Proċedura : 2013/0221(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0008/2014

Testi mressqa :

A7-0008/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/04/2014 - 17.12
CRE 15/04/2014 - 17.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0390

RAPPORT     ***I
PDF 265kWORD 447k
7.1.2014
PE 519.690v03-00 A7-0008/2014

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-disponibbiltà fis-suq ta' apparat ta' pressjoni (Riformulazzjoni)

(COM(2013)0471 – C7-0203/2013 – 2013/0221(COD))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Zuzana Roithová

(Riformulazzjoni – Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
 Anness OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-disponibbiltà fis-suq ta' apparat ta' pressjoni (Riformulazzjoni)

(COM(2013)0471 – C7‑0203/2013 – 2013/0221(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – Riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0471,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0203/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Ottubru 2013(1),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),

–   wara li kkunsidra l-ittra tas-16 ta' Diċembru 2013 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0008/2014),

A. Billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom;  Billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u stabbilit minn hawn 'il quddiem. b'kunsiderazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tistabbilixxi qafas komuni ta' prinċipji ġenerali u dispożizzjonijiet ta' referenza maħsuba biex japplikaw għal-leġiżlazzjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti sabiex tipprovdi bażi koerenti għar-reviżjoni jew riformulazzjonijiet ta' dik il-leġiżlazzjoni. Id-Direttiva 97/23/KE għandha għalhekk tkun adattata għal dik id-Deċiżjoni.

(3) (3) Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE15 tistabbilixxi prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta' referenza intenzjonati biex japplikaw għal-leġiżlazzjoni settorjali sabiex jipprovdu bażi koerenti għat-tfassil, ir-reviżjoni jew ir-riformulazzjonijiet ta' dik il-leġiżlazzjoni. Id-Direttiva 97/23/KE għandha għalhekk tkun adattata għal dik id-Deċiżjoni.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Din id-Direttiva tkopri apparat ta' pressjoni li huwa ġdid għas-suq tal-Unjoni fil-ħin li jitqiegħed fis-suq; .jiġifieri jew ikun apparat ta' pressjoni ġdid magħmul minn manifattur stabbilit fl-Unjoni jew apparat ta' pressjoni, sew jekk ġdid u sew jekk użat, importat minn pajjiż terz.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Din id-Direttiva għandha tapplika għall-forom kollha ta’ provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-apparat ta' pressjoni bir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħalma huma s-saħħa u s-sikurezza, u l-protezzjoni tal-utenti u biex jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(15) L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-apparat ta' pressjoni bir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħalma huma s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, u l-protezzjoni tal-annimali domestiċi u tal-proprjetà, u biex jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi jinkludu indirizz tal-websajt minbarra l-indirizz postali.

(18) Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi jdaħħlu l-indirizz tal-websajt minbarra l-indirizz postali.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Jeħtieġ li jiġi assigurat li l-apparat ta' pressjoni minn pajjiżi terzi li jidħol fl-Unjoni jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, u b'mod partikolari li l-manifatturi jkunu wettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta' dak l-apparat ta' pressjoni. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex jiġi assigurat li l-apparat ta' pressjoni li jqiegħdu fis-suq ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u biex dawn ma jqegħdux fis-suq apparat ta' pressjoni li ma jikkonformax ma' dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżenta xi riskju. Għandha ssir ukoll dispożizzjoni għall-importaturi biex jiġi assigurat li jkunu twettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità u li l-marki tal-apparat ta' pressjoni u d-dokumentazzjoni mfassla mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali.

(19) Jeħtieġ li jiġi assigurat li l-apparat ta' pressjoni minn pajjiżi terzi li jidħol fl-Unjoni jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, u b'mod partikolari li l-manifatturi jkunu wettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta' dak l-apparat ta' pressjoni. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex jiġi assigurat li l-apparat ta' pressjoni li jqiegħdu fis-suq ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u biex dawn ma jqegħdux fis-suq apparat ta' pressjoni li ma jikkonformax ma' dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżenta xi riskju. Għandha ssir ukoll dispożizzjoni għall-importaturi biex jiġi assigurat li jkunu twettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità u li l-marki tal-apparat ta' pressjoni u d-dokumentazzjoni mfassla mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Meta jqiegħed apparat ta' pressjoni fis-suq, kull importatur għandu jindika fuq l-apparat ta' pressjoni, ismu u l-indirizz postali fejn ikun jista' jsir kuntatt miegħu. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet meta d-daqs jew in-natura tal-apparat ta' pressjoni ma jippermettux li dan isir. Dan jinkludi każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-ippakkjar biex jagħmel ismu u l-indirizz tiegħu fuq l-apparat.

(21) Meta jqiegħed tagħmir elettriku fis-suq, kull importatur għandu jindika fuq it-tagħmir elettriku ismu, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz postali fejn ikun jista' jsir kuntatt miegħu. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet meta d-daqs jew in-natura tal-apparat ta' pressjoni ma jippermettux li dan isir. Dan jinkludi każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-ippakkjar biex jagħmel ismu u l-indirizz tiegħu fuq l-apparat.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Meta l-informazzjoni meħtieġa skont din id-Direttiva għall-identifikazzjoni ta' operaturi ekonomiċi tinżamm, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jintalbu jaġġornaw din l-informazzjoni fir-rigward ta' operaturi ekonomiċi oħra li jkunu għaddew apparat ta' pressjoni lil dawn l-operaturi, jew li jkun waslilhom tali apparat mingħandhom.

(25) Meta l-informazzjoni meħtieġa skont din id-Direttiva għall-identifikazzjoni ta' operaturi ekonomiċi oħra tinżamm, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jintalbu jaġġornaw din l-informazzjoni fir-rigward ta' operaturi ekonomiċi oħra li jkunu għaddew apparat ta' pressjoni lil dawn l-operaturi, jew li jkun waslilhom tali apparat mingħandhom.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Minħabba n-natura tar-riskji involuti fl-użu ta' apparat ta' pressjoni u biex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru, u l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw, li l-apparat ta' pressjoni disponibbli fis-suq jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza, hemm bżonn li jiġu previsti proċeduri ta' valutazzjoni ta' konformità . Dawn il-proċeduri għandhom ikunu mfassla fid-dawl tal-livell ta’ periklu li jkun qiegħed fl-apparat ta’ pressjoni. Għalhekk, għal kull kategorija ta’ apparat ta’ pressjoni għandu jkun hemm proċedura jew għażla adekwata bejn proċeduri differenti ta’ strettezza ekwivalenti. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tistabbilixxi moduli għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jinkludu proċeduri mill-anqas sal-aktar stretti, fi proporzjon mal-livell ta' riskju involut u l-livell ta' sikurezza meħtieġa. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza intersettorjali u biex jiġu evitati varjanti ad-hoc, il-proċeduri ta' valutazzjoni ta' konformità għandhom jingħażlu minn fost dawn il-moduli. Id-dettalji miżjuda ma’ dawk il-proċeduri huma ġustifikati min-natura tal-verifikazzjoni meħtieġa għal apparat ta’ pressjoni.

(29) Minħabba n-natura tar-riskji involuti fl-użu ta' apparat ta' pressjoni u biex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru, u l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw, li l-apparat ta' pressjoni disponibbli fis-suq jirrispetta r-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza, hemm bżonn li jiġu previsti proċeduri ta' valutazzjoni ta' konformità. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu mfassla fid-dawl tal-livell ta’ periklu li jkun qiegħed fl-apparat ta’ pressjoni. Għalhekk, għal kull kategorija ta’ apparat ta’ pressjoni għandu jkun hemm proċedura jew għażla adekwata bejn proċeduri differenti ta’ strettezza ekwivalenti. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tistabbilixxi moduli għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jinkludu proċeduri mill-anqas sal-aktar stretti, fi proporzjon mal-livell ta' riskju involut u l-livell ta' sikurezza meħtieġa. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza intersettorjali u biex jiġu evitati varjanti ad-hoc, il-proċeduri ta' valutazzjoni ta' konformità għandhom jingħażlu minn fost dawn il-moduli. Id-dettalji miżjuda ma’ dawk il-proċeduri huma ġustifikati min-natura tal-verifikazzjoni meħtieġa għal apparat ta’ pressjoni.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-informazzjoni għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni mitluba biex ikunu identifikati l-atti applikabbli kollha tal-Unjoni għandha tkun disponibbli f'"dikjarazzjoni unika ta' konformità".

(33) Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-informazzjoni għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni mitluba biex ikunu identifikati l-atti applikabbli kollha tal-Unjoni għandha tkun disponibbli f'"dikjarazzjoni unika ta' konformità". Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dik id-dikjarazzjoni unika tal-konformità tal-UE tista' tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet rilevanti individwali tal-konformità.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a) Il-kontroll fuq il-konformità mal-ħtiġijiet ta’ sikurezza essenzjali relevanti huwa meħtieġ biex tkun provduta protezzjoni effettiva lill-konsumaturi, lil utenti u lil terzi persuni oħra.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54) Jeħtieġ li jiġu previsti arranġamenti tranżitorji li permezz tagħhom jista' jitqiegħed fis-suq u jitħaddem apparat ta' pressjoni li jikkonforma mad-Direttiva 97/23/KE.

(54) Jeħtieġ li jiġu previsti arranġamenti tranżizzjonali raġonevoli li permezz tagħhom jista' jitqiegħed fis-suq u jitħaddem, mingħajr il-ħtieġa li jikkonforma ma' rekwżiti ulterjuri tal-prodott, apparat ta' pressjoni li diġà jkun tqiegħed fis-suq skont id-Direttiva 97/23/KE qabel id-data tal-applikazzjoni ta' miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Id-distributuri għandhom, għalhekk, ikunu jistgħu jfornu apparat ta' pressjoni li jkun tqiegħed fis-suq, jiġifieri stokk li diġà jinsab fil-katina tad-distribuzzjoni, qabel id-data ta' applikazzjoni ta' miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottata skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(55) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn ir-regoli jkunu infurzati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57) L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva 97/23/KE. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej mid-Direttiva 97/23/KE.

(57) L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej mid-Direttiva preċedenti.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 24

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

(24) "akkreditament" tfisser akkreditament kif definit fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(24) ‘akkreditament’ tfisser akkreditament kif definit fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) "korp nazzjonali tal-akkreditament" tfisser korp tal-akkreditament kif definit fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(25) ‘korp nazzjonali ta’ akkreditament’ tfisser korp tal-akkreditament kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) "teħid lura" tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura apparat ta' pressjoni li jkun diġà sar disponibbli għall-utent;

(28) "teħid lura" tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura apparat ta' pressjoni li jkun diġà sar disponibbli għall-komsumaturi jew għal utenti oħra;

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw l-intitolament tal-Istati Membri sabiex jippreskrivu, fir-rigward dovut għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, tali rekwiżiti li huma jistgħu iqisu meħtieġa sabiex jiżguraw li persuni u, b'mod partikolari, ħaddiema jkunu protetti matul l-użu tal-apparat ta' pressjoni jew assemblaġġi in kwistjoni sakemm dan ma jfissirx modifikazzjonijiet għal tali apparat jew assemblaġġi b'mod mhux speċifikat f'din id-Direttiva.

2. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-intitolament tal-Istati Membri sabiex jippreskrivu, fir-rigward dovut għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, tali rekwiżiti li huma jistgħu iqisu meħtieġa sabiex jiżguraw li persuni u, b'mod partikolari, ħaddiema jkunu protetti matul l-użu tal-apparat ta' pressjoni jew assemblaġġi in kwistjoni sakemm dan ma jfissirx modifikazzjonijiet għal tali apparat jew assemblaġġi b'mod mhux speċifikat f'din id-Direttiva.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jitolbu , sal-punt li jkun hemm bżonn għal użu bla periklu u korrett ta' apparat ta' pressjoni, l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl- il-punti 3.3 u 3.4 tal-Anness I li għandha tkun provduta fil-lingwa(i) uffiċjali tal- Unjoni li tista' tkun stabbilita mill-Istat Membru li fih l-apparat jasal għand l-utent.

2. L-Istati Membri jistgħu jitolbu , sal-punt li jkun hemm bżonn għal użu bla periklu u korrett ta' apparat ta' pressjoni, l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl- il-punti 3.3 u 3.4 tal-Anness I li għandha tkun provduta f'lingwa li faċli tinftiehem mill-konsumaturi, minn utenti oħra u mill-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għal apparat ta' pressjoni msemmi fl-Artikolu 4(1) u (2), il-manifatturi għandhom iħejju d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness II u jwettqu l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14 jew jiżguraw li din titwettaq.

2. Għal apparat ta' pressjoni msemmi fl-Artikolu 4(1) u (2), il-manifatturi għandhom iħejju d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness II u jaraw li titwettaq il-proċedura relevanti ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri biex il-produzzjoni tas-serje tibqa' konformi. Għandhom jitqiesu adegwatament dawk it-tibdiliet fid-disinn jew fil-karatteristiċi tal-apparat ta' pressjoni u t-tibdiliet fl-istandards armonizzati jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b'referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità tal-apparat ta' pressjoni.

4. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri biex il-produzzjoni tas-serje tibqa’ konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jitqiesu adegwatament dawk it-tibdiliet fid-disinn jew fil-karatteristiċi tal-apparat ta' pressjoni u t-tibdiliet fl-istandards armonizzati jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b'referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità tal-apparat ta' pressjoni.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-apparat ta' pressjoni tagħhom ikollu t-tip, il-partita jew in-numru tas-serje jew kull element ieħor biex ikun jista' jiġi identifikat, jew, jekk id-daqs jew natura tiegħu ma tagħmilx dan possibbli, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-ippakkjar jew f’dokument li jakkumpanja l-apparat.

5. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-apparat ta' pressjoni li jkunu poġġew fis-suq ikollu t-tip, il-partita jew in-numru tas-serje jew kull element ieħor biex ikun jista' jiġi identifikat, jew, jekk id-daqs jew natura tiegħu ma tagħmilx dan possibbli, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-ippakkjar jew f’dokument li jakkumpanja l-apparat.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom, l-indirizz postali, u jekk disponibbli, l-indirizz tal-websajt fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-apparat ta' pressjoni jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-apparat. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur.

6. 6.Il-manifatturi għandhom jindikaw, fuq l-apparat ta' pressjoni, isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-apparat. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji tal-kuntatt għandhom ikunu f'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u t-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika ma għandhomx jiffurmaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u l-obbligu tat-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika msemmi fl-Artikolu 6(2) ma għandhomx jiffurmaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qabel ma jagħmlu disponibbli fis-suq l-apparat ta' pressjoni msemmi fl-Artikolu 4(1) u (2), id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-apparat ta' pressjoni jkollu fuqu l-marka CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u mill-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza skont il-punti 3.3 u 3.4 tal-Anness I, b’lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti l-oħra fl-Istat Membru fejn l-apparat ta' pressjoni jkun se jsir disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6) u fl-Artikolu 8(3).

2. Qabel ma jagħmlu disponibbli fis-suq l-apparat ta' pressjoni msemmi fl-Artikolu 4(1) u (2), id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-apparat ta' pressjoni jkollu fuqu l-marka CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u mill-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza skont il-punti 3.3 u 3.4 tal-Anness I, b’lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti l-oħra fl-Istat Membru fejn l-apparat ta' pressjoni jkun se jsir disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6) u fl-Artikolu 8(3), rispettivament.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma jagħmlu disponibbli fis-suq l-apparat ta' pressjoni msemmi fl-Artikolu 4(3), id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-apparat ta' pressjoni jkun akkumpanjat bi struzzjonijiet adegwati dwar l-użu, b’lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti l-oħra fl-Istat Membru fejn l-apparat ta' pressjoni jkun se jsir disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6) u fl-Artikolu 8(3).

Qabel ma jagħmlu disponibbli fis-suq l-apparat ta' pressjoni msemmi fl-Artikolu 4(3), id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-apparat ta' pressjoni jkun akkumpanjat bi struzzjonijiet adegwati dwar l-użu, b’lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti l-oħra fl-Istat Membru fejn l-apparat ta' pressjoni jkun se jsir disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6) u fl-Artikolu 8(3), rispettivament.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-apparat ta' pressjoni li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn l-apparat ta' pressjoni jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

4. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-apparat ta' pressjoni li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn l-apparat ta' pressjoni jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli fis-suq dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn apparat ta' pressjoni jkun suġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jeżiġi dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE unika fir-rigward ta’ dawn l-atti kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandha jkollha l-identifikazzjoni tal-atti kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni.

3. Fejn apparat ta' pressjoni jkun suġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jeżiġi dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE unika fir-rigward ta’ dawn l-atti kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti tal-Unjoni kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-marka CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux korrett ta' dik il-marka.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-korp ta' valutazzjoni ta' konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika.

2. Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 6 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-ħidmiet tekniċi u amministrattivi marbuta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

Korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 7 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-persunal responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

7. Il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-maniġment superjuri tiegħu u tal-persunal tal-valutazzjoni tiegħu.

8. Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-maniġment superjuri tiegħu u tal-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 8 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rimunerazzjoni tal-maniġment superjuri u tal-persunal tal-valutazzjoni tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi fuq l-għadd ta’ valutazzjonijiet imwettqa jew fuq ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

Ir-rimunerazzjoni tal-maniġment superjuri u tal-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi fuq l-għadd ta’ valutazzjonijiet imwettqa jew fuq ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u fl-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont il-leġizlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jew jassiguraw li l-persunal tal-valutazzjoni tagħhom ikun mgħarraf b'dawn l-attivitajiet, u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tal-ħidma ta’ dak il-grupp.

11. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u fl-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont il-leġizlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jew jassiguraw li l-persunal tagħhom responsabbli mit-twettiq tal-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità ikun mgħarraf b'dawn l-attivitajiet, u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tal-ħidma ta’ dak il-grupp.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Suppożizzjoni ta’ konformità

Suppożizzjoni ta' konformità tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dik l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew il-moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u l-apparat ta' pressjoni li għalihom dak il-korp jiddikjara li huwa kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta' akkreditament, jekk ikun hemm, maħruġ minn korp nazzjonali ta' akkreditament li jiddikjara li l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 jew 25.

2. L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew il-moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u l-apparat ta' pressjoni li għalihom dak il-korp jiddikjara li huwa kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta' akkreditament, jekk ikun hemm, maħruġ minn korp nazzjonali ta' akkreditament li jiddikjara li l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 jew 25.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha toħroġ għall-pubbliku l-lista ta’ korpi notifikati skont din id-Direttiva, inkluzi n-numri ta' identifikazzjoni li ġew assenjati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ġew notifikati.

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istat Membru notifikanti għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew ir-rikonoxximent kif xieraq jew il-manutenzjoni tal-kompetenza tal-korp ikkonċernat.

2. L-Istat Membru notifikanti għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew ir-rikonoxximent kif xieraq jew il-manutenzjoni tal-kompetenza tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kkonċernat.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn korp tal-valutazzjoni ta' konformità jew organizzazzjoni ta' parti terza rikonoxxuta ssib li r-rekwiżiti dwar is-sikurezza essenzjali stabbiliti fl-Anness I jew standards armonizzati korrispondenti ma ġewx sodisfatti mill-manifattur, hi għandha teżiġi li dak il-manifattur jieħu miżuri korrettivi adegwati u ma għandha toħroġ ebda ċertifikat ta' konformità.

3. Fejn korp tal-valutazzjoni ta' konformità jew organizzazzjoni ta' parti terza rikonoxxuta ssib li r-rekwiżiti dwar is-sikurezza essenzjali stabbiliti fl-Anness I jew standards armonizzati korrispondenti jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħra ma ġewx sodisfatti mill-manifattur, hi għandha teżiġi li dak il-manifattur jieħu miżuri korrettivi adegwati u ma għandha toħroġ ebda ċertifikat ta' konformità.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) kull ċirkostanza li jkollha effett fuq il-kamp ta' applikazzjoni u l-kundizzjonijiet għan-notifika;

(b) kull ċirkostanza li jkollha effett fuq il-kamp ta' applikazzjoni jew il-kundizzjonijiet għan-notifika;

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Emendi tal-Annessi

Is-setgħa ddelegata

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 41 dwar ir-riklassifikazzjoni tal-apparat ta' pressjoni meta jkollha kull waħda mill-konsiderazzjonijiet li ġejjin:

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fit-teknoliġija tal-apparat tal-pressjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 41 għar-riklassifikazzjoni tal-apparat ta' pressjoni sabiex:

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) oġġett jew familja ta’ apparat ta’ pressjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 4(3) għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1);

(a) jagħmlu oġġett jew familja ta’ apparat ta’ pressjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(3) soġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1);

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) assemblaġġ jew familja ta' assemblaġġi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(3) għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(2);

(b) jagħmlu assemblaġġ jew familja ta' assemblaġġi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(3) soġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(2); jew

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) oġġett jew familja ta' apparat ta' pressjoni għandu jkun ikklassifikat, permezz ta' deroga mir-rekwiżiti tal-Anness II, f'kategorija oħra.

(c) jikklassifikaw oġġett jew familja ta' apparat ta' pressjoni, permezz ta' deroga mir-rekwiżiti tal-Anness II, f'kategorija oħra.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2015, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2(15) sa (31), 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 17, 18, 19(3) sa (5), 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42, 43 u l-Annessi III u IV .Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-1 ta' Marzu 2015, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2(15) sa (31), l-Artikoli 6 sa 12, 17 u 18, l-Artikolu 19(3), (4) u (5), l-Artikoli 20 sa 38, 42 u 43 u l-Annessi III u IV Huma għandhom minnufih jikkomunikaw it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Anness IV – intestatura

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ TAL-UE

DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ TAL-UE (Nru XXXX)1

 

_________________

 

1 Il-manifattur għandu l-fakoltà li jassenja numru għad-dikjarazzjoni ta' konformità.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Nru … (identifikazzjoni unika tal-apparat ta' pressjoni):

imħassar

(1)

Għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Dan ir-rapport iġib il-modifiki għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropew (KE) li tifformola mill-ġdid id-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew (PE) u tal-Kunsill (KUE ) dwar l-apposimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri (SM) dwar l-apparat ta' pressjoni.

Il-KE ippreżentat din ir-riformulazzjoni f'Ġunju 2013 fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (QLĠ) adottat fl-2008 bħala "l-pakkett dwar il-prodotti" li jkopri l-istrumenti komplementari, id-Deċiżjoni 768/2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KE u r-Regolament 765/2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93.

Id-Direttiva 97/23/KE eżistenti tistipula r-rekwiżiti ta' sikurezza essenzjali li apparat u assemblaġġi ta' pressjoni jridu jikkonformaw magħhom sabiex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-UE.

Il-QLĠ ġie adottat bħala rimedju għan-nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni eżistenti ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni sabiex jiġi kkompletat is-Suq Uniku, b'kompetizzjoni ġusta u bi prodotti sikuri. Implimentazzjoni u infurzar inkonsistenti fl-Istati Membri tal-leġiżlazzjoni eżistenti ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni, flimkien ma' regolamentazzjoni kumplessa, għamluha dejjem aktar diffiċli kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-awtoritajiet biex jinterpretaw u japplikaw il-leġiżlazzjoni korrettament, u dan iwassal għal kundizzjonijiet inugwali tas-suq kif ukoll biex jitqiegħdu prodotti mhux sikuri fis-suq. ."Il-pakkett dwar il-prodotti" jagħti l-qafas ġenerali biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti, sabiex issir aktar uniformi u komprensibbli kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Madankollu, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-QLĠ mhumiex direttament applikabbli. Sabiex jiġi żgurat li s-setturi ekonomiċi kollha suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jibbenefikaw mit-titjib tal-QLĠ, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-QLĠ jiġu integrati fil-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-prodotti.

Din id-Direttiva ġiet mifruda mill-pakkett ta' Allinjament ippreżentat f'Novembru 2011 minħabba li, għall-kuntrarju għad-9 Direttivi l-oħra, din ir-riformulazzjoni fiha wkoll allinjament ma' att leġiżlattiv ieħor tal-UE, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (Regolament CLP) tal-PE u tal-KUE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet.

Il-bidliet li saru fid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jikkonċernaw id-definizzjonijiet u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi (jiġfieri dikjarazzjoni ta' konformità (DoC)), is-suppożizzjoni tal-konformità pprovduta minn standards armonizzati, il-marka CE, il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, is-sorveljanza tas-suq, il-proċedura għall-klawsola ta' salvagwardja, il-klassifikazzjoni ta' apparat ta' pressjoni, komitoloġija u atti delegati.

L-intenzjoni tal-proposta kienet limitata għal allinjament pur mad-dispożizzjonijiet orizzontali fid-Deċiżjoni 768/2008/KE u mat-terminoloġija l-ġdida fit-Trattat ta' Lisbona, inklużi r-regoli l-ġodda dwar il-komitoloġija.

Proċeduri

L-allinjament tad-Deċiżjoni tal-QLĠ u tar-Regolament CLP jirrikjedi għadd ta' emendi sostantivi għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. It-teknika ta' tfassil mill-ġdid intgħażlet b'konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2011.

Skont l-Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura tal-PE, il-Kumitat responsabbli għall-affarijiet legali se jeżamina l-proposta, ibbażata fuq ir-rapporti mill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv (is-servizzi legali tal-PE, tal-KUE u tal-KE), u jiddeċiedi jekk għandhomx isiru tibdiliet sostanzjali fiha minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta jew dawk li ġew identifikati mill-GĦK.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-Rapporteur tqis dan l-allinjament bħala kontinwazzjoni tal-pakkett ta' allinjament u pass importanti lejn l-ikkompletar tas-suq uniku tal-UE.

Il-QLĠ jintroduċi ambjent regolatorju simplifikat għall-prodotti u jippermetti implimentazzjoni aktar konsistenti tan-normi tekniċi, u dan jgħin biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku, billi jiżgura t-trattament ugwali tal-prodotti mhux konformi u tal-operaturi ekonomiċi, kif ukoll valutazzjoni ugwali tal-korpi nnotifikati fis-suq kollu tal-UE.

Fil-fehma tar-Rapporteur, dak l-allinjament mal-QLĠ iżid il-fiduċja kemm tal-produtturi kif ukoll tal-konsumaturi, billi jikkjarifika l-obbligi għall-operaturi ekonomiċi u jagħti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri għodda aktar effikaċi biex iwettqu kontrolli ta' sorveljanza tas-suq, u dan kollu jwassal għal tnaqqis tal-prodotti mhux konformi u mhux sikuri fis-suq.

Ir-Rapporteur jilqa' wkoll l-allinjament mar-Regolament QLĠ, li jimplimenta fi ħdan l-Unjoni s-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikettar ta' Sustanzi Kimiċi (GHS) li ġiet adottata fuq il-livell internazzjonali, fi ħdan l-istruttura tan-Nazzjonijiet Unti.

Ir-Rapportuer issostni l-intenzjoni ġenerali tal-KE għal allinjament pur u għalhekk hija llimitat l-emendi tagħha fil-konfron tal-proposta għal tibdiliet li jirriflettu l-ftehim li ntlaħaq bejn il-KUE u l-PE dwar id-disa' Direttivi l-oħra u li kienu tħallew barra mill-proposta. Tikkonċerna:

· L-allinjament ulterjuri tad-Direttiva mal-QLĠ u ċ-ċertezza legali: Kif miftiehem fil-pakkett ta' Allinjament, ir-Rapporteur tqis li hu importanti li jerġgħu jiddaħħlu xi tibdiliet fid-Direttiva proposta sabiex jintlaħaq livell aktar għoli ta' konsistenza mat-termini użati mid-Deċiżjoni Nru 768/2008/E u sabiex jitneħħew l-inkonsistenzi possibbli fit-test li jistgħu joħolqu l-inċertezza legali. Huwa importanti wkoll li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni legali għall-prodotti li tqiegħdu fis-suq legalment b'konformità mad-Direttiva attwali qabel ma tibda tapplika d-Direttiva l-ġdida, iżda li għadhom disponibbli. In-natura mhux retroattiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE għandha tiġi enfasizzata u għandu jiġi ċċarat li dawn il-prodotti xorta jistgħu jitqiegħdu fis-suq wara d-data ta' applikazzjoni tad-Direttiva l-ġdida.

· It-tnqqis tal-burokrazija: Ir-Rapporteur issostni s-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-proċeduri previsti fil-QLĠ, iżda tixtieq tenfasizza fl-istess ħin li tinħtieġ flessibbiltá fir-rigward ta' xi obbligi maħluqa mill-qafas il-ġdid, kif rikonoxxut fil-ftehim finali dwar il-pakkett ta' Allinjament. Għalhekk, l-eċċezzjoni għar-regola dwar "DtK wieħed biss" iddaħħlet mill-ġdid. Timmira biex issolvi każijiet fejn il-forniment ta' dokument uniku joħloq problemi speċifiċi minħabba l-kumplessitá jew il-livell. F'dan il-każ, għandu jkun possibbli li d-DtK kollha jingħataw separatament. Barra minn hekk, il-manifattur għandu jkollu l-għażla li jassenja numru lil DtK.

· Il-kjarifika tal-qafas legali applikabbli għall-bejgħ mill-bogħod u l-protezzjoni tat-tikketta CE: Ir-Rapporteur daħħlet mill-ġdid emenda biex tiżgura li d-Direttiva tapplika għat-tipi kollha ta' bejgħ, inkluż dak mill-bogħod. Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur enfasizzat il-ħtieġa li l-Istati Membri jieħdu azzjonijiet xierqa kontra l-użu ħażin tal-markatura CE.


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

Ref.: D(2013)65093

Malcolm Harbour

President tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

ASP 13 E 130

Brussell

Suġġett:         Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-twettiq tad-disponibilità fis-suq ta’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (Riformulazzjoni)

                      (COM(2013)0471 – C7-0203/2013 – 2013/0221(COD))

Għażiż President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li għandi l-unur nippresjedi, eżamina l-proposta msemmija aktar ’il fuq, skont it-termini tal-Artikolu 87 dwar ir-Riformulazzjoni, kif iddaħħal fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu jgħid hekk:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, għandu jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan."

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 156 u 157, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, jekk f’konformità mal-punt 8 tal-Ftehima Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-partijiet kodifikati tal-proposta, huwa għandu jinnotifika minnufih il-ħsieb tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tgħarraf lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 54, bil-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' tfassil mill-ġdid."

B'segwitu għall-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li eżamina l-proposta għal tfassil mill-ġdid, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jikkunsidra li l-proposta msemmija ma tinkludi l-ebda tibdil sostantiv ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil fis-sostanza tagħhom.

Barra minn hekk, skont l-Artikoli 80a(2) u 86(3), il-Kumitat għall-Affarijiet Legali kkunsidra li l-adattamenti tekniċi ssuġġeriti fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma msemmi hawn fuq kienu meħtieġa biex jiġi żgurat li l-proposta tikkonforma mar-regoli tat-tfassil mill-ġdid.

Għaldaqstant, wara diskussjoni fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2013, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, unanimament(1), jirrakkomanda li l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq bi qbil mal-Artikolu 87.

Għoddni dejjem tiegħek,

L-Onor. Klaus-Heiner LEHNE

Mehmuż: L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

(1)

Kienu preżenti l-Membri li ġejjin: Françoise Castex (Viċi President), Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Klaus-Heiner Lehne (President), Bernhard Rapkay, Evelyn Regner (Viċi President), Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Tadeusz Zwiefka.


Anness OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell,

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-disponibbiltà fis-suq ta' apparat ta' pressjoni (tfassil mill-ġdid)

COM(2013)471 of 28.6.2013 – 2013/0221(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu iżjed strutturat tat-teknika għal tfassil mill-ġdid għal atti legali, u b’mod partikulari il-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, li jikkonsisti mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa’ fl-1 ta’ Ottubru 2013 għall-iskop li janalizza il-proposta msemmija qabel, imressqa mill-Kummissjoni.

F'dik il-laqgħa(1), l-analiżi tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għar-riformulazzjoni tad-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw apparat tal-pressjoni rriżultat fit-twaqqif min-naħa tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv b'komuni akkordju ta' dan li ġej:

1) Kwantu għall-memorandum spjegattiv, sabiex jitfassal b'konformità sħiħa mar-rekwiżiti relevanti preskritti mill-Ftehim Inter-Istituzzjonali tali dokument kellu jispeċifika liema dispożizzjonijiet tal-att preċedneti baqgħu mhux mibdulin fil-proposta, skont ma jiddisponi l-punt 6(a)(iii) ta' dak il-ftehim.

2) Fl-abbozz tat-test riformulat, kellhom jiġu identifikati bit-tipa griża li ġeneralment tintuża għall-bidliet sostantivi dawn il-bidliet proposti li ġejjin:

- fil-premessa 31, is-sostituzzjoni tal-kelmiet "jistgħu jeħtieġu" bil-kelmiet "għandu jkun possibbli li";

- fil-punt 4.2(c) tal-Anness I, iż-żieda tal-kelmiet "valutazzjoni speċifika tal-'" u "tal-materjal";

- fl-Anness III(1), iż-żieda tal-punt 4.1.

3) Fl-Artikolu 1(2)(f), ir-riferiment magħmul għal "Artikolu 9" għandu jiġi adattat ħalli jinqara bħala riferiment għal "Artikolu 13".

4) fl-Artikolu 14(7), id-darbtejn li tokkorri l-espressjoni "paragrafi 1 u 2" għandhom jiġu adattati biex jinqraw "paragrafi 1 sa 6".

B'konsegwenza ta' hekk, l-analiżi tal-proposta ppermettiet lill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, mingħajr dissens, li l-proposta ma fiha l-ebda emenda sostantiva għajr dawk identifikati bħala tali fiha jew f'din il-preżenti opinjoni. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll, kwantu għall-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-att preċedenti li baqgħu mhux mibdulin b'dawk l-emendi sostantivi li l-proposta fiha kodifikazzjoni ċara tat-test eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tiegħu.

B'danakollu, f'dak li għandu x'jaqsam mat-test propost għall-Artikolu 40 tal-abbozz tar-riformulazzjoni tal-att, kien diskuss jekk it-test kellux ikunu interament identifikat bit-tipa griża ġeneralment użata għall-immarkar tal-bidliet sostantivi.

Mill-banda l-waħda, is-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni qiesu li l-preżentazzjoni użata f'dak it-test għall-identifikazzjoni tas-sostituzzjoni ta' diċitura li bħalissa tinsab fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 97/23/KE b'diċitura ġdida meħuda mid-diċituri standard miftehmin bejn it-tliet istituzzjonijiet, tiddeskrivi suffiċjentement l-emenda sostantiva proposta għal dik id-dispożizzjoni eżistenti.

Mill-banda l-oħra, is-Servizz Legali tal-Kunsill qies li l-bidla fil-proċedura ma tistax tinfired mill-kwestjonijiet ta' sostanza li dik il-proċedura tkun marbuta magħhom u li għalhekk it-test sħiħ tal-imsemmija dispożizzjoni kellu jkun identifikat bl-użu tat-tipa griża.

B'dana kollu, it-tliet servizzi legali kienu lkoll tal-fehma li l-abbozz tat-test propost mill-Kummissjoni għal dik id-dispożizzjoni l-ġdida kellu jinftiehem li jfisser li l-Kummissjoni kellha l-ħsieb tipproponi biss li r-riferiment għall-proċedura ta' konsultazzjoni li bħalissa tinsab fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 97/23/KE ikun sostitwit b'delega lill-Kummissjoni tas-setgħa li tadotta atti skont it-termini tal-Artikolu 290 TFUE.

Inoltre, baqa' mifteiehem bejn it-tliet servizzi legali li, bħala parti mill-eżerċizzju ta' riformulazzjoni, il-leġiżlatur għandu jivvaluta, skont it-termini tat-Trattati, jekk l-allinjament propost tad-dispożizzjoni eżistenti ta' komiloġija mas-sistema l-ġdida ta' atti delegati jistax jitqies aċċettabbli jew jekk għandhiex tiġi kkunsidrata soluzzjoni differenti bħalma hu l-konferiment ta' setgħat ta' implementazzjoni lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill skont it-termini tal-Artikolu 291 TFUE u tar-Regolament (UE) nru. 182/2011, jew l-ebda minn dawn, u b'hekk jitħallew il-miżuri rilevanti għall-proċedura leġiżlattiva.

C. PENNERA                       H. LEGAL                            L. ROMERO REQUENA

Ġuriskonsult                          Ġuriskonsult                          Direttur Ġenerali

(1)

Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-verżjonijiet bl-Ingliż, Franċiż u Ġermaniż tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, li kienet il-verżjoni galvu tat-test in diżamina.


PROĊEDURA

Titolu

L-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-disponibbiltà fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (Riformulazzjoni)

Referenzi

(COM(2013)0471 – C7-0203/2013 – 2013/0221(COD))

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.6.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

4.7.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

4.7.2013

JURI

4.7.2013

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

8.7.2013

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Zuzana Roithová

9.7.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

14.10.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

17.12.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Preslav Borissov, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jürgen Creutzmann, Ildikó Gáll-Pelcz, Roberta Metsola, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Olle Schmidt, Jutta Steinruck, Marc Tarabella, Kerstin Westphal

Data tat-tressiq

7.1.2014

Avviż legali - Politika tal-privatezza