ABBOZZ TA’ RAPPORT fir-rigward tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku
20.12.2013 - (COM(2013)0449 – C7‑0208/2013 – 2013/0213(COD)) - ***I
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur : Birgit Collin-Langen
ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
fir-rigward tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku
(COM(2013)0449 – C7‑0208/2013 – 2013/0213(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0449),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0208/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Ottubru 2013[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta’ Novembru 2013[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0004/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) L-ostakli għall-kummerċ li jirriżultaw mill-koeżistenza ta’ diversi rekwiżiti legali u ta' standards tekniċi dwar il-fatturi elettroniċi u min-nuqqas ta’ interoperabilità, għandhom jitneħħew jew jitnaqqsu. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, għandu jiġi żviluppat standard komuni Ewropew għall-mudell semantiku tad-dejta tal-fattura elettronika bażika. |
(5) L-ostakli għall-kummerċ li jirriżultaw mill-koeżistenza ta’ diversi rekwiżiti legali u ta’ standards tekniċi dwar il-fatturi elettroniċi u min-nuqqas ta’ interoperabilità, għandhom jitneħħew jew jitnaqqsu fil-każ tal-kummerċ transfruntier. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, għandu jiġi żviluppat standard komuni Ewropew għall-mudell semantiku tad-dejta tal-elementi ewlenin tal-fattura elettronika. Dan l-istandard għandu jiddeskrivi l-elementi ewlenin tal-fatturar elettroniku u jiggarantixxi l-konformità tal-istess elementi ewlenin mal-istandards tekniċi differenti, ħalli l-fatturi elettroniċi jkunu jistgħu jintbagħtu u jiġu rċevuti lejn u minn sistemi li huma bbażati fuq standards tekniċi differenti. L-istandards tekniċi nazzjonali eżistenti ma għandhomx ikunu sostitwiti u lanqas imfixxkla minn dan l-istandard, iżda għandu jkun possibbli li jibqgħu jiġu applikati flimkien ma’ dan l-istandard.
|
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 5a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2a. |
|
____________ |
|
Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea3 li jitolbu lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti biex tabbozza standard Ewropew għall-mudell semantiku tad-dejta tal-fattura elettronika bażika. Fit-talba tagħha lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti, il-Kummissjoni għandha titlob li tali standard Ewropew ikun teknoloġikament newtrali, sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni fil-kompetizzjoni. Billi l-fatturi elettroniċi jistgħu jinkludu dejta personali, il-Kummissjoni għandha titlob ukoll li tali standard Ewropew jiggarantixxi l-protezzjoni tad-dejta personali, f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta4. Apparti dawn ir-rekwiżiti minimi, fit-talba tagħha lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina rekwiżiti ulterjuri fir-rigward tal-kontenut ta’ tali standard Ewropew u skadenza għall-adozzjoni tiegħu. |
Il-Kummissjoni għandha tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea3 li jitolbu lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti biex tabbozza standard Ewropew għall-mudell semantiku tad-dejta tal-elementi ewlenin tal-fattura elettronika. Fit-talba tagħha lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti, il-Kummissjoni għandha titlob li tali standard Ewropew ikun teknoloġikament newtrali, sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni fil-kompetizzjoni. Billi l-fatturi elettroniċi jistgħu jinkludu dejta personali, il-Kummissjoni għandha titlob ukoll li tali standard Ewropew jikkunsidra l-protezzjoni tad-dejta personali, f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta4 u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta mid-disinn, il-proporzjonalità u l-minimizzazzjoni tad-dejta. Apparti dawn ir-rekwiżiti minimi, fit-talba tagħha lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina rekwiżiti ulterjuri fir-rigward tal-kontenut ta’ tali standard Ewropew u skadenza ta’ 24 xahar għall-adozzjoni tiegħu. |
__________________ |
__________________ |
3 ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12. |
3 ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12. |
4 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. |
4 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 6a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Id-definizzjonijiet relatati mal-għoti ta' kuntratti taħt din id-Direttiva għandhom ikunu f'konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-akkwist pubbliku. |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 6b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6b) L-istandard Ewropew għandu jiddefinixxi l-elementi semantiċi tad-dejta li jirreferu, b’mod partikolari, għad-dejta kumplimentari dwar il-bejjiegħ u x-xerrej, għall-identifikaturi tal-proċess, għall-attributi tal-fattura, għad-dettalji tal-oġġetti tal-fattura, għall-informazzjoni dwar it-twassil tagħha, u għad-dettalji u l-kundizzjonijiet tal-pagament. L-elementi ewlenin ta’ fattura elettronika għandhom ikunu konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE4a, u għandhom ikunu inklużi f’kull fattura elettronika. Dan ikun jiżgura applikazzjoni ċara u uniformi ta' fattura elettronika. Fl-aħħar nett, dan l-istandard għandu jkun kompatibbli mal-istandards internazzjonali rilevanti, biex jiġu evitati ostakoli tekniċi għad-dħul fis-suq għall-fornituri minn pajjiżi terzi. |
|
__________________ |
|
4aĠU L 347, 11.12.2006, p.1 |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 6c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6c) Barra minn hekk, l-istandard Ewropew għandu wkoll ikun adattat għall-użu fi tranżazzjonijiet kummerċjali bejn l-impriżi. Għalhekk, sabiex l-operaturi ekonomiċi privati jkunu jistgħu jużaw kwalunkwe standard li jitfassal fir-relazzjonijiet kummerċjali bejniethom, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ebda standard ma jiġi żviluppat biss biex jintuża fil-qasam tal-akkwist pubbliku. |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) L-istandard Ewropew għall-mudell semantiku tad-dejta tal-fattura elettronika bażika għandu jkompli jibni fuq l-ispeċifikazzjonijiet eżistenti, inkluż b’mod partikolari dawk żviluppati minn organizzazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali bħall-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni - CEN (CWA 16356 u CWA 16562), ISO (Fattura Finanzjarja bbażata fuq il-metodoloġija tal-ISO 20022), u UN/CEFACT (CII v. 2.0). Dan m’għandux jirrikjedi firem elettroniċi. Tali standard Ewropew għandu jiddefinixxi l-elementi semantiċi tad-dejta li jirreferu, b’mod partikolari, għad-dejta kumplimentari dwar il-bejjiegħ u x-xerrej, għall-identifikaturi tal-proċess, għall-attributi tal-fattura, għad-dettalji tal-fattura, għall-informazzjoni dwar it-twassil tagħha, u għad-dettalji u l-kundizzjonijiet tal-pagament. Għandu jkun kompatibbli wkoll mal-istandards eżistenti għall-pagamenti sabiex jippermetti l-ipproċessar awtomatiku tal-pagamenti. |
(7) L-istandard Ewropew għall-mudell semantiku tad-dejta tal-elementi ewlenin ta' fattura elettronika għandu jkompli jibni fuq, u jkun kumpatibbli ma', l-ispeċifikazzjonijiet eżistenti, inkluż b’mod partikolari dawk l-ispeċifikazzjonijiet żviluppati minn organizzazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali bħall-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni - CEN (CWA 16356 u CWA 16562), ISO (Fattura Finanzjarja bbażata fuq il-metodoloġija tal-ISO 20022), u UN/CEFACT (CII v. 2.0). 2.0, NDR 2.0, u CCTS 2.01). Dan m’għandux jirrikjedi firem elettroniċi. Fit-twettiq tat-talba ta' standardizzazzjoni, l-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti għandha tikkunsidra wkoll ir-riżultati ta' proġetti pilota fuq skala kbira li twettqu fil-qafas tal-Programm ta' Appoġġ għall-Politika dwar it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tal-fatturar elettroniku ta' korpi u organizzazzjonijiet rilevanti u sinifikanti oħra li huma ferm użati mill-komunità kummerċjali. Għandu jkun kompatibbli wkoll mal-istandards eżistenti għall-pagamenti sabiex jippermetti l-ipproċessar awtomatiku tal-pagamenti. |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 7a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Bil-ħsieb li anke l-impriżi żgħar u ta' daqs medju jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku, l-istandard Ewropew għandu jkun orjentat lejn l-utent, jiġifieri faċli biex jinftiehem u biex jintuża. F'dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat ukoll il-fatt li impriżi żgħar u ta' daqs medju, b'mod partikolari, kif ukoll awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti iżgħar għandhom persunal u riżorsi finanzjarji limitati. |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 7b ġdid | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7b) Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-ħtiġijiet tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju u ta' awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti iżgħar, kif ukoll joffru l-appoġġ meħtieġ lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti u lill-fornituri, biex b'hekk ikun jista' jintuża l-istandard Ewropew il-ġdid. Barra dan, għandhom ikunu previsti miżuri ta’ taħriġ b’mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju. |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Hekk kif l-istandard Ewropew, imfassal mill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti, jissodisfa r-rekwiżiti li jinsabu fit-talba tal-Kummissjoni, ir-referenzi ta’ tali standard Ewropew għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(8) Hekk kif l-istandard Ewropew, imfassal mill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti, jissodisfa r-rekwiżiti li jinsabu fit-talba tal-Kummissjoni u fejn tali standard ikun ittestjat, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi li tippubblika r-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 8a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) L-istandard li għandu jiġi żviluppat għandu jiżgura l-interoperabbiltà tal-applikazzjonijiet abbażi tal-istandards tekniċi eżistenti. Sabiex jiġi żgurat li jitwettqu l-adattamenti skont l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi fis-settur tal-ICT, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tieħu miżuri biex jinżamm, jiġi rivedut u aġġornat l-istandard Ewropew, kif ukoll biex tiffaċilita r-relazzjoni bejn il-formats tekniċi xierqa. |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 8b ġdid | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8b) Qabel l-introduzzjoni, fl-Istati Membri, tal-istandards Ewropew għall-mudell semantiku tad-dejta tal-elementi ewlenin ta' fattura elettronika l-applikazzjoni prattika tal-istandard għandha tkun ittestjata b'mod suffiċjenti. L-applikazzjoni prattika tal-istandard għandha tkun valutata sew permezz ta' fażi ta' ttestjar jew, inkella, matul il-proċess tat-tfassil tal-istandard. Il-valutazzjoni għandha tinvolvi utenti finali, għandha tindirizza, b'mod partikolari, aspetti tal-prattikabbiltà u l-orjentazzjoni lejn l-utent, u għandha turi li l-istandard jista' jkun implimentat b'mod li jkun kosteffikaċi u proporzjonat. |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 8c ġdid | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8c) Sabiex temenda r-rekwiżiti għall-istandard Ewropew għall-mudell semantiku tad-dejta tal-elementi ewlenin ta' fattura elettronika, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ bidliet għall-iżviluppi tekniċi u legali rilevanti f'dan il-qasam. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti m’għandhomx jirrifjutaw li jirċievu fatturi elettroniċi li jikkonformaw ma’ tali standard komuni Ewropew, għal raġunijiet ta’ nonkonformità ma’ rekwiżiti tekniċi oħra (pereżempju, rekwiżiti nazzjonali jew speċifiċi għal xi settur partikolari). |
(9) L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jirċievu u jipproċessaw fatturi elettroniċi li jikkonformaw ma’ tali standard komuni Ewropew. Wara l-iskadenza tad-data mniżżla f’din id-Direttiva, il-fatturi m'għandhomx ikunu rifjutati biss għal raġunijiet ta’ nonkonformità ma’ rekwiżiti tekniċi oħra (pereżempju, rekwiżiti nazzjonali jew speċifiċi għal xi settur partikolari). Raġunijiet konvinċenti oħra għal rifjut (pereżempju għal raġunijiet kuntrattwali) m’għandhomx jiġu affettwati b’dan l-obbligu. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jibqgħu liberi li jivverifikaw, qabel ma jħallsu l-fattura, jekk il-kontenut tal-fattura elettronika jirriflettix b'mod korrett id-dettalji kollha tat-transazzjoni kummerċjali. L-obbligu li ma jkunux rifjutati fatturi elettroniċi skont din id-Direttiva huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4a. |
|
____________ |
|
4a Id-Direttiva 2011/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 48, 23.2.2011). |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 9a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Fl-opinjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2013, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ppubblika r-rakkomandazzjonijiet tiegħu sabiex fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva tkun żgurata protezzjoni suffiċjenti tad-dejta. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jitqiesu fit-tfassil tal-istandard u fl-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet pubbliċi u l-entitajiet kontraenti. B'mod partikolari għandu jiġi ċċarat li l-liġijiet eżistenti dwar il-protezzjoni tad-dejta japplikaw ukoll fil-qasam tal-fatturar elettroniku, u li għal skopijiet ta' trasparenza u responsabbiltà, il-pubblikazzjoni ta' dejta personali għandha tkun f'konformità mal-protezzjoni tal-privatezza. |
(Ara l-emenda għall-Artikolu 3(1) u 4a) | |
Ġustifikazzjoni | |
L-ipproċessar tal-fatturi elettroniċi jirrikjedi wkoll l-ipproċessar ta' informazzjoni personali. Għaldaqstant il-protezzjoni tad-dejta għandha rwol importanti fil-fatturar elettroniku. | |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Din id-Direttiva għandha tapplika għall-fatturi elettroniċi li jkunu waslu għand l-awtoritajiet kontraenti u għand l-entitajiet kontraenti, u li jkunu nħarġu b'konsegwenza tal-eżekuzzjoni ta' kuntratti mogħtija f'konformità mad-Direttiva [li tissostitwixxi d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi5], mad-Direttiva [li tissostitwixxi d-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali6], jew mad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE7. |
(10) Din id-Direttiva għandha tapplika għall-fatturi elettroniċi li jkunu waslu għand l-awtoritajiet kontraenti u għand l-entitajiet kontraenti, u li jkunu nħarġu u ġew trażmessi b'konsegwenza tal-eżekuzzjoni ta' kuntratti mogħtija f'konformità mad-Direttiva [li tissostitwixxi d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi5], mad-Direttiva [li tissostitwixxi d-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali6], jew mad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE7. Madankollu, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti m'għandhomx ikunu obbligati jirċievu fatturi elettroniċi skont din id-Direttiva, meta dawn, fl-interess tas-sigurtà, iqisu li huwa neċessarju li jużaw jew jistipulaw formati jew rekwiżiti ta' fatturar oħrajn li ma jkunux kompatibbli ma' din id-Direttiva. Barra minn hekk, ikun xieraq li jiġu esklużi kuntratti li ġew aġġudikati skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/81/KE, billi dawn il-kuntratti huma suġġetti biss għal rekwiżiti speċifiċi li jirregolaw speċifikazzjonijiet tekniċi u notifiki tal-għoti ta' kuntratti. |
__________________ |
__________________ |
5 ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. |
5 ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. |
6 ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1. |
6 ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1. |
7 ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76. |
7 ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hi maħsuba biex tenfasizza li dawn verament huma fatturi 'elettroniċi' li għalhekk huma trażmessi elettronikament u li l-aħħar parti ta' din l-emenda hi maħsuba primarjament biex tenfasizza li jista' jkun hemm okkażjonalment każijiet bi ħtiġijiet speċifiċi ta' sigurtà (pereżempju, fatturi li jridu jiġu trażmessi b'courier, jew li jużaw mezzi partikolari li jkunu sikuri) li ma jkunux kompatibbli mal-obbligi ta' din id-Direttiva. | |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 12a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12a) Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li l-fatturi elettroniċi li jaslu skont l-istandard Ewropew jiġu aċċettati wkoll anke fl-ipproċessar amministrattiv intern minn entitajiet oħrajn (pereżempju fil-każ ta' applikazzjonijiet għal għotjiet). |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 16a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Id-Direttiva għandha tobbliga biss lir-riċevituri, jiġifieri lill-awtoritajiet kontraenti, l-entitajiet ċentrali ta' akkwist u l-entitajiet kontraenti, li jaċċettaw u jipproċessaw il-fatturi elettroniċi. L-entità li toħroġ il-fattura, min-naħa l-oħra, għandu jkollha l-għażla li toħroġ il-fattura skont l-istandard Ewropew, skont l-istandards tekniċi nazzjonali jew skont standards oħrajn jew fuq il-karta. |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Sabiex l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jkunu jistgħu jieħdu miżuri tekniċi li, wara li jkun ġie stabbilit l-istandard Ewropew, huma meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, skadenza tat-traspożizzjoni ta’ 48 xahar hija ġġustifikata. |
(18) Sabiex l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jkunu jistgħu jieħdu miżuri tekniċi li, wara li jkun ġie stabbilit l-istandard Ewropew, huma meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, skadenza tat-traspożizzjoni ta’ 51 xahar hija ġġustifikata. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jittardjaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva għal awtoritajiet kontraenti subċentrali u l-entitajiet kontraenti sal-ewwel jum tas-67 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 18b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18b) Standardizzazzjoni tal-fatturar elettroniku hija konformi mal-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tad-dritt nazzjonali u internazzjonali għall-akkwist pubbliku elettroniku fl-Unjoni. |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 19b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19b) L-utilizzazzjoni tar-riżorsi tal-Fond Strutturali maħsuba għall-appoġġ tal-istabbiliment tal-akkwist pubbliku elettroniku fl-Ewropa għandha wkoll tippromwovi l-użu tal-fatturar elettroniku għal kuntratti pubbliċi. |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 20a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20a) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11a u ppreżenta opinjoni fil-11 ta' Novembru 2013. |
|
_____________ |
|
11aIr-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, tat-12.1.2001, p. 1). |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Din id-Direttiva tapplika għall-fatturi elettroniċi li jkunu nħarġu b'konsegwenza tal-eżekuzzjoni ta' kuntratti mogħtija f'konformità mad-Direttiva [li tissostitwixxi d-Direttiva 2004/18/KE], mad-Direttiva [li tissostitwixxi d-Direttiva 2004/17/KE], jew mad-Direttiva 2009/81/KE. |
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-fatturi elettroniċi li jkunu nħarġu b'konsegwenza tal-eżekuzzjoni ta' kuntratti li jaqgħu taħt id-Direttiva [li tissostitwixxi d-Direttiva 2004/18/KE], id-Direttiva [li tissostitwixxi d-Direttiva 2004/17/KE], jew id-Direttiva 2009/81/KE, bl-eċċezzjoni tal-kuntratti mogħtija skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/81/KE. |
|
L-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva m'għandux japplika f'każ li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tqis li huwa fl-interess tas-sigurtà li tuża formati jew li timponi rekwiżiti ta' fatturar oħrajn li ma jkunux konformi ma' din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tqis il-kwistjonijiet partikolari relatati mas-sigurtà f'każijiet okkażjonali u individwali li jistgħu jinqalgħu jekk id-Direttiva 2009/81/KE b'rabta mal-oqsma tad-difiża u s-sigurtà tiġi inkluża fl-ambitu ta' din id-Direttiva. | |
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) “fattura elettronika” tfisser fattura li tkun inħarġet u ntbagħtet bi kwalunkwe format elettroniku; |
(1) “fattura elettronika” tfisser fattura li tkun inħarġet, ġiet trażmessa u ntbagħtet f'format elettroniku strutturat li jkun jippermetti pproċessar elettroniku; |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tenfasizza l-'aspett elettroniku'. Huwa biss permess ta’ fatturi, li jinħarġu u jintbagħtu f’format elettroniku strutturat, li jistgħu jiġu pproċessati kompletament b’mod awtomatiku, li jkun hemm kisbiet fl-effiċjenza mistennija. | |
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) “mudell semantiku tad-dejta” tfisser sett strutturat u loġikament interrelatat ta’ termini u tifsiriet li jispeċifika l-kontenut skambjat f’fatturi elettroniċi; |
(2) “mudell semantiku tad-dejta” tfisser sett strutturat u loġikament interrelatat ta’ termini u tifsiriet tagħhom li jispeċifika l-kontenut tal-elementi ewlenin tal-fatturi elettroniċi; |
Ġustifikazzjoni | |
Mudell semantiku tad-dejta huwa rappreżentazzjoni astratta ta’ ċerti kontenuti u kuntesti. F’dan il-każ, il-mudell semantiku tad-dejta għandu jiddeskrivi l-kontenut u t-tifsira tat-termini użati fil-fatturar elettroniku (speċjalment l-elementi ewlenin). Dan jiżgura li t-termini rilevanti u l-kontenut tagħhom jistgħu jinftehmu u jiġu interpretati bl-istess mod mit-trażmettitur u mir-riċevitur u jiġu trażmessi f’metodu kompjuterizzat li jista’ jinqara permezz ta' magna. | |
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) “fattura elettronika bażika” tfisser subsett ta’ informazzjoni li jkun jinsab f’fattura elettronika, li huwa essenzjali għall-interoperabilità transfruntiera, inkluża l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità ġuridika; |
(3) “elementi ewlenin tal-fattura elettronika” tfisser l-elementi ewlenin li għandu jkollha fattura elettronika, li huwa essenzjali għall-interoperabilità transfruntiera, inkluża l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità ġuridika; |
Ġustifikazzjoni | |
Għandhom jiġu stipulati elementi ewlenin obbligatorji ta’ fattura elettronika skont id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, li għandhom jinsabu f’kull fattura elettronika. Dan jagħmel il-fatturazzjoni uniformi u aktar sempliċi, u l-elementi ewlenin jkunu l-bażi għall-istandard Ewropew il-ġdid. | |
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) “awtoritajiet tal-gvern ċentrali” tfisser awtoritajiet tal-gvern ċentrali kif definit fl-Artikolu 2 punt 2 tad-Direttiva [li tissostitwixxi d-Direttiva 2004/18/KE]; |
Ġustifikazzjoni | |
Aġġustament neċessarju għall-forma riveduta ta' skadenzi għall-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet mifruxa biex ma jaħbtux ma' xulxin, li jipprevedu wkoll perjodu ta' 15-il xahar għall-awtoritajiet kontraenti ċentrali. | |
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 4b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4b) “awtoritajiet kontraenti subċentrali” tfisser awtoritajiet kontraenti subċentrali skont it-tifsira tal-Artikolu 2 (3) tad-Direttiva [li tissostitwixxi d-Direttiva 2004/18/KE]; |
Ġustifikazzjoni | |
Aġġustament neċessarju għall-forma riveduta ta' skadenzi għall-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet mifruxa biex ma jaħbtux ma' xulxin, li jipprevedu wkoll perjodu ta' 18-il xahar għall-entitajiet kontraenti ċentrali. | |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 4c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4c) “entitajiet ċentrali ta' akkwist” tfisser entitajiet ċentrali ta' akkwist skont it-tifsira tal-Artikolu 2 punt 10 tad-Direttiva [li tissostitwixxi d-Direttiva 2004/18/KE]; |
Ġustifikazzjoni | |
Aġġustament neċessarju għall-forma riveduta ta' skadenzi għall-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet mifruxa biex ma jaħbtux ma' xulxin, li jipprevedu wkoll perjodu ta' 15-il xahar għall-entitajiet kontraenti ċentrali. | |
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni titlob lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti biex tfassal standard Ewropew għall-mudell semantiku tad-dejta tal-fattura elettronika bażika. |
1. Il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti biex tfassal standard Ewropew għall-mudell semantiku tad-dejta tal-elementi ewlenin ta' fattura elettronika. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi skadenza ta' 24 xahar għall-organizzazzjoni ta' standardizzazzjoni Ewropea biex jiġi elaborat u adottat l-istandard Ewropew. |
Il-Kummissjoni teżiġi li l-istandard Ewropew għall-mudell semantiku tad-dejta tal-fattura elettronika bażika jkun teknoloġikament newtrali, u jiggarantixxi l-protezzjoni tad-dejta personali f’konformità mad-Direttiva 95/46/KE. |
Il-Kummissjoni għandha teżiġi li l-istandard Ewropew għall-mudell semantiku tad-dejta tal-elementi ewlenin ta' fattura elettronika jinkludi tal-inqas l-elementi elenkati fl-Anness u li: |
|
- ikun teknoloġikament newtrali; |
|
- ikun interoperabbli; |
|
- jilħaq ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE: |
|
- jikkunsidra l-protezzjoni neċessarja għad-dejta personali f’konformità mad-Direttiva 95/46/KE, għal approċċ tal-'protezzjoni tad-dejta bid-disinn' ('privacy by design') kif ukoll il-prinċipji bażiċi tal-proporzjonalità, il-minimizzazzjoni tad-dejta u l-limitazzjoni tal-fini. |
|
- jippermetti l-istabbiliment ta' sistemi għall-fatturar elettroniku prattiku, orjentat lejn l-utent u flessibbli; |
|
- jikkunsidra l-ħtiġijiet speċjali ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju kif ukoll l-awtoritajiet kontraenti subċentrali u l-entitajiet kontraenti; |
|
- ikun adattat biex jintuża fi tranżazzjonijiet kummerċjali bejn l-intrapriżi; |
|
- ikun kompatibbli mal-istandards internazzjonali rilevanti dwar il-fatturar elettroniku; |
It-talba tiġi adottata f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 10(1) sa (5) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. |
It-talba tiġi adottata f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 10(1) sa (5) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. |
|
2. Ladarba l-organizzazzjoni tal-istandardizzazzjoni Ewropea kompetenti tkun adottat l-istandard Ewropew għall-mudell semantiku tad-dejta tal-elementi ewlenin ta’ fattura elettronika, u l-Kummissjoni eżaminat li l-istandard hu konsistenti mat-talba, il-Kummissjoni, fi żmien perjodu ta' sitt xhur, se tittestja l-applikazzjoni fil-prattika tal-istandard, jiġifieri l-mod kif se jkun użat mill-utent finali. B'dan il-mod, il-Kummissjoni se tikkunsidra b'mod partikolari kemm il-kriterji tal-prattikabbiltà huma rispettati, kemm hu faċli jintuża mill-utent kif ukoll l-ispejjeż ta' implimentazzjoni possibbli bi qbil mas-subparagrafu 2 tal-paragrafu 1. Fi żmien xahar mill-konklużjoni tal-proċedura tat-test, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-eżitu tat-test. |
|
3. Il-Kummissjoni tista' twarrab il-proċedura tat-test fil-każ li l-applikazzjoni prattika tal-istandard kif imsemmi fil-paragrafu 2, tkun diġà ġiet verifikata matul it-tfassil tal-istandard kif imsemmi fil-Artikolu 1, mill-Kummissjoni jew mill-organizzazzjoni tal-istandardizzazzjoni, abbażi tar-rekwiżiti tal-istandard. |
2. Hekk kif l-istandard Ewropew, imfassal b'segwitu għat-talba msemmija fil-paragrafu 1, jissodisfa r-rekwiżiti li jinsabu fiha, il-Kummissjoni tippubblika r-referenza għal tali standard Ewropew f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
4. Hekk kif l-istandard Ewropew, imfassal bi qbil mat-talba msemmija fil-paragrafu 1, jissodisfa r-rekwiżiti li jinsabu fiha u fejn fażi ta' test bi qbil mal-paragrafi 2 jew 3 tkun tlestiet, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni, li fih tiddikjara li l-istandard jissodisfa r-rekwiżiti tat-talba u li hi ddeċidiet li tippubblika r-referenza għal tali standard Ewropew f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Jekk japplika l-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni 9 xhur wara l-adozzjoni tal-istandard mill-organizzazzjoni ta' standardizzazzjoni relevanti, u jekk japplika l-paragrafu 3, tal-inqas 3 xhur wara l-adozzjoni tal-istandard mill-organizzazzjoni ta' standardizzazzjoni relevanti. |
|
5. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 4 għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 5a(3). |
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 3a |
|
Oġġezzjonijiet formali kontra l-istandard Ewropew |
|
1. F'każ li Stat Membru jew il-Parlament Ewropew ikunu tal-fehma li l-istandard Ewropew ma jissodisfax totalment ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3 paragrafu 1 u fl-Anness, dan l-Istat Membru jew il-Parlament Ewropew għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dan filwaqt li jissottomettu spjegazzjoni dettaljata, u l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 5a: a) li tippubblika, li ma tippubblikax jew li tippubblika b'restrizzjoni r-referenzi għall-istandard Ewropew konċernat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; b) li żżomm, li żżomm b'restrizzjoni jew li tirtira r-referenzi għall-istandard Ewropew konċernat li hemm f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni fil-websajt tagħha dwar l-istandards Ewropej li jkunu ġew soġġetti għal deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1. 3. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti dwar id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk ikun meħtieġ, titlob ir-reviżjoni tal-istandard Ewropew ikkonċernat. 4. Id-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 5a(2). 5. Id-deċiżjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 5a(3). |
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 3b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 3b |
|
Iż-żamma u l-iżvilupp ulterjuri tal-istandard Ewropew |
|
Il-Kummissjoni tista' titlob lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti tirrevedi l-istandard Ewropew għall-mudell semantiku tad-dejta għall-elementi ewlenin ta' fattura elettronika. Din it-talba għandha ssir skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(1). Ma għandhomx japplikaw l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 3(1). Il-Kummissjoni, fit-talba tagħha, għandha tiddetermina l-iskadenza għall-adozzjoni tal-istandard Ewropew rivedut. |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 3c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 3c |
|
Emenda għar-rekwiżiti għall-istandard Ewropew |
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 5b biex temenda r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u fl-Anness ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-istandard Ewropew għal mudell semantiku tad-dejta għall-elementi ewlenin ta' fattura elettronika. |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti ma jirrifjutawx li jirċievu fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew, li r-referenza għalih ġiet ippubblikata skont l-Artikolu 3(2). |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jkunu jistgħu jirċievu u jipproċessaw fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew għall-mudell semantiku tad-dejta għall-parti bażika ta' fattura elettronika, li r-referenza għalih ġiet ippubblikata skont l-Artikolu 3(4). Rifjut jista' ma jkunx ġustifikat biss fuq raġunijiet li l-fattura ma tikkonformax ma' rekwiżiti tekniċi oħra. |
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 4a |
|
Il-protezzjoni tad-dejta |
|
1. Id-dritt applikabbli tal-Unjoni u dak nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta ma għandux ikun affettwat minn din id-Direttiva. Tali dritt għandu japplika wkoll għall-fatturar elettroniku. |
|
2. Safejn ma jkunx stabbilit mod ieħor mid-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali u mingħajr preġudizzju għal miżuri ta' protezzjoni adegwati skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE, id-dejta personali għandha tintuża esklużivament għal skopijiet ta' pproċessar ta' fatturi elettroniċi jew għal skopijiet relatati ma' dan. |
|
3. Għal skopijiet ta' trasparenza u responsabbiltà, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mingħajr preġudizzju għal miżuri ta' protezzjoni adegwati skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE, il-modalitajiet għall-pubblikazzjoni tad-dejta personali li tkun inġabret fl-ambitu tal-fatturar elettroniku, ikunu konformi mal-iskop tal-pubblikazzjoni u mal-prinċipju tal-protezzjoni tal-privatezza. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija bbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropej għall-Protezzjoni tad-Data fl-opinjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2013. | |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Din id-Direttiva hija bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2006/112/KE. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Il-formulazzjoni magħżula mhijiex ċara. Pjuttost, għandu jkun stipulat b’mod aktar konkret fi ħdan l-artikoli rilevanti, li f’każijiet ta’ kunflitt bejn iż-żewġ atti liema att għandu jieħu preċedenza. Ir-referenza ġenerali għad-Direttiva tal-VAT se tkun inkluża fil-premessi u fl-Artikolu 3(2). | |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 5a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 5a |
|
Proċeduri tal-Kumitat |
|
(1) Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11b. |
|
(1a) Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
(2) Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11c. |
|
(3) Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
___________________ |
|
11bĠU L 316, 14.11.2012, p. 12. |
|
11cĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. |
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 48 xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. |
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [51 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan. |
|
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li dawn il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi japplikaw għal awtoritajiet subċentrali tal-gvern u l-entitajiet kontraenti mill-ewwel jum tas-67 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. |
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza. |
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza. |
2. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. |
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan. |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni teżamina mill-ġdid l-effetti ta’ din id-Direttiva fuq is-suq intern u fuq l-adozzjoni tal-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku u tirraporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2023. Fejn xieraq, ir-rapport jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva. |
Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-effetti ta’ din id-Direttiva fuq is-suq intern u fuq l-adozzjoni tal-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku u tirraporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2021. Fejn xieraq, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn analiżi tal-ispejjeż u tal-benefiċċji b'rabta mal-ħtieġa għal azzjoni ulterjuri. |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Anness (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Anness |
|
Rekwiżiti għal mudell semantiku tad-dejta: elementi ewlenin tal-fattura elettronika |
|
1. Id-data tal-ħruġ; |
|
2. in-numru ta' sekwenza, ibbażat fuq serje waħda jew aktar, li jidentifika l-fattura b'mod uniku; |
|
3. in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT imsemmi fl-Artikolu 214 tad-Direttiva 2006/112/KE li taħtha l-persuna taxxabbli pprovdiet l-oġġetti jew is-servizzi; |
|
4. in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-konsumatur, kif imsemmi fl-Artikolu 214 tad-Direttiva 2006/112/KE, li taħtha l-konsumatur irċieva provvista ta’ oġġetti jew servizzi li fir-rigward tagħha hu obbligat li jħallas il-VAT, jew irċieva provvista ta’ oġġetti kif imsemmi fl-Artikolu 138 tad-Direttiva 2006/112/KE; |
|
5. l-isem sħiħ u l-indirizz tal-persuna taxxabbli u tal-konsumatur; |
|
6. il-kwantità u n-natura tal-oġġetti pprovduti jew il-limitu u n-natura tas-servizzi mogħtija; |
|
7. id-data li fiha l-provvista ta’ oġġetti jew servizzi seħħet jew tlestiet jew id-data li fiha l-ħlas akkont bil-quddiem imsemmi fil-punti 4 u 5 tal-Artikolu 220 tad-Direttiva 2006/112/KE kien sar, sakemm dik id-data tista’ tkun iddeterminata u tkun differenti mid-data tal-ħruġ tal-fattura; |
|
8. l-ammont taxxabbli għal kull rata jew eżenzjoni, il-prezz tal-unità mingħajr VAT u kwalunkwe roħs jew tnaqqis jekk ma jkunux inklużi fil-prezz tal-unità; |
|
9. ir-rata ta' VAT applikata; |
|
10. l-ammont ta’ VAT li għandu jitħallas, għajr fejn ikun applikat arranġament speċjali li taħtu, b’konformità mad-Direttiva 2006/112/KE, tali dettall hu eskluż; |
|
11. f’każ ta’ eżenzjoni jew jekk it-taxxa tal-VAT hija dovuta mill-konsumatur: referenza għad-dispożizzjoni applikabbli tad-Direttiva jew id-dispożizzjoni nazzjonali rispettiva, jew xi indikazzjoni ta’ eżenzjoni li tindika li l-kunsinna ta’ oġġetti jew servizzi hi eżenti jew suġġetta għall-proċedura tar-riverse charge; |
|
12. fil-każ ta' provvista ta’ vetturi ġodda ta’ trasport li ssir skont il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138(1) u (2)(a) tad-Direttiva 2006/112/KE; id-dettalji msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2006/112/KE; |
|
13. fil-każ tal-applikazzjoni tar-regola speċjali għall-aġenti tal-ivvjaġġar: referenza għall-Artikolu 306 tad-Direttiva 2006/112/KE jew għad-dispożizzjonijiet nazzjonali korrispondenti, jew kwalunkwe indikazzjoni oħra li għaliha din ir-regola kienet applikata; |
|
14. f’każ li jiġi applikat wieħed mill-arranġamenti speċjali applikabbli għal oġġetti użati, xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet: referenza għall-Artikoli 313, 326 jew 333 tad-Direttiva 2006/112/KE jew għad-dispożizzjonijiet nazzjonali korrispondenti, jew kwalunkwe referenza oħra li turi li ġie applikat wieħed minn dawn l-arranġamenti; |
|
15. jekk il-persuna taxxabbli hija r-rappreżentant tat-taxxa fis-sens tal-Artikolu 204 tad-Direttiva 2006/112/KE: in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT fit-tifsira tal-Artikolu 214 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-isem sħiħ u l-indirizz tar-rappreżentant tat-taxxa. |
NOTA SPJEGATTIVA
I: Daħla:
Il-proposta għal direttiva għandha l-għan li tiffaċilita l-interoperabbiltà fil-fatturar elettroniku fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi.
Dan l-għan għandu jintlaqa’ b’mod espliċitu.
Din il-miżura tirrappreżenta pass importanti ieħor lejn amministrazzjoni pubblika mingħajr karti. L-użu tal-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku, kif ukoll il-promozzjoni tal-proċedura tal-akkwist elettronika, għandhom jiġu appoġġjati. Il-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ April 2012, kien diġà indika r-riskju ta’ frammentazzjoni tas-suq, bħala riżultat tan-numru dejjem jikber ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-fatturar elettroniku, u ġibed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ soluzzjonijiet interoperabbli. Il-Kunsill, fil-konklużjonijiet reċenti tiegħu, enfasizza wkoll l-importanza u l-urġenza li jiġi żviluppat is-suq domestiku diġitali u favorevoli għall-konsumatur, sabiex anke l-fatturar elettroniku jsib postu fil-kuntratti pubbliċi.
Hemm bosta standards mhux kompatibbli fir-rigward tal-fatturar elettroniku fl-Istati Membri individwali, u dan iwassal għal problemi fl-iskambju transfruntier tal-fatturi fil-kuntest tal-akkwist pubbliku, fost l-oħrajn. Bosta Stati Membri kif ukoll impriżi kbar diġà żviluppaw soluzzjonijiet tekniċi, ibbażati fuq standards tagħhom stess jew dawk nazzjonali, li, madankollu, mhumiex kompatibbli ma' soluzzjonijiet fi Stati Membri oħra.
Il-ħafna rekwiżiti, standards, netwerks u regoli differenti fir-rigward tal-fatturar elettroniku jipprovdu kumplessità eċċessiva u inċertezza legali lill-impriżi, għaliex wieħed ma jkunx jista’ jassumi li l-fattura elettronika se tkun aċċettata f’xi Stat Membru ieħor. In-nuqqas ta’ standard komuni Ewropew jillimita lill-impriżi b’tali mod li jkollhom ikunu konformi ma’ xi standard ġdid għal kull suq differenti. Dan iżid l-ispejjeż operattivi, u b’konsegwenza jwassal għal prezzijiet ogħla.
II: Id-Direttiva
Id-diffikultajiet eżistenti jirrappreżentaw ostakli għad-dħul fis-suq, li għandhom jiġu indirizzati. Illum il-ġurnata, l-impriżi jippreferu jevitaw li jieħdu sehem f’sejħa għal offerti transfruntiera, sforz in-nuqqas ta’ interoperabbiltà tas-sistemi, u għalhekk qiegħda tonqos il-kompetizzjoni u qiegħed jiġi affettwat il-funzjonament tas-suq intern.
Is-soluzzjonijiet tekniċi differenti tal-Istati Membri jintensifikaw il-problema tal-interoperabilità. L-għan ta' din il-proposta, fi ħdan il-bażi legali tal-Artikolu 114 TFUE, li tissolva l-problemi ta’ interoperabbiltà fil-fatturar elettroniku transkonfinali permezz tal-iżvilupp ta’ standard Ewropew, jirrapreżenta miżura xierqa sabiex tiġi ffaċilitata l-fatturazzjoni transkonfinali. Billi d-Direttiva ma tistipulax standard Ewropew vinkolanti, iżda tipprevedi rabta mal-istandards nazzjonali permezz tal-istandard il-ġdid, kif ukoll billi l-interoperabbiltà ma tistax tintlaħaq fuq livell nazzjonali, mhux se jkun hemm ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta' sussidjarjetà.
Id-Direttiva ma tipprevedix armonizzazzjoni sħiħa bejn is-sistemi nazzjonali fir-rigward tal-fatturar elettroniku. Dawn għandhom ikomplu jeżistu kif inhuma u l-iżviluppi fil-mudelli tad-dejta nazzjonali ma għandhomx jiġu affettwati.
1) Id-Direttiva tistipula li l-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament 1025/2012/KE dwar l-Istandardizzazzjoni, tagħti struzzjoni lill-Organizzazzjoni Ewropea għall-Istandardizzazzjoni, biex tiżviluppa standard Ewropew ġdid għal mudell semantiku tad-dejta għall-fatturar elettroniku.
L-għan tal-istandard Ewropew għal mudell semantiku tad-dejta huwa li jiġu armonizzati l-istandards nazzjonali differenti. Dan għandu jippermettu l-komunikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-kontenut tal-fattura (it-termini u t-tifsiriet tagħhom) bejn is-sistemi differenti fir-rigward tal-fatturar elettroniku.
Dan imbagħad jippermetti lill-awtoritajiet kontraenti u lill-kuntratturi fil-proċeduri tal-kuntratti pubbliċi, li jiskambjaw fatturi bi spejjeż minimi u b’komplessità minima possibbli.
2) Id-Direttiva tistipula wkoll li, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, 4 snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jkunu jistgħu jipproċessaw fatturi elettroniċi, li jissodisfaw l-istandard Ewropew. L-applikazzjoni ta’ dan l-istandard għandu sempliċement jobbliga lill-benefiċjarju sabiex jaċċetta u jipproċessa fatturi elettroniċi. Dak li joħroġ il-fattura għandu jkollu d-diskrezzjoni li jiddeċiedi jekk u fuq liema standards joħroġ il-fattura elettronika jew jekk jibgħathiex f’format ta’ karta.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti bl-appoġġ kollu li jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jużaw l-istandard Ewropew il-ġdid. Għandhom jiġu previsti miżuri ta’ taħriġ għall-impriżi, speċjalment għall-SMEs, li jgħinuhom jibbenefikaw mis-simplifikazzjoni li toħloq din id-Direttiva.
III: Emendi
Il-proċedura għall-iżvilupp tal-istandard Ewropew il-ġdid hija bbażata fuq ir-Regolament 1025/2012/UE dwar l-Istandardizzazzjoni. Dan jistipula li r-rekwiżiti li jirregolaw l-istandards għandhom jiġu stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Id-direttiva proposta, madankollu, ma tispeċifika l-ebda rekwiżit ta’ kontenut għall-istandard li permezz tiegħu għandha titwettaq il-proċedura ta’ standardizzazzjoni. Fl-opinjoni tal-leġiżlatur, mhuwiex raġonevoli li jiġi aċċettat mandat mingħajr rekwiżit speċfiku ta’ kontenut.
Għaldaqstant, l-elementi bażiċi tal-fattura elettronika għandhom jiġu speċifikati fl-Anness il-ġdid, abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-VAT.
Barra minn hekk, jidher li hu xieraq li jkun stipulat perjodu ta’ 30 xahar għall-iżvilupp tal-istandard.
Sussegwentament, meta jkunu qegħdin jiġu vvalutati l-prattiċità u l-faċilità tal-użu tal-istandard matul perjodu ta' ttestjar, għandu jiġi kkunsidrat, b’mod partikolari jekk dan jiffunzjonax, jekk huwiex faċli biex jintuża u jekk jistax jiġi installat mill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti bi spejjeż baxxi. Barra minn hekk, għandu jinkiseb il-qbil bejn l-Istati Membri.
Hu biss wara li jseħħ dan kollu li jista' jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tara li jinżamm u jiġi promoss l-istandard, kif ukoll li tispeċifika r-relazzjoni bejn il-formats tekniċi xierqa.
L-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-Direttiva għandha tkun relatata mal-pubblikazzjoni tal-istandard. Sabiex jingħata żmien biżżejjed għall-aġġustamenti tekniċi, organizzattivi u finanzjarji meħtieġa, jidher xieraq li għandu jiġi stipulat perjodu għall-implimentazzjoni gradwali mill-awtoritajiet tal-gvern ċentrali ta’ 18-il xahar u, mill-awtoritajiet kontraenti subċentrali ta’ 36 xahar.
PROĊEDURA
Titolu |
Il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku |
||||
Referenzi |
COM(2013)0449 – C7-0208/2013 – 2013/0213(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
26.6.2013 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 4.7.2013 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 4.7.2013 |
EMPL 4.7.2013 |
ENVI 4.7.2013 |
ITRE 4.7.2013 |
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ECON 10.9.2013 |
EMPL 11.9.2013 |
ENVI 11.7.2013 |
ITRE 8.7.2013 |
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Birgit Collin-Langen 25.9.2013 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
30.9.2013 |
4.11.2013 |
16.12.2013 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
17.12.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Pablo Arias Echeverría, Preslav Borissov, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, António Fernando Correia de Campos, Vicente Miguel Garcés Ramón, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Phil Prendergast, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jürgen Creutzmann, Ildikó Gáll-Pelcz, Emma McClarkin, Roberta Metsola, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Olle Schmidt, Jutta Steinruck, Marc Tarabella, Kerstin Westphal |
||||
Data tat-tressiq |
6.1.2014 |
||||