RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010
14.1.2014 - (COM(2013)0312/2 – C7‑0195/2013 – 2013/0164(COD)) - ***I
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Vittorio Prodi
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010
(COM(2013)0312/2 – C7‑0195/2013 – 2013/0164(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013) 0312/2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 189(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0195/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0027/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Il-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) kienet inizjattiva għall-monitoraġġ tad-Dinja mmexxija mill-Unjoni u mwettqa bi sħubija mal-Istati Membri u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA). L-oriġini tal-GMES tmur lura għal Mejju 1998, meta l-istituzzjonijiet involuti fl-iżvilupp ta’ attivitajiet spazjali fl-Ewropa għamlu dikjarazzjoni konġunta magħrufa bħala “Il-Manifest ta’ Baveno”. Il-Manifest talab impenn fit-tul għall-iżvilupp ta’ servizzi ta’ monitoraġġ ambjentali bbażati fl-ispazju, permezz tal-użu tal-ħiliet u t-teknoloġiji Ewropej, u l-iżvilupp ulterjuri tagħhom. Fl-2005, l-Unjoni għamlet l-għażla strateġika li tiżviluppa kapaċità indipendenti Ewropea ta’ osservazzjoni tad-Dinja biex tipprovdi servizzi fl-oqsma ambjentali u tas-sigurtà8, li finalment irriżultaw fir-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013)9. |
(1) Il-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) kienet inizjattiva għall-monitoraġġ tad-Dinja mmexxija mill-Unjoni u mwettqa bi sħubija mal-Istati Membri u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA). L-oriġini tal-GMES tmur lura għal Mejju 1998, meta l-istituzzjonijiet involuti fl-iżvilupp ta’ attivitajiet spazjali fl-Ewropa għamlu dikjarazzjoni konġunta magħrufa bħala “Il-Manifest ta’ Baveno”. Il-Manifest talab impenn fit-tul għall-iżvilupp ta’ servizzi ta’ monitoraġġ ambjentali bbażati fl-ispazju, permezz tal-użu u aktar żvilupp tal-ħiliet u t-teknoloġiji Ewropej. Fl-2005, l-Unjoni għamlet l-għażla strateġika li tiżviluppa, b’mod konġunt mal-ESA, kapaċità indipendenti Ewropea ta’ osservazzjoni tad-Dinja biex tipprovdi servizzi fl-oqsma ambjentali u tas-sigurtà8, li finalment irriżultaw fir-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013)9.
| |||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||
8 COM(2005) 565 finali tal-10 ta’ Novembru 2005. |
8 COM(2005) 565 finali tal-10 ta’ Novembru 2005. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
9 ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1. |
9 ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Mit-tnedija tiegħu, il-GMES kien programm konġunt tal-UE u tal-ESA mmexxi mill-UE. Sal-lum, madwar 60 % tal-investiment fil-parti spazjali ġie ffinanzjat permezz tal-ESA. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 9 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(9) Sabiex jikseb l-objettivi tiegħu, il-programm Copernicus għandu jistrieħ fuq il-kapaċità awtonoma tal-Unjoni għall-osservazzjonijiet li jkunu saru fl-ispazju u jipprovdi servizzi operattivi fil-qasam tal-ambjent, il-protezzjoni ċivili u s-sigurtà. Għandu jagħmel ukoll użu mid-dejta disponibbli pprovduta fil-post, jiġifieri, mill-Istati Membri. Il-forniment ta’ servizzi operattivi jiddependi fuq il-funzjonament tajjeb u s-sigurtà tal-komponent spazjali Copernicus. Ir-riskju dejjem jiżdied ta’ kolliżjoni ma’ satelliti oħrajn u residwu spazjali huma l-aktar theddida serja għall-komponent spazjali Copernicus. Għalhekk, il-programm Copernicus għandu jappoġġja azzjonijiet immirati biex inaqqsu dawn ir-riskji, b’mod partikolari billi jikkontribwixxi għall-programm stabbilit bid-Deċiżjoni [XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm ta’ Appoġġ għas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju. |
(9) Sabiex jikseb l-objettivi tiegħu, il-programm Copernicus għandu jistrieħ fuq il-kapaċità awtonoma tal-Unjoni għall-osservazzjonijiet li jkunu saru fl-ispazju u jipprovdi servizzi operattivi fil-qasam tal-ambjent, il-protezzjoni ċivili u s-sigurtà. Għandu jagħmel ukoll użu mid-dejta disponibbli pprovduta fil-post, jiġifieri, mill-Istati Membri. Il-programm għandu jagħmel, bl-akbar mod possibbli, użu mill-kapaċitajiet fil-qasam tal-osservazzjonijiet u s-servizzi spazjali tal-Istati Membri. Il-programm għandu jagħmel użu wkoll mill-kapaċitajiet tal-inizjattivi kummerċjali fl-Ewropa, u b’hekk jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ta’ settur spazjali kummerċjali vijabbli fl-Ewropa. Barra minn hekk, id-disponibbiltà tas-sistema Ewropea tas-Satelliti Rilej tad-Dejta għas-Sentinelli Copernicus ser taċċellera t-trażmissjoni tad-dejta u b’hekk tkompli ttejjeb il-kapaċitajiet b’rispons għad-domanda dejjem tiżdied tal-utenti għal dejta f’ħin kważi reali. Il-forniment ta’ servizzi operattivi jiddependi fuq il-funzjonament tajjeb, id-disponibbiltà permanenti u s-sigurtà tal-komponent spazjali Copernicus. Ir-riskju dejjem jiżdied ta’ kolliżjoni ma’ satelliti oħrajn u residwu spazjali huma l-aktar theddida serja għall-komponent spazjali Copernicus. Għalhekk, il-programm Copernicus għandu jappoġġja azzjonijiet immirati biex inaqqsu dawn ir-riskji, b'mod partikolari billi jforni, flimkien ma' EGNOS/Galileo, mingħajr ma jipperikola l-funzjonalità sħiħa tagħhom, l-akbar kontribuzzjoni possibbli għall-programm stabbilit bid-Deċiżjoni [XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm ta' Appoġġ għas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju. Bl-għan li jitrawwem l-iżvilupp massimu tal-industrija Ewropea spazjali u tas-servizzi, u biex jinkiseb l-aħjar valur għall-flus u l-aħjar prestazzjoni fl-iżvilupp ta’ Copernicus, il-prinċipji tal-akkwist pubbliku għandhom jiġu applikati, il-kuntratti għandhom ikunu ta' daqs xieraq u għandu jkun hemm rikors għas-sottokuntrattar. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 10 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(10) Il-pakkett finanzjarju massimu meħtieġ għall-azzjonijiet Copernicus (2014-2020) huwa ta’ EUR 3 786 miljun fi prezzijiet tal-2011, allokati f’kapitolu separat tal-baġit skont it-Titolu 2 tal-Intestatura 1a tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni. In-nefqiet tal-persunal u dawk amministrattivi mġarrba mill-Kummissjoni fil-koordinazzjoni tal-programm Copernicus għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. |
(10) Il-pakkett finanzjarju massimu meħtieġ għall-azzjonijiet Copernicus (2014-2020) huwa ta’ EUR 3 786 miljun fi prezzijiet tal-2011, allokati f’kapitolu separat tal-baġit skont it-Titolu 2 tal-Intestatura 1a tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni. In-nefqiet tal-persunal u dawk amministrattivi mġarrba mill-Kummissjoni fil-koordinazzjoni tal-programm Copernicus għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Fil-każ ta’ obbligi finanzjarji addizzjonali mhux previsti, kull żieda fil-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tkun askaptu ta’ programmi oħrajn u għaldaqstant għandha tkun koperta mill-marġni disponibbli bejn il-limiti tal-QFP u l-limiti tar-riżorsi proprji. Sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati possibbli u jiġu sfruttati l-għarfien u l-kompetenzi miksuba permezz tal-fażijiet ta’ implimentazzjoni tal-programm, għandhom jiġu esplorati mudelli organizzativi ġodda għall-ippjanar tal-futur, bħall-inizjattiva konġunta dwar it-teknoloġija spazjali u pjan finanzjarju pluriennali mwaqqaf bl-għajnuna tal-Bank Ewropew tal-Investiment biex jiġi żgurat l-impenn ekonomiku fuq tul ta' żmien twil mill-Istati Membri kollha. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 13 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(13) Id-dimensjoni internazzjonali ta’ Copernicus hija ta’ rilevanza partikolari fl-iskambju tad-dejta u l-informazzjoni, kif ukoll fl-aċċess għall-infrastruttura ta’ osservazzjoni. Sistema ta’ skambju bħal din hija aktar kosteffiċjenti minn skemi ta’ xiri ta’ dejta u ssaħħaħ id-dimensjoni globali tal-programm. |
(13) Id-dimensjoni internazzjonali ta’ Copernicus hija ta’ rilevanza partikolari fl-iskambju tad-dejta u l-informazzjoni, kif ukoll fl-aċċess għall-infrastruttura ta’ osservazzjoni. Sistema ta’ skambju bħal din hija aktar kosteffiċjenti minn skemi ta’ xiri ta’ dejta u ssaħħaħ id-dimensjoni globali tal-programm u trid tiġi żġurata protezzjoni adegwata tal-informazzjoni u d-dejta skambjati b’dan il-mod. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Hawnhekk ir-rapporteur jintroduċi r-rekwiżit tar-reċiproċità. Jekk dan it-terminu jagħti messaġġ politiku qawwi, jirriskja li jirriżulta f’diffikultajiet u diverġenzi ta’ interpretazzjonijiet. Huwa għalhekk li aħna nfittxu li fit-test nissostitwixxuh b’termini legalment iktar adegwati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 16 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-fehim u l-appoġġ adegwat tal-pubbliku huma kruċjali għall-ġustifikazzjoni tal-baġit, kif ukoll għall-promozzjoni ta' prodotti tal-programmi spazjali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 17 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(17) B’kunsiderazzjoni tad-dimensjoni ta’ sħubija ta’ Copernicus u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-kompetenza teknika, l-implimentazzjoni tal-programm għandha tiġi ddelegata lil entitajiet b’kapaċità teknika u professjonali xierqa. |
(17) B’kunsiderazzjoni tad-dimensjoni ta’ sħubija ta’ Copernicus u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-kompetenza teknika, l-implimentazzjoni tal-programm għandha tiġi ddelegata lil entitajiet b’kapaċità teknika u professjonali xierqa, bħal ma hija l-Aġenzija GNSS Ewropea (GSA), li jista' jkollha rwol attiv, f'kollaborazzjoni mill-qrib maċ-Ċentri ta' eċċellenza għall-osservazzjoni tad-Dinja, fl-implimentazzjoni tal-programm Copernicus fil-futur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 18 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(18) Fl-implimentazzjoni tal-programm Copernicus, il-Kummissjoni tista’ tistrieħ, fejn ikun debitament ġustifikat, fuq in-natura speċjali tal-azzjoni u l-għarfien speċifiku tal-korp tal-Unjoni, fuq aġenziji kompetenti tal-Unjoni, bħall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) u ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (EUSC) jew kwalunkwe korp rilevanti potenzjalment eliġibbli għal delegazzjoni skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni12. L-għażla tal-korp tal-Unjoni għandha tqis il-kosteffiċjenza li tafdalhom dawk il-kompiti, l-impatt fuq l-istruttura ta’ governanza tal-korp u fuq ir-riżorsi finanzjarji u umani tagħha. |
(18) Fl-implimentazzjoni tal-programm Copernicus, il-Kummissjoni tista’ tistrieħ, fejn ikun debitament ġustifikat, fuq in-natura speċjali tal-azzjoni u l-għarfien speċifiku tal-korp tal-Unjoni, fuq aġenziji kompetenti tal-Unjoni, bħall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), l-Aġenzija GNSS Ewropea (GSA) u ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (EUSC), l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA) jew kwalunkwe korp rilevanti potenzjalment eliġibbli għal delegazzjoni skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12. L-għażla tal-korp tal-Unjoni għandha tqis il-kosteffiċjenza li tafdalhom dawk il-kompiti, l-impatt fuq l-istruttura ta’ governanza tal-korp u fuq ir-riżorsi finanzjarji u umani tagħha. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||
12 ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1. |
12 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p.1). | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 19 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(19) Sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ Copernicus fuq bażi sostenibbli, huwa meħtieġ li jiġu kkoordinati l-attivitajiet tad-diversi sħab involuti f’Copernicus, u li tiġi żviluppata, stabbilita u operata kapaċità ta’ servizz u osservazzjoni li tissodisfa d-domandi tal-utenti. F’dan il-kuntest, kumitat għandu jassisti lill-Kummissjoni fl-iżgurar tal-koordinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għal Copernicus mill-Unjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji intergovernattivi, billi jagħmel l-aħjar użu tal-kapaċitajiet eżistenti u jidentifika lakuni li għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-Unjoni. Għandu jgħin ukoll lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni koerenti ta’ Copernicus. |
(19) Sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ Copernicus fuq bażi sostenibbli, huwa meħtieġ li jiġu kkoordinati l-attivitajiet tad-diversi sħab involuti f’Copernicus, u li tiġi żviluppata, stabbilita u operata kapaċità ta’ servizz u osservazzjoni li tissodisfa d-domandi tal-utenti. F’dan il-kuntest, kumitat għandu jassisti lill-Kummissjoni fl-iżgurar tal-koordinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għal Copernicus mill-Unjoni, l-Istati Membri, is-settur privat u l-aġenziji intergovernattivi, billi jagħmel l-aħjar użu tal-kapaċitajiet eżistenti u jidentifika lakuni li għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-Unjoni. Għandu jgħin ukoll lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni koerenti ta’ Copernicus. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 19a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(19a) Il-programm Copernicus għandu jikkonforma mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kuntratti pubbliċi u għandu jimmira, l-ewwel u qabel kollox, li jikseb il-valur għall-flus, jikkontrolla l-infiq, inaqqas ir-riskji, itejjeb l-effiċjenza u jnaqqas id-dipendenza fuq il-fornituri uniċi. Għandhom jiġu segwiti, fl-Istati Membri kollha, politika ta’ aċċess miftuħ u kompetizzjoni ġusta fil-katina tal-provvista industrijali, u l-offerta ta’ opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni lill-industrija fil-livelli kollha, inkluż b’mod partikolari l-intrapriżi zgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-Integraturi Żgħar tas-Sistema. L-abbuż possibbli tad-dominanza jew id-dipendenza fit-tul fuq il-fornituri uniċi għandhom jiġu evitati, peress li dawn iwasslu biex is-servizzi pprovduti jkunu aktar għoljin u l-programm Copernicus isir mhux sostenibbli fuq medda twila ta’ żmien. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 1 – titolu | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Suġġett |
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm tal-Unjoni ta’ osservazzjoni tad-Dinja msejjaħ Copernicus u jistabbilixxi r-regoli għall-eżekuzzjoni tiegħu. |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm tal-Unjoni ta’ osservazzjoni u monitoraġġ tad-Dinja msejjaħ Copernicus u jistabbilixxi r-regoli għall-iskjerament, l-operazzjoni u l-isfruttament tiegħu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-programm Copernicus għandu jiżgura l-kontinwità mal-attivitajiet miksuba mill-programm GMES u għandu jinkludi dan li ġej: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) komponent tas-servizzi li jiżgura l-aċċess għall-informazzjoni fl-oqsma li ġejjin: il-monitoraġġ tal-atmosfera, il-monitoraġġ tat-tibdil fil-klima, il-ġestjoni tal-emerġenzi, il-monitoraġġ tal-art, il-monitoraġġ tal-baħar u s-sigurtà; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) komponent spazjali li jiżgura osservazzjonijiet sostenibbli tal-ispazju għall-oqsma tas-servizz imsemmija fil-punt (a); | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) komponent fil-post li jiżgura aċċess koordinat għall-osservazzjonijiet permezz ta’ installazzjonijiet fl-ajru, fil-baħar u fuq l-art, li jinkludu dawk mingħajr ekwipaġġ, għall-oqsma ta’ servizz imsemmija fil-punt (a) u l-attivitajiet ta’ kalibrar u ta’ validazzjoni għall-osservazzjonijiet tal-ispazju. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Objettivi ġenerali |
Objettivi | |||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Il-programm Copernicus għandu jikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali li ġejjin: |
1. Copernicus għandu jikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali li ġejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) il-protezzjoni tal-ambjent u l-għoti ta’ appoġġ lill-isforzi għall-protezzjoni ċivili u s-sigurtà; |
(a) il-monitoraġġ u l-protezzjoni tal-ambjent u l-għoti ta’ appoġġ lill-protezzjoni ċivili u l-isforzi tas-sigurtà ċivili; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) l-appoġġ għall-istrateġija ta’ tkabbir Ewropa 2020 permezz tal-kontribuzzjoni għall-objettivi ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; b’mod partikolari, għandu jikkontribwixxi għall-istabbiltà u t-tkabbir ekonomiku billi jagħti spinta lill-applikazzjonijiet kummerċjali. |
(b) l-appoġġ għall-istrateġija ta’ tkabbir Ewropa 2020 permezz tal-kontribuzzjoni għall-objettivi ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; b’mod partikolari, għandu jikkontribwixxi għall-istabbiltà u t-tkabbir ekonomiku billi jagħti spinta lill-iskambju ħieles tad-dejta u lill-applikazzjonijiet kummerċjali. Għandu jrawwem ukoll l-iżvilupp ta' industrija spazjali b'saħħitha u bbilanċjata mal-Unjoni kollha filwaqt li jżomm il-kompetittività fil-livell internazzjonali, billi jiġu mmassimizzati l-opportunitajiet għall-impriżi Ewropej biex jiġu żviluppati u pprovduti tekonoloġiji u servizzi ewlenin innovattivi u jiżgura li l-Unjoni jkollha aċċess indipendenti għall-għarfien ambjentali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. Sabiex jintlaħqu l-objettivi ġenerali stipulati fil-paragrafu 1, Copernicus għandu jkollu l-objettivi speċifiċi li ġejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Id-dejta u l-informazzjoni oriġinali prodotti minn osservazzjonijiet li jkunu saru fl-ispazju, kif ukoll minn dejta disponibbli fil-post (“dejta u informazzjoni Copernicus”) għandhom ikunu preċiżi u affidabbli, ipprovduti fuq bażi fit-tul u sostenibbli, u li jirrispondu għall-ħtiġijiet ta’ komunitajiet ta’ utenti ta’ Copernicus. L-aċċess għal dik id-dejta għandha tkun sħiħa, miftuħa u mingħajr ħlas, soġġetta għall-kundizzjonijiet definiti f’dan ir-Regolament jew abbażi ta’ dan ir-Regolament. |
(a) iwassal dejta u informazzjoni preċiżi u affidabbli, ipprovduti fuq bażi fit-tul, kontinwa u sostenibbli li tirrispondi għall-ħtiġijiet ta’ komunitajiet ta’ utenti ta’ Copernicus, definiti bħala dawk li jinkludu entitajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali jew lokali fdati bid-definizzjoni, l-implimentazzjoni, l-infurzar jew il-monitoraġġ ta’ servizz pubbliku jew qasam ta’ politika msemmi fl-Artikolu 4, aġenziji tal-gvern, universitajiet, istituzzjonijiet tar-riċerka u utenti kummerċjali u privati. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-komunitajiet ta’ utenti ta’ Copernicus huma definiti bħala dawk li jinkludu l-korpi Ewropej nazzjonali, reġjonali jew lokali fdati bid-definizzjoni, l-implimentazzjoni, l-infurzar jew il-monitoraġġ ta’ servizz pubbliku jew politika fl-oqsma msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 4. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) jipprovdi aċċess sostenibbli u affidabbli għad-dejta u l-informazzjoni spazjali minn kapaċità awtonoma tal-Unjoni ta’ osservazzjoni tad-Dinja bi speċifikazzjonijiet tekniċi konsistenti u jibni fuq l-assi u l-kapaċitajiet Ewropej u nazzjonali attwali, u jikkumplimentahom fejn ikun meħtieġ; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Il-kisba tal-objettivi msemmija fil-paragrafu 1 għandha titkejjel permezz tal-indikaturi tar-riżultati li ġejjin: |
3. Il-kisba tal-objettivi stipulati fil-paragrafi 1 u 2 għandha titkejjel permezz tal-indikaturi tar-riżultati li ġejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) id-dejta u l-informazzjoni jkunu disponibbli skont ir-rekwiżiti rispettivi ta’ għoti ta’ livell ta’ servizz għall-ambjent, il-protezzjoni ċivili u s-sigurtà; |
(a) id-dejta u l-informazzjoni jkunu disponibbli skont ir-rekwiżiti rispettivi ta’ għoti ta’ livell ta’ servizz għall-ambjent, il-protezzjoni ċivili u s-sigurtà; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) l-ikkompletar tal-infrastruttura spazjali ddedikata f’termini ta’ satelliti skjerati u dejta prodotta filwaqt li jitqies il-baġit disponibbli; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) id-domanda għad-dejta ta’ Copernicus u l-informazzjoni mkejla minn numru ta’ utenti, il-volum ta’ dejta u informazzjoni aċċessata u bit-twessigħ tad-distribuzzjoni madwar l-istituzzjonijiet tal-UE u l-awtoritajiet u l-korpi nazzjonali, reġjonali jew lokali; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(d) l-użu tad-dejta ta’ Copernicus u tal-informazzjoni mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-entitajiet privati, il-livell tal-adozzjoni tal-utent u s-sodisfazzjon u l-benefiċċji mogħtija liċ-ċittadini tal-Unjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) il-penetrazzjoni fis-suq u l-kompetittività tal-operaturi downstream Ewropej. |
(e) il-penetrazzjoni fis-suq, il-ħolqien ta' swieq ġodda u l-kompetittività. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(Nota teknika: l-Artikolu 3 jaqa') | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
L-ambitu tas-servizzi Copernicus |
L-operazzjoni ta’ Copernicus | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sezzjoni I - Servizzi | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Is-servizzi Copernicus, kif imsemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 3 għandhom jinkludu: |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Servizzi operattivi: |
1. Is-servizzi Copernicus għandhom jinkludu: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) Is-servizz ta’ monitoraġġ tal-atmosfera għandu jipprovdi informazzjoni fuq il-kwalità tal-arja fuq skala Ewropea u l-kompożizzjoni kimika tal-atmosfera fuq skala globali. Dan għandu b’mod partikolari jipprovdi informazzjoni għas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja fl-iskali lokali sa dawk nazzjonali, u għandu jikkontribwixxi għall-monitoraġġ tal-parametri klimatiċi tal-kimika atmosferika; |
(a) Is-servizz ta’ monitoraġġ tal-atmosfera għandu jipprovdi informazzjoni fuq il-kwalità tal-arja fuq skala Ewropea u l-kompożizzjoni kimika tal-atmosfera fuq skala globali, b’attenzjoni partikolari għall-osservazzjoni tal-fergħat fuqana tal-foresti. Dan għandu b’mod partikolari jipprovdi informazzjoni għas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja fl-iskali lokali sa dawk nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-mudelli tat-temperatura, u għandhom jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tal-parametri klimatiċi tal-kimika atmosferika; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) Is-servizz ta’ monitoraġġ tal-baħar għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-istat u d-dinamika ta’ ekosistemi fiżiċi tal-oċean u tal-baħar għall-oċeani globali u ż-żoni reġjonali Ewropej; |
(b) Is-servizz ta’ monitoraġġ tal-baħar għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-istat u d-dinamika ta’ ekosistemi fiżiċi tal-oċean u tal-baħar għall-oċeani globali, iż-żoni polari u ż-żoni reġjonali Ewropej, b’attenzjoni speċjali għall-flussi tal-iskart; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) Is-servizz ta’ monitoraġġ tal-art għandu jipprovdi informazzjoni b’appoġġ għall-monitoraġġ ambjentali minn perspettiva globali sa dik lokali tal-bijodiversità, il-ħamrija, l-ilma, il-foresti u r-riżorsi naturali, kif ukoll fl-implimentazzjoni ġenerali ta’ politiki tal-ambjent, tal-agrikoltura, tal-iżvilupp, tal-enerġija, tal-ippjanar urban, tal-infrastruttura u tat-trasport; |
(c) Is-servizz ta’ monitoraġġ tal-art għandu jipprovdi informazzjoni b’appoġġ għall-monitoraġġ ambjentali minn perspettiva globali sa dik lokali tal-bijodiversità, il-ħamrija, l-ilma, il-krijosfera, il-foresti, il-prattiki agrikoli u r-riżorsi naturali, kif ukoll fl-implimentazzjoni ġenerali ta’ politiki tal-ambjent, tal-agrikoltura, tal-iżvilupp, tal-enerġija, tal-ippjanar urban, tal-infrastruttura u tat-trasport; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(d) Is-servizz ta’ monitoraġġ tat-tibdil fil-klima għandu jipprovdi informazzjoni biex tiżdied il-bażi ta’ għarfien għall-appoġġ ta’ politiki ta’ adattament u mitigazzjoni. Dan għandu jikkontribwixxi b’mod partikolari għall-provvista ta’ Parametri Essenzjali tal-Klima (ECVs), l-analiżi tal-klima u projezzjonijiet fuq skali temporali u spazjali rilevanti għall-istrateġiji ta’ adattament u mitigazzjoni għad-diversi oqsma ta’ benefiċċju settorjali u soċjetali tal-Unjoni; |
(d) Is-servizz ta’ monitoraġġ tat-tibdil fil-klima għandu jipprovdi informazzjoni biex tiżdied il-bażi ta’ għarfien għall-appoġġ ta’ politiki ta’ adattament u mitigazzjoni. Dan għandu jikkontribwixxi b’mod partikolari għall-provvista ta’ Parametri Essenzjali tal-Klima (ECVs), l-analiżi tal-klima u projezzjonijiet fuq skali temporali u spazjali rilevanti għall-istrateġiji ta’ adattament u mitigazzjoni għad-diversi oqsma ta’ benefiċċju settorjali u soċjetali tal-Unjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(e) Is-servizz ta’ rispons ta’ emerġenza għandu jipprovdi informazzjoni għal rispons ta’ emerġenza rigward tipi ta’ diżastri differenti, inklużi perikli meteoroloġiċi, perikli ġeofiżiċi, diżastri magħmula mill-bniedem intenzjonalment u aċċidentalment u diżastri umanitarji oħrajn, kif ukoll l-attivitajiet ta’ prevenzjoni, tħejjija, rispons u rkupru; |
(e) Is-servizz ta’ rispons ta’ emerġenza għandu jipprovdi informazzjoni għal rispons ta’ emerġenza rigward tipi ta’ diżastri differenti, inklużi perikli meteoroloġiċi, perikli ġeofiżiċi, diżastri magħmula mill-bniedem intenzjonalment u aċċidentalment u diżastri umanitarji oħrajn, kif ukoll l-attivitajiet ta’ prevenzjoni, tħejjija, rispons u rkupru; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(f) Is-servizz tas-sigurtà għandu jipprovdi informazzjoni b’appoġġ għall-isfidi tas-sigurtà tal-Ewropa biex jittejbu l-kapaċitajiet tal-prevenzjoni tal-kriżijiet, ta’ tħejjija u ta’ reazzjoni, b’mod partikolari għal sorveljanza fuq il-fruntiera u marittima, iżda wkoll b’appoġġ għall-azzjoni esterna tal-Unjoni, permezz ta’ individwazzjoni u monitoraġġ ta’ theddid għas-sigurtà transreġjonali, valutazzjoni tar-riskju u sistemi ta’ twissija bikrija, immappjar u monitoraġġ ta’ żoni tal-fruntiera; |
(f) Is-servizz tas-sigurtà għandu jipprovdi informazzjoni b’appoġġ għall-isfidi tas-sigurtà tal-Ewropa biex jittejbu l-kapaċitajiet tal-prevenzjoni tal-kriżijiet, ta’ tħejjija u ta’ reazzjoni, b’mod partikolari għal sorveljanza fuq il-fruntiera u marittima, iżda wkoll b’appoġġ għall-azzjoni esterna tal-Unjoni, permezz ta’ individwazzjoni u monitoraġġ ta’ theddid għas-sigurtà transreġjonali, valutazzjoni tar-riskju u sistemi ta’ twissija bikrija, immappjar u monitoraġġ ta’ żoni tal-fruntiera. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
M’għandu jkun hemm l-ebda prijorità fost dawn is-servizzi. Is-servizzi għandhom jiġu operati skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, b’rispett sħiħ lejn il-mandati nazzjonali attwali. Għalhekk, dawn għandhom jippermettu l-iżvilupp ta' servizzi downstream deċentralizzati u kosteffikaċi li, fejn xieraq, għandhom jintegraw, fil-livell Ewropew, id-dejta u l-kapaċitajiet eżistenti tal-ispazju, fil-post u ta’ referenza fl-Istati Membri biex tiġi evitata d-dupplikazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Attivitajiet ta’ żvilupp li jikkonsistu fit-titjib tal-kwalità u l-prestazzjoni tas-servizzi operattivi, inklużi l-evoluzzjoni u l-adattament tagħhom, u fl-evitar jew il-mitigazzjoni tar-riskji operattivi; |
2. Sabiex tiġi żgurata l-evoluzzjoni tas-servizzi msemmija fil-punt 1 ta' din is-Sezzjoni u l-adozzjoni tagħhom mis-settur pubbliku, għandhom jitwettqu wkoll l-attivitajiet li ġejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) attivitajiet ta’ żvilupp immirati biex itejbu l-kwalità u l-prestazzjoni tas-servizzi operattivi, inklużi l-evoluzzjoni u l-adattament tagħhom, u l-evitar jew il-mitigazzjoni tar-riskji operattivi; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Attivitajiet ta’ appoġġ li jikkonsistu f’miżuri għall-promozzjoni tal-użu ta’ servizzi operattiv minn utenti u l-użu ta' applikazzjonijiet downstream, kif ukoll attivitajiet ta’ komunikazzjoni u tixrid. |
(b) Attivitajiet ta’ appoġġ li jikkonsistu f’miżuri għall-promozzjoni tal-użu ta’ servizzi operattivi ta’ Copernicus, li jinkludu attivitajiet ta’ komunikazzjoni u tixrid, l-iżvilupp ta’ proċeduri standard u għodod biex jintegraw id-dejta u l-informazzjoni ta’ Copernicus fil-flussi ta’ xogħol tal-utenti: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(i) minn awtoritajiet pubbliċi fdati bid-definizzjoni, l-implimentazzjoni, l-infurzar jew il-monitoraġġ ta’ servizz pubbliku jew oqsma ta’ politika msemmija fil-punt 1 ta' din is-Sezzjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ii) minn utenti oħra jew applikazzjonijiet downstream; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(iii) mill-Aġenzija GNSS (GSA) f'kollaborazzjoni ma' ċentri ta' eċċellenza għall-osservazzjoni tad-dinja. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sezzjoni II - Komponent spazjali | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-komponent spazjali Copernicus għandu jipprovdi osservazzjonijiet li jsiru fl-ispazju biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2, li jservu primarjament lis-servizzi operattivi msemmija fil-punt (1) tas-Sezzjoni I ta' dan l-Artikolu. Il-komponent spazjali Copernicus għandu jinkludi l-attivitajiet li ġejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) Il-forniment ta’ osservazzjonijiet li jsiru fl-ispazju, inkluż: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
i) l-ikkompletar, iż-żamma u l-operazzjoni ta’ dawk il-missjonijiet speċifiċi ta' Copernicus, inkluż governanza tas-satelliti, monitoraġġ u kontroll tas-satelliti, riċeviment u pproċessar, arkivjar u tixrid ta’ dejta, u kalibrazzjoni u validazzjoni permanenti; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
ii) il-forniment ta’ dejta fil-post għall-kalibrazzjoni u l-validazzjoni ta’ osservazzjonijiet li jsiru fl-ispazju; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
iii) il-forniment, l-arkivjar u t-tixrid ta’ dejta ta’ missjoni ta’ kontribuzzjoni li tikkumplimenta d-dejta tal-missjoni speċifiċi ta' Copernicus; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
iv) il-manutenzjoni tal-infrastruttura spazjali Copernicus; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) Attivitajiet b’rispons għall-bżonnijiet li jevolvu tal-utenti, inklużi: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
i) l-identifikazzjoni ta’ lakuni ta’ osservazzjoni u l-ispeċifikazzjoni ta’ missjonijiet spazjali ġodda fuq il-bażi tar-rekwiżiti tal-utent ivvalidati u l-infrastruttura spazjali eżistenti jew ippjanata; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
ii) żviluppi li jimmiraw lejn l-immodernizzar u l-ikkumplimentar tal-komponent spazjali Copernicus, inkluż id-disinn u l-akkwist ta’ elementi msaħħa ġodda tal-infrastruttura spazjali, inkluża l-infrastruttura li se tidħol fis-seħħ wara l-2025; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) Kontribuzzjoni għall-protezzjoni tas-satelliti kontra r-riskju ta’ kolliżjoni permezz tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni [XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm ta’ Appoġġ għas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sezzjoni III - Komponent fil-post | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-komponent fil-post tal-programm Copernicus għandu jinkludi l-attivitajiet li ġejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) koordinazzjoni u armonizzazzjoni tal-ġbir u forniment ta’ dejta fil-post, forniment ta’ dejta fil-post għas-servizzi operattivi, inkluża dejta fil-post minn parti terza fil-livell internazzjonali; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) assistenza teknika lill-Kummissjoni dwar ir-rekwiżiti tas-servizz għal dejta ta’ osservazzjoni fil-post; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) il-kooperazzjoni ma’ operaturi fil-post biex tiġi promossa l-konsistenza ta’ attivitajiet ta’ żvilupp relatati mal-infrastruttura u n-netwerks ta' osservazzjoni fil-post; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(d) l-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-lakuni fl-osservazzjonijiet fil-post li ma jistgħux jimtlew mill-infrastruttura u n-netwerks attwali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(Nota teknika: l-Artikoli 5 u 6 jaqgħu) | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-allokazzjoni finanzjarja għall-programm Copernicus tista’ tkopri wkoll spejjeż relatati ma’ attivitajiet ta' tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ verifika u ta’ evalwazzjoni li huma meħtieġa direttament għall-ġestjoni tal-programm Copernicus u l-kisba tal-objettivi tiegħu, u b’mod partikolari studji, laqgħat, azzjonijiet ta' informazzjoni u ta’ komunikazzjoni, kif ukoll spejjeż marbuta ma’ netwerks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar ta’ informazzjoni u l-iskambju ta’ dejta. Ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni skont dan ir-Regolament jistgħu jikkontribwixxu wkoll b’mod proporzjonali biex ikopru l-komunikazzjoni istituzzjonali tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni. |
3. L-allokazzjoni finanzjarja għall-programm Copernicus tista’ tkopri wkoll spejjeż relatati ma’ attivitajiet ta' tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ verifika u ta’ evalwazzjoni li huma meħtieġa direttament għall-ġestjoni tal-programm Copernicus u l-kisba tal-objettivi tiegħu, u b’mod partikolari studji, laqgħat, azzjonijiet ta' informazzjoni u ta’ komunikazzjoni, kif ukoll spejjeż marbuta ma’ netwerks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar ta’ informazzjoni u l-iskambju ta’ dejta. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 7a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għal finijiet ta' ċarezza u trasparenza, din l-emenda terġa' tieħu d-dispożizzjonijiet mir-Regolament 911/2010 dwar il-GMES preċedenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 8 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Programm ta' ħidma tal-Kummissjoni |
Ir-rwol tal-Kummissjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta’ ħidma skont l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Dak l-att implimentattiv għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fil-punt (3) tal-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament. |
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha r-responsabbiltà globali għall-programm Copernicus. Għandha tiddefinixxi l-prijoritajiet u l-objettivi tal-programm u tissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu, b’mod partikolari fir-rigward tal-kostijiet, l-iskeda u l-prestazzjoni u l-interessi tas-sigurtà bi qbil mal-Artikolu 16 u għandha tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew bl-informazzjoni rilevanti kollha relatata mal-programm permezz ta’ rapport annwali dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar il-ġestjoni tar-riskji, l-ispejjeż globali, l-ispejjeż operattivi annwali ta' kull punt sinifikanti tal-informazzjoni relatata mal-infrastruttura, l-iskeda, il-prestazzjoni u l-akkwist ta' Copernicus. Dak ir-rapport għandu jkun ukoll disponibbli għall-kumitat Copernicus. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, tiddefinixxi u taġġorna skont il-bżonn pjan fuq tul ta' żmien twil, inkluż portafolji tekniċi għas-servizzi taħt il-punt 1 tas-Sezzjoni I tal-Artikolu 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 20(3). Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-allokazzjonijiet fil-programm tal-ħidma annwali, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tqis il-pjan fuq tul ta' żmien twil. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3. Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-Istati Membri sabiex ittejjeb l-iskambju tad-dejta u l-informazzjoni bejniethom u żżid il-volum tad-dejta u l-informazzjoni disponibbli għall-programm Copernicus. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri biex tippromwovi l-konverġenza tal-Istati Membri fl-użu ta’ dejta u informazzjoni Copernicus u l-aċċess tagħhom għat-teknoloġija u l-iżvilupp fl-Osservazzjoni tad-Dinja. Dawn il-miżuri m’għandhomx jgħawġu l-kompetizzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2). | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5. Il-Kummissjoni għandha tamministra, f’isem l-Unjoni u fil-qasam tal-kompetenza tagħha, ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, filwaqt li tiżgura l-koordinazzjoni tal-programm Copernicus ma’ attivitajiet fil-livelli nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
6. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri mmirati lejn l-għoti operattiv ta’ servizzi u d-disponibbiltà fit-tul tad-dejta mill-infrastrutturi ta’ osservazzjoni kemm pubbliċi kif ukoll privati meħtieġa biex jiġu operati s-servizzi eżistenti u futuri. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
7. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kumplimentarjetà u l-konsistenza tal-programm Copernicus billi toħloq ir-rabtiet xierqa mal-politiki, l-istrumenti, il-programmi u l-azzjonijiet relevanti tal-Unjoni sabiex tiżgura li dawn jibbenefikaw mis-servizzi ta’ Copernicus. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
8. Il-Kummissjoni għandha żżomm involviment u konsultazzjoni trasparenti u regolari tal-utenti mal-partijiet interessati kollha, sabiex tippermetti l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utent u l-monitoraġġ tas-sodisfazzjon tagħhom fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali. Għal dan l-għan, il-Kumitat ta’ Copernicus imsemmi fl-Artikolu 20(1) għandu jissorvelja Infrastruttura iddedikata għad-Distribuzzjoni tad-Dejta ta’ Copernicus , ibbażata fuq netwerk ta’ nodi nazzjonali/reġjonali, impenjata biex tiggarantixxi u tikkoordina d-distribuzzjoni tad-dejta. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
9. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21 dwar l-istabbiliment tar-rekwiżiti tad-dejta meħtieġa għas-servizzi operattivi, filwaqt li tipprovdi għall-evoluzzjoni tagħhom. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
10. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-finanzjament tal-programm Copernicus. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
11. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri adegwati biex tiżgura l-parteċipazzjoni sħiħa tar-riżorsi privati bħala appoġġ tal-programm Copernicus u l-objettivi globali tiegħu, b’hekk tippermetti t-tkabbir tas-setturi medji u downstream. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
12. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi ambjent ta’ investiment stabbli fuq medda twila ta’ żmien u tikkonsulta mal-partijiet interessati meta tiddeċiedi li tbiddel il-prodotti tas-servizzi kemm tad-dejta kif ukoll tal-informazzjoni koperti mir-regolament Copernicus. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
13. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja kampanja ta’ informazzjoni wiesgħa għall-awtoritajiet lokali dwar id-dejta u s-servizzi ta’ Copernicus, u tenfasizza, pereżempju, l-importanza tagħhom għall-finijiet ta’ ġestjoni territorjali u politiki pubbliċi. Fi ħdan dak il-qafas, għandha titfassal deskrizzjoni kompluta tal-leġiżlazzjoni ambjentali attwali tal-Unjoni, b’mod partikolari tad-direttivi bħall-INSPIRE jew tal-Kwalità tal-Arja, li għall-implimentazzjoni tagħhom l-awtoritajiet lokali jeħtieġu d-dejta ta’ Copernicus. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
14. Il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta’ ħidma skont l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20(3) ta’ dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(Nota teknika: l-Artikoli 9 u 11 jaqgħu) | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 11a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 11a | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-rwol tal-Aġenzija Spazjali Ewropea | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. F’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 58 (1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim ta’ delegazzjoni mal-ESA li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ġenerali għall-kompiti li għandhom jiġu fdati lill-ESA mill-Kummissjoni, fir-rigward: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) tad-disinn, l-iżvilupp u l-akkwist tal-komponenti spazjali tas-sistema tal-Copernicus; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) tad-definizzjoni tal-arkitettura tas-sistema tal-komponenti spazjali bbażati fuq il-ħtiġijiet tal-utent; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) tal-ġestjoni tal-fondi fdati; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(d) tal-proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(e) tal-organizzazzjoni tal-proċess ta’ akkwist biex it-tħaddim tal-missjonijiet iddedikati jiġi fdat f'idejn entità xierqa, bl-eċċezzjoni tal-missjonijiet operati mill-EUMETSAT. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
F’konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, f’dak li jirrigwardja l-iżvilupp tal-komponent spazjali ta’ Copernicus, il-Kummissjoni tista' tagħti s-setgħa lill-ESA biex taġixxi bħala awtorità kontraenti bil-kapaċità li tieħu deċiżjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-kompiti tal-akkwist iddelegati lill-aġenzija. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. Dan il-ftehim ta’ delega għandu jiġi ppreżentat lill-Kumitat Copernicus għall-konsultazzjoni u kkomunikat lill-Parlament Ewropew. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-ESA għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni sistematika dwar il-pjanijiet, l-ispejjeż u l-iskedi taż-żmien, u tindika l-azzjoni korrettiva li għandha tittieħed fil-każ ta’ diskrepanzi bejn il-baġits ippjanati, il-prestazzjoni u l-iskeda taż-żmien. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 12 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Il-Kummissjoni tista’ tafda, parzjalment jew kompletament, fejn ikun debitament ġustifikat min-natura speċjali tal-azzjoni u l-kompetenza speċifika tal-korp tal-Unjoni, il-kompiti tal-implimentazzjoni deskritti fl-Artikolu 4 lil korpi kompetenti tal-Unjoni. Fost dawn l-aġenziji hemm: |
1. Il-Kummissjoni tista’ tafda, permezz ta’ ftehimiet ta’ delegazzjoni, parzjalment jew kompletament, fejn ikun debitament ġustifikat min-natura speċjali tal-azzjoni u l-mandat ta' kompetenza speċifika, l-operazzjoni u l-kapaċità ta’ ġestjoni tal-korp tal-Unjoni, il-kompiti tal-implimentazzjoni deskritti fl-Artikolu 4 lill-korpi kompetenti tal-Unjoni, l-aġenziji u l-organizzazzjonijiet Ewropej li ġejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA); |
(a) l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA); | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX); |
(b) l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX); | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA); |
(c) l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA); | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(d) iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (EUSC). |
(d) iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (EUSC). | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(da) iċ-Ċentru Ewropew għat-Tbassir tat-Temp fuq Medda-Medja (ĊETTM) | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(d b) l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA) | |||||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-għażla tal-korp tal-Unjoni għandha tqis il-kosteffiċjenza li jiġu fdati dawk il-kompiti u l-impatt fuq l-istruttura ta' governanza tal-korp u fuq ir-riżorsi finanzjarji u umani tiegħu. |
2. L-għażla tal-korp tal-Unjoni għandha tqis is-sitwazzjoni tas-suq u l-kosteffiċjenza li jiġu fdati dawk il-kompiti u l-impatt fuq l-istruttura ta' governanza tal-korp u fuq ir-riżorsi finanzjarji u umani tiegħu. Dawk il-korpi u l-organizzazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiftħu għall-kompetizzjoni l-attivitajiet iddelegati lilhom f’konformità mal-prinċipji tal-akkwist pubbliku. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Il-kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit fdati b'mod eċċezzjoniali f'idejn il-korpi kompetenti tal-Unjoni taħt dan l-Artikolu, għandhom jiġu inklużi fil-programm ta' ħidma ta' dan il-korp tal-Unjoni għall-finijiet tal-informazzjoni. |
3. Il-kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit fdati b'mod eċċezzjoniali f'idejn il-korpi kompetenti tal-Unjoni taħt dan l-Artikolu, għandhom jiġu inklużi fil-programm ta' ħidma ta' dan il-korp tal-Unjoni għall-finijiet tal-informazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Il-Kummissjoni tista’ tafda, parzjalment jew kompletament, lill-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA), il-kompiti ta’ żvilupp tal-komponent spazjali deskritti fil-punt (b) tal-Artikolu 5. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||
5. Il-Kummissjoni tista’ tafda, parzjalment jew kompletament, il-kompiti operattivi tal-komponent spazjali deskritti fil-punt (a) tal-Artikolu 5 lill-ESA u lill-Organizzazzjoni Ewropea għall-Esplojtazzjoni ta’ Satelliti Meteoroloġiċi (EUMETSAT). |
5. Il-Kummissjoni tista’ tafda, parzjalment jew kompletament, il-kompiti operattivi tal-komponent spazjali deskritti fil-punt (a) tas-Sezzjoni II tal-Artikolu 4 lill-ESA u lill-Organizzazzjoni Ewropea għall-Esplojtazzjoni ta’ Satelliti Meteoroloġiċi (EUMETSAT) skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
6. Il-Kummissjoni tista’ tafda, parzjalment jew kompletament, l-attivitajiet tal-komponent fil-post deskritti fl-Artikolu 6 lill-operaturi tas-servizzi deskritti fl-Artikolu 4. |
6. Il-Kummissjoni tista’ tafda, parzjalment jew kompletament, l-attivitajiet tal-komponent fil-post deskritti fis-Sezzjoni III tal-Artikolu 4 lill-operaturi tas-servizzi deskritti fil-punt 1 tas-Sezzjoni I ta' dak l-Artikolu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 13 – titolu | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Superviżjoni tal-operaturi |
Akkwist pubbliku | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 13 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ilmenti dwar l-għoti ta’ kuntratti u għotjiet minn operaturi fit-twettiq tal-ftehim ta’ delega jew il-programm ta’ ħidma jistgħu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni. Madankollu, dawk l-ilmenti jistgħu jikkonċernaw biss imġiba ħażina intenzjonata, negliġenza serja jew frodi, u għandhom jiġu ppreżentati biss wara li l-mezzi kollha ta’ rikors quddiem l-operatur ikunu ġew eżawriti. |
Dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-akkwist pubbliku | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Prinċipji ġenerali | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. Mingħajr ħsara għall-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni jew tas-sigurtà pubblika jew biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar il-kontroll tal-esportazzjoni, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, b’mod partikolari l-prinċipji ġenerali tal-aċċess miftuħ u l-kompetizzjoni ġusta tul il-katina tal-provvista, is-sejħiet għall-offerti abbażi tal-għoti ta’ informazzjoni trasparenti u f’waqtha, il-komunikazzjoni ċara tar-regoli li japplikaw dwar l-akkwist, il-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti kundizzjonijiet ekwi għall-offerenti potenzjali kollha, għandhom japplikaw għall-programm Copernicus. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. Matul l-akkwist, għandhom jiġu segwiti l-objettivi li ġejjin mill-awtoritajiet kontraenti fis-sejħiet għall-offerti tagħhom: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) il-promozzjoni tal-iktar parteċipazzjoni wiesgħa u miftuħa possibbli fl-Unjoni mill-operaturi ekonomiċi kollha, u partikolarment mill-kumpaniji l-ġodda u l-SMEs, inkluż billi l-offerenti jkunu inkoraġġuti jirrikorru għas-sottokuntrattar; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) li jiġi evitat l-abbuż possibbli ta’ dominanza u tiġi evitata d-dipendenza fuq fornituri uniċi, | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) li jittieħed vantaġġ mill-investimenti preċedenti fis-settur pubbliku u mil-lezzjonijiet meħuda kif ukoll mill-esperjenza u l-kompetenzi industrijali, inklużi dawk miksuba fil-fażi inizjali tal-programm, filwaqt li jiżguraw li jkun hemm konformità mar-regoli tal-offerti kompetittivi; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(d) li jkun hemm provvista minn diversi fornituri kull fejn dan ikun xieraq biex jiġi żgurat kontroll ġenerali aħjar tal-programm, tal-ispejjeż tiegħu u tal-iskeda ta’ żmien tiegħu; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(e) li jittieħed kont, kull fejn dan ikun xieraq, tal-ispiża totali fuq iċ-ċiklu utli tal-prodott, servizz jew xogħol li għalih qed issir offerta, iżda mingħajr ma l-valur ikun soġġett għall-kunsiderazzjonijiet tal-ispejjeż biss. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Dispożizzjonijiet speċifiċi | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. L-Istabbiliment ta’ kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni ġusti | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-awtorità kontraenti għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta meta involviment preċedenti ta’ kumpanija fl-attivitajiet marbuta mas-suġġett tas-sejħa għall-offerti: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) jista’ jagħti vantaġġi kbar lil dik il-kumpanija f’termini ta’ informazzjoni privileġġata u għalhekk jista’ jagħti lok għal tħassib dwar il-konformità mat-trattament ugwali; or | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) jaffettwa l-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni normali jew l-imparzjalità u l-oġġettività tal-għoti jew il-prestazzjoni tal-kuntratti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Dawn il-miżuri ma għandhomx jaffettwaw il-kompetizzjoni, jew ipoġġu f’periklu t-trattament ugwali u l-kunfidenzjalità tad-dejta miġbura dwar l-impriżi, ir-relazzjonijiet kummerċjali u l-istruttura tal-ispejjeż tagħhom. F’dan il-kuntest, dawn il-miżuri għandhom iqisu n-natura u d-dettalji tal-kuntratt maħsub. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. Sigurtà tal-informazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Meta l-kuntratti jinvolvu, jeħtieġu u/jew jinkludu informazzjoni klassifikata, l-awtorità/entità kontraenti għandha tispeċifika fid-dokumentazzjoni tal-offerta l-miżuri u r-rekwiżiti meħtieġa sabiex tkun żgurata s-sigurtà ta’ din l-informazzjoni fil-livell meħtieġ. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3. Affidabbiltà tal-provvista | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-awtorità kontraenti għandha tispeċifika fid-dokumenti tal-offerta r-rekwiżiti tagħha fir-rigward tal-affidabbiltà tal-provvisti jew tal-forniment ta’ servizzi għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4. Kuntratti kundizzjonali b’pagamenti fi stadji | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) L-awtorità kontraenti tista’ tagħti kuntratt fl-għamla ta’ kuntratt kundizzjonali b’pagamenti fi stadji. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) Kuntratt kundizzjonali b’ pagamenti fi stadji għandu jinkludi stadju fiss li jkun akkumpanjat b’impenn baġitarju li jirriżulta f’impenn sod li jingħataw ix-xogħlijiet, il-provvisti u s-servizzi kkuntrattati għal dak l-istadju u stadju wieħed ieħor jew iktar li jkunu kundizzjonali f’termini kemm tal-baġit kif ukoll tal-eżekuzzjoni. Id-dokumenti tal-offerti għandhom jirreferu għall-karatteristiċi speċifiċi tal-kuntratti kundizzjonali b’pagamenti fi stadji. Partikolarment, dawn għandhom jispeċifikaw is-suġġett tal-kuntratt, il-prezz jew l-arranġamenti għad-determinazzjoni tal-prezz u l-arranġamenti għall-forniment tax-xogħlijiet, il-provvisti u s-servizzi f’kull stadju. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) L-obbligi tal-istadju fiss għandhom ikunu parti minn parti sħiħa konsistenti, u l-istess japplika għall-obbligi f’kull stadju kundizzjonali, filwaqt li jitqiesu l-obbligi fl-istadji preċedenti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(d) L-eżekuzzjoni ta’ kull stadju kundizzjonali għandha tkun soġġetta għal deċiżjoni mill-awtorità kontraenti notifikata lill-kuntrattur skont il-kuntratt. Meta stadju kundizzjonali jiġi kkonfermat tard jew ma jiġix ikkonfermat, il-kuntrattur jista’ jibbenefika, jekk il-kuntratt jipprovdi hekk u skont il-kundizzjonijiet imniżżla fih, minn allowance ta’ stennija jew allowance ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(e) Meta, fir-rigward ta’ stadju partikolari, l-awtorità kontraenti tinnota li x-xogħlijiet, il-provvisti u s-servizzi miftiehma għal dak l-istadju ma jkunux ingħataw, hija tista’ titlob li titħallas għad-danni u ttemm il-kuntratt, jekk il-kuntratt jipprevedi dan u skont il-kundizzjonijiet stipulati fih. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5. Kuntratti ta’ rimborż tal-ispejjeż | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) L-awtorità tal-kuntratti tista’ tagħżel kuntratt ta’ rimborż sħiħ jew parzjali tal-ispejjeż sa ammont limitat, taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt (b). | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-prezz li għandu jitħallas għal tali kuntratti għandu jikkonsisti fir-rimborż tal-ispejjeż diretti kollha mġarrba mill-kuntrattur fit-twettiq tal-kuntratt, bħall-infiq fuq il-ħaddiema, il-materjali, il-prodotti kkunsmati, l-użu tat-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa għat-twettiq tal-kuntratt. Dawn l-ispejjeż għandhom jiżdiedu b’miżata fissa li tkopri l-ispejjeż indiretti u l-profitt, jew somma li tkopri l-ispejjeż indiretti u kumpens tal-miżata ta’ inċentiv abbażi tal-ksib tal-objettivi fir-rigward tal-eżekuzzjoni u l-iskedarji ta’ żmien. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) L-awtorità kontraenti tista’ tagħżel kuntratt ta’ rimborż sħiħ jew parzjali meta ma jkunx oġġettivament possibbli li jiġi speċifikat prezz fiss preċiż u jekk jista’ jintwera b’mod raġonevoli li dan il-prezz fiss ikun anormalment għoli minħabba l-inċertezzi inerenti fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt minħabba: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(i) jew li l-kuntratt ikollu karatteristiċi kumplessi ħafna jew karatteristiċi li jirrikjedu l-użu ta’ teknoloġija ġdida u li għalhekk jinkludi għadd sinifikanti ta’ riskji tekniċi; jew | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ii) l-attivitajiet soġġetti għall-kuntratt għandhom, għal raġunijiet operazzjonali, jibdew immedjatament anki jekk ma jkunx għadu possibbli li jiġi ddeterminat prezz fiss riġidu sħiħ minħabba r-riskji sinifikanti jew minħabba li l-eżekuzzjoni tal-kuntratt tiddependi parzjalment fuq l-eżekuzzjoni ta’ kuntratti oħra. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) Il-prezz limitu għal kuntratt ta’ rimborż sħiħ jew parzjali għandu jkun il-prezz massimu pagabbli. Dan jista’ jinqabeż biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali ġġustifikati kif suppost u bi qbil minn qabel mill-awtorità kontraenti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(d) Id-dokumenti tas-sejħa għall-offerta ta’ proċedura tal-akkwist għal kuntratt ta’ rimborż sħiħ jew parzjali għandhom jispeċifikaw: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(i) it-tip ta’ kuntratt, jiġifieri jekk huwiex kuntratt ta’ rimborż sħiħ jew parzjali sa prezz limitu; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ii) għal kuntratt ta’ rimborż parzjali, l-elementi tal-kuntratt soġġetti għal rimborż tal-ispejjeż; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(iii) il-prezz limitu totali; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(iv) il-kriterji tal-għoti li għandhom jippermettu l-valutazzjoni tal-plawsibbiltà tal-baġit globali stmat, tal-ispejjeż rimborżabbli, tal-mekkaniżmi għad-determinazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż u l-profitt imsemmija fl-offerta li trid tiġi vvalutata; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(v) it-tip ta’ żieda msemmija fil-punt (a) li għandha tiġi applikata lill-ispejjeż diretti; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(vi) ir-regoli u l-proċeduri li jiddeterminaw l-eliġibilità tal-ispejjeż ippjanati mill-offerent għat-twettiq tal-kuntratt, skont il-prinċipji stipulati fil-punt (e); | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(vii) ir-regoli ta' kontabilità li l-offerenti għandhom jikkonformaw magħhom; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(viii) fil-każ ta’ kuntratt ta’ rimborż tal-ispejjeż parzjali li għandu jinbidel f’kuntratt ta’ prezz fiss riġidu, il-parametri għal din il-konverżjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(e) L-ispejjeż iddikjarati mill-kuntrattur waqt l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ rimborż sħiħ jew parzjali għandhom ikunu eliġibbli biss jekk dawn: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(i) jiġġarrbu tabilħaqq waqt it-tul tal-kuntratt, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż għat-tagħmir, l-infrastrutturi u l-assi fissi intanġibbli meħtieġa għat-twettiq tal-kuntratt li jistgħu jitqiesu eliġibbli sal-valur sħiħ tal-ammont tax-xiri tagħhom; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ii) jissemmew fl-istima globali tal-baġit li tista’ tiġi riveduta mill-emendi għall-kuntratt inizjali; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(iii) ikunu meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(iv) jirriżultaw mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt u jkunu attribwibbli għal dan; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(v) ikunu identifikabbli, verifikabbli, imniżżla fir-rekords tal-kontabilità tal-kuntrattur u ddeterminati skont l-istandards tal-kontabilità msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet u fil-kuntratt; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(vi) jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tat-taxxa u soċjali applikabbli; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(vii) ma jidderogawx mit-termini tal-kuntratt; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(viii) ikunu raġonevoli, ġustifikati u konformi mar-rekwiżiti ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b'mod partikolari rigward l-ekonomija u l-effiċjenza. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kuntrattur għandu jkun responsabbli għall-kontabilità tal-ispejjeż tiegħu, għaż-żamma ta' rekords tal-kontabilità tajbin jew kwalunkwe dokument ieħor meħtieġ biex juri li l-ispejjeż li għalihom intalab rimborż ikunu ġġarrbu u li jikkonforma mal-prinċipji stipulati f’dan l-Artikolu. L-ispejjeż li ma jistgħux jiġu sostanzjati mill-kuntrattur għandhom jitqiesu li mhumiex eliġibbli u r-rimborż tagħhom ma jiġix aċċettat. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(f) L-awtorità kontraenti għandha tkun responsabbli għall-kompiti li ġejjin sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni korretta tal-kuntratti tar-rimborż tal-ispejjeż: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(i) tiddetermina l-prezz limitu l-aktar realistiku possibbli, filwaqt li tipprovdi l-flessibbiltà meħtieġa biex tintegra d-diffikultajiet tekniċi; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ii) tikkonverti kuntratt ta’ rimborż parzjali f’kuntratt ta’ prezz fiss riġidu hekk kif ikun possibbli li jiġi ddeterminat dan il-prezz fiss riġidu waqt l-eżekuzzjoni tal-kuntratt; Għal din ir-raġuni, għandha tiddetermina l-parametri tal-konverżjoni biex tikkonverti kuntratt konkluż fuq bażi ta’ rimborż tal-ispejjeż għal kuntratt bi prezz fiss riġidu; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(iii) għandha timplimenta miżuri ta’ monitoraġġ u spezzjoni li jipprovdu, partikolarment, sistema ta’ previżjoni tal-ispejjeż stmati; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(iv) tiddetermina prinċipji, għodod u proċeduri xierqa għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt, b’mod partikolari l-identifikazzjoni u l-verifika tal-eliġġibbiltà tal-ispejjeż iddikjarati mill-kuntrattur jew mis-sottokuntratturi waqt l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, u tintroduċi l-emendi fil-kuntratt; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(v) għandha tivverifika li l-kuntrattur u s-sottokuntratturi tiegħu jikkonformaw mal-istandards tal-kontabilità stipulati fil-kuntratt u mal-obbligu li jipprovdu d-dokumenti tal-kontabilità tagħhom li għandhom jippreżentaw verżjoni vera u ġusta tal-kontijiet; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(vi) matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, għandha tiżgura kontinwament l-effettività tal-prinċipji, l-għodod u l-proċeduri msemmija fil-punt (iv). | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
6. Emendi | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-awtorità kontraenti u l-kuntratturi jistgħu jibdlu l-kuntratt b’emenda bil-kundizzjoni li l-emenda tissoddisfa l-kundizzjonijiet kollha li gejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) ma tibdilx is-suġġett tal-kuntratt; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) ma tfixkilx il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) ma tintroduċix kundizzjonijiet li, li kieku dehru mill-bidu fid-dokumenti tal-kuntratt, kienu jippermettu l-ammissjoni ta’ offerenti differenti minn dawk li ġew ammessi inizjalment jew kienu jippermettu li tiġi aċċettata offerta li mhijiex dik li ġiet aċċettata inizjalment. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
7. Sottokuntrattar | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) L-awtorità kontraenti għandha titlob lill-offerent biex sehem mill-kuntratt jiġi sottokuntrattat permezz ta’ sejħa għal offerti kompetittiva fil-livelli xierqa ta’ sottokuntrattar lil kumpaniji li mhumiex dawk li jagħmlu parti mill-grupp tal-offerent, partikolarment kumpaniji ġodda u SMEs. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) L-awtorità kontraenti għandha tesprimi l-parti rikjesta tal-kuntratt li għandha tiġi sottokuntrattata fil-forma ta’ firxa minn perċentwal minimu sa wieħed massimu. Meta tiddefinixxi tali perċentwali l-awtorità kontraenti għandha tqis li tali perċentwali huma proporzjonati mal-objettiv u l-valur tal-kuntratt, b’kont meħud tan-natura tas-settur ta’ attività kkonċernata, u b’mod partikolari, tal-kundizzjonijiet kompetittivi u l-potenzjal industrijali osservat. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) Jekk l-offerent jindika li fl-offerta tiegħu huwa bi ħsiebu ma jissottokuntrattax kwalunkwe parti mill-kuntratt jew li jissottokuntratta parti li hija iżgħar mill-minimu tal-firxa msemmija fil-punt (b), huwa għandu jipprovdi r-raġunijiet għal dan lill-awtorità kontraenti. L-awtorità kontraenti għandha tippreżenta dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(d) L-awtorità kontraenti tista’ tirrifjuta s-sottokuntratturi magħżula mill-kandidat fl-istadju tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt ewlieni jew mill-offerent magħżul għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Għandha tiġġustifika r-rifjut tagħha bil-miktub, u dan jista’ jkun ibbażat biss fuq il-kriterji użati għall-għażla tal-offerenti għall-kuntratt ewlieni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 14 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-dejta u l-informazzjoni Copernicus għandha tkun disponibbli fuq bażi sħiħa, miftuħa u mingħajr ħlas, suġġetta għal-limitazzjonijiet li ġejjin: |
Id-dejta u l-informazzjoni Copernicus għandha tkun disponibbli fuq bażi sħiħa, miftuħa u mingħajr ħlas, b'mod partikolari għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u għal raġunijiet ta' għajnuna għall-iżvilupp, suġġetta għall-konformità sħiħa mal-politika ta' protezzjoni tad-dejta tal-Unjoni u l-limitazzjonijiet li ġejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) kundizzjonijiet ta’ liċenzjar marbuta ma’ dejta u informazzjoni ta’ partijiet terzi; |
(a) kundizzjonijiet ta’ liċenzjar marbuta ma’ dejta u informazzjoni ta’ partijiet terzi; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) formati ta’ tixrid, karatteristiċi u mezzi ta’ distribuzzjoni; |
(b) formati ta’ tixrid, karatteristiċi u mezzi ta’ distribuzzjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) l-interessi tas-sigurtà u r-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha; |
(c) l-interessi tas-sigurtà u r-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha; | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(d) riskju ta’ tfixkil, għal raġunijiet ta’ sigurtà jew tekniċi, tas-sistema li tipproduċi dejta u informazzjoni Copernicus. |
(d) riskju ta’ tfixkil, għal raġunijiet ta’ sigurtà jew tekniċi, tas-sistema li tipproduċi dejta u informazzjoni Copernicus. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni għandha, f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha, tmexxi rieżami tal-impatt ta’ din il-politika dwar id-dejta fuq id-dejta Ewropea u s-suq tas-servizzi. Jekk xieraq, ir-rieżami jista’ jwassal għal reviżjoni tal-politika dwar id-dejta. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Id-drittijiet tal-aċċess eżistenti għad-dejta tal-Copernicus Sentinel miżmuma mill-Istati parteċipanti fil-Programm tal-Komponent Spazjali GMES tal-ESA għandhom jiġu rispettati. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditjar u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. |
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditjar u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar ir-riżultati ta' dan l-awditjar u investigazzjonijiet. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-Unjoni jew korp jew fond magħżul b’mod speċifiku għandhom ikunu l-proprjetarji tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha maħluqa jew żviluppati skont il-programm Copernicus suġġett għal ftehimiet konklużi ma’ partijiet terzi, kull fejn ikun xieraq, rigward drittijiet ta’ proprjetà eżistenti. |
1. L-Unjoni jew korp magħżul b’mod speċifiku għandhom ikunu l-proprjetarji tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha maħluqa jew żviluppati skont il-programm Copernicus suġġett għal ftehimiet konklużi ma’ partijiet terzi, kull fejn ikun xieraq, rigward drittijiet ta’ proprjetà eżistenti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 19 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Il-Kummissjoni tista’ tiġi assistita minn rappreżentanti ta’ utenti finali, esperti indipendenti, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà, u minn rappreżentanti tal-aġenziji nazzjonali rilevanti, b’mod partikolari aġenziji spazjali nazzjonali, biex jipprovduha bil-kompetenza teknika u xjentifika meħtieġa u bir-reazzjoni tal-utenti. |
1. Il-Kummissjoni tista’ tiġi assistita minn korp iddedikat, il-“Forum tal-Utenti”, li jlaqqa’ lir-rappreżentanti ta’ utenti tan-nofs u utenti finali, esperti indipendenti, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà, u minn rappreżentanti tal-aġenziji nazzjonali rilevanti, b’mod partikolari aġenziji spazjali nazzjonali/reġjonali jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom, biex jipprovduha bil-kompetenza teknika u xjentifika meħtieġa u bir-reazzjoni tal-utenti, b'mod partikolari dwar l-identifikazzjoni; definizzjoni u validazzjoni tar-rekwiżiti tal-utenti. Il-partijiet interessati l-oħrajn jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi. Il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-Forum tal-Utenti u toffri s-segretarjat tagħha. Il-Forum tal-Utenti għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Copernicus għandhom ikunu totalment informati bil-proċeduri. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 20 - paragrafu 3a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3a. Biex tippromwovi u tiffaċilita l-użu tat-teknoloġiji tal-osservazzjoni kemm mill-awtoritajiet lokali kif ukoll mill-SMEs, il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn netwerk iddedikat għad-distribuzzjoni tad-dejta ta’ Copernicus, inklużi l-korpi nazzjonali u reġjonali, taħt is-superviżjoni mill-Kumitat Copernicus. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-rappreżentanti tal-ESA u tal-operaturi li lilhom jiġu fdati l-kompiti tal-programm għandhom jiġu involuti bħala osservaturi fil-ħidma tal-Kumitat Copernicus skont il-kundizzjonijiet stipulati mir-regoli ta’ proċedura tiegħu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni jistgħu jipprovdu għall-involviment, kif ikun xieraq, ta’ rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fil-ħidma tal-Kumitat Copernicus taħt il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli ta’ proċedura tiegħu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 15 u l-punt (3) tal-Artikolu 18 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mill-1 ta’ Jannar 2014. |
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(8), fl-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 18(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għat-tul tal-programm. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2018, għandu jiġi stabbilit rapport ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni fuq il-kisba tal-objettivi tal-kompiti kollha ffinanzjati mill-programm Copernicus fil-livell tar-riżultati u l-impatti tagħhom, fuq il-valur miżjud Ewropew tagħhom u fuq l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza r-rilevanza kontinwa tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribut tal-miżuri għall-objettivi deskritti fl-Artikoli 2 u 3. |
1. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017, għandu jiġi stabbilit rapport ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni fuq il-kisba tal-objettivi tal-kompiti kollha ffinanzjati mill-programm Copernicus fil-livell tar-riżultati u l-impatti tagħhom, fuq il-valur miżjud Ewropew tagħhom u fuq l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-ispejjeż maqbużin potenzjali. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza r-rilevanza kontinwa tal-objettivi kollha, il-kontribut tal-miżuri għall-objettivi deskritti fl-Artikoli 2, kif ukoll il-prestazzjoni tal-istruttura organizzattiva u l-iskop tas-servizzi mogħtija. Il-valutazzjoni għandha tinkludi analiżi tal-impatt tal-Artikolu 14 fuq id-dejta Ewropea u s-suq tas-servizzi, u jekk xieraq għandha tiġi akkumpanjata minn proposti biex jiġi emendat dan ir-Regolament. Ir-riżultati tar-rapport ta' evalwazzjoni għandhom jiffurmaw il-bażi għal proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni ta' dan ir-Regolament, li jridu jitressqu sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. |
NOTA SPJEGATTIVA
Fi żmien meta l-kmand u l-użu xieraq tal-informazzjoni għandhom implikazzjonijiet ġeostrateġiċi importanti, l-Ewropa teħtieġ li jkollha l-kapaċità li tagħmel valutazzjoni indipendenti tar-risposti politiċi tagħha b’mod affidabbli u f’waqtu. Il-programm Copernicus (l-isem il-ġdid tal-GMES) huwa dik l-infrastruttura, is-sistema komprensiva Ewropea tal-osservazzjoni tad-Dinja. Il-proposta tal-Kummissjoni tindika l-bidu tal-fażi operattiva tal-impjant satellitari. L-objettiv primarju huwa li jkun hemm benefiċċji għaċ-ċittadini Ewropej f’varjetà ta’ oqsma, speċifikament għall-finijiet ta’ ambjent u ta’ tibdil fil-klima, filwaqt li żżomm il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha fid-dimensjoni ċivili, għalkemm uħud mill-iktar elementi kontroversjali, bħall-governanza u l-politika dwar id-dejta għandhom bżonn li jiġu rfinati biex tiġi żgurata evoluzzjoni mingħajr xkiel. Fil-fatt, jekk Copernicus jitqies prijorità kemm għall-politika industrijali kif ukoll ambjentali, u programm ewlieni kif iddikjarat mill-Kummissjoni, wieħed jistaqsi għala l-proposta tal-baġit inizjali tnaqqset bi kważi 35 %. Wara kollox, is-settur tal-ispazju jinvolvi numru sinifikanti ta’ impjiegi, attività ta’ riċerka rilevanti u Copernicus waħdu jwiegħed qligħ ta’ 3.2 euro għal kull euro li jintefaq: mhux issa ż-żmien li nimmiraw għall-espansjoni tal-ekonomija Ewropea? Mhux issa ż-żmien għal proġetti ekonomiċi kbar, li kapaċi joħorġu l-Ewropa mill-problemi? Fl-emendi, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li jiġu kkunsidrati l-mudelli alternattivi organizzattivi, ta’ ġestjoni u finanzjament għall-ġejjieni biex iwasslu għal impenn fuq medda twila u governanza bilanċjata. Meta jitqies li r-regolament diġà jinkludi dispożizzjonijiet għal linja ta’ finanzjament għall-proġett ta’ Sorveljanza u l-Insegwiment Spazjali – essenzjali għas-sigurtà tal-ġejjieni tal-infrastrutturi u l-operazzjonijiet indipendenti spazjali Ewropej, dan ir-Rapporteur jinnota li jaqbel li l-attivitajiet ta’ riċerka relatati ma’ Copernicus ikunu ffinanzjati mill-fondi spazjali ta’ Orizzont 2020, f’din il-fażi ġdida tal-programm.
Il-parti l-kbira tal-emendi għandhom it-tendenza li jallinjaw l-istruttura tad-dokument mar-regolamenti preċedenti u jisiltu mill-esperjenza li mmaturat fil-proċess tal-adozzjoni tal-programm Galileo: dan huwa speċifikament il-każ tal-miżuri dwar l-akkwist pubbliku u d-deskrizzjoni tar-rwol tal-ESA, “is-sieħeb” il-kbir tal-Kummissjoni Ewropea f’dan il-proġett. B’mod ġenerali, dan ir-Rapporteur ipprova jinkludi l-pożizzjonijiet tal-partijiet interessati differenti u jibbilanċja t-test lejn mudell aktar rappreżentattiv għall-industrija u għall-awtoritajiet lokali, filwaqt li jiżgura wkoll li l-infrastruttura ser tiġi skjerata kif ippjanat, u li l-objettivi strateġiċi, industrijali, ekonomiċi u soċjetali tal-programm jiġu segwiti. Għal dak l-għan ittieħdu passi biex fil-programm tiġi promossa l-konverġenza Ewropea, trasparenza akbar u responsabbiltà demokratika. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni biex tippromwovi l-konverġenza tal-Istati Membri fl-użu ta’ dejta u informazzjoni tal-programm u tiggarantixxi l-aċċess għat-teknoloġija u l-iżvilupp tas-servizzi tal-Osservazzjoni tad-Dinja. Filwaqt li l-Kummissjoni ser tkun responsabbli għar-responsabbiltà ġenerali u l-koordinazzjoni tal-programm, id-delegazzjoni tal-kompiti mistennija tiffaċilita l-involviment tal-partijiet terzi. Rwol imtejjeb ta’ xi partijiet interessati fl-arkitettura tat-teħid tad-deċiżjonijiet ipoġġi f’periklu l-bilanċ etiku bejn min jiddeċiedi dwar ir-regoli ta’ parteċipazzjoni u min jipparteċipa.
Madankollu huwa importanti li l-Kummissjoni tippromwovi involviment wiesa’ mill-partijiet interessati pubbliċi u privati Ewropej, tippermetti t-tkabbir tas-setturi medji u downstream u tiffaċilita l-ħolqien ta’ swieq ġodda. F’dan il-qafas ir-Rapporteur jissuġġerixxi l-istabbiliment ta’ Netwerk għad-Distribuzzjoni tad-Dejta Copernicus magħmul minn korpi Nazzjonali u Reġjonali biex jappoġġjaw l-użu tat-teknoloġiji tal-osservazzjoni tad-dinja mill-awtoritajiet lokali u l-SMEs.
Fl-aħħar, b’politika tad-dejta adegwata, Copernicus għandu l-potenzjal jistimola l-industrija tas-servizzi tal-EO Ewropea u l-industriji tas-servizzi tal-utenti, li jgħinhom biex jiżviluppaw f’mexxejja globali. Il-politika dwar dejta sħiħa, miftuħa u mingħajr ħlas hija komponent importanti tar-Regolament Copernicus jekk wieħed iqis li bħala prinċipju, l-Ewropej m’għandhomx iħallsu darbtejn għall-istess dejta. Madankollu dik li għandha tiġi meqjusa bħala politika xierqa dwar id-dejta għandha tieħu kont tal-kunsiderazzjonijiet strateġiċi u ekonomiċi, u m’għandhiex tfixkel il-kompetittività tal-industriji Ewropej ukoll. Ir-reċiproċità dwar l-aċċess tad-dejta ma’ pajjiżi terzi mhux kontributuri tipprovdi mezz importanti biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta. L-eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju għandhom jiġu stabbiliti għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u ta’ sigurtà ċivili jew meta jiġi nnutat valur miżjud għall-politiki Ewropej l-oħra, b’mod speċifiku fl-attivitajiet tal-għajnuna għall-iżvilupp. In-negozjar tal-ftehimiet mill-Kummissjoni mal-pajjiżi terzi għal kwistjonijiet oħra huwa diġà previst fir-regolament u jippermetti li dan il-prinċipju jiddaħħal faċilment.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (15.11.2013)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010
(COM(2013)0312/2 – C7‑0195/2013 – 2013/0164(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Maria Da Graça Carvalho
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-programm Copernicus huwa propost bħala s-suċċessur tal-programm Ewropew ta' monitoraġġ tad-dinja GMES (Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà) li ġie żviluppat l-ewwel bħala parti mill-Programm Kwadru għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u mbagħad stabbilit mill-2010 bħala programm operattiv fil-qasam tal-politika spazjali.
L-għan ewlieni tiegħu huwa li jagħti data u informazzjoni li tkun ġejja minn osservazzjonijiet li jkunu saru fl-ispazju jew fil-post li jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-ambjent, għall-protezzjoni ċivili u għas-sigurtà - u fl-aħħar mill-aħħar għat-tkabbir ekonomiku.
Bil-kontra tal-programmi finanzjarji l-oħra għall-perjodu 2014-2020, din il-proposta għal regolament li tistabbilixxi l-programm Copernicus tressqet mill-Kummissjoni wara l-konklużjoni biss tan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) l-ġdid. Ladarba l-QFP jkun approvat mill-istituzzjonijiet, il-programm Copernicus se jkollu linja baġitarja apposta taħt l-Intestatura 1a b'ammont ta' EUR 3 786 miljun fi prezzijiet tal-2011 (EUR 4 291 miljun fi prezzijiet kurrenti) għal seba' snin.
Il-ftehim QFP jkun jagħti wkoll garanziji fir-rigward tad-delimitazzjoni ta' dan l-ammont fil-baġit tal-Unjoni Ewropea. L-ewwel nett, l-artikolu ddedikat lill-proġetti ta' skala kbira fl-abbozz ta' Regolament li jistabbilixxi l-QFP għas-snin 2014-2020 jinkludi EUR 3 786 miljun (fi prezzijiet tal-2011) bħala ammont minimu għall-programm Copernicus - bħall-abbozz ta' Regolament imressaq mill-Kummissjoni dwar il-programm Copernicus. It-tieni nett, l-abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali jispeċifika li l-10 % tal-flessiblità leġiżlattiva (li fi ħdanu baġit annwali jista' jitbiegħed mill-ammont ta' referenza ta' programm) ma japplikax għall-proġetti ta' skala kbira.
Ir-rapporteur tipprova tagħti garanziji ulterjuri għall-awtorità tal-baġit mingħajr ma tostakola l-bidu rapidu tal-programm. L-emendi proposti għandhom l-għan li jfornu aktar trasparenza fil-mudell ta' finanzjamenti ta' Copernicus u aktar informazzjoni u involviment tal-Parlament Ewropew, partikolarment fir-rigward tat-tqassim tal-pakkett Copernicus, tal-evoluzzjoni tal-ispejjeż tiegħu u tal-użu tal-ftehimiet ta' delega, tal-għotijiet u tal-akkwist pubbliku bħala forom ta' finanzjamenti tal-Unjoni.
Ir-rapporteur tipproponi wkoll li jiġi formalizzat l-involviment tal-utenti u tal-partijiet interessati billi jitkompla x-xogħol tal-"Forum tal-Utenti" stabbilit mir-Regolament GMES.
Fl-aħħar nett, iżda mhux fl-importanza, minħabba l-espożizzjoni partikolari tas-satelitti Copernicus għar-riskju ta' kolliżjoni, ir-rapporteur tinsisti fuq il-kontribuzzjoni finanzjarja li Copernicus għandu jagħti lill-Programm ta' Appoġġ għas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 9 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 10 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 16 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-fehim u l-appoġġ adegwat tal-pubbliku huma kruċjali għall-ġustifikazzjoni tal-baġit, kif ukoll għall-promozzjoni ta' prodotti tal-programmi spazjali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 25 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Regolament il-ġdid għandu jibni fuq il-"Forum tal-Utenti" stabbilit mir-Regolament 911/2010 dwar il-GMES preċedenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 5 – punt c | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għandu jiġi ċċarat li l-programm Copernicus se jikkontribwixxi għall-Programm ta' Appoġġ għas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 7a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għal finijiet ta' ċarezza u trasparenza, din l-emenda terġa' tieħu d-dispożizzjonijiet mir-Regolament 911/2010 dwar il-GMES preċedenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 7a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 6a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet ta' għotja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan il-Programm għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditjar u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. |
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet ta' għotja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan il-Programm għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditjar u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi informat dwar ir-riżultati ta' dan l-awditjar u dawn l-investigazzjonijiet. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 17a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 19 – titolu | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Regolament il-ġdid għandu jibni fuq il-"Forum tal-Utenti" stabbilit mir-Regolament 911/2010 dwar il-GMES preċedenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PROĊEDURA
Titolu |
Il-Programm Copernicus |
||||
Referenzi |
COM(2013)0312 – C7-0195/2013 – 2013/0164(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 1.7.2013 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 1.7.2013 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Maria Da Graça Carvalho 27.6.2013 |
||||
Data tal-adozzjoni |
14.11.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 3 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen, Jean-Luc Dehaene, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Lucas Hartong, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Jan Mulder, Vojtěch Mynář, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Alda Sousa, Derek Vaughan, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
François Alfonsi, Maria Da Graça Carvalho, Frédéric Daerden, Edit Herczog, Paul Rübig, Peter Šťastný |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Pablo Arias Echeverría, Jean-Paul Besset, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Zdravka Bušić, Jolanta Emilia Hibner, Helmut Scholz, Tadeusz Zwiefka |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (28.11.2013)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010
(COM(2013)0312 – C7‑0195/2013 – 2013/0164(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Elisabetta Gardini
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Hu essenzjali li jkun hemm aċċess kontinwu, f'waqtu u affidabbli tad-dejta ta' osservazzjoni tad-dinja sabiex nifhmu d-dinamiki tal-ambjent u tal-klima tad-dinja u biex niksbu informazzjoni kruċjali f'każ ta' emerġenzi relatati ma' diżastri naturali jew kriżi umanitarji. Dan joffri bażi tajba biex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet informati fir-rigward tal-ambjent, tal-klima, tal-protezzjoni ċivili u tas-sigurtà fil-livell nazzjonali u Ewropew. B'dan il-mod, Copernicus, il-Programm Ewroġew għall-Osservazzjoni tad-Dinja li jsegwi l-programm GMES stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 911/2010, għandu l-għan li jipprovdi aċċess komprensiv u miftuħ għal tali dejta.
Copernicus hu magħmul minn ġabra kumplessa ta' sistemi li jiġbru dejta minn sorsi differenti: satelliti artifiċjali għall-osservazzjoni tad-dinja, u installazzjonijiet fuq l-art, fil-baħar jew trasportati bl-ajru.
Il-programm jipproċessa din id-dejta u joffri informazzjoni affidabbli u aġġornata lill-utenti permezz ta' servizzi li huma maqsuma f'sitt oqsma tematiċi: territorju, atmosfera, tibdil fil-klima, ġestjoni tal-emerġenzi u sigurtà. Is-servizzi jappoġġaw firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet, bħal pereżempju l-ħarsien tal-ambjent, il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-ġestjoni taż-żoni urbani, l-ippjanar reġjonali u lokali, l-agrikoltura, il-foresti, is-saħħa, it-trasport, l-iżvilupp sostenibbli, il-protezzjoni ċivili u t-turiżmu.
Il-programm Copernicus jippermetti ukoll l-użu ta' applikazzjonijiet pubbliċi u kummerċjali b'valur miżjud speċifiku u jippermetti l-ħolqien ta' opportunitajiet kummerċjali, impjiegi, innovazzjoni u tkabbir. Il-programm jifforma parti integrali mill-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.
Il-proposta għal Regolament tal-Kummissjoni, li tkompli fuq ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li rrifjutat il-proposta li l-finanzjament tal-programm jiġi eskluż mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali, tiżgura li l-Copernicus se jkun iffinanzjat b'livell massimu ta' impenji ta' EUR 3 786 miljun għall-perjodu 2014-2020. Il-proposta għandha l-għan li tiddefinixxi aħjar l-objettivi tal-programm u l-governanza tiegħu, ibda mir-rwol tal-Kummissjoni.
Ir-rapporteur taqbel ma' u tappoġġa l-għanijiet u l-kontenut tal-proposta tal-Kummissjoni u temmen li dan jikkostitwixxi pass importanti 'l quddiem biex l-Ewropa, iċ-ċittadini u l-impriżi tagħha jgawdu mill-vantaġġi miksuba minn aċċess komplet u miftuħ għad-dejta dwar l-osservazzjoni tad-dinja. L-emendi proposti għandhom l-għan li jtejbu, jiċċaraw u jsaħħu xi aspetti tal-proposta b'mod partikolari fir-rigward tal-ambiti ta' kompetenza tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel tal-Parlament, jiġifieri l-ambjent, il-klima, il-protezzjoni ċivili u r-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA).
B'mod partikolari, id-definizzjonijiet tas-servizzi ta' monitoraġġ atmosferiku u tal-monitoraġġ tat-tibdil fil-klima huma speċifikati b'mod aktar ċar, u qed issir enfasi fuq l-importanza li jintużaw il-kapaċitajiet u d-dejta preżenti fl-Istati Membri sabiex ikun evitat l-irduppjar inutli, kull darba li dan ikun possibbli f'termini tekniċi u sakemm tkun żgurata dejta f'waqta. Fl-aħħar hu importanti li jiddaħħal b'mod espliċitu r-rwol ta' koordinament tal-komponent 'in situ' (fil-post) ta' Copernicus min-naħa tal-EEA.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 5 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida) | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
(7a) Billi sabiex jinkisbu dawn l-objettivi, jeħtieġ li jiġu involuti l-awtoritajiet kompetenti fil-livell reġjonali bħala sħab sħaħ; | ||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 9 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Biex tkun provduta perspettiva xjentifika komprensiva, id-dejta fil-post għandha tkun komplementata mit-telerilevament. | |||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 12a (ġdida) | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
(12a) Il-politiki kollha, u partikolarment il-politika tad-dejta, relatata mal-implimentazzjoni ta' Copernicus għandha tiġi kkomunikata b'mod ċar u trasparenti lill-partijiet interessati kollha. | ||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 21 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
(21) Id-dejta u l-informazzjoni prodotti fil-qafas tal-programm Copernicus għandhom ikunu disponibbli għall-utenti fuq bażi sħiħa, miftuħa u mingħajr ħlas, sabiex jippromwovu l-użu u l-kondiviżjoni tagħhom, u sabiex jissaħħu s-swieq tal-osservazzjoni tad-Dinja fl-Ewropa, b’mod partikolari s-settur downstream, biex b’hekk jippermettu t-tkabbir u l-ħolqien ta’ impjiegi. |
(21) Id-dejta u l-informazzjoni prodotti fil-qafas tal-programm Copernicus għandhom ikunu disponibbli għall-utenti fuq bażi sħiħa, aċċessibbli faċilment, miftuħa u mingħajr ħlas, sabiex jippromwovu l-użu u l-kondiviżjoni tagħhom, u sabiex jissaħħu s-swieq tal-osservazzjoni tad-Dinja fl-Ewropa, b’mod partikolari s-settur downstream, biex b’hekk jippermettu t-tkabbir u l-ħolqien ta’ impjiegi. | ||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Ikun aħjar li jiġu ċċarati l-applikazzjonijiet kummerċjali msemmija. | |||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Huwa importanti ħafna li l-attivitajiet ta' Copernicus jiġu kkoordinati ma' inizjattivi simili madwar id-dinja. Għalhekk huwa rakkomandabbli li tiddaħħal referenza espliċita għal dan, mhux biss fiċ-ċitazzjonijiet u l-premessi iżda wkoll fit-temini li jimplimentaw. | |||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid) | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
(bb) l-appoġġ għall-iżvilupp ta' industrija spazjali Ewropea kompetittiva, li jippermetti l-Unjoni żżomm l-indipendenza u r-rwol ta' mexxej fil-livell globali u li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' opportunitajiet ta' negozju ġodda u servizzi innovattivi. | ||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
2. Id-dejta u l-informazzjoni oriġinali prodotti minn osservazzjonijiet li jkunu saru fl-ispazju, kif ukoll minn dejta disponibbli fil-post (“dejta u informazzjoni Copernicus”) għandhom ikunu preċiżi u affidabbli, ipprovduti fuq bażi fit-tul u sostenibbli, u li jirrispondu għall-ħtiġijiet ta’ komunitajiet ta’ utenti ta’ Copernicus. L-aċċess għal dik id-dejta għandha tkun sħiħa, miftuħa u mingħajr ħlas, soġġetta għall-kundizzjonijiet definiti f’dan ir-Regolament jew abbażi ta’ dan ir-Regolament. |
2. Id-dejta u l-informazzjoni oriġinali prodotti minn osservazzjonijiet li jkunu saru fl-ispazju, kif ukoll minn dejta disponibbli minn kejl fil-post u mit-telerivament ("dejta u informazzjoni Copernicus") għandhom ikunu preċiżi u affidabbli, ipprovduti fuq bażi fit-tul u sostenibbli, u li jirrispondu għall-ħtiġijiet ta' komunitajiet ta' utenti ta' Copernicus. L-aċċess għal dik id-dejta għandu jkun sħiħ, faċilment aċċessibbli, miftuħ u mingħajr ħlas, soġġett għall-kundizzjonijiet definiti f’dan ir-Regolament jew abbażi ta’ dan ir-Regolament. | ||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-komunitajiet ta’ utenti ta’ Copernicus huma definiti bħala dawk li jinkludu l-korpi Ewropej nazzjonali, reġjonali jew lokali fdati bid-definizzjoni, l-implimentazzjoni, l-infurzar jew il-monitoraġġ ta’ servizz pubbliku jew politika fl-oqsma msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 4. |
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-komunitajiet ta’ utenti ta’ Copernicus huma definiti bħala dawk li jinkludu l-korpi Ewropej nazzjonali, reġjonali jew lokali fdati bid-definizzjoni, l-implimentazzjoni, l-infurzar, id-delega jew il-monitoraġġ ta’ servizz pubbliku jew politika fl-oqsma msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 4. | ||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
It-tnaqqis tal-ożonu stratosferiku hu element ewlieni tal-kimika atmosferika li għandu jissemma b'mod espliċitu. Mill-aspett xjentifiku, apparti minn hekk, il-monitoraġġ tal-atmosfera għandu jikkunsidra d-dinamika sħiħa tas-sistema tad-dinja, inkluż il-varjazzjonijiet klimatiċi li huma element importanti iżda mhux esklussiv. | |||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Is-servizz ta' monitoraġġ tal-klima ta' Copernicus għandu jikkontribwixxi wkoll għall-kisba ta' projezzjonijiet li jkunu bbażati fuq mudelli xjentifiċi. | |||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
L-użu ta' kapaċitajiet u dejta eżistenti, biex tkun evitata kull duplikazzjoni inutli, tista' żżid l-effikaċja tal-programm f'termini ta' nefqa u mhux biss. Madankollu għandha tkun żgurata l-possibilità li tinġabar dejta fil-livell ċentralizzat meta jkun teknikament meħtieġ jew meta d-dejta eżistenti ma tkunx disponibbli jew aġġornabbli f'ħin xieraq. | |||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
2. Attivitajiet ta’ żvilupp li jikkonsistu fit-titjib tal-kwalità u l-prestazzjoni tas-servizzi operattivi, inklużi l-evoluzzjoni u l-adattament tagħhom, u fl-evitar jew il-mitigazzjoni tar-riskji operattivi; |
2. Attivitajiet ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni li jikkonsistu fit-titjib tal-kwalità u l-prestazzjoni tas-servizzi operattivi, inklużi l-evoluzzjoni u l-adattament tagħhom, u fl-evitar jew il-mitigazzjoni tar-riskji operattivi; | ||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
3. Attivitajiet ta’ appoġġ li jikkonsistu f’miżuri għall-promozzjoni tal-użu ta’ servizzi operattiv minn utenti u l-użu ta' applikazzjonijiet downstream, kif ukoll attivitajiet ta’ komunikazzjoni u tixrid. |
3. Attivitajiet ta’ appoġġ li jikkonsistu f’miżuri għall-promozzjoni tal-użu ta’ servizzi operattiv minn utenti u l-użu ta' applikazzjonijiet downstream, kif ukoll attivitajiet ta’ komunikazzjoni u tixrid, u inċentivi għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet moderni u għas-sensibilizzazzjoni tal-potenzjal ta' Copernicus biex jgħin jindirizza l-isfidi soċjetali u globali. | ||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
1. Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-Istati Membri sabiex ittejjeb l-iskambju tad-dejta u l-informazzjoni bejniethom u żżid il-volum tad-dejta u l-informazzjoni disponibbli għall-programm Copernicus. |
1. Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti fil-livell reġjonali u nazzjonali sabiex ittejjeb l-iskambju tad-dejta u l-informazzjoni bejniethom u żżid il-volum tad-dejta u l-informazzjoni disponibbli għall-programm Copernicus. | ||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
(b) il-pajjiżi kandidati, kif ukoll pajjiżi potenzjalment kandidati, skont il-Ftehimiet ta’ Qafas rispettivi jew skont Protokoll għal Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni; |
(b) il-pajjiżi kandidati, kif ukoll pajjiżi potenzjalment kandidati, skont il-Ftehimiet ta' Qafas rispettivi jew skont il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni; | ||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Ir-rekwiżit tal-preżenza ta' Protokolli speċifiċi hu ostaklu li xekkel il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li jikkollaboraw mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, bħalma huma l-Balkani tal-Punent, fil-fażi inizjali tal-programm GMES: dan hu żball li ma għandux ikun ripetut fil-fażi l-ġdida ta' Copernicus. | |||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
5. Il-Kummissjoni għandha żżomm involviment u konsultazzjoni trasparenti u regolari mal-utenti, sabiex tippermetti l-identifikazzjoni ta’ rekwiżiti tal-utent fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali. |
5. Il-Kummissjoni għandha żżomm involviment u konsultazzjoni trasparenti u regolari mal-utenti, sabiex tippermetti l-identifikazzjoni ta’ rekwiżiti tal-utent fil-livelli kollha. | ||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 5a (ġdid) | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
5a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura għarfien suffiċjenti tal-programm Copernicus fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali. | ||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
1. Il-Kummissjoni tista’ tafda, parzjalment jew kompletament, fejn ikun debitament ġustifikat min-natura speċjali tal-azzjoni u l-kompetenza speċifika tal-korp tal-Unjoni, il-kompiti tal-implimentazzjoni deskritti fl-Artikolu 4 lil korpi kompetenti tal-Unjoni. Fost dawn l-aġenziji hemm: |
1. Il-Kummissjoni tista’ tafda, parzjalment jew kompletament, fejn ikun debitament ġustifikat min-natura speċjali tal-azzjoni u l-kompetenza speċifika tal-korp tal-Unjoni, il-kompiti tal-implimentazzjoni deskritti fl-Artikolu 4 lil korpi kompetenti tal-Unjoni, skont il-mandati attwali tagħhom. Fost dawn l-aġenziji hemm: | ||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt da (ġdid) | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
(da) l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA). | ||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 6 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
6. Il-Kummissjoni tista’ tafda, parzjalment jew kompletament, l-attivitajiet tal-komponent fil-post deskritti fl-Artikolu 6 lill-operaturi tas-servizzi deskritti fl-Artikolu 4. |
6. Il-Kummissjoni tista' tafda, parzjalment jew kompletament, l-attivitajiet tal-komponent mhux spazjali deskritti fl-Artikolu 6 lill-operaturi tas-servizzi deskritti fl-Artikolu 4 u b'mod partikolari lill-Aġenzija għall-Ambjent (EEA) meta jkun jinħtieġ koordinament ġenerali. | ||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Tajjeb li jkun speċifikat li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tista' u għandha twettaq il-kompitu indispensabbli ta' koordinament ġenerali fir-rigward tal-komponent mhux spazjali ta' Copernicus. | |||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 14 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
Id-dejta u l-informazzjoni Copernicus għandha tkun disponibbli fuq bażi sħiħa, miftuħa u mingħajr ħlas, suġġetta għal-limitazzjonijiet li ġejjin: |
Id-dejta u l-informazzjoni Copernicus għandha tkun disponibbli fuq bażi sħiħa, faċilment aċċessibbli, miftuħa u mingħajr ħlas, suġġetta għal-limitazzjonijiet li ġejjin: |
PROĊEDURA
Titolu |
Il-Programm Copernicus |
||||
Referenzi |
COM(2013)0312 – C7-0195/2013 – 2013/0164(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 1.7.2013 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 1.7.2013 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Elisabetta Gardini 19.9.2013 |
||||
Eżami fil-kumitat |
24.10.2013 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
27.11.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
54 0 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Elena Oana Antonescu, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Lajos Bokros, Franco Bonanini, Biljana Borzan, Yves Cochet, Spyros Danellis, Esther de Lange, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Holger Krahmer, Corinne Lepage, Kartika Tamara Liotard, Linda McAvan, Miroslav Ouzký, Gilles Pargneaux, Andrés Perelló Rodríguez, Pavel Poc, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Kārlis Šadurskis, Carl Schlyter, Richard Seeber, Salvatore Tatarella, Thomas Ulmer, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Erik Bánki, Gaston Franco, Julie Girling, Eduard-Raul Hellvig, Marusya Lyubcheva, Jiří Maštálka, Judith A. Merkies, Miroslav Mikolášik, James Nicholson, Alojz Peterle, Vittorio Prodi, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Anna Záborská, Andrea Zanoni |
||||
PROĊEDURA
Titolu |
Il-Programm Copernicus |
||||
Referenzi |
COM(2013)0312 – C7-0195/2013 – 2013/0164(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
28.5.2013 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 1.7.2013 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 1.7.2013 |
ENVI 1.7.2013 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Vittorio Prodi 3.9.2013 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
14.10.2013 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
28.11.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
50 1 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Jan Březina, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Vicky Ford, Adam Gierek, Norbert Glante, Robert Goebbels, Fiona Hall, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Rachida Dati, Ioan Enciu, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Gunnar Hökmark, Ivailo Kalfin, Seán Kelly, Holger Krahmer, Werner Langen, Zofija Mazej Kukovič, Alajos Mészáros, Markus Pieper, Vladimír Remek, Silvia-Adriana Ţicău |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Carl Schlyter |
||||
Data tat-tressiq |
14.1.2014 |
||||