RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta’ dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti
23.12.2013 - (COM(2013)0611 – C7‑0249/2013 – 2013/0297(COD)) - ***I
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Michael Cramer
ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta’ dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti
(COM(2013)0611 – C7-0249/2013 – 2013/0297 (COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0611),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0249/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0002/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3a) Il-Eurostat għandu jikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea fil-ġbir tad-dejta dwar l-aċċidenti ferrovjarji bil-għan li jiġi żgurat li d-dejta ottenuta hija konsistenti u għalkollox komparabbli. Ir-rwol tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea fil-qasam tas-sikurezza ferrovjarja għandu jiġi kontinwament imsaħħaħ. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-kooperazzjoni effiċjenti bejn iż-żewġ istituzzjonijiet hija meħtieġa biex jiġi żgurat li d-dejta miġbura tkun kompatibbli u konsistenti u biex jiġi evitat kwalunkwe tħarbit li jista' jinqala' li jirriżulta mit-tranżizzjoni tar-responsabilitajiet mill-Eurostat għall-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(7) Fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, il-Kummissjoni ssemmi li l-iżviluppi fuq terminu twil probabbilment ifissru t-trażżin jew is-simplifikazzjoni tad-dejta diġà miġbura skont ir-Regolament, u li l-intenzjoni hija li jitnaqqas il-perjodu ta' trażmissjoni tad-dejta, għad-dejta annwali dwar il-passiġġieri bil-ferrovija. |
(7) Fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, il-Kummissjoni ssemmi li l-iżviluppi fuq terminu twil probabbilment ifissru t-trażżin jew is-simplifikazzjoni tad-dejta diġà miġbura skont ir-Regolament, u li l-intenzjoni hija li jitnaqqas il-perjodu ta’ trażmissjoni tad-dejta, għad-dejta annwali dwar il-passiġġieri bil-ferrovija. Il-Kummissjoni għandha tkompli tagħti rapporti f’intervalli regolari dwar il-mod li bih dan ir-Regolament jiġi implimentat. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 10 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(10) Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell espert. Waqt it-tħejjija u t-tfassil tal-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm sottomissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(10) Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell espert, u li tqis il-pożizzjoni tas-settur ferrovjarju. Waqt it-tħejjija u t-tfassil tal-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm sottomissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta s-settur ferrovjarju biex tiżgura li l-pożizzjoni tal-kumpaniji ferrovjarji, bħala fornituri u utenti tal-istatistika tat-trasport ferrovjarju, titqies b'mod suffiċjenti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 12 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(12) Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-informazzjoni li trid tiġi porvduta għar-rapporti dwar il-kwalità u l-komparabbiltà tar-riżultati. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni4. |
(12) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-informazzjoni li trid tiġi provduta għar-rapporti dwar il-kwalità u l-komparabbiltà tar-riżultati, u dwar l-arranġamenti għat-tixrid tar-riżultati mill-Kummissjoni (Eurostat). Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni4. Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ dawk l-atti, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni ġenerali tagħhom. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. |
4 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ara l-emenda għall-Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 4 (l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) 91/2003). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt a Regolament (KE) Nru 91/2003 Artikolu 3 – paragrafu 1 – punti 24-30 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
F’konformità mal-emenda għaż-żamma tal-Anness H dwar l-istatistika dwar l-aċċidenti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt a Regolament (KE) Nru 91/2003 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b, d, h | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
F’konformità mal-emenda għaż-żamma tal-Anness H dwar l-istatistika dwar l-aċċidenti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid) Regolament (KE) Nru 91/2003 Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt ab (ġdid) Regolament (KE) Nru 91/2003 Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-istatistika dwar l-aċċidenti ferrovjarji għandha, fil-ġejjieni, tinġabar biss mill-ERA bil-għan li jiġi evitat ir-rappurtar doppju. Imma hija meħtieġa kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Eurostat u l-ERA fir-rigward tad-dejta dwar l-aċċidenti, speċjalment fir-rigward tal-kwalifikazzjonijiet tad-dejta. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt d Regolament (KE) Nru 91/2003 Artikolu 4 – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 91/2003 Artikolu 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 4a (ġdid) Regolament (KE) Nru 91/2003 Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 Regolament (KE) Nru 91/2003 Artikolu 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għandu jiġi żgurat li l-isforzi biex jitnaqqas il-piż minn fuq il-fornituri tad-dejta ma jirriżultawx f’telf sostanzjali tal-kwalità tad-dejta, speċjalment dak li jirriżulta mit-tħassir tar-rappurtar simplifikat. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 7 Regolament Nru 91/2003 Artikolu 10 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 9a (ġdid) Regolament (KE) Nru 91/2003 Anness A – kolonna 2 – ringiela 1 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 10 Regolament (KE) Nru 91/2003 Annessi B, D, H, I | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-rekwiżit li tinġabar id-dejta dwar aċċidenti għandu jkun kemm għall-Eurostat kif ukoll għall-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 11a (ġdid) Regolament (KE) Nru 91/2003 Anness F – kolonna 2 – ringiela 1 – paragrafi 1 u 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 11b (ġdid) Regolament (KE) Nru 91/2003 Anness F – kolonna 2 – ringiela 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 11c (ġdid) Regolament (KE) Nru 91/2003 Anness F – kolonna 2 – ringiela 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 11d (ġdid) Regolament (KE) Nru 91/2003 Anness H | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 12 Regolament (KE) Nru 91/2003 Annessi L u Ga (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 Regolament (KE) Nru 91/2003 Artikolu 13 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Anness C – kolonna 2 – ringiela 1 – paragrafu 2a (ġdid) Regolament (KE) Nru 91/2003 Anness C | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Anness Ca (ġdid) Regolament (KE) Nru 91/2003 Anness Ga (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond
Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003, li l-Kummissjoni tipproponi li temenda, jistabbilixxi regoli komuni għall-produzzjoni tal-istatistika tat-trasport ferrovjarju tal-Unjoni. Id-dejta miġbura fi ħdan dan il-qafas tkopri t-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri, kif ukoll dejta miġbura dwar flussi tat-traffiku fuq in-netwerk ferrovjarju u dwar aċċidenti.
Il-proposta tal-Kummissjoni
Il-proposta tissimplifika r-Regolament (KE) Nru 91/2003 billi tippreserva biss ir-rekwiżiti ta’ rappurtaġġ “dettaljat” u tabbanduna l-kunċett attwali ta’ rappurtaġġ “simplifikat”, u b’hekk jitnaqqas il-piż fuq l-Istati Membri u r-rispondenti, mingħajr ebda telf sinifikanti fil-kwalità tad-dejta għat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-ferrovija, u titqassar l-iskadenzi għat-tixrid tad-dejta dwar it-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri .
Għal impriżi iżgħar taħt il-limiti speċifikati, l-Istati Membri jkollhom jirrapportaw ċifra “ġenerali” għal indikaturi aggregati f’Anness separat.
Il-Kummissjoni tipproponi li jitħassar ir-rekwiżit li tinġabar dejta dwar l-aċċidenti, peress li din l-istatistika tinġabar ukoll mill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA).
Fl-aħħar nett, l-emenda proposta tar-Regolament (KE) Nru 91/2003 tqis l-aġġustamenti għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-għoti tas-setgħat iddelegati u ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-Rapporteur jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tissimplifika r-regoli għall-ġenerazzjoni tal-istatistika tat-trasport bil-ferrovija tal-Unjoni, u li tallinja d-dispożizzjonijiet eżistenti ta’ komitoloġija għall-atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni.
Madankollu, ir-Rapporteur huwa tal-opinjoni li l-ġbir tad-dejta għandu jiġi estiż ulterjorment għad-dejta tal-infrastruttura ferrovjarja, u li għandhom jiġu inklużi aktar varjanti ta’ kejl fl-istatistika dwar it-trasport tal-passiġġieri, b’mod partikolari fir-rigward tal-konnessjonijiet transkonfinali li għandhom ikunu fil-qalba tal-politika tat-trasport tal-UE. Huwa jipproponi li jiżdiedu ftit klassijiet ta’ dejta, bħalma huma n-numru u t-tip ta’ trenijiet, roti (biċikletti) li nġarru (abbażi tal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-Passiġġieri Ferrovjarji), in-numru ta’ vaguni tal-merkanzija silenzjużi bi blokok tal-brejkijiet ta’ materjal kompost ġodda u li ġew installati wara (abbażi tar-Regolament il-ġdid dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF)).
Ir-Rapporteur huwa wkoll tal-opinjoni li hemm il-ħtieġa li jiġu ssimplifikati s-setgħat iddelegati lill-Kummissjoni biex jiġu salvagwardjati l-prerogattivi tal-Parlament.
Ir-Rapporteur jemmen li r-rekwiżit li tinġabar dejta dwar l-aċċidenti m’għandux jittieħed minn idejn il-Eurostat. Minflok, għandha tiġi żgurata u stabbilita mal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea kooperazzjoni dwar id-dejta miġbura. Barra minn hekk, għandu jiżdied rekwiżit li tinġabar dejta dwar aċċidenti, peress li dan jikkontribwixxi għal livell ogħla ta’ sikurezza ferrovjarja.
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta’ dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti |
||||
Referenzi |
COM(2013)0611 – C7-0249/2013 – 2013/0297(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
30.8.2013 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 10.9.2013 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 10.9.2013 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
JURI 11.9.2013 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Michael Cramer 25.9.2013 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
14.11.2013 |
16.12.2013 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
17.12.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
40 5 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Patricia van der Kammen, Roberts Zīle |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Jacob Bicep, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Alfreds Rubiks, Sabine Wils, Karim Zéribi |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ivo Strejček |
||||
Data tat-tressiq |
6.1.2014 |
||||