Proċedura : 2013/0023(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0018/2014

Testi mressqa :

A7-0018/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2014 - 14.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0441

RAPPORT     ***I
PDF 808kWORD 438k
10.1.2014
PE 510.737v04-00 A7-0018/2014

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-euro u ta' muniti oħrajn permezz tal-liġi kriminali kontra l-falsifikazzjoni, u sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI

(COM(2013)0042 – C7‑0033/2013 – 2013/0023(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Anthea McIntyre

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-euro u ta' muniti oħrajn permezz tal-liġi kriminali kontra l-falsifikazzjoni, u sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI

(COM(2013)0042 – C7‑0033/2013 – 2013/0023(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0042),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0033/2013),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013(1),

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Mejju 2013(2),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0018/2014),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Bħala l-munita unika kondiviża mill-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-euro saret fattur importanti fl-ekonomija tal-Unjoni u fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tagħha. Huwa fl-interess tal-Unjoni kollha li topponi u tmur wara kwalunkwe attività li x'aktarx tipperikola l-awtentiċità tal-euro minħabba l-falsifikazzjoni.

(1) Bħala l-munita unika kondiviża mill-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-euro sar fattur importanti fl-ekonomija tal-Unjoni u fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tagħha. Sa mill-introduzzjoni tiegħu fl-2002, l-iffalsifikar tal-euro wassal għal ħsara finanzjarja ta' mill-inqas EUR 500 miljun peress li hija munita kontinwament fil-mira tal-gruppi kriminali organizzati attivi fl-iffalsifikar tal-flus. Huwa fl-interess tal-Unjoni kollha li topponi u tmur wara kwalunkwe attività li x'aktarx tipperikola l-awtentiċità tal-euro minħabba l-falsifikazzjoni.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-flus foloz għandhom effett konsiderevolment ħażin fuq is-soċjetà. Dawn huma ta' ħsara għaċ-ċittadini u n-negozji li mhumiex rimborżati għall-flus foloz anke jekk dawn ikunu waslulhom b'rieda tajba. Huwa ta' importanza fundamentali li jiġu żgurati l-fiduċja u l-kunfidenza fl-awtentiċità tal-karti u l-muniti għaċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-istituzzjonijiet finanzjarji.

(2) Il-flus foloz għandhom effett konsiderevolment ħażin fuq is-soċjetà. Dawn huma ta' ħsara għaċ-ċittadini u n-negozji li mhumiex rimborżati għall-flus foloz anke jekk dawn ikunu waslulhom b'rieda tajba. Huwa ta' importanza fundamentali li jiġu żgurati l-fiduċja u l-kunfidenza fl-awtentiċità tal-karti u l-muniti għaċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-istituzzjonijiet finanzjarji, u ugwalment kruċjali li jiġu mħarsa ċ-ċittadini mill-falsifikazzjoni meta jeżerċitaw il-libertà ta' moviment, xogħol u residenza fl-Unjoni.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Huwa essenzjali li jiġi żgurat li miżuri tal-liġi kriminali effettivi u effiċjenti jipproteġu l-euro u kwalunkwe valuta oħra li ċ-ċirkolazzjoni tagħha hija legalment awtorizzata b'mod xieraq fl-Istati Membri kollha.

(3) Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu l-euro u kwalunkwe munita oħra li ċ-ċirkolazzjoni tagħha hija legalment awtorizzata. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu miżuri preventivi kif ukoll ta' infurzar.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Bħala miżura preventiva sinifikanti, l-Unjoni għandha tabolixxi l-użu tal-karti tal-flus tal-EUR 500 għaliex l-evidenza turi li iżjed minn 90 % minnhom qed jintużaw biss mill-kriminalità organizzata.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-protezzjoni tal-euro u muniti oħrajn teħtieġ definizzjoni komuni tar-reati marbuta mal-iffalsifikar tal-munita kif ukoll għal tipi ta' sanzjonijiet komuni kemm għall-persuni fiżiċi u kif ukoll dawk legali. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, din id-Direttiva għandha tipprevedi li l-istess reati jkunu kastigabbli bħal kif inhuma fil-Konvenzjoni. Għalhekk, il-produzzjoni ta' karti u muniti foloz u d-distribuzzjoni tagħhom għandu jkun reat kriminali. Ix-xogħol preparatorju importanti għal dawk ir-reati, pereżempju l-produzzjoni tal-istrumenti u l-komponenti għall-iffalsifikar, għandhom jiġu kkastigati b'mod indipendenti. L-għan komuni ta' dawk id-definizzjonijiet tar-reati għandu jkun li jaġixxi bħala deterrent għal kull immaniġġar ta' karti u muniti foloz, strumenti u għodod għall-iffalsifikar.

(10) Il-protezzjoni tal-euro u muniti oħrajn teħtieġ definizzjoni komuni tar-reati marbuta mal-iffalsifikar tal-munita kif ukoll għal pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi kemm għall-persuni fiżiċi u kif ukoll dawk legali. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, din id-Direttiva għandha tipprevedi li l-istess reati jkunu kastigabbli bħal kif inhuma fil-Konvenzjoni. Għalhekk, il-produzzjoni ta' karti u muniti foloz u d-distribuzzjoni tagħhom għandu jkun reat kriminali. Ix-xogħol preparatorju importanti għal dawk ir-reati, pereżempju l-produzzjoni tal-istrumenti u l-komponenti għall-iffalsifikar, għandhom jiġu kkastigati b'mod indipendenti. L-għan komuni ta' dawk id-definizzjonijiet tar-reati għandu jkun li jaġixxi bħala deterrent għal kull immaniġġar ta' karti u muniti foloz, strumenti u għodod għall-iffalsifikar.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Huwa ta' importanza fundamentali li jiġu żgurati l-fiduċja u l-kunfidenza fl-awtentiċità tal-karti u l-muniti għaċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-istituzzjonijiet finanzjarji. Il-flus foloz jikkawżaw ħsara sinifikanti finanzjarja u mhux finanzjarja lis-soċjetà, lill-individwi u lin-negozji fl-Istati Membri kollha kif ukoll fil-pajjiżi terzi. Jistgħu jikkawżaw preokkupazzjonijiet għall-konsumaturi fir-rigward tal-protezzjoni suffiċjenti tal-flus kontanti u l-biża' li jirċievu karti u muniti foloz. B'konsegwenza, il-konsumaturi jistgħu jippreferu mezzi oħra ta' pagament flok dak tal-flus kontanti. Il-flus foloz jista' jkollhom konsegwenzi fuq is-sistema ta' ċirkolazzjoni tal-flus permezz ta' mezzi differenti ta' pagament. Ir-reati tal-iffalsifikar huma kkaratterizzati mill-fatt li ta' spiss għandhom dimensjoni transkonfinali u konnessjonijiet mal-kriminalità organizzata.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Fir-rigward tar-reati kriminali previsti f'din id-Direttiva, l-intenzjoni trid tkun parti mill-elementi kollha li jikkostitwixxu r-reati msemmijin f'din id-Direttiva. In-natura intenzjonali ta' att jew omissjoni tista' tiġi dedotta minn ċirkostanzi fattwali u oġġettivi. Reati minn persuni fiżiċi li ma jirrikjedux l-intenzjoni mhumiex koperti minn din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-liġi kriminali tal-UE għandha tkun intiża bħala l-aħħar azzjoni possibbli u bħala prinċipju għandha tkopri biss atti jew omissjonijiet intenzjonali.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Is-sanzjonijiet għal reati ta' ffalsifikar għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi madwar l-Unjoni kollha.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Test kopert bl-emenda tal-premessa 10.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jipprevedu ċerti tipi u livelli minimi ta' sanzjonijiet. Il-kunċett ta' pieni minimi huwa attwalment previst f'maġġoranza ta' Stati Membri. Huwa konsistenti u xieraq li dan l-approċċ jiġi adottat fil-livell tal-Unjoni.

(16) Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jipprevedu livelli minimi ta' pieni massimi. Fid-dawl tad-differenzi konsiderevoli bejn l-Istati Membri jeżisti l-periklu li l-introduzzjoni ta' pieni minimi għall-iffalsifikar tal-euro u muniti oħra tista' tikkawża nuqqas ta' uniformità rigward il-pieni minimi fi ħdan l-istess sistema ġuridika nazzjonali.

 

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-livelli tas-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi u dissważivi iżda ma għandhomx imorru oltre dak li huwa proporzjonat għar-reati. Il-piena għal persuni fiżiċi f'każijiet serji, jiġifieri, għar-reati prinċipali tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' flus foloz li jinvolvi ammont kbir ta' karti u muniti foloz jew li jinvolvi ċirkostanzi partikolarment serji, għandha għalhekk tkun piena minima ta' mill-inqas sitt xhur u piena massima ta' mill-inqas tmien snin priġunerija.

(17) Il-livelli tas-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi u dissważivi iżda ma għandhomx imorru oltre dak li huwa proporzjonat għar-reati.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Il-piena minima ta' sitt xhur, tgħin biex tiżgura li r-reati tal-iffalsifikar tal-euro u muniti oħra jingħataw l-istess prijorità mill-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet ġudizzjarji u b'hekk tiffaċilita l-kooperazzjoni transkonfinali. Din tikkontribwixxi biex jitnaqqas ir-riskju tal-hekk imsejjaħ forum-shopping. Barra minn hekk, hija tippermetti li persuni kkundannati jkunu jistgħu jiġu ċeduti bl-għajnuna ta' Mandat ta' Arrest Ewropew sabiex tkun tista' tingħata sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni.

(18) Ir-reati tal-iffalsifikar tal-euro u muniti oħra għandhom jingħataw l-istess prijorità mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji; Dan jiffaċilita l-kooperazzjoni transkonfinali, fost l-oħrajn permezz tal-Mandat ta' Arrest Ewropew u jnaqqas ir-riskju tal-hekk imsejjaħ forum-shopping.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibiltà li jimponu żmien qasir ta' priġunerija jew li jevitaw il-priġunerija f'każijiet fejn il-valur nominali totali tal-karti u muniti ffalsifikati ma jkunx sinifikanti jew ma jkunx jinvolvi ċirkostanzi partikolarment serji. Dak il-valur għandu jkun inqas minn EUR 5 000, jiġifieri għaxar darbiet aktar mill-ogħla denominazzjoni tal-euro, għall-każijiet li jitolbu piena oħra għajr għall-priġunerija, u inqas minn EUR 10 000 għall-każijiet li jitolbu inqas minn sitt xhur priġunerija.

(19) L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibiltà li jimponu żmien qasir ta' priġunerija jew li jevitaw il-priġunerija f'każijiet fejn il-valur potenzjali jew nominali totali tal-karti u muniti ffalsifikati ma jkunx sinifikanti jew ma jkunx jinvolvi ċirkostanzi partikolarment serji.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjoni ta' reati ta' ffalsifikar tal-munita, dawk responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' tali reati għandu jkollhom aċċess għall-għodod investigattivi użati fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew reati serji oħra. Dawk l-għodod jistgħu jinkludu pereżempju, l-interċezzjoni ta' komunikazzjonijiet, sorveljanza sigrieta inkluża sorveljanza elettronika, il-monitoraġġ ta' kontijiet tal-bank jew investigazzjonijiet finanzjarji oħra, b'kunsiderazzjoni, fost oħrajn, tal-prinċipju tal-proporzjonalità u tan-natura u s-serjetà tar-reati investigati.

(22) Sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjoni ta' reati ta' ffalsifikar tal-munita, dawk responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' tali reati għandu jkollhom aċċess għall-għodod investigattivi użati fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew reati serji oħra. Dawk l-għodod jistgħu jinkludu pereżempju, l-interċettazzjoni ta' komunikazzjonijiet, sorveljanza sigrieta inkluża sorveljanza elettronika, il-monitoraġġ ta' kontijiet tal-bank jew investigazzjonijiet finanzjarji oħra, b'kunsiderazzjoni, fost oħrajn, tal-prinċipju tal-proporzjonalità u tan-natura u s-serjetà tar-reati investigati, kif ukoll id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom b'koerenza mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra u d-dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar il-liġi kriminali, jiġifieri, għal reati kommessi fit-territorju tagħhom u għal reati mwettqa miċ-ċittadini tagħhom. Ir-rwol ewlieni tal-euro fl-ekonomija u s-soċjetà tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll it-theddida speċifika għall-euro bħala munita ta' importanza dinjija teħtieġ miżura oħra biex din tkun imħarsa. Għalhekk, kull Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro għandu jeżerċita l-ġurisdizzjoni universali, għal reati marbuta mal-euro mwettqa barra mill-Unjoni Ewropea, jekk min iwettaq ir-reat ikun fit-territorju tiegħu jew jekk f'dak l-Istat Membru jinstabu euros foloz marbuta mar-reat. Meta jkunu qegħdin jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni universali, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità, b'mod partikolari fir-rigward ta' kundanni minn pajjiż terz għall-istess aġir.

(23) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom b'koerenza mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra u d-dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar il-liġi kriminali, jiġifieri, għal reati kommessi fit-territorju tagħhom u għal reati mwettqa miċ-ċittadini tagħhom, fid-dawl tal-fatt li huwa preferibbli li r-reati jiġu ttrattati fl-ambitu tas-sistema ġudizzjarja penali tal-Istat fejn iseħħu.Il-prinċipju ta' ne bis in idem għandu jiġi rrispettat, li jfisser li m'għandha jkun hemm l-ebda prosekuzzjoni ta' dawk li jkunu nstabu ħatja jew ġew illiberati b'mod finali fi proċess preċedenti.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi li jikkonċernaw id-definizzjoni ta' reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam tal-iffalsifikar tal-euro u muniti oħra. Hija tintroduċi wkoll dispożizzjonijiet komuni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra dawn ir-reati u biex l-investigazzjoni tagħhom tittejjeb.

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi li jikkonċernaw id-definizzjoni ta' reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam tal-iffalsifikar tal-euro u muniti oħra. Hija tintroduċi wkoll dispożizzjonijiet komuni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra dawn ir-reati; biex l-investigazzjoni tagħhom tittejjeb, u biex tiżgura koordinament aħjar tal-miżuri ta' kontra l-iffalsifikar tal-flus bejn l-awtoritajiet nazzjonali kemm fiż-żona tal-euro kif ukoll barra minnha.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) "persuna ġuridika" tfisser kull entità li jkollha personalità ġuridika skont il-liġi applikabbli, barra minn Stati jew korpi pubbliċi fl-eżerċizzju tal-awtorità Statali u għal organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.

b) "persuna ġuridika" tfisser kull entità li jkollha personalità ġuridika skont il-liġi applikabbli, barra minn Stati;

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b). it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni b'mod frodulenti ta' munita falza;

b). l-att li wieħed jgħaddi munita falza lil terzi;

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d – subpunt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) strumenti, artikoli, programmi tal-kompjuter u mezzi oħrajn addattati b'mod speċjali għall-iffalsifikar jew l-alterazzjoni tal-munita; jew

(i) strumenti, artikoli, programmi tal-kompjuter u mezzi oħrajn addattati speċifikament għall-iffalsifikar jew l-alterazzjoni tal-munita; jew

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d – subpunt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) ologrammi jew biċċiet oħrajn tal-munita li għandhom l-iskop li jipproteġu mill-iffalsifikar.

(ii) ologrammi, marki tal-ilma ("watermarks") jew biċċiet oħrajn tal-munita li għandhom l-iskop li jipproteġu mill-iffalsifikar.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-aġir imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi aġir marbut ma' karti u muniti li għadhom ma ħarġux, iżda huma maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u huma ta' munita legali.

3. L-aġir imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi aġir marbut ma' karti jew muniti li għadhom ma ħarġux, iżda huma maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u huma ta' munita li hi valuta legali.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-aġir imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 jkun kastigabbli b'pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi, inklużi multi u priġunerija.

1. stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-aġir imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 jkun kastigabbli skont id-dritt nazzjonali b'pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi, inklużi multi u priġunerija.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għar-reati msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) li jinvolvu karti u muniti ta' valur nominali totali ta' inqas minn EUR 5 000 u li ma jinvolvux ċirkustanzi partikolarment serji, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu multa minflok priġunerija.

2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, għar-reati msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu jipprevedu piena li ma tkunx priġunerija.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-offiżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) li jinvolvu karti u muniti ta' valur nominali totali ta' mill-inqas EUR 5 000 għandhom ikunu kastigabbli bi priġunerija b'piena massima ta' mill-inqas tmien snin.

imħassar

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-offiżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) li jinvolvu karti u muniti ta' valur nominali totali ta' mill-inqas EUR 10 000 jew li jinvolvu ċirkustanzi partikolarment serji għandhom ikunu kastigabbli b'

4. Ir-reati msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) għandhom ikunu kastigabbli skont id-dritt nazzjonali permezz ta' piena massima ta' mill-inqas tmien snin priġunerija.

(a) piena minima ta' mill-inqas sitt xhur priġunerija;

 

(b) piena massima ta' mill-inqas tmien snin priġunerija.

 

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Fl-infurzar u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi għal reati kriminali previsti minn din id-Direttiva, l-Istati Membri japplikaw ir-regoli u l-prinċipji ġenerali tad-dritt kriminali nazzjonali skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull każ.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-awdituri responsabbli għall-awditjar tal-kontijiet annwali ta' persuni ġuridiċi għandhom jiżvelaw lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti kwalunkwe reat ippruvat imsemmi fl-Artikolu 3 u 4 ta' din id-Direttiva mingħajr ma tiġi kkontestata r-responsabbiltà tagħhom minħabba dak li jiżvelaw.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 fejn:

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4, sakemm it-territorjalità tkun il-fattur determinanti prinċipali, fejn:

(a) ir-reat jitwettaq totalment jew parzjalment fit-territorju tiegħu; jew

(a) ir-reat jitwettaq totalment jew parzjalment fit-territorju tiegħu; jew

(b) l-awtur tar-reat huwa wieħed miċ-ċittadini tiegħu;

(b) l-awtur tar-reat huwa wieħed miċ-ċittadini tiegħu;

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 mwettqa barra l-Unjoni Ewropea, almenu meta dawn ikunu marbuta mal-euro u fejn

imħassar

(a) l-awtur tar-reat jinsab fit-territorju tal-Istat Membru; jew

 

(b) instabu karti u muniti foloz tal-euro marbuta mar-reat fl-Istat Membru.

 

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-prosekuzzjoni għal kwalunkwe reat, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-ġurisdizzjoni tiegħu ma tkunx subordinata għall-kundizzjoni li l-atti huma reat kriminali fil-post fejn ikunu twettqu.

imħassar

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri 'għandhomx jastejnu milli jintentaw proċedimenti kriminali meta r-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 jkunu diġà ġew soġġetti għal proċedimenti kriminali fejn min kien suspettat ikun ġie liberat jew misjub ħati b'mod definittiv.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Ġbir ta' data dwar in-numru ta' każijiet li jirrigwardaw karti u muniti tal-euro foloz

 

L-Istati Membri għandhom perjodikament jiġbru data affidabbli dwar l-għadd ta' każijiet li jirrigwardaw karti u muniti tal-euro foloz b'riferiment partikolari għall-prosekuzzjonijiet kriminali li nbdew u ngħalqu b'suċċess. Tali data għandha tkun għad-dispożizzjoni tal-OLAF;

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk il-kampjuni neċessarji ta' karti u muniti ssusspettati li huma foloz ma jistgħux jiġu trasmessa għaliex ikun meħtieġ li dawn jinżammu bħala evidenza fi proċedimenti kriminali sabiex jiggarantixxu proċess ġust u effettiv u d-dritt għal difiża tal-awtur issuspettat, iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Analiżi u ċ-Ċentru għall-Analiżi Nazzjonali tal-Muniti għandu jingħata aċċess għalihom mingħajr dewmien.

2. Jekk il-kampjuni neċessarji ta' karti u muniti ssusspettati li huma foloz ma jistgħux jiġu trasmessa għaliex ikun meħtieġ li dawn jinżammu bħala evidenza fi proċedimenti kriminali sabiex jiggarantixxu proċess ġust u effettiv u d-dritt għal difiża tal-awtur issuspettat, iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Analiżi u ċ-Ċentru għall-Analiżi Nazzjonali tal-Muniti għandu jingħata aċċess għalihom mingħajr dewmien. Immedjatament wara li jiġu konklużi l-proċedimenti, l-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom jibagħtu l-kampjuni meħtieġa ta' kull tip ta' karti tal-flus issuspettati li huma foloz liċ-Ċentru Nazzjonali għall-Analiżi u kull tip ta' munita ssuspettata li hija falza liċ-Ċentru Nazzjonali tal-Analiżi tal-Muniti.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

Rapport tal-Bank Ċentrali Ewropew

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandu, sa ...*, iressaq rapport dwar il-karti tal-flus ta' EUR 200 u EUR 500. Dak ir-rapport għandu jivvaluta sa liema punt il-ħruġ ta' dawn id-denominazzjonijiet tal-karti tal-flus huwa ġustifikat fid-dawl tar-riskji ta' ffalsifikar u ħasil tal-flus. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposta għal deċiżjoni.

 

____________

* ĠU: Daħħal id-data: Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rappurtar tal-Kummisjoni u r-reviżjoni

Rappurtar mill-Kummisjoni u rieżami - dispożizzjonijiet finali

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha, f'isem l-Unjoni, tqis in-negozjar ta' ftehimiet xierqa ma' pajjiżi terzi li jużaw l-euro bħala munita sabiex topponi u tikkastiga kwalunkwe attivitá li x'aktarx titfa' dubju fuq l-awtentiċitá tal-euro permezz tal-iffalsifikar u sabiex tilħaq l-objettivi ta' din id-Direttiva.

(1)

ĠU C 271, 19.9.2013, p. 42.

(2)

ĠU C 179, 25.6.2013, p. 9.


NOTA SPJEGATTIVA

Dan ir-rapport qasir jikkonċentra fuq ir-rakkomandazzjonijiet li jinkoraġġixxu lill-Istati Membri jittrattaw ir-reat kriminali tal-iffalsifikar b'mod li jikkunsidraw xieraq. B'mod partikolari, l-emenda għall-Artikolu 8 għandha l-għan li tiżgura s-supremazija tat-territorjalità fl-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni; dan għaliex la hu prattiku u lanqas ġust li l-Istati Membri jintalbu jerfgħu r-responsabilità għal reati kommessi minn wieħed miċ-ċittadini tagħhom li jseħħu barra mit-territorju tagħhom.

Skont iċ-ċifri tal-Bank Ċentrali Ewropew, fl-2012 tneħħew miċ-ċirkolazzjoni 184 000 munita tal-euro u 531 000 karta tal-euro foloz. L-OLAF tistima li, mill-introduzzjoni tal-euro fl-2002, l-iffalsifikar tal-euro sewa lill-impriżi u lill-konsumaturi Ewropej madwar EUR 500 miljun; il-konsumaturi u l-impriżi jġarrbu din l-ispiża b'mod dirett peress li mhumiex rimburżati tal-flus foloz.

L-euro hu t-tieni l-iktar munita internazzjonali użata fid-dinja kollha, u minħabba f'hekk tisfa l-bersall tal-gruppi tal-kriminalità organizzata li jispeċjalizzaw fl-iffalsifikar tal-flus. L-Europol tuża ammont konsiderevoli ta' ħin u ta' riżorsi biex tissekwestra karti u muniti tal-euro foloz u biex iżżarma stamperiji illegali.

Il-Kummissjoni Ewropea temmen li approċċ armonizzat għall-istabbiliment ta' sanzjonijiet penali għandu jservi ta' deterrent utli, madankollu għadd ta' Stati Membri jikkunsidraw li dawn is-sanzjonijiet huma ambizzjużi żżejjed u jmorru kontra l-prinċipju ta' sussidjarjetà. Barra minn hekk, fid-dawl tad-disparitajiet ekonomiċi bejn l-Istati Membri, l-istabbiliment ta' pieni minimi armonizzati aktarx jikkawża effetti deterrenti inkonsistenti fl-Unjoni, u għalhekk jirriżulta kontroproduċenti.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (25.9.2013)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-euro u ta' muniti oħrajn permezz tal-liġi kriminali kontra l-falsifikazzjoni, u sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI

(COM(2013)0042 – C7-0033/2013 – 2013/0023(COD))(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Pablo Zalba Bidegain

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal direttiva għandha l-għan li timmodernizza l-qafas legali kriminali attwali tal-UE għall-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar. Tissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill eżistenti (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro u tmur lil hinn minn dan tal-aħħar b'mod partikolari fir-rigward tat-titjib fir-reġim tal-pieni, tal-għodod investigattivi għal reati serji tal-iffalsifikar u l-obbligu tat-trasmissjoni ta' flus li huma ssuspettati foloz liċ-Ċentri Nazzjonali għall-Analiżi (NACs) u liċ-Ċentri Nazzjonali għall-Analiżi tal-Muniti (CNACs).

Ir-rapporteur jilqa' din il-proposta, b'mod partikolari fir-rigward tal-armonizzazzjoni tar-reġim tal-pieni. Armonizzazzjoni minima f'dan is-settur hija kompletament iġġustifikata, ladarba l-euro bħala munita komuni għal 17-il Stat Membru għandha rwol sinifikanti għall-integrazzjoni ekonomika u finanzjarja fl-UE u l-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE fil-munita hija kruċjali għall-istabilità finanzjarja. Għalhekk, l-euro għandha tiġi mħarsa bl-istess mod madwar l-UE kollha.

Ir-rapporteur jissuġġerixxi li l-leġiżlazzjoni proposta tiġi emendata ulterjorment fl-oqsma li ġejjin:

- Pubbliċità tal-kundanni

Sabiex jiġu żgurati pieni effettivi u dissważivi, il-kundanni imposti għandhom isiru pubbliċi, sakemm tali pubblikazzjoni ma tipperikolax b'mod serju l-investigazzjonijiet uffiċjali li jkunu għaddejjin.

Proporzjonalità tal-pieni

B'konformità mal-prinċipji fundamentali tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom japplikaw ir-reġim tal-pieni b'mod proporzjonat. Dan jista' jiġi speċifikat ulterjorment f'subparagrafu ġdid tal-Artikolu 5(1).

-Ambitu: Karti u muniti foloz mhux lesti

Mhuwiex neċessarju li l-kunċett ta' karti u muniti ffalsifikati jkun limitat biss għal karti u muniti foloz lesti, iżda għandu jkopri wkoll karti u muniti foloz mhux lesti li huma fil-proċess li jiġu prodotti.

Dawn il-flus foloz mhux lesti mhux ser ikollhom valur nominali iżda ser ikollhom valur nominali potenzjali, li għandu jiġi kkunsidrat għad-determinazzjoni ta' piena proporzjonata skont l-Artikolu 5 tad-direttiva proposta. Għalhekk, il-premessa 19 u l-Artikolu 5 għandhom jiġu emendati biex jinkludu referenzi għall-valur nominali potenzjali b'relazzjoni mal-flus foloz mhux lesti. Il-valur nominali potenzjali għandu jkun meqjus bħala kriterju ulterjuri meta tiġi applikata l-piena proporzjonata lil kwalunkwe reat skont l-Artikolu 3(1)(a) sa (c) tad-direttiva proposta.

- Ambitu: L-euro u muniti oħra

B'konformità mal-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni għal muniti stabbiliti fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-istess reġim tal-pieni lill-munita domestika tagħhom u lill-muniti barranin. Dan jista' jiġi ċċarat aktar fil-leġiżlazzjoni proposta billi jiġu emendati l-premessa 19 u l-Artikolu 5 sabiex tiġi speċifikata l-applikazzjoni għall-karti jew il-muniti, li mhumiex karti jew muniti foloz.

- Reati b'relazzjoni mal-għodod ta' produzzjoni u l-materji primi ta' karti tal-flus u muniti.

Sabiex jiġu msaħħa l-effetti deterrenti tal-leġiżlazzjoni proposta, u peress li l-istrumenti għall-iffalsifikar għandhom rwol importanti ħafna f'din it-tip ta' kriminalità, ir-reati kriminali kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(d), suġġetti għal valutazzjoni ta' proporzjonalità, għandhom ikunu suġġetti wkoll għall-istandards tal-pieni minimi u massimi stabbiliti fl-Artikolu 5(4).

- Trasmissjoni ta' flus li huma ssuspettati foloz liċ-Ċentri Nazzjonali għall-Analiżi (NACs) u liċ-Ċentri Nazzjonali għall-Analiżi tal-Muniti (CNACs) matul il-proċedimenti ġudizzjarji

L-Artikolu 10 tal-proposta jintroduċi l-obbligu ta' trasmissjoni ta' flus li huma ssuspettati foloz liċ-Ċentri Nazzjonali għall-Analiżi (NACs) u liċ-Ċentri Nazzjonali għall-Analiżi tal-Muniti (CNACs) kif stabbilit b'konformità mar-Regolament Nru 1338/2001. Madankollu, f'ċerti ċirkostanzi, b'mod partikolari matul il-proċedimenti ġudizzjarji li jkunu għaddejjin, il-kampjuni ta' karti u muniti li huma ssupettati foloz ma jistgħux ikunu trasmessi għax huwa meħtieġ li jinżammu bħala evidenza. F'tali ċirkostanzi, dawn il-kampjuni ta' karti u muniti foloz għandhom ikunu trasmessi mingħajr dewmien liċ-Ċentru Nazzjonali għall-Analiżi jew liċ-Ċentru Nazzjonali għall-Analiżi tal-Muniti wara li jkunu ntemmu l-proċedimenti rilevanti.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Armonizzazzjoni tal-liġi kriminali fl-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' kultura legali komuni fl-Unjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità, li ser ikollha impatt pożittiv fuq il-fiduċja reċiproka fost is-sistemi legali tal-Istati Membri.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

.

Huwa ta' importanza fundamentali li jiġu żgurati l-fiduċja u l-kunfidenza fl-awtentiċità tal-karti u l-muniti għaċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-istituzzjonijiet finanzjarji. Il-flus foloz jikkawżaw ħsara sinifikanti finanzjarja u mhux finanzjarja, lis-soċjetà, lill-individwi u lin-negozji fl-Istati Membri kollha kif ukoll fil-pajjiżi terzi. Jistgħu jikkawżaw preokkupazzjonijiet għall-konsumaturi fir-rigward tal-protezzjoni suffiċjenti tal-flus kontanti u l-biża' li jirċievu karti u muniti foloz. B'konsegwenza, il-konsumaturi jistgħu jippreferu mezzi oħra ta' pagament flok dak tal-flus kontanti. Il-flus foloz jista' jkollhom konsegwenzi fuq is-sistema ta' ċirkolazzjoni tal-flus permezz ta' mezzi differenti ta' pagament. Ir-reati tal-iffalsifikar huma kkaratterizzati mill-fatt li ta' spiss għandhom dimensjoni u konnessjonijiet transkonfinali mal-kriminalità organizzata.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Kull kundanna imposta skont din id-Direttiva għandha ssir pubblika minnufih u tinkludi mill-anqas informazzjoni dwar it-tip u n-natura tar-reat, tal-piena u dwar l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika misjuba ħatja, sakemm tali pubblikazzjoni ma tipperikolax b'mod serju l-investigazzjonijiet uffiċjali li jkunu għaddejjin.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibiltà li jimponu żmien qasir ta' priġunerija jew li jevitaw il-priġunerija f'każijiet fejn il-valur nominali totali tal-karti u muniti ffalsifikati ma jkunx sinifikanti jew ma jkunx jinvolvi ċirkostanzi partikolarment serji. Dak il-valur għandu jkun inqas minn EUR 5 000, jiġifieri għaxar darbiet aktar mill-ogħla denominazzjoni tal-euro, għall-każijiet li jitolbu piena oħra għajr għall-priġunerija, u inqas minn EUR 10 000 għall-każijiet li jitolbu inqas minn sitt xhur priġunerija.

(19) L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibiltà li jimponu żmien qasir ta' priġunerija jew li jevitaw il-priġunerija f'każijiet fejn il-valur nominali totali jew il-valur nominali potenzjali tal-karti u muniti ffalsifikati ma jkunx sinifikanti jew ma jkunx jinvolvi ċirkostanzi partikolarment serji. Dak il-valur għandu jkun inqas minn EUR 5 000 jew l-ammont ekwivalenti fil-munita tal-karti tal-flus u l-muniti ffalsifikati rilevanti, jiġifieri għaxar darbiet aktar mill-ogħla denominazzjoni tal-euro, għall-każijiet li jitolbu piena oħra għajr għall-priġunerija, u inqas minn EUR 10 000 jew l-ammont ekwivalenti fil-munita tal-karti tal-flus u l-muniti ffalsifikati rilevanti għall-każijiet li jitolbu inqas minn sitt xhur priġunerija.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex jiżguraw li l-pieni jkollhom effett dissważiv fuq il-pubbliku inġenerali, l-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jippubblikaw il-pieni kriminali msemmija fl-ewwel subparagrafu, mingħajr dewmien bla bżonn, u jinkludu mill-anqas informazzjoni dwar it-tip u n-natura tar-reat u l-identità tal-persuni responsabbli, sakemm tali pubblikazzjoni ma tipperikolax b'mod serju l-istabilità tas-swieq finanzjarji. Fejn il-pubblikazzjoni tikkaġuna ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-pieni kriminali fuq bażi anonima.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-pieni, l-Istati Membri għandhom iqisu l-profitti magħmula jew it-telf evitat minn persuni miżmuma responabbli, kif ukoll id-dannu li jirriżulta mir-reat għal persuni oħra u, fejn japplika, id-dannu għall-funzjonament tas-swieq jew lill-ekonomija b'mod ġenerali.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għar-reati msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) li jinvolvu karti u muniti ta' valur nominali totali ta' inqas minn EUR 5 000 u li ma jinvolvux ċirkustanzi partikolarment serji, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu multa minflok priġunerija.

2. Għar-reati msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) li jinvolvu karti u muniti ta' valur nominali totali jew ta' valur nominali potenzjali ta' inqas minn EUR 5 000 jew l-ammont ekwivalenti fil-munita tal-karti tal-flus u l-muniti ffalsifikati rilevanti, u li ma jinvolvux ċirkustanzi partikolarment serji, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu multa minflok priġunerija.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-offiżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) li jinvolvu karti u muniti ta' valur nominali totali ta' mill-inqas EUR 5 000 għandhom ikunu kastigabbli bi priġunerija b'piena massima ta' mill-inqas tmien snin.

3. L-offiżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) li jinvolvu karti u muniti ta' valur nominali totali jew valur nominali potenzjali ta' mill-inqas EUR 5 000 jew l-ammont ekwivalenti fil-munita tal-karti tal-flus u l-muniti ffalsifikati rilevanti, għandhom ikunu kastigabbli bi priġunerija b'piena massima ta' mill-inqas tmien snin.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-offiżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) li jinvolvu karti u muniti ta' valur nominali totali ta' mill-inqas EUR 10 000 jew li jinvolvu ċirkustanzi partikolarment serji għandhom ikunu kastigabbli b'

4. L-offiżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) li jinvolvu karti u muniti ta' valur nominali totali jew valur nominali potenzjali ta' mill-inqas EUR 10,000 jew l-ammont ekwivalenti fil-munita tal-karti tal-flus u l-muniti ffalsifikati rilevanti, jew li jinvolvu ċirkustanzi partikolarment serji għandhom ikunu kastigabbli b'

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-piena msemmija fil-paragrafu 4 għandha tapplika wkoll għar-reati msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 3(1) fejn tali reati jinvolvu ċirkostanzi partikolarment serji.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk il-kampjuni neċessarji ta' karti u muniti ssusspettati li huma foloz ma jistgħux jiġu trasmessa għaliex ikun meħtieġ li dawn jinżammu bħala evidenza fi proċedimenti kriminali sabiex jiggarantixxu proċess ġust u effettiv u d-dritt għal difiża tal-awtur issuspettat, iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Analiżi u ċ-Ċentru għall-Analiżi Nazzjonali tal-Muniti għandu jingħata aċċess għalihom mingħajr dewmien.

2. Jekk il-kampjuni neċessarji ta' karti u muniti ssusspettati li huma foloz ma jistgħux jiġu trasmessa għaliex ikun meħtieġ li dawn jinżammu bħala evidenza fi proċedimenti kriminali sabiex jiggarantixxu proċess ġust u effettiv u d-dritt għal difiża tal-awtur issuspettat, iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Analiżi u ċ-Ċentru għall-Analiżi Nazzjonali tal-Muniti għandu jingħata aċċess għalihom mingħajr dewmien. Immedjatament wara li dawk il-proċedimenti jkunu ġew konklużi, l-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom jibagħtu l-kampjuni meħtieġa ta' kull tip ta' karti tal-flus issusspettati li huma foloz liċ-Ċentru Nazzjonali għall-Analiżi u kull tip ta' munità ssuspettata li hija falza liċ-Ċentru Nazzjonali tal-Analiżi tal-Muniti rilevanti.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandu sa [sena wara d-dħul fis-seħħ tiegħu] iressqu rapport dwar il-karti tal-flus ta' EUR 200 u EUR 500, Dak ir-rapport għandu jevalwa sa liema punt il-ħruġ ta' dawn id-denominazzjonijiet tal-karti tal-flus huwa ġustifikat fid-dawl tar-riskji ta' ffalsifikar u ħasil tal-flus. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposta għal deċiżjoni.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rappurtar tal-Kummisjoni u r-reviżjoni

Rappurtar mill-Kummisjoni u rieżami - dispożizzjonijiet finali

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha, f'isem l-Unjoni, tqis n-negozjar ta' ftehimiet xierqa ma' pajjiżi terzi li jużaw il-euro bħala munita sabiex topponi u ssegwi kwalunkwe attivitá li x'aktarx titfa' dubju fuq l-awtentiċitá tal-euro permezz tal-iffalsifikar u, b'mod aktar ġenerali, sabiex tilħaq l-objettivi ta' din id-Direttiva.

PROĊEDURA

Titolu

Protezzjoni tal-euro u ta' muniti oħrajn permezz tal-liġi kriminali kontra l-falsifikazzjoni, u sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI

Referenzi

COM(2013)0042 – C7-0033/2013 – 2013/0023(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.3.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

12.3.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Pablo Zalba Bidegain

12.3.2013

Eżami fil-kumitat

5.9.2013

24.9.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

24.9.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marino Baldini, Jean-Paul Besset, Sharon Bowles, Udo Bullmann, George Sabin Cutaş, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Syed Kamall, Othmar Karas, Wolf Klinz, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Ivana Maletić, Marlene Mizzi, Sławomir Nitras, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zdravka Bušić, Ashley Fox, Robert Goebbels, Enrique Guerrero Salom, Olle Ludvigsson, Petru Constantin Luhan, Thomas Mann, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Andreas Schwab, Nils Torvalds

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rita Borsellino


PROĊEDURA

Titolu

Protezzjoni tal-euro u ta' muniti oħrajn permezz tal-liġi kriminali kontra l-falsifikazzjoni, u sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI

Referenzi

COM(2013)0042 – C7-0033/2013 – 2013/0023(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

5.2.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.3.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

12.3.2013

IMCO

12.3.2013

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

20.3.2013

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Anthea McIntyre

31.1.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.2.2013

19.6.2013

16.9.2013

17.12.2013

Data tal-adozzjoni

17.12.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu Houillon, Anthea McIntyre, Nuno Melo, Roberta Metsola, Claude Moraes, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Nils Torvalds, Wim van de Camp, Axel Voss, Renate Weber, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Cornelis de Jong, Mariya Gabriel, Ana Gomes, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Jean Lambert, Ulrike Lunacek, Jan Mulder, Raül Romeva i Rueda, Salvador Sedó i Alabart, Marie-Christine Vergiat, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Leonardo Domenici

Data tat-tressiq

10.1.2014

Avviż legali - Politika tal-privatezza