-inqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar il-progress li jkun sar fin-negozjati internazzjonali, skont dan ir-Regolament, fir-rigward tal-aċċess għall-operaturi ekonomiċi tal-UE għall-proċeduri ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi fil-pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, tagħrif xieraq.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE għandhom ikunu rrevokati b'effett mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE għandhomx jinżammew. Fid-dawl tal-konlużjonijiet ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva li tirrevoka dawk l-Artikoli b’effett mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE ( Direttiva tal-Utilitajiet ) inżammu mid -Parlament Ewropew fil-proposta riveduta għad-Direttiva tal-Utilitajiet , peress li l- eżitu tan-negozjati dwar dan ir-Regolament għadu mhux ċar. Biex tiġi evitata kwalunkwe lakuna legali, m'għandux ikun hemm revoka awtomatika ta' dawl l-artikoli. Il-KE għandha tkun tista' tagħmel valutazzjoni biex tivverifika jekk jekk huwiex relavanti li dawk l-artikoli jiġu revokati. Din id-deċiżjoni se tittieħed skont din il-valutazzjoni. Deċiżjoni li tirrevoka l-artikoli ta ' test leġiżlattiv ieħor ma tidhirx li hi possibbli f'rabta mal-kunċett ta' atti delegati kif definiti fl-Artikolu 290 tat- Trattat dwar il- Funzjonament tal-UE , peress li atti ddelegati għandhom jirreferu biss għal partijiet mhux essenzjali ta' test leġiżlattiv u jikkonċernaw modifiki li għandhom isiru fuq it-test leġislattiv li qed jiġi eżaminat ,u mhux fuq test leġiżlattiv ieħor (referenza trasversali ). Il-PE għandu jkun assoċjat ma' din id-deċiżjoni. Għalhekk jekk f'sens legali l-użu ta' atti delegati ma jkunx possibbli, it-tħassir tal-Artikoli 58 u 59 għandhom isiru permezz ta' proposta leġiżlattiva.

PROĊEDURA

Titolu

L-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta’ pajjiżi terzi

Referenzi

COM(2012)0124 – C7-0084/2012 – 2012/0060(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

20.4.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

20.4.2012

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

25.10.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Frank Engel

21.6.2012

Eżami fil-kumitat

25.9.2012

21.3.2013

18.6.2013

26.9.2013

Data tal-adozzjoni

17.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

11

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Preslav Borissov, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Thomas Händel, Małgorzata Handzlik, Eduard-Raul Hellvig, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Hans-Peter Mayer, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Matteo Salvini, Christel Schaldemose, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Gino Trematerra, Emilie Turunen, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Regina Bastos, Ashley Fox, María Irigoyen Pérez, Morten Løkkegaard, Patricia van der Kammen

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Takis Hadjigeorgiou, Linda McAvan, Patrizia Toia

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (5.11.2013)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonalidwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi(COM(2012)0124 – C7-0084/2012 – 2012/0060(COD))Rapporteur għal opinjoni: Judith Sargentini

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni (COM(2012)0124) għandha l-għan li tirrestrinġi l-aċċess għas-suq tal-akkwist pubbliku tal-UE għal pajjiżi terzi li ma joffrux aċċess reċiproku għas-swieq tagħhom.

Ir-rapporteur għal opinjoni għandha żewġ punti ewlenin ta' tħassib fir-rigward ta' din il-proposta għal regolament.

L-ewwel nett, hemm riskju li l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jisfaw vittmi mhux intenzjonati ta' dan l-istrument li jżommhom milli jużaw l-akkwist pubbliku għall-iżvilupp tal-industriji nazzjonali tagħhom. Il-biża' tal-UE fir-rigward ta' penetrazzjoni eċċessiva minn kompetituri b'sussidji mill-istat min-naħa ta' xi pajjiżi emerġenti m'għandux iċaħħad il-pajjiżi kollha fil-fażi tal-iżvilupp minn dan id-dritt.

It-tieni nett, huwa dubjuż kemm dan ir-regolament se jikseb l-objettivi mixtieqa.

It-trattament tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp

Għad li l-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku mhuxiex kwistjoni kummerċjali per se, jikkostitwixxi interess offensiv qawwi tal-UE fin-negozati kummerċjali ma' pajjjiżi terzi, peress li ħafna kumpaniji tal-UE huma kompetittivi ferm u għandhom vantaġġ komparattiv f'diversi setturi. Minkejja li l-proposta teskludi l-pajjiżi l-anqas żviluppati mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha, xorta waħda tapplika għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp b'introjtu medju li huma inklużi fil-lista tad-DAC tal-OECD.

Barra minn hekk, in-nuqqas ta' referenza għal eżenzjonijiet possibbli għal politiki mmirati lejn il-promozzjoni tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), jew saħansitra eżenzjonijiet limitati fiż-żmien għal politiki espliċiti oħrajn fil-qasam tal-iżvilupp, huwa partikolarment preokkupanti, speċjalment billi d-direttivi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku jipprovdu dispożizzjonijiet li jiffavorixxu lill-SMEs Ewropej. L-istess loġika għandha tapplika għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, fejn l-SMEs jikkostitwixxu wkoll il-ġebla tax-xewka tal-iżvilupp ekonomiku.

Definizzjoni idjaq tar-reċiproċità li ddgħajjef il-multilateraliżmu

Filwaqt li l-politika kummerċjali tal-UE ġeneralment kienet imsejsa fuq id-definizzjoni wiesgħa tar-reċiproċità, li għandha tinftiehem bħala "bilanċ wiesa' tal-benefiċċji" (bħalma jiġri fil-prattika tal-GATT/WTO), l-abbozz tar-regolament jipproponi definizzjoni idjaq (reċiproċità settur b'settur). F'dan il-każ, "reċiproċità sħiħa" tirrikjedi li żewġ pajjiżi jippermettu aċċess identiku għas-swieq rispettivi tagħhom. Permezz ta' dan, l-UE qed titbiegħed mill-prinċipju ta' Trattament Speċjali u Differenzjali għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u mill-approċċ multilaterali, fejn l-interessi tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jiġu riflessi aħjar. Bi tpattija ta' dan, ir-riskju ta' ritaljazzjoni tal-blokok kummerċjali l-kbar se jibqa' jeżisti u jaf jiġġenera status quo fin-negozjati multilaterali.

Il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp irrifjutaw li jiffirmaw Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA) tad-WTO, kif ukoll il-GPA rivedut ta' Marzu 2012

Sa issa, l-UE kisbet biss suċċess limitat fil-ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku permezz ta' ftehimiet kummerċjali. Ekonomiji emerġenti ewlenin bħall-Indja, il-Brażil u ċ-Ċina mhux qed juru r-rieda li jiffirmaw il-GPA fil-futur qarib. Għaldaqstant, ir-Regolament jirriduċi ruħu għal strateġija offensiva ta' "ftuħ tas-swieq" li għandha l-għan li timponi fuq il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp dak li diġà rrifjutaw fid-WTO (l-hekk imsejħa "kwistjonijiet ta' Singapor" tal-1996).

Il-liberalizzazzjoni tas-swieq tal-akkwist pubbliku tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp taf twassal sabiex sehem sostanzjali tar-riżorsi nazzjonali skarsi jintefaq fuq l-importazzjonijiet flok fuq prodotti maħdumin lokalment. Għalhekk, huwa essenzjali li l-gvernijiet tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp – u mhux atturi barranin – jieħdu f'idejhom it-tfassil tas-sistemi ta' akkwist pubbliku sabiex dawn isiru effikaċi għall-iżvilupp.

Ir-rapporteur għal opinjoni temmen li t-talbiet imressqa mill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp rigward rekwiżiti ta' stabbiliment lokali, trasferiment ta' teknoloġiji u kontenut nazzjonali bħala kundizzjoni għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi m'għandhomx jitqiesu bħala prattiki diskriminatorji, iżda bħala għodda leġittima tal-istrateġija tagħhom għall-iżvilupp.

Ir-regola tar-reċiproċità fl-akkwist pubbliku mhijiex konsistenti mal-impenji tal-UE favur l-effikaċja tal-għajnuna, li jirrikjedu l-użu tas-sistemi ta' akkwist nazzjonali bħala l-għażla prestabbilita

L-irbit tal-għajnuna kienet waħda mill-aktar prattiki komuni fir-rigward tal-politika dwar l-akkwist pubbliku. Sabiex itemmu b'mod effikaċi l-prattiki ta' rbit formali u informali tal-għajnuna min-naħa tad-donaturi, id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi (2005), l-Aġenda ta' Accra għall-Azzjoni (2008) u d-Dikjarazzjoni ta' Busan (2011) dwar l-effikaċja tal-għajnuna jtennu l-prinċipju li s-sistemi ta' akkwist tal-pajjiżi benefiċjarji għandhom jintużaw bħala l-għażla prestabbilita għall-programmi ta' għajnuna li jappoġġjaw attivitajiet ġestiti mis-settur pubbliku.

L-użu tas-sistemi nazzjonali għall-akkwist għandu l-vantaġġ li joħloq sjieda u responsabbiltà nazzjonali, filwaqt li jtejjeb il-possibbiltà li l-kuntratti jintrebħu minn kumpaniji lokali. Għaldaqstant, l-għoti ta' preferenza lill-akwwist lokali u reġjonali għandu jkun prijorità, peress li huwa għodda intelliġenti għall-iżvilupp.

Filwaqt li d-donaturi diġà waqgħu lura fl-użu tas-sistemi nazzjonali, l-abbozz ta' regolament jaf ikompli jxekkel l-impenji li ħadet l-UE favur l-effikaċja tal-għajnuna.

Barra minn hekk, ir-rapporteur għal opinjoni tixħet dubju fuq il-merti tal-hekk imsejħa inizjattiva ta' akkwist internazzjonali għar-raġuni li ġejja:

Ftuħ "de jure" m'għandux jiġu konfuż ma' ftuħ "de facto".

Il-proposta hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li pajjiżi oħrajn huma anqas miftuħin mill-UE u ma ħadux impenn favur il-ftuħ tal-istess ammont ta' swieq tal-akkwist fil-GPA. Madankollu, filwaqt li s-suq tal-akkwist pubbliku tal-UE huwa de jure miftuħ fil-wisa' għall-kompetizzjoni internazzjonali, l-istima dettaljata li wettaq il-Parlament fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni[1] turi li de facto l-ftuħ huwa ferm iżgħar. B'mod partikolari, reviżjoni ta' kuntratti b'valur ogħla mil-livelli limitu mogħtija lil operaturi ekonomiċi ta' pajjiżi terzi fl-2011 turi li dawn il-kumpaniji setgħu jaċċessaw direttament — jiġifieri mhux permezz ta' sussidjarji jew ta' negozjanti tal-UE — għadd żgħir biss ta' kuntratti (0,2 % tat-total). Anki jekk ir-Regolament tal-UE jista' possibbilment jipprojbixxi l-preferenzi de jure b'mod effettiv, xorta waħda jibqa' ħafna anqas effettiv biex jittratta l-preferenzi de facto.

Fil-prattika, il-preferenzi de facto għal fornituri lokali jistgħu jinkisbu, fost l-oħrajn, billi l-kuntratti jinqasmu sabiex isiru taħt il-livelli limitu. Minbarra dan, it-tneħħija ta' ostakli de facto tiddependi mir-rieda tal-pajjiż terz li japplika kemm it-trasparenza (biex jiġġieled kontra l-korruzzjoni) u r-rifjut li jippromwovi l-"kampjuni nazzjonali". Għalhekk, huwa pjuttost dubjuż li r-Regolament se jippermetti lill-UE tikseb aktar kontroll fin-negozjar ta' swieq tal-akkwist ġenwinament miftuħin f'pajjiżi bħaċ-Ċina u l-Indja, li huma l-mira ta' din il-leġiżlazzjoni.

L-impatt fuq l-SMEs

Il-benefiċċji diretti għall-SMEs Ewropej se jkunu żgħar, jekk mhux saħansitra noneżistenti. L-SMEs Ewropej għandhom it-tendenza li jitfgħu offerti għall-kuntratti ferm aktar baxxi mil-livell limitu propost ta' EUR 5 miljun. Il-parteċipazzjoni tal-SMEs transkonfinali fl-akkwist hija limitata wkoll. Jekk is-swieq tal-akkwist pubbliku jinfetħu fil-futur, il-benefiċċji potenzjali għall-SMEs fil-parti l-kbira se jkunu disponibbli permezz ta' sottokuntrattar u opportunitajiet tal-katina tal-provvista, oqsma li pajjiżi terzi jistgħu jagħlqu faċilment – b'ritaljazzjoni – b'miżuri protezzjonisti de facto.

Impatt limitat fuq iżjed ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku

Il-qafas legali attwali tal-UE għall-akkwist pubbliku diġà fih dispożizzjonijiet dwar pajjiżi terzi fl-hekk imsejħa “Direttiva dwar l-Utilitajiet” (2004/17/KE) u bl-istess mod jipprevedi dispożizzjonijiet għal offerti anormalment baxxi. Għalhekk, il-possibbiltà li tali offerta tiġi miċħuda abbażi ta' tħassib dwar ir-reċiproċità diġà teżisti (għalkemm rarament tintuża).

F'dan l-isfond, huwa dubjuż kemm ir-Regolament propost għandu valur miżjud reali.

******

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jitlob lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Kummissjoni għandha tqis jekk tapprovax li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti skont it-tifsira tad-Direttivi [2004/17/KE, 2004/18/KE u d-Direttiva [….] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [….] dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni13 jeskludu, għall-kuntratti b'valur stmat ta' EUR 5,000,000 jew aktar, mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti, prodotti u servizzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali li tkun ħadet l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

(12) Il-Kummissjoni għandha tqis jekk tapprovax li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti skont it-tifsira tad-Direttivi [2004/17/KE, 2004/18/KE u d-Direttiva [….] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [….]…. dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni13] jeskludu, għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti jew konċessjonijiet b'valur stmat ta' EUR 5 000 000 jew aktar, mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti, prodotti u servizzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali li tkun ħadet l-Unjoni Ewropea. Dan ma għandux jikkonċerna proċeduri għall-kuntrattar ta' oġġetti u servizzi ma' pajjiżi li jgawdu mill-arranġament "Kollox Minbarra Armi" elenkati fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati14 u għall-kuntrattar ta' oġġetti u servizzi li ġejjin minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp kif definiti fl-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 978/2012.

__________________

__________________

13 ĠU L …

13 ĠU L …

 

14 ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Fid-dawl tal-politika ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-pajjiżi l-anqas żviluppati hekk kif prevista, inter alia, fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009, huwa xieraq li l-prodotti u s-servizzi minn dawn il-pajjiżi jiġu assimilati għal prodotti u servizzi tal-Unjoni.

(26) Fid-dawl tal-politika ġenerali tal-Unjoni maħsuba biex tappoġġja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u l-integrazzjoni tagħhom fl-ekonomija dinjija, li hija l-bażi għat-twaqqif ta' skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati, kif stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa xieraq li l-prodotti u s-servizzi mill-pajjiżi l-anqas żviluppati li jibbenefikaw mill-arranġament "Kollox Minbarra Armi" jiġu assimilati għal prodotti u servizzi tal-Unjoni, kif ukoll prodotti u servizzi minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp meqjusa bħala vulnerabbli minħabba nuqqas ta' diversifikazzjoni u integrazzjoni insuffiċjenti fl-ekonomija dinjija, kif definit rispettivament fl-Annessi IV u VII għar-Regolament (UE) Nru 978/2012.

Ġustifikazzjoni

Dan ir-regolament għandu jinkludi skema mmirata speċifikament lejn il-pajjiżi l-anqas żviluppati u lejn dawk il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp li huma vulnerabbli.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prodotti jew servizzi li joriġinaw mill-pajjiżi lanqas żviluppati elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 732/2008 għandhom ikunu trattati bħala prodotti u servizzi koperti.

Prodotti jew servizzi li joriġinaw mill-pajjiżi l-anqas żviluppati elenkati fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp meqjusa bħala vulnerabbli minħabba nuqqas ta' diversifikazzjoni u integrazzjoni insuffiċjenti fl-ekonomija dinjija kif definit fl-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 għandhom ikunu trattati bħala prodotti u servizzi koperti.

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-1 ta' Jannar 2017, u mill-inqas kull tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar il-progress li jkun sar fin-negozjati internazzjonali, skont dan ir-Regolament, fir-rigward tal-aċċess għall-operaturi ekonomiċi tal-UE għall-proċeduri ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi fil-pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, tagħrif xieraq.

Mill-inqas kull tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar il-progress li jkun sar fin-negozjati internazzjonali, skont dan ir-Regolament, fir-rigward tal-aċċess għall-operaturi ekonomiċi tal-UE għall-proċeduri ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi fil-pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, tagħrif xieraq. Meta l-Kummissjoni tippreżenta t-tieni rapport tagħha, għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva għal regolament emendat jew inkella tistabbilixxi r-raġunijiet għaliex fil-fehma tagħha ma hemm bżonn ebda tibdil.

PROĊEDURA

Titolu

L-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi

Referenzi

COM(2012)0124 – C7-0084/2012 – 2012/0060(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

20.4.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

20.4.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Judith Sargentini

25.9.2012

Eżami fil-kumitat

14.10.2013

5.11.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Corina Creţu, Véronique De Keyser, Nirj Deva, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Mikael Gustafsson, Eva Joly, Miguel Angel Martínez Martínez, Gay Mitchell, Bill Newton Dunn, Andreas Pitsillides, Jean Roatta, Birgit Schnieber-Jastram, Alf Svensson, Ivo Vajgl, Daniël van der Stoep, Anna Záborská, Iva Zanicchi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Eduard Kukan, Isabella Lövin, Cristian Dan Preda, Judith Sargentini

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

María Muñiz De Urquiza, Bogusław Sonik

  • [1]  Sors: L-aċċess reċiproku tal-pajjiżi terzi għall-akkwist pubbliku tal-UE – stima dettaljata magħmula mill-Unità tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-PE tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni Ewropea, Ġunju 2013.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (24.6.2013)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi
(COM(2012)0124 – C7-0084/2012 – 2012/0060(COD))

Relatur: Tamás Deutsch

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Unjoni għandha tiddefinixxi u teżerċita politiki u azzjonijiet komuni, u taħdem biex tikseb livell għoli ta' kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali sabiex, inter alia, tħeġġeġ l-integrazzjoni tal-pajjiżi kollha fl-ekonomija dinjija, inkluż permezz tal-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali.

(1) Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Unjoni għandha tiddefinixxi u teżerċita politiki u azzjonijiet komuni, u taħdem biex tikseb livell għoli ta' kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali sabiex, inter alia, tħeġġeġ l-integrazzjoni tal-pajjiżi kollha fl-ekonomija dinjija, inkluż permezz tal-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali; konformi mal-istess Artikolu, l-Unjoni għandha tippromwovi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità, l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali; il-kooperazzjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali għandha sservi biex trawwem l-iżvilupp sostenibbli fuq il-pjan ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-għan primarju li jinqered il-faqar.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Il-politika tal-kummerċ tal-Unjoni Ewropea għandha tippromwovi t-tnaqqis tal-faqar madwar id-dinja, billi ġġib 'il quddiem it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tas-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol u tad-drittijiet fundamentali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) L-UE m'għandhiex tqiegħed pajjiżi terzi taħt pressjoni sabiex tisfurzahom jipprivatizzaw is-servizzi pubbliċi. L-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha għandu jkollhom id-dritt li jiddeċiedu jekk, kif u safejn iridu jipprovdu s-servizzi pubbliċi huma stess.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Il-kuntratti pubbliċi m’għandhomx jingħataw lil operaturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali, jew fl-isfruttar tat-traffikar tal-bnedmin u tat-tħaddim tat-tfal.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Tali esklużjoni m’għandhiex issir abbażi tal-introduzzjoni min-naħa ta’ pajjiżi terzi ta’ għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli fl-akkwist pubbliku tagħhom. Għanijiet ta’ dan it-tip għandhom ikunu promossi.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Għall-kuntratti b'valur stmat ta' EUR 5 000 000 jew aktar, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni maħsuba jekk il-ftehim internazzjonali dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku bejn l-Unjoni u l-pajjiż minn fejn joriġinaw il-prodotti u/jew is-servizzi, jinkludi, għall-prodotti u/jew is-servizzi li tagħhom tkun qed tiġi proposta l-esklużjoni, riżervazzjonijiet espliċiti ta' aċċess għas-suq min-naħa tal-Unjoni. Meta tali ftehim ma jkunx jeżisti, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni fejn pajjiż terz japplika miżuri restrittivi tal-akkwist li jwasslu għal nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat. Għandu jkun preżunt nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali meta miżuri restrittivi tal-akkwist jirriżultaw f’diskriminazzjoni serja u ripetuta tal-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-UE.

(15) Għall-kuntratti b'valur stmat ta' EUR 5 000 000 jew aktar, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni maħsuba jekk il-ftehim internazzjonali dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku bejn l-Unjoni u l-pajjiż minn fejn joriġinaw il-prodotti u/jew is-servizzi, jinkludi, għall-prodotti u/jew is-servizzi li tagħhom tkun qed tiġi proposta l-esklużjoni, riżervazzjonijiet espliċiti ta' aċċess għas-suq min-naħa tal-Unjoni. Meta tali ftehim ma jkunx jeżisti, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni fejn pajjiż terz japplika miżuri restrittivi tal-akkwist li jwasslu għal nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat. Għandu jkun preżunt nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali meta miżuri restrittivi tal-akkwist jirriżultaw f'diskriminazzjonijiet serji u ripetittivi tal-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-UE, jew meta jkun hemm involuti interessi ekonomiċi tal-Unjoni tal-akbar importanza, pereżempju fil-qasam tal-industrija. Fil-każ ta' ksur serju u ripetut fil-qasam tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema, id-drittijiet tat-trejdunjins u d-dritt internazzjonali, inklużi konvenzjonijiet internazzjonali fundamentali fil-qasam tal-liġi tax-xogħol, soċjali u ambjentali, bħall-Konvenzjoni ILO Nru.94 dwar klawżoli tax-xogħol fl-akkwist pubbliku, il-Kummissjoni għandha ugwalment tikkunsidra restrizzjoni tal-aċċess għas-suq għall-prodotti u/jew is-servizzi kkonċernati.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Meta tkun qed tivvaluta jekk jeżistix nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali, il-Kummissjoni għandha teżamina, sa liema livell il-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku tal-pajjiż ikkonċernat jiżguraw trasparenza f'konformità mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u jipprekludu kwalunkwe diskriminazzjoni kontra prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. Minbarra dan, għandha teżamina sa liema livell l-awtoritajiet pubbliċi u/jew entitajiet tal-akkwist individwali jżommu jew jadottaw prattiki diskriminatorji fir-rigward ta' prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.

(16) Meta tkun qed tivvaluta jekk jeżistix nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali, il-Kummissjoni għandha teżamina, sa liema livell il-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku tal-pajjiż ikkonċernat jiżguraw trasparenza f'konformità mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u jipprekludu kwalunkwe diskriminazzjoni kontra prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. Minbarra dan, għandha teżamina sa liema livell l-awtoritajiet pubbliċi u/jew entitajiet tal-akkwist individwali jżommu jew jadottaw prattiki diskriminatorji fir-rigward ta' prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni, jew jipperikolaw l-interessi ekonomiċi tal-Unjoni, pereżempju fil-qasam tal-industrija.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Ir-rispett tad-dritt soċjali, tax-xogħol u ambjentali applikabbli fil-post tax-xogħol f'pajjiż terz, inkluż ir-rispett ta' ftehimiet internazzjonali fundamentali bħall-Konvenzjoni Nru.94 tal-ILO, m'għandux jitqies bħala prattika diskriminatorja.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) Miżuri li jillimitaw l-aċċess ta' pajjiżi terzi għas-suq m'għandux ikollhom impatti negattivi sproporzjonati fuq is-sitwazzjoni soċjali u tax-xogħol fil-pajjiż ikkonċernat, b'mod partikolari fil-każ ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Fid-dawl ta' diffikultà akbar għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti sabiex dawn jivvalutaw, fil-kuntest ta' offerti li jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, u li fihom il-valur tal-prodotti jew servizzi li mhumiex koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta' dawn il-prodotti jew servizzi, huwa xieraq li tkun prevista trasparenza akbar fit-trattament ta' offerti anormalment baxxi. Minbarra r-regoli previsti mill-Artikolu 69 tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku u Artikolu 79 tad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li għandhom l-intenzjoni li jaċċettaw offerta anormalment baxxa bħal din, għandhom jinfurmaw b'dan lill-offerenti l-oħra bil-miktub u jinkludu r-raġunijiet għan-natura anormalment baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti. Dan jippermetti li dawn l-offerenti jikkontribwixxu għal valutazzjoni aktar preċiża fir-rigward ta' jekk l-offerent rebbieħ jkunx jista' jwettaq kompletament il-kuntratt taħt il-kundizzjonijiet spjegati fid-dokumentazzjoni tal-offerti. Għalhekk, din l-informazzjoni addizzjonali tippermetti livell aktar ekwu fis-suq tal-akkwist pubbliku tal-UE.

(19) Fid-dawl ta' diffikultà akbar għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti sabiex dawn jivvalutaw, fil-kuntest ta' offerti li jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, u li fihom il-valur tal-prodotti jew servizzi li mhumiex koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta' dawn il-prodotti jew servizzi, huwa xieraq li tkun prevista trasparenza akbar fit-trattament ta' offerti anormalment baxxi. Minbarra r-regoli previsti mill-Artikolu 69 tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku u Artikolu 79 tad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li għandhom l-intenzjoni li jaċċettaw offerta anormalment baxxa bħal din, għandhom jinfurmaw b'dan lill-offerenti l-oħra bil-miktub u jinkludu r-raġunijiet għan-natura anormalment baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għar-rispett tad-dritt internazzjonali tax-xogħol, soċjali u ambjentali, inklużi konvenzjonijiet internazzjonali fundamentali bħall-Konvenzjoni Nru.94 tal-ILO. Dan jippermetti li dawn l-offerenti jikkontribwixxu għal valutazzjoni aktar preċiża fir-rigward ta' jekk l-offerent rebbieħ jkunx jista' jwettaq kompletament il-kuntratt taħt il-kundizzjonijiet spjegati fid-dokumentazzjoni tal-offerti. Għalhekk, din l-informazzjoni addizzjonali tippermetti livell aktar ekwu fis-suq tal-akkwist pubbliku tal-UE.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Fejn il-Kummissjoni, abbażi ta' informazzjoni disponibbli għaliha, ikollha raġuni sabiex temmen li l-pajjiż terz ikun adotta jew żamm prattiki restrittivi tal-akkwist, għandha tkun tista' tibda investigazzjoni. Jekk l-eżistenza ta' prattika restrittiva ta' akkwist f'pajjiż terz tkun ikkonfermata, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pajjiż ikkonċernat jidħol f'konsultazzjonijiet bil-għan li jtejjeb l-opportunitajiet għal offerti ta' operaturi, prodotti u servizzi ekonomiċi fis-suq tal-akkwist f'dak il-pajjiż.

(21) Fejn il-Kummissjoni, abbażi ta' informazzjoni disponibbli għaliha, ikollha raġuni sabiex temmen li l-pajjiż terz ikun adotta jew żamm prattiki restrittivi tal-akkwist jew ikun qed ikompli jikser id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u d-dritt internazzjonali, inklużi konvenzjonijiet internazzjonali fundamentali fil-qasam tad-dritt tax-xogħol, soċjali u ambjentali, inkluża l-Konvenzjoni Nru.94 tal-ILO, għandha tkun tista' tibda investigazzjoni. Jekk l-eżistenza ta' prattika restrittiva ta' akkwist jew tal-ksur imsemmi hawn fuq f'pajjiż terz tkun ikkonfermata, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pajjiż ikkonċernat jidħol f'konsultazzjonijiet bil-għan li jtejjeb l-opportunitajiet għal offerti ta' operaturi, prodotti u servizzi ekonomiċi fis-suq tal-akkwist f'dak il-pajjiż.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Miżuri tali jistgħu jġibu magħhom l-esklużjoni obbligatorja ta' ċertu prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku fl-Unjoni Ewropea jew jimponu fuq l-offerti, li jikkonsistu fi prodotti jew servizzi li joriġinaw minn dak il-pajjiż, penali obbligatorja fuq il-prezz. Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni ta' dawn il-miżuri, jista' wkoll ikun meħtieġ li jkunu esklużi ċertu persuni ġuridiċi kkontrollati minn barranin jew bi sjieda barranija stabbiliti fl-Unjoni Ewropea u li mhumiex impenjati f'operazzjonijiet importanti ta' negozju b'mod illi jkollhom rabta diretta u effettiva mal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. Miżuri xierqa ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbel mal-prattiki restrittivi tal-akkwist li ġew adottati b'reazzjoni għalihom.

(23) Miżuri tali jistgħu jġibu magħhom l-esklużjoni obbligatorja ta' ċertu prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku fl-Unjoni Ewropea jew jimponu fuq l-offerti, li jikkonsistu fi prodotti jew servizzi li joriġinaw minn dak il-pajjiż, penali obbligatorja fuq il-prezz. Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni ta' dawn il-miżuri, jista' wkoll ikun meħtieġ li jkunu esklużi ċertu persuni ġuridiċi kkontrollati minn barranin jew bi sjieda barranija stabbiliti fl-Unjoni Ewropea u li mhumiex impenjati f'operazzjonijiet importanti ta' negozju b'mod illi jkollhom rabta diretta u effettiva mal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. Miżuri xierqa ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbel mal-prattiki restrittivi tal-akkwist li ġew adottati b'reazzjoni għalihom. B'mod partikolari għandhom iqisu l-impatti negattivi li jista' jkun hemm fuq is-sitwazzjoni soċjali, tax-xogħol u ambjentali fil-pajjiż ikkonċernat, partikolarment fil-każ ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Huwa ta' importanza vitali li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkollhom aċċess għal varjetà ta' prodotti ta' kwalità għolja li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom ta' akkwist bi prezz kompetittiv. Għalhekk l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jwarrbu l-miżuri li jillimitaw l-aċċess għal prodotti u servizzi li mhumiex koperti f'każ li ma jkunx hemm prodotti jew servizzi tal-Unjoni u/jew prodotti u servizzi koperti disponibbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-awtorità/entità kontraenti sabiex jitħarsu ħtiġijiet pubbliċi essenzjali, pereżempju s-saħħa u s-sigurtà pubblika, jew l-applikazzjoni tal-miżura, jew f'każ li l-applikazzjoni tal-miżuri twassal għal żieda sproporzjonata fil-prezz jew fl-ispejjeż tal-kuntratt.

(24) Huwa ta' importanza vitali li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkollhom aċċess għal varjetà ta' prodotti ta' kwalità għolja li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom ta' akkwist bi prezz kompetittiv. Għalhekk l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jwarrbu l-miżuri li jillimitaw l-aċċess għal prodotti u servizzi li mhumiex koperti f'każ li ma jkunx hemm prodotti jew servizzi tal-Unjoni u/jew prodotti u servizzi koperti disponibbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-awtorità/entità kontraenti sabiex jitħarsu ħtiġijiet pubbliċi essenzjali, pereżempju s-saħħa u s-sigurtà pubblika, inklużi l-karatteristiċi ta' sostenibbiltà soċjali u ambjentali, jew l-applikazzjoni tal-miżura, jew f'każ li l-applikazzjoni tal-miżuri twassal għal żieda sproporzjonata fil-prezz jew fl-ispejjeż tal-kuntratt.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kriterji dwar l-iżvilupp sostenibbli, kriterji ambjentali u soċjali li jirfdu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol u t-trattament ugwali għandhom jitqiesu anki fil-każ tal-għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist pubbliku. Dawn il-kriterji għandhom jiġu promossi u bl-ebda mod m’għandhom jgħoddu bħala ġustifikazzjoni ta’ esklużjoni.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jeżiġu li l-offerenti jipprovdu informazzjoni dwar l-oriġini tal-prodotti u/jew is-servizzi inklużi fl-offerta, u l-valur tagħhom. Għandhom jaċċettaw awtodikjarazzjonijiet bħala evidenza preliminarja li l-offerti ma jistgħux ikunu esklużi skont il-paragrafu 1. Awtorità kontraenti tista' titlob lil offerent fi kwalunkwe mument waqt il-proċedura biex dan jissottometti d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa jew parti minnha fejn ikun meħtieġ sabiex tiżgura twettiq xieraq tal-proċedura. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli standard għad-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini ta' prodotti u servizzi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(3).

Awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jeżiġu li l-offerenti jipprovdu informazzjoni dwar l-oriġini tal-prodotti u/jew is-servizzi inklużi fl-offerta, u l-valur tagħhom. Għandhom jitqiesu wkoll il-kriterji relatati mad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u mal-liġi internazzjonali, inklużi konvenzjonijiet internazzjonali fundamentali rikonoxxuti b'mod internazzjonali, fil-qasam tal-liġi tax-xogħol, soċjali u ambjentali. Għandhom jaċċettaw awtodikjarazzjonijiet bħala evidenza preliminarja li l-offerti ma jistgħux ikunu esklużi skont il-paragrafu 1. Awtorità kontraenti tista' titlob lil offerent fi kwalunkwe mument waqt il-proċedura biex dan jissottometti d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa jew parti minnha fejn ikun meħtieġ sabiex tiżgura twettiq xieraq tal-proċedura. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli standard għad-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini ta' prodotti u servizzi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(3).

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) raġunijiet ewlenin għall-esklużjoni ta' oġġetti u/jew servizzi.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fin-nuqqas ta’ ftehim skont il-punt (a) u jekk il-pajjiż terz japplika miżuri restrittivi fil-qasam tal-akkwist li jwasslu għal nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat.

(b) fin-nuqqas ta’ ftehim skont il-punt (a) u jekk il-pajjiż terz japplika miżuri restrittivi fil-qasam tal-akkwist li jwasslu għal nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat, b'mod speċjali meta dawk il-miżuri restrittivi jkunu ta' detriment għall-interess ekonomiku tal-Unjoni, pereżempju għall-industrija tagħha.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) meta jkun hemm evidenza ta' ksur serju u ripetut fil-qasam tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u tal-liġi internazzjonali fil-qasam tal-liġi tax-xogħol, soċjali u ambjentali, inklużi konvenzjonijiet internazzjonali fundamentali rikonoxxuti b'mod internazzjonali. Ir-rispett tal-liġi tax-xogħol, soċjali u ambjentali applikabbli fil-post tax-xogħol fil-pajjiż ikkonċernat m'għandux jitqies bħala miżura tal-akkwist restrittiva li jirriżulta f'diskriminazzjonijiet serji u rikorrenti tal-operaturi, prodotti u servizzi ekonomiċi tal-Unjoni.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Meta ssir valutazzjoni dwar jekk ikunx hemm evidenza ta' ksur serju u ripetut fil-qasam tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u tal-liġi internazzjonali fil-qasam tal-liġi tax-xogħol, soċjali u ambjentali, inklużi konvenzjonijiet internazzjonali fundamentali rikonoxxuti b'mod internazzjonali, il-Kummissjoni għandha teżamina sa liema punt:

 

(a) il-liġijiet u l-prattiki fil-pajjiż ikkonċernat jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u l-liġi internazzjonali fil-qasam tal-liġi tax-xogħol, soċjali u ambjentali;

 

(b) l-awtoritajiet pubbliċi u/jew entitajiet tal-akkwist individwali jżommu jew jadottaw prattiki ta' dumping soċjali fuq il-prodotti u s-servizzi kkonċernati.

Emenda     20

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. L-impatt tan-negozjati kummerċjali fuq id-drittijiet soċjali, ambjentali u tal-bniedem għandu jiġi vvalutat b’mod regolari b'attenzjoni speċjali għall-promozzjoni ta’ xogħol deċenti u għall-ġlieda kontra l-qgħad strutturali. Għandhom jitqiesu l-aspetti tal-politika soċjali u tal-ambjent meta jingħataw kuntratti pubbliċi, li l-kriterju tal-għażla tagħhom m'għandhux ikun l-aktar prezz baxx imma l-aktar offerta sostenibbli.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn l-awtorità/entità kontraenti għandha l-ħsieb li, skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku jew skont l-Artikolu 79 tad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, wara li tivverifika l-ispjegazzjonijiet tal-offerent, taċċetta offerta anormalment baxxa li tinkludi prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni u li fiha l-valur tal-prodotti jew servizzi mhux koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali tal-prodotti jew servizzi li jikkostitwixxu l-offerta, għandha tinforma b'dan lill-offerenti l-oħrajn bil-miktub u tinkludi r-raġunijiet għan-natura anormalment baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti.

1. Fejn l-awtorità/entità kontraenti għandha l-ħsieb li, skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku jew skont l-Artikolu 79 tad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, wara li tivverifika l-ispjegazzjonijiet tal-offerent, taċċetta offerta anormalment baxxa li tinkludi prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni u li fiha l-valur tal-prodotti jew servizzi mhux koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali tal-prodotti jew servizzi li jikkostitwixxu l-offerta, għandha tinforma b'dan lill-offerenti l-oħrajn bil-miktub u tinkludi r-raġunijiet għan-natura anormalment baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti, filwaqt li tirreferi b'mod partikolari għar-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u tal-liġi internazzjonali, inklużi konvenzjonijiet internazzjonali fundamentali rikonoxxuti b'mod internazzjonali fil-qasam tad-dritt tax-xogħol, soċjali u ambjentali, b'mod speċjali biex jiġi evitat kwalunkwe dumping soċjali, ambjentali jew ta' tassazzjoni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Ir-rispett tar-regoli dwar is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ftehimiet kollettivi għandu jitħares anki f’offerti straordinarjament baxxi.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni m’għandhiex tippenalizza pajjiżi terzi li jdaħħlu fil-kriterji tal-għażla tagħhom għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli; bil-maqlub: dawn l-għanijiet għandhom ikunu promossi.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta, bħala riżultat ta' investigazzjoni, jinstab li jkunu qed jiġu applikati miżuri restrittivi tal-akkwist minn pajjiż terz u l-Kummissjoni tikkunsidra li fl-interess tal-UE jiġġustifika li tagħmel hekk, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pajjiż jidħol f'konsultazzjonijiet bl-għan li jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-Unjoni jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-proċeduri ta' offerti għall-għoti ta' kuntratti tal-akkwist pubbliku f'dak il-pajjiż b'kundizzjonijiet li ma jkunux anqas favorevoli minn dawk mogħtija lill-operaturi, prodotti u servizzi nazzjonali ta' dak il-pajjiż u wkoll bl-għan li tkun żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trasparenza u trattament ekwu.

Meta, bħala riżultat ta' investigazzjoni, jinstab li jkunu qed jiġu applikati miżuri restrittivi tal-akkwist jew ksur fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u tal-liġi internazzjonali, inklużi konvenzjonijiet internazzjonali fundamentali rikonoxxuti b'mod internazzjonali fil-qasam tad-dritt tax-xogħol, soċjali u ambjentali minn pajjiż terz u l-Kummissjoni tikkunsidra li fl-interess tal-UE jiġġustifika li tagħmel hekk, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pajjiż jidħol f'konsultazzjonijiet bl-għan li jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-Unjoni jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-proċeduri ta' offerti għall-għoti ta' kuntratti tal-akkwist pubbliku f'dak il-pajjiż b'kundizzjonijiet li ma jkunux anqas favorevoli minn dawk mogħtija lill-operaturi, prodotti u servizzi nazzjonali ta' dak il-pajjiż u wkoll bl-għan li tkun żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trasparenza u trattament ekwu.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) rispett tan-normi u/jew il-liġijiet fil-qasam soċjali u dak tax-xogħol rikonoxxuti b'mod internazzjonali jew tal-liġi ambjentali;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 5 - punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) rispett tad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti b'mod internazzjonali.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-Kummissjoni tista' wkoll ittemm il-konsultazzjoni jekk il-pajjiż ikkonċernat jirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u l-liġi internazzjonali, inklużi konvenzjonijiet internazzjonali fundamentali rikonoxxuti b'mod internazzjonali fil-qasam tad-dritt tax-xogħol, soċjali u ambjentali.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn f'investigazzjoni skont Artikolu 8, u wara li tkun segwita l-proċedura prevista f'Artikolu 9, jinsab li miżuri restrittivi tal-akkwist adottati jew applikati minn dak il-pajjiż terz wasslu għal nuqqas ta' reċiproċità importanti fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz, kif imsemmi f'Artikolu 6, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tillimita temporanjament l-aċċess għal prodotti u servizzi mhux koperti li joriġinaw minn pajjiż terz. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

1. Meta f'investigazzjoni skont Artikolu 8, u wara li tkun segwita l-proċedura prevista f'Artikolu 9, jinsab li miżuri restrittivi tal-akkwist adottati jew applikati minn dak il-pajjiż terz wasslu għal nuqqas ta' reċiproċità importanti fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz jew għall-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u tad-dritt internazzjonali, inklużi konvenzjonijiet internazzjonali fundamentali rikonoxxuti b'mod internazzjonali fil-qasam tad-dritt tax-xogħol, soċjali u ambjentali, kif imsemmi f'Artikolu 6, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tillimita temporanjament l-aċċess għal prodotti u servizzi mhux koperti li joriġinaw minn pajjiż terz. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-esklużjoni ta' offerti li aktar minn 50 % tal-valur totali tagħhom ikun magħmul minn prodotti jew servizzi mhux koperti li joriġinaw fil-pajjiż li jadotta jew japplika prattika restrittiva ta' akkwist; u/jew

(a) l-esklużjoni ta' offerti li aktar minn 50 % tal-valur totali tagħhom ikun magħmul minn prodotti jew servizzi mhux koperti li joriġinaw fil-pajjiż li jadotta jew japplika prattika restrittiva ta' akkwist u/jew huwa involut fil-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u tad-dritt internazzjonali, inklużi konvenzjonijiet internazzjonali fundamentali rikonoxxuti b'mod internazzjonali fil-qasam tad-dritt tax-xogħol, soċjali u ambjentali; u/jew

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) penali obbligatorja fuq il-prezz fuq dik il-parti tal-offerta li tikkonsisti minn prodotti jew servizzi mhux koperti li joriġinaw f'dak il-pajjiż li jadotta jew japplika prattika restrittiva ta' akkwist.

(b) penali obbligatorja fuq il-prezz fuq dik il-parti tal-offerta li tikkonsisti minn prodotti jew servizzi mhux koperti li joriġinaw f'dak il-pajjiż li jadotta jew japplika prattika restrittiva ta' akkwist u/jew huwa involut fil-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u tal-liġi internazzjonali, inklużi konvenzjonijiet internazzjonali fundamentali rikonoxxuti b'mod internazzjonali fil-qasam tad-dritt tax-xogħol, soċjali u ambjentali;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Miżuri li jillimitaw l-aċċess ta' pajjiżi terzi għas-suq m'għandux ikollhom impatti negattivi sproporzjonati fuq il-pajjiż ikkonċernat, b'mod partikolari fil-każ ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw, iżda pjuttost għandhom ikunu mfassla biex irawmu s-sitwazzjoni soċjali u tax-xogħol lokali.

PROĊEDURA

Taqsima

ċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi

Referenzi

COM(2012)0124 – C7-0084/2012 – 2012/0060(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

20.4.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

20.4.2012

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Tamás Deutsch

24.5.2013

Eżami fil-kumitat

20.3.2013

29.5.2013

19.6.2013

 

Data tal-adozzjoni

20.6.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

7

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Jean-Luc Bennahmias, Phil Bennion, Pervenche Berès, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Marije Cornelissen, Emer Costello, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Thomas Händel, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Jean Lambert, Verónica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Csaba Őry, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Kinga Göncz, Sergio Gutiérrez Prieto, Jelko Kacin, Jan Kozłowski, Ria Oomen-Ruijten, Birgit Sippel

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jorgo Chatzimarkakis, Jürgen Klute

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (20.9.2013)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonalidwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta’ pajjiżi terzi(COM(2012)0124 – C7-0084/2012 – 2012/0060(COD))Rapporteur għal opinjoni: Raffaele Baldassarre

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

1.1 – Kummenti ġenerali

Matul in-negozjati tad-WTO dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku, kif ukoll fin-negozjati dwar il-kummerċ ħieles, l-UE dejjem kienet tiffavorixxi l-ftuħ tas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku abbażi tal-prinċipji ta’ trattament indaqs, it-trasparenza u r-reċiproċità[1]. Livell ta’ ftuħ simili għal dak Ewropew madankollu ma jeżistix fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li mhumiex fl-UE. Għall-kuntrarju, minħabba l-kriżi ekonomika li dejjem qed tkompli sejra għall-agħar, ħafna pajjiżi qed jadottaw miżuri ta' protezzjoni, bl-għan li jagħlqu s-suq nazzjonali tal-akkwist pubbliku għal offerenti barranin[2].

In-nuqqas ta’ simetrija li ltaqgħet magħha l-Kummissjoni fis-suq tal-akkwist pubbliku qed iwassal għal telf ta’ madwar EUR 12-il biljun għall-impriżi Ewropej, speċjalment f’dawk is-setturi fejn huma l-aktar b’saħħithom[3]. Jekk, madankollu, is-swieq tal-akkwist pubbliku jkunu ugwalment aċċessibbli għall-impriżi tal-UE, dan jista’ jwassal għall-ħolqien ta’ madwar 180 000 post tax-xogħol.

Ir-Rapporteur jaqbel, madankollu, mal-objettiv ġenerali tal-proposta, li għandu l-għan li jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ nnegozjar tal-UE f’termini tal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi Ewropej għas-swieq ta’ pajjiżi terzi. L-importanza tal-prinċipju ta’ reċiproċità, fost l-oħrajn, ġiet innutata diversi drabi kemm fil-laqgħat tal-Kunsilli Ewropew[4], u kemm mill-Parlament Ewropew[5].

1.2 Modifiki ewlenin magħmula.

Ir-rapporteur iqis li sabiex jiġi żgurat li r-regoli jkunu uniformi u konsistenti, huwa xieraq li ċerti dispożizzjonijiet isiru aktar stretti u li jiġi semplifikat il-kontenut tat-test, kull fejn tista' tirriżulta ambigwità fl-interpretazzjoni.

L-emendi ewlenin introdotti mill-abbozz ta’ opinjoni jikkonċernaw it-trattament ta’ prodotti u servizzi mhux koperti (l-Artikolu 6 tal-proposta għal Regolament). F’dan ir-rigward, ir-rapporteur iqis neċessarju li minn naħa, għandhom jiġu semplifikati l-proċeduri, u min-naħa l-oħra għandu jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni, li bħalissa huwa limitat biss għall-kuntratti b’valur ogħla mil-limitu stabbilit.

Ir-rapporteur jissuġġerixxi li l-proċedura tinqasam f’żewġ mekkaniżmi separati, li għandhom jiġu identifikati abbażi ta’ limiti applikabbli differenti:

•  Fl-ewwel każ, l-awtoritajiet /entitajiet kontraenti għandhom il-kapaċità li jeskludu mill-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti offerti li jinkludu prodotti u servizzi li ġejjin minn pajjiżi terzi mill-proċedura tal-għoti ta’ kuntratti, jekk il-valur tal-prodotti jew tas-servizzi mhux koperti jkun ogħla minn 50 % tal-valur totali tal-prodotti u s-servizzi li jkunu jikkostitwixxu l-offerta[6].

•  Fit-tieni każ, kuntratti b'valur stmat ugwali għal jew ogħla minn EUR 5 000 000, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tivvaluta jekk tapprovax jew le l-proposta tal-amministrazzjonijiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti għall-esklużjoni ta’ offerenti minn pajjiżi terzi.

F'dak li għandu x'jaqsam mat-trattament ta' offerti anormalment baxxi, ir-rapporteur jikkundanna l-fatt li l-Kummissjoni ma pproponietx miżuri speċifiċi u ambizzjużi, kif mitlub mill-Parlament[7]. F'dan il-kuntest, iqis li jeħtieġ jiġi previst li l-entitajiet kontraenti li jkunu beħsiebhom jaċċettaw offerta anormalment baxxa għandhom jinfurmaw lill-offerenti l-oħrajn bil-miktub.

Minbarra l-bidliet ewlenin stabbiliti hawn fuq, bidliet oħrajn għandhom l-għan li jagħmlu d-dispożizzjonijiet aktar stretti, awtomatiċi u rapidi, aktar speċifkament b'rabta mal-possibbiltà ta' konsultazzjoni ma' pajjiż terz (l-Artikolu 9) u d-dritt tal-Kummissjoni li tadotta miżuri restrittivi, skont l-Artikolu 10. F’dan ir-rigward, ir-rapportuer jinsisti li n-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe esklużjoni ta’ offerenti minn pajjiżi terzi għandha ssir biss wara li l-pajjiż terz inkwistjoni jkun estenda u ffaċilità b'mod sostanzjali l-aċċess għas-suq tal-akkwist pubbliku proprju tiegħu għal offerenti mill-UE. Fl-istess ħin, jeħtieġ li l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi temporanji min-naħa tal-Kummissjoni ssir b’mod awtomatiku[8] jekk, wara li jkun sar stħarriġ u b'segwitu għal konsultazzjoni mal-pajjiż terz inkwistjoni, il-Kummissjoni tkun aċċertat ruħha li jeżisti nuqqas sostanzjali ta’ reċiproċità fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz.

Finalment, bl-għan li tiġi evitata kwalunkwe "lakuna fl-interpretazzjoni", ir-rapporteur iqis li huwa meħtieġ jitnaqqas in-numru ta' eċċezzjonijiet permess skont l-Artikolu 13. Għalhekk, waħda mill-emendi tneħħi l-għażla għall-entitajiet kontraenti li jiddeċiedu li ma japplikawx il-miżuri restrittivi skont l-Artikolu 10 meta dawn jirriżultaw f'żieda sproporzjonata fil-prezz u l-ispejjeż tal-kuntratt. B’konformità ma' dak li ntqal dwar l-offerti anormalment baxxi, ir-rapporteur iqis li l-kwalità u s-sostenibbiltà għandhom spiża leġittima.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Skont l-Artikolu 206 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) l-Unjoni, permezz tal-istabbiliment tal-unjoni doganali, għandha tikkontribwixxi, fl-interess komuni, għall-iżvilupp armonjuż tal-kummerċ dinji, għall-abolizzjoni progressiva ta' restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali u fuq l-investiment barrani dirett, kif ukoll għat-tnaqqis tal-ostakoli doganali u ta' xort'oħra.

(2) Skont l-Artikolu 206 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) l-Unjoni, permezz tal-istabbiliment tal-unjoni doganali, għandha tikkontribwixxi, fl-interess komuni, għall-iżvilupp armonjuż tal-kummerċ dinji, għall-abolizzjoni progressiva ta' restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali u fuq l-investiment barrani dirett, kif ukoll għat-tnaqqis tal-ostakoli doganali u ta' xort'oħra. Fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti u b’konformità mal-Artikolu 32 TFUE, l-Unjoni tispira ruħha mill-ħtieġa li tippromwovi l-kummerċ bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emendao

(5) Fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u permezz tar-relazzjonijiet bilaterali tagħha, l-Unjoni saħqet fuq ftuħ ambizzjuż tas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u s-sħab kummerċjali tagħha, fi spirtu ta' reċiproċità u benefiċċju reċiproku

(5) Fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u permezz tar-relazzjonijiet bilaterali tagħha, l-Unjoni saħqet fuq ftuħ ambizzjuż tas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u s-sħab kummerċjali tagħha, fi spirtu ta' reċiproċità, trasparenza, trattament indaqs u benefiċċju reċiproku.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Bosta pajjiżi terzi jsibuha bi tqila sabiex jiftħu s-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom għall-kompetizzjoni internazzjonali jew li jiftħu dawk is-swieq aktar milli diġà għamlu. Bħala riżultat ta' dan, l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni jaffrontaw prattiki restrittivi tal-akkwist mingħand bosta sħab kummerċjali tal-Unjoni. Dawk il-prattiki restrittivi tal-akkwist iwasslu għal telf f'opportunitajiet importanti ta' kummerċ.

(6) Bosta pajjiżi terzi jsibuha bi tqila sabiex jiftħu s-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom għall-kompetizzjoni internazzjonali jew li jiftħu dawk is-swieq aktar milli diġà għamlu. Din ir-riluttanza żdiedet minħabba l-kriżi ekonomika attwali, li ġiegħlet lil diversi pajjiżi terzi jadottaw politiki ta' protezzjoni favur is-suq tagħhom stess li huma ta’ żvantaġġ għall-operaturi ekonomiċi barranin.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Wara l-għeluq tas-swieq tal-pajjiżi terzi, l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni jkollhom jaffrontaw prattiki restrittivi fil-qasam tal-akkwist f'ħafna pajjiżi li huma msieħba kummerċjali tal-Unjoni. Dawn il-prattiki restrittivi jikkawżaw telf sostanzjali ta’ opportunitajiet kummerċjali, b’mod partikolari fis-settur ferrovjarju, tal-kostruzzjoni, tat-tessuti u tat-teknoloġija avvanzata.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi jinkludu biss ftit dispożizzjonijiet dwar id-dimensjoni esterna tal-politika tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni, b'mod partikolari Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE. Madankollu dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss kamp ta' applikazzjoni limitat u minħabba nuqqas ta' gwida mhumiex applikati ħafna minn entitajiet kontraenti.

(7) Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi jinkludu biss ftit dispożizzjonijiet dwar id-dimensjoni esterna tal-politika tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet huma limitati għal akkwist mill-utilitajiet u l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom huwa limitat wisq sabiex ikollu impatt sostanzjali fuq in-negozjati fir-rigward tal-aċċess għas-suq.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Skont l-Artikolu 207 tat-TFUE il-politika kummerċjali komuni fil-qasam tal-akkwist pubbliku għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi.

(8) Skont l-Artikolu 207 tat-TFUE il-politika kummerċjali komuni fil-qasam tal-akkwist pubbliku għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi. F’dan il-kuntest, jeħtieġ li l-Unjoni żżid is-setgħa ta’ nnegozjar tagħha biex ittejjeb, abbażi tal-liġi primarja u sekondarja tagħha, l-aċċess għas-swieq pubbliċi ta' pajjiżi terzi.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Kummissjoni għandha tqis jekk tapprovax li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti skont it-tifsira tad-Direttivi [2004/17/KE, 2004/18/KE u d-Direttiva [….] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [….]…. dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni jeskludu, għall-kuntratti b'valur stmat ta' EUR 5,000,000 jew aktar, mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti, prodotti u servizzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali li tkun ħadet l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

(12) Jeħtieġ li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti skont it-tifsira tad-Direttivi [2004/17/KE, 2004/18/KE u d-Direttiva [….] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [….]…. dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni jkunu jistgħu jeskludu mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti, offerti li jinkludu prodotti u/jew servizzi li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi li fihom il-valur tal-prodotti jew tas-servizzi li mhumiex koperti jkun ogħla minn 50 % tal-valur totali ta' dawn il-prodotti jew servizzi.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Għall-finijiet tat-trasparenza, dawk l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti bl-intenzjoni li jużaw b'mod sħiħ is-setgħa tagħhom skont dan ir-Regolament sabiex jeskludu offerti li jkunu jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, li fihom il-valur tal-prodotti jew servizzi mhux koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta' dawn il-prodotti jew is-servizzi mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għandhom jinfurmaw l-operaturi ekonomiċi b'dan fl-avviż tal-kuntratt ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

imħassar

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi dwar kwalunkwe esklużjoni ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni, awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jeskludu dawn il-prodotti u s-servizzi, filwaqt li jużaw formola standard li tinkludi biżżejjed tagħrif sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tieħu deċiżjoni.

(14) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tevalwa jekk teskludix jew le prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jeskludu dawn il-prodotti u s-servizzi, filwaqt li jużaw formola standard li tinkludi biżżejjed tagħrif sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tieħu deċiżjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Għall-kuntratti b'valur stmat ta' EUR 5.000.000 jew aktar, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni maħsuba jekk il-ftehim internazzjonali dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku bejn l-Unjoni u l-pajjiż minn fejn joriġinaw il-prodotti u/jew is-servizzi, jinkludi, għall-prodotti u/jew is-servizzi li tagħhom tkun qed tiġi proposta l-esklużjoni, riżervazzjonijiet espliċiti ta' aċċess għas-suq min-naħa tal-Unjoni. Meta ftehim tali ma jkunx jeżisti, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni fejn pajjiż terz iżomm miżuri restrittivi tal-akkwist li jwasslu għal nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat. Għandu jkun preżunt nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali meta miżuri restrittivi tal-akkwist jirriżultaw f'diskriminazzjonijiet serji u ripetittivi tal-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-UE.

(15) Għall-kuntratti b'valur stmat ta' EUR 5 000 000 jew aktar, il-Kummissjoni għandha tawtorizza l-esklużjoni maħsuba jekk il-ftehim internazzjonali dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku bejn l-Unjoni u l-pajjiż minn fejn joriġinaw il-prodotti u/jew is-servizzi, jinkludi, għall-prodotti u/jew is-servizzi li tkun qed tiġi proposta l-esklużjoni tagħhom, riżervazzjonijiet espliċiti ta' aċċess għas-suq min-naħa tal-Unjoni. Meta ftehim tali ma jkunx jeżisti, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni meta pajjiż terz iżomm miżuri restrittivi tal-akkwist li jwasslu għal nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat. Għandu jkun preżunt nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali meta miżuri restrittivi tal-akkwist jirriżultaw f'diskriminazzjonijiet serji u ripetittivi tal-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-UE.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Meta tkun qed tivvaluta jekk jeżistix nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali, il-Kummissjoni għandha teżamina, sa liema livell il-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku tal-pajjiż ikkonċernat jiżguraw trasparenza f'konformità mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u jipprekludu kwalunkwe diskriminazzjoni kontra prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. Minbarra dan, għandha teżamina sa liema livell l-awtoritajiet pubbliċi u/jew entitajiet tal-akkwist individwali jżommu jew jadottaw prattiki diskriminatorji fir-rigward ta' prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.

imħassar

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fid-dawl tal-fatt li l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-politika kummerċjali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tagħhom ma għandhomx ikunu jistgħu jillimitaw l-aċċess ta' prodotti jew servizzi ta' pajjiżi terzi għall-proċeduri ta' offerti tagħhom bi kwalunkwe miżura oħra li ma tkunx prevista minn dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-Kummissjoni għandha tkun tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' partijiet interessati jew ta' Stat Membru, li, fi kwalunkwe mument, tibda investigazzjoni esterna fir-rigward ta' prattiki restrittivi tal-akkwist li allegatament ikunu għadhom fis-seħħ f'pajjiż terz. Għandha tqis b'mod partikolari l-fatt li l-Kummissjoni approvat għadd ta' esklużjonijiet maħsuba li jikkonċernaw pajjiż terz skont l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament. Proċeduri investigattivi tali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

(20) Il-Kummissjoni għandha tkun tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' partijiet interessati jew ta' Stat Membru, fi kwalunkwe mument, tibda investigazzjoni esterna fir-rigward ta' prattiki restrittivi tal-akkwist li allegatament ikunu għadhom fis-seħħ f'pajjiż terz. Għandu jitqies b'mod partikolari l-fatt li l-Kummissjoni approvat għadd ta' esklużjonijiet maħsuba li jikkonċernaw pajjiż terz skont dan ir-Regolament. Tali proċeduri investigattivi tali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Huwa ta' importanza vitali li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkollhom aċċess għal varjetà ta' prodotti ta' kwalità għolja li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom ta' akkwist bi prezz kompetittiv. Għalhekk l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jwarrbu l-miżuri li jillimitaw l-aċċess għal prodotti u servizzi li mhumiex koperti f'każ li ma jkunx hemm prodotti jew servizzi tal-Unjoni u/jew prodotti u servizzi koperti disponibbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-awtorità/entità kontraenti sabiex jitħarsu ħtiġijiet pubbliċi essenzjali, pereżempju s-saħħa u s-sigurtà pubblika, jew l-applikazzjoni tal-miżura, jew f'każ li l-applikazzjoni tal-miżuri twassal għal żieda sproporzjonata fil-prezz jew fl-ispejjeż tal-kuntratt.

(24) Huwa ta' importanza vitali li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkollhom aċċess għal varjetà ta' prodotti ta' kwalità għolja li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom ta' akkwist bi prezz kompetittiv. Għalhekk l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jwarrbu l-miżuri li jillimitaw l-aċċess għal prodotti u servizzi li mhumiex koperti f'każ li ma jkunx hemm prodotti jew servizzi tal-Unjoni u/jew prodotti u servizzi koperti disponibbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-awtorità/entità kontraenti sabiex jitħarsu ħtiġijiet pubbliċi essenzjali, pereżempju s-saħħa u s-sigurtà pubblika.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Kapitolu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trattament ta' prodotti u servizzi koperti u mhux koperti, offerti anormalment baxxi

Trattament ta’ prodotti u servizzi koperti u mhux koperti

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trattament ta' prodotti u servizzi koperti

Dispożizzjonijiet ġenerali

Meta jingħataw kuntratti għat-twettiq ta' xogħlijiet u/jew ta' biċċa xogħol, il-forniment ta' prodotti jew ta' servizzi, awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw prodotti u servizzi koperti bl-istess mod bħall-prodotti u servizzi li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea.

1. Meta jingħataw kuntratti għat-twettiq ta' xogħlijiet u/jew ta' biċċa xogħol, il-forniment ta' prodotti jew ta' servizzi, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw prodotti u servizzi koperti bl-istess mod bħall-prodotti u servizzi li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea.

Prodotti jew servizzi li joriġinaw mill-pajjiżi lanqas żviluppati elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 732/2008 għandhom ikunu trattati bħala prodotti u servizzi koperti.

Il-prodotti jew servizzi li joriġinaw mill-klassifikazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li ġejjin għandhom ikunu trattati bħala prodotti u servizzi koperti:

 

(a) il-pajjiżi l-anqas żviluppati elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 732/2008;

 

(b) pajjiżi li jkunu ġew klassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiż b’introjtu baxx matul tliet snin konsekuttivi.

 

2. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tagħhom m'għandhomx jirrestrinġu l-aċċess ta' prodotti jew servizzi mhux koperti għall-proċeduri tal-offerti tagħhom bi kwalunkwe miżura oħra ħlief dawk li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament.

 

3. Il-prodotti u s-servizzi mhux koperti jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri restrittivi meħuda mill-Kummissjoni skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

imħassar

Regoli ta' aċċess għal prodotti u servizzi mhux koperti

 

Prodotti u servizzi mhux koperti jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri restrittivi meħuda mill-Kummissjoni:

 

a) fuq talba tal-entitajiet kontraenti individwali skont ir-regoli stabbiliti f'Artikolu 6;

 

b) skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11.

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Esklużjoni, permezz tas-setgħat tal-awtoritajiet/entitajiet kontraenti, tal-offerti li jinkludu prodotti u servizzi mhux koperti

Esklużjoni ta' offerti li jinkludu prodotti u servizzi mhux koperti

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq talba tal-awtoritajiet/entitajiet kontraenti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk għandhiex tapprova, għall-kuntratti b'valur stmat ta' EUR 5,000,000 jew aktar u li jeskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), l-esklużjoni mill-proċeduri għall-għoti ta' offerti ta' kuntratt li jinkludu prodotti jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni, jekk il-valur ta' prodotti jew servizzi mhux koperti jkun jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta' prodotti jew servizzi li jikkostitwixxu l-offerta, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin.

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jeskludu mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti l-offerti li jinkludu prodotti jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni, jekk il-valur ta' prodotti jew servizzi mhux koperti jkun jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta' prodotti jew servizzi li jikkostitwixxu l-offerta, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkollhom il-ħsieb li jagħmlu esklużjonijiet mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti abbażi tal-paragrafu 1, għandhom jindikaw dan fl-avviż tal-kuntratt li jippubblikaw skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/18/KE jew skont l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2004/17/KE jew l-Artikolu 26 tad-Direttiva dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni.

imħassar

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jirċievu offerti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 illi għandhom l-intenzjoni li jitolbu l-esklużjoni tagħhom minħabba dik ir-raġuni, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni. Matul il-proċedura ta' notifika l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jkomplu bl-analiżi tagħhom tal-offerti.

3. Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jirċievu offerti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 illi għandhom l-intenzjoni li jitolbu l-esklużjoni tagħhom minħabba dik ir-raġuni, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien ġimgħa. Matul il-proċedura ta' notifika l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jkomplu bl-analiżi tagħhom tal-offerti.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jkunu eskludew offerti abbażi tal-paragrafu 1, għandhom jindikaw dan fl-avviż tal-kuntratt li jippubblikaw skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/18/KE, l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2004/17/KE, jew l-Artikolu 27 tad-Direttiva dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-formoli standard għal avviżi ta' għoti ta' kuntratt. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(3).

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-Kummissjoni tkun adottat l-att ta' implimentazzjoni dwar l-aċċess temporanju tal-prodotti u s-servizzi minn pajjiż impenjat f'negozjati sostanzjali mal-Unjoni hekk kif stabbilit fl-Artikolu 9(4).

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-kuntratti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni dwar l-approvazzjoni tal-esklużjoni maħsuba f'perjodu ta' xahrejn li jibda fl-ewwel ġurnata xogħol wara d-data li fiha tirċievi n-notifika. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2). Dan il-perjodu ta' żmien jista' jiġi estiż darba b'massimu ta' xahrejn f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, b'mod partikolari jekk it-tagħrif inkluż fin-notifika jew fid-dokumenti annessi magħha ma jkunx komplut jew mhux eżatt jew jekk il-fatti hekk kif rapportati jinbidlu b'mod sostanzjali. Jekk, fl-aħħar ta' dan il-perjodu ta' xahrejn, jew tal-perjodu ta' żmien estiż, il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni li tapprova jew ma tapprovax l-esklużjoni, l-esklużjoni għandha titqies bħala mhux approvata mill-Kummissjoni.

imħassar

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta tadotta atti ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni maħsuba fil-każijiet li ġejjin:

imħassar

(a) jekk il-ftehim internazzjonali dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku bejn l-Unjoni u l-pajjiż minn fejn joriġinaw il-prodotti u/jew is-servizzi, jinkludi, għall-prodotti u/jew is-servizzi li tagħhom tkun qed tiġi proposta l-esklużjoni, riżervazzjonijiet espliċiti ta' aċċess għas-suq min-naħa tal-Unjoni;

 

(b) meta ftehim msemmi fil-punt (a) ma jkunx jeżisti u l-pajjiż terz iżomm miżuri restrittivi tal-akkwist li jwasslu għal nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat.

 

Għall-fini tal-punt (b), għandu jkun preżunt nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali meta miżuri restrittivi tal-akkwist jirriżultaw f'diskriminazzjonijiet serji u ripetittivi tal-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-UE.

 

Meta tadotta atti ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni ma għandhiex tapprova esklużjoni maħsuba fejn din ma tkunx tirrispetta l-impenji għall-aċċess għas-suq li tkun daħlet għalihom l-Unjoni fil-ftehimiet internazzjonali tagħha.

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta tkun qed tivvaluta jekk jeżistix nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali, il-Kummissjoni għandha teżamina dan li ġej:

imħassar

(a) sa liema livell il-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku tal-pajjiż ikkonċernat jiżguraw trasparenza f'konformità mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u jipprekludu kwalunkwe diskriminazzjoni kontra l-prodotti, is-servizzi u l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni;

 

(b) sa liema livell l-awtoritajiet pubbliċi u/jew entitajiet tal-akkwist individwali jżommu jew jadottaw prattiki diskriminatorji kontra prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Qabel ma l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 3 għandha tisma' l-offerent jew l-offerenti kkonċernati.

imħassar

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jkunu eskludew offerti abbażi tal-paragrafu 1, għandhom jindikaw dan fl-avviż tal-kuntratt li jippubblikaw skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/18/KE, Artikolu 42 tad-Direttiva 2004/17/KE, jew l-Artikolu 27 tad-Direttiva dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-formoli standard għal notifiki ta' għoti ta' kuntratt. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(3).

imħassar

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-att ta' implimentazzjoni dwar l-aċċess temporanju tal-prodotti u servizzi minn pajjiż impenjat f'negozjati sostanzjali mal-Unjoni hekk kif stabbilit fl-Artikolu 9(4).

imħassar

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Valutazzjoni tal-esklużjoni ta' offerti li jinkludu prodotti u servizzi mhux koperti

 

1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa d-deċiżjoni tal-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jeskludu l-offerti li jinkludu prodotti jew servizzi minn pajjiżi terzi mill-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti skont l-Artikolu 6(1).

 

Għall-finijiet tal-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika, b’mod partikolari:

 

(a) jekk l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkunux interpretaw b’mod korrett il-kriterji msemmija fl-Artikolu 6(1);

 

(b) jekk l-esklużjoni tiksirx l-impenji tal-Unjoni fil-ftehimiet internazzjonali konklużi minnha rigward l-aċċess għas-suq .

 

2. Fil-każ li l-Kummissjoni ma tapprovax l-esklużjoni inkwistjoni, għandha tinforma lill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti bin-nuqqas ta’ qbil tagħha fi żmien tliet ġimgħat mill-ewwel jum ta’ xogħol wara d-data li fiha tirċievi n-notifika msemmija fl-Artikolu 6(3).

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6b

 

Awtorizzazzjoni tal-esklużjoni ta’ offerti li jinkludu prodotti u servizzi mhux koperti għal kuntratti b’ valur stmat ta’ EUR 5 000 000 jew aktar

 

Il-Kummissjoni għandha tevalwa d-deċiżjoni tal-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jeskludu offerti li jkunu jinkludu prodotti u servizzi minn pajjiżi terzi għal kuntratti b’valur stmat ta’ EUR 5 000 000 jew aktar mill-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti skont l-Artikolu 6(1).

 

Il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni prevista fil-każijiet li ġejjin:

 

(a) jekk il-ftehim internazzjonali dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku bejn l-Unjoni u l-pajjiż minn fejn joriġinaw il-prodotti u/jew is-servizzi, jinkludi, għall-prodotti u/jew is-servizzi li tkun qed tiġi proposta l-esklużjoni tagħhom, riżervazzjonijiet espliċiti ta' aċċess għas-suq meħuda min-naħa tal-Unjoni;

 

(b) meta ftehim imsemmi fil-punt (a) ma jkunx jeżisti u l-pajjiż terz iżomm miżuri restrittivi tal-akkwist li jwasslu għal nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat.

 

Għall-finijiet tal-punt (b), għandu jkun preżunt nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali meta miżuri restrittivi tal-akkwist jirriżultaw f'diskriminazzjoni serja u ripetuta tal-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-Unjoni.

 

Il-Kummissjoni tirrifjuta l-esklużjoni prevista jekk din tkun tikser l-impenji rigward l-aċċess għas-suq li ħadet l-Unjoni fil-ftehimiet internazzjonali tagħha.

 

3. Meta tkun qed tivvaluta jekk jeżistix nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali, il-Kummissjoni għandha teżamina dan li ġej:

 

(a) sa liema livell il-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku tal-pajjiż ikkonċernat jiżguraw it-trasparenza f'konformità mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u jipprekludu kwalunkwe diskriminazzjoni kontra l-prodotti, is-servizzi u l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni;

 

(b) sa liema livell l-awtoritajiet pubbliċi u/jew entitajiet tal-akkwist individwali jżommu jew jadottaw prattiki diskriminatorji kontra prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.

 

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li japprova jew jirrifjuta l-esklużjoni maħsuba f'perjodu ta' xahrejn li jibda fl-ewwel jum ta’ xogħol wara d-data li fiha tirċievi n-notifika. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2). Il-perjodu jista' jiġi estiż l-aktar b’xahrejn f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, b'mod partikolari jekk it-tagħrif inkluż fin-notifika jew fid-dokumenti annessi magħha ma jkunx komplut jew ma jkunx preċiż jew jekk il-fatti hekk kif rapportati jinbidlu b'mod sostanzjali. Jekk, fl-aħħar ta' dan il-perjodu ta' xahrejn, jew tal-perjodu ta' żmien estiż, il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni li tapprova jew ma tapprovax l-esklużjoni, l-esklużjoni għandha titqies bħala miċħuda mill-Kummissjoni.

 

5. Qabel ma l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 4, għandha tisma' l-offerent jew l-offerenti u l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtorità/entità kontraenti tista' twaqqaf kwalunkwe divulgazzjoni ta' tagħrif fejn dan ikun jista' jostakola l-applikazzjoni tal-liġi, imur kontra l-interess pubbliku, jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi tal-operaturi ekonomiċi, kemm jekk pubbliċi jew privati, jew ikun jista' jippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

imħassar

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tqis jekk għadd ta' esklużjonijiet maħsuba kinux approvati skont l-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament.

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tqis jekk għadd ta' esklużjonijiet maħsuba kinux approvati skont l-Artikolu 6a(4) ta' dan ir-Regolament.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-investigazzjoni msemmija f'paragrafu 1 titwettaq abbażi tal-kriterja stipulati f'Artikolu 6.

2. L-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 titwettaq abbażi tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 6b(2) u (3).

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-valutazzjoni li titwettaq mill-Kummissjoni dwar jekk miżuri restrittivi tal-akkwist ikunux qed jiġu applikati minn pajjiżi terzi kkonċernati għandha ssir abbażi ta' tagħrif mogħti minn partijiet interessati u Stati Membri u/jew fatti miġbura mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni tagħha, u għandha tiġi konkluża f'perjodu ta' disa' xhur wara li tkun bdiet l-investigazzjoni. F'każijiet iġġustifikati kif xieraq dan il-perjodu ta' żmien jista' jiġi estiż bi tliet xhur.

3. Il-valutazzjoni li titwettaq mill-Kummissjoni dwar jekk miżuri restrittivi tal-akkwist ikunux qed jiġu applikati minn pajjiżi terzi kkonċernati għandha ssir abbażi ta' tagħrif mogħti minn partijiet interessati u Stati Membri u/jew fatti miġbura mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni tagħha, u għandha tiġi konkluża f'perjodu ta' disa' xhur wara li tkun bdiet l-investigazzjoni.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta l-Kummissjoni, bħala riżultat tal-investigazzjoni esterna dwar l-akkwist, tikkonkludi li l-miżuri allegatament restrittivi ta' akkwist ma jkunux qed jiġu applikati mill-pajjiż terz ikkonċernat, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

imħassar

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-valutazzjoni li titwettaq mill-Kummissjoni dwar jekk miżuri restrittivi tal-akkwist ikunux qed jiġu applikati minn pajjiżi terzi kkonċernati għandha ssir abbażi ta' tagħrif mogħti mill-partijiet interessati u mill-Istati Membri u/jew fatti miġbura mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni tagħha, u għandha tiġi konkluża f'perjodu ta' sitt xhur wara li tkun inbdiet l-investigazzjoni. F'każijiet iġġustifikati kif xieraq dan il-perjodu ta' żmien jista' jiġi estiż b’xahrejn.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-Kummissjoni, bħala riżultat tal-investigazzjoni esterna dwar l-akkwist, tikkonkludi li l-miżuri allegatament restrittivi tal-akkwist ma jkunux qed jiġu applikati mill-pajjiż terz ikkonċernat, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta, bħala riżultat ta' investigazzjoni, jinstab li jkunu qed jiġu applikati miżuri restrittivi tal-akkwist minn pajjiż terz u l-Kummissjoni tikkunsidra li fl-interess tal-UE jiġġustifika li tagħmel hekk, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pajjiż jidħol f'konsultazzjonijiet bl-għan li jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-Unjoni jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-proċeduri ta' offerti għall-għoti ta' kuntratti tal-akkwist pubbliku f'dak il-pajjiż b'kundizzjonijiet li ma jkunux anqas favorevoli minn dawk mogħtija lill-operaturi, prodotti u servizzi nazzjonali ta' dak il-pajjiż u wkoll bl-għan li tkun żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trasparenza u trattament ekwu.

Meta, bħala riżultat ta' investigazzjoni, jinstab li jkunu qed jiġu applikati miżuri restrittivi tal-akkwist minn pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pajjiż jidħol f'konsultazzjonijiet bl-għan li jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-Unjoni jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-proċeduri ta' offerti għall-għoti ta' kuntratti tal-akkwist pubbliku f'dak il-pajjiż b'kundizzjonijiet li ma jkunux anqas favorevoli minn dawk mogħtija lill-operaturi, prodotti u servizzi nazzjonali ta' dak il-pajjiż u wkoll bl-għan li tkun żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trasparenza u trattament ekwu.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-miżuri rimedjali/korrettivi li jkunu ttieħdu mill-pajjiż terz ikkonċernat jintemmu, jiġu sospiżi jew implimentati b'mod mhux xieraq, il-Kummissjoni tista':

Meta l-miżuri rimedjali/korrettivi li jkunu ttieħdu mill-pajjiż terz ikkonċernat jintemmu, jiġu sospiżi jew implimentati b'mod mhux xieraq, il-Kummissjoni għandha:

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn, wara li tkun bdiet il-konsultazzjoni, jidher li l-aktar mod xieraq sabiex tintemm prattika restrittiva ta' akkwist tkun il-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali, għandhom jitwettqu negozjati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Jekk pajjiż ikun impenja ruħu f'negozjati sostanzjali mal-Unjoni Ewropea dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jipprevedi li l-prodotti u s-servizzi minn dak il-pajjiż ma jistgħux jiġu esklużi mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti skont Artikolu 6.

4. Meta, wara li tkun bdiet il-konsultazzjoni, jidher li l-aktar mod xieraq sabiex tintemm prattika restrittiva ta' akkwist tkun il-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali, għandhom jitwettqu negozjati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Jekk pajjiż ikun wessa’ u ffaċilità b’mod sostanzjali l-aċċess għas-suq tiegħu fil-qasam tal-akkwist pubbliku għall-offerenti mill-UE, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jipprevedi li l-prodotti u s-servizzi minn dak il-pajjiż ma jistgħux jiġu esklużi mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti skont l-Artikolu 6.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni tista' ttemm il-konsultazzjoni jekk il-pajjiż ikkonċernat jieħu impenji internazzjonali mifthema mal-Unjoni fi kwalunkwe wieħed minn dawn l-oqsfa li ġejjin:

imħassar

(a) Sħubija mal-Ftehim tal-WTO dwar l-Akkwist Pubbliku,

 

(b) Konklużjoni ta' ftehim bilaterali mal-Unjoni li jinkludi impenji għall-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku, jew

 

(c) Espansjoni tal-impenji tiegħu għall-aċċess għas-suq li ttieħdu fil-kuntest tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Akkwist tal-Gvern jew fil-kuntest tal-ftehim bilaterali konkluż mal-Unjoni f'dak il-qafas.

 

Il-konsultazzjoni tista' wkoll tintemm f'każijiet fejn il-miżuri restrittivi tal-akkwist ikunu għadhom applikati fil-mument meta jittieħdu l-impenji, sakemm dawn jinkludu dispożizzjonijiet iddettaljati fir-rigward tal-eliminazzjoni gradwali ta' dawk il-prattiki.

 

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fil-każ li konsultazzjoni ma' pajjiż terz ma twassalx għal riżultati sodisfaċenti fi żmien 15-il xahar mid-data meta tkun bdiet il-konsultazzjoni mal-pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha ttemm il-konsultazzjoni u tikkunsidra azzjoni skont l-Artikolu 10 biex tadotta atti ta' implimentazzjoni li jillimitaw l-aċċess ta' prodotti u servizzi li joriġinaw minn pajjiż terz.

6. Fil-każ li konsultazzjoni ma' pajjiż terz ma twassalx għal riżultati sodisfaċenti fi żmien 12-il xahar mid-data meta tkun bdiet il-konsultazzjoni mal-pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha ttemm il-konsultazzjoni u tikkunsidra azzjoni skont l-Artikolu 10 biex tadotta atti ta' implimentazzjoni li jillimitaw l-aċċess ta' prodotti u servizzi li joriġinaw minn pajjiż terz.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn f'investigazzjoni skont Artikolu 8, u wara li tkun segwita l-proċedura prevista f'Artikolu 9, jinsab li miżuri restrittivi tal-akkwist adottati jew applikati minn dak il-pajjiż terz wasslu għal nuqqas ta' reċiproċità importanti fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz, kif imsemmi f'Artikolu 6, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tillimita temporanjament l-aċċess għal prodotti u servizzi mhux koperti li joriġinaw minn pajjiż terz. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

1. Meta f'investigazzjoni skont l-Artikolu 8, u wara li tkun ġiet segwita l-proċedura prevista fl-Artikolu 9, jinsab li miżuri restrittivi tal-akkwist adottati jew applikati minn dak il-pajjiż terz wasslu għal nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz, kif imsemmi fl-Artikolu 6b(3), il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tillimita temporanjament l-aċċess għal prodotti u servizzi mhux koperti li joriġinaw minn pajjiż terz. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Irtirar jew sospensjoni tal-miżuri

Tiġdid, irtirar jew sospensjoni tal-miżuri

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiżdied proċess ta’ rieżami

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Kummissjoni tqis li r-raġunijiet li jiġġustifikaw il-miżuri adottati skont l-Artikoli 9(4) u 10 ma għadhomx japplikaw, il-Kummissjoni tista' tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex:

Wara li tkun ivverifikat li r-raġunijiet li kienu jiġġustifikaw il-miżuri adottati skont l-Artikoli 9(4) u 10 ma għadhomx japplikaw, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex:

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Skont id-deċiżjoni tagħha fl-Artikolu 10(1), il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ regolari tas-sitwazzjoni fil-pajjiż terz ikkonċernat u tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk ikunux ittieħdu miżuri ta’ rimedju jew miżuri korrettivi.

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tippermetti li jsir rieżami ta’ kull sena tas-sitwazzjoni fil-pajjiż terz.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-Kummissjoni tqis li r-raġunijiet li jiġġustifikaw il-miżuri adottati skont l-Artikoli 9(4) u 10 ikunu għadhom japplikaw mat-tmiem tal-perjodu temporanju skont l-Artikolu 10(1), il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni biex iġġedded il-miżuri għal perjodu ulterjuri sa massimu ta’ ħames snin u li jiġġedded kull ħames snin wara dan.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprovdi għal proċess għat-tiġdid tal-miżuri adottati fl-Artikolu 9(4).

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) applikazzjoni tal-miżura twassal għal żieda sproporzjonata fil-prezz jew fl-ispejjeż tal-kuntratt.

imħassar

PROĊEDURA

Titolu

L-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta’ pajjiżi terzi

Referenzi

COM(2012)0124 – C7-0084/2012 – 2012/0060(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

20.4.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

20.4.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Raffaele Baldassarre

25.4.2012

Eżami fil-kumitat

21.2.2013

29.5.2013

20.6.2013

 

Data tal-adozzjoni

17.9.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Eva Lichtenberger, Angelika Niebler, József Szájer, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Schmidt

  • [1]  Għal aktar dettalji, ara: Il-Parlament Ewropew, DĠ EXPO (2012): Public procurement in international trade, pp. 10-11.
  • [2]  Fiċ-Ċina, pereżempju, ġew introdotti klawżoli ta' "buy local" fl-Artikolu 10 tal-Liġi tal-Gvern dwar l-Akkwist, li ħarġet fl-2003. Il-politika ta' protezzjoni kompliet tissaħħaħ mill-gvern ta' Pekin fl-2007 permezz tal-introduzzjoni ta' żewġ digrieti li jillimitaw il-possibbiltà tal-akkwist ta’ prodotti barranin. Fl-Istati Uniti, min-naħa l-oħra, l-American Recovery and Reinvestment Act kompla jsaħħaħ il-miżuri protettivi "Buy American", li ġew introdotti madwar 70 sena ilu wara l-hekk imsejħa "Depressjoni l-Kbira". Il-gvern Brażiljan immodifika l-liġijiet dwar l-akkwist fl-2010, u introduċa l-possibbiltà għall-awtoritajiet kontraenti li jżommu marġni ta' 25 % għall-prodotti u s-servizzi manifatturati kollha kemm huma jew parzjalment ġewwa l-Brażil. Ara.: Il-Parlament Ewropew, DĠ EXPO (2012): Public procurement in international trade, pp. 22-30. Ara wkoll: Il-Kummissjoni Ewropea (2012): Valutazzjoni tal-impatt tal-proposta għal Regolament inkwistjoni, pp. 10-14.
  • [3]  B'mod partikolari, is-setturi tal-ferrovija u tal-kostruzzjoni. Ara wkoll il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni Ewropewa SWD(2012) 57 finali.
  • [4]  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta' Settembru 2010 u tad-29 ta' Ġunju 2012.
  • [5]  Ara r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-aċċess ugwali għas-swieq tas-settur pubbliku fl-UE u f’pajjiżi terzi u dwar ir-reviżjoni tal-qafas legali tal-akkwist pubbliku inklużi l-konċessjonijiet (http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+MOTION+B7-2011-0284+0+DOC+XML+V0//MT).
  • [6]  F’sitwazzjoni bħal din, il-Kummissjoni tivvaluta l-esklużjoni u jekk ma tkunx taqbel mad-deċiżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, għandha tesprimi n-nuqqas ta' qbil tagħha fi żmien tliet ġimgħat.
  • [7]  Il-paragrafu 4 tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2011 "dwar l-aċċess ugwali għas-swieq tas-settur pubbliku fl-UE u f’pajjiżi terzi u dwar ir-reviżjoni tal-qafas legali tal-akkwist pubbliku inklużi l-konċessjonijiet" jgħid dan li ġej: "F'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi assoċjati ma' offerti straordinarjament baxxi u biex jiġu proposti soluzzjonijiet xierqa".
  • [8]  Għal finijiet ta’ koerenza legali, ir-rapporteur jemmen li għandu jiġi previst l-istess livell ta’ awtomatiċità fir-rigward tar-revoka jew is-sospensjoni ta’ miżuri restrittivi, li m’għandhomx jibqgħu jiġu applikati wara li l-Kummissjoni tkun ivverifikat li ma japplikawx aktar ir-raġunijiet li kienu jiġġustifikaw l-adozzjoni tal-miżuri (nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali).

PROĊEDURA

Titolu

L-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta’ pajjiżi terzi

Referenzi

COM(2012)0124 – C7-0084/2012 – 2012/0060(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

21.3.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

20.4.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

20.4.2012

EMPL

20.4.2012

ITRE

20.4.2012

IMCO

20.4.2012

 

JURI

20.4.2012

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

23.4.2012

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i)

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

25.10.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Daniel Caspary

25.4.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.11.2012

23.1.2013

20.3.2013

28.5.2013

 

17.6.2013

17.9.2013

5.11.2013

 

Data tal-adozzjoni

28.11.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

10

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Nora Berra, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, George Sabin Cutaş, Marielle de Sarnez, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Henri Weber, Iuliu Winkler, Jan Zahradil, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Bennion, Jutta Haug, Anthea McIntyre, Katarína Neveďalová, Marc Tarabella, Nikola Vuljanić, Roberts Zīle

Data tat-tressiq

10.12.2013