RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fir-rigward l-għoti ta’ setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri

23.12.2013 - (COM(2013)0484 – C7‑0205/2013 – 2013/0226(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Eva Lichtenberger


Proċedura : 2013/0226(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0003/2014
Testi mressqa :
A7-0003/2014
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fir-rigward l-għoti ta’ setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri

(COM(2013)0484 – C7‑0205/2013 – 2013/0226(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0484),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu  338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0205/2013),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0003/2014),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006, sabiex jtqiesu t-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tal-limitu għall-kopertura statistika dwar it-trasport tal-passaġġi fl-ilmijiet interni, l-adattament tad-definizzjonijiet u l-adozzjoni tad-definizzjonijiet addizzjonali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex jiġi adattat il-kamp tal-applikazzjoni tal-ġbir tad-dejta u l-kontenut tal-annessi.

(5) Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006, sabiex jitqiesu t-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tal-limitu għall-kopertura statistika dwar it-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni, l-adattament tad-definizzjonijiet u l-adozzjoni tad-definizzjonijiet addizzjonali, kif ukoll l-adattament tal-kontenut tal-annessi.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajiet li jwieġbu.

(6) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq dawk li jwieġbu.

Ġustifikazzjoni

Emenda lingwistika.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni biex tadotta arranġamenti għat-trażmissjoni tad-dejta inklużi standards għall-iskambjar tad-data, għad-disseminazzjoni tar-riżultati mill-Kummissjoni (Eurostat) u wkoll biex jiġu żviluppati u ppubblikati kundizzjonijiet u kriterji ta’ metodoloġiċi mfassla biex tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta prodotta. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(8) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni biex tadotta arranġamenti għat-trażmissjoni tad-data inklużi standards għall-iskambju tad-data, għad-disseminazzjoni tar-riżultati mill-Kummissjoni (Eurostat) u wkoll biex jiġu żviluppati u ppubblikati kundizzjonijiet u kriterji metodoloġiċi mfassla biex tiġi żgurata l-kwalità tad-data prodotta. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Għandha tintuża l-proċedura ta' eżami għall-adozzjoni ta' dawk l-atti, minħabba l-ambitu ġenerali tagħhom.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq biex jintlaħaq l-għan bażiku tal-allinjament tas-setgħat konferiti lill-Kummissjoni għall-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat li jiġu stabbiliti regoli dwar dan l-allinjament fid-dominju tal-istatistika tat-trasport. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(9) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, huwa meħtieġ u xieraq biex jintlaħaq l-objettiv bażiku tal-allinjament tas-setgħat kkonferiti lill-Kummissjoni permezz tal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jiġu stabbiliti regoli komuni dwar dan l-allinjament fid-dominju tal-istatistika tat-trasport. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1365/2006

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Fl-Artikolu 2(4), punt (b) huwa mħassar;

Ġustifikazzjoni

Trid tinġabar id-data kemm fuq il-merkanzija kif ukoll fuq il-passiġġieri.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1365/2006

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Fl-Artikolu 2(4), punt (c) huwa mħassar;

Ġustifikazzjoni

Trid tinġabar id-data kemm fuq il-merkanzija kif ukoll fuq il-passiġġieri.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1365/2006

Artikolu 2 – paragrafu 5 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 9, li jieħu kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, fir-rigward tal-adattament tal-limitu għall-kopertura statistika dwar it-trasport tal-passaġġi fl-ilmijiet interni.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, fejn dan ikun meħtieġ, skont l-Artikolu 9, li jieħu kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, fir-rigward tal-adattament tal-limitu għall-kopertura statistika dwar it-trasport tal-passaġġi fl-ilmijiet interni.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li tinżamm traċċa tal-andamenti ekonomiċi fis-settur ħalli tkun żgurata l-konsistenza fid-deċiżjonijiet adottati fuq kwistjonijiet leġiżlattivi.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1365/2006

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9, li jieħu kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, fir-rigward tal-adattament tad-definizzjonijiet u l-adozzjoni tad-definizzjonijiet addizzjonali.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, fejn dan ikun meħtieġ, f’konformità mal-Artikolu 9, li jieħu kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, fir-rigward tal-adattament tad-definizzjonijiet u l-adozzjoni tad-definizzjonijiet addizzjonali.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li tinżamm traċċa tal-andamenti ekonomiċi fis-settur ħalli tkun żgurata l-konsistenza fid-deċiżjonijiet adottati fuq kwistjonijiet leġiżlattivi.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1365/2006

Artikolu 4 – paragrafu 4 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9, li jieħu kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, dwar l-adattament tal-kamp tal-applikazzjoni tal-ġbir tad-dejta u l-kontenut tal-Annessi.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, fejn dan ikun meħtieġ, f’konformità mal-Artikolu 9, li jieħu kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, dwar l-adattament tal-kamp tal-applikazzjoni tal-ġbir tad-dejta u l-kontenut tal-Annessi

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li tinżamm traċċa tal-andamenti ekonomiċi fis-settur ħalli tkun żgurata l-konsistenza fid-deċiżjonijiet adottati fuq kwistjonijiet leġiżlattivi.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1365/2006

Artikolu 7 – paragrafi 3a (ġdid) u 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Fl-Artikolu 7 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

 

'3a. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji tal-kwalità li jridu jiġu applikati għad-data li se tiġi trażmessa huma dawk imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

 

3b. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tispeċifika l-modalitajiet, l-istruttura, il-perjodiċità u l-elementi ta' komparabbiltà għar-rapporti tal-kwalità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).

 

________________

 

* Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164)";

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1365/2006

Artikolu 8 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6b) Fl-Artikolu 8, il-kliem introduttorju tal-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

Sal- 15 ta’ Ottubru 2009 u wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Programmi Statistiċi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dak ir-rapport għandu:

“Sa …+ u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Programmi Statistiċi, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, ir-rapport għandu:";

 

________________

 

+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1365/2006

Artikolu 9 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Eżerċitar tas-setgħat iddelegati

L-eżerċizzju tad-delega

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1365/2006

Artikolu 9 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Emenda lingwistika.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1365/2006

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(5), l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(4) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn (Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data preċiża tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament emendatorju).

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(5), l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(4) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn (Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data preċiża tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament emendatorju). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b'mod taċitu għall-perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1365/2006

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1365/2006

Anness B – Tabella B1

 

Test fis-seħħ

 

 

Tabella B1. Trasport skont in-nazzjonalità tal-bastiment u skond it-tip ta' bastiment (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2 karattri alfanumeriċi

"B1"

 

Pajjiż rapportatur

2 karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4 karattri numeriċi

"ssss"

 

Pajjiż/reġjun tat-tgħabija

4 karattri alfanumeriċi

NUTS2 (*)

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

4 karattri alfanumeriċi

NUTS2 (*)

 

Tip ta’ trasport

karattru numeriku

1 = Nazzjonali

 

 

 

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

 

 

 

3 = Tranżitu

 

Tip ta' bastiment

karattru numeriku

1= Barkun motorizzat

 

 

 

2= Barkun mhux motorizzat

 

 

 

3= Barkun tanker motorizzat

 

 

 

4= Barkun tanker mhux motorizzat

 

 

 

5= Bastimenti oħra għall-ġarr tal-merkanzija

 

 

 

6= Bastiment marittimu

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2 karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (**)

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati‒Km

 

 

Tunnellati‒Km

(*) Meta l-kodiċi reġjonali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx disponibbli, tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:

— "NUTS0 + ZZ" meta l-kodiċi NUTS tkun teżisti għall-pajjiż sieħeb.

— "Il-kodiċi ISO + ZZ" meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż sieħeb.

— "ZZZZ" meta l-pajjiż sieħeb ma jkunx magħruf kompletament.

(**)Meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, tiġi rrappurtata l-kodiċi ISO nazzjonali. Fil-każ li n-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandha tintuża hija "ZZ".

 

Emenda

 

(8a) Fl-Anness B, it-Tabella B1 tiġi emendata kif ġej:

"Tabella B1. Trasport ta' passiġġieri u merkanzija skont in-nazzjonalità tal-bastiment u skont it-tip ta' bastiment (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2 karattri alfanumeriċi

"B1"

 

Pajjiż rapportatur

2 karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4 karattri numeriċi

"ssss"

 

Pajjiż/reġjun tat-tgħabija

4 karattri alfanumeriċi

NUTS2 (*)

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

4 karattri alfanumeriċi

NUTS2 (*)

 

Tip ta’ trasport

karattru numeriku

1 = Nazzjonali

 

 

 

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

 

 

 

3 = Tranżitu

 

Tip ta' bastiment

karattru numeriku

1= Barkun motorizzat

 

 

 

2= Barkun mhux motorizzat

 

 

 

3= Barkun tanker motorizzat

 

 

 

4= Barkun tanker mhux motorizzat

 

 

 

5= Bastimenti oħra għall-ġarr tal-merkanzija

 

 

 

6= Bastiment marittimu

 

 

 

7= Bastimenti tal-kruċieri li jġorru aktar minn 100 passiġġier

 

 

 

8= Vapuri għall-ġarr tal-passiġġieri għal aktar minn 300 metru

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2 karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (**)

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati‒Km

 

 

Tunnellati‒Km

Passiġġieri ttrasportati

12-il karattru numeriku

 

Passiġġier

Kilometri tal-passiġġieri

12-il karattru numeriku

 

Passiġġier

Sits disponibbli għall-passiġġieri

12-il karattru numeriku

 

Sit tal-passiġġier

(*) Meta l-kodiċi reġjonali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx disponibbli, tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:

— "NUTS0 + ZZ" meta l-kodiċi NUTS tkun teżisti għall-pajjiż sieħeb.

— "Il-kodiċi ISO + ZZ" meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż sieħeb.

— "ZZZZ" meta l-pajjiż sieħeb ma jkunx magħruf kompletament.

(**)Meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, tiġi rrappurtata l-kodiċi ISO nazzjonali. Jekk in-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandha tintuża hija "ZZ"."

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żviluppata politika adegwata rigward it-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni u tiġi żgurata koerenza fil-ġbir ta' data statistika bil-modi kollha tat-trasport, trid tinġabar data dwar il-passiġġieri kif ukoll dwar il-merkanzija trasportata.

NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006, li l-Kummissjoni tipproponi li jiġi emendat, jistabbilixxi regoli komuni għall-produzzjoni tal-istatistika Komunitarja fir-rigward tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni. Id-data miġbura f'dan il-qafas tiffoka esklussivament fuq it-trasport tal-merkanzija.

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tallinja d-dispożizzjonijiet tal-komitoloġija tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006 mal-atti ddelegati u ta' implimentazzjoni wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Ma ġewx proposti aktar bidliet mill-Kummissjoni.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-Rapporteur tilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tallinja d-dispożizzjonijiet tal-komitoloġija mal-atti ddelegati u ta' implimentazzjoni. Madankollu, hija tal-opinjoni li hemm il-ħtieġa li jiġu ssimplifikati s-setgħat iddelegati lill-Kummissjoni biex tissalvagwardja l-prerogattivi tal-Parlament.

Ir-Rapporteur hija wkoll tal-opinjoni li, bir-restrizzjoni ta' din il-proposta għal eżerċizzju ta' allinjament, il-Kummissjoni titlef l-opportunità biex ittejjeb u ssaħħaħ il-ġbir ta' statistika relatata mat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni.

Bl-adozzjoni tal-programm NAIADES II, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa għal bidliet strutturali fit-tul fis-settur tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni, biex dan is-settur jikkontribwixxi b'mod sħiħ għall-istrateġija Ewropa 2020. Il-Kummissjoni enfasizzat li l-kundizzjonijiet operattivi fis-settur iridu jitjiebu, inklużi l-infrastruttura, il-prestazzjoni ambjentali, is-swieq u l-innovazzjoni, l-impjiegi u l-ħiliet u l-integrazzjoni fil-katina loġistika. Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tistabbilixxi azzjonijiet speċifiċi biex il-programm jiġi implimentat sal-2020.

Ir-Rapporteur temmen bis-sħiħ li politika ta' suċċess biex ittejjeb ir-rwol tan-navigazzjoni interna fis-settur tat-trasport għandha tkun ibbażata fuq statistiċi oġġettivi, komparabbli u affidabbli li jistgħu juru r-riżultati ta' din il-politika u t-tendenzi lejn mezzi tat-trasport irregolati tajjeb, sikuri, nodfa, kompetittivi (inklużi l-aspetti soċjali) u integrati. Kif previst fil-preżent, l-istatistiċi relatati mat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni ma jkunux biżżejjed biex jindirizzaw u jevalwaw il-politika tal-UE f'dan is-settur.

Ir-Rapporteur innotat ukoll li, fis-settur tat-trasport, il-Kummissjoni tidher li għandha approċċ inkoerenti fir-rigward tal-ambitu tal-prospetti statistiċi. Pereżempju, statistiċi relatati mat-trasport marittimu[1], bl-ajru[2] u bil-ferrovija[3] jkopru kemm it-trasport tal-merkanzija kif ukoll tal-passiġġieri, filwaqt li l-istatistiċi relatati mat-trasport tal-merkanzija bit-triq, waqt li jiffukaw fuq il-merkanzija biss, jeħtieġu informazzjoni dwar varjabbli relatati mal-vettura, bħall-età tal-vettura għat-trasport bit-triq. Barra minn dan, l-istatistiċi ferrovjarji jinkludu wkoll l-inċidenti. Informazzjoni importanti bħal din mhijiex miġbura għat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni.

Ir-Rapporteur taħseb li t-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni għandu rwol importanti, mhux biss għat-trasport ta' merkanzija, imma wkoll għat-trasport ta' passiġġieri, b'mod partikulari f'konurbazzjonijiet urbani maqsuma bi xmajjar. Hija favur aktar użu tal-passaġġi fuq l-ilma interni għat-trasport ta' merkanzija u ta' persuni għad dan il-metodu tat-trasport ‒ partikolarment meta jintużaw bastimenti ġodda li jaħdmu b'sorsi alternattivi ta' enerġija ‒ jirrapreżentaw l-aktar metodu ta' trasport nadif li ma jkunx ostakolat bil-konġestjoni. Ir-Rapporteur hija konxja li l-bastimenti użati fil-passaġġi minn fuq l-ilma interni huma ħafna drabi qodma u li jekk il-flotta tiġġedded jew tiġi modifikata jinkisbu benefiċċji ambjentali oħra. Sabiex jiġu evalwati l-istat tal-flotta u r-rata ta' tiġdid jew immodifikar hemm bżonn tal-istatistika. Ir-Rapporteur temmen li r-reviżjoni attwali hija opportunità tajba biex tinġabar din id-data.

Barra minn hekk, in-navigazzjoni interna hija xi drabi ristretta jew issir diffiċli minħabba n-nuqqas ta' infrastruttura adegwata jew piż finanzjarju (fundar imnaqqas tal-ilma, pontijiet baxxi, xatbiet, tariffi għall-infrastruttura, eċċ.) Sabiex tinkiseb stampa ċara tan-navigabbiltà fl-Unjoni, trid tinġabar data relata mal-infrastruttura tal-passaġġi minn fuq l-ilma.

Ir-Rapporteur tixtieq tiġbed l-attenzjoni li data importanti hija wkoll miġbura bl-iżvilupp ta' kwestjonarji ġestiti b'mod konġunt mill-Eurostat, l-ITF u l-UNECE fil-Grupp ta' Ħidma tal-Intersegretarjat dwar l-Istatiċi tat-Trasport, li ngħata l-mandat biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' sistema ta' statistika koordinata għat-trasport. Xi elementi ta' din id-data hija miġbura biss fuq bażi volontarja. Sabiex ikunu żgurati settijiet ta' data u serje taż-żmien kompluti, ir-Rapporteur hija tal-fehma li l-ġbir ta' data kruċjali għandu jkun mandatorju.

  • [1]  Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (Tfassil mill-ġdid) – ĠU L 141, 6.6.2009, p. 29.
  • [2]  Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru, ĠU L 66, 11.3.2003, p. 1.
  • [3]  Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006 dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fir-rigward l-għoti ta’ setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri

Referenzi

COM(2013)0484 – C7-0205/2013 – 2013/0226(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.6.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

4.7.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

4.7.2013

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

10.9.2013

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Eva Lichtenberger

10.7.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

14.11.2013

16.12.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

17.12.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Patricia van der Kammen, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Jacob Bicep, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Alfreds Rubiks, Sabine Wils, Karim Zéribi

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Strejček

Data tat-tressiq

6.1.2014