RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 638/2004 fuq l-istatistiċi Komunitarji rigward il-kummerċ ta' merkanzija bejn Stati Membri rigward l-għoti ta’ setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri, il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-amministrazzjoni tad-dwana, l-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn l-Istati Membri, kif ukoll id-definizzjoni tal-valur statistiku

10.12.2013 - (COM(2013)0578 – C7‑0242/2013 – 2013/0278(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Hans-Peter Martin


Proċedura : 2013/0278(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 638/2004 fuq l-istatistiċi Komunitarji rigward il-kummerċ ta' merkanzija bejn Stati Membri rigward l-għoti ta’ setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri, il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-amministrazzjoni tad-dwana, l-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn l-Istati Membri, kif ukoll id-definizzjoni tal-valur statistiku

(COM(2013)0578 – C7‑0242/2013 – 2013/0278(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0578),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0242/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0457/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-għarfien espert. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(6) Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell l-aktar effiċjenti tal-għarfien espert wara li tinforma l-Istati Membri dwar min għandu jiġu kkonsultat u fuq liema bażi għandu jiġi żgurat ir-rispett tal-imparzjalità u għandhom jiġu evitati l-kunflitti ta' interess possibbli. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti ddelegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajiet li jwieġbu.

(7) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti ddelegati ma jimponux spiża jew piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajiet li jwieġbu u li jibqgħu kemm jista' jkun ekonomiċi.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 638/2004, għandhom jiġu kkonferiti setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni li jippermettulha li tadotta l-arranġamenti għall-ġbir tal-informazzjoni, b’mod partikolari rigward il-kodiċijiet li għandhom jintużaw, id-dispożizzjonijiet tekniċi biex tinġabar l-istatistika annwali dwar il-kummerċ permezz tal-karatteristiċi tan-negozju u kwalunkwe miżura neċessarja biex tiżgura li l-kwalità tal-istatistika trażmessa hija konformi mal-kriterji tal-kwalità. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(8) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 638/2004, għandhom jiġu kkonferiti setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni li jippermettulha li tadotta l-arranġamenti għall-ġbir tal-informazzjoni, b’mod partikolari rigward il-kodiċijiet li għandhom jintużaw, id-dispożizzjonijiet tekniċi biex tinġabar l-istatistika annwali dwar il-kummerċ permezz tal-karatteristiċi tan-negozju u kwalunkwe miżura neċessarja biex tiżgura li l-kwalità tal-istatistika trażmessa mingħajr ħlas tkun konformi mal-kriterji tal-kwalità. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Bl-istrateġija għal struttura ġdida tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (minn hawn 'il quddiem imsejħa ESS) maħsuba biex ittejjeb il-koordinazzjoni u s-sħubija fi struttura piramida ċara fi ħdan l-ESS, il- Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea,9, għandu jaqdi rwol konsultattiv u jassisti lill-Kummissjoni waqt li tkun qed teżerċita s-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha.

(10) Bl-istrateġija għal struttura ġdida tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (minn hawn 'il quddiem imsejħa ESS) maħsuba biex ittejjeb il-koordinazzjoni u s-sħubija fi struttura piramida ċara fi ħdan l-ESS, il- Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea9, għandu jaqdi rwol konsultattiv u jassisti lill-Kummissjoni waqt li tkun qed teżerċita s-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha. It-titjib tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni (Eurostat) huwa essenzjali biex tinħareġ statistika ta' kwalità ogħla fl-Unjoni.

__________________

__________________

9 ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

9 ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Ir-Regolament (KE) Nru 638/2004 għandu jiġi emendat bis-sostituzzjoni tar-referenza lill-Kumitat tal-Intrastat b’referenza għall-ESSC.

(11) Ir-Regolament (KE) Nru 638/2004 għandu jiġi emendat bis-sostituzzjoni tar-referenza lill-Kumitat tal-Intrastat b’referenza għall-ESSC. L-ESSC għandu jżomm l-istess struttura ta' sħubija bħal dik tal-Kumitat Intrastat, jiġifieri membru wieħed għal kull Stat Membru.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Simplifikazzjonijiet ta’ skemi ta’ approvazzjoni doganali wasslu għal nuqqas ta’ disponibbiltà, fil-livell ta’ dwana, ta’ tagħrif statistiku dwar merkanzija li tgħaddi minn proċeduri doganali ta' proċessar. Biex tiġi żgurata l-kopertura tad-dejta, il-movimenti ta’ dik il-merkanzija għandhom jiġu inklużi fis-sistema tal-Intrastat.

(12) Simplifikazzjonijiet ta’ skemi ta’ approvazzjoni doganali wasslu għal nuqqas ta’ disponibbiltà, fil-livell ta’ dwana, ta’ tagħrif statistiku dwar merkanzija li tgħaddi minn proċeduri doganali ta' proċessar. Biex tiġi żgurata l-kopertura tad-dejta, il-movimenti ta’ dik il-merkanzija għandhom jiġu inklużi fis-sistema tal-Intrastat filwaqt li kwalunkwe spiża addizzjonali għandha tkun kemm jista' jkun limitata. L-informazzjoni għandha ssegwi l-prinċipju ta' "rappurtar b'direzzjoni waħda", u għaldaqstant sakemm tkun tista' tiġi garantita l-kwalità tad-dejta, id-dejta għandha tinġabar biss mill-kumpaniji tal-esportazzjoni.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali relatata mal-istatistika dwar il-kummerċ ġewwa l-UE għandu jitħalla jsir bejn l-Istati Membri bil-għan li jkun hemm iktar effiċjenza fl-iżvilupp, fil-produzzjoni u fit-tixrid ta’ din l-istatistika jew għat-titjib tal-kwalità tagħha.

(13) L-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali relatata mal-istatistika dwar il-kummerċ ġewwa l-UE għandu jitħalla jsir bejn l-Istati Membri u għandu jkun mingħajr ħlas jekk dan ikun neċessarju sabiex ikun hemm iktar effiċjenza fl-iżvilupp, fil-produzzjoni u fit-tixrid ta’ din l-istatistika jew għat-titjib tal-kwalità tagħha. Tali skambji għandhom ikunu volontarji u għandhom ikunu possibbli għal perjodu transitorju wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Madankollu, tali skambju ta' dejta kunfidenzjali għandu jiġi ttrattat bir-reqqa u fih innifsu m'għandux jinvolvi piż amministrattiv ogħla għall-kumpaniji.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Id-definizzjoni ta’ valur statistiku għandha tiġi ċċarata u allinjata mad-definizzjoni ta’ dan l-element tad-dejta skont l-istatistika dwar il-kummerċ barra l-UE.

(14) Id-definizzjoni ta’ valur statistiku għandha tiġi ċċarata u allinjata mad-definizzjoni ta’ dan l-element tad-dejta skont l-istatistika dwar il-kummerċ barra l-UE sabiex tiġi permessa komparabilità aħjar tal-istatistika kummerċjali dwar il-kummerċ ġewwa l-UE ma' dak barra l-UE. Id-definizzjonijiet uniformi huma essenzjali għal kummerċ transkonfinali li jiffunzjona tajjeb u bla xkiel u huma importanti b'mod speċjali sabiex l-awtoritajiet nazzjonali differenti jkunu jistgħu jagħmlu interpretazzjonijiet konkordanti tar-regoli li jkollhom impatt fuq l-attivitajiet transkonfinali tan-negozji.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-amministrazzjoni tad-dwana, l-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn l-iSM u d-definizzjoni ta’ valur statistiku fil-qasam tal-istatistika tal-kummerċ ġewwa l-UE. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(15) Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq li jiġu stabbiliti regoli armonizzati dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-amministrazzjoni tad-dwana, l-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn l-iSM u d-definizzjoni ta’ valur statistiku fil-qasam tal-istatistika tal-kummerċ ġewwa l-UE. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) It-trasmissjoni tad-dejta mill-awtoritajiet nazzjonali għandha tkun bla ħlas għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet jew l-aġenziji tal-Unjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika tal-Istati Membri u ż-żieda ta' miżuri ta' koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġu żviluppati approċċ integrat u indikaturi statistiċi dejjem iżjed affidabbli sabiex il-politiki jiġu implimentati b'mod aktar effettiv.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b) B'segwitu għall-iskoperta riċenti ta' ksur tal-protezzjoni tad-dejta taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-Istati Membri, jeħtieġ li tissaħħaħ is-sigurtà tal-modalitajiet ta' trasmissjoni ta' dejta statistika sensittiva, inkluża dejta ekonomika;

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt b

Regolament (KE) Nru 638/2004

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-informazzjoni statistika dwar id-dispaċċi u l-wasliet ta’ merkanzija li jkunu s-suġġett ta’ dokument amministrattiv wieħed għall-finijiet doganali jew fiskali għandha tkun ipprovduta direttament mid-dwana lill-awtoritajiet nazzjonali, ta’ lanqas darba fix-xahar.

2. L-informazzjoni statistika dwar id-dispaċċi u l-wasliet ta’ merkanzija li jkunu s-suġġett ta’ dokument amministrattiv wieħed għall-finijiet doganali jew fiskali għandha tkun ipprovduta direttament mid-dwana lill-awtoritajiet nazzjonali darba fix-xahar.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 638/2004

Artikolu 9a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali, kif iddefinit bl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (*), għandu għal skopijiet ta’ statistika biss, jkun permess bejn l-awtoritajiet nazzjonali rispettivi ta’ kull Stat Membru, fejn l-iskambju jservi l-iżvilupp effiċjenti, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea rigward il-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri jew itejjeb il-kwalità tagħhom.

L-iskambju, mingħajr ħlas, ta’ dejta kunfidenzjali, kif iddefinit bl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (*), għandu għal skopijiet ta’ statistika biss, jkun permess bejn l-awtoritajiet nazzjonali rispettivi ta’ kull Stat Membru, fejn ikun ippruvat li l-iskambju jservi l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni effiċjenti tal-istatistika Ewropea rigward il-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri jew itejjeb b'mod sinifikanti l-kwalità tagħhom. Kwalunkwe piż amministrattiv u spiża addizzjonali għall-Istati Membri għandha tinżamm għal ammont minimu. Tali skambju ta' informazzjoni kunfidenzjali għandu jkun volontarju sal-...[ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 638/2004

Artikolu 9a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet nazzjonali li jkunu kisbu d-dejta kunfidenzjali għandhom jittrattaw din l-informazzjoni bħala kunfidenzjali u għandhom jużawha esklussivament għal għanijiet ta' statistika.

L-awtoritajiet nazzjonali li jkunu kisbu d-dejta kunfidenzjali għandhom jittrattaw din l-informazzjoni bħala kunfidenzjali u għandhom jużawha esklussivament għal għanijiet ta' statistika. L-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx jittrażmettu tali dejta lil xi organizzazzjoni internazzjonali, għajr bil-mod previst fir-Regolament.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6 – punt c

Ir-Regolament (KE) 638/2004

Artikolu 10 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet li jilħqu r-rekwiżiti ta’ kwalità, jissimplifikaw it-tagħrif li għandu jingħata għal tranżazzjonijiet żgħar individwali. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, b’konformità mal-Artikolu 13a, atti ddelegati biex tiddefinixxi dawn il-kundizzjonijiet.

5. L-Istati Membri jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet li jilħqu r-rekwiżiti ta’ kwalità, jissimplifikaw it-tagħrif li għandu jingħata għal tranżazzjonijiet żgħar individwali sakemm tali simplifikazzjoni ma jkollha l-ebda effett ta' detriment għall-kwalità tal-istatistika. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, b’konformità mal-Artikolu 13a, atti ddelegati biex tiddefinixxi dawn il-kundizzjonijiet.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 638/2004

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6a) L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 11

Artikolu 11

Il-kunfidenzjalità tal-istatistika

Il-kunfidenzjalità tal-istatistika

Fil-każ uniku fejn il-parti jew il-partijiet li jkunu pprovdew l-informazzjoni hekk jitolbu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiddeċiedu jekk ir-riżultati tal-istatistika, li permezz tagħhom huwa possibli li jista' jkun identifikati l-imsemmija fornituri, għandhomx jiġu disseminati jew emendati b'tali mod li d-disseminazzjoni tagħhom ma jippreġudikax il-konfidenzalità tal-istatistika.

Fil-każ uniku fejn il-parti jew il-partijiet li jkunu pprovdew l-informazzjoni hekk jitolbu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiddeċiedu jekk ir-riżultati tal-istatistika, li permezz tagħhom huwa possibli li jista' jkun identifikati l-imsemmija fornituri, għandhomx jiġu disseminati jew emendati b'tali mod li d-disseminazzjoni tagħhom ma jippreġudikax il-konfidenzalità tal-istatistika. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiżguraw li l-benefiċċji statistiċi jegħlbu b'mod ċar l-effetti negattivi eventwali fuq il-parti jew il-partijiet li jipprovdu l-informazzjoni.”

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7 – punt c

Regolament (KE) Nru 638/2004

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet tekniċi għal kumpilazzjoni ta’ din l-istatistika.

Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet tekniċi għal kumpilazzjoni ta’ din l-istatistika bl-aktar mod ekonomiku possibbli.

Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2);

Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2);

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 638/2004

Artikolu 13 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, kwalunkwe miżura neċessarja biex tiżgura l-kwalità tal-istatistika trażmessa konformement mal-kriterji tal-kwalità.

(4) Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, kwalunkwe miżura neċessarja biex tiżgura l-kwalità tal-istatistika trażmessa konformement mal-kriterji tal-kwalità, filwaqt li tevita spejjeż eċċessivi għall-awtoritajiet nazzjonali.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 638/2004

Artikolu 13a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Meta teżerċita s-setgħat delegati fl-Artikolu 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2), il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti ddelegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq il-parteċipanti.

(2) Meta teżerċita s-setgħat delegati fl-Artikolu 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2), il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti ddelegati ma jimponux spejjeż jew piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq il-parteċipanti. Il-Kummissjoni għandha ssegwi tnaqqis fl-ispejjeż u fil-piż amministrattiv fejn ikun possibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika debitament l-azzjonijiet f’dawk l-atti delegati intenzjonati u tipprovdi informazzjoni, b’kontribut mill-Istati Membri, dwar kwalunkwe piż u spiża tal-produzzjoni assoċjati skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 9

Ir-Regolament (KE) 638/2004

Artikolu 13a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [(Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet:. jekk jogħġbok daħħal id-data preċiża tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' emenda)].

3. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data preċiża tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' emenda]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni m'għandhiex tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati għal perijodu ta' żmien indeterminat.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 638/2004

Artikolu 13a – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

PROĊEDURA

Titolu

L-istatistiċi rigward il-kummerċ ta’ merkanzija bejn Stati Membri rigward l-għoti ta’ setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri, il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-amministrazzjoni tad-dwana, l-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn l-Istati Membri, kif ukoll id-definizzjoni tal-valur statistiku

Referenzi

COM(2013)0578 – C7-0242/2013 – 2013/0278(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

8.8.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

10.9.2013

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Hans-Peter Martin

10.9.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.11.2013

2.12.2013

9.12.2013

 

Data tal-adozzjoni

2.12.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

0

11

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marino Baldini, Burkhard Balz, Jean-Paul Besset, Sharon Bowles, Udo Bullmann, George Sabin Cutaş, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Syed Kamall, Othmar Karas, Jürgen Klute, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Ivana Maletić, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sophie Auconie, Fabrizio Bertot, Philippe De Backer, Saïd El Khadraoui, Anne E. Jensen, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Nils Torvalds, Oleg Valjalo

Data tat-tressiq

10.12.2013