RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004

9.1.2014 - (COM(2013)0027 – C7‑0029/2013 – 2013/0014(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Roberts Zīle


Proċedura : 2013/0014(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0016/2014

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004

(COM(2013)0027 – C7‑0029/2013 – 2013/0014(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0027),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0029/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-11 ta' Lulju 2013[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-8 ta' Ottubru 2013[2],

–   wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Litwan, is-Senat Rumen u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, fejn huwa ddikjarat li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Sajd u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0016/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta dikjarazzjoni finanzjarja li tieħu kont sħiħ tar-riżultat tal-ftehim leġiżlattiv bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq it-testi leġiżlattivi kollha fl-ambitu tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet baġitarji u ta' staff tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u possibbilment tas-servizzi tal-Kummissjoni.

3.  Jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva fuq l-abbozz ta' regolament għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ġiet oriġinarjament stabbilita bir-Regolament (KE) 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004, sabiex tippromwovi l-istabbiliment ta’ żona ferrovjarja Ewropea mingħajr fruntieri u biex tgħin sabiex tagħti ħajja mill-ġdid lis-settur ferrovjarju filwaqt li ssaħħaħ il-vantaġġi essenzjali tiegħu f’termini ta’ sikurezza. Ir-Regolament 881/2004 irid jiġi sostitwit b’att ġdid minħabba l-ammont sostanzjali ta’ bidliet fil-kompiti tal-Aġenzija u fl-organizzazzjoni interna tagħha.

(3) L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ġiet oriġinarjament stabbilita bir-Regolament (KE) 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004, sabiex tippromwovi l-istabbiliment ta’ żona ferrovjarja Ewropea mingħajr fruntieri u biex tgħin sabiex tagħti ħajja mill-ġdid lis-settur ferrovjarju filwaqt li ssaħħaħ il-vantaġġi essenzjali tiegħu f’termini ta’ sikurezza. Ir-Regolament 881/2004 irid jiġi sostitwit b’att ġdid minħabba t-tibdiliet sostanzjali li għandhom isiru fir-rigward tal-kompiti tal-Aġenzija u fl-organizzazzjoni interna tagħha.

______________

______________

7 ĠU L 164, 30.4.2004, p.1.

7 ĠU L 164, 30.4.2004, p.1.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju jipproponi bidliet importanti sabiex jittejjeb il-funzjonament taż-żona ferrovjarja unika Ewropea b’emendi permezz ta’ riformulazzjoni tad-Direttiva 2004/49/KE u tad-Direttiva 2008/57/KE, it-tnejn marbutin direttament mal-kompiti tal-Aġenzija. Dawk id-Direttivi, flimkien ma’ dan ir-Regolament, jipprovdu b’mod partikolari għat-twettiq ta’ kompiti relatati mal-awtorizzazzjoni ta’ vetturi u ċ-ċertifikati tas-sikurezza fil-livell tal-Unjoni. Huwa jimplika rwol akbar għall-Aġenzija.

(4) Ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju jipproponi bidliet importanti sabiex jittejjeb il-funzjonament taż-żona ferrovjarja unika Ewropea b’emendi permezz ta’ riformulazzjoni tad-Direttiva 2004/49/KE u tad-Direttiva 2008/57/KE, it-tnejn marbutin direttament mal-kompiti tal-Aġenzija. Dawk id-Direttivi, flimkien ma’ dan ir-Regolament, jipprovdu b’mod partikolari għat-twettiq ta’ kompiti relatati mal-awtorizzazzjoni ta’ vetturi u ċ-ċertifikati tas-sikurezza speċjalment fit-traffiku transfruntiera fil-livell tal-Unjoni. Huwa jimplika rwol akbar għall-Aġenzija.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien u l-funzjonament effettiv ta’ żona ferrovjarja unika Ewropea mingħajr fruntieri u għall-garanzija ta' livell għoli ta’ sikurezza filwaqt li ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tas-settur ferrovjarju. Dak għandu jinkiseb billi tikkontribwixxi, fuq kwistjonijiet tekniċi, għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea billi żżid il-livell tal-interoperabilità tas-sistemi ferrovjarji u għall-iżvilupp ta’ approċċ komuni għas-sikurezza fis-sistema ferrovjarja Ewropea. L-Aġenzija għandha taqdi wkoll ir-rwol ta’ awtorità Ewropea responsabbli għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi ferrovjarji u ta’ tipi ta’ vetturi, ċertifikati tas-sikurezza għal impriżi ferrovjarji u awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand ta' kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji. Barra minn hekk, hija għandha timmonitorja r-regoli ferrovjarji nazzjonali u l-prestazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li jaġixxu fl-oqsma tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja.

(5) L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien u l-funzjonament effettiv ta’ żona ferrovjarja unika Ewropea mingħajr fruntieri u għall-garanzija ta' livell għoli ta’ sikurezza filwaqt li ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tas-settur ferrovjarju. Dak għandu jinkiseb billi tikkontribwixxi, fuq kwistjonijiet tekniċi, għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea billi żżid il-livell tal-interoperabilità tas-sistemi ferrovjarji u għall-iżvilupp ta’ approċċ komuni għas-sikurezza fis-sistema ferrovjarja Ewropea. L-Aġenzija għandha taqdi wkoll ir-rwol ta’ awtorità Ewropea responsabbli għall-ħruġ, fil-livell ta' Unjoni, ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi ferrovjarji u ta’ tipi ta’ vetturi, ċertifikati tas-sikurezza għal impriżi ferrovjarji u awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) li jinsabu jew li joperaw madwar l-Unjoni. Barra minn hekk, hija għandha timmonitorja r-regoli ferrovjarji nazzjonali u l-prestazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li jaġixxu fl-oqsma tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja.

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija għandha tkun responsabbli mill-awtorizzazzjoni ta’ elementi tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) sabiex tiżgura sistema Ewropea unika minflok diversi sistemi nazzjonali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Meta tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b’mod sħiħ il-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni u r-restrizzjonijiet speċifiċi relatati mar-rabtiet ferrovjarji ma’ pajjiżi terzi. L-Aġenzija għandu jkollha responsabbiltà unika għall-funzjonijiet u s-setgħat assenjati lilha.

(6) Meta tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b’mod sħiħ il-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni, ir-restrizzjonijiet speċifiċi relatati mar-rabtiet ferrovjarji ma’ pajjiżi terzi, u s-sitwazzjoni speċifika tan-netwerks ferrovjarji kollha f’distanza bejn il-binarji differenti, partikolarment meta l-Istati Membri jkunu integrati tajjeb f’dawk in-netwerks flimkien ma’ pajjiżi terzi iżda jkunu jinsabu iżolati min-netwerk ferrovjarju prinċipali tal-Unjoni. Għandha tfittex ukoll li tiffaċilita l-prinċipju ta’ reċiproċità bejn l-aċċess għal pajjiżi terzi għas-suq tal-Unjoni u l-aċċess għall-impriżi tal-Unjoni għas-swieq ta’ pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija għandha tipprova tippromwovi l-aċċess reċiproku tal-impriżi tal-UE għal swieq ta’ pajjiżi terzi.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) L-Aġenzija għandu jkollha responsabbiltà unika għall-funzjonijiet u s-setgħat assenjati lilha. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollhom ir-responsabbiltà unika għad-deċiżjonijiet li jieħdu.

Ġustifikazzjoni

Kull aġenzija jew awtorità għandha tieħu r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet tagħha stess u tassumi r-responsabbiltà meta dawn id-deċiżjonijiet ma jkunux korretti.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, u b’mod partikolari fir-rigward tat-tfassil tar-rakkomandazzjonijiet, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b'mod sħiħ il-kompetenza ferrovjarja esterna. Din il-kompetenza għandha tikkonsisti prinċipalment minn professjonisti tas-settur ferrovjarju u mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. Huma għandhom jiffurmaw gruppi ta’ ħidma kompetenti u rappreżentattivi tal-Aġenzija.

(7) Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, u b’mod partikolari fir-rigward tat-tfassil tar-rakkomandazzjonijiet, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b'mod sħiħ il-kompetenza ferrovjarja esterna. Din il-kompetenza għandha tikkonsisti prinċipalment minn esperti mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra kif ukoll professjonisti tas-settur ferrovjarju, inkluż korpi rappreżentattivi u korpi ta' valutazzjoni tal-konformità indipendenti notifikati. Huma għandhom jiffurmaw gruppi ta’ ħidma kompetenti u rappreżentattivi tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha żżomm f'moħħha l-ħtieġa li jinżamm bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji, fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, min-naħa waħda, u l-għan li jinkiseb l-aqwa għarfien possibbli, min-naħa l-oħra.

Ġustifikazzjoni

Il-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza miksuba matul is-snin għandha tintuża prinċipalment mill-Aġenzija. Il-kompetenza tas-settur u ta’ korpi notifikati tal-valutazzjoni tal-konformità indipendenti għandha tintuża.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-impriżi ferrovjarji kienu ffaċċjati b’diversi problemi meta japplikaw għaċ-ċertifikati tas-sikurezza għand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li jvarjaw minn proċeduri li jieħdu fit-tul u kostijiet eċċessivi għal trattament inġust, speċjalment għal dawk li jidħlu ġodda. Iċ-ċertifikati maħruġa fi Stat Membru partikolari ma kinux rikonoxxuti inkondizzjonalment fi Stati Membri oħra, b’detriment għaż-żona ferrovjarja unika Ewropea. Sabiex il-proċeduri għall-ħruġ taċ-ċertifikati tas-sikurezza għall-impriżi ferrovjarji jsiru aktar effiċjenti u imparzjali, huwa essenzjali li nimxu lejn ċertifikat uniku tas-sikurezza validu madwar l-Unjoni kollha u maħruġ mill-Aġenzija. Id-Direttiva riveduta… [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] tipprovdi bażi għal dan.

(10) L-impriżi ferrovjarji kienu ffaċċjati b’diversi problemi meta japplikaw għaċ-ċertifikati tas-sikurezza għand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li jvarjaw minn proċeduri li jieħdu fit-tul u kostijiet eċċessivi għal trattament inġust, speċjalment għal dawk li jidħlu ġodda. Iċ-ċertifikati maħruġa fi Stat Membru partikolari ma kinux rikonoxxuti inkondizzjonalment fi Stati Membri oħra, b’detriment għaż-żona ferrovjarja unika Ewropea. Sabiex il-proċeduri għall-ħruġ taċ-ċertifikati tas-sikurezza għall-impriżi ferrovjarji jsiru aktar effiċjenti u imparzjali, huwa essenzjali li nimxu lejn ċertifikat uniku tas-sikurezza validu madwar l-Unjoni kollha fi ħdan iż-żoni ta' tħaddim speċifiċi u maħruġ mill-Aġenzija. Id-Direttiva riveduta… [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] tipprovdi bażi għal dan.

Ġustifikazzjoni

L-oqsma tal-użu għandhom ikunu speċifikati fuq iċ-ċertifikat uniku tas-sikurezza li jippermetti lill-impriża ferrovjarja topera f’dawn l-oqsma speċifikati

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) F’suq ferrovjarju Ewropew miftuħ b’iżjed operazzjonijiet transkonfinali, ir-rispett għar-rekwiżiti fuq il-ħin tas-sewqan u tal-mistrieħ huwa essenzjali għas-sikurezza ferrovjarja u għal kompetizzjoni ġusta u għandu jiġi kkontrollat u infurzat. Il-Kummissjoni għandha tipproponi regoli u verifiki regolari obbligatorji abbażi ta’ strument elettroniku abbord li jirreġistra l-ħin tas-sewqan u tal-mistrieħ ta’ xufiera tal-lokomottivi. L-Aġenzija għandu jkollha l-kompitu li tiżviluppa tali strument ta’ reġistrazzjoni abbord. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandu jikkontrollaw il-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ, inklużi għal operazzjonijiet transkonfinali.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b) Il-persunal abbord iwettaq kompiti ta’ sikurezza operazzjonali fis-sistema ferrovjarja u huwa responsabbli għall-kumdità u s-sikurezza tal-passiġġieri abbord ferroviji. Ċertifikazzjoni simili għaċ-ċertifikazzjoni ta’ xufiera tal-lokomottivi għandha tiġi stabbilita mill-Aġenzija sabiex tiggarantixxi livell għoli ta’ kwalifiki u kompetenzi, għar-rikonoxximent tal-importanza ta’ dan il-grupp professjonali għal servizzi ferrovjarji siguri u kif ukoll sabiex tiġi ffaċilitata l-mobilità tal-ħaddiema.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex jiġi segwit aktar l-iżvilupp ta’ żona ferrovjarja unika Ewropea, b’mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni xierqa lill-klijenti tat-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri, u meta jitqies l-involviment preżenti tal-Aġenzija, huwa neċessarju li din tingħata rwol iżjed b’saħħtu fil-qasam tal-applikazzjonijiet telematiċi. Dan għandu jassigura l-iżvilupp konsistenti u l-użu fil-pront tagħhom.

(12) Sabiex jiġi segwit aktar l-iżvilupp ta’ żona ferrovjarja unika Ewropea, b’mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni xierqa lill-klijenti tat-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri, u meta jitqies l-involviment preżenti tal-Aġenzija, huwa neċessarju li din tingħata rwol iżjed b’saħħtu fil-qasam tal-applikazzjonijiet telematiċi fi ħdan qafas flessibbli li jiżgura l-interoperabilità kif ukoll li jippermetti l-koeżistenza ta’ strateġiji kummerċjali innovattivi. Dan għandu jassigura l-iżvilupp konsistenti u l-użu fil-pront tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li tiġi żgurata l-interoperabilità ta’ applikazzjonijiet telematiċi fi ħdan qafas li jirrispetta l-libertà kummerċjali ta’ parteċipanti ferrovjarji u jiffaċilita l-innovazzjoni għall-benefiċċju tal-konsumaturi.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Minħabba l-importanza tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) għall-iżvilupp mingħajr problemi taż-żona ferrovjarja unika Ewropea u s-sikurezza tagħha, u meta jitqies l-iżvilupp frammentat tagħha sal-lum, huwa neċessarju li tissaħħaħ il-koordinazzjoni globali tagħha fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant l-Aġenzija, bħala l-iżjed korp kompetenti tal-Unjoni, għandha tingħata rwol aktar prominenti f’dan il-qasam sabiex tassigura l-iżvilupp konsistenti tal-ERTMS, tikkontribwixxi sabiex ikun assigurat li t-tagħmir tal-ERTMS jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet fis-seħħ u tassigura li l-programmi Ewropej tar-riċerka relatati mal-ERTMS ikunu kkoordinati mal-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ERTMS. Barra minn hekk, sabiex il-proċeduri għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand ta' kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji jsiru aktar effiċjenti u imparzjali, huwa essenzjali li nimxu lejn awtorizzazzjoni unika valida fl-Unjoni u maħruġa mill-Aġenzija. Id-Direttiva riveduta … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] tipprovdi bażi għal dan.

(13) Minħabba l-importanza tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) għall-iżvilupp mingħajr problemi taż-żona ferrovjarja unika Ewropea u s-sikurezza tagħha, u meta jitqies in-nuqqas tal-iżvilupp u użu sal-lum, huwa neċessarju li tissaħħaħ il-koordinazzjoni globali tagħha fil-livell tal-Unjoni. L-għan li jinkisbu l-interoperabilità u l-armonizzazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll u sinjalar ferrovjarji fl-UE bħalissa huwa serjament ipperikolat minħabba numru kbir ta’ verżjonijiet nazzjonali differenti ta’ ERTMS.

 

Għaldaqstant l-Aġenzija, bħala l-iżjed korp kompetenti tal-Unjoni, għandha tingħata rwol aktar prominenti f’dan il-qasam sabiex tassigura l-iżvilupp konsistenti tal-ERTMS, tikkontribwixxi sabiex ikun assigurat li t-tagħmir tal-ERTMS jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet fis-seħħ u tassigura li l-programmi Ewropej tar-riċerka relatati mal-ERTMS ikunu kkoordinati mal-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ERTMS. Barra minn hekk, sabiex il-proċeduri għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand ta' kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji jsiru aktar effiċjenti u imparzjali, huwa essenzjali li nimxu lejn awtorizzazzjoni unika valida fl-Unjoni u maħruġa mill-Aġenzija. Id-Direttiva riveduta … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] tipprovdi bażi għal dan.

Ġustifikazzjoni

L-ERTMS toffri benefiċċji ċari, iżda biss meta l-għan ewlieni tagħha – jiġifieri l-interoperabilità u l-armonizzazzjoni – mhumiex ipperikolati b’verżjonijiet nazzjonali speċifiċi li mhumiex interoperabbli.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Fis-snin riċenti, diversi aċċidenti fis-settur tal-ġarr tal-merkanzija bil-ferrovija wrew il-ħtieġa għat-titjib tar-regoli fil-livell tal-Unjoni għall-manutenzjoni ta’ vaguni tal-ġarr tal-merkanzija. L-Aġenzija għandha taħdem fuq rekwiżiti obbligatorji armonizzati għal intervalli regolari ta’ manutenzjoni.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti normalment kienu qegħdin jitolbu ħlas għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u ċ-ċertifikati tas-sikurezza. Bit-trasferiment tal-kompetenza fil-livell tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha tkun intitolata li titlob ħlas lill-applikanti għall-ħruġ taċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-premessi preċedenti. Il-livell ta’ dawk l-imposti għandu jkun daqs jew aktar baxx mill-medja preżenti fl-Unjoni u għandu jiġi stabbilit f’att iddelegat li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni.

(14) L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti normalment kienu qegħdin jitolbu ħlas għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u ċ-ċertifikati tas-sikurezza. Bit-trasferiment tal-kompetenza fil-livell tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha tkun intitolata li titlob ħlas lill-applikanti għall-ħruġ taċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-premessi preċedenti. Il-livell ta’ dawk l-imposti jvarja skont il-livell ta’ operazzjonijiet u qasam ta’ użu speċifikat fiċ-ċertifikat jew awtorizzazzjoni u għandu jiġi stabbilit f’att iddelegat li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni. Il-karigi fl-organigramma li huma ffinanzjati minn dawk l-imposti ma għandhomx ikunu suġġetti għat-tnaqqis fil-personal previst għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-livell ta’ dawk l-imposti jkun differenzjat skont il-livell ta’ operazzjonijiet u l-oqsma ta’ użu speċifikat fiċ-ċertifikat jew awtorizzazzjoni. Ċertifikat għal binarju ferrovjarju żgħir fi ħdan pajjiż wieħed ma għandux jiswa l-istess bħal ċertifikat għall-Ewropa kollha.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Dak l-att iddelegat għandu jiżgura li l-livell tal-imposti ma jaqbiżx l-ispejjeż tal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni jew tal-awtorizzazzjoni inkwistjoni.

Ġustifikazzjoni

It-tariffi u l-imposti għandhom ikunu limitati biex ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw mill-proċess ta' applikazzjoni u m'għandhomx jiġġeneraw element ta' profitt għall-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Li t-trasferiment tal-funzjonijiet u l-ħidmiet min-naħa tal-Istati Membri għandu jsir b'mod effiċjenti, mingħajr l-ebda tnaqqis fil-livelli attwali għoljin ta' sikurezza jikkostitwixxi għan ġenerali. L-Aġenzija għandu jkollha biżżejjed riżorsi għall-ħidmiet ġodda tagħha u ż-żmien tal-allokazzjoni ta' dawn ir-riżorsi għandu jkun ibbażat fuq ħtiġijiet identifikati b'mod ċar. Meta wieħed iqis l-għarfien tal-awtoritajiet nazzjonali, b’mod partikolari l-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza, l-Aġenzija għandha titħalla tagħmel użu xieraq minn dik il-kompetenza meta tagħti l-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikati rilevanti. Għal dan il-għan, għandu jkun imħeġġeġ l-issekondar tal-esperti nazzjonali lill-Aġenzija.

(15) Li t-trasferiment tal-funzjonijiet u l-ħidmiet min-naħa tal-Istati Membri għandu jsir b'mod effiċjenti, mingħajr l-ebda tnaqqis fil-livelli attwali għoljin ta' sikurezza jikkostitwixxi għan ġenerali. L-Aġenzija għandu jkollha biżżejjed riżorsi għall-ħidmiet ġodda tagħha u ż-żmien tal-allokazzjoni ta' dawn ir-riżorsi għandu jkun ibbażat fuq ħtiġijiet identifikati b'mod ċar. Meta wieħed iqis l-għarfien tal-awtoritajiet nazzjonali, b’mod partikolari l-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza, l-Aġenzija għandha titħalla tagħmel użu xieraq minn dik il-kompetenza inkluż permezz ta' ftehimiet kuntrattwali meta tagħti l-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikati rilevanti. Għal dan il-għan, għandu jkun imħeġġeġ, promoss u ffaċilitat bis-sħiħ l-issekondar tal-esperti nazzjonali lill-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Hemm ħtieġa li l-prestazzjoni tal-Aġenzija tagħmel l-aħjar użu mill-Awtoritajiet għas-sikurezza Nazzjonali u l-persunal tagħhom

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Id-Direttiva … [Sikurezza Ferrovjarja] u d-Direttiva … [Interoperabilità Ferrovjarja] jipprovdu għal eżami tal-miżuri nazzjonali mill-perspettiva tas-sikurezza u l-interoperabilità, u l-kompatibbiltà mar-regoli dwar il-kompetizzjoni. Huma jillimitaw ukoll il-possibbiltà tal-Istati Membri li jadottaw regoli nazzjonali ġodda. Is-sistema preżenti li fiha għadhom jeżistu għadd kbir ta’ regoli nazjonali twassal għal kunflitti possibbli mar-regoli tal-Unjoni u toħloq riskju ta’ trasparenza insuffiċjenti u diskriminazzjoni moħbija tal-operaturi barranin, speċjalment iż-żgħar u l-ġodda. Sabiex wieħed jimxi lejn sistema ta’ regoli ferrovjarji tassew trasparenti u imparzjali fuq livell tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġi msaħħaħ it-tnaqqis gradwali tar-regoli nazzjonali. Opinjoni bbażata fuq kompetenza indipendenti u newtrali hija essenzjali fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġi msaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija.

(16) Id-Direttiva … [Sikurezza Ferrovjarja] u d-Direttiva … [Interoperabilità Ferrovjarja] jipprovdu għal eżami tal-miżuri nazzjonali mill-perspettiva tas-sikurezza u l-interoperabilità, u l-kompatibbiltà mar-regoli dwar il-kompetizzjoni. Huma jillimitaw ukoll il-possibbiltà tal-Istati Membri li jadottaw regoli nazzjonali ġodda. Is-sistema preżenti li fiha għadhom jeżistu għadd kbir ta’ regoli nazjonali twassal għal riskji għas-sikurezza u kunflitti possibbli mar-regoli tal-Unjoni u toħloq riskju ta’ trasparenza insuffiċjenti u diskriminazzjoni moħbija tal-operaturi barranin, speċjalment iż-żgħar u l-ġodda. Sabiex wieħed jimxi lejn sistema ta’ regoli ferrovjarji tassew trasparenti u imparzjali fuq livell tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġi msaħħaħ it-tnaqqis gradwali tar-regoli nazzjonali inkluż regoli operattivi. Opinjoni bbażata fuq kompetenza indipendenti u newtrali hija essenzjali fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġi msaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-prestazzjoni, l-organizzazzjoni u l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi notifikati tal-valutazzjoni tal-impatt, b’effett dannuż għat-tħaddim mingħajr problemi taż-żona ferrovjarja unika Ewropea. B’mod partikolari, kumpaniji żgħar u medji li jkunu jixtiequ jidħlu fis-suq ferrovjarju fi Stat Membru ieħor jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv. Għalhekk, hija meħtieġa koordinazzjoni msaħħa bl-iskop ta’ armonizzazzjoni akbar fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha timmonitorja l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi notifikati ta’ valutazzjoni tal-konformità permezz ta’ awditjar u spezzjonijiet.

(17) Il-prestazzjoni, l-organizzazzjoni u l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi notifikati tal-valutazzjoni tal-impatt, b’effett dannuż għat-tħaddim mingħajr problemi taż-żona ferrovjarja unika Ewropea. B’mod partikolari, kumpaniji żgħar u medji li jkunu jixtiequ jidħlu fis-suq ferrovjarju fi Stat Membru ieħor jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv. Għalhekk, hija meħtieġa koordinazzjoni msaħħa bl-iskop ta’ armonizzazzjoni akbar fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha timmonitorja l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza permezz ta’ awditjar u spezzjonijiet. Il-monitoraġġ tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità għandha titwettaq mill-korpi tal-akkreditazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru. 765/2008. Il-monitoraġġ ugwali tal-prestazzjoni tal-Aġenzija huwa meħtieġ ukoll.

Ġustifikazzjoni

Il-prestazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, korpi ta’ valutazzjonijiet tal-konformità notifikati kif ukoll ix-xogħol tal-Aġenzija huma kruċjali għall-operat mingħajr problemi taż-żona ferrovjarja unika Ewropea

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Għandha tittejjeb l-interoperabilità tan-netwerk Trans-Ewropew u l-proġetti ġodda ta’ investiment magħżula għall-appoġġ mill-Unjoni għandhom ikunu konformi mal-mira tal-interoperabilità stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. L-Aġenzija hija l-istituzzjoni xierqa sabiex tikkontribwixxi għal dawn l-għanijiet.

(20) Għandha tittejjeb l-interoperabilità tan-netwerk Trans-Ewropew u u kemm il-proġetti ġodda u dawk li għadhom għaddejjin ta’ investiment magħżula għall-appoġġ mill-Unjoni għandhom ikunu konformi mal-mira tal-interoperabilità stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. L-Aġenzija hija l-istituzzjoni xierqa sabiex tikkontribwixxi għal dawn l-għanijiet.

Ġustifikazzjoni

Huwa previst li xi proġett pendenti jkunu għadhom fil-fażi implimentattiva tagħhom fis-snin li ġejjin, u għaldaqstant dawn ir-rekwiżiti ta’ interoperabilità għandhom japplikaw kemm għal proġetti pendenti u kif ukoll għal dawk ġodda.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Sabiex jiġu żgurati l-akbar trasparenza possibbli u aċċess indaqs tal-partijiet kollha għall-informazzjoni rilevanti, id-dokumenti previsti għall-proċessi tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku. L-istess japplika għal-liċenzji, iċ-ċertifikati tas-sikurezza u dokumenti ferrovjarji oħra rilevanti. L-Aġenzija għandha tipprovdi mezz effiċjenti għall-iskambju u l-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni.

(24) Sabiex jiġu żgurati l-akbar trasparenza possibbli u aċċess indaqs tal-partijiet kollha għall-informazzjoni rilevanti, id-dokumenti previsti għall-proċessi tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku. L-istess japplika għal-liċenzji, iċ-ċertifikati tas-sikurezza u dokumenti ferrovjarji oħra rilevanti. L-Aġenzija għandha tipprovdi mezz effiċjenti, faċli għall-utent u faċilment aċċessibbli għall-iskambju u l-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, il-kwalità tiegħu u l-kompatibilità mar-regolamenti tekniċi rilevanti, l-Aġenzija, bħala l-uniku korp tal-Unjoni b’kompetenza soda fil-kamp ferrovjarju, għandu jkollha rwol attiv fil-valutazzjoni ta’ proġetti ferrovjarji.

(26) Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, il-kwalità tiegħu u l-kompatibilità mar-regolamenti tekniċi rilevanti, l-Aġenzija, għandu jkollha rwol attiv fil-valutazzjoni ta’ proġetti ferrovjarji b’valur Ewropew miżjud, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ amministraturi tal-infrastruttura nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Peress li r-riżorsi tal-Aġenzija huma limitati, l-ambitu tal-valutazzjoni tal-proġetti ferrovjarji għandu jkun limitat għal proġetti ta’ valur Ewropew miżjud.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Il-leġislazzjoni dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, il-gwidi għall-implimentazzjoni jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija jistgħu xi kultant joħolqu problemi ta’ interpretazzjoni u problemi oħra għall-partijiet interessati. Fehim korrett u uniformi ta’ dawk l-atti huwa rekwiżit għall-implimentazzjoni effettiva tal-acquis ferrovjarju u l-funzjonament tas-suq ferrovjarju. Għalhekk, l-Aġenzija għandha tinvolvi ruħha b'mod attiv f’taħriġ u attivitajiet ta’ spjegazzjoni f’dak ir-rigward.

(27) Il-leġislazzjoni dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, il-gwidi għall-implimentazzjoni jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija jistgħu xi kultant joħolqu problemi ta’ interpretazzjoni u problemi oħra għall-partijiet interessati. Fehim korrett u uniformi ta’ dawk l-atti huwa rekwiżit għall-implimentazzjoni effettiva tal-acquis ferrovjarju u l-funzjonament tas-suq ferrovjarju. Għalhekk, l-Aġenzija għandha tinvolvi ruħha b'mod attiv f’taħriġ u attivitajiet ta’ spjegazzjoni f’dak ir-rigward, b’attenzjoni partikolari għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Ġustifikazzjoni

Sabiex titrawwem il-kompetizzjoni u tiġi ffaċilitata l-emerġenza ta’ parteċipanti ġodda u żgħar, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil kumpanniji żgħar u ta’ daqs medju

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) L-Aġenzija għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu investigazzjonijiet ċivili jew kriminali, u tagħtihom l-akbar assistenza possibbli, meta dawn l-investigazzjonijiet ikunu jikkonċeraw kwistjonijiet li l-Aġenzija tkun responsabbli għalihom.

Ġustifikazzjoni

pplikazzjoni tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, li huwa applikabbli wkoll għall-persunal tal-Aġenzija, m’għandhiex twassal għal dewmien mhux xieraq jew restrizzjonijiet mingħajr ġustifikazzjoni fit-twettiq tal-inkjesti nazzjonali. Jekk l-Aġenzija jew xi persunal minn tagħha jintalbu jidhru fil-kuntest ta’ inkjesta ġudizzjarja, l-Aġenzija għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri kkonċernati.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Sabiex twettaq il-kompiti tagħha sewwa, l-Aġenzija għandu jkollha personalità ġuridika u baġit awtonomu ffinanzjat prinċipalment permezz ta’ kontribuzzjoni mill-Unjoni u permezz ta’ tariffi u imposti mħallsa mill-applikanti. Sabiex tiġi assigurata l-indipendenza fil-ġestjoni ta’ kuljum tagħha u fl-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li toħroġ, l-organizzazzjoni tal-Aġenzija għandha tkun trasparenti, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu responsabbiltà sħiħa. Il-persunal tal-Aġenzija għandu jkun indipendenti u għandu jirrappreżenta bilanċ xieraq ta’ kuntratti għal żmien qasir u għal żmien twil, sabiex jinżamm l-għarfien organizzattiv tagħha u l-kontinwità tan-negozju filwaqt li jinżamm skambju meħtieġ u kontinwu ta’ kompetenza mas-settur ferrovjarju.

(28) Sabiex twettaq il-kompiti tagħha sewwa, l-Aġenzija għandu jkollha personalità ġuridika u baġit awtonomu ffinanzjat prinċipalment permezz ta’ kontribuzzjoni mill-Unjoni u permezz ta’ tariffi u imposti mħallsa mill-applikanti. Il-kontribut tal-Unjoni għandu jkun valutat u rivedut kull darba li jingħataw kompetenzi ġodda li mhumiex suġġetti għal tariffi jew imposti mħallsa mill-applikanti. L-indipendenza u l-imparzjalità tal-Aġenzija m’għandhomx jiġu kompromessi minn kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja li tirċievi minn Stati Membri, pajjiżi terzi jew entitajiet oħrajn. Sabiex tiġi assigurata l-indipendenza fil-ġestjoni ta’ kuljum tagħha u fl-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li toħroġ, l-organizzazzjoni tal-Aġenzija għandha tkun trasparenti, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu responsabbiltà sħiħa. Il-persunal tal-Aġenzija għandu jkun indipendenti u għandu jirrappreżenta bilanċ xieraq ta’ kuntratti għal żmien qasir u għal żmien twil, ta’ esperti nazzjonali sekondati u uffiċjali permanenti sabiex jinżamm l-għarfien organizzattiv tagħha u l-kontinwità tan-negozju filwaqt li jinżamm skambju meħtieġ u kontinwu ta’ kompetenza mas-settur ferrovjarju.

Ġustifikazzjoni

Biex isir l-aħjar użu mill-kompetenza tal-persunal tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, għandu jinsab bilanċ xieraq bejn l-esperti nazzjonali sekondati u uffiċjali permanenti. Biex il-premessa tiġi allinjata mal-Artikolu 58.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Sabiex tiġi ggarantita t-trasparenza fid-deċiżjonijiet tal-Bord Maniġerjali, ir-rappreżentanti tas-setturi kkonċernati għandhom jattendu għal-laqgħat tiegħu, iżda mingħajr id-dritt tal-vot, billi dak id-dritt huwa riservat għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi li huma responsabbli quddiem l-awtoritajiet tal-kontroll demokratiku. Ir-rappreżentanti tas-settur għandhom jinħatru mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-rappreżentanza tagħhom fil-livell tal-Unjoni, tal-impriżi ferrovjarji, il-amministraturi tal-infrastruttura, l-industrija ferrovjarja, l-għaqdiet tal-ħaddiema, il-passiġġieri u l-klijenti tat-trasport tal-merkanzija.

(30) Sabiex tiġi ggarantita t-trasparenza fid-deċiżjonijiet tal-Bord Maniġerjali, ir-rappreżentanti tas-setturi kkonċernati għandhom jattendu għal-laqgħat tiegħu, iżda mingħajr id-dritt tal-vot, billi dak id-dritt huwa riservat għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi li huma responsabbli quddiem l-awtoritajiet tal-kontroll demokratiku. Ir-rappreżentanti tas-settur għandhom jinħatru mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-rappreżentanza tagħhom fil-livell tal-Unjoni, tal-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura, l-industrija ferrovjarja, korpi notifikati, korpi deżinjati, l-għaqdiet tal-ħaddiema, il-passiġġieri u, b’mod partikolari passiġġieri b’mobilità ridotta kif ukoll il-klijenti tat-trasport tal-merkanzija.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Jeħtieġ li jkun żgurat li l-partijiet affettwati mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jgawdu r-rimedji neċessarji b’mod indipendenti u imparzjali. Għandu jitwaqqaf mekkaniżmu xieraq tal-appell sabiex id-deċiżjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv ikunu jistgħu jiġu soġġetti għal appell quddiem Bord tal-Appell speċjalizzat, li d-deċiżjonijiet tiegħu, imbagħad, ikunu miftuħa għal azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

(32) Jeħtieġ li jkun żgurat li l-partijiet affettwati mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jgawdu r-rimedji neċessarji b’mod indipendenti u imparzjali. Għandu jitwaqqaf mekkaniżmu xieraq tal-appell sabiex id-deċiżjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv ikunu jistgħu jiġu soġġetti għal appell quddiem Bord tal-Appell speċjalizzat li jaġixxi b’indipendenza sħiħa mill-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u kwalunkwe parteċipant ieħor fis-settur ferrovjarju, li d-deċiżjonijiet tiegħu, imbagħad, ikunu miftuħa għal azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm proċedura ta’ appell imparzjali, jeħtieġ li tiġi garantita l-indipendenza sħiħa tal-Bord tal-Appell.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 32 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a) Il-persunal tal-Aġenzija li jagħti pariri lil Bord tal-Appell m’għandux ikun ipparteċipa qabel huwa stess fid-deċiżjoni li tkun qed tiġi appellata.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiżgura li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq appell ikunu indipendenti u meqjusa hekk, mhux biss il-Membri tal-Bords tal-Appell iżda anke l-persunal li jgħinhom ma jistgħux ikunu ħadu sehem fid-deċiżjoni oriġinali li tkun soġġetta għal appell.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Il-ħidma tal-Aġenzija għandha tkun trasparenti. Għandu jkun assigurat kontroll effettiv mill-Parlament Ewropew u, għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew għandu jkollu l-possibbiltà li jisma’ lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija u li jiġi kkonsultat dwar il-programm ta’ ħidma pluriennali. L-Aġenzija għandha tapplika wkoll il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti.

(34) Il-ħidma tal-Aġenzija għandha tkun trasparenti. Għandu jkun assigurat kontroll effettiv mill-Parlament Ewropew u, għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew għandu jkollu l-possibbiltà li jisma’ lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija u li jiġi kkonsultat dwar il-programmi ta’ ħidma annwali. L-Aġenzija għandha tapplika wkoll il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tar-responsabbiltajiet tiegħu bħala parti mill-awtorità baġitarja, il-Parlament għandu jkollu wkoll il-possibbiltà li jiġi kkonsultat dwar il-programm ta’ ħidma annwali.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Matul is-snin li għaddew, hekk kif inħolqu aktar aġenziji deċentralizzati, l-awtorità baġitarja fittxet li ttejjeb it-trasparenza u l-kontroll fuq il-ġestjoni tal-finanzjament tal-Unjoni allokat lilhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-ibbaġitjar tat-tariffi, il-kontroll baġitarju, is-setgħa ta’ kwittanza, il-kontribuzzjonijiet għall-iskemi tal-pensjonijiet u l-proċedura baġitarja interna (il-kodiċi tal-kondotta). Bl-istess mod, ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għandu japplika mingħajr restrizzjoni għall-Aġenzija, li għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi.

(35) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għandu japplika mingħajr restrizzjoni għall-Aġenzija, li għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi10

__________________

_______________

9 ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

9 ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

10 ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

10 ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Sabiex jiġi stabbilit b’mod korrett il-livell tat-tariffi u l-imposti li l-Aġenzija hija intitolata li tiġbor, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-artikoli li jittrattaw il-ħruġ u t-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji, l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u ta’ tipi ta’ vetturi, u ċ-ċertifikati tas-sikurezza. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ preparazzjoni, inkluż fil-livell ta’ esperti.

(37) Sabiex jiġi stabbilit b’mod korrett il-livell tat-tariffi u l-imposti li l-Aġenzija hija intitolata li tiġbor, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-artikoli li jittrattaw il-ħruġ u t-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand maġenb il-binarji tal-ERTMS, l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u ta’ tipi ta’ vetturi, u ċ-ċertifikati tas-sikurezza. Għandu jiġi applikat livell differenzjat ta’ miżati u imposti skont l-oqsma tal-użu u l-livell ta’ operazzjonijiet speċifikati fiċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet għas-sikurezza. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ preparazzjoni, inkluż fil-livell ta’ esperti. It-tariffi u l-imposti għandhom jiġu ffissati b'mod trasparenti, ġust u uniformi u ma għandhomx jipperikolaw il-kompetittività tal-industriji Ewropej ikkonċernati.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 37a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a) Sabiex titħeġġeġ b'mod adegwat l-istandardizzazzjoni tal-isper parts ferrovjarji, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istandardizzazzjoni rigward l-isper parts. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ preparazzjoni, inkluż fil-livell ta’ esperti.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) iċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji prevista fid-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u trejns fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità [id-Direttiva dwar is-Sewwieqa tal-Ferroviji].

(c) iċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji prevista fid-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomottivi u trejns fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità [id-Direttiva dwar is-Sewwieqa tal-Ferroviji], kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni tal-persunal kollu tas-sikurezza.

Ġustifikazzjoni

Għas-sigurtà tat-tħaddim ferrovjarju, mhijiex biżżejjed iċ-ċertifikazzjoni ta’ grupp professjonali wieħed biss (sewwieqa tal-ferroviji). Għandu jiġi ċċertifikat il-persunal kollu tas-sigurtà.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Aġenzija għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta’ sikurezza ferrovjarja u li tikkontribwixxi għall-kisba taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea. Dawn l-għanijiet jinkisbu permezz ta’:

 

(a) il-kontribut, fuq kwistjonijiet tekniċi, għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bil-għan li jissaħħaħ il-livell ta’ interoperabilità tas-sistema ferrovjarja u jiġi żviluppat approċċ komuni dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni;

 

(b) rwol ta’ awtorità Ewropea, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, fil-qasam tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u l-ħruġ ta’ ċertifikati tas-sikurezza lill-impriżi ferrovjarji;

 

(c) l-armonizzazzjoni tar-regoli nazzjonali u l-ottimizzazzjoni tal-proċeduri;

 

(d) il-monitoraġġ tal-azzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza li jaġixxu fil-qasam tal-interoperabilità u tas-sikurezza ferrovjarja.

Ġustifikazzjoni

Il-mira tal-emenda hija li fit-test jiġu integrati b’mod ċar l-għanijiet mixtieqa mill-Aġenzija, li minn naħa jinkludu t-termini tat-test fis-seħħ tar-Regolament tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (KE/881/2004), u min-naħa l-oħra,il-missjonijiet il-ġodda li huma attribwiti lilha permezz tar-riformulazzjoni tad-Direttiva, id-Direttiva dwar l-Interoperabilità u d-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 21, 22 u 30;

(b) tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 21, 22 u 30 u lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 29(4);

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi numru limitat ta’ gruppi ta’ ħidma sabiex ifasslu rakkomandazzjonijiet, b’mod partikolari relatati mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (TSIs), il-miri komuni tas-sikurezza (CSTs) u l-metodi komuni tas-sikurezza (CSMs).

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi numru limitat ta’ gruppi ta’ ħidma sabiex ifasslu rakkomandazzjonijiet, b’mod partikolari relatati mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (TSIs), il-miri komuni tas-sikurezza (CSTs), il-metodi komuni tas-sikurezza (CSMs), għall-indikaturi komuni għas-sikurezza (CSIs), għar-reġistri, għall-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni u għad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 15 u d-dispożizzjonijiet dwar il-kwalifiki minimi tal-persunal ferrovjarju fdat b'kompiti kritiċi għas-sikurezza.

Ġustifikazzjoni

Il-kamp kopert mill-gruppi ta’ ħidma stabbiliti mill-Aġenzija għadu jkun estiż, minħabba li r-riżultati tagħhom għandhom impatt kbir fuq is-settur ferrovjarju.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha taħtar professjonisti mis-settur ferrovjarju mil-lista msemmija fil-paragrafu 3 biex ikunu parti mill-gruppi ta’ ħidma. Hija għandha tiżgura rappreżentanza adegwata ta’ dawk is-setturi tal-industrija u ta’ dawk l-utenti li jistgħu jiġu affettwati mill-miżuri li l-Kummissjoni tista’ tipproponi fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilha mill-Aġenzija.

L-Aġenzija għandha taħtar professjonisti mis-settur ferrovjarju mil-lista msemmija fil-paragrafu 3 biex ikunu parti mill-gruppi ta’ ħidma. Hija għandha tiżgura rappreżentanza adegwata tal-Istati Membri kollha, ta’ dawk is-setturi tal-industrija u ta’ dawk l-utenti li jistgħu jiġu affettwati mill-miżuri li l-Kummissjoni tista’ tipproponi fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilha mill-Aġenzija.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija tista’, jekk ikun meħtieġ, taħtar biex ikunu parti mill-gruppi ta’ ħidma esperti indipendenti u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali rikonoxxuti bħala kompetenti fil-qasam ikkonċernat. Il-persunal tal-Aġenzija ma jistax jinħatar biex ikun parti mill-gruppi ta’ ħidma.

L-Aġenzija tista’, jekk ikun meħtieġ, taħtar biex ikunu parti mill-gruppi ta’ ħidma esperti indipendenti u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali rikonoxxuti bħala kompetenti fil-qasam ikkonċernat. Il-persunal tal-Aġenzija ma jistax jinħatar biex ikun parti mill-gruppi ta’ ħidma bl-esklużjoni tal-president tal-gruppi ta’ ħidma li għandu jkun rappreżentant tal-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni ta’ diskrepanza fil-formulazzjoni inizjali bejn dan l-Artikolu 4.2 u l-punt 6 tal-istess Artikolu.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull korp rappreżentattiv imsemmi fl-Artikolu 34 għandu jibgħat lill-Aġenzija lista tal-iżjed esperti kwalifikati mibgħuta sabiex jirrappreżentawhom f’kull grupp ta’ ħidma.

3. Kull sena, kull korp rappreżentattiv imsemmi fl-Artikolu 34 għandu jibgħat lill-Aġenzija lista tal-iżjed esperti kwalifikati mibgħuta sabiex jirrappreżentawhom f’kull grupp ta’ ħidma.

Ġustifikazzjoni

Għandha tkun preċiżata frekwenza għall-aġġornament ta’ din il-lista ta’ esperti.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull meta l-ħidma ta’ dawn il-gruppi ta’ ħidma jkollha impatt fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema fl-industrija, rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema għandhom jipparteċipaw fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti bħala membri sħaħ.

4. Kull meta l-ħidma ta’ dawn il-gruppi ta’ ħidma jkollha impatt fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema fl-industrija, rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema mill-Istati Membri kollha għandhom jipparteċipaw fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti bħala membri sħaħ.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu preseduti minn rappreżentant tal-Aġenzija.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni ta’ diskrepanza fil-formulazzjoni mal-punt 2 tal-istess Artikolu.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull meta l-ħidma prevista fl-Artikoli 11, 12, 15, u 32 ikollha impatt dirett fuq l-ambjent soċjali jew fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fl-industrija, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-imsieħba soċjali fil-qafas tal-kumitat għad-djalogu settorjali stabbilit skont id-Deċiżjoni 98/500/KE11.

Kull meta l-ħidma prevista fl-Artikoli 11, 12, 15, u 32 ikollha impatt dirett fuq l-ambjent soċjali jew fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fl-industrija, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-imsieħba soċjali fl-Istati Membri kollha fil-qafas tal-kumitat għad-djalogu settorjali stabbilit skont id-Deċiżjoni 98/500/KE11.

_____________

______________

11 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE tal-20 ta’ Mejju 1998 dwar l-istabbiliment ta’ Kumitati ta’ Djalogu Settorjali biex iġibu ’l quddiem id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27).

11 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE tal-20 ta’ Mejju 1998 dwar l-istabbiliment ta’ Kumitati ta’ Djalogu Settorjali biex iġibu ’l quddiem id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27).

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma l-Aġenzija tissottometti r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tikkunsidra dawn il-konsultazzjonijiet, u għandha tkun disponibbli f’kull ħin sabiex tispjega r-rakkomandazzjonijiet tagħha. L-opinjonijiet espressi mill-kumitat għad-djalogu settorjali għandhom jintbagħtu mill-Aġenzija lill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75.

Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma l-Aġenzija tissottometti r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tikkunsidra dawn il-konsultazzjonijiet, u għandha tkun disponibbli f’kull ħin sabiex tispjega r-rakkomandazzjonijiet tagħha. L-opinjonijiet espressi mill-kumitat għad-djalogu settorjali għandhom jintbagħtu fi żmien xahrejn, mill-Aġenzija lill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull meta l-ħidma prevista fl-Artikoli 11 u 15 ikollha impatt dirett fuq il-klijenti tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u l-passiġġieri, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom. Il-lista tal-organizzazzjonijiet li jridu jiġu kkonsultati għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni bil-għajnuna tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75.

Kull meta l-ħidma prevista fl-Artikoli 11 u 15 ikollha impatt dirett fuq il-klijenti tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u l-passiġġieri, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, inkluż b’mod partikolari rappreżentanti tal-passiġġieri b’mobilità ridotta. Il-lista tal-organizzazzjonijiet li jridu jiġu kkonsultati għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni bil-għajnuna tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma l-Aġenzija tissottometti l-proposti tagħha lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tikkunsidra dawn il-konsultazzjonijiet, u għandha tkun disponibbli f’kull ħin sabiex tispjega l-proposti tagħha. L-opinjonijiet espressi mill-organizzazzjonijiet ikkonċernati għandhom jintbagħtu mill-Aġenzija lill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75.

Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma l-Aġenzija tissottometti l-proposti tagħha lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tikkunsidra dawn il-konsultazzjonijiet, u għandha tkun disponibbli f’kull ħin sabiex tispjega l-proposti tagħha. L-opinjonijiet espressi mill-organizzazzjonijiet ikkonċernati għandhom jintbagħtu fi żmien xahrejn mill-Aġenzija lill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Aġenzija għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt tar-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet tagħha. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta metodoloġija ta’ valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq il-metodoloġija tal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tikkoordina mal-Kummissjoni sabiex tassigura li l-ħidma rilevanti fil-Kummissjoni tittieħed inkonsiderazzjoni kif xieraq.

1. L-Aġenzija għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt tar-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet tagħha. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta metodoloġija ta’ valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq il-metodoloġija tal-Kummissjoni filwaqt li jikkunsidra r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva... [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-Aġenzija għandha tikkoordina mal-Kummissjoni sabiex tassigura li l-ħidma rilevanti fil-Kummissjoni tittieħed inkonsiderazzjoni kif xieraq. L-ipoteżijiet meħuda bħala bażi għall-istudju tal-impatt, kif ukoll is-sorsi tad-dejta utilizzata, għandhom ikunu identifikati b’mod ċar fir-rapport li jintbagħat ma’ kull rakkomandazzjoni.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija d-dejta neċessarja għall-valutazzjoni tal-impatt.

4. L-Istati Membri u l-partijiet interessati kkonċernati għandhom jipprovdu lill-Aġenzija, jekk meħtieġ fuq talba tagħha, id-dejta neċessarja għall-valutazzjoni tal-impatt.

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija għandha tkun tista’ titlob dejta mingħand l-Istati Membri kif ukoll mingħand il-partijiet interessati kkonċernati.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Aġenzija għandha toħroġ opinjonijiet fuq talba tal-korpi regolatorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE [Direttiva li tistabbilixxi Żona Ferrovjarja Unika Ewropea (riformulazzjoni)] fir-rigward ta’ aspetti relatati mas-sikurezza u aspetti relatati mal-interoperabilità tal-kwistjonijiet miġjuba għall-attenzjoni tagħhom.

1. L-Aġenzija għandha toħroġ opinjonijiet fuq talba ta’ korp regolatorju nazzjonali wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi Żona Ferrovjarja Unika Ewropea 11a fir-rigward ta’ aspetti relatati mas-sikurezza u aspetti relatati mal-interoperabilità tal-kwistjonijiet miġjuba għall-attenzjoni tagħhom.

 

_________________

 

11a ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32.

Ġustifikazzjoni

Kull korp ta’ kontroll nazzjonali għandu jkollu l-kapaċità li jitlob opinjoni mill-Aġenzija.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Aġenzija tista’ tagħmel żjarat fl-Istati Membri biex twettaq il-kompiti tagħha, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikoli , skont il-politika definita mill-Bord Maniġerjali.

1. L-Aġenzija tista’ tagħmel żjarat fl-Istati Membri biex twettaq il-kompiti tagħha, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikoli , skont il-politika definita mill-Bord Maniġerjali.

Ġustifikazzjoni

Iridu jiġu miżjuda dawn il-punti (Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-servizz tal-ERTMS maġenb il-binarji, akkreditazzjoni tal-laboratorji kif ukoll ir-reġistri u l-aċċessibilità tagħhom) ma’ din il-lista ta’ kompiti. L-Aġenzija għandha tkun intitolata li twettaq żjarat fuq il-kmand tal-kontroll tal-binarji tal-ERTMS (Artikolu 18) u laboratorji akkreditati (Artikolu 28) u reġistri (Artikolu 33).

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Metodi Komuni tas-Sikurezza (CSMs) u l-Miri Komuni tas-Sikurezza (CSTs) previsti fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-Aġenzija għandha toħroġ ukoll rakkomandazzjonijiet dwar reviżjoni perjodika tas-CMSs u tas-CSTs lill-Kummissjoni.

1. L-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Metodi Komuni tas-Sikurezza (CSMs), l-indikaturi komuni tas-sikurezza (CSIs) u l-Miri Komuni tas-Sikurezza (CSTs) previsti fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-Aġenzija għandha toħroġ ukoll rakkomandazzjonijiet dwar reviżjoni perjodika tas-CMSs u tas-CSTs lill-Kummissjoni.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikati uniċi tas-sikurezza skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza].

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(2a) tad-Direttiva ... [id-Direttiva dwar is-Sikurezza] l-Aġenzija għandha toħroġ, iġġedded, tissospendi, temenda jew tirrevoka ċertifikati uniċi tas-sikurezza skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza].

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Notifika spontanja ta’ inċidenti

 

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi sistema li biha jista’ jiġi notifikat b’mod spontanju u anonimu kwalunkwe inċident li jista’ jipperikola s-sigurtà tas-sistema. Għandha tistabbilixxi mekkaniżmu biex l-operaturi responsabbli jiġu infurmati awtomatikament. L-Aġenzija għandha tikkoordina wkoll il-komunikazzjonijiet ta’ notifiki tal-aġenziji nazzjonali, b’mod partikolari meta dawn ikollhom effetti fuq is-sigurtà ta’ iktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni marbuta mal-kontenut u d-disinn ta’ strument tekniku abbord għar-reġistrazzjoni u l-monitoraġġ tal-ħin tas-sewqan u l-mistrieħ ta’ sewwieqa tal-lokomotivi;

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb) toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istandards Ewropej biex ikunu żviluppati mill-Korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni rilevanti, partikolarment fir-rigward tal-isper parts;

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt gc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gc) toħroġ talbiet dettaljati li jikkonċernaw l-istandrads għall-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej rilevanti sabiex iwettqu l-mandat mogħti lilhom mill-Kummissjoni;

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt gd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gd) toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni rigward it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-persunal abbord b'kompiti ta' sikurezza;

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ge (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ge) toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni għall-armonizzazzjoni ta' regoli nazzjonali bi qbil mal-Artikolu 22(1), partikolarment f'każijiet fejn regola waħda tikkonċerna bosta Stati Membri. Dan ix-xogħol isir f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt gf (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gf) fuq talba tal-Kummissjoni, toħroġ opinjonijiet lilha dwar il-kostitwenti ta' interoperabilità li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti essenzjali bi qbil mal-Artikolu 11 tad-Direttiva ...[id-Direttiva dwar l-Interoperabilità];

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt gg (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gg) toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni relatati mal-intervalli tal-eżaminazzjonijiet minimi uniformi (skont il-ħin u l-kilometri) fil-vetturi ferrovjarji (vetturi tal-merkanzija, vetturi tal-passiġġieri, ferroviji).

Ġustifikazzjoni

L-intervalli tal-eżaminazzjoni minimi jsiru ċertament f’modi oħrajn tat-trasport. Fuq il-binarju, dan huwa mogħti biss abbażi tal-istruzzjonijiet tal-manifattur jew tal-ftehim (bilaterali) bejn il-kumpaniji ferrovjarji. B’hekk, jinħolqu distorsjonijiet fil-kompetizzjoni li jiffavorixxu dawk li jużaw l-iktar standards baxxi possibbli. Sabiex tkun tista’ tiġi żgurata s-sigurtà u għall-ikkompletar tas-suq intern fuq livell komuni, huma meħtieġa l-intervalli tal-eżaminazzjonijiet minimi.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Biex isir l-abbozz tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), l-Aġenzija għandha:

2. Biex isir l-abbozz tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c) l-Aġenzija għandha:

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tassigura li t-TSIs u l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri jiġu adattati għall-progress tekniku u x-xejriet tas-suq u għall-ħtiġijiet soċjali;

(a) tassigura li t-TSIs u l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri jiġu adattati għall-progress tekniku u x-xejriet tas-suq u għall-ħtiġijiet soċjali bil-għan li ttejjeb l-effikaċja tas-sistema ferrovjarja filwaqt li tikkunsidra l-kosteffikaċja;

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) tipparteċipa bħala osservatur fil-gruppi ta' ħidma rilevanti dwar l-istandardizzazzjoni;

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-emenda hu li jitfakkar li l-Aġenzija għandha tikkunsidra r-rapport tal-kosteffiċjenza tal-miżuri maħsuba fit-testi li hija tipprepara, kif ukoll li jinżamm livell għoli ta’ sikurezza tal-Istati Membri u hija assoċjata max-xogħlijiet Ewropej fil-qasam tal-istandardizzazzjoni.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Aġenzija għandha tinvolvi lill-gruppi ta’ ħidma meta dan ikun previst mill-Artikolu 4.

Ġustifikazzjoni

Qed jitfakkar li l-Aġenzija ma għandhiex tonqos li twaqqaf gruppi ta’ ħidma fil-qasam tal-interoperabilità, hekk kif previst mill-Artikolu 4 sabiex tkun żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa tas-settur.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi ferrovjarji skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(9a) tad-Direttiva [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] l-Aġenzija għandha toħroġ, iġġeded, tissospendi, temenda jew tirrevoka awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi ferrovjarji skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva … ..

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ tipi ta’ vetturi skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].

L-Aġenzija għandha toħroġ, iġġedded, tissospendi, temenda jew tirrevoka awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi ferrovjarji skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta' kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' ERTMS maġenb il-binarji

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta' kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji li jinsabu jew li jitħaddmu fl-Unjoni kollha skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].

L-Aġenzija għandha toħroġ, iġedded, tissospendi, temenda jew tirrevoka awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ERTMS ta' kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji li jinsabu jew li jitħaddmu fl-Unjoni kollha skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Aġenzija jista’ jkollha rwol fil-promozzjoni ta’ aċċess miftuħ u sħiħ għad-dejta inkluża dataset tal-iskeda orarja internazzjonali

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jiġi promoss aċċess sħiħ għal dejta u b’mod partikolari d-dataset imsejjaħ MERITS sabiex il-kumpaniji jkunu kapaċi jiżviluppaw tali għodod għal passiġġieri bħala ippjanar ta’ vjaġġ pan-Ewropew komprensiv.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm l-għodod tekniċi għall-immaniġġar tal-verżjonijiet differenti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-applikazzjonijiet telematiċi.

3. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm l-għodod tekniċi għall-immaniġġar tal-verżjonijiet differenti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-applikazzjonijiet telematiċi u l-infurzar tal-kompatibbiltà, kemm ’l isfel u kif ukoll ’il fuq, ta’ dawn il-verżjonijiet differenti.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn wara l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 l-Aġenzija tħoss li r-regoli nazzjonali jippermettu li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali għall-interoperabilità, jiġu rrispettati s-CSMs u jintlaħqu s-CSTs, u li dawn ma jwasslux għal diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq it-tħaddim tat-trasport bil-ferrovija bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-valutazzjoni pożittiva tagħha. Il-Kummissjoni tista’ tivvalida r-regola fis-sistema tal-IT imsemmija fl-Artikolu 23

2. Fejn wara l-eżami msemmi u fl-iskadenzi ta' żmien fil-paragrafu 1 l-Aġenzija tħoss li r-regoli nazzjonali jippermettu li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali għall-interoperabilità, jiġu rrispettati s-CSMs u jintlaħqu s-CSTs, u li dawn ma jwasslux għal diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq it-tħaddim tat-trasport bil-ferrovija, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-valutazzjoni pożittiva tagħha. Il-Kummissjoni tista’ tivvalida r-regola fis-sistema tal-IT imsemmija fl-Artikolu 23

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli nazzjonali ma għandhomx iġibu magħhom diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ferrovjarju ġewwa Stat Membru.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma japplikawx għal regoli nazzjonali dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol u rekwiżiti ta’ kwalifiki u taħriġ għal persunal ferrovjarju b’kompiti rilevanti għas-sikurezza.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. Fil-każ ta' miżuri preventivi urġenti msemmija f'Artikolu 8 tad-Direttiva ... [id-Direttiva dwar is-Sikurezza] tu Artikolu 14(4) tad-Direttiva...... [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] b'mod partikolari wara l-aċċident jew l-inċident, l-Aġenzija għandha twassal għall-armonizzazzjoni tar-regola fil-livell tal-Unjoni, fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. Jekk ikun meħtieġ, l-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjoni jew opinjoni lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Jekk hemm bżonn li jiġu adottati regoli nazzjonali ġodda, dan il-proċess għandu jkun armonizzat safejn huwa possibbli fil-livell tal-Unjoni, taħt it-tmexxija tal-Aġenzija.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Aġenzija għandha teżamina r-regoli nazzjonali fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Biex jintlaħaq dan l-għan, l-Aġenzija tipproponi lill-Bord Maniġerjali pjan ta’ ħidma biex jinbeda dan l-eżami, fil-qafas tal-programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali msemmija fl-Artikolu 48. Kull sena, l-Aġenzija għandha tippreżenta f’rapport lill-Bord Maniġerjali l-istat tal-prograss fil-ħidmiet tagħha u r-riżultati miksuba skont l-Artikolu 50.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tistabbilixxi objettiv ċar ta’ analiżi tar-regoli nazzjonali fis-seħħ u tobbliga lill-Aġenzija tagħti rendikont tal-progress miksub f’dan il-qasam.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn wara l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 l-Aġenzija tħoss li r-regoli nazzjonali jippermettu li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali għall-interoperabilità, jiġu rrispettati s-CSMs u jintlaħqu s-CSTs, u li dawn ma jwasslux għal diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq it-tħaddim tat-trasport bil-ferrovija bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-valutazzjoni pożittiva tagħha. Il-Kummissjoni tista’ tivvalida r-regola fis-sistema tal-IT imsemmija fl-Artikolu 23

2. Fejn wara l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 l-Aġenzija tħoss li r-regoli nazzjonali jippermettu li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali għall-interoperabilità, jiġu rrispettati s-CSMs u jintlaħqu s-CSTs, u li dawn ma jwasslux għal diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq it-tħaddim tat-trasport bil-ferrovija, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-valutazzjoni pożittiva tagħha. Il-Kummissjoni tista’ tivvalida r-regola fis-sistema tal-IT imsemmija fl-Artikolu 23

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli nazzjonali ma għandhomx iġibu magħhom diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ferrovjarju ġewwa Stat Membru.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) toħroġ rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat li fiha tagħti r-raġunijiet għaliex ir-regola inkwistjoni għandha tiġi modifikata jew imħassra;

(a) toħroġ rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat, fejn tindika li għandha tiġi mħassra jew emendata immedjatament ir-regola problematika u li fiha tagħti r-raġunijiet għaliex din ir-regola għandha tiġi modifikata jew imħassra.

Ġustifikazzjoni

Għal aktar reattività u effiċjenza, huwa preferibbli li l-Aġenzija tinnotifika direttament lill-Istat Membru t-talba biex jemenda jew biex iħassar miżura problematika.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tinforma lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni negattiva tagħha.

(b) tinforma lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni negattiva tagħha u tibgħatilha r-rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-proċedura deskritta fil-paragrafi 2 u 3 għandha tapplika, mutatis mutandis, f’każijiet fejn l-Aġenzija ssir taf b’xi regola nazzjonali, innotifikata jew le, li tkun żejda jew f’kunflitt mas-CSMs, is-CSTs, it-TSIs jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fil-qasam ferrovjarju.

5. Il-proċedura deskritta fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandha tapplika, mutatis mutandis, f’każijiet fejn l-Aġenzija ssir taf jew tiġi infurmata b’xi regola nazzjonali, innotifikata jew le, li tkun żejda jew f’kunflitt mas-CSMs, is-CSTs, it-TSIs jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fil-qasam ferrovjarju jew li toħloq xi ostaklu mhux ġustifikat għas-suq ferrovjarju uniku. F’dan il-każ, japplikaw l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 1

Ġustifikazzjoni

Attur fis-settur ferrovjarju għandu jkun jista’ jikkuntattja lill-Aġenzija jekk huwa jiffaċċja regola li jqis li mhix konformi.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma japplikawx għal regoli nazzjonali dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol u rekwiżiti ta’ kwalifiki u taħriġ għal persunal ferrovjarju b’kompiti rilevanti għas-sikurezza.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22a

 

L-użu tal-bażi tad-dejta

 

L-Aġenzija għandha twettaq eżami tekniku tar-regoli nazzjonali fis-seħħ imsemmija fl-oqfsa leġiżlattivi nazzjonali disponibbli hekk kif elenkati fil-bażi tad-dejta tad-dokumenti ta’ referenza pubblikata mill-Aġenzija fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u timmaniġġja sistema ddedikata tal-IT li jkun fiha r-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikoli 21(1) u 22(1) u tagħmilha aċċessibbli għall-partijiet interessati u għall-pubbliku.

1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u timmaniġġja sistema ddedikata tal-IT li jkun fiha r-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikoli 21(1) u 22(1) u mezzi aċċettabbli nazzjonali ta' konformità msemmija fl-Artikolu 2(28a) tad-Direttiva ...[id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].. L-Aġenzija għandha tagħmilha aċċessibbli għall-partijiet interessati u għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Il-“mezzi nazzjonali aċċettabbli ta’ konformità” għandhom ikunu aċċessibbli u trasparenti minħabba li jikkostitwixxu l-aktar mezz faċli biex tintwera l-konformità mar-regoli nazzjonali. Il-mezzi nazzjonali aċċettabbli ta' konformità msemmija għandhom jiġu notifikati lill-Aġenzija.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe regola nazzjonali eżistenti li ma tkunx ġiet notifikata sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikoli 21(1) u 22(1) lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni permezz tas-sistema tal-IT imsemmija fil-paragrafu 1. L-Aġenzija għandha tippubblika r-regoli f’din is-sistema u tużaha sabiex tinforma lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 21 u 22.

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikoli 21(1) u 22(1) lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni permezz tas-sistema tal-IT imsemmija fil-paragrafu 1. L-Aġenzija għandha tippubblika r-regoli f’din is-sistema u tużaha sabiex tinforma lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 21 u 22. L-Aġenzija għandha tuża sistema tal-IT biex tinforma lill-Kummissjoni dwar kull rakkomandazzjoni negattiva mibgħuta lil Stat Membru skont l-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 22(3)(b).

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Aġenzija għandha tagħmel ukoll l-istatus tal-evalwazzjoni ta’ dawk ir-regoli u, meta jkunu kompluti, ir-riżultati tal-evalwazzjoni, disponibbli għall-pubbliku permezz tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba biex tiżgura trasparenza massima fil-proċess tal-applikazzjoni.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Aġenzija għandha tirrakkomanda l-adozzjoni ta’ verżjoni ġdida tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ERTMS. Madankollu, hija għandha tagħmel dan biss meta l-verżjoni preċedenti tkun intużat b’rata suffiċjenti. L-iżvilupp ta’ verżjonijiet ġodda ma għandux ikun ta’ dannu għar-rata tal-użu tal-ERTMS, l-istabilità tal-ispeċifikazzjonijiet li hija meħtieġa sabiex tiġi ottimizzata l-produzzjoni tal-apparat tal-ERTMS, ir-redditu fuq l-investiment għall-impriżi ferrovjarji u l-ippjanar effiċjenti tal-użu tal-ERTMS.

3. L-Aġenzija għandha tirrakkomanda l-adozzjoni ta’ verżjoni ġdida tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ERTMS. Madankollu, hija għandha tagħmel dan biss meta l-verżjoni preċedenti tkun intużat b’rata suffiċjenti. L-iżvilupp ta’ verżjonijiet ġodda ma għandux ikun ta’ dannu għar-rata tal-użu tal-ERTMS, l-istabilità tal-ispeċifikazzjonijiet li hija meħtieġa sabiex tiġi ottimizzata l-produzzjoni tal-apparat tal-ERTMS, ir-redditu fuq l-investiment għall-impriżi ferrovjarji, detenturi u l-ippjanar effiċjenti tal-użu tal-ERTMS.

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu japplika wkoll għad-detenturi ta’ vetturi.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Aġenzija tista’ tassisti lill-impriżi ferrovjarji, fuq talba tagħhom, biex jiċċekkjaw il-kompatibbiltà teknika u operattiva bejn l-ERTMS abbord u s-sottosistemi maġenb il-binarji qabel ma jpoġġu vettura fis-servizz.

1. L-Aġenzija għandha tassisti lill-impriżi ferrovjarji, fuq talba tagħhom, biex jiċċekkjaw il-kompatibbiltà teknika u operattiva bejn l-ERTMS abbord u s-sottosistemi maġenb il-binarji qabel ma jpoġġu vettura fis-servizz.

Ġustifikazzjoni

F’każ ta’ talba minn impriża ferrovjarja, l-Aġenzija għandha l-obbligu li tassistiha biex tikkontrolla l-kompatibbiltà teknika u operattiva bejn is-sottosistemi ERTMS abbord u maġenb il-binarji qabel ma vettura titpoġġa fis-servizz.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn l-Aġenzija ssib li jkun hemm riskju ta’ nuqqas ta’ kompatibbiltà teknika u operattiva bejn in-netwerks u l-vetturi mgħammra b’apparat tal-ERTMS fil-kuntest ta’ proġetti speċifiċi tal-ERTMS, hija tista’ titlob lill-atturi xierqa, b’mod partikolari l-manifatturi, il-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, sabiex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-proċeduri applikati għall-verifika tal-'KE' u t-tqegħid fis-servizz, u għall-kundizzjonijiet operattivi. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar tali riskju u, jekk ikun meħtieġ, tirrakkomanda miżuri xierqa lill-Kummissjoni.

2. Fejn l-Aġenzija ssib li jkun hemm riskju ta’ nuqqas ta’ kompatibbiltà teknika u operattiva bejn in-netwerks u l-vetturi mgħammra b’apparat tal-ERTMS, hija tista’ titlob lill-atturi xierqa, b’mod partikolari l-manifatturi, il-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità, l-impriżi ferrovjarji, id-detenturi, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, sabiex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-proċeduri applikati għall-verifika tal-'KE' u t-tqegħid fis-servizz, u għall-kundizzjonijiet operattivi. L-Aġenzija għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni dwar tali riskju u, jekk ikun meħtieġ, tirrakkomanda miżuri xierqa lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

L-impriżi ferrovjarji mhumiex l-uniċi kandidati possibbli għas-sistemi ERTMS; id-detenturi ukoll jistgħu jkunu interessati. L-assistenza tal-Aġenzija fir-rigward tal-ERTMS tista’ tinteressa wkoll lill-maniġers ta’ infrastruttura.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Aġenzija għandha twaqqaf binarju u laboratorju tal-ittestjar għal ittestjar ċentralizzat maġenb il-binarji tal-ERTMS u abbord tagħmir.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Jekk l-Aġenzija jkollha dubji dwar il-prestazzjoni ta’ laboratorju akkreditat, din għandha tinnotifika lill-korp ta’ akkreditazzjoni kompetenti dwar dan, kif ukoll lill-Istat ikkonċernat u lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. L-Aġenzija tiġi mistiedna biex tipparteċipa bħala osservatriċi fil-valuazzjoni miż-żewġ naħat. Meta jitqajmu dubji, l-Aġenzija għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru konċernat u lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tistabbilixxi proċedura ta’ twissja meta l-Aġenzija tqis li laboratorju akkreditat ma jkunx qed jissodisfa l-funzjonijiet tiegħu b’mod sodisfaċenti.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk l-Aġenzija tħoss li n-nuqqasijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jimpedixxu lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata milli twettaq b’mod effettiv il-kompiti tagħha b’rabta mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja, l-Aġenzija għandha tirrakkomanda lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza biex tieħu l-passi xierqa fi żmien li għandu jiġi definit billi titqies l-importanza tan-nuqqas.

4. Jekk l-Aġenzija tħoss li n-nuqqasijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jimpedixxu lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata milli twettaq b’mod effettiv il-kompiti tagħha b’rabta mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja, l-Aġenzija għandha tirrakkomanda lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza biex tieħu l-passi xierqa fi żmien li għandha tiddefinixxi billi titqies l-importanza tan-nuqqas.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 10(2a) tad-Direttiva [id-Direttiva dwar is-Sikurezza] u l-Artikolu 20(9a) tad-Direttiva ... [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] jekk l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jieħdux deċiżjonijiet kunflittwali u jekk ma tintlaħaq l-ebda deċiżjoni aċċettabbli reċiprokament, l-applikant ikkonċernat minn dawk id-deċiżjonijiet jew awtorità nazzjonali tas-sikurezza li hi nvoluta tista' tirreferi d-deċiżjonijiet lill-Aġenzija li għandha tieħu deċiżjoni.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Aġenzija għandha tappoġġja l-akkreditazzjoni armonizzata tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità, b’mod partikolari billi tagħti gwida xierqa dwar il-kriterji ta’ evalwazzjoni u l-proċeduri sabiex jiġi valutat jekk il-korpi notifikati jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] lill-korpi tal-akkreditazzjoni, permezz tal-infrastruttura Ewropea ta’ akkreditament rikonoxxuta mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93.

2. L-Aġenzija għandha tappoġġja l-akkreditazzjoni armonizzata tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità, b’mod partikolari billi tagħti gwida xierqa dwar il-kriterji ta’ evalwazzjoni u l-proċeduri sabiex jiġi valutat jekk il-korpi notifikati jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fil-Kapitolu 6 tad-Direttiva ../../.UE [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] lill-korpi tal-akkreditazzjoni, permezz tal-infrastruttura Ewropea ta’ akkreditament rikonoxxuta mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93.

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li titneħħa r-referenza għall-Artikolu 27 u li din tinbidel b'referenza għall-Kapitolu 6 tad-Direttiva dwar l-Interoperabilità, li tistipula r-rekwiżiti applikabbli għall-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Aġenzija għandha toħroġ rapporti tal-awditjar li jkopru l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 u tibgħathom lill-korp innotifikat ta’ valutazzjoni tal-impatt ikkonċernat u lill-Kummissjoni. Kull rapport tal-awditjar għandu jinkludi, b’mod partikolari, kwalunkwe defiċjenzi identifikati mill-Aġenzija u r-rakkomandazzjonijiet għat-titjib. Jekk l-Aġenzija tqis li dawn in-nuqqasijiet jimpedixxu lill-korp innotifikat ikkonċernat milli jwettaq b’mod effettiv il-kompiti tiegħu b’rabta mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja, l-Aġenzija għandha tadotta rakkomandazzjoni li fiha titlob lill-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp innotifikat biex jieħu passi xierqa fi żmien limitat.

4. L-Aġenzija għandha toħroġ rapporti tal-awditjar li jkopru l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 u tibgħathom lill-korp innotifikat ta’ valutazzjoni tal-impatt ikkonċernat u lill-Kummissjoni. Kull rapport tal-awditjar għandu jinkludi, b’mod partikolari, kwalunkwe defiċjenzi identifikati mill-Aġenzija u r-rakkomandazzjonijiet għat-titjib. Jekk l-Aġenzija tqis li dawn in-nuqqasijiet jimpedixxu lill-korp innotifikat ikkonċernat milli jwettaq b’mod effettiv il-kompiti tiegħu b’rabta mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja, l-Aġenzija għandha tadotta rakkomandazzjoni li fiha titlob lill-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp innotifikat biex jieħu passi xierqa fi żmien limitat stipulat mill-Aġenzija.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-prestazzjoni globali tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja. L-Aġenzija tista’, b’mod partikolari, tfittex l-assistenza tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34, inkluż il-ġbir ta’ dejta. L-Aġenzija għandha tuża wkoll id-dejta miġbura mill-Eurostat u għandha tikkoopera mal-Eurostat biex tevita kwalunkwe duplikazzjoni tax-xogħol u biex tassigura l-konsistenza metodoloġika bejn l-indikaturi komuni tas-sikurezza u l-indikaturi użati f’modalitajiet oħra ta' trasport.

2. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-prestazzjoni globali tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja u l-qafas regolatorju tas-sikurezza. L-Aġenzija tista’, b’mod partikolari, tfittex l-assistenza tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34, inkluż il-ġbir ta’ dejta. L-Aġenzija għandha tuża wkoll id-dejta miġbura mill-Eurostat u għandha tikkoopera mal-Eurostat biex tevita kwalunkwe duplikazzjoni tax-xogħol u biex tassigura l-konsistenza metodoloġika bejn l-indikaturi komuni tas-sikurezza u l-indikaturi użati f’modalitajiet oħra ta' trasport.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar kif tista’ tittejjeb l-interoperabilità tas-sistemi ferrovjarji, b’mod partikolari billi tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura, jew bejn l-amministraturi tal-infrastruttura.

3. L-Aġenzija għandha tiżviluppa sistema ta’ rappurtaġġ u monitoraġġ ta’ inċidenti komuni.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-progress dwar l-interoperabilità u s-sikurezza tas-sistemi ferrovjarji. Kull sentejn hija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni u tippubblika rapport dwar il-progress fuq l-interoperabilità u s-sikurezza fiż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea.

4. L-Aġenzija għandha timmonitorja u tivvaluta l-progress dwar l-interoperabilità u s-sikurezza tas-sistemi ferrovjarji u l-ispejjeż u l-vantaġġi relattivi. Kull sentejn hija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni u tippubblika rapport dwar il-progress fuq l-interoperabilità u s-sikurezza fiż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea.

Ġustifikazzjoni

L-interoperabilità u s-sikurezza huma aspetti intrinsikament marbuta li t-tnejn għandhom ikunu koperti. Analiżi kompleta għandha tiġi miżjuda sabiex tkun permessa valutazzjoni ċara tal-vantaġġi miksuba u l-ispejjeż meħtieġa.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Aġenzija tista’ tiġi mitluba mill-Kummissjoni biex twettaq kompiti oħra relatati mal-persunal ferrovjarju skont id-Direttiva 2007/59/KE.

2. L-Aġenzija tista’ tiġi mitluba mill-Kummissjoni biex twettaq kompiti oħra relatati mal-persunal ferrovjarju skont id-Direttiva 2007/59/KE u b’rabta ma’ persunal ferrovjarju fdat b’kompiti kritiċi għas-sikurezza mhux koperti mid-Direttiva 2007/59/KE.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm ir-reġistri Ewropej previsti fl-Artikolu 43, 44 u 45 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità]. L-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema għar-reġistri u l-bażi tad-dejta kollha msemmija fid-Direttivi dwar is-Sikurezza, l-Interoperabilità u s-Sewwieqa tal-Ferroviji. Dan għandu jinkludi b’mod partikolari:

1. L-Aġenzija għandha tiddefinixxi r-reġistri Ewropej previsti fl-Artikolu 43, 44 u 45 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] f’format prattiku, effiċjenti u faċli għall-utent sabiex jappoġġja b’mod sħiħ il-ħtiġijiet kummerċjali u operazzjonali. L-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema għar-reġistri u l-bażi tad-dejta kollha msemmija fid-Direttivi dwar is-Sikurezza, l-Interoperabilità u s-Sewwieqa tal-Ferroviji. Dan għandu jinkludi b’mod partikolari:

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija għandha tiddefinixxi l-karatteristiċi tar-reġistri Ewropej.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) it-twaqqif u ż-żamma ta’ reġistri msemmija fil-punti (g), (i) u (ma).

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija għandha tiddefinixxi l-karatteristiċi tar-reġistri Ewropej.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew tal-Vetturi

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi:

 

(a) għandu jinżamm mill-Aġenzija

 

(b) għandu jkun pubbliku

 

(c) għandu jiġi inkorporat fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi mhux iżjed tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, id-dokument tat-tip ta’ format. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75.

 

(d) għandu jinkludi għall-inqas id-dettalji li ġejjin għal kull tip ta’ vettura:

 

(i) il-karatteristiċi tekniċi tat-tip ta’ vettura, kif definiti fit-TSIs rilevanti;

 

(ii) l-isem tal-manifattur;

 

(iii) id-dati u r-referenzi tal-awtorizzazzjonijiet suċċessivi għal dak it-tip ta’ vettura, inklużi kwalunkwe restrizzjoni jew irtirar, u l-Istati Membri li jagħtu l-awtorizzazzjoni;

 

(iv) il-karatteristiċi tad-disinn intiżi għal persuni b’mobilità ridotta u persuni b’diżabilitajiet.

 

Meta l-Aġenzija toħroġ, iġġedded, temenda, tissospendi jew tirrevoka awtorizzazzjoni li tqiegħed tipi ta’ vettura fis-servizz, hi għandha taġġorna r-reġistru bla dewmien.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Aġenzija għandha tagħmel pubblikament disponibbli d-dokumenti u r-reġistri li ġejjin previsti mid-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] u d-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]:

2. L-Aġenzija għandha tagħmel pubblikament disponibbli d-dokumenti u r-reġistri li ġejjin previsti mid-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] u d-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] permezz ta’ soluzzjoni tal-IT implimentata, faċli biex tintuża u faċilment aċċessibbli:

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) ir-regoli nazzjonali nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] u l-Artikoli 14 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità];

(f) ir-regoli nazzjonali nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] u l-Artikolu 14 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] kif ukoll il-valutazzjoni tagħhom mill-Aġenzija;

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) ir-reġistri tal-vetturi, inkluż permezz ta’ links mar-reġistri nazzjonali rilevanti;

(g) ir-reġistru Ewropew tal-vetturi;

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 33 ‑ paragrafu 2 ‑ punt ma (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ma) ir-reġistru ta’ entitajiet ċertifikati inkarigati mill-manutenzjoni, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza]

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji u ċ-ċertifikati msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2 għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija fi żmien xahar minn kull deċiżjoni individwali ta’ ħruġ, tiġdid, emenda jew revoka ta’ dawk il-liċenzji u ċertifikati.

5. L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji u ċ-ċertifikati msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2 għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija fi żmien għaxart ijiem minn kull deċiżjoni individwali ta’ ħruġ, tiġdid, emenda jew revoka ta’ dawk il-liċenzji u ċertifikati.

Ġustifikazzjoni

Fl-era ta’ teknoloġija tal-informazzjoni moderna, huwa diffiċli li dak li jkun jifhem għalfejn l-awtoritajiet nazzjonali għandhom idumu xahar biex jibagħtu d-deċiżjonijiet li diġà jkunu ħadu.

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Netwerks ta’ awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, korpi ta’ investigazzjoni u korpi rappreżentattivi

Netwerks ta’ awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u korpi rappreżentattivi

Ġustifikazzjoni

B’kunsiderazzjoni tal-prerogattivi l-ġodda tal-Aġenzija, din tista’ soġġetta għal investigazzjoni mill-korpi tal-investigazzjoni. B’konsegwenza, huwa meħtieġ li tkun żgurata l-indipendenza tagħhom fir-rigward tagħha. Għalhekk, qed ikun propost li jitħassar kull kunċett ta’ “korp ta’ investigazzjoni” f’dan l-Artikolu u li jitfassal wieħed ġdid, intitolat 34a, li jispeċifika r-rabtiet bejn l-Aġenzija u l-korpi ta’ investigazzjoni li jistgħu jibqgħu jeżistu.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi netwerk tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u netwerk tal-korpi ta’ investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tad-Direttiva…/… [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-Aġenzija għandha tipprovdilhom segretarjat. Il-kompiti tan-netwerks għandhom ikunu, b’mod partikolari:

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi netwerk tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 17(4) tad-Direttiva…/… [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-Aġenzija għandha tipprovdilhom segretarjat. Il-kompiti tan-netwerks għandhom ikunu, b’mod partikolari:

Ġustifikazzjoni

Qed tkun proposta emenda ta’ koerenza mal-Artikolu 17(4) tad-Direttiva “sikurezza” li tipprevedi l-eżistenza ta’ netwerk tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) il-provvista ta' informazzjoni lill-Aġenzija, jekk meħtieġ, dwar nuqqasijiet fis-setgħa mogħtija mid-Direttiva [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] u tad-Direttiva [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda iżżid mal-obbligi tan-netwerk tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza filwaqt li tistedinhom jinfurmaw lill-Aġenzija jekk dan in-netwerk josserva nuqqas fil-leġiżlazzjoni sekondarja li tirriżulta mid- dwar is-Sikurezza Ferrovjarja u d-Direttiva dwar l-Interoperabilità.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi netwerk ta’ korpi rappreżentattivi mis-settur ferrovjarju li jaġixxu fil-livell tal-Unjoni. Il-lista ta’ dawn il-korpi għandha tiġi definita f’att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 75. L-Aġenzija għandha tipprovdi lin-netwerk b’segretarjat. Il-kompiti tan-netwerk għandhom ikunu, b’mod partikolari:

2. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi netwerk ta’ korpi rappreżentattivi mis-settur ferrovjarju, inklużi rappreżentanti ta’ passiġġieri, passiġġieri b’mobilità ridotta u impjegati, li jaġixxu fil-livell tal-Unjoni. Il-lista ta’ dawn il-korpi għandha tiġi definita f’att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 75. L-Aġenzija għandha tipprovdi lin-netwerk b’segretarjat. Il-kompiti tan-netwerk għandhom ikunu, b’mod partikolari:

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għad-derogi previsti mill-Artikolu 9 tad-Direttiva […] [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja], l-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, teżamina, mill-perspettiva tal-interoperabilità u s-sikurezza, kwalunkwe proġett li jinvolvi d-disinn, il-kostruzzjoni, it-tiġdid jew l-aġġornament tas-sottosistema li għaliha tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni.

Mingħajr preġudizzju għad-derogi previsti mill-Artikolu 9 tad-Direttiva […] [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja], l-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, teżamina, mill-perspettiva tal-interoperabilità u s-sikurezza, kwalunkwe proġett li jinvolvi d-disinn, il-kostruzzjoni, it-tiġdid jew l-aġġornament tas-sottosistema li għaliha tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni. Fil-każ ta’ proġetti ffinanzjati taħt il-programm tan-Netwerk trans-Ewropew tat-transport (TEN-T), l-Aġenzija għandha tikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija Eżekuttiva TEN-T .

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta strateġija għar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet li għalihom l-Aġenzija tkun kompetenti. Din l-istrateġija għandha tiġi inkluża fil-programm ta’ ħidma annwali u pluriennali tal-Aġenzija, bi speċifikazzjoni tar-riżorsi assoċjati.

3. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta strateġija għar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet li għalihom l-Aġenzija tkun kompetenti. Din l-istrateġija għandha tiġi inkluża fil-programm ta’ ħidma annwali u pluriennali tal-Aġenzija, bi speċifikazzjoni tar-riżorsi assoċjati. L-istrateġija għandha tfittex li tiżgura li l-attivitajiet tal-Aġenzija jiffaċilitaw l-aċċess reċiproku tal-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni għas-swieq ferrovjarji ta’ pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

L-istrateġija għal relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi għandha tagħti prijorità lill-promozzjoni ta’ aċċess ġust u reċiproku għall-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni Ewropea għas-swieq ta’ pajjiżi terzi.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta' spare parts ferrovjarji potenzjali li għandhom jiġu standardizzati. Għal dan il-għan, l-Aġenzija tista’ tistabbilixxi grupp ta’ ħidma sabiex jikkoordina l-attivitajiet tal-partijiet interessati u tista’ tistabbilixxi kuntatti mal-korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni. L-Aġenzija għandha tippreżenta rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kummissjoni.

L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta' spare parts ferrovjarji potenzjali li għandhom jiġu standardizzati. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi grupp ta’ ħidma sabiex jikkoordina l-attivitajiet tal-partijiet interessati u għandha tistabbilixxi kuntatti mal-korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni. L-Aġenzija għandha tippreżenta rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi stimulat is-suq għal vetturi ferrovjarji u t-tnaqqis tal-ispejjeż għal impriżi ferrovjarji, hemm bżonn li jiġu żviluppati approvazzjonijiet tat-tip għal spare parts.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun iffurmat minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u erba’ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bid-dritt tal-vot.

1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun iffurmat minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bid-dritt tal-vot.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-mandat tal-membri għandu jkun ta’ erba’ snin u jista’ jiġġedded.

4. Il-mandat tal-membri għandu jkun ta' ħames snin u jista’ jiġġedded darba.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun għal erba’ snin u jista’ jiġġedded. Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord Maniġerjali tintemm fi kwalunkwe ħin matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi wkoll f’dik id-data b’mod awtomatiku.

2. Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun għal ħames snin u jista’ jiġġedded darba. Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord Maniġerjali tintemm fi kwalunkwe ħin matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi wkoll f’dik id-data b’mod awtomatiku.

Ġustifikazzjoni

Emenda b’riżultat tal-emenda għall-Artikolu 43(4).

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-President tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni għandu jiddeċiedi jekk jaċċettax jew le talba ta’ rikuża rigward membru tal-Bord tal-Appell, skont l-Artikolu 53(3a), u jinnomina, jekk ikun meħtieġ, membru temporanju għall-Bord tal-Appell skont l-Artikolu 53(3b).

Ġustifikazzjoni

Meta membru tal-Bord tal-Appell jirrifjuta talba ta’ rikuża, parti terza newtrali għandha tiddeċiedi jekk din it-talba hix ġustifikata jew le. Barra minn dan, jekk l-ebda wieħed mill-membri nominati mill-Bord Maniġerjali ma jkun jista’ jippresjedi f’każ, il-Bord tal-Appell għandu jkun kompletat kif xieraq, malajr kemm jista’ jkun. Din l-emenda, f’koerenza ma’ dik proposta fl-Artikolu 53, iżżid dawn id-deċiżjonijiet mal-istess kompetenzi taċ-Chairman tal-Bord Maniġerjali.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jieħu sehem fil-laqgħat.

1. Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jieħu sehem fil-laqgħat ħlief jekk il-Bord Maniġerjali jkollu jiddeċiedi dwar deċiżjoni relatata mal-Artikolu 64.

Ġustifikazzjoni

Persuna li tista’ tkun suġġetta għal inkjesta jew għal tneħħija tal-immunità tagħha ma tistax tkun inkluża fil-proċess ta’ deċiżjoni relatat ma’ dawn il-kwistjonijiet. Din l-emenda tiġbed il-konklużjoni ta’ dan il-prinċipju billi tipprojbixxi lid-Direttur Eżekuttiv milli jipparteċipa jew jassisti f’laqgħat tal-Bord Maniġerjali li jkun qed jittratta kwistjonijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 64.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) jadotta strateġija kontra l-frodi, li tkun proporzjonata mar-riskji ta’ frodi wara li jitqiesu l-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati;

(l) jadotta strateġija kontra l-frodi u favur it-trasparenza, li tkun proporzjonata mar-riskji ta’ frodi wara li jitqiesu l-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati;

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n) jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tal-Bord Maniġerjali u tal-Bord tal-Appell.

(n) jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fl-Aġenzija kif stabbilit fl-Artikolu 68a u fir-rigward tal-membri tal-Bord Maniġerjali u tal-Bord tal-Appell.

Ġustifikazzjoni

Il-Bord Maniġerjali għandu jkun jeħtieġ li jiżviluppa politika ta’ kunflitt ta’ interess, mhux biss fir-rigward tal-membri taż-żewġ bords, iżda bħala politika ġenerali għall-Aġenzija. Ara ż-żieda ġdida suġġerita f’artikolu 68a ġdid għall-introduzzjoni ta’ sett komplut ta’ regoli għall-ġestjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflit ta’ interess.

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta, skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom din id-delega tas-setgħat tista' tkun sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv huwa awtorizzat li jissottodelega dawn is-setgħat.

Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta, skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom din id-delega tas-setgħat tista' tkun sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv huwa awtorizzat li jissottodelega dawn is-setgħat. Din it-tip ta' sottodelega ta' setgħat ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabilità tiegħu jew tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti rendikont lill-Bord Maniġerjali dwar din id-delega u s-sottodelegi.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'applikazzjoni tas-subparagrafu preċedenti, fejn ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna jitolbu dan, il-Bord Maniġerjali jista’, permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delegazzjoni ta' setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal għajr id-Direttur Eżekuttiv.

B'applikazzjoni tas-subparagrafu preċedenti, fejn ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna jitolbu dan, il-Bord Maniġerjali jista’, permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delegazzjoni ta' setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal għajr id-Direttur Eżekuttiv. Id-delegat għandu jinforma lill-Bord Maniġerjali dwar din it-tip ta' delega.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Bord Maniġerjali għandu jneħħi l-immunità tal-Aġenzija jew tal-persunal tagħha, preżent jew passat, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 64.

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mal-Artikolu 64, din l-emenda żżid il-kompetenza marbuta mat-tneħħija tal-immunità tal-Aġenzija jew tal-persunal tal-Bord Maniġerjali.

Emenda  121

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali tal-Unjoni. Jekk, fi żmien 15-il jum mill-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma, il-Kummissjoni tesprimi n-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-programm, il-Bord Maniġerjali għandu jerġa’ jeżaminah u jadottah, kif emendat jekk ikun meħtieġ, fi żmien xahrejn, fit-tieni qari jew b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, inkluż mir-rappreżentanti kollha tal-Kummissjoni, jew b’unanimità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri.

2. Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali tal-Unjoni. Jekk, fi żmien 15-il jum mill-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma, il-Kummissjoni tesprimi n-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-programm, il-Bord Maniġerjali għandu jerġa’ jeżaminah u jadottah, kif emendat jekk ikun meħtieġ, fi żmien xahrejn, fit-tieni qari b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, inkluż mir-rappreżentanti kollha tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-preżenza tar-rappreżentanti tal-Istati Membri diġà tiżguralhom maġġoranza ta’ żewġ terzi f’każ ta’ pożizzjoni ta’ qbil.

Emenda  122

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi Bord tal-Appell wieħed jew aktar.

1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi Bord tal-Appell indipendenti wieħed jew aktar.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm, għal raġunijiet prattiċi, il-Bords tal-Appell ma jistgħux ikunu kompletament separati mill-Aġenzija, dawn għandhom ikunu indipendenti f’termini ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Biex jinkiseb dan l-għan, dawn għandhom ikunu separati mil-lat funzjonali u organizzazzjonali minn partijiet oħrajn tal-Aġenzija.

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-kwalifiki meħtieġa għal kull wieħed mill-membri tal-Bord tal-Appell, is-setgħa ta’ kull wieħed mill-membri tiegħu fil-fażi preparatorja ta’ teħid ta' deċiżjoni u l-kundizzjonijiet tal-vot għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni bl-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 48(3) tad-Direttiva ... [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].

Ġustifikazzjoni

Qed ikun propost li att adottat mill-Kumitat għall-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja jiddefinixxi l-kwalifiki meħtieġa għal kull wieħed mill-membri tal-Bord tal-Appell, is-setgħa ta’ kull wieħed mill-membri tiegħu fil-fażi preparatorja għad-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet, u l-kundizzjonijiet tal-voti.

Emenda  124

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-mandat tal-membri u tas-sostituti ta’ Bord tal-Appell għandu jkun ta’ erba’ snin u jista’ jiġi mġedded.

1. Il-mandat tal-membri u tas-sostituti ta’ Bord tal-Appell għandu jkun ta’ ħames snin u jista’ jiġi mġedded darba.

Ġustifikazzjoni

Għall-iżgurar tal-konformità mal-emendi magħmula fl-Artikoli 43 u 44.

Emenda  125

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-membri ta’ Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti u ma jistgħux iwettqu kompiti oħra fi ħdan l-Aġenzija. Fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom huma ma għandhom ikunu marbuta bl-ebda struzzjoni.

2. Il-membri ta’ Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti mill-partijiet kollha kkonċernati mill-appell. Huma ma jistgħux iwettqu kompiti oħra fi ħdan l-Aġenzija jew fil-Kummissjoni. Fit-teħid tad-deċiżjonijiet jew meta jagħtu l-opinjonijiet tagħhom huma ma għandhom ikunu marbuta bl-ebda struzzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tippreċiża u tipproporzjona r-rekwiżit ta' indipendenza tal-membri tal-Bord, li għandha tikkonċerna biss il-partijiet tal-appell li huma għandhom isiru jafu bihom. Min-naħa l-oħra, dan ir-rekwiżit għandu jeżisti kemm għal appell fejn trid tinkiseb opinjoni kif ukoll matul appelli li jwasslu għal teħid ta' deċiżjoni tal-Bord.

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-membri tal-Bord tal-Appell ma jistgħux jieħdu sehem fi proċedimenti tal-appell jekk ikollhom interess personali fil-proċedimenti, jekk kienu involuti qabel bħala rappreżentanti ta’ xi waħda mill-partijiet fil-proċedimenti, jew jekk ikunu pparteċipaw fid-deċiżjoni appellata.

1. Il-membri tal-Bord tal-Appell ma jistgħux jieħdu sehem fi proċedimenti tal-appell jekk ikollhom interess personali fil-proċedimenti, jekk kienu involuti qabel bħala rappreżentanti ta’ xi waħda mill-partijiet fil-proċedimenti, jew jekk ikunu pparteċipaw fid-deċiżjoni appellata, inkluż, fil-każ ta’ appell li jkun sar skont l-Artikolu 54(1), billi jagħtu opinjoni skont l-Artikolu 54(4) fir-rigward tal-istess awtorizzazzjoni jew tal-istess ċertifikat.

Ġustifikazzjoni

Bl-għan li jkun żgurat rispett sħiħ tal-prinċipju tal-imparzjalità, l-inkompatibilità ta’ wieħed mill-membri tal-Bord matul proċedura ta' appell għandha tkun estiża għall-opinjonijiet mogħtija fil-kuntest ta' proċedura amikevoli biex jiġu regolati d-differenzi bejn l-Aġenzija u l-NSA li l-membru kkonċernat tal-Bord tal-Appell ikun ipparteċipa fiha, u dwar l-istess awtorizzazzjoni jew l-istess ċertifikat.

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-membri tal-Bord tal-Appell li jqisu li ma għandhomx jipparteċipaw fi proċediment ta’ appell, għal xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew għal kwalunkwe raġuni oħra, għandhom jinfurmaw lill-Bord tal-Appell li jiddeċiedi dwar l-esklużjoni kif xieraq.

2. Il-membri tal-Bord tal-Appell li jqisu li ma għandhomx jipparteċipaw fi proċediment ta’ appell, għal xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew għal kwalunkwe raġuni oħra, għandhom jinfurmaw lill-Bord tal-Appell bid-deċiżjoni tagħhom li jastjenu milli jipparteċipaw.

Ġustifikazzjoni

Jekk membru tal-Bord iqis li huwa jinsab f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi, hija r-responsabilità tiegħu li jiddeċiedi li jastjeni milli jipparteċipa, u l-Bord ma jkunx jista' jopponi din id-deċiżjoni. Artikolu 53a

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Parti tista’ titlob li membru tal-Bord tal-Appell jiġi eskluż permezz ta’ talba bil-miktub indirizzata lill-President tal-Bord Maniġerjali. It-talba ta’ rikuża għandha tkun motivata minn waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew minħabba riskju ta’ parzjalità. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti ta' appoġġ rilevanti. Sabiex tkun ammissibbli, it-talba għandha tiġi ppreżentata qabel il-bidu tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell, jew, f’każ li l-informazzjoni li tagħti l-bażi għat-talba ta’ rikuża issir magħrufa wara l-ftuħ tal-proċedura, fi żmien ħamest ijiem minn meta l-parti li tkun qed tagħmel it-tlaba ssir taf biha.

 

It-talba għandha tiġi kkomunikata lill-membru tal-Bord tal-Appell ikkonċernat. Dan tal-aħħar għandu jgħid jekk jaċċettax ir-rikuża fi żmien ħamest ijiem minn meta jiġi notifikat dwar it-talba ta’ rikuża. F’każ kuntrarju, il-President tal-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi fi żmien sebat ijiem ta’ ħidma wara r-risposta tal-membru kkonċernat, jew jekk dan ma jkunx ta risposta, wara li jkun skada ż-żmien impost biex dan jagħti r-risposta tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiddefinixxi l-proċedura li biha l-partijiet jistgħu jitolbu r-rikuża ta’ membru tal-bord bil-għan li jinkisbu l-garanziji kollha ta’ imparzjalità, u fl-istess ħin, biex tkun evitata kull tattika biex jintilef il-ħin.

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Il-Bord tal-Appell għandi jagħti l-opinjoni jew id-deċiżjoni tiegħu mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru li jkun iddeċieda li ma jipparteċipax jew li jkun ġie eskluż minħabba rikuża skont il-paragrafi 2 u 3. Sabiex tittieħed id-deċiżjoni jew tingħata l-opinjoni, il-membru konċernat jiġi sostitwit fuq il-Bord tal-Appel mill-membru supplenti tiegħu.

 

Jekk għal xi raġuni l-membru supplenti ma jkunx jista’ jipparteċipa, il-President tal-Bord Maniġerjali għandu jaħtar membru temporanju għall-Bord li jintgħażel mil-lista msemmija fl-Artikolu 51(3), sabiex jissostitwih f’din il-kwistjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprevedi l-konsegwenzi f'każ ta’ nuqqas ta’ parteċipazzjoni ta’ membru wieħed jew diversi membri tal-Bord.

Emenda  130

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Jista’ jitressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell kontra deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18.

1. Jista’ jitressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell kontra deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18 jew kontra r-rakkomandazzjonijiet maħruġa skont l-Artikoli 21 u 22 jew kontra l-falliment mill-Aġenzija li twieġeb fi żmien il-limiti ta' żmien prestabbiliti.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ fejn l-Aġenzija ma taġixxix jew ma tieħux deċiħzjoni fi żmien stabbilit, il-persuni li jistgħu jressqu appell (skont l-Artikolu 55) huma awtorizzati li jippreparaw appell.

Emenda  131

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Appell imressaq skont il-paragrafu 1 ma għandux ikollu effett sospensiv. L-Aġenzija tista’, madankollu, tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li jkun sar appell kontriha, jekk hija tħoss li ċ-ċirkustanzi jippermettu dan.

2. Appell imressaq skont il-paragrafu 1 ma għandux ikollu effett sospensiv. L-Aġenzija tista’, madankollu, tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li jkun sar appell kontriha, jekk hija tħoss li ċ-ċirkustanzi jippermettu dan u sakemm is-sospensjoni ta’ din id-deċiżjoni ma jkollhiex effett fuq is-sikurezza ferrovjarja.

Ġustifikazzjoni

Is-sospensjoni ta’ deċiżjoni matul proċedura ma għandhiex tipperikola s-sikurezza. Din l-emenda tipprojbixxi s-sospensjoni ta’ deċiżjoni jekk ikun hemm riskju li s-sikurezza tkun f’periklu.

Emenda  132

Proposta għal regolament

Artikolu 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Persuni intitolati li jappellaw, il-limitu taż-żmien u l-forma

Persuni intitolati li jappellaw, il-limiti taż-żmien u l-forma

1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tappella kontra deċiżjoni indirizzata lil dik il-persuna mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18.

1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tappella kontra deċiżjoni indirizzata lil dik il-persuna mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18 jew kontra n-nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni fiż-żmien stabbilit. Dawn id-drittijiet għandhom japplikaw għall-korpi li jirrapreżentaw lill-persuni msemmija fl-Artikolu 34(2), li jkollhom mandat kif meħtieġ skont l-istatut tagħhom.

2. L-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għalih, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Aġenzija fi żmien xahrejn min-notifika tal-miżura lill-persuna kkonċernata, jew, jekk il-persuna ma tiġix innotifikata bil-miżura, fi żmien xahrejn mid-data li fiha ssir taf biha.

2. L-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għalih, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Aġenzija fi żmien xahrejn min-notifika tal-miżura lill-persuna kkonċernata, jew, jekk il-persuna ma tiġix innotifikata bil-miżura, fi żmien xahrejn mid-data li fiha ssir taf biha.

 

2a. Lappelli kontra n-nuqqas ta' deċiżjoni għandhom jiġu reġistrati bil-kitba għand l-Aġenzija fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-limitu ta' żmien kif definit fl-Artikolu rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda toħloq ukoll dritt għal oppożizzjoni minn parti terza favur persuni li jqisu li kienu affetwati ħażin minn deċiżjoni diskriminatojra tal-Aġenzija.

Emenda  133

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta jkun qiegħed jeżamina l-appell, il-Bord tal-Appell għandu jaġixxi mingħajr dewmien. Kull meta jkun meħtieġ, huwa għandu jistieden lill-partijiet involuti fil-proċedimenti tal-appell sabiex iressqu, f’termini speċifikati, osservazzjonijiet dwar in-notifiki tagħha jew dwar il-komunikazzjonijiet minn partijiet oħra fil-proċedimenti. Il-partijiet fil-proċedimenti tal-appell għandhom ikunu intitolati li jagħmlu preżentazzjonijiet orali.

1. Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fi żmien tliet xhur mit-tressiq tal-appell jekk jagħtux jew jekk jirrifjutawx dak l-appell. Għandu jitlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jista' jkollu bżonn fi żmien xahar mir-reġistrazzjoni tal-appell. Dik l-informazzjoni rilevanti għandha tingħata fi żmien perjodu raġonevoli stabbilit mill-Bord tal-Appell li ma għandux jaqbeż xahar. Kull meta jkun meħtieġ, huwa għandu jistieden lill-partijiet involuti fil-proċedimenti tal-appell sabiex iressqu, f’termini speċifikati li ma għandhomx jaqbżu xahar, osservazzjonijiet dwar in-notifiki tagħha jew dwar il-komunikazzjonijiet minn partijiet oħra fil-proċedimenti. Il-partijiet fil-proċedimenti tal-appell għandhom ikunu intitolati li jagħmlu preżentazzjonijiet orali.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi organizzat proċess ċar, trasparenti u affidabbli għall-partijiet kollha, huma essenzjali perjodi ddefiniti ta’ żmien.

Emenda  134

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti minn:

2. Id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti b'mod partikolari minn:

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-kompiti tal-Aġenzija jistgħu jinbidlu, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat li d-dħul ukoll jista’ jkun differenti biex ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-kompiti l-ġodda tal-Aġenzija.

Emenda  135

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) it-tariffi mħallsa mill-applikanti għal, u d-detenturi ta’, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18;

(c) it-tariffi mħallsa mill-applikanti għal, u d-detenturi ta’, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18; L-att delegat msemmi fl-Artikolu 73 għandu jimponi imposti f'livell differenti skont l-oqsma tal-użu taċ-ċertifikati u tal-awtorizzazzjonijiet u t-tip u l-iskop tal-operat tal-ferrovija;

Ġustifikazzjoni

Il-livell tal-imposti għandu jkun differenzjat skont il-livell ta’ operazzjonijiet u l-oqsma ta’ użu speċifikati. Ċertifikat għal binarju ferrovjarju żgħir fi ħdan pajjiż wieħed ma għandux jiswa l-istess bħal ċertifikat għall-Ewropa kollha.

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Kull kompitu jew obbligu komplementari għall-kompiti li jirriżultaw minn dispożizzjoni leġiżlattiva tal-Unjoni, u li ma jagħtix lok għal kumpens hekk kif previst fl-Artikolu 58(2)(b), (c), (d) u (e), għandu jkun soġġett għal valutazzjoni u għal kumpens mill-baġit tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija ser ikollha tindirizza żieda qawwija fil-kompiti tagħha u mhux se tkun tista’ ssostni kompiti ġodda oħra mingħajr kumpens finanzjarju adegwat.

Emenda  137

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara l-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu u jissottomettihom lill-Bord Maniġerjali għal opinjoni.

4. Abbażi, u fejn meħtieġ, tal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara l-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu u jissottomettihom flimkien ma' dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, lill-Bord Maniġerjali għal approvazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Ikun xieraq li t-tfassil tal-kontijiet u l-proċedura ta' approvazzjoni tal-kontijiet mill-Bord Maniġerjali ma jkunux dipendenti fuq il-wasla tal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri. Id-Direttur Eżekuttiv irid jibgħat il-kontijiet flimkien ma' dikjarazzjoni ffirmata minnu u li tagħti assigurazzjoni fuq il-kontijiet.

Emenda  138

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Aġenzija għandha tieħu miżuri amministrattivi xierqa biex torganizza s-servizzi tagħha sabiex tevita kwalunkwe kunflitt tal-interessi.

3. L-Aġenzija għandha tieħu miżuri amministrattivi xierqa, inter alia permezz ta' strateġiji ta' taħriġ u prevenzjoni, biex torganizza s-servizzi tagħha sabiex tevita kunflitti tal-interessi, inkluż relatati ma' kwistjonijiet li jinqalgħu wara t-tmiem tal-impjieg bħal pereżempju fil-każ ta' 'revolving doors', 'insider information', eċċ.

Emenda  139

Proposta għal regolament

Artikolu 61 ‑ paragrafi 3a u 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Aġenzija u l-persunal tagħha għandhom iwettqu l-kompiti definiti f’dan ir-Regolament bl-akbar integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku. Huma għandhom ikunu protetti minn kull pressjoni u minn kull riskju ta’ korruzzjoni, speċjalment dak finanzjarju, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultat tal-attivitajiet tagħhom, l-aktar min-naħa ta’ persuni jew ta’ gruppi ta’ persuni konċernati mir-riżultat ta’ dawn l-attivitajiet. L-Aġenzija għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persuni impjegati magħha sabiex ikun żgurat li l-kompiti definiti minn dan ir-Regolament jitwettqu tajjeb.

 

3b. Il-persunal għandu jkollu:

 

(a) taħriġ tekniku u professjonali tajjeb li jkopri l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija;

 

(b) għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija u l-awtorità biżżejjed biex jitwettqu dawn il-valutazzjonijiet;

 

(c) għarfien u fehma adegwati tar-rekwiżiti meħtieġa għall-formulazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija;

 

(d) il-kapaċità li jirrevedi l-opinjonijiet u d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kif ukoll ir-regolamenti nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Skont il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi l-kompetenzi u l-integrità tal-persunal tal-korpi, hekk kif indikat fl-Artikolu 29 tad-Direttiva dwar l-Interoperabilità, l-istess rekwiżiti għandhom japplikaw ukoll għall-persunal tal-Aġenzija.

Emenda  140

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija tista’ tagħmel użu wkoll minn Esperti Nazzjonali Sekondati jew persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija skont ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra.

L-Aġenzija għandha tagħmel użu wkoll minn Esperti Nazzjonali Sekondati u b'mod partikolari persunal mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, jew persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija skont ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra. L-Aġenzija għandha tadotta u timplimenta politika li tevalwa u tiġġestixxi kunflitti ta’ interess potenzjali ta’ esperti nazzjonali sekondati inkluż li tipprojbixxihom mill jattendu laqgħat ta’ grupp ta’ ħidma meta l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom tkun tista’ tiġi pperikolata.

Emenda  141

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-aġenzija u l-persunal tagħha.

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-aġenzija u l-persunal tagħha mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ġudizzjarji u/jew ekstra ġudizzjarji mqabbla mal-kamp ta’ responsabilità tal-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Il-protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu jippermetti li titneħħa l-immunità tal-persunal tal-Aġenzija f’każ ta’ nuqqas fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom.

Emenda  142

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. L-Aġenzija għandha tassumi r-responsabbiltà sħiħa, u taċċetta l-obbligazzjoni kuntrattwali u mhux kuntrattwali, għall-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikazzjonijiet li toħroġ.

Ġustifikazzjoni

menda hija maħsuba biex tiċċara li, anke jekk l-Aġenzija tidħol fi ftehimiet ma' awtoritajiet nazzjonali, għandha terfa' r-responsabbiltà sħiħa għad-deċiżjonijiet li tieħu.

Emenda  143

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim bejn l-Aġenzija u l-applikant fir-rigward tar-rekwiżiti tat-traduzzjoni, id-dokumenti pprovduti mill-applikanti u mid-detenturi taċ-ċertifikati u tal-awtorizzazzjonijiet, bi qbil mal-Artikoli 12, 16, 17 u 18, biex ikunu notifikati l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza dwar dawk iċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet, għandhom jiġu tradotti fil-lingwi kollha uffiċċjali tal-Unjoni fejn il-vetturi ferrovjarji jintużaw u li fihom il-kumpanija ferrovjarja kkonċernata topera. Kull traduzzjoni hija valida għall-Istat konċernat, inkluż għall-proċeduri relatati mal-Artikolu 56. L-awtorizzazzjoni u l-ċertifikat għandhom jinħarġu fil-lingwi uffiċjali kollha ta’ dawn l-Istati Membri.

Emenda  144

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea għandhom japplikaw għall-Aġenzija.

1. Meta ma jkunx japplika l-Artikolu 67(-1), id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea għandhom japplikaw għall-Aġenzija.

______________

_______________

18 ĠU 17, 6.10.1958, p. 385

18 ĠU 17, 6.10.1958, p. 385

Emenda  145

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40, l-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari mill-pajjiżi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-pajjiżi fil-Politika tat-tkabbir u l-pajjiżi tal-EFTA li kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni li bihom il-pajjiżi kkonċernati jkunu adottaw u jkunu qegħdin japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jew il-miżuri nazzjonali ekwivalenti tagħha, fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament.

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40, l-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi li kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni li bihom il-pajjiżi kkonċernati jkunu adottaw u qed japplikaw id-dritt tal-Unjoni, jew il-miżuri nazzjonali ekwivalenti tagħha, fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament. Dan il-paragrafu għandu japplika, b’mod partikolari, għal pajjiżi fl-ambitu tal-Politika Ewropea dwar il-Viċinat, għall-pajjiżi msieħba fil-politika tal-Unjoni dwar it-tkabbir u l-pajjiżi tal-EFTA.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiċċara li huma eliġibbli biss dawk il-pajjiżi li jkunu adottaw u qed japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew miżuri nazzjonali ekwivalenti.

Emenda  146

Proposta għal regolament

Article 68 a (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 68a

 

Kunflitti ta’ interess

 

1. Id-Direttur Eżekuttiv, kif ukoll l-uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fuq bażi temporanja, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi li jindikaw in-nuqqas ta' kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru bil-miktub hekk kif jibdew jaqdu dmirijiethom u għandhom jiġġeddu f'każ li jinbidlu ċ-ċirkostanzi personali tagħhom. Il-Membri tal-Bord Maniġerjali, il-bord eżekuttiv u l-bord tal-appell ukoll għandhom jagħmlu dawn id-dikjarazzjonijiet, li għandhom isiru pubbliċi, flimkien mal-kurrikulu tal-karriera tagħhom. L-aġenzija għandha tippubblika, fuq il-websajt tagħha, lista tal-membri tal-korpi elenkati fl-Artikolu 42 kif ukoll l-esperti esterni u interni.

 

2. Il-Bord Maniġerjali għandu jimplimenta politika għall-ġestjoni u l-evitar ta' kunflitti ta' interess, li tal-anqas għandha tinkludi:

 

a) il-prinċipji għall-ġestjoni u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi, inklużi r-regoli biex dawn isiru pubbliċi b'kont meħud tal-Artikolu 77;

 

b) ir-rekwiżiti obbligatorji ta' taħriġ fil-qasam tal-kunflitti ta' interess għall-persunal tal-Aġenzija u għall-esperti nazzjonali ssekondati;

 

c) ir-regoli dwar rigali u inviti;

 

d) ir-regoli dettaljati dwar l-inkompatibilitajiet għall-persunal u għall-membri tal-Aġenzija ladarba jkunu temmew ir-relazzjoni ta' impjieg tagħhom mal-Aġenzija;

 

e) regoli ta’ trasparenza dwar id-deċiżjonijiet tal-Aġenzija li jinkludu l-minuti tal-Bordijiet tal-Aġenzija li għandhom isiru pubbliċi filwaqt li għandha titqies informazzjoni sensittiva, klassifikata u kummerċjali; kif ukoll

 

f) is-sanzjonijiet u l-mekkaniżmi għas-salvagwardja tal-awtonomija u tal-indipendenza tal-Aġenzija.

 

L-Aġenzija għandha żżomm quddiem għajnejha l-bżonn li żżomm bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji, partikolarment fir-rigward tal-objettiv tal-kisba tal-aħjar konsulenza u kompetenza tekniċi u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinkludi l-informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' dik il-politika meta jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda toffri l-bażi ġuridika sabiex l-Aġenzija timplimenta ġabra kompleta ta' regoli biex jiġu ġestiti u evitati l-kunflitti ta' interess. Il-korpi ta' tmexxija tal-Aġenzija għandhom ikunu responsabbli mill-iżvilupp u mill-implimentazzjoni ta' din il-politika filwaqt li jqisu l-partikolaritajiet tal-Aġenzija sabiex jinkisbu l-aħjar għarfien tekniku kif ukoll l-informazzjoni sensittiva, klassifikata u kummerċjali li tista' tkun involuta.

Emenda  147

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet u korpi nazzjonali

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali

Ġustifikazzjoni

Mhux ċar għal-liema atturi "korpi oħra kompetenti" qed jirreferu. L-indipendenza tal-Aġenzija tista’ tiġi mhedda jekk l-ERA ma tibbażax ruħha fuq l-organizzazzjonijiet indipendenti jew l-esperti.

Emenda  148

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Aġenzija tista’ tidħol fi ftehimiet ma’ awtoritajiet nazzjonali rilevanti, b’mod partikolari l-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza, u korpi kompetenti oħra, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 12, 16, 17 u 18.

1. L-Aġenzija tista’ tidħol fi ftehimiet ma’ awtoritajiet nazzjonali rilevanti, b’mod partikolari l-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza, u korpi kompetenti oħra, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 12, 16, 17 u 18. Dawn il-ftehimiet jistgħu jinvolvu awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew aktar.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba biex tiċċara li l-Aġenzija mhix limitata għal ftehimiet ma' kull awtorità nazzjonali individwali iżda tista' tilħaq ftehimiet ma' gruppi ta' awtoritajiet bħal dawn. Dan jista’ jkun ta’ valur partikolari meta l-karatteristiċi tekniċi tan-netwerks nazzjonali jwasslu sabiex il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali ssir mixtieqa.

Emenda  149

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-ftehimiet jistgħu jinkludu l-ikkuntrattar ta’ xi wħud mill-kompiti tal-Aġenzija lill-awtoritajiet nazzjonali, bħall-iċċekkjar u l-preparazzjoni ta’ fajls, il-verifika tal-kompatibbiltà teknika, it-twettiq ta’ żjarat u t-tfassil ta’ studji tekniċi.

2. Il-ftehimiet jistgħu jinkludu delegazzjoni tal-kompiti u responsabbiltajiet tal-Aġenzija lill-awtoritajiet nazzjonali, bħall-iċċekkjar u l-preparazzjoni ta’ fajls, il-verifika tal-kompatibbiltà teknika, it-twettiq ta’ żjarat u t-tfassil ta’ studji tekniċi.

Emenda  150

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Kontrarjament, awtorità nazzjonali tas-sikurezza tista’ tagħti lill-Aġenzija kompiti oħra barra dawk mogħtija lilhom skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva ... [id-Direttiva dwar l-interoperabilità] u skont l-Artikolu 16(2), tad-Direttiva .. [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja].

Ġustifikazzjoni

L-emenda tippermetti li l-għoti ta' sottokuntratti bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali speċifiċi tas-sikurezza fuq il-kompiti minbarra dawk allokati lil kull aġenzija permezz tad-direttivi.

Emenda  151

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-ftehimiet deskritti fil-paragrafi 1, 2 u 3 huma mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà globali tal-Aġenzija għat-twettiq tal-kompiti tagħha kif previst fl-Artikoli 12, 16, 17 u 18.

4. Il-ftehimiet deskritti fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jispeċifikaw b’mod ċar il-livelli ta’ responsabbiltà tal-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza fir-rigward ta’ kompiti mwettqa minn kull parti kuntrattwali kif stipulat fil-ftehimiet. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà globali tal-Aġenzija għat-twettiq tal-kompiti tagħha kif previst fl-Artikoli 12, 16, 17 u 18.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi evitata kull konfużjoni dwar min se jkun responsabbli meta l-awtoritajiet nazzjonali jkunu qed jaħdmu f’isem l-Aġenzija.

Emenda  152

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ġlieda kontra l-frodi

Il-ġlieda kontra l-frodi u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni

Emenda  153

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha tissorvelja l-prestazzjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Aġenzija permezz tal-awditi u l-ispezzjonijiet.

Emenda  154

Proposta għal regolament

Article 73 – Title

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Atti ddelegati relatati mal-Artikoli 12, 16, 17 u 18

Atti ddelegati relatati mal-Artikoli 12, 16, 17, 18 u 41

Emenda  155

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-ammont tat-tariffi u l-imposti għandu jiġi stabbilit f’livell li jassigura li d-dħul fir-rigward tagħhom ikun fil-prinċipju suffiċjenti sabiex ikopri l-kost sħiħ tas-servizzi pprovduti. In-nefqiet kollha tal-Aġenzija attribwiti lill-persunal involut fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, inklużi l-kontribuzzjonijiet relatati tal-pensjoni, għandhom ikunu riflessi b’mod partikolari f’dan il-kost. Jekk l-iżbilanċi sinifikanti li jirriżultaw mill-għoti tas-servizzi koperti bit-tariffi u l-imposti jsiru rikorrenti, ir-reviżjoni tal-livell ta' imposti u tariffi għandu jsir obbligatorju.

4. L-ammont tat-tariffi u l-imposti li jikkonċerna lill-Aġenzija għandu jiġi stabbilit f’livell li jassigura li d-dħul fir-rigward tagħhom ikun fil-prinċipju suffiċjenti sabiex ikopri l-kost sħiħ tas-servizzi pprovduti. In-nefqiet kollha tal-Aġenzija attribwiti lill-persunal involut fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, inklużi l-kontribuzzjonijiet relatati tal-pensjoni, għandhom ikunu riflessi b’mod partikolari f’dan il-kost. Jekk l-iżbilanċi sinifikanti li jirriżultaw mill-għoti tas-servizzi koperti bit-tariffi u l-imposti jsiru rikorrenti, ir-reviżjoni tal-livell ta' imposti u tariffi għandu jsir obbligatorju.

Emenda  156

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 74 dwar l-istandardizzazzjoni tal-isper parts tal-ferrovija b'applikazzjoni tal-Artikolu 41.

Emenda  157

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 73 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta dan ir-Regolament.

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 73 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Sakemm ir-rapport ikun wasal, id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi riflessa l-pożizzjoni abitwali tal-Parlament li d-delega m'għandhiex tkun għal perjodu indefinit u li, biex ikun żgurat il-kontroll demokratiku, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar kif tkun użat is-setgħat tagħha qabel tkun ingħatat estensjoni.

Emenda  158

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni sabiex tivvaluta, b’mod partikolari, l-impatt, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Aġenzija u l-prattiċi ta’ ħidma tagħha. L-evalwazzjoni għandha tindirizza, b’mod partikolari, kwalunkwe ħtieġa li jiġi emendat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe emenda bħal din.

1. Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni sabiex tivvaluta, b’mod partikolari, l-impatt, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Aġenzija u l-prattiċi ta’ ħidma tagħha. Din il-valutazzjoni għandha tqis il-fehmiet tar-rappreżentanti tas-settur ferrovjarju, tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. L-evalwazzjoni għandha tindirizza, b’mod partikolari, kwalunkwe ħtieġa li jiġi emendat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe emenda bħal din.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tistipula li l-Kummissjoni tiġbor l-opinjoni tar-rappreżentanti tas-settur ferrovjarju, tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur biex twettaq studju ta' evalwazzjoni dwar l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Aġenzija, bil-għan li jakkwistaw analiżi kompluta biex itejbu l-mandat tal-Aġenzija.

Emenda  159

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha ta’ ċertifikazzjoni u ta’ awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18 fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Sa din id-data, l-Istati Membri se jkomplu japplikaw il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta’ transizzjoni li jippermetti lill-Aġenzija biex tħejji għall-missjonijiet ġodda tagħha.

Emenda  160

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Għal perjodu addizzjonali ta' tliet snin wara l-perjodu ta' sena stipulat fl-Artikolu 77(3a), l-applikanti jistgħu jew japplikaw lill-Aġenzija jew lill-awtorità ta' sikurezza nazzjonali. Matul dan il-perjodu, l-awtoritajiet ta' sikurezza nazzjonali, jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati u awtorizzazzjonijiet permezz ta' deroga mill-Artikoli 12, 16, 17 u 18 bi qbil mad-Direttivi 2008/57 u 2004/49.

Emenda  161

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c. Fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 10(2a) tad-Direttiva [id-Direttiva dwar is-Sikurezza] u l-Artikolu 20(9a) tad-Direttiva ... [Direttiva dwar l-Interoperabilità] l-awtoritajiet ta' sikurezza nazzjonali jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati u awtorizzazzjonijiet wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 3b ta' dan l-Artikolu, skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dawk l-Artikoli.

  • [1]  ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
  • [2]  ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Sfond

F'dawn l-aħħar għaxar snin, is-suq ferrovjarju tal-UE esperjenza bidliet kbar ħafna li ġew introdotti gradwalment minn tliet ‘pakketti ferrovjarji’ leġiżlattivi bl-għan li jiftħu s-swieq nazzjonali u jagħmlu l-ferroviji aktar kompetittivi u interoperabbli fuq il-livell tal-UE, filwaqt li jżommu livell għoli ta’ sikurezza. Madankollu, is-sehem modali fit-trasport fl-UE baqa’ modest. Minkejja dawn it-tliet pakketti leġiżlattivi, is-settur ferrovjarju Ewropew għadu qed jaffaċċja problemi bħal ostakoli għall-kompetizzjoni, diskriminazzjoni u nuqqas ta’ ambjent liberalizzat, dinamiku u favur in-negozji. Illum, jeżistu wisq regoli nazzjonali differenti, bi proċeduri u standards neqsin mit-trasparenza.

Ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju

Ta’ min jenfasizza li, fl-2004, meta l-ħolqien ta’ żona ferrovjarja Ewropea integrata ġie intensifikat bl-adozzjoni tat-tieni pakkett ferrovjarju, diġà kien rikonoxxut li kien hemm ħtieġa għal regoli tas-sikurezza aktar armonizzati u kompatibbiltà teknika mtejba tal-infrastruttura, tal-vetturi ferrovjarji, is-sinjali u partijiet oħrajn tas-sistema ferrovjarja, kif ukoll għal proċeduri aktar sempliċi biex il-vetturi ferrovjarji jiġu approvati biex jintużaw fin-netwerk ferrovjarju Ewropew kollu.

Sabiex isir progress fil-miżuri li huma meħtieġa biex jittejbu l-prestazzjoni u l-kompetittività tas-settur ferrovjarju u biex b’hekk titjieb il-kwalità u l-effiċjenza tas-servizzi ferrovjarji, il-Kummissjoni ppreżentat ir-raba’ pakkett ferrovjarju.

Il-proposta għal Regolament dwar l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA), flimkien mal-proposta għat-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sikurezza ferrovjarja u l-proposta għat-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva 2008/57/KE (interoperabilità) jiffurmaw il-parti teknika tar-raba' pakkett, li tiffoka fuq l-eliminazzjoni tal-ostakoli amministrattivi u tekniċi li fadal, bħall-frammentazzjoni u d-diskriminazzjoni, u toħloq regoli aktar armonizzati billi:

•   tistabbilixxi approċċ komuni fir-rigward tar-regoli dwar is-sikurezza u l-interoperabilità biex jiżdiedu l-ekonomiji tal-kobor għall-impriżi ferrovjarji attivi madwar l-UE;

•   tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi:

•   tgħaġġel il-proċeduri amministrattivi, u tevita wkoll id-diskriminazzjoni moħbija;

•   tagħti kompiti ġodda lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea.

Dan se jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ sistema ferrovjarja kondiviża, immexxija minn ħafna atturi, li tista’ titqabbel mas-sistemi għat-trasport fit-triq jew bl-ajru. Kull attur ikun responsabbli biex jiżgura li l-parti tas-sistema tiegħu tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali (inkluża l-kompatibbiltà teknika, l-affidabbiltà u l-aċċessibbiltà) u għas-sikurezza ta' dak li jagħmel. Il-ġestjoni tas-sikurezza tinkiseb billi jiġu vvalutati u kkontrollati r-riskji. Se jiġu introdotti regoli meta r-riskju jkun jista’ jiġi kkontrollat bl-aħjar mod billi kulħadd jagħmel l-istess ħaġa. Inkella l-ġestjoni tar-riskji ssir fi ħdan is-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji.

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea

Seba’ snin wara l-istabbiliment tagħha, l-ERA issa hija kompletament operattiva u taqdi rwol importanti fl-armonizzazzjoni ta’ rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza u tal-interoperabilità u billi gradwalment tissostitwihom bi speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u miri u metodi tas-sikurezza komuni.

Sabiex titjieb is-sistema attwali li hija tassew deċentralizzata, li fiha l-funzjonijiet ta’ atturi individwali kultant mhumiex ċari, u biex tkun żgurata dimensjoni Ewropea għas-servizzi ferrovjarji, il-Kummissjoni pproponiet li l-ERA tirċievi għadd ta’ kompiti addizzjonali ta’ natura eżekuttiva. Hija tibda toħroġ għadd ta’ awtorizzazzjonijiet u ċertifikazzjonijiet li bħalissa jinħarġu mill-NSAs (l-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza), iżda ma tissostitwixxix lill-NSAs. RA se tkompli tiddependi fuq il-persunal u l-kompetenzi tal-NSA għat-twettiq ta’ xi wħud mill-attivitajiet rilevanti fi ħdan l-Istati Membri; dawn l-attivitajiet jitwettqu fuq talba tal-Aġenzija u taħt it-tmexxija u s-superviżjoni tagħha.

2. Ir-rimarki u l-proposti tar-rapporteur

Għar-raġunijiet kollha msemmija hawn fuq, u b'mod partikolari, biex jinħoloq suq ferrovjarju aktar kompetittiv, dinamiku u favur in-negozji, il-leġiżlazzjoni eżistenti jeħtieġ li tiġi riveduta.

Ir-rapportuer iqis li sistema mtejba u aktar ċentralizzata ta’ awtorizzazzjonijiet u ċertifikazzjonijiet għandha tkun ta’ benefiċċju għal kulħadd u li l-partijiet interessati kollha għandhom jiksbu profitt minnha. Is-sistema jeħtieġ li tiżgura kundizzjonijiet tan-negozju u opportunitajiet għall-kompetizzjoni aħjar għall-atturi kollha tas-suq u b’hekk tkun tipprovdi kwalità aħjar u servizzi orħos għall-utenti finali, kemm fejn ikollha x’taqsam il-merkanzija kif ukoll f’dak li jinvolvi l-passiġġieri.

Jekk il-kumpaniji ferrovjarji huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ trasport liberament fl-Ewropa kollha, għandhom jingħataw proċeduri ta' awtorizzazzjoni u ċertifikazzjoni effiċjenti u favur il-klijent mill-ERA, li tiffunzjona bħala punt uniku ta’ servizz.

Madankollu, għalkemm dawn il-proċeduri aktar armonizzati fil-livell tal-UE li għandhom jitwettqu mill-ERA huma maħsuba biex inaqqsu l-burokrazija u l-ispejjeż għall-impriżi ferrovjarji, kif ukoll biex jgħinu lil kumpaniji ġodda li daħlu fis-suq dan l-aħħar, jeħtieġ li jkun żgurat li ma joħolqux effetti negattivi kuntrarji. Filwaqt li s-sikurezza u l-interoperabilità tal-ferroviji Ewropej jeħtieġ li jiżdiedu kemm jista’ jkun permezz ta’ proċeduri fl-Ewropa kollha, huwa importanti wkoll li jkun żgurat ambjent kompetittiv u favur in-negozji għall-atturi fil-partijiet kollha tas-suq, kemm fil-kuntest nazzjonali kif ukoll f’dak transkonfinali.

Skont il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni, l-imposti u ż-żmien li jittieħed għall-proċeduri ta' ċertifikazzjoni u awtorizzazzjoni li jitwettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza attwalment ivarjaw fl-UE. Għaċ-ċertifikati tas-sikurezza, it-tariffi mħallsa mill-applikanti jvarjaw minn żero għal EUR 70 000 filwaqt li l-proċeduri jistgħu jdumu minn ftit ġimgħat sa diversi snin.

Fir-rigward tal-proċeduri fl-UE kollha, l-imposti naturalment jiġu stabbiliti x’imkien qrib il-medja ta’ dawk is-sistemi li attwalment huma l-orħos u dawk li jiswew l-aktar. Dawk l-impriżi li bħalissa jħallsu l-ogħla spejjeż u jgħaddu minn proċeduri li jieħdu żmien twil se jibbenefikaw b’mod evidenti, filwaqt li dawk l-impriżi (li joperaw fi Stat Membru wieħed) li attwalment qed iħallsu inqas u għaddejjin minn proċeduri li jdumu biss ftit ġimgħat mhumiex se jaraw wisq progress, iżda se jkunu pjuttost żvantaġġati.

Għalhekk, b’mod partikolari għal impriżi ferrovjarji fi Stati Membri periferali, iżda wkoll għal oħrajn li beħsiebhom joperaw fi Stat Membru wieħed biss, għandha tkun possibbli l-kisba ta' ċertifikat u awtorizzazzjoni għal vetturi jew mill-ERA jew mingħand l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza adegwata.

Ir-rapporteur jenfasizza li r-raba’ pakkett ferrovjarju għandu jqis is-sitwazzjoni speċifika tan-netwerks ferrovjarji b’distanza bejn il-binarji li tkun differenti mid-distanza standard tal-Unjoni ta' 1435 mm u, b’mod partikolari, tal-Istati Baltiċi u l-Finlandja. Dawn il-pajjiżi attwalment huma integrati tajjeb fin-netwerk wiesa' b'distanza ta' 1520 mm bejn il-binarji li jkopri r-Russja u l-pajjiżi KSI, iżda huma iżolati min-netwerk ferrovjarju prinċipali tal-UE. F’dan il-każ ukoll, minħabba ċerti karatteristiċi tekniki speċifiċi u kundizzjonijiet tas-suq differenti, l-applikanti għandhom jingħataw l-għażla li jibagħtu l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni u l-awtorizzazzjoni jew lill-Aġenzija jew lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza.

Peress li l-vetturi ferrovjarji (l-aktar vaguni tal-merkanzija) li joperaw f’dan in-netwerk b’użu kondiviż ma’ pajjiżi terzi huma rreġistrati f’bażi tad-data li tinżamm f’Moska minn kumpanija suġġetta għad-dritt privat, għandhom ikunu previsti proċeduri ta’ awtorizzazzjoni differenti għal dawn il-vaguni. Ir-rapporteur iqis li din is-sitwazzjoni u dawn il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għandhom ikunu rregolati mil-liġi nazzjonali tal-UE u tal-Istati Membri. Għandha tkun faċilitata l-kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-NSAs tal-Istati Membri ta’ dawn in-netwerks.

Emendi proposti

Ir-rapporteur jixtieq jipproponi numru ta’ emendi:

(1) pplikant jingħata għażla għall-awtorizzazzjoni tal-vettura u ċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza

Is-sistema l-ġdida għandha tiżgura li l-proċeduri jkunu ta’ vantaġġ għall-atturi kollha tas-suq ferrovjarju. Filwaqt li ċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet fl-Ewropa kollha jkunu ta’ valur għall-operaturi li jkunu jridu joperaw servizzi transkonfinali, dawk li joperaw f’żona aktar limitata u, b’mod partikolari, fi Stat Membru wieħed, għandhom ikunu kapaċi jibagħtu applikazzjoni jew lill-Aġenzija (jekk iqisu li jkun hemm vantaġġ) jew lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. pplikanti jistgħu jiddeċiedu huma dwar l-aktar mod kosteffettiv u rapidu biex japplikaw għal ċertifikazzjoni u awtorizzazzjoni.

Jekk il-kompiti rilevanti ta’ awtorizzazzjoni u ċertifikazzjoni jitħallew kemm f’idejn l-ERA kif ukoll f’idejn l-NSAs, dan joffri possibbiltajiet aħjar biex dawn l-istituzzjonijiet jikkooperaw, peress li jkunu f’pożizzjoni ugwali biex jipprovdu servizzi effiċjenti lill-atturi kollha tas-suq ferrovjarju.

rranġamenti adegwati ddettaljati għall-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni tal-vetturi u taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jeħtieġ li jiġu stipulati fil-proposti għal Direttivi dwar l-Interoperabilità u s-Sikurezza. mendi għal dawn il-proposti għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet li jingħataw mill-NSAs jissodisfaw l-istess standards għoljin bħal dawk mill-ERA.

Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-awtorizzazzjoni ta’ elementi tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) sabiex tiżgura sistema Ewropea unika minflok għadd ta’ sistemi nazzjonali.

(2) Ir-responsabbiltà u l-obbligazzjonijiet tal-Aġenzija

Ir-rapporteur iqis li t-test dwar ir-responsabbiltà u l-obbligazzjonijiet tal-Aġenzija għandu jkun kjarifikat, peress li l-Aġenzija għandha tieħu r-responsabbiltà sħiħa, inkluża l-obbligazzjoni kuntrattwali u mhux kutnrattwali, għad-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikazzjonijiet.

Biex titqies l-esperjenza preċedenti, it-test għandu jistipula b’mod ċar li fil-każ ta’ inkjesta ġudizzjarja li fiha jintalbu jidhru l-Aġenzija jew kwalunkwe membru jew membri tal-persunal tagħha, l-Aġenzija għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri kkonċernati.

Barra minn hekk, ftehimiet bejn l-ERA u l-NSAs għandhom jispeċifikaw b’mod ċar ir-responsabbiltajiet tal-Aġenzija u tal-NSAs fir-rigward tal-kompiti mwettqa minn kull waħda mill-partijiet kuntrattwali.

(3) żu tal-lingwi

Għalkemm il-proposta tiddikjara li r-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-KEE għandu japplika għall-ħidma tal-Aġenzija, ir-rapporteur iqis li għandu jkun stipulat b’mod aktar ċar li se jkun possibbli li l-applikant jikkomunika mal-Aġenzija bil-lingwa tal-għażla tiegħu sakemm tkun waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. It-tweġibiet mill-Aġenzija għandhom ikunu bl-istess lingwa li tintuża mill-applikant.

(4) Il-promozzjoni tal-aċċess reċiproku għas-swieq ferrovjarji ta’ pajjiżi terzi

mpriżi ferrovjarji li joperaw f’netwerk b’distanza bejn il-binarji ta’ 1520 mm li jkopri r-Russja u l-pajjiżi KSI jikkompetu għat-trasport tal-merkanzija l-aktar fid-direzzjoni mil-Lvant għall-Punenti, iżda din il-kompetizzjoni ovvjament mhix ugwali peress li l-aċċess reċiproku għas-suq mar-Russja ma ġiex stabbilit u hemm diversi restrizzjonijiet fuq il-vetturi ferrovjarji tal-UE li jidħlu fit-territorju Russu.

Il-kompetizzjoni u s-sitwazzjoni tal-aċċess għas-suq inġusti għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-UE fil-ġejjieni, bl-għan li l-impriżi tal-UE jiksbu aċċess reċiproku għal swieq ta' pajjiżi terzi.

Peress li l-ERA tikkoopera ma’ pajjiżi terza, hija għandha, safejn jippermettu l-kompetenzi u l-għarfien tagħha, tiffaċilita l-aċċess reċiproku tal-impriżi ferrovjarji tal-UE għas-swieq ferrovjarji ta’ pajjiżi terzi.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (18.10.2013)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004
(COM(2013)0027 – C7‑0029/2013 – 2013/0014(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Bħala parti mir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet Regolament ġdid dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004.

Ir-Regolament propost jipprevedi kompiti addizzjonali għall-Aġenzija, jagħmilha aktar konformi mal-Approċċ Komuni dwar Aġenziji Deċentralizzati, jaġġorna d-dispożizzjonijiet għall-evoluzzjoni tal-qafas leġiżlattiv u politiku aktar wiesa' u jimmira li jikkjarifika u jissimplifika d-dispożizzjonijiet eżistenti.

Peress li wieħed għandu jara r-Regolament fil-kuntest tar-Raba’ Pakkett Ferrovjarju sħiħ, il-proċeduri leġiżlattivi marbuta mal-Pakkett għad jista’ jkollhom riperkussjonijiet fuq il-kompiti tal-aġenzija u r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex jiġu ssodisfati dawn il-kompiti. Il-Kummissjoni għalhekk hija rikjesta li jekk meħtieġ tressaq dikjarazzjoni finanzjarja riveduta għall-ERA fit-tmiem tan-negozjati tar-Raba’ Pakkett Ferrovjarju sħiħ.

Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva annessa mal-abbozz ta’ regolament hija diġà konformi f’termini finanzjarji mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-ipprogrammar ta’ riżorsi umani u finanzjarji għall-aġenziji deċentralizzati 2014-2020" (COM(2013) 519), adottata fl-10 ta’ Lulju 2013.

Fir-rigward tal-postijiet tat-tabella tal-persunal madankollu, hemm diskrepanza bejn iż-żewġ dokumenti: L-abbozz ta’ regolament jistqarr li sal-2020 għandu jkun hemm 151 post fit-tabella tal-persunal u jispejga li "taxxa ta’ 2 % sal-2017" ġie applikata. Dan huwa konformi mal-approċċ tal-Kummissjoni li matul 5 snin tnaqqas il-postijiet b’1 % (bħall-istitutuzzjonijiet u l-korpi l-oħra) flimkien ma' 1 % addizzjonali li se jikkontribwixxi għall-"pula tar-riallokazzjoni". Anki jekk dan il-prinċipju ikun wkoll il-bażi għall-Komunikazzjoni, l-għadd imsemmi ta’ postijiet li fl-2020 se jitnaqqsu se jkun ta’ 148, jiġifieri qtugħ ta’ 2 % addizzjonali.

Ir-Rapporteur tenfasizza li l-kunċett tal-Kummissjoni li toħloq pula ta’ riallokazzjoni mhuwiex aċċettabbli, peress li l-aġenziji ma jistgħux jitqiesu bħala pula waħda ta’ nefqa fejn iż-żieda ta’ waħda tinkiseb għad-detriment ta' oħra. It-tnaqqis ta’ 2 % għall-ERA se jagħmilha diffiċli għalhekk li din twettaq il-kompiti tagħha, anki jekk postijiet ġodda jerġgħu jiżdiedu mill-ġdid.

Huwa mfakkar li l-abbozz ta’ regolament jiddikjara l-bżonn ta' 70 persuna għal kompiti ġodda. 43 minnhom se jkunu reklutati ġodda u 27 se jiġu riallokati internament. Huwa iżjed minn dubjuż kif l-aġenzija b’143 post fit-tabella tal-persunal għandha talloka mill-ġdid 27 minnhom (19 %) u tnaqqas il-postijiet eżistenti b'10 % oħra (imposta ta' 2 % fuq 5 snin) waqt li fl-istess ħin tkompli timmaniġja l-kompiti li kellha sa issa.

Finalment, ir-Rapporteur tqajjem dubji dwar l-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ postijiet li huma totalment iffinanzjati minn tariffi. Hemm bżonn urġenti li ssir distinzjoni bejn postijiet li huma ffinanzjati mill-baġit tal-EU (u li se jitnaqqsu b'5 % matul 5 snin) u postijiet ffinanzjati minn tariffi tal-industrija, fejn it-tnaqqis ma għandux japplika peress li dawn il-postijiet huma servizzi mogħtija wara li jkunu tħallsu t-tariffi għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a. Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta dikjarazzjoni finanzjarja li tieħu kont sħiħ tar-riżultat tal-ftehim leġiżlattiv bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq it-testi leġiżlattivi kollha fl-ambitu tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet baġitarji u ta' staff tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u possibbilment tas-servizzi tal-Kummissjoni.

Emenda  2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b. Jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva fuq l-abbozz ta' regolament għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali;

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti normalment kienu qegħdin jitolbu ħlas għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u ċ-ċertifikati tas-sikurezza. Bit-trasferiment tal-kompetenza fil-livell tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha tkun intitolata li titlob ħlas lill-applikanti għall-ħruġ taċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-premessi preċedenti. Il-livell ta’ dawk l-imposti għandu jkun daqs jew aktar baxx mill-medja preżenti fl-Unjoni u għandu jiġi stabbilit f’att iddelegat li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni.

(14) L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti normalment kienu qegħdin jitolbu ħlas għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u ċ-ċertifikati tas-sikurezza. Bit-trasferiment tal-kompetenza fil-livell tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha tkun intitolata li titlob ħlas lill-applikanti għall-ħruġ taċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-premessi preċedenti. Il-livell ta’ dawk l-imposti għandu jkun daqs jew aktar baxx mill-medja preżenti fl-Unjoni u għandu jiġi stabbilit f’att iddelegat li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni. Il-karigi fl-organigramma li huma ffinanzjati minn dawk l-imposti ma għandhomx ikunu suġġetti għat-tnaqqis fil-personal previst għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Matul is-snin li għaddew, hekk kif inħolqu aktar aġenziji deċentralizzati, l-awtorità baġitarja fittxet li ttejjeb it-trasparenza u l-kontroll fuq il-ġestjoni tal-finanzjament tal-Unjoni allokat lilhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-ibbaġitjar tat-tariffi, il-kontroll baġitarju, is-setgħa ta’ kwittanza, il-kontribuzzjonijiet għall-iskemi tal-pensjonijiet u l-proċedura baġitarja interna (il-kodiċi tal-kondotta). Bl-istess mod, ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għandu japplika mingħajr restrizzjoni għall-Aġenzija, li għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi.

 

(35) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għandu japplika mingħajr restrizzjoni għall-Aġenzija, li għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi .

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun iffurmat minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u erba’ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bid-dritt tal-vot.

1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun iffurmat minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bid-dritt tal-vot.

PROĊEDURA

Titolu

Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji u tħassir tar-Regolament (KE) Nru 881/2004

Referenzi

COM(2013)0027 – C7-0029/2013 – 2013/0014(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

7.2.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

7.2.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jutta Haug

20.2.2013

Data tal-adozzjoni

17.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zuzana Brzobohatá, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Lucas Hartong, Jutta Haug, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Jan Mulder, Vojtěch Mynář, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Andrej Plenković, Alda Sousa, Oleg Valjalo

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Da Graça Carvalho, Paul Rübig, Georgios Stavrakakis

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (7.11.2013)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004
(COM(2013)0027 – C7‑0029/2013 – 2013/0014(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Bogusław Liberadzki

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-istabbiliment progressiv ta’ żona ferrovjarja Ewropea mingħajr fruntieri jeħtieġ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi applikabbli għall-ferroviji fir-rigward tal-aspetti tekniċi (interoperabilità) u l-aspetti tas-sikurezza, it-tnejn marbuta b’mod inseparabbli u t-tnejn jeħtieġu livell ogħla ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni u l-ħtieġa għal awtorità Ewropea li tiffaċilita dan il-proċess.

Illum il-ġurnata, l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Sigurtà (ANS) huma inkarigati mill-proċeduri għat-tqegħid fis-servizz ta' kwalunkwe parti mis-sistema ferrovjarja bħall-vetturi, l-infastruttura u l-komponenti tal-enerġija jew is-sistemi ta' sinjalazzjoni. Għall-operazzjonijiet transkonfinali, jeħtieġ li vettura tkun awtorizzata f'kull Stat Membru fejn hija intenzjonata li topera. L-ANS huma inkarigati wkoll mill-ħruġ taċ-ċertifikat tas-sigurtà parti A, validu fl-Unjoni kollha u parti B, validu għal Stat Membru speċifiku, għall-impriżi tal-ferroviji. L-applikant għandu juri prova li qed juża sistema għall-ġestjoni tas-sikurezza (SMS)adatta. Iċ-ċertifikat jikkonferma li impriża ferrovjarja hija kapaċi topera b'mod sigur fuq netwerk partikolari. Il-proċeduri diversi ta' awtorizzazzjoni u ta' ċertifikazzjoni fl-Istati Membri jieħdu fit-tul u jxekklu l-moviment ħieles u kompetittiv tal-passiġġieri u l-merkanzija fl-Unjoni.

L-irwol fil-futur tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea bħala l-awtorità ferrovjarja unika u punt ta' kuntatt uniku fl-Unjoni Ewropea għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi, ċertifikazzjonijiet ta' sigurtà/awtorizzazzjonijiet u t-tqegħid fis-servizz ta' ERTMS maġenb il-binarji, se jkun l-aktar mod promettenti biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika Ewropea tat-trasport. Kompiti oħra, bħall-klassifikazzjoni ta' regoli nazzjonali u s-superviżjoni sistematika fuq l-abbozz tar-regoli nazzjonali ġodda jew dawk eżistenti, l-istabbiliment u ż-żamma ta' reġistri Ewropej jew ir-rakkomandazzjonijiet ta' standardizzazzjoni, għandhom isiru wkoll minn Awtorità Ferrovjarja Ewropea. Barra mill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea li taġixxi bħala l-awtorità ferrovjarja unika, jeħtieġ li jkun stabbilit korp ta' appell indipendenti bi proċeduri ġusti u trasparenti. Sabiex it-titjib tas-sistema jkun verament effiċjenti, il-kompetenzi tal-Aġenzija għandhom jiżdiedu b'mod mgħaġġel permezz ta' perjodu ta' tranżizzjoni sod u raġonevoli.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Meta tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b’mod sħiħ il-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni u r-restrizzjonijiet speċifiċi relatati mar-rabtiet ferrovjarji ma’ pajjiżi terzi. L-Aġenzija għandu jkollha responsabbiltà unika għall-funzjonijiet u s-setgħat assenjati lilha.

(6) Meta tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b’mod sħiħ il-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni u r-restrizzjonijiet speċifiċi relatati mar-rabtiet ferrovjarji ma’ pajjiżi terzi.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6 a) L-Aġenzija għandu jkollha responsabbiltà unika għall-funzjonijiet u s-setgħat assenjati lilha.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, u b’mod partikolari fir-rigward tat-tfassil tar-rakkomandazzjonijiet, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b'mod sħiħ il-kompetenza ferrovjarja esterna. Din il-kompetenza għandha tikkonsisti prinċipalment minn professjonisti tas-settur ferrovjarju u mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. Huma għandhom jiffurmaw gruppi ta’ ħidma kompetenti u rappreżentattivi tal-Aġenzija.

(7) Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, u b’mod partikolari fir-rigward tat-tfassil tar-rakkomandazzjonijiet, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b'mod sħiħ il-kompetenza ferrovjarja esterna. Din il-kompetenza għandha tikkonsisti prinċipalment minn professjonisti tas-settur ferrovjarju u mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. Huma għandhom jiffurmaw gruppi ta’ ħidma kompetenti u rappreżentattivi tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha żżomm f'moħħha l-ħtieġa li jinżamm bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji, fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, min-naħa waħda, u l-għan li jinkiseb l-aqwa għarfien possibbli, min-naħa l-oħra.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a) Sabiex ikun żgurat l-użu effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni u l-operazzjoni effettiva tal-Aġenzija, din għandha tkun ibbażata f'post wieħed biex tippermetti li l-ħin tal-ivjaġġar u tal-ispejjeż tal-ivjaġġar jinżammu kemm jista' jkun baxxi għall-persunal mill-ANS u l-partijiet interessati mis-settur ferrovjarju, kif ukoll biex tiffaċilita l-attrazzjoni tal-persunal kwalifikat.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Status legali

Status legali u post

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Aġenzija għandha tkun ibbażata f'post ċentrali biex tippermetti li żżomm il-ħin u l-ispejjeż tal-ivjaġġar għall-persunal mill-ANS u l-partijiet interessati mis-settur ferrovjarju kemm jista' jkun baxxi. L-Aġenzija għandha tkun ibbażata f'post li jattira persunal kwalifikat.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Aġenzija għandha toħroġ opinjonijiet fuq talba tal-korpi regolatorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE [Direttiva li tistabbilixxi Żona Ferrovjarja Unika Ewropea (riformulazzjoni)] fir-rigward ta’ aspetti relatati mas-sikurezza u aspetti relatati mal-interoperabilità tal-kwistjonijiet miġjuba għall-attenzjoni tagħhom.

1. L-Aġenzija għandha toħroġ opinjonijiet fuq talba jew tal-korpi regolatorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE [Direttiva li tistabbilixxi Żona Ferrovjarja Unika Ewropea (riformulazzjoni)], jew ta' membru tan-netwerk tal-korpi rappreżentattivi mis-settur ferrovjarju msemmi f'Artikolu 34(2) ta' dan ir-Regolament, fir-rigward ta’ aspetti relatati mas-sikurezza u aspetti relatati mal-interoperabilità tal-kwistjonijiet miġjuba għall-attenzjoni tagħhom.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikati uniċi tas-sikurezza skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza].

L-Aġenzija għandha toħroġ, iġġedded, tissospendi, temenda jew tirrevoka ċertifikati uniċi tas-sikurezza skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza].

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istandards Ewropej biex ikunu żviluppati mill-Korpi Ewropej ta' Standardizzazzjoni rilevanti.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(g b) toħroġ talbiet dettaljatti għall-istandards għall-Korpi Ewropej ta' Standardizzazzjoni (ESB) rilevanti, sabiex timplimenta l-mandat mogħti lilhom mill-Kummissjoni, relatat mal-ferroviji.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta' kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji

Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta' ERTMS maġenb il-binarji

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta' kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji li jinsabu jew li jitħaddmu fl-Unjoni kollha skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].

L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ ERTMS maġenb il-binarji li jinsabu jew li jitħaddmu fl-Unjoni kollha skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità].

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Fil-każ ta' miżuri preventivi urġenti msemmija f'Artikolu 8 tad-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji Tal-Ferrovija u Artikolu 14(4) tad-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja, li jikkonċernaw bosta Stati Membri, b'mod partikolari wara l-aċċident jew l-inċident, l-Aġenzija għandha twassal għall-armonizzazzjoni tar-regola fil-livell tal-Unjoni, fir-rigward tal-ANS. Jekk ikun meħtieġ, l-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjoni jew opinjoni lill-Kummissjoni.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm ir-reġistri Ewropej previsti fl-Artikolu 43, 44 u 45 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità]. L-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema għar-reġistri u l-bażi tad-dejta kollha msemmija fid-Direttivi dwar is-Sikurezza, l-Interoperabilità u s-Sewwieqa tal-Ferroviji. Dan għandu jinkludi b’mod partikolari:

1. L-Aġenzija għandha tiddefinixxi r-reġistri Ewropej previsti fl-Artikoli 43, 44 u 45 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] f'format prattiku, effiċjenti u aktar faċli għall-utent biex jappoġġja l-ħtiġijiet tan-negozji u dawk operattivi. L-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema għar-reġistri u l-bażi tad-dejta kollha msemmija fid-Direttivi dwar is-Sikurezza, l-Interoperabilità u s-Sewwieqa tal-Ferroviji. Dan għandu jinkludi b’mod partikolari:

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) ir-reġistri tal-vetturi, inkluż permezz ta’ links mar-reġistri nazzjonali rilevanti;

(g) ir-reġistru Ewropew tal-vetturi awtorizzati, inkluż permezz ta' links mar-reġistri nazzjonali rilevanti;

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) jadotta strateġija kontra l-frodi, li tkun proporzjonata mar-riskji ta’ frodi wara li jitqiesu l-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati;

(l) jadotta strateġija kontra l-frodi u għat-trasparenza, li tkun proporzjonata mar-riskji ta’ frodi wara li jitqiesu l-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati;

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta, skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom din id-delega tas-setgħat tista' tkun sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv huwa awtorizzat li jissottodelega dawn is-setgħat.

Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta, skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom din id-delega tas-setgħat tista' tkun sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv huwa awtorizzat li jissottodelega dawn is-setgħat. Dan m'għandux jaffettwa r-responsabbiltà tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti rendikont lill-Bord Maniġerjali dwar din id-delega u s-sottodelegi.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'applikazzjoni tas-subparagrafu preċedenti, fejn ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna jitolbu dan, il-Bord Maniġerjali jista’, permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delegazzjoni ta' setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal għajr id-Direttur Eżekuttiv.

B'applikazzjoni tas-subparagrafu preċedenti, fejn ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna jitolbu dan, il-Bord Maniġerjali jista’, permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delegazzjoni ta' setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal għajr id-Direttur Eżekuttiv. Id-Direttur għandu jagħti rendikont dwar din id-delega lill-Bord Maniġerjali.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Aġenzija għandha tkun immaniġġata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord Maniġerjali għall-attivitajiet tiegħu.

1. L-Aġenzija għandha tkun immaniġġata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord Maniġerjali għall-attivitajiet tiegħu. Qabel il-ħatra tiegħu, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni u jieħu sehem f'dibattitu mal-Membri tal-Parlament Ewropew.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi Bord tal-Appell wieħed jew aktar.

1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi Bord tal-Appell indipendenti wieħed jew aktar.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tappella kontra deċiżjoni indirizzata lil dik il-persuna mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18.

1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew membru tan-netwerk tal-korpi rappreżentattivi mis-settur ferrovjarju msemmi f'Artikolu 34(2), jista’ jappella kontra kwalunkwe deċiżjoni indirizzata lilhom mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 jew 18.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta jkun qiegħed jeżamina l-appell, il-Bord tal-Appell għandu jaġixxi mingħajr dewmien. Kull meta jkun meħtieġ, huwa għandu jistieden lill-partijiet involuti fil-proċedimenti tal-appell sabiex iressqu, f’termini speċifikati, osservazzjonijiet dwar in-notifiki tagħha jew dwar il-komunikazzjonijiet minn partijiet oħra fil-proċedimenti. Il-partijiet fil-proċedimenti tal-appell għandhom ikunu intitolati li jagħmlu preżentazzjonijiet orali.

1. Meta jkun qiegħed jeżamina l-appell, il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fi żmien xahrejn minn mindu jirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-Bord tal-Appell jista' jitlob din l-informazzjoni rilevanti fi żmien xahar. Kull meta jkun meħtieġ, huwa għandu jistieden lill-partijiet involuti fil-proċedimenti tal-appell sabiex iressqu, f’termini speċifikati, osservazzjonijiet dwar in-notifiki tagħha jew dwar il-komunikazzjonijiet minn partijiet oħra fil-proċedimenti. Il-partijiet fil-proċedimenti tal-appell għandhom ikunu intitolati li jagħmlu preżentazzjonijiet orali.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara l-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu u jissottomettihom lill-Bord Maniġerjali għal opinjoni.

4. Abbażi, skont il-każ, tal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara l-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu u jissottomettihom flimkien ma' dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, lill-Bord Maniġerjali għal approvazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Ikun xieraq li t-tfassil tal-kontijiet u l-proċedura ta' approvazzjoni tal-kontijiet mill-Bord Maniġerjali ma jkunux dipendenti fuq il-wasla tal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri. Id-Direttur Eżekuttiv irid jibgħat il-kontijiet flimkien ma' dikjarazzjoni ffirmata minnu u li tagħti assigurazzjoni fuq il-kontijiet.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Aġenzija għandha tieħu miżuri amministrattivi xierqa biex torganizza s-servizzi tagħha sabiex tevita kwalunkwe kunflitt tal-interessi.

3. L-Aġenzija għandha tieħu miżuri amministrattivi xierqa, inter alia permezz ta' strateġiji ta' taħriġ u prevenzjoni, biex torganizza s-servizzi tagħha sabiex tevita kunflitti tal-interessi, inkluż relatati ma' kwistjonijiet li jinqalgħu wara t-tmiem tal-ħidma (bħal pereżempju fil-każ ta' 'revolving doors', 'insider information', eċċ.).

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali fl-Aġenzija.

Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali fl-Aġenzija u għandu jadotta u jimplimenta politika sabiex jiġu evalwati u ġestiti kunflitti ta' interess potenzjali ta' esperti nazzjonali ssekondati, inkluża l-projbizzjoni milli jieħdu sehem f'laqgħat tal-grupp ta' ħidma fil-każ meta l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom tista' tkun f'riskju.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jassigura l-funzjonament korrett tal-Aġenzija, inklużi skejjel multilingwi, b’orjentazzjoni Ewropea u kollegamenti xierqa tat-trasport.

2. L-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jassigura l-funzjonament korrett tal-Aġenzija, inklużi skejjel multilingwi, b’orjentazzjoni Ewropea u kollegamenti xierqa tat-trasport, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-ħin għall-ivjaġġar u l-ispejjeż għall-persunal mill-ANS u l-partijiet interessati.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

B'mod partikolari, l-Aġenzija għandha tippubbika fuq is-sit tagħha lista tal-membri tal-Bord Maniġerjali tagħha u tal-esperti esterni u tal-post, flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta' interess u l-curricula vitae rispettivi tagħhom. Il-minuti tal-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom ikunu ppubblikati sistematikament.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 72a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 72(a)

 

Kunflitti ta’ interess

 

1. Id-Direttur Eżekuttiv, kif ukoll l-uffiċjali sekondati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fuq bażi temporanja għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta’ impenji u dikjarazzjoni ta’ interessi li jindikaw in-nuqqas ta’ kwalunkwe interessi diretti jew indiretti li jistgħu jitqiesu li jippreġudikaw l-indipendenza tagħhom. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru bil-miktub hekk kif jibdew jaqdu dmirijiethom u għandhom jiġġeddu f'każ li jinbidlu ċ-ċirkostanzi personali tagħhom. Il-Membri tal-Bord Maniġerjali, il-bord eżekuttiv u l-bord tal-appell ukoll għandhom jagħmlu dawn id-dikjarazzjonijiet, li għandhom isiru pubbliċi, flimkien mal-kurrikulu tal-karriera tagħhom. L-aġenzija għandha tippubblika, fuq il-websajt tagħha, lista tal-membri tal-korpi elenkati fl-Artikolu 42 kif ukoll l-esperti esterni u interni.

 

2. Il-Bord Maniġerjali għandu jimplimenta politika għall-ġestjoni u l-evitar ta' kunflitti ta' interess, li tal-anqas għandha tinkludi:

 

a) il-prinċipji għall-ġestjoni u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi, inklużi r-regoli biex dawn isiru pubbliċi b'kont meħud tal-Artikolu 77;

 

b) ir-rekwiżiti obbligatorji ta' taħriġ fil-qasam tal-kunflitti ta' interess għall-persunal tal-Aġenzija u għall-esperti nazzjonali ssekondati;

 

c) ir-regoli dwar rigali u inviti;

 

d) ir-regoli dettaljati dwar l-inkompatibilitajiet għall-persunal u għall-membri tal-Aġenzija ladarba jkunu temmew ir-relazzjoni ta' impjieg tagħhom mal-Aġenzija;

 

e) regoli ta’ trasparenza dwar id-deċiżjonijiet tal-Aġenzija li jinkludu l-minuti tal-Bordijiet tal-Aġenzija li għandhom isiru pubbliċi filwaqt li għandha titqies informazzjoni sensittiva, klassifikata u kummerċjali; kif ukoll

 

f) is-sanzjonijiet u l-mekkaniżmi għas-salvagwardja tal-awtonomija u tal-indipendenza tal-Aġenzija.

 

L-Aġenzija għandha żżomm quddiem għajnejha l-bżonn li żżomm bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji, partikolarment fir-rigward tal-objettiv tal-kisba tal-aħjar konsulenza u kompetenza tekniċi u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinkludi l-informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' dik il-politika meta jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda toffri l-bażi ġuridika sabiex l-Aġenzija timplimenta ġabra kompleta ta' regoli biex jiġu ġestiti u evitati l-kunflitti ta' interess. Il-korpi ta' tmexxija tal-Aġenzija għandhom ikunu responsabbli mill-iżvilupp u mill-implimentazzjoni ta' din il-politika filwaqt li jqisu l-partikolaritajiet tal-Aġenzija sabiex jinkisbu l-aħjar għarfien tekniku kif ukoll l-informazzjoni sensittiva, klassifikata u kummerċjali li tista' tkun involuta.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 72b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 72b

 

Sanzjonijiet

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att delegat, skema ta' sanzjonijiet fil-każ li ma jiġux rispettati l-iskadenzi previsti fid-deċiżjonijiet kollha adottati mill-Aġenzija bis-saħħa ta' dan ir-Regolament. Għandha tistabbilixxi wkoll skema ta' kumpens fil-każ li l-Bord tal-Appell previst fir-Regolament dwar l-Aġenzija jiddeċiedi favur destinatarju ta' deċiżjoni tal-Aġenzija. Is-sanzjonijiet u l-iskema ta' kumpens għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati, mhux diskriminatorji u dissważivi.

PROĊEDURA

Titolu

Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji u tħassir tar-Regolament (KE) Nru 881/2004

Referenzi

COM(2013)0027 – C7-0029/2013 – 2013/0014(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

7.2.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

7.2.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Bogusław Liberadzki

10.4.2013

Data tal-adozzjoni

4.11.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Martin Ehrenhauser, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Bogusław Liberadzki, Jan Mulder, Crescenzio Rivellini, Paul Rübig, Bogusław Sonik, Bart Staes, Michael Theurer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrej Plenković

PROĊEDURA

Titolu

Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji u tħassir tar-Regolament (KE) Nru 881/2004

Referenzi

COM(2013)0027 – C7-0029/2013 – 2013/0014(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.1.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

7.2.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

7.2.2013

CONT

7.2.2013

ITRE

7.2.2013

JURI

7.2.2013

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

20.2.2013

JURI

20.2.2013

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Roberts Zīle

4.3.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.7.2013

14.10.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

17.12.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Mike Nattrass, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Patricia van der Kammen, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Bennion, Jean-Jacob Bicep, Spyros Danellis, Zita Gurmai, Alfreds Rubiks, Geoffrey Van Orden, Sabine Wils, Karim Zéribi

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mario Pirillo

Data tat-tressiq

9.1.2014