Proċedura : 2011/0196(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0471/2013

Testi mressqa :

A7-0471/2013

Dibattiti :

PV 14/01/2014 - 15
CRE 14/01/2014 - 15

Votazzjonijiet :

PV 15/01/2014 - 10.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0023

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 183kWORD 94k
19.12.2013
PE 523.061v02-00 A7-0471/2013

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq

(11532/2013 – C7‑0410/2013 – 2011/0196(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Silvia-Adriana Ţicău

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar

ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni

għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-

Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni

soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq

(11532/2013 – C7‑0410/2013 – 2011/0196(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11532/2013 – C7‑0410/2013),

–   wara li kkunsidra l-opinjonital-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2011(1),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tal-5 ta' Ottubru 2011(2),

–   wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni ,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0451),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0471/2013),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU C 43, 15.2.2012, p. 79

(2)

ĠU C 37, 10.2.2012, p. 6

(3)

ĠU C 349 E, 29.11.2013, p. 105.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006

Sabiex tkun żgurata l-implementazzjoni effettiva u uniformi tal-leġiżlazzjoni dwar il-ħinijiet tas-sewqan u l-perijodi ta' mistrieħ, il-Kummissjoni se tissokta timmonitorja mill-qrib l-implementazzjoni ta' dik il-leġiżlazzjoni, u, fejn ikun neċessarju, tieħu l-inizjattivi xierqa.


NOTA SPJEGATTIVA

It-takografu huwa użat fit-trasport bit-triq għall-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli dwar il-ħinijiet ta’ sewqan u l-perijodi ta’ mistrieħ, sabiex jiżgura s-sigurtà fit-toroq, il-kundizzjonijiet ta’ xogħol diċenti għas-sewwieqa u l-kompetizzjoni ġusta bejn in-negozji tat-trasport.

L-għan tar-regolament propost, li ser jissostitwixxi r-regolament attwali tal-1985 huwa li jagħmilha aktar diffiċli biex issir frodi, li jkunu infurzati aħjar ir-regoli soċjali u li jnaqqas il-piż amministrattiv billi jsir użu sħiħ minn teknoloġiji ġodda u jiġu introdotti għadd ta’ miżuri regolatorji ġodda.

Wara l-adozzjoni mill-plenarja tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari fit-3 ta’ Lulju 2012, bdew negozjati informali mal-Presidenza Ċiprijotta u komplew mal-Presidenza Irlandiża. Wara tliet ċikli ta’ trilogi mal-Presidenza Irlandiża, it-timijiet tan-negozjar tal-Parlament u tal-Kunsill laħqu ftehim fuq il-fajl fl-14 ta’ Mejju 2013. It-test tal-ftehim tressaq quddiem il-Kumitat TRAN għal votazzjoni ta’ approvazzjoni fit-18 ta’ Ġunju 2013, u dan ġie approvat b’maġġoranza kbira. Abbażi tal-approvazzjoni tal-Kumitat, il-President tal-Kumitat impenja ruħu, fl-ittra tiegħu lill-President ta’ Coreper, li jirrakkomanda lill-plenarja tapprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mingħajr emenda. Wara verifika ġuridikolingwistika, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tikkonferma l-ftehim fil-15 ta’ Novembru 2013.

Billi l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari hija konformi mal-ftehim milħuq fit-trilogi, ir-Rapporteur tirrakkomanda lill-Kumitat jaċċettaha mingħajr emendi addizzjonali.

Ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza b’mod partikolari l-elementi tal-kompromess li ġejjin:

It-takografu intelliġenti: Il-Parlament appoġġja l-introduzzjoni tat-takografu intelliġenti peress li jemmen li se jgħin biex itejjeb l-infurzar tal-leġiżlazzjoni u se jkun mezz biex jitnaqqas il-livell tal-piż amministrattiv relatat mal-obbligi tat-takografu għall-kumpaniji tat-trasport konformi fuq perjodu medju u twil. Waqt in-negozjati ħarġet ċara l-ħtieġa li jkun żgurat li t-takografu intelliġenti jkun effiċjenti imma affordabbli.

It-takografu intelliġenti se jinkludi żewġ funzjonalitajiet ġodda: il-komunikazzjoni mill-bogħod għal skopijiet ta’ kontroll u r-reġistrazzjoni tad-dejta ta’ lokalizzazzjoni. Minbarra l-inserzjoni ta’ garanziji ġodda fir-rigward ta’ protezzjoni tad-dejta u l-privatezza, il-ftehim żviluppa dawn il-funzjonalitajiet f’aktar dettall:

§ Fir-rigward ta’ komunikazzjoni mill-bogħod għal skopijiet ta’ kontroll: it-test issa għandu lista eżawrjenti ta’ elementi li għandhom jiġu trasmessi lill-uffiċjali ta’ kontroll. Ġie ċċarat li f’ebda każ il-komunikazzjoni mill-bogħod ma tista’ twassal għal multi awtomatiċi jew pieni għas-sewwieq jew l-intrapriża.

§ Hemm obbligazzjoni għall-Istati Membri biex jarmaw lill-uffiċjali tal-kontroll tagħhom għal komunikazzjoni mill-bogħod qabel id-data ta’ skadenza stabbilita. Kien diġà ċar fl-ewwel qari tagħna li se jkun diffiċli għat-tim tan-negozjar tal-Parlament biex jaċċetta l-introduzzjoni tat-takografu intelliġenti jekk l-Istati Membri ma jkunux kommessi u lesti li jarmaw lill-uffiċjali tal-kontroll tagħhom bit-tagħmir neċessarju għall-komunikazzjoni mill-bogħod. Waqt in-negozjati l-għan tagħna kien li nassiguraw li l-mekkaniżmu ta’ komunikazzjoni mill-bogħod ikun ibbażat fuq teknoloġija simplifikata, u għaldaqstant affordabbli, li tillimita kemm jista’ jkun l-investimenti tal-Istati Membri.

§ Fir-rigward tar-reġistrazzjoni tad-dejta tal-lokalizzazzjoni, aktar punti minn dawk tal-bidu u tat-tmiem tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum ġew introdotti sabiex jiġu msaħħa aktar il-kontrolli. Ir-reġistrazzjoni għandha ssir awtomatikament wara tliet sigħat ta’ sewqan kontinwu. Is-sinjal tas-satellita użat se jkun bla ħlas.

§ Id-data ta’ skadenza għall-introduzzjoni tat-takografu intelliġenti: Il-Kummissjoni kienet ipproponiet 48 xahar, il-Kunsill u l-Parlament b’mod definittiv qablu fuq 36 xahar biex it-takografu intelliġenti jkun fis-suq.

§ Użu tal-ITS: it-test maqbul ma jagħmilx użu mill-interfaces obbligatorji tal-ITS, imma jipprevedi li wara 36 xahar kull takografu intelliġenti konness ma’ applikazzjoni ta’ ITS għandu juża interface standardizzat.

Ir-rekwiżiti tat-takografu ġew żviluppati f’aktar dettall, inkluż issa referenzi speċifiċi għall-kompetizzjoni fis-suq tal-manifatturi:

§ Id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali: Biex jippermetti l-kompetizzjoni ġusta fl-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet marbuta mat-takografu, id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew privattivi marbuta mat-trażmissjoni ta’ dejta fit-takografu jew barra minnu għandhom ikunu disponibbli għal kulħadd mingħajr ħlas ta’ drittijiet (Użu ta’ standards miftuħa.)

§ L-użu ta’ tagħmir estern: Il-funzjonalitajiet ta’ takografi intelliġenti jistgħu jiġu provduti permezz tal-użu ta’ tagħmir estern.

Dispożizzjonijiet ġodda fuq funzjonijiet tat-takografu, dejta li għandha tiġi rreġistrata, twissijiet u wiri ta’ informazzjoni lis-sewwieq ġew ukoll inklużi fit-test tar-Regolament.

Garanziji mtejba fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza: it-test jintroduċi garanziji ġodda wara t-tħassib espress mill-Parlament fil-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari. Artikolu speċifiku fuq il-protezzjoni tad-data ġie inkluż fil-Kapitolu I, li jirrigwardja ‘Prinċipji, kamp ta’ applikazzjoni u rekwiżiti’.

Immuntar fuq wara: Minħabba l-kumplessità tal-kontroll ta’ tliet tipi differenti ta’ takografi (analoġiku, diġitali u t-takografu intelliġenti ġdid) u filwaqt li jitqiesu l-objettivi tar-riforma tal-leġiżlazzjoni, it-tim tan-negozjar tal-Parlament insista li jkun hemm inkluż fit-test dispożizzjoni dwar immuntar fuq wara. Għaldaqstant, 15-il sena wara li t-takografu intelliġenti qiegħed fis-suq, il-vetturi kollha għandhom ikunu mmuntati b’tali takografu.

L-uffiċjali tal-kontroll: Ir-rwol tagħhom ġie msaħħaħ, speċjalment bl-introduzzjoni ta’ artikolu speċifiku ġdid. Sabiex jiġu megħluba l-problemi eżistenti fir-rigward tad-disparità fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni minħabba livelli differenti ħafna ta’ taħriġ segwiti mill-uffiċjali tal-kontroll fl-UE, il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-kontenut ta’ dan it-taħriġ, li se jinkludi interpretazzjoni komuni tal-leġiżlazzjoni soċjali.

Karti temporanji: Il-kontroll ta’ sewwieqa mhux residenti se jkun imtejjeb billi jitħallew jagħmlu użu minn takografi diġitali.

Responsabbiltà ta’ kumpaniji tat-trasport: din id-dispożizzjoni ġiet emendata sabiex it-test isir aktar ċar fir-rigward tal-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà ta’ kumpaniji.

Il-proposta li jingħaqdu l-liċenzji tas-sewqan mal-karti tas-sewwieqa ma kinitx ikkunsidrata matura biżżejjed f’dan l-istadju u ġiet imħassra mit-test.

Ir-Regolament 561/2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq: it-tħassib prinċipali tat-tim għan-negozjar tal-Parlament kien li jiżgura li l-leġiżlazzjoni tapplika għal “xufiera professjonali”. It-test maqbul jagħmel l-użu ta’ takografi mhux obbligatorju għal trakkijiet ta’ inqas minn 7,5 t użati għall-ġarr ta’ materjali, tagħmir jew makkinarju għall-użu tas-sewwieq fl-eżerċizzju tax-xogħol tiegħu, u li jintużaw biss f’distanza ta’ 100 km mill-bażi tal-impriża dejjem bil-kundizzjoni li s-sewqan tal-vettura ma tkunx l-attività ewlenija tas-sewwieq (sewwieqa mhux professjonali).

Fir-rigward ta’ eżenzjonijiet nazzjonali tal-Artikolu 13 tar-Regolament 561/2006 it-test maqbul isegwi l-proposta tal-Kummissjoni li jiżdied ir-raġġ minn dak kurrenti ta’ 50 km sa 100 km f’xi każijiet.

Wara li tikkunsidra dak imsemmi hawn fuq, ir-Rapporteur tagħkom jirrakkomanda lill-Kumitat sabiex jaċċetta l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mingħajr aktar emendi.


PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u emenda tar-Regolament (KE) Nru 561/2006

Referenzi

11532/4/2013 – C7-0410/2013 – 2011/0196(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

3.7.2012                     T7-0271/2012

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2011)0451 - C7-0205/2011

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

21.11.2013

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

21.11.2013

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Silvia-Adriana Ţicău

30.8.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.11.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

17.12.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Carlo Fidanza, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Patricia van der Kammen, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Markus Ferber, Zita Gurmai, Sabine Wils, Karim Zéribi

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jacky Hénin, Ivo Strejček

Data tat-tressiq

19.12.2013

Avviż legali - Politika tal-privatezza