RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha

20.12.2013 - (COM(2013)0315 – C7‑0173/2013 – 2013/0166(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Philippe De Backer


Proċedura : 2013/0166(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0482/2013

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha

(COM(2013)0315 – C7‑0173/2013 – 2013/0166(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0315),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skonthom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0173/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2013[1],

–   wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumaturi (A7-0482/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 tas-26 ta' Novembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward forniment armonizzat ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha21 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġornament tal-infrastruttura taċ-Ċentru li jwieġeb għas-Sejħiet marbutin mas-Sikurezza Pubblika (PSAP) meħtieġa sabiex l-eCalls jiġu riċevuti u ttrattati kif suppost, sabiex jiġu żgurati l-kompatibilità, l-interoperabilità u l-kontinwità tas-servizz armonizzat ta’ eCall fl-UE kollha.

(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/201321 jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġornament tal-infrastruttura taċ-Ċentru li jwieġeb għas-Sejħiet marbutin mas-Sikurezza Pubblika (PSAP) meħtieġa sabiex l-eCalls permezz tan-numru 112 jiġu riċevuti u ttrattati kif suppost, sabiex jiġu żgurati l-kompatibilità, l-interoperabilità u l-kontinwità tas-servizz armonizzat ta’ eCall fl-UE kollha, u jesiġi li sat-23 ta’ Ottubru 2013 l-Istati Membri jissottomettu rapport dwar l-istat tal-implimentazzjoni tiegħu, inkluża skeda tal-varar tiegħu matul is-sentejn ta’ wara;

__________________

__________________

21 ĠU L 91, 3.4.2013, p. 1.

21 Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 tas-26 ta’ Novembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment armonizzat ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha (ĠU L 91, 3.4.2013, p. 1).

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Diġà jeżistu ċentri li jirċievu l-eCalls li huma konformi mal-istandard EN 16102. Skont il-paragrafu (f) tal-Anness II tad-Direttiva 2010/40/UE, għandu jiġi rispettat il-prinċipju ta' kompatibilità b’lura mas-sistemi eżistenti, u għalhekk huwa meħtieġ li jitqies l-operat ta’ dawk iċ-ċentri.

 

Ġustifikazzjoni

Billi diġà jeżistu sistemi ta' eCalls privati, għandu jiġi ppreċiżat li din id-deċiżjoni tapplika biss għall-eCalls ibbażati fuq il-112 skont is-sistema eCall pan-Ewropea.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Sabiex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizz madwar l-UE kollha u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni għall-Unjoni kollha kemm hi, huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jużaw l-azzjoni prijoritarja eCall skont l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni stabbiliti fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 305/2013. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Stat Membru li jvara aktar mezzi tekniċi biex jittrattaw sejħiet oħra ta’ emerġenza.

(6) Sabiex jiġu żgurati l-funzjonalità, il-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità sħaħ tas-servizz madwar l-UE kollha u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni għall-Unjoni kollha kemm hi, huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jużaw l-azzjoni prijoritarja eCall skont l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni stabbiliti fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 305/2013. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Stat Membru li jvara aktar mezzi tekniċi biex jittrattaw sejħiet oħra ta’ emerġenza.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Huwa importanti li l-Istati Membri kollha jiffirmaw il-Memorandum ta’ Qbil dwar l-iżvilupp ta’ servizz ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha (MtQ dwar l-eCall) fl-Unjoni.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) Sabiex tiġi żgurata l-fiduċja tal-konsumaturi fis-sistema l-ġdida eCall, l-Istati Membri jeħtieġ jiżguraw li jsir użu xieraq mid-data trasferita.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c) Huwa importanti li l-Istati Membri, l-operaturi tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u l-produtturi tal-vetturi jiġu inkoraġġati jgħinu fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-servizz tal-eCall fl-UE kollha.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Kif ġara bis-sistemi ta' sejħiet oħra ta’ emerġenza, l-eCalls ġestiti manwalment jistgħu jinkludu sehem sinifikanti ta’ sejħiet għall-assistenza. Jekk meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw il-mezzi tekniċi u organizzattivi xierqa kollha sabiex jiffilterjaw dawn is-sejħiet biex jiġi żgurat li s-sejħiet tal-assistenza ta’ emerġenza reali biss jiġu ġestiti mill-PSAPs tal-eCall.

(7) Kif ġara bis-sistemi ta' sejħiet oħra ta’ emerġenza, l-eCalls ġestiti manwalment jistgħu jinkludu sehem sinifikanti ta’ sejħiet għall-assistenza. L-Istati Membri jeħtieġ jimplimentaw il-mezzi tekniċi u organizzattivi xierqa kollha sabiex jiffiltraw dawn is-sejħiet biex jiġi żgurat li s-sejħiet tal-assistenza ta’ emerġenza reali biss jiġu ġestiti mill-PSAPs tal-eCall. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sejħiet kollha jiġu ttrattati bl-aktar mod effettiv possibbli.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Peress li mhux iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni huma familjari mal-użu tas-servizz tal-eCall, qabel il-varar tiegħu għandu jkun hemm kampanja ta’ sensibilizzazzjoni, imwettqa mill-Kummissjoni u l-Istati Membri, li fiha jispjegaw liċ-ċittadini l-benefiċċji, il-funzjonalitajiet u s-salvagwardji għall-protezzjoni tad-data tas-sistema l-ġdida. Il-kampanja għandha ssir fl-Istati Membri f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u għandu jkollha l-għan li tinforma lill-utenti dwar kif għandhom jużaw is-sistema b’mod adegwat u jevitaw allarmi foloz.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) Bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Data u li jinsabu fid-‘Dokument ta’ ħidma dwar il-ħarsien ta’ data u l-implikazzjonijiet għall-privatezza fl-inizjattiva eCall’, adottat fis-26 ta’ Settembru 200621a, meta jvaraw l-infrastruttura tal-PSAPs tal-eCall, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest tat-trattament tal-eCalls ikun konformi bis-sħiħ mar-regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali previsti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21b u fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21c.

 

__________________

 

21a 1609/06/MT – WP 125.

 

21b Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

 

21c Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Sabiex jiġi żgurat aċċess affidabbli u ekwivalenti liċ-ċittadini kollha għal servizzi 112 u servizzi ta’ emerġenza, il-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-pożizzjoni ġeografika ta’ sejħa fuq il-112 minn terminal mobbli mgħammar b’apparat GNSS għandu jkun komparabbli ma’ dak ta’ eCall. L-Arikolu 26 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21d, kif emendat mill-punt 17 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21e, jipprevedi li l-kriterji tal-preċiżjoni u tal-affidabbiltà tal-pożizzjoni ġeografika tas-sejħa għandhom jiġu definiti mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti u li l-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-BEREC, tadotta miżuri implimentattivi tekniċi.

 

__________________

 

21d Id-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, p. 51).

 

21e Id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11).

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom ivaraw mhux iktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2015 l-infrastruttura tal-eCall tal-PSAP meħtieġa riċevuti u ttrattati kif suppost ta’ eCalls kollha, jekk meħtieġ mnaddfa mis-sejħiet li mhumiex ta’ emerġenza, fit-territorju tagħhom, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti b’Regolament ta' Delega (UE) Nru 305/2013, sabiex jiġu żgurati l-kompatibbiltà, l-interoperabilità u l-kontinwità ta’ servizz ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Stat Membru li jkun kapaċi jorganizza s-servizzi ta’ emerġenza tiegħu bil-mod li huwa l-aktar kosteffikaċi u xieraq għall-bżonnijiet tiegħu, inkluża l-possibbiltà li jiffiltraw sejħiet li mhumiex ta’ emerġenza u ma jistgħux ikunu indirizzati mill-PSAPs tal-eCall, b’mod partikolari fil-każ ta’ eCalls attivati manwalment.

L-Istati Membri għandhom ivaraw mhux iktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2015 l-infrastruttura tal-eCall tal-PSAP meħtieġa riċevuti u ttrattati kif suppost tal-eCalls kollha, imnaddfa mis-sejħiet li mhumiex ta’ emerġenza u s-sejħiet foloz, fit-territorju tagħhom, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti b’Regolament ta' Delega (UE) Nru 305/2013, sabiex jiġu żgurati l-kompatibbiltà, l-interoperabilità u l-kontinwità ta’ servizz ta’ eCall interoperabbli fl-Unjoni kollha. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Stat Membru se jkun kapaċi jorganizza s-servizzi ta’ emerġenza tiegħu bil-mod li huwa l-aktar kosteffikaċi u xieraq għall-bżonnijiet tiegħu, inkluża l-possibbiltà li jiffiltraw sejħiet li mhumiex ta’ emerġenza u ma jistgħux ikunu indirizzati mill-PSAPs tal-eCall, b’mod partikolari fil-każ ta’ eCalls attivati manwalment u sejħiet foloz.

Ġustifikazzjoni

Huwa spiss diffiċli għall-PSAPs li jittrattaw it-telefonati kollha bl-iktar mod adegwat. L-introduzzjoni ta' eCall obbligatorja se żżid l-għadd ta' telefonati li l-PSAPs se jkollhom jittrattaw. Biex jitħaffef dan il-piż, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà jiffiltraw it-telefonati manwali jew dawk li jistgħu jitqiesu bħala foloz.

Emenda  12

Proposta għal deċizjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Stat Membru jista’ jagħżel li s-servizzi tal-112 kollha jew xi wħud minnhom, permezz ta’ delega ta’ servizz pubbliku, jiġu trattati minn prestatarji ta’ assistenza rikonoxxuti minn dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ppreċiżat li l-Istati Membri għandhom l-għażla li jiddelegaw il-ġestjoni tas-servizz tal-eCall lil prestatarji ta' assistenza, bil-kundizzjoni li dan ikun taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità pubblika.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data trażmessa permezz tas-servizz eCall tintuża esklussivament għal skopijiet ta’ salvataġġ u mmaniġġjar tat-traffiku wara sejħa ta’ emerġenza.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizz eCall jingħata b’xejn lill-utenti tal-eCall.

Ġustifikazzjoni

Is-servizz eCall huwa servizz pubbliku tal-emerġenza u ma jista’ jintalab ebda ħlas għall-użu tiegħu.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, sal-1 ta’ Ottubru 2015, li l-eCalls ikunu jistgħu jsiru minn kullimkien fit-territorju tagħhom.

  • [1]  ĠU C 341, 21.11.2013, p. 47.

NOTA SPJEGATTIVA

I. Il-proposta tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni ilha taħdem fuq l-eCall mill-2005, u ppruvat tintroduċih fuq bażi volontarja. Billi dan l-approċċ volontarju ma ħadimx – illum huma biss madwar 0,7 % tal-vetturi li huma mgħammra b’sistema eCall – il-Kummissjoni bdiet tadotta leġiżlazzjoni sabiex l-eCall ikun servizz obbligatorju fil-vetturi l-ġodda.

Il-Parlament Ewropew fit-3 ta’ Lulju 2012 adotta b’maġġoranza kbira rapport fuq inizjattiva proprja, bl-isem “eCall - servizz ġdid ‘112’ għaċ-ċittadini”. F’dak ir-rapport, il-Parlament ikkunsidra li l-eCall għandha tkun sistema pubblika ta' sejħiet ta' emerġenza madwar l-UE, inkorporata fil-vettura u bbażata fuq in-numru ta’ emerġenza 112 u fuq standards komuni pan-Ewropej.

Biż-żewġ proposti li issa qegħdin għad-diskussjoni, il-Kummissjoni segwiet, fil-parti l-kbira, ir-rapport tal-Parlament.

Il-Kummissjoni għażlet approċċ “regolatorju”. L-eCall se tkun ibbażata fuq l-installazzjoni ta’ tagħmir tat-tip approvat għan-Numru Ewropew tal-Emerġenza 112 fil-vetturi kollha, billi tibda minn ċerti kategoriji ta’ vetturi, u qafas tat-teħid tal-eCalls fin-netwerks tat-telekomunikazzjoni u l-PSAPs. Dan l-approċċ se jagħmel l-eCall disponibbli għaċ-ċittadini kollha fl-Ewropa bħala servizz mifrux mal-UE kollha, iħaffef l-implimentazzjoni tagħha u jħaddan il-potenzjal kollu tal-eCall biex jiġu salvati l-ħajjiet, u tittaffa s-severità tal-ġrieħi. Billi wieħed jibni fuq dan it-tagħmir standardizzat għall-112 u f’koeżistenza miegħu, jistgħu jiġu provduti servizzi ta’ emerġenza addizzjonali fil-vettura, u/jew servizzi ta’ valur miżjud lill-utent aħħari biex jagħtu iktar sikurezza u benefiċċji ekonomiċi.

Fit-8 ta’ Settembru 2011 il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar appoġġ għal servizz ta’ sejħiet elettroniċi offrut madwar l-UE kollha fin-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika għat-trażmissjoni ta’ sejħiet ta’ emerġenza bbażati fuq in-numru 112 minn sistemi mmuntati fil-vetturi (“Sejħiet elettroniċi”)

Sabiex titlesta l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-eCall tagħha u tiġi żgurata l-implimentazzjoni parallela u f’waqtha tas-servizz tal-eCall ibbażat fuq in-numru 112 mit-tliet gruppi ta’ partijiet interessati involuti (l-operaturi tan-netwerks mobbli, is-servizzi pubbliċi ta’ emerġenza u l-industrija tal-karozzi) sal-2015, il-Kummissjoni pproponiet dan li ġej:

a)  Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri mmirata lejn l-Operaturi tan-Network Mobbli biex jappoġġjaw it-trażmissjoni tal-eCalls (taħt ir-responsabbilità tad-DĠ CNECT - adottata fit-8 ta’ Settembru 2011).

b) Proposta għal Regolament skont il-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi dwar l-introduzzjoni obbligatorja tal-parti mmuntata fil-vettura tas-servizz tal-eCall f’vetturi l-ġodda tat-tip approvat ta’ kategoriji magħżula fl-Ewropa (taħt ir-responsabbilità tad-DĠ ENTRadottata fit-13 ta’ Ġunju 2013).

c) Fil-qafas tad-Direttiva 2010/40/UE dwar Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti, Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar speċifikazzjonijiet fuq it-tagħmir meħtieġ fiċ-Ċentri li jwieġbu għas-Sejħiet marbutin mas-Sikurezza Pubblika għall-mod xieraq kif jiġu riċevuti u ttrattati l-eCalls. Dan ġie segwit minn proposta għall-varar ta’ dik l-infrastruttura meħtieġa (taħt ir-responsabbilità tad-DĠ MOVE) - adottata fit-13 ta’ Ġunju 2013.

Il-proposti tal-aħħar, ippubblikati fit-13 ta’ Ġunju 2013, huma dawn li ġejjin:

1.  Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha

2.  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE

Kif taħdem?

eCall hija attivata b’mod awtomatiku hekk kif is-sensers immuntati fil-vetturi jindividwaw ħabta serja. Hekk kif titħaddem, is-sistema ċċempel in-numru ta’ emerġenza Ewropew 112, tistabbilixxi konnessjoni maċ-ċentru telefoniku ta’ emerġenza adattat u tibgħat id-dettalji tal-aċċident lis-servizzi tas-salvataġġ, inklużi l-ħin tal-inċident, il-pożizzjoni preċiża tal-vettura maħbuta u d-direzzjoni tal-vjaġġ. eCall tista’ ssir ukoll manwalment billi tingħafas buttuna fil-karozza, pereżempju minn xhud ta’ aċċident serju.

Skont il-Kummissjoni, eCall fuq il-112 tista’ tgħaġġel ir-reazzjoni ta’ emerġenza b’40 % f’żoni urbani u b’50 % fil-kampanja[1] (bi gwadann nett ta’ madwar 10 minuti).

Il-proposta għal deċiżjoni

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Din il-proposta tindirizza l-parti li tikkonċerna l-infrastruttura taċ-Ċentri li jwieġbu għas-Sejħiet marbutin mas-Sikurezza Pubblika (il-PSAPs) fl-istrateġija tal-Kummissjoni dwar l-eCall, ibbażata fuq approċċ regolatorju fuq tliet binarji li jinkludi s-sistema mmuntata fil-vettura, in-netwerks tat-telekomunikazzjoni u l-PSAPs. Hija skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Delegat (UE) Nru 305/2013. Hija tikkonsisti fil-prinċipji legali li ġejjin:

a)  L-Istati Membri għandhom ivaraw l-infrastruttura tal-PSAP tal-eCall meħtieġa biex l-eCalls kollha fit-territorju tagħhom jiġu riċevuti b’mod xieraq u ttrattati mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2015, u

b)  L-Istati Membri għandhom jirrapurtaw lill-Kummissjoni dwar l-istat tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mhux aktar tard minn 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ tagħha. Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-ispiża għall-Istati Membri tiddependi ħafna fuq l-organizzazzjoni/il-livell tat-tagħmir attwali tal-infrastrutturi tal-PSAP nazzjonali u n-numru ta’ PSAPs. Naturalment, soluzzjonijiet innovattivi jippermettu tnaqqis sinifikanti tal-ispejjeż.

Il-perspettiva tar-rapporteur

Is-sigurtà fit-toroq minn dejjem kienet kwistjoni importanti għall-Parlament Ewropew. Ir-rapporteur jappoġġja bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni li tintroduċi eCall obbligatorja fil-vetturi kollha mill-1 ta’ Ottubru 2015. Il-fatt li sejħa awtomatika tista’ twassal għall-intervent rapidu mis-servizzi tal-emerġenza, jirriżulta f’inqas vittmi u inqas ġrieħi serji għas-sewwieqa u ċ-ċittadini Ewropej. Kull minuta hija kritika biex jissalvaw il-ħajjiet tal-persuni midruba u biex titnaqqas is-serjetà tal-ġrieħi.

Ir-rapporteur, għaldaqstant, jemmen li għandna nipproċedu f’qasir żmien f’dan il-fajl u jistieden lill-Membri l-oħrajn sabiex isegwuh f’dan l-approċċ.

Illum madwar 0,7 % biss tal-vetturi fl-UE huma mgħammra b’sistemi privati tal-eCall, li tagħmel neċessarja l-introduzzjoni tal-eCall obbligatorja. Għandu jkun servizz pubbliku u bla ħlas, disponibbli għas-sewwieqa kollha.

Is-servizz tal-112 jeżisti diġà, u l-PSAPs huma fis-seħħ u jiffunzjonaw tajjeb. Dan ifisser li l-investimenti tal-Istati Membri se jkunu mill-inqas. Bħala riżultat tal-proġett Pilota HeERO (Pilota Ewropew tal-eCall Armonizzat), organizzat mill-Kummissjoni, uħud mill-Istati Membri (ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u r-Rumanija) huma lesti għall-implimentazzjoni tas-servizz eCall 112. Ħafna Stati Membri bdew bil-proġett pilota, għalhekk hemm ħafna xogħol għaddej. Ir-Rapporteur, għaldaqstant, jemmen li l-1 ta’ Ottubru 2015 hija mira li tista’ tintlaħaq biex l-Istati Membri jaġġornaw l-infrastruttura tagħhom b’mod xieraq.

Peress li s-servizz tal-112 għadu mhuwiex magħruf biżżejjed mal-pubbliku, ikun xieraq jekk l-Istati Membri joħolqu sensibilizzazzjoni tal-eCall 112 u l-funzjonalitajiet u l-possibilitajiet tal-eCall billi jniedu kampanji ta’ sensibilizzazzjoni. Sabiex tiżgura l-konsistenza bejn l-Istati Membri differenti, il-Kummissjoni għandha tikkoordinahom u tassistihom fl-organizzazzjoni ta’ din il-kampanja.

Id-Deċiżjoni tagħti lill-Istati Membri l-possibilità li jiġu ffiltrati s-sejħiet li jidħlu, sabiex jitnaqqas ix-xogħol tal-PSAPs. Sejħiet li jsiru manwalment jistgħu jiġu trattati b’mod differenti mis-sejħiet awtomatiċi. Ir-rapporteur jaqbel mal-approċċ, iżda jixtieq jenfasizza l-importanza għall-Istati Membri li jittrattaw is-sejħiet kollha b’mod effettiv.

Ir-rapporteur iżid premessa li tenfasizza l-ħtieġa wkoll ta’ lokalizzazzjoni preċiża u affidabbli għas-sejħiet fuq il-112. Flimien mal-eCall, anki s-sejħiet “normali” fuq il-112 għandhom jiġu trattati b’mod xieraq. Dan sabiex tiġi evitata s-sitwazzjoni fejn tinħoloq sitwazzjoni mhux ġustifikata u konsegwenzjali, fejn iċ-ċittadini jiġu biss lokalizzati preċiżament mis-servizzi tal-112 wara inċident tat-traffiku. Din il-premessa tiżgura li ċ-ċittadini kollha, u mhux biss dawk li għandhom vetturi mgħammra bl-eCall, jibbenefikaw mit-teknoloġiji tal-lokalizzazzjoni GNSS diġà varati sostanzjalment.

  • [1]  Studju Ġermaniż "STORM" (Stuttgart Transport Operation by Regional Management)

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (4.12.2013)

għall- the Committee on Transport and Tourism

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha
(COM(2013)0315 – C7‑0173/2013 – 2013/0166(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-varar tas-servizz eCall interoperabbli fl-UE kollha fil-vetturi li jinsabu fil-pajjiżi kollha tal-UE hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni u huwa parti mill-Programm ta' Azzjoni għas-Sikurezza tat-Toroq 2011-2020. Fl-2011, inqatlu madwar 28,000 persuna u aktar minn 1,5 miljun sfaw midruba f'madwar 1,1 miljun aċċident tat-traffiku fit-toroq tal-UE.

L-għan tas-sistema eCall fil-vetturi hu li tavża lis-servizzi tal-emerġenza u tiżgura l-wasla bikrija ta' assistenza kkwalifikata u ekwipaġġata f'każ ta' inċident serju, f'ħin li ma jissuperax limitu ta' madwar 10 minuti.

Attwalment, 0.7 % biss tal-vetturi huma ekwipaġġati b'sistemi privati eCall fl-UE; manifatturi differenti tal-karozzi Ewropew diġà jipprovduha flimkien ma' servizzi oħra (eż. assistenza f'każ ta' ħsarat, navigazzjoni dinamika...).

Ir-rapporteur tilqa' l-proposta għal deċiżjoni dwar il-varar tal-eCall interoperabbli fl-UE kollha f'konformitá mal-Programm ta' Azzjoni dwar is-Sikurezza tat-Toroq fl-UE 2011-2020 u mar-riżoluzzjoni preċedenti tiegħu adottat fit-3 ta' Lulju 2012 (P7_TA (2012) 0274).

Madanakollu, sabiex l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu l-infrastruttura PSAP rispettiva u biex l-industrija tal-karozzi titħalla timplimenta l-adattamenti tekniċi, li għandhom jiġu ddefiniti f'nofs l-2014 permezz ta' atti ddelegati, fil-karozzi kollha ġodda, id-data fil-mira tal-1 ta' Ottubru 2015 tidher ambizzjuża ħafna. Għalhekk ir-rapporteur tirrakkomanda l-posponiment tagħha għal Ġunju 2016.

Barra minn hekk, ir-rapporteur qiegħda tintroduċu l-obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw ukoll il-livell ekwivalenti ta' preċiżjoni u affidabbiltà rigward il-post fejn tkun saret telefonata 112 li tkun saret minn teminal mobbli.

Il-mobilizzazzjoni tal-eCall tikkonferma li d-data għal lokazzjoni GNSS tista' tinġabar u tiġi trażmessa minn fuq netwerks tal-mobajl lil servizzi 112. Filwaqt li l-importanza tal-eCall mhix qed tiġi ddubitata, wieħed għandu jinnota li se tippreżenta biss madwar 1.7 %[1] tat-telefonati annwali ta' emerġenza fl-UE. Il-proposta attwali tal-Kummissjoni toħloq sitwazzjoni inġustifikabbli u konsegwenzjali li fiha ċ-ċittadini se jinstabu biss b'mod preċiż minn servizzi 112 wara li jkun seħħ xi inċident stradali.

Dan l-obbligu jippermetti liċ-ċittadini u lis-servizzi ta' emerġenza jimmassimizzaw il-benefiċċju soċjetali li jintużaw teknoloġiji dwar il-pożizzjoni ġeografika GNSS, peress li huwa stmat li se jsiru 5.5 miljun telefonata eCall kull sena meta mqabbla mal-istima ta' 320 miljun telefonata ta' emerġenza kull sena fl-UE.

Din l-emenda biħsiebha tiżgura li ċ-ċittadini kollha, u mhux biss dawk ekwipaġġati b'vetturi mgħammra b'sistema eCall, jistgħu jibbenefikaw minn teknoloġiji dwar il-pożizzjoni ġeografika GNSS, diġà mifruxin.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 tas-26 ta' Novembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward forniment armonizzat ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġornament tal-infrastruttura taċ-Ċentru li jwieġeb għas-Sejħiet marbutin mas-Sikurezza Pubblika (PSAP) meħtieġa sabiex l-eCalls jiġu riċevuti u ttrattati kif suppost, sabiex jiġu żgurati l-kompatibilità, l-interoperabilità u l-kontinwità tas-servizz armonizzat ta’ eCall fl-UE kollha.

(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 tas-26 ta' Novembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward forniment armonizzat ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġornament tal-infrastruttura taċ-Ċentru li jwieġeb għas-Sejħiet marbutin mas-Sikurezza Pubblika (PSAP) meħtieġa sabiex l-eCalls jiġu riċevuti u ttrattati kif suppost, sabiex jiġu żgurati l-kompatibilità, l-interoperabilità u l-kontinwità tas-servizz armonizzat ta’ eCall fl-UE kollha u jesiġi li l-Istati Membri għandhom, sat-23 ta' Ottubru 2013, jirrapportaw dwar l-istat tal-implimentazzjoni, inkluża skeda ta' mobilizzazzjoni matul is-sentejn sussegwenti;

__________________

__________________

21ĠU L 91, 3.4.2013, p. 1.

21ĠU L 91, 3.4.2013, p. 1.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Billi kważi l-Istati Membri kollha ffirmaw jew appoġġaw il-Memorandum ta' Ftehim għall-Materjalizzazzjoni tal-eCall interoperabbli abbord vettura.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Sabiex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizz madwar l-UE kollha u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni għall-Unjoni kollha kemm hi, huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jużaw l-azzjoni prijoritarja eCall skont l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni stabbiliti fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 305/2013. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Stat Membru li jvara aktar mezzi tekniċi biex jittrattaw sejħiet oħra ta’ emerġenza.

(6) Sabiex jiġu żgurati, il-funzjonalitá u l-kompatibbiltá bis-sħiħ, l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizz madwar l-UE kollha u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni għall-Unjoni kollha kemm hi, huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jużaw l-azzjoni prijoritarja eCall skont l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni stabbiliti fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 305/2013. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Stat Membru li jvara aktar mezzi tekniċi biex jittrattaw sejħiet oħra ta’ emerġenza.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Kif ġara bis-sistemi ta' sejħiet oħra ta’ emerġenza, l-eCalls ġestiti manwalment jistgħu jinkludu sehem sinifikanti ta’ sejħiet għall-assistenza. Jekk meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw il-mezzi tekniċi u organizzattivi xierqa kollha sabiex jiffilterjaw dawn is-sejħiet biex jiġi żgurat li s-sejħiet tal-assistenza ta’ emerġenza reali biss jiġu ġestiti mill-PSAPs tal-eCall.

(7) Kif ġara bis-sistemi ta' sejħiet oħra ta’ emerġenza, l-eCalls ġestiti manwalment jistgħu jinkludu sehem sinifikanti ta’ sejħiet għall-assistenza. Jekk meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw il-mezzi tekniċi u organizzattivi xierqa kollha sabiex jiffilterjaw dawn is-sejħiet biex jiġi żgurat li s-sejħiet tal-assistenza ta’ emerġenza reali biss jiġu ġestiti mill-PSAPs tal-eCall. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sejħiet kollha huma ttrattati bl-aktar mod effettiv possibbli.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Mhux iċ-ċittadini tal-Unjoni kollha huma familjari mal-użu tas-servizz eCall. L-Istati Membri għandhom jorganizzaw kampanji għat-tqajjim tal-kuxjenza f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni. Dawk il-kampanji għandhom jinfurmaw liċ-ċittadini bl-eżistenza ta' servizz eCall mingħajr ħlas u disponibbli pubblikament, fejn jiġu enfasizzati l-funzjonalitajiet u l-benefiċċji tas-sistema.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Il-Parlament Ewropew talab li l-pożizzjoni preċiża u affidabbli tat-telefonati 112 tiġi pprovduta fl-2007, l-2011, u l-2013, fid-Dikjarazzjoni bil-Miktub tiegħu 0044/2007, ir-Riżoluzzjoni tiegħu P7_TA(2011)0306, il-mistoqsija parlamentari tiegħu għal tweġiba orali tal-31 ta' Mejju 2013 u s'issa, ftit li xejn sar progress;

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) Il-komponenti kollha tas-servizz eCall relatati ma' informazzjoni ta' pożizzjonar preċiża u affidabbli, inklużi t-terminali mobbli funzjonali GNSS, għandhom jiżguraw il-kompatibbiltà mas-servizzi pprovduti mill-programmi Ewropej ta' navigazzjoni satellitari EGNOS u Galileo u jagħmlu użu bis-sħiħ ta' dawk il-programmi tal-UE meta dawn isiru operazzjonali.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c) Sabiex jiġi żgurat aċċess ekwivalenti liċ-ċittadini kollha għal servizzi 112 u servizzi ta' emerġenza, il-livell ta' preċiżjoni u affidabbiltà tal-pożizzjoni ġeografika ta' telefonata 112 b'terminal mobbli funzjonali GNSS għandu jkun ekwivalenti għal dak ta' eCall. L-Artikolu 26 tad-Direttiva 2009/136/KE dwar in-numru uniku ta' emerġenza Ewropew 112 jipprevedi kriterji ta' preċiżjoni u affidabbiltà dwar il-pożizzjoni ġeografika ta' min iċempel li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti filwaqt li l-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-BEREC, tista' tieħu miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi;

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom ivaraw mhux iktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2015 l-infrastruttura tal-eCall tal-PSAP meħtieġa riċevuti u ttrattati kif suppost ta’ eCalls kollha, jekk meħtieġ mnaddfa mis-sejħiet li mhumiex ta’ emerġenza, fit-territorju tagħhom, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti b’Regolament ta' Delega (UE) Nru 305/2013, sabiex jiġu żgurati l-kompatibbiltà, l-interoperabilità u l-kontinwità ta’ servizz ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Stat Membru se jkun kapaċi jorganizza s-servizzi ta’ emerġenza tiegħu bil-mod li huwa l-aktar kosteffikaċi u xieraq għall-bżonnijiet tiegħu, inkluża l-possibbiltà li jiffiltraw sejħiet li mhumiex ta’ emerġenza u ma jistgħux ikunu indirizzati mill-PSAPs tal-eCall, b’mod partikolari fil-każ ta’ eCalls attivati manwalment.

L-Istati Membri għandhom ivaraw mhux iktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2016 l-infrastruttura tal-eCall tal-PSAP meħtieġa riċevuti u ttrattati kif suppost ta’ eCalls kollha, jekk meħtieġ mnaddfa mis-sejħiet li mhumiex ta’ emerġenza, fit-territorju tagħhom, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti b’Regolament ta' Delega (UE) Nru 305/2013, sabiex jiġu żgurati l-kompatibbiltà, l-interoperabilità u l-kontinwità ta’ servizz ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-livell ta' preċiżjoni u affidabbiltá tal-lokazzjoni ta' min jagħmel telefonata 112 b'terminali mobbli finzjonali GNSS huwa ekwivalenti għal dak ta' eCall, f'konformitá mad-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni tad-data. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Stat Membru se jkun kapaċi jorganizza s-servizzi ta’ emerġenza tiegħu bil-mod li huwa l-aktar kosteffikaċi u xieraq għall-bżonnijiet tiegħu, inkluża l-possibbiltà li jiffiltraw sejħiet li mhumiex ta’ emerġenza u ma jistgħux ikunu indirizzati mill-PSAPs tal-eCall, b’mod partikolari fil-każ ta’ eCalls attivati manwalment.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2015, li eCalls jistgħu joriġinaw minn kwalunkwe post fit-territorju tagħhom.

PROĊEDURA

Titolu

Il-varar ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha

Referenzi

COM(2013)0315 – C7-0173/2013 – 2013/0166(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

1.7.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

1.7.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Adina-Ioana Vălean

11.9.2013

Eżami fil-kumitat

5.11.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

28.11.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Jan Březina, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Vicky Ford, Adam Gierek, Norbert Glante, Robert Goebbels, Fiona Hall, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Jens Rohde, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Catherine Trautmann, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Rachida Dati, Ioan Enciu, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Gunnar Hökmark, Ivailo Kalfin, Seán Kelly, Holger Krahmer, Werner Langen, Zofija Mazej Kukovič, Alajos Mészáros, Markus Pieper, Vladimír Remek, Silvia-Adriana Ţicău

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Carl Schlyter

  • [1]  http://ec.europa.eu/information_society/newsroom/cf/dae/document.cfm?doc_id=2252

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (28.11.2013)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha
(COM(2013)0315 – C7‑0173/2013 – 2013/0166(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Olga Sehnalová

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

eCall tappartjeni għall-applikazzjonijiet eSafety li jimmiraw b’mod partikolari lejn il-mitigazzjoni tal-konsegwenzi ta’ inċidenti tat-traffiku. eCall hija mfassla biex b’mod awtomatiku tagħmel sejħa ta’ emerġenza f’każ ta’ inċident serju. Notifika immedjata tal-inċident u l-identifikazzjoni xierqa tal-post eżatt inaqqas il-ħin meħtieġ biex tiġi pprovduta għajnuna effettiva minħabba l-wasla aktar mgħaġġla tas-servizzi ta’ emerġenza fil-post tal-inċident.

Ir-rapporteur tqis li l-benefiċċji ewlenin ta’ eCall huma l-identifikazzjoni faċli u aktar mgħaġġla tal-post tal-inċident, l-adozzjoni aktar mgħaġġla ta’ miżuri biex il-fluss tat-traffiku jiġi ddevjat (it-tnaqqis tal-konġestjoni riżultat ta’ inċidenti u l-evitar ta’ inċidenti sekondarji), informazzjoni f’waqtha u vvalidata (eliminazzjoni ta’ konsegwenzi serji għas-saħħa tal-utenti tat-triq involuti f’inċident), sett bażiku ta’ data teknika (li jippermettu lis-servizzi ta’ emerġenza biex jippreparaw bil-quddiem għall-intervent) u l-messaġġ kompatibbli interoperabbli (eliminazzjoni ta’ ostakoli tal-lingwa bejn l-okkupanti tal-vettura u l-operatur PSAP, li huwa importanti fl-ambjent multilingwi Ewropew).

Ir-rapporteur tilqa’ l-proposta għad-deċiżjoni dwar il-varar ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha u l-għan tagħha li tiżgura varar ikkoordinat u koerenti tas-servizz eCall interoperabbli fl-UE kollha u biex tiggarantixxi l-interoperabilità u l-kontinwità tas-servizz madwar l-Ewropa. Dan jirrifletti l-opinjoni tal-Parlament li esprima l-appoġġ tiegħu għall-introduzzjoni ta’ eCall f’diversi okkażjonijiet, inkluż l-appoġġ għall-varar mandatorju tiegħu. Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar eCall: servizz ġdid “112” għaċ-ċittadini, li ġie adottat f’Lulju 2012 b’maġġoranza kbira, il-Parlament Ewropew wera dispjaċir għad-dewmien u n-nuqqas ta’ progress fl-użu volontarju ta’ eCall u ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipproponi l-miżuri regolatorji meħtieġa biex jiġi evitat aktar dewmien.

L-Artikolu 1 jitlob lill-Istati Membri jvaraw l-infrastruttura tal-eCall tal-PSAP meħtieġa biex l-eCalls kollha jiġu riċevuti u ttrattati fit-territorju tagħhom mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2015. Ir-rapporteur temmen li l-posponiment ta’ din id-data tista’ tagħti viżjoni negattiva għall-partijiet interessati involuti kollha u toħloq konfużjoni u dewmien addizzjonali tal-implimentazzjoni ta’ din it-teknoloġija ta’ salvataġġ.

L-infrastruttura tal-PSAP għandha tiġi aġġornata mill-Istati Membri b’mod iktar adatt għall-arkitettura nazzjonali/lokali tagħhom, u b’hekk tirrispetta l-kwistjonijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li japplikaw f’kull Stat Membru. L-Istati Membri kollha għandhom ikunu jistgħu jorganizzaw is-servizzi ta’ emerġenza tagħhom bl-aktar mod ekonomiku u xieraq għall-bżonnijiet tagħhom, inkluża l-possibbiltà li jiffiltraw is-sejħiet. Ir-rapporteur tilqa’ l-fatt li l-Istati Membri kollha huma liberi li jinkludu ċentri li jiffiltraw is-sejħiet jew li jirċevuhom fl-istess PSAPs li jirċievu eCall 112 jew kwalunkwe kombinazzjoni, u li l-Istati Membri ser ikunu liberi li jfasslu ir-riċezzjoni tal-eCalls fil-mod li jippreferu.

eCall hija mfassla bħala servizz pubbliku ta’ sejħiet ta’ emerġenza. Għalhekk ir-rapporteur tagħkom temmen li l-eCall għandha tkun mingħajr ħlas, għall-benefiċċju tal-utenti kollha tat-toroq fl-Ewropa.

Ir-rapporteur tagħkom hija konvinta li kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri kollha għandhom jippromwovu kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-sistema eCall u l-benefiċċji, l-użu u l-funzjonalitajiet tagħha sabiex jiżdied il-fehim tal-pubbliku dwar l-eCall, u jispjegaw li d-domanda għal servizz ta’ emerġenza bħal dan huwa ta’ benefiċċju għas-soċjetà. L-għoti ta’ tagħrif prattiku permezz ta’ kampanja mmirata jista’ jgħin ukoll biex jitnaqqas ir-riskju li dan is-servizz jintuża ħażin jew ma jinftiehemx.

Lil hinn mill-obbligi tal-Istati Membri definiti f’din il-proposta, madankollu, l-eCall ma tistax taħdem sewwa mingħajr l-involviment ta’ partijiet interessati oħrajn, partikolarment il-manifatturi tal-karozzi u l-operaturi tan-netwerks mobbli. Ir-rapporteur tagħkom għalhekk titlob lill-partijiet interessati rilevanti u r-rappreżentanti tal-Istati Membri biex jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw l-introduzzjoni armonizzata tas-servizz eCall u jinġiebu l-benefiċċji tiegħu għaċ-ċittadini Ewropej.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-varar ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha

dwar il-varar ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha bbażata fuq is-servizz 112

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Sabiex tiġi żgurata l-fiduċja tal-konsumaturi fis-sistema l-ġdida eCall, l-Istati Membri jeħtieġ jiżguraw li jsir użu xieraq mid-data trasferita.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Kif ġara bis-sistemi ta' sejħiet oħra ta’ emerġenza, l-eCalls ġestiti manwalment jistgħu jinkludu sehem sinifikanti ta’ sejħiet għall-assistenza. Jekk meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw il-mezzi tekniċi u organizzattivi xierqa kollha sabiex jiffilterjaw dawn is-sejħiet biex jiġi żgurat li s-sejħiet tal-assistenza ta’ emerġenza reali biss jiġu ġestiti mill-PSAPs tal-eCall.

(7) Kif ġara bis-sistemi ta' sejħiet oħra ta’ emerġenza, l-eCalls ġestiti manwalment jistgħu jinkludu sehem sinifikanti ta’ sejħiet għall-assistenza. Jekk meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw mezzi tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jiffiltraw dawn is-sejħiet biex jiġi żgurat li s-sejħiet tal-assistenza ta’ emerġenza reali biss jiġu ġestiti mill-PSAPs tal-eCall.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Qabel il-varar ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha għandu jkun hemm kampanja ta’ sensibilizzazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jispjegaw liċ-ċittadini l-benefiċċji, il-funzjonalitajiet u s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data tas-sistema l-ġdida. Il-kampanja għandha ssir fl-Istati Membri f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u għandu jkollha l-għan li tinforma lill-utenti dwar kif għandhom jużaw is-sistema b’mod adegwat u jevitaw allarmi foloz.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) Sabiex ikun żgurat aċċess ekwivalenti liċ-ċittadini kollha għas-servizz 112 u s-servizzi ta' emerġenza, il-livell ta' preċiżjoni u affidabbiltà tal-pożizzjoni ġeografika ta' sejħa fuq in-numru 112 b'terminal mobbli funzjonali GNSS għandu jkun ekwivalenti għal dak ta' eCall. L-Artikolu 26 tad-Direttiva 2009/136/KE dwar in-numru uniku ta' emerġenza Ewropew 112 jipprevedi kriterji ta' preċiżjoni u affidabbiltà dwar il-pożizzjoni ġeografika ta' min jagħmel is-sejħa li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti filwaqt li l-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-BEREC, tista' tieħu miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c) F’konformità mar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Data u li jinsabu fid-‘Dokument ta' Ħidma dwar il-ħarsien ta’ data u l-implikazzjonijiet għall-privatezza fl-inizjattiva eCall’, adottat fis-26 ta' Settembru 200621a, meta jadottaw l-infrastruttura tal-eCall tal-PSAPs, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tat-trattament tal-eCalls ikun konformi bis-sħiħ mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali previsti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data21b u fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)21c.

 

 

__________________

 

21a 1609/06/MT – WP 125.

 

21b ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

 

21c ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data trażmessa permezz tas-servizz eCall tintuża esklussivament għal skopijiet ta’ salvataġġ u mmaniġġjar tat-traffiku wara sejħa ta’ emerġenza.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizz eCall ikun b’xejn għall-utenti tal-eCall.

Ġustifikazzjoni

eCall hija servizz pubbliku tal-emerġenza u l-ebda ħlas ma jista’ jintalab għall-użu tagħha.

PROĊEDURA

Titolu

Il-varar ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha

Referenzi

COM(2013)0315 – C7-0173/2013 – 2013/0166(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

1.7.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

1.7.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Olga Sehnalová

9.7.2013

Eżami fil-kumitat

25.9.2013

5.11.2013

27.11.2013

 

Data tal-adozzjoni

28.11.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Claudette Abela Baldacchino, Adam Bielan, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Cornelis de Jong, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Toine Manders, Mitro Repo, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ildikó Gáll-Pelcz, Morten Løkkegaard, Claudio Morganti, Olga Sehnalová, Kyriacos Triantaphyllides, Wim van de Camp, Patricia van der Kammen

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Monika Panayotova, Andrés Perelló Rodríguez

PROĊEDURA

Titolu

Il-varar ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha

Referenzi

COM(2013)0315 – C7-0173/2013 – 2013/0166(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.6.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

1.7.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

1.7.2013

IMCO

1.7.2013

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Philippe De Backer

3.9.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

4.11.2013

16.12.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

17.12.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Patricia van der Kammen, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zita Gurmai, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Alfreds Rubiks, Sabine Wils, Karim Zéribi

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Strejček

Data tat-tressiq

20.12.2013