RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Riformulazzjoni)

16.1.2014 - (COM(2013)0030 – C7‑0027/2013 – 2013/0015(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Izaskun Bilbao Barandica
(Riformulazzjoni – Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2013/0015(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0033/2014

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Riformulazzjoni)

(COM(2013)0030 – C7‑0027/2013 – 2013/0015(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0030),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 91(1) u l-Artikoli 170 u 171 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0027/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mis-Seimas tar-Repubblika tal-Litwanja u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jinmxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013'[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' Ottubru 2013[2],

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[3],

–   wara li kkunsidra l-ittra tas-16 ta' Diċembru 2013 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7–0033/2014),

A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Biex jagħmluha possibbli biex ċittadini tal-Unjoni, operaturi ekonomiċi u awtoritajiet reġjonali u lokali jibbenefikaw mill-massimu tal-vantaġġi li joħorġu mit-twaqqif ta' żona mingħajr fruntieri interni, huwa approprjat, b'mod partikolari, li jtejbu l-interkonnessjoni u l-interoperabilità tan-netwerk ferrovjarju nazzjonali kif ukoll l-aċċess għalih, billi jiġu implimentati xi miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa fil-qasam tal-istandardizzazzjoni teknika .

(2) Biex jagħmluha possibbli biex ċittadini tal-Unjoni, operaturi ekonomiċi u awtoritajiet reġjonali u lokali jibbenefikaw mill-massimu tal-vantaġġi li joħorġu mit-twaqqif ta' żona mingħajr fruntieri interni u biex jilħqu l-objettiv tal-koeżjoni territorjali, huwa approprjat, b'mod partikolari, li jtejbu l-interkonnessjoni u l-interoperabilità tan-netwerk ferrovjarju nazzjonali kif ukoll l-aċċess għalih, inkluż għall-passiġġieri b'diżabilità, billi jiġu implimentati xi miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa fil-qasam tal-istandardizzazzjoni teknika .

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-insegwiment tal-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għandu jwassal għad-definizzjoni ta' livell ottimali ta' armonizzazzjoni teknika u għandu jagħmel l-iffaċilitar, it-titjib u l-iżvilupp ta' servizzi tat-trasport ferrovjarju internazzjonali possibbli fl-Unjoni u ma' pajjiżi terzi u jikkontribwixxi għall-ħolqien progressiv tas-suq intern fit-tagħmir u s-servizzi għall-kostruzzjoni, tiġdid, immodernizzar u tħaddim tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni.

(3) L-insegwiment tal-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għandu jwassal għad-definizzjoni ta' livell ottimali ta' armonizzazzjoni teknika u għandu jagħmel l-iffaċilitar, it-titjib u l-iżvilupp ta' servizzi tat-trasport ferrovjarju possibbli fl-Unjoni u ma' pajjiżi terzi u jikkontribwixxi għall-ħolqien progressiv tas-suq intern fit-tagħmir u s-servizzi għall-kostruzzjoni, tiġdid, immodernizzar u tħaddim tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-kisba tal-interoperabilità ma ġġibx biss benefiċċji għas-servizzi ferrovjarji internazzjonali, iżda għat-trasport kollu bil-ferrovija, pereżempju bl-iffrankar tal-ħin u l-ispejjeż.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) It-tħaddim kummerċjali tat-trejns fin- netwerk ferrovjarju jeħtieġ b'mod partikolari kompatibilità eċċellenti bejn il-karatteristiċi tal-infrastruttura u dawk tal-vetturi, kif ukoll interkonnessjoni effiċjenti tas-sistemi tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni tal-amministraturi tal-infrastruttura u tal-impriżi ferrovjarji differenti. Il-livelli tal- prestazzjoni , tas-sikurezza , tal-kwalità tas-servizz u l-ispejjeż jiddependu minn din il-kompatibilità u l-interkonnessjoni, kif tiddependi wkoll, b'mod partikolari, l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja.

(4) It-tħaddim kummerċjali tat-trejns fin-netwerk ferrovjarju jeħtieġ b'mod partikolari kompatibilità eċċellenti bejn il-karatteristiċi tal-infrastruttura u dawk tal-vetturi, kif ukoll interkonnessjoni effiċjenti tas-sistemi tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni u tal-ħruġ ta' biljetti tal-ġestjonarju tal-infrastruttura u tal-impriżi ferrovjarji differenti. Il-livelli tal- prestazzjoni , tas-sikurezza , tal-kwalità tas-servizz u l-ispejjeż jiddependu minn din il-kompatibilità u l-interkonnessjoni, kif tiddependi wkoll, b'mod partikolari, l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja.

Ġustifikazzjoni

Mill-perspettiva tal-passiġġieri, hemm bżonn li l-iskemi ta' ħruġ ta' biljetti wkoll isiru interoperabbli sabiex jibbenefikaw minn din l-inizjattiva.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-qafas regolatorju ferrovjarju għandu jistabbilixxi responsabbiltajiet ċari biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tas-sikurezza , tas-saħħa u tal-protezzjoni tal-konsumatur li jgħoddu għan-netwerk ferrovjarju .

(5) Il-qafas regolatorju ferrovjarju għandu jistabbilixxi responsabbiltajiet ċari biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tas-sikurezza, tas-saħħa, ta' dawk soċjali u tal-protezzjoni tal-konsumatur li jgħoddu għan-netwerk ferrovjarju.

Ġustifikazzjoni

L-armonizzazzjoni tal-aspetti soċjali - pereżempju l-ħinijiet tax-xogħol, tas-sewqan u tal-mistrieħ - jeħtieġ li tmur id f'id mal-isforzi tekniċi għall-finijiet tal-interoperabilità, tas-sikurezza u tal-kwalità.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Hemm differenzi kbar bejn regolamenti nazzjonali, regoli interni u speċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għas-sistemi, sottosistemi u komponenti ferrovjarji , billi dawn jinkorporaw tekniki li huma speċifiċi għall-industriji nazzjonali u jippreskrivu dimensjonijiet u apparati speċifiċi kif ukoll karatteristiċi speċjali. Din is-sitwazzjoni żżomm it-trejns milli jkunu kapaċi jiċċirkolaw mingħajr xkiel madwar l-Unjoni .

(6) Hemm differenzi kbar bejn regolamenti nazzjonali, regoli interni u speċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għas-sistemi, sottosistemi u komponenti ferrovjarji , billi dawn jinkorporaw tekniki li huma speċifiċi għall-industriji nazzjonali u jippreskrivu dimensjonijiet u apparati speċifiċi kif ukoll karatteristiċi speċjali. Din is-sitwazzjoni żżomm it-trejns milli jkunu kapaċi jiċċirkolaw mingħajr xkiel madwar l-Unjoni u milli jgawdu mill-benefiċċji tal-istandardizzazzjoni u l-ekonomiji tal-kobor fis-suq uniku.

Ġustifikazzjoni

Id-diversità attwali fis-sistemi ferrovjarji Ewropej ma tħallix lill-kumpaniji jipproduċu sensieli kbar ta' sistemi, sottosistemi u komponenti ferrovjarji, li ma tħallihomx jibbenefikaw mill-benefiċċji tal-produzzjoni tal-massa, jiġifieri l-prezzijiet aktar baxxi u ċ-ċikli ta' produzzjoni iqsar.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Billi, fid-dawl tal-firxa u tal-komplessità tas-sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja, instab li jeħtieġ, għal raġunijiet prattiċi, li din is-sistema tinqasam fis-sottosistemi li ġejjin: l-infrastruttura, il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji, , il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord l-enerġija, il-vetturi ferrovjarji, it-tħaddim u l-ġestjoni tat-traffiku, il-manutenzjoni u l-applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Għal kull waħda minn dawn is-sottosistemi, ir-rekwiżiti essenzjali għandhom jiġu speċifikati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiġu determinati , partikolarment fir-rigward tal-kostitwenti u l- interfaċċji , biex dawn ir-rekwiżiti essenzjali jintlaħqu. L-istess sistema tinqasam f'elementi fissi u mobbli: li jkun fihom min naħa l-waħda, in-netwerk, magħmul mil-linji, l-istazzjonijiet, it-terminals, u kull tip ta' tagħmir fiss meħtieġ biex jiżgura t-tħaddim sikur u kontinwu tas-sistema u min naħa oħra, il-vetturi kollha li jivvjaġġaw f'dan in-netwerk. Għalhekk, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, vettura tikkonsisti minn sottosistema waħda (vetturi ferrovjarji ) u fejn ikun applikabbli sottosistemi oħra (speċjalment is-sottosistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord ).

(23) Billi, fid-dawl tal-firxa u tal-komplessità tas-sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja, instab li jeħtieġ, għal raġunijiet prattiċi, li din is-sistema tinqasam fis-sottosistemi li ġejjin: l-infrastruttura, il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji, , il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord l-enerġija, il-vetturi ferrovjarji, it-tħaddim u l-ġestjoni tat-traffiku, il-manutenzjoni u l-applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Għal kull waħda minn dawn is-sottosistemi, ir-rekwiżiti essenzjali għandhom jiġu speċifikati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiġu determinati , partikolarment fir-rigward tal-kostitwenti u l- interfaċċji , biex dawn ir-rekwiżiti essenzjali jintlaħqu. L-istess sistema tinqasam f'elementi fissi u mobbli: li jkun fihom min naħa l-waħda, in-netwerk, magħmul mil-linji, l-istazzjonijiet, it-terminals, u kull tip ta' tagħmir fiss meħtieġ biex jiżgura t-tħaddim sikur u kontinwu tas-sistema u min naħa oħra, il-vetturi kollha li jivvjaġġaw f'dan in-netwerk. Għalhekk, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, vettura tikkonsisti minn sottosistema waħda (vetturi ferrovjarji ) u fejn ikun applikabbli sottosistemi oħra (speċjalment is-sottosistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord ). Għalkemm is-sistema hija maqsuma f'diversi elementi, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji ('l-Aġenzija') għandha tħares il-viżjoni globali tas-sistema, sabiex tiġi garantita s-sikurezza u l-interoperabilità.

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija għandha tassumi r-rwol ta' gwardjan tal-viżjoni globali tas-sistema għas-sistema ferrovjarja.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, li l-Unjoni hija parti għaliha, tistabbilixxi li l-aċċessibilità hija waħda mill-prinċipji ġenerali u tirrikjedi li l-Istati li huma partijiet jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jkollhom aċċess bl-istess mod bħall-oħrajn, inkluż billi jiżviluppaw, jippromulgaw u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-istandards minimi u l-linjigwida għall-aċċessibbiltà. L-aċċessibbiltà hija għalhekk rekwiżit importanti għall-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja.

(24) Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, li l-Unjoni hija parti għaliha, tistabbilixxi li l-aċċessibilità hija waħda mill-prinċipji ġenerali u tirrikjedi li l-Istati li huma partijiet jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jkollhom aċċess bl-istess mod bħall-oħrajn, inkluż billi jiżviluppaw, jippromulgaw u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-istandards minimi u l-linjigwida għall-aċċessibbiltà. L-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'mobilità mnaqqsa, għalhekk, hija rekwiżit importanti għall-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja, f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-passiġġieri b'mobilità mnaqqsa.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) It-TSIs għandhom impatt ukoll fuq il-kundizzjonijiet għall-użu tat-trasport ferrovjarju mill-utenti, u huwa għalhekk meħtieġ li dawn l-utenti jiġu kkonsultati fuq aspetti li jikkonċernawhom.

(26) It-TSIs għandhom impatt ukoll fuq il-kundizzjonijiet għall-użu tat-trasport ferrovjarju mill-utenti, u huwa għalhekk meħtieġ li dawn l-utenti jiġu kkonsultati fuq aspetti li jikkonċernawhom, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 39a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39a) Sabiex tinħoloq iż-żona ferrovjarja unika Ewropea, jitnaqqsu l-ispejjeż u d-dewmien tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u t-titjib fis-sikurezza tal-ferroviji, jeħtieġ li l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni jiġu adattati u armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Dan jeħtieġ distribuzzjoni ċara tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet tas-sikurezza nazzjonali matul il-perjodu tranżitorju.

 

 

L-Aġenzija għandha tuża l-kompetenza siewja, l-għarfien lokali u l-esperjenza tal-awtoritajiet tas-sikurezza nazzjonali. Hi għandha tiddelega kompiti u responsabbiltajiet speċifiċi lill-awtoritajiet tas-sikurezza nazzjonali fuq il-bażi ta' ftehimiet kuntrattwali, kif stipulat fl-Artikolu 22a, iżda għandha tieħu d-deċiżjoni finali fil-proċeduri kollha ta' awtorizzazzjoni.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Sabiex tkun żgurata t-traċċabilità tal-vetturi u tal-istorja tagħhom, ir-referenzi għall-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi għat-tqegħid fis-suq għandhom jiġu rrekordjati flimkien mad-dejta l-oħra dwar il-vetturi.

(40) Sabiex tkun żgurata t-traċċabilità tal-vetturi u tal-istorja tagħhom, ir-referenzi għall-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi għandhom jiġu rrekordjati flimkien mad-dejta l-oħra dwar il-vetturi.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm awtorizzazzjoni Ewropea tal-vetturi sabiex il-vetturi jkunu jistgħu jinxtraw "lesti għall-użu". Id-distinzjoni proposta bejn "tqegħid fis-suq" u "tqegħid fis-servizz" ma tneħħix l-ostakli għall-akkwist u l-użu faċli u aktar rapidu tal-vetturi ferrovjarji.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) It-TSIs għandhom jispeċifikaw il-proċeduri sabiex tiġi vverifikata l-kompatibilità bejn il-vetturi u n-netwerk wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tal-passaporti u qabel id-deċiżjoni tat-tqegħid fis-servizz.

(41) It-TSIs għandhom jispeċifikaw il-proċeduri sabiex tiġi vverifikata l-kompatibilità bejn il-vetturi u n-netwerk qabel il-bidu ta' operazzjoni ġdida.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 46a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(46a) Il-miżuri regolatroji għandhom jiġu kkumplimentati b'inizjattivi bil-għan li jipprovdu appoġġ finanzjarju lit-teknoloġiji innovattivi u interoperabbli fis-settur ferrovjarju, bħall-proġett "Shift2Rail".

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) Sabiex jiġu emendati l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, is-setgħa li jiġu adottati l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fil-konfront tal-adattament għall-progress tekniku tal-Anness II li jikkonċerna d-diviżjoni tas-sistema ferrovjarja f'sottosistemi u d-deskrizzjoni ta' dawn is-sottosistemi, il-kontenut tat-TSIs u l-emendi tat-TSIs, inkluż dawk l-emendi meħtieġa biex jagħmlu tajjeb għad-defiċenzi tat-TSIs. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(48) Sabiex jiġu emendati l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, is-setgħa li jiġu adottati l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fil-konfront tal-adattament għall-progress tekniku tal-Anness II li jikkonċerna d-diviżjoni tas-sistema ferrovjarja f'sottosistemi u d-deskrizzjoni ta' dawn is-sottosistemi, il-kontenut tat-TSIs u l-emendi tat-TSIs, inkluż dawk l-emendi meħtieġa biex jagħmlu tajjeb għad-defiċenzi tat-TSIs, il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-konformità 'KE' u l-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità, il-proċeduri ta' verifika għas-sottosistemi, inklużi l-prinċipji ġenerali, il-kontenut, il-proċeduri u d-dokumenti relatati mal-proċedura ta' verifika 'KE' u mal-proċedura ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni b'rabta ma': il-kontenut tal-fajl li għandu jakkumpanja t-talba għan-nuqqas ta' applikazzjoni ta' TSI waħda jew aktar jew partijiet minnhom, id-dettalji, il-format u l-modalitajiet ta' trażmissjoni ta' dak il-fajl; il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' konformità KE u l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità, il-format tagħha u d-dettalji tal-informazzjoni inklużi fiha; il-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali notifikati fi gruppi differenti bil-għan li jiġu ffaċilitati l-verifiki ta' kompatibilità bejn it-tagħmir fiss u mobbli; il-proċeduri ta' verifika għas-sottosistemi, inkluż il-prinċipji ġenerali, il-kontenut, il-proċedura u d-dokumenti relatati mal-proċedura ta' verifika 'KE', u mal-proċedura ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali; il-mudelli għad-dikjarazzjoni ta' verifika 'KE' u għad-dikjarazzjoni ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali u mudelli għad-dokumenti tal-fajl tekniku li għandu jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika; l-ispeċifikazzjonijiet komuni marbuta mal-kontenut, il-format tad-dejta, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod tat-tħaddim u r-regoli għall-input tad-dejta kif ukoll il-konsultazzjoni għar-reġistru tal-infrastruttura. Dawn il-poteri għandhom jiġu eżerċizzati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri dwar l-eżerċizzju tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-poteri13.

(51) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni b'rabta ma': il-kontenut tal-fajl li għandu jakkumpanja t-talba għan-nuqqas ta' applikazzjoni ta' TSI waħda jew aktar jew partijiet minnhom, id-dettalji, il-format u l-modalitajiet ta' trażmissjoni ta' dak il-fajl; il-format u d-dettalji tal-informazzjoni inklużi fid-dikjarazzjoni ta' konformità KE u l-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità; il-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali notifikati fi gruppi differenti bil-għan li jiġu ffaċilitati l-verifiki ta' kompatibilità bejn it-tagħmir fiss u mobbli; il-mudelli għad-dikjarazzjoni ta' verifika 'KE' u għad-dikjarazzjoni ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali u mudelli għad-dokumenti tal-fajl tekniku li għandu jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika; l-ispeċifikazzjonijiet komuni marbuta mal-kontenut, il-format tad-dejta, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod tat-tħaddim u r-regoli għall-input tad-dejta kif ukoll il-konsultazzjoni għar-reġistru tal-infrastruttura. Dawn il-poteri għandhom jiġu eżerċizzati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri dwar l-eżerċizzju tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-poteri13.

________________

______________

13 ĠU L 55, 28.2.2011, p.13.

13 ĠU L 55, 28.2.2011, p.13.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jitħarsu biex tinkiseb l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja tal- Unjoni , b'tali mod li tkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva […/…dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni] . Dawn il-kundizzjonijiet jikkonċernaw id-disinn, kostruzzjoni, tqegħid fis-servizz, immodernizzar , tiġdid, tħaddim u manutenzjoni ta' partijiet ta' din is-sistema kif ukoll il-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet tas-saħħa u sikurezza tal-persunal li jikkontribwixxu għat-tħaddim u l-manutenzjoni tagħha.

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jitħarsu biex tinkiseb l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja tal- Unjoni , b'tali mod li tkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva […/…dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni] . Dawn il-kundizzjonijiet jikkonċernaw id-disinn, kostruzzjoni, tqegħid fis-servizz, immodernizzar , tiġdid, tħaddim u manutenzjoni ta' partijiet ta' din is-sistema kif ukoll il-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet tas-saħħa u sikurezza tal-persunal li jikkontribwixxu għat-tħaddim u l-manutenzjoni tagħha. L-insegwiment ta' dak l-objettiv jinvolvi neċessarjament id-determinazzjoni ta' livell ottimu ta' armonizzazzjoni teknika, li tagħmilha possibbli li jingħata kontribut għall-ħolqien progressiv tas-suq intern tal-apparat u s-servizzi ta' kostruzzjoni, tiġdid, immodernizzar u operazzjoni tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-għanijiet eżistenti ppreżentati fid-Direttiva dwar l-interoperabilità (l-Artikolu attwali 1.2b) għandhom jitħarsu, peress li jagħtu d-direzzjoni ġenerali tad-Direttiva (livell ottimu ta' armonizzazzjoni teknika u ħolqien progressiv tas-suq intern tal-apparat, is-servizzi u l-operazzjoni).

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Dawn is-sistemi li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva:

3. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva:

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda żżomm it-test attwali li jippermetti lill-Istati Membri jeskludu l-ferrovija urbana. Il-Kummissjoni targumenta li ngħata mandat lill-korpi tal-istandardizzazzjoni biex joħolqu standards, li madankollu tirrikonoxxi li jibqgħu volontarji. Il-manifatturi u parti mill-partijiet interessati jifhmu li jista' jkun hemm suq Ewropew, u għalhekk, minħabba nuqqas ta' żvilupp ta' standards għal dan is-settur użat minn eluf ta' passiġġieri fl-UE, m'hemm l-ebda raġuni biex jiġi eskluż.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) metros, trams u sistemi ta' ferrovija ħafifa;

(a) metros, trams, tram-trains u sistemi ta' ferrovija ħafifa;

Ġustifikazzjoni

F'bosta Stati Membri jeżistu sistemi fejn it-trammijiet parzjalment jaħdmu fuq l-infrastruttura ferrovjarja. Dawn il-vetturi ma għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva minħabba li essenzjalment huma servizzi tat-tram. Qabbel ukoll mal-emenda tiegħi għad-Direttiva dwar is-Sikurezza. Qabbel ukoll mal-emenda tiegħi għad-Direttiva dwar is-Sikurezza.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) metros, trams u sistemi ta' ferrovija ħafifa;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) infrastruttura ferrovjarja privata u vetturi użati esklussivament fuq infrastrutturi bħal dawn , meta jkunu jeżistu biss għall-użu mill-proprjetarju għall-ġarr tal-merkanzija tiegħu stess;

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) infrastruttura u vetturi riservati għall-użu strettament lokali, storiku jew turistiku.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva:

imħassar

(a) infrastruttura ferrovjarja privata u vetturi użati esklussivament fuq infrastrutturi bħal dawn , meta jkunu jeżistu biss għall-użu mill-proprjetarju għall-ġarr tal-merkanzija tiegħu stess;

 

(b) infrastruttura u vetturi riservati għall-użu strettament lokali, storiku jew turistiku.

 

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) "sistema ferrovjarja tal-Unjoni " tfisser l-elementi elenkati fl-Anness I;

(1) "sistema ferrovjarja tal-Unjoni" tfisser l-elementi tas-sistemi ferrovjarji konvenzjonali u ta' veloċità għolja elenkati fl-Anness I, il-punti 1 u 2;

Ġustifikazzjoni

Huwa ferm importanti li titħares id-distinzjoni bejn is-sistemi ferrovjarji klassiċi u dawk ta' veloċità għolja.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) "interoperabilità" tfisser l-abilità ta' sistema ferrovjarja li tippermetti l-moviment bla periklu u interruzzjoni ta' trejns li jilħqu l-livelli meħtieġa tal-prestazzjoni ta' dawn il-linji.

(2) "interoperabilità" tfisser l-abilità ta' sistema ferrovjarja li tippermetti l-moviment bla periklu u interruzzjoni ta' trejns li jilħqu l-livelli meħtieġa tal-prestazzjoni ta' dawn il-linji. Din l-abilità tiddependi fuq il-kundizzjonijiet regolatorji, tekniċi u operazzjonali kollha li għandhom jintlaħqu biex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali;

Ġustifikazzjoni

Din is-sentenza preżenti fil-qafas leġiżlattiv Ewropew attwali tibqa' neċessarja għaliex tipprovdi aktar ċarezza.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) "vettura" tfisser vettura ferrovjarja adattata għaċ-ċirkolazzjoni fuq ir-roti tagħha stess fuq linji ferrovjarji, bi trazzjoni jew mingħajrha, f'kompożizzjoni fissa jew varjabbli . Vettura hija komposta minn sottosistema strutturali u funzjonali waħda jew iktar;

(3) "vettura" tfisser vettura ferrovjarja adatta għaċ-ċirkolazzjoni fuq ir-roti fuq linji ferrovjarji, bi trazzjoni jew mingħajrha. Vettura ferrovjarja hija magħmula minn sottosistema strutturali waħda jew iktar;

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) "sossosistema mobbli" tfisser is-sottosistema ta' vetturi ferrovjarji, is-sottosistema ta' kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni abbord u l-vettura, meta din tkun komposta minn sottosistema waħda;

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) "rekwiżiti essenzjali" tfisser il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Anness III li għandhom jintlaħqu mis-sistema ferrovjarja, mis-sottosistemi u mill-kostitwenti tal-interoperabilità, inklużi l- interfaċċji ;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) "korp ta' valutazzjoni tal-konformità" tfisser korp li jkun ġie notifikat jew magħżul biex ikun responsabbli għall-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni; Korp ta' valutazzjoni tal-konformità huwa klassifikat bħala 'korp notifikat' wara li Stat Membru jinnotifika dwar l-eżistenza tiegħu. Korp ta' valutazzjoni tal-konformità huwa klassifikat bħala 'korp maħtur' wara li Stat Membru jaħtru.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) "immodernizzar" tfisser kull tibdil f'sottosistema jew parti minnha li jirriżulta f'tibdil fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika 'KE' jekk dan il-fajl tekniku jkun jeżisti u li jtejjeb il-prestazzjoni ġenerali tas-sottosistema;

(12) "immodernizzar" tfisser kull tibdil sostanzjali f'sottosistema jew parti minnha li jirriżulta f'tibdil fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika 'KE' jekk dan il-fajl tekniku jkun jeżisti u li jtejjeb il-prestazzjoni ġenerali tas-sottosistema. . Meta jitwettaq tibdil fir-rigward ta' sottosistema jew vettura, it-TSI rilevanti tispeċifika jekk ix-xogħol ikkonċernat għandux jiġi klassifikat bħala sostanzjali jew le u, jekk iva, ir-raġunijiet għal tali kkassifikar;

Ġustifikazzjoni

Mhux kull tibdil minuri għandu jeħtieġ awtorizzazzjoni ġdida. Fl-istess waqt, jeħtieġ li jkun hemm fehim komuni ta' meta l-bidliet huma kkunsidrati bħala sostanzjali, li għandha tiġi żviluppata permezz tat-TSIs.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) "tiġdid" tfisser kull xogħol ta' tibdil f'sottosistema jew parti minnha li ma jibdilx il-prestazzjoni ġenerali tas-sottosistema;

(13) "tiġdid" tfisser kull xogħol ta' tibdil sostanzjali f'sottosistema jew parti minnha li ma jibdilx il-prestazzjoni ġenerali tas-sottosistema. Meta jitwettaq tibdil fir-rigward ta' sottosistema jew vettura, it-TSI rilevanti tispeċifika jekk ix-xogħol ikkonċernat għandux jiġi klassifikat bħala sostanzjali jew le u, jekk iva, ir-raġunijiet għal tali kkassifikar;

Ġustifikazzjoni

Mhux kull tiġdid minuri għandu jeħtieġ awtorizzazzjoni ġdida. Fl-istess waqt, jeħtieġ li jkun hemm fehim komuni ta' meta t-tiġdid huwa kkunsidrat bħala sostanzjali, li għandu jiġi żviluppat permezz tat-TSIs.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) "entità kontraenti" tfisser kull entità, pubblika jew privata, inkarigata mid-disinn u/jew kostruzzjoni jew l-aġġornament jew l-immodernizzar ta' sottosistema. Din l-entità tista' tkun kumpanija ferrovjarja, l-amministratur tal-infrastruttura jew id-detentur, jew detentur ta' konċessjoni li huwa responsabbli għat- twettiq ta' proġett;

(17) "entità kontraenti" tfisser kull entità, pubblika jew privata, inkarigata mid-disinn u/jew kostruzzjoni jew l-aġġornament jew l-immodernizzar ta' sottosistema. Din l-entità tista' tkun kumpanija ferrovjarja, il-ġestjonarju tal-infrastruttura jew id-detentur, jew entità li hija responsabbli għall-manutenzjoni, jew detentur ta' konċessjoni li huwa responsabbli għat- twettiq ta' proġett;

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) "detentur" tfisser il-persuna jew l-entità li, billi hi s-sid ta' vettura jew għandha d-dritt li tużaha, tisfrutta l-vettura bħala mezz ta' trasport u hija reġistrata bħala tali fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi imsemmi fl-Artikolu 43;

(18) "detentur" tfisser il-persuna jew l-entità li, billi hi s-sid ta' vettura jew għandha d-dritt li tuża l-vettura, tisfruttaha bħala mezz ta' trasport u hija reġistrata bħala tali fir-reġistri nazzjonali tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 43 u l-Artikolu 43a;

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) "sid" tfisser il-persuna jew l-entità li hi s-sid ta' vettura u hija reġistrata bħala tali fir-reġistri tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 43 u l-Artikolu 43a;

Ġustifikazzjoni

Informazzjoni dwar is-sid tal-vagun jeħtieġ li tiġi inkluża fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi għal raġunijiet ta' sikurezza u ta' responsabbiltà.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) "regoli nazzjonali" tfisser ir-regoli vinkolanti kollha li jinkludu s-sikurezza ferrovjarja jew ir-rekwiżiti tekniċi imposti fil-livell tal-Istat Membru u applikabbli għall-impriżi ferrovjarji, irrispettivament mill-korp li jkun qiegħed joħroġhom;

(26) "regoli nazzjonali" tfisser ir-regoli vinkolanti kollha notifikati minn Stat Membru li jinkludu s-sikurezza ferrovjarja jew ir-rekwiżiti tekniċi imposti fil-livell tal-Istat Membru u applikabbli għall-atturi ferrovjarji, irrispettivament mill-korp li jkun qiegħed joħroġhom;

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 14 - Regoli Nazzjonali - tad-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-lista tar-regoli nazzjonali. Ir-regoli nazzjonali japplikaw għall-atturi kollha fis-settur ferrovjarju, mhux esklużivament għall-Impriżi Ferrovjarji.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 27a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) "qasam tal-użu" tfisser netwerk jew netwerks fl-Unjoni, sew jekk fi Stat Membru jew fi grupp ta' Stati Membri, li fihom il-vettura hija teknikament kompatibbli skont il-fajl tekniku tagħha;

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 27b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27b) "netwerk iżolat" tfisser in-netwerk ferrovjarju ta' Stat Membru, jew parti minnu, bi track gauge ta' 1 520 mm, li huwa separat ġeografikament jew teknikament min-netwerk Ewropew bi track gauge nominali standard (1 435 mm – minn hawn 'il quddiem "gauge standard") u integrat sew fin-netwerk ferrovjarju ta' track gauge ta' 1 520 , flimkien ma' pajjiżi terzi, imma iżolat min-netwerk standard tal-Unjoni.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) "mezzi aċċettabbli ta' konformità" tfisser opinjonijiet li mhumiex vinkolanti li jinħarġu mill-Aġenzija biex jiddefinixxu modi ta' kif tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali;

(28) "mezzi aċċettabbli ta' konformità" tfisser opinjonijiet li mhumiex vinkolanti li jinħarġu mill-Aġenzija biex jiddefinixxu modi ta' kif tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali, sabiex jiġi kkumpensat temporanjament in-nuqqas ta' TSI sakemm it-TSI tiġi emendata;

Ġustifikazzjoni

B'mod temporanju, l-Aġenzija tista' tiddefinixxi mezzi biex tinkiseb il-konformità, f'każ ta' nuqqas ta' definizzjoni ċara f'TSI.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 28a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a) "mezzi nazzjonali aċċettabbli ta' konformità" tfisser mezzi oħra ta' konformità stipulati fi Stat Membru li jirriżultaw fi preżunzjoni ta' konformità mat-taqsima rilevanti tar-regoli nazzjonali. Dawk il-mezzi nazzjonali aċċettabbli għandhom jiġu notifikati lill-Aġenzija.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) 'rappreżentant awtorizzat' tfisser kull persuna naturali jew legali stabbilita ġewwa l-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub minn manifattur sabiex taġixxi f'ismu fir-rigward ta' kompiti speċifikati;

(31) "rappreżentant awtorizzat" tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub minn manifattur jew entità kontraenti biex taġixxi f'ismu fir-rigward ta' kompiti speċifikati;

 

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) "speċifikazzjoni teknika" tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati minn prodott, proċess jew servizz;

(32) "speċifikazzjoni teknika" tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati minn prodott, sottosistema, proċess jew servizz;

Ġustifikazzjoni

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jistgħu jikkonċernaw ukoll is-sottosistemi.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) "persuna b'diżabilità jew persuna b'mobilità ridotta" għandha tinkludi kull persuna li jkollha diżabilità fiżika, mentali, intellettwali jew sensorjali li tkun permanenti jew temporanja u li, meta ssib diversi ostakli, tista' tillimta l-użu sħiħ u effettiv tat-trasport fuq bażi ugwali mal-passiġġieri l-oħra jew persuni li l-mobilità tagħhom meta jużaw it-trasport tonqos minħabba l-età.

(37) "persuna b'diżabilità u persuna b'mobilità mnaqqsa" għandha tinkludi kull persuna li jkollha diżabilità fiżika, mentali, intellettwali jew sensorjali li tkun permanenti jew temporanja u li, meta ssib diversi ostakli, tista' tillimta l-użu sħiħ u effettiv tat-trasport fuq bażi ugwali mal-passiġġieri l-oħra jew persuni li l-mobilità tagħhom meta jużaw it-trasport tonqos minħabba l-età u għalhekk jetħieġu servizzi speċjali.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-ebda persuna ma tista' tiġi direttament jew indirettament diskriminata minħabba diżabilità. Sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jistgħu jgawdu l-benefiċċji li jirriżultaw mill-ħolqien ta' żona mingħajr fruntieri interni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema ferrovjarja tkun bla ostakli.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-sottosistemi għandhom jikkonformaw mat-TSIs li jkunu fis-seħħ meta dawn jitqiegħdu fis-servizz, jiġu modernizzati jew imġedda, b'konformità ma' din id-Direttiva; din il-konformità għandha tinżamm permanentement sakemm kull sottosistema tkun qed tintuża.

3. Is-sottosistemi fissi għandhom jikkonformaw mat-TSIs li jkunu fis-seħħ fiż-żmien tal-ewwel ħatra ta' korp notifikat u mhux iktar tard miż-żmien li jiġu approvati l-permessi tal-bini. Il-vetturi għandhom ikunu konformi mat-TSIs u għandhom josservaw ir-regoli nazzjonali fis-seħħ fiż-żmien tal-ewwel ħatra ta' korp notifikat. Tali l-konformità u osservanza għandhom jinżammu permanentement sakemm tkun qed tintuża kull sottosistema.

Ġustifikazzjoni

Is-sottosistemi fissi spiss ikollhom proċessi kumplessi ta' ppjanar approvazzjoni u kostruzzjoni. Għaldaqstant, huwa importanti li ladarba l-kostruzzjoni ta' sottosistema partikolari tkun bdiet taħt ċerta TSI, l-awtorizzazzjoni sabiex din titqiegħed fis-suq għandha tingħata skont it-TSI fis-seħħ fiż-żmien li jiġu approvati l-permessi tal-bini. Jekk din l-istess TSI tinbidel matul il-proċess tal-kostruzzjoni din m'għandu jkollha l-ebda impatt fuq il-proċedura ta' awtorizzazzjoni.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jistabbilixxi l-kostitwenti tal-interoperabilità u l-interfaċċji li għandhom jiġu koperti mill-ispeċifikazzjonijiet Ewropej , inklużi l-istandards Ewropej, li huma meħtieġa biex jakkwistaw l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja;

(d) jistabbilixxi l-kostitwenti tal-interoperabilità u l-interfaċċji li għandhom jiġu koperti mill-ispeċifikazzjonijiet Ewropej , inklużi l-istandards Ewropej, li huma meħtieġa biex jakkwistaw l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja; Dan għandu jinkludi l-identifikazzjoni tal-ispare partsferrovjarji li għandhom jiġu standardizzati skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru .... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13a. Il-lista tal-ispare parts li għandhom jiġu standardizzati hija inkluża f'kull TSI, inklużi l-parts eżistenti.

 

_________________

 

13a Regolament (UE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L ...).

Ġustifikazzjoni

Kull TSI jkollha tinkludi l-lista tal-ispare parts li għandhom jiġu standardizzati sabiex jinkiseb il-ħolqien ta' suq intern tal-apparat ferrovjarju. Dan huwa konformi mal-proposta tal-Kummissjoni fl-Artikolu 41 tar-Regolament ERA.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) jindika l-istrateġija għall-applikazzjoni tat-TSIs. B'mod partikolari, huwa meħtieġ li wieħed jispeċifika l-istadji li għandhom jitwettqu biex issir tranżizzjoni gradwali mis-sitwazzjoni eżistenti għas-sitwazzjoni finali li fiha l-konformità mat-TSIs għandha tkun in-norma inkluż l-iffissar ta' skadenzi sabiex jiġu kompluti dawk l-istadji, fejn huwa neċessarju ;

(f) jindika l-istrateġija għall-applikazzjoni tat-TSIs. b'mod partikolari, huwa meħtieġ li wieħed jispeċifika l-istadji li għandhom jitwettqu biex issir tranżizzjoni gradwali mis-sitwazzjoni eżistenti għas-sitwazzjoni finali li fiha l-konformità mat-TSIs għandha tkun in-norma inkluż l-iffissar ta' skadenzi sabiex jiġu kompluti dawk l-istadji. Il-kalendarju li jistabbilixxi l-istadji għandu jkun marbut ma' evalwazzjoni li tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji stmati tal-implimentazzjoni tagħhom u l-impatt mistenni fuq l-operaturi u l-aġenti ekonomiċi involuti.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tintroduċi l-possibbiltà li jiġu stabbiliti skadenzi għall-implimentazzjoni tat-TSIs. Għandu jiġi stabbilit ukoll dan il-kalendarju ta' implimentazzjoni, evalwazzjoni b'kunsiderazzjoni għall-ispejjeż u l-benefiċċji stmati tal-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll l-impatt mistenni fuq l-operaturi u l-operaturi ekonomiċi kollha involuti.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) tindika l-parametri li għandhom jiġu vverifikati mill-impriża ferrovjarja u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati sabiex jiġu vverifikati dawk il-parametri wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq u qabel id-deċiżjoni tat-tqegħid fis-servizz sabiex tkun żgurata l-kompatibilità bejn il-vetturi u r-rotot li fuqhom huma maħsuba li joperaw;

(i) tindika l-parametri li għandhom jiġu vverifikati sabiex tkun żgurata l-kompatibilità bejn il-vetturi u r-rotot li fuqhom huma maħsuba li joperaw;

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) tindika l-parametri speċifiċi li għandhom jiġu vverifikati u jipprovdi d-deskrizzjonijiet għat-tiġdid, it-titjib jew is-sostituzzjoni tal-ispare parts jew il-kostitwenti tal-interoperabilità li għandhom jiġu ttrattati b'rabta mal-Artikolu 21.3.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni ta' kull TSI, inklużi l-parametri bażiċi, għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispejjeż u l-benefiċċji stmati tas-soluzzjonijiet tekniċi kollha li jiġu kkunsidrati, flimkien mal-interfaces ta' bejniethom, sabiex jiġu stabbiliti u implimentati l-aktar soluzzjonijiet vijabbli.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) L-Aġenzija trid tfassal l-abbozz tat-TSI fuq il-bażi ta' dawn il-parametri bażiċi. Meta xieraq, għandha tikkunsidra l-progress tekniku, ix-xogħol dwar standardizzazzjoni diġà mwettaq, il-gruppi ta' ħdima li diġà qed jagħmlu xogħolhom u x-xogħol magħruf ta' riċerka.

(b) L-Aġenzija trid tfassal l-abbozz tat-TSI fuq il-bażi ta' dawn il-parametri bażiċi. Meta xieraq, għandha tikkunsidra l-progress tekniku, ix-xogħol dwar standardizzazzjoni diġà mwettaq, il-gruppi ta' ħdima li diġà qed jagħmlu xogħolhom u x-xogħol magħruf ta' riċerka.

Valutazzjoni ġenerali ta' kemm se tkun tiswa l-implimentazzjoni tat-TSIs u l-benefiċċji tagħha għandha tkun mehmuża mal-abbozz tat-TSI. Din il-valutazzjoni ser tindika l-impatt mistenni għall-operaturi u aġenti ekonomiċi kollha involuti.

Valutazzjoni ġenerali ta' kemm se tkun tiswa l-implimentazzjoni tat-TSIs u l-benefiċċji tagħha għandha tkun mehmuża mal-abbozz tat-TSI. Din il-valutazzjoni ser tindika l-impatt mistenni għall-operaturi u aġenti ekonomiċi kollha involuti, u għandha se kif xieraq ir-rekwiżiti tad-Direttiva .../... dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea. stati Membri se jipparteċipaw f'dik il-valutazzjoni billi jipprovdu d-data meħtieġa meta jkun xieraq.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Matul ix-xogħol preparatorju fuq it-TSIs , il-Kummissjoni tista' tifformola kwalunkwe termini ta' referenza jew rakkomandazzjonijiet utli dwar id-disinn tat-TSIs u l-analiżi dwar infiq u l-benefiċċji meta mqabbla miegħu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' tesiġi li soluzzjonijiet alternattivi jiġu eżaminati u li l-valutazzjoni dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji għal dawn is-soluzzjonijiet alternattivi tingħata fir-rapport mehmuż mal-abbozz tat-TSI.

4. Il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 48 għandu jinżamm infurmat regolarment dwar ix-xogħol preparatorju fuq it-TSIs. Matul dak ix-xogħol, il-Kummissjoni tista', fuq talba tal-kumitat, tifformola kwalunkwe termini ta' referenza jew rakkomandazzjonijiet utli dwar id-disinn tat-TSIs u l-analiżi dwar infiq u l-benefiċċji meta mqabbla miegħu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista', fuq talba ta' Stat Membru, tesiġi li soluzzjonijiet alternattivi jiġu eżaminati u li l-valutazzjoni dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji għal dawn is-soluzzjonijiet alternattivi tingħata fir-rapport mehmuż mal-abbozz tat-TSI.

Ġustifikazzjoni

Skont il-Artikolu 48 il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru …/… [Ir-Regolament tal-Aġenzija], l-Aġenzija għandha tfassal u taġġorna b'mod regolari il-lista tal-assoċjazzjonijiet u l-korpi tal-utenti li għandhom jiġu kkonsultati . Din il-lista tista' tiġi eżaminata mill-ġdid u aġġornata fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni.

(7) Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru …/… [Ir-Regolament tal-Aġenzija], l-Aġenzija għandha tfassal u taġġorna b'mod regolari il-lista tal-assoċjazzjonijiet u l-korpi tal-utenti li għandhom jiġu kkonsultati . Din il-lista għandha tinkludi assoċjazzjonijiet u korpi rappreżentattivi mill-Istati Membri kollha u tista' tiġi eżaminata mill-ġdid u aġġornata fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Fl-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tat-TSIs għandha tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-imsieħba soċjali dwar il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4)(g). Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tikkonsulta l-imsieħba soċjali qabel tippreżenta r-rakkomandazzjonijiet dwar it-TSIs u l-emendi tagħhom lill-Kummissjoni. Għandha tikkonsulta l-imsieħba soċjali taħt il-Kumitat dwar id-Djalogu Settorjali mwaqqaf skont id-Deċiżjoni 98/500/KE tal-Kummissjoni, tal-20 ta' Mejju 1998, dwar it-twaqqif tal-Kumitati dwar id-Djalogi Settorjali biex jiġi promoss id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fil-livell Ewropew15. L-imsieħba soċjali għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom fi żmien tliet xhur.

(8) Fl-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tat-TSIs għandha tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-imsieħba soċjali rappreżentanti fl-Istati Membri kollha dwar il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4)(g), kif ukoll fit-TSIs l-oħra kollha li jaffettwaw direttament jew indirettament lill-persunal involut. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tikkonsulta l-imsieħba soċjali qabel tippreżenta r-rakkomandazzjonijiet dwar it-TSIs u l-emendi tagħhom lill-Kummissjoni. Għandha tikkonsulta l-imsieħba soċjali taħt il-Kumitat dwar id-Djalogu Settorjali mwaqqaf skont id-Deċiżjoni 98/500/KE tal-Kummissjoni, tal-20 ta' Mejju 1998, dwar it-twaqqif tal-Kumitati dwar id-Djalogi Settorjali biex jiġi promoss id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fil-livell Ewropew15. L-imsieħba soċjali għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom fi żmien tliet xhur.

_______________

______________

15 ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

15 ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Membru tan-netwerk tal-korpi rappreżentattivi jista' jaġixxi bħala applikant biex jitlob opinjonijiet dwar nuqqasijiet fit-TSIs permezz tal-Kummissjoni. L-applikant jiġi informat bid-deċiżjoni li tkun ittieħdet. Il-Kummissjoni tipprovdi dikjarazzjoni kif xieraq dwar ir-raġunijiet għal kwalunkwe rifjut.

Ġustifikazzjoni

Billi s-settur ferrovjarju jassumi r-riskji u l-ispejjeż ta' dewmien ta' proġett, dan għandu jkollu d-dritt mhux biss li jagħti opinjoni iżda wkoll li jiġi informat dwar ir-raġunijiet f'każ ta' rifjut.

Emenda   53

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) għal kwalunkwe tiġdid, estensjoni jew immodernizzar ta' sottosistema eżistenti jew parti minnha, meta l-applikazzjoni ta' dawn it-TSIs tkun tikkomprometti l-vijabilità ekonomika tal-proġett.

(c) għal kwalunkwe tiġdid, estensjoni jew immodernizzar ta' sottosistema eżistenti jew parti minnha, meta l-applikazzjoni ta' dawn it-TSIs tkun tikkomprometti serjament il-vijabilità ekonomika tal-proġett.

Ġustifikazzjoni

Il-vijabilità ekonomika ta' proġett ma għandhiex tkun skuża biex ma jiġux applikati t-TSIs.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jintużaw fil-qasam tal-użu tagħhom kif maħsuba u jiġu installati u ssirilhom manutenzjoni b'mod adattat.

(b) jintużaw fil-qasam tal-użu tagħhom kif maħsuba f'konformita mal-qasam tal-użu kif definit fl-Artikolu 2(27a) u jiġu installati u ssirilhom manutenzjoni b'mod adattat.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm referenza għad-definizzjoni ta' "qasam tal-użu kif maħsub" sabiex it-test ikun iktar ċar u jiġi evitat kwalunkwe nuqqas ta' fehim.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri ma jistgħux, fit-territorju tagħhom u fuq il-bażi ta' din id-Direttiva, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq tal-kostitwenti tal-interoperabilità għall-użu tas-sistema tan-netwerk ferrovjarju meta dawn jikkonformaw ma' din id-Direttiva. B'mod partikolari, huma ma jistgħux jitolbu verifiki li jkunu diġà saru bħala parti mill-proċedura tad-dikjarazzjoni tal-'KE' dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu.

L-Istati Membri ma jistgħux, fit-territorju tagħhom u fuq il-bażi ta' din id-Direttiva, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq tal-kostitwenti tal-interoperabilità għall-użu tas-sistema tan-netwerk ferrovjarju meta dawn jikkonformaw ma' din id-Direttiva. B'mod partikolari, huma ma jistgħux jitolbu verifiki li jkunu diġà saru bħala parti mill-proċedura tad-dikjarazzjoni tal-'KE' dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu.

 

Stat Membru ma jistax jipprojbixxi, jirristrinġi jew ifixkel id-dħul fis-servizz tal-konstitwenti tal-interoperabilità li ġew rikonoxxuti għal qasam li huwa intenzjonat għalih jekk dan il-qasam jinsab fit-territorju tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu ġdid isaħħaħ l-idea li jitnaqqsu għall-minimu r-rekwiżiti addizzjonali għal kostitwent li ġie diġà rikonoxxut għal qasam ta' applikazzjoni. Hu jevita b'mod espliċitu li Stat Membru jagħmel ostakli fit-triq tal-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz, jekk dan il-qasam jinsab fit-territorju tiegħu. Evidentement, dan il-kostitwent mhux se jkun interoperabbli barra l-qasam li jkun ġie rikonoxxut għalih.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' konformità KE kif ukoll l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità, il-format tagħha u d-dettalji tal-informazzjoni inklużi fiha; Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46 li jikkonċerna l-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' konformità KE u l-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-format u d-dettalji tal-informazzjoni inklużi fid-dikjarazzjoni ta' konformità KE u l-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet konċernati malajr kemm jista' jkun. Meta, wara dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-miżura tkun ġustifikata, hija għandha mill-ewwel tinforma lill-Istat Membru li ħa l-inizjattiva b'dan. Meta, wara dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-miżura ma tkunx ġustifikata din għandha tinforma mill-ewwel lill-Istat Membru li ħa l-inizjattiva u lill- manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, stabbilit fi ħdan l-Unjoni , bihom.

2. ġenżija, fuq mandat mill-Kummissjoni, għandha tibda l-proċess ta' konsultazzjoni mal-partijiet konċernati mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien 20 ġurnata. Wara l-konsultazzjoni, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi jekk il-miżuri humiex ġustifikati. ġenżija għandha tinforma mill-ewwel lill-Kummissjoni, lill-Istat Membru li ħa l-inizjattiva f'dak ir-rigward u lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, stabbilit fi ħdan l-Unjoni, bihom.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jibqgħu jiġu notifikati bil-progress u r-riżultati ta' dik il-proċedura.

imħassar

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom iqisu bħala li jkunu interoperabbli u li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali , dawk is-sottosistemi strutturali li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja li jkunu koperti bid-dikjarazzjoni ta'verifika "KE".

1. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom iqisu bħala li jkunu interoperabbli, u bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali, dawk is-sottosistemi strutturali li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja li jkunu koperti, kif xieraq, bid-dikjarazzjoni ta' verifika 'KE' stabbilita b'referenza għat-TSIs f'konformità mal-Artikolu 15 jew permezz tad-dikjarazzjoni ta' verifika stabbilita b'referenza għar-regoli nazzjonali notifikati f'konformità mal-Artikolu 15a, jew it-tnejn.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-verifika tal-interoperabilità, skont ir-rekwiżiti essenzjali, ta' sottosistema strutturali li tikkostitwixxi s-sistema ferrovjarja għandha tiġi stabbilita b'referenza għat-TSIs u għar-regoli nazzjonali nnotifikati skont il-paragrafu 3 .

imħassar

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Id-deċiżjonijiet dwar il-ħruġ ta' permessi jittieħdu abbażi tat-TSIs u r-regoli nazzjonali notifikati li jkunu japplikaw fiż-żmien l-applikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Grundlage der Entscheidung über eine Fahrzeugzulassung sind bisher die Bestimmungen, wie sie zum Zeítpunkt der Entscheidung der Behörde gelten. Da zwischen Antragsstellung und Entscheidung in der Vergangenheit teilweise mehrere Jahre liegen konnten, mussten Neuregelungen, die in diesem Zeitraum erlassen wurden, im laufenden Verfahren nachträglich berücksichtigt werden. Mit dem "Einfrieren" der Zulassungsaufforderung zum Zeitpunkt der Antrassstellung wird Planungssicherheit für den Antragsteller hergestellt und die Kosten sowie die Dauer des Genehmigungsverfahren reduziert.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom ifasslu, għal kull sottosistema, lista tar-regoli nazzjonali li jintużaw għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali fil-każijiet li ġejjin :

3. stati Membri għandhom ifasslu, għal kull sottosistema, lista tar-regoli nazzjonali li jintużaw għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali u/jew il-mezzi nazzjonali aċċettabbli ta' konformità fil-każijiet li ġejjin:

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) fil-każ ta' netwerks u vetturi mhux koperti mit-TSIs;

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) għal raġunijiet ta' sikurezza speċifiċi għal Stat Membru wieħed jew diversi Stati b'kundizzjoni li dawn jiġu ppruvati u soġġetti għall-prerogattivi tal-Aġenzija.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-lista tar-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikolu 13(3) jew:

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-lista tar-regoli nazzjonali li jintużaw, kif imsemmija fl-Artikolu 13(3) fil-każijiet li ġejjin:

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) kull darba li l-lista ta' regoli tinbidel, jew

(a) kull darba li l-lista ta' regoli tinbidel,

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) wara li tkun saret talba għan- nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSI sottomessa f'konformità mal-Artikolu 7 , jew ;

(b) meta tkun saret talba għan-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSI sottomessa f'konformità mal-Artikolu 7,

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) meta r-regola/i nazzjonali tkun/jkunu għadha/għadhom ma ġietx/ġewx innotifikata/i sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fi żmien xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe regola nazzjonali eżistenti li ma tkunx ġiet notifikata sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw it-test sħiħ tar-regoli nazzjonali eżistenti lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni permezz ta' għodda xierqa tal-IT skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru .../... [ir-Regolament tal-Aġenzija].

2. stati Membri għandhom jinnotifikaw it-test sħiħ tar-regoli nazzjonali eżistenti permezz ta' għodda xierqa tal-IT skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru .../... [ir-Regolament tal-Aġenzija].

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk Stat Membru jkun biħsiebu jintroduċi regola nazzjonali ġdida, għandu jibgħat l-abbozz lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni permezz ta' sistema xierqa tal-IT skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru .../... [ir-Regolament tal-Aġenzija].

4. Jekk Stat Membru jkun biħsiebu jdaħħal regola nazzjonali ġdida, dan għandu jibgħat l-abbozz lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni għall-eżami tal-anqas tliet xhur qabel id-dħul fis-seħħ skedat tar-regola l-ġdida proposta, filwaqt li jagħti r-raġuni għall-dħul tagħha, f'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru .../... [Ir-Regolament tal-Aġenzij, permezz ta' sistema xierqa tal-IT skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru .../... [ir-Regolament tal-Aġenzija]

Ġustifikazzjoni

Fil-każ li jkollhom jittieħdu miżuri preventivi urġenti (pereżempju wara aċċident jew inċident), għandha titfassal proċedura ta' urġenza. F'dan il-każ, l-ERA għandha dejjem tivvalida r-regola, imma l-applikazzjoni tar-regola tista' tkun immedjata għal perjodu ristrett (xahrejn) qabel l-Aġenzija tivvalida (jew le) ir-regola. Għalhekk, l-ERA għandu jkollha rwol ta' armonizzazzjoni ta' dawn ir-regoli, meta dawn jikkonċernaw diversi Stati Membri.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Meta jinnotifikaw regola nazzjonali eżistenti jew ġdida, l-Istati Membri għandhom jipprovdu prova tal-ħtieġa ta' dik ir-regoli biex jissodisfaw rekwiżit essenzjali li ma jkun diġà kopert mit-TSI rilevanti. L-Istati Membri m'għandhomx jingħataw il-permess li jinnotifikaw kwalunkwe regola nazzjonali mingħajr ma jissostanzjaw dik il-ħtieġa.

 

L-Aġenzija għandha xahrejn biex teżamina l-abbozz ta' regola u biex tagħmel rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tapprova jew tiċħad l-abbozz ta' regola. F'każ ta' miżuri preventivi urġenti biss, l-Istati Membri jistgħu jadottaw u japplikaw regola ġdida bla dewmien, li tkun tgħodd għal xahrejn. Jekk tali regola tkun tikkonċerna diversi Stati Membri, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, għandha tarmonizza r-regola fil-livell tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-Istat Membru għandu jiġġustifika l-ħtieġa ta' regola nazzjonali speċifika (eżistenti jew ġdida); din il-prova għandha tingħata flimkien mar-regola notifikata. Jekk din il-ġustifikazzjoni tkun aċċettabbli għall-Aġenzija, ir-regola tista' tiġi notifikata u ppubblikata, inkella jkollha tiġi modifikata jew irtirata mill-Istat Membru.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali notifikati fi gruppi differenti bil-għan li jiġu ffaċilitati l-verifiki ta' kompatibilità bejn it-tagħmir fiss u mobbli; Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali notifikati fi gruppi differenti bil-għan li jiġu ffaċilitati l-aċċettazzjoni reċiproka fi Stati Membri differenti u l-verifiki ta' kompatibilità bejn it-tagħmir fiss u mobbli; Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(3). L-Aġenzija, f'konformità ma' dawk l-atti ta' implimentazzjoni, għandha tikklassifika r-regoli nazzjonali f'konformità ma' dan l-Artikolu, u għandha tippubblika r-reġistru korrispondenti. Dak ir-reġistru għandu jelenka wkoll kwalunkwe mezz nazzjonali aċċettabbli ta' konformità.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda terġa' ddaħħal il-pass kbir 'il quddiem li sar bid-direttiva attwali f'termini tal-aċċettazzjoni reċiproka. Ir-regoli nazzjonali għandhom ukoll jiġu klassifikati biex tiġi ffaċilitata l-aċċettanza reċiproka. Illum, ir-regoli nazzjonali klassifikati taħt "A" jiġu verifikati darba biss. Ir-reġistru għandu jinkludi l-mezzi nazzjonali aċċettabbli ta' konformità.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ix-xogħol tal-korp notifikat tal-valutazzjoni tal-konformità responsabbli għall-verifika "KE" tas-sottosistema għandu jibda fl-istadju tad-disinn u jkopri l-perjodu tal-produzzjoni kollu sal-istadju tal-aċċettazzjoni qabel ma s-sottosistema tiddaħħal fis-servizz. Dan jista' jkopri wkoll il-verifika tal- interfaċċji tas-sottosistema inkwistjoni mas-sistema li fiha tkun inkorporata, ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli fit-TSI rilevanti u fir-reġistri previsti fl-Artikoli 44 u 45.

2. Ix-xogħol tal-korp notifikat tal-valutazzjoni tal-konformità responsabbli għall-verifika "KE" tas-sottosistema għandu jibda fl-istadju tad-disinn u jkopri l-perjodu tal-produzzjoni kollu sal-istadju tal-aċċettazzjoni qabel ma s-sottosistema tiddaħħal fis-servizz. Dan għandu jkopri wkoll il-verifika tal- interfaċċji tas-sottosistema inkwistjoni mas-sistema li fiha tkun inkorporata, ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli fit-TSI rilevanti u fir-reġistri previsti fl-Artikoli 44 u 45.

Ġustifikazzjoni

Hu essenzjali li l-interfaċċi jkunu koperti, kif inhu l-każ fid-Direttiva ta' bħalissa.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kwalunkwe emenda tal-fajl tekniku msemmi fil-paragrafu 3 li jkollha impatt fuq il-verifiki mwettqa timplika l-bżonn li tiġi stabbilita dikjarazzjoni ta' verifika "KE" ġdida.

4. Kwalunkwe modernizzar għandu jinvolvi l-bżonn li tiġi stabbilita dikjarazzjoni ta' verifika "KE" ġdida.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu għandu jiġi ssimplifikat skont id-definizzjoni tal-immodernizzar ipprovduta fl-Art.   2.12

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Proċedura għall-istabbiliment tad-dikjarazzjoni ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali

 

Il-proċeduri għall-istabbiliment tad-dikjarazzjoni ta' verifika "KE" msemmija fl-Artikolu 15 għandhom japplikaw ukoll, meta jkun xieraq, għall-istabbiliment tad-dikjarazzjoni ta' verifika fir-rigward tar-regoli nazzjonali.

 

L-Istati Membri għandhom jaħtru l-korpi responsabbli għat-twettiq tal-proċedura ta' verifika fir-rigward tar-regoli nazzjonali f'konformità mal-Kapitolu VI.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni:

imħassar

(a) il-proċeduri ta' verifika għas-sottosistemi, inkluż il-prinċipji ġenerali, il-kontenut, il-proċedura u d-dokumenti relatati mal-proċedura ta' verifika "KE", u mal-proċedura ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali;

 

(b) il-mudelli għad-dikjarazzjoni ta' verifika "KE" u għad-dikjarazzjoni ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali u mudelli għad-dokumenti tal-fajl tekniku li għandu jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika;

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

 

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46 sabiex jiġu stabbiliti l-proċeduri ta' verifika għas-sottosistemi, inklużi l-prinċipji ġenerali, il-kontenut, il-proċedura u d-dokumenti relatati mal-proċedura ta' verifika 'KE', u mal-proċedura ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali;

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b. Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi l-mudelli għad-dikjarazzjoni ta' verifika 'KE' u għad-dikjarazzjoni ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali u mudelli għad-dokumenti inklużi fil-fajl tekniku li għandu jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika;

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tawtorizza t-tqegħid fis-servizz tas-sottosistemi tal-enerġija u l-infrastruttura li huma llokalizzati jew operati fit-territorju tal-Istat Membru tagħha.

Kull awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tawtorizza t-tqegħid fis-servizz tas-sottosistemi tal-enerġija u l-infrastruttura u tas-sottosistemi tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji li ma jkunux lokalizzati f'ERTMS jew operati fit-territorju tal-Istat Membru tagħha. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom iqisu l-opinjoni tal-Aġenzija meta jkunu involuti koordinaturi tat-TEN-T jew taqsimiet transkonfinali.

 

L-Aġenzija għandha tawtorizza l-infrastrutturi transkonfinali b'ġestjonarju tal-infrastruttura uniku wieħed.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tagħti deċiżjonijiet li jawtorizzaw it-tqegħid fis-servizz tas-sottosistemi tal-kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji llokalizzati jew operati fl-Unjoni kollha.

L-Aġenzija għandha tawtorizza l-ERTMS b'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. Qabel ma l-Aġenzija tawtorizza l-ERTMS, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tingħata l-kompetenza li tivverifika l-kompatibilità operazzjonali man-netwerks nazzjonali. L-Aġenzija għandha tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-ERTMS fl-Unjoni.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fil-każ tal-ERTMS, l-Aġenzija għandha tikkonsulta mal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata fi żmien xahar mill-wasla tal-applikazzjoni sħiħa sabiex jiġi żgurat żvilupp koerenti tal-ERTMS fl-Unjoni. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tagħti opinjoni lill-Aġenzija dwar il-kompatibilità teknika u operattiva tas-sottosistema mal-vetturi maħsuba biex joperaw fil-parti rilevanti tan-netwerk fi żmien xahrejn. L-Aġenzija, sakemm ikun possibbli, għandha tqis dik l-opinjoni qabel ma toħroġ l-awtorizzazzjoni, u fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, din għandha tinforma lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza u tiddikjara r-raġunijiet għal dan. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Aġenzija bħala awtorità tas-sistema skont il-Kapitolu 6 tar-Regolament (UE) Nru .../... [ir-Regolament tal-Aġenzija].

 

Meta l-Aġenzija ma taqbilx ma' valutazzjoni negattiva li tkun saret minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza, din għandha tinforma lill-awtorità kkonċernata dwar dan, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil. L-Aġenzija u l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li ssir valutazzjoni aċċettabbli reċiprokament. Meta jkun meħtieġ, kif deċiż mill-Aġenzija u l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, dan il-proċess għandu jinvolvi wkoll lill-applikant. Jekk ma tkun tista' tinstab l-ebda valutazzjoni aċċettabbli reċiprokament fi żmien xahar wara li l-Aġenzija tkun infurmat lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza bin-nuqqas ta' qbil tagħha, l-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha ħlief jekk l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tkun irreferiet il-kwistjoni għal arbitraġġ lill-Bord tal-Appell stabblit skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru .../... [Regolament dwar l-Aġenzija]. Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi jekk jikkonfermax l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Aġenzija fi żmien xahar mit-talba tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza.

 

Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta talba għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' installazzjonijiet fissi għandha tkun debitament sostnuta mill-Aġenzija. L-applikant jista', fi żmien xahar minn meta jirċievi d-deċiżjoni negattiva, jagħmel talba biex l-Aġenzija tirrevedi d-deċiżjoni tagħha. Dik it-talba għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni tar-raġunijiet. L-Aġenzija għandu jkollha xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba għal rieżami sabiex tikkonferma jew tibdel id-deċiżjoni tagħha. Jekk id-deċiżjoni negattiva tal-Aġenzija tiġi kkonfermata, l-applikant jista' jressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell stabbilit skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru .../... [ir-Regolament tal-Aġenzija].

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) id-dikjarazzjoni ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fi żmien xahar mill-wasla tat-talba tal-applikant, l-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, skont liema waħda tkun l-awtorità kompetenti, għandha tinforma lill-applikant li l-fajl huma komplut jew titlob informazzjoni komplementari rilevanti, filwaqt li tistabbilixxi data ta' skadenza raġonevoli għall-provvediment ta' dik l-informazzjoni.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fil-każ ta' tiġdid jew immodernizzar tas-sottosistemi eżistenti, l-applikant għandu jibgħat lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza (għas-sottosistemi tal-enerġija u l-infrastruttura) jew lill-Aġenzija (għas-sottosistemi tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji), fajl li jiddeskrivi l-proġett. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza jew l-Aġenzija għandha teżamina l-fajl u tiddeċiedi, abbażi tal-kriterji ddefiniti fil-paragrafu 5, jekk hijiex meħtieġa awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza u l-Aġenzija għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom fi żmien predeterminat u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien erba' xhur mill-wasla tal-informazzjoni rilevanti.

4. Fil-każ ta' tiġdid jew immodernizzar tas-sottosistemi eżistenti, l-applikant għandu jibgħat fajl li jiddeskrivi l-proġett lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza (għas-sottosistemi tal-enerġija u l-infrastruttura u għas-sottosistemi tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binajri li ma jkunxu ERTMS) jew lill-Aġenzija (għall-ERTMS u għall-infrastrutturi transkonfinali b'ġestjonarju tal-infrastruttura uniku wieħed). L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza jew l-Aġenzija għandha teżamina l-fajl u tiddeċiedi, abbażi tal-kriterji ddefiniti fil-paragrafu 5, jekk hijiex meħtieġa awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza u l-Aġenzija għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom fi żmien predeterminat u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-informazzjoni rilevanti.

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-sottosistema ta' vetturi ferrovjarji u s-sottosistema ta' kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni abbord jistgħu jitqiegħdu fis-suq mill-applikant biss jekk dawn jiġu ddisinjati, mibnija u installati b'tali mod li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali kif stabbilit fl-Anness III.

1. Is-sottosistema għandhom jitqiegħdu fis-suq mill-applikant biss jekk dawn jiġu ddisinjati, mibnija u installati b'tali mod li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali kif stabbilit fl-Anness III.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Vettura għandha titqiegħed fis-suq biss wara li tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġa mill-Aġenzija skont il-paragrafu 5.

1. Vettura għandha titqiegħed fis-suq biss wara li tkun irċeviet awtorizzazzjoni tal-vettura f'konformità ma' dan l-Artikolu.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtorizzazzjoni tal-vettura għandha ssemmi:

 

(a) il-qasam tal- użu;

 

(b) il-valuri tal-parametri stabbiliti fit-TSIs u, fejn applikabbli, fir-regoli nazzjonali, bħala rilevanti għall-verifika tal-kompatibilità teknika bejn il-vettura u l-qasam tal-użu;

 

(c) il-konformità tal-vettura mat-TSIs rilevanti u l-gruppi ta' regoli nazzjonali, f'rabta mal-parametri msemmija fil-punt (b);

 

(d) il-kundizzjonijiet għall-użu tal-vettura u kwalunkwe restrizzjoni oħra.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Aġenzija għandha toħroġ deċiżjonijiet li jipprovdu l-awtorizzazzjonijiet tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. Dawn l-awtorizzazzjonijiet jikkonfermaw il-valuri tal-parametri rilevanti għall-kontroll tal-kompatibilità teknika bejn il-vettura u l-istallazzjonijiet fissi kif stabbiliti fit-TSIs. L-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha wkoll tipprovdi informazzjoni dwar il-konformità tal-vettura mat-TSIs rilevanti u gruppi ta' regoli nazzjonali, b'rabta ma' dawn il-parametri.

2. Din l-awtorizzazzjoni tal-vettura għandha tinħareġ abbażi ta' fajl rigward il-vettura jew it-tip ta' vettura prodotta mill-applikant u li jkun fih l-evidenza dokumentarja ta' dan li ġej:

 

– fir-rigward tas-sottosisemti mobbli li jibnu l-vettura:

 

(a) id-dikjarazzjoni xierqa tal-verifika f'konformità mal-Artikolu 19;

 

(b) il-kompatibilità teknika fil-vettura;

 

(c) il-kompatibilità teknika fil-vettura;

 

– fir-rigward tal-vettura:

 

il-kompatibilità teknika tal-vettura man-netwerks fil-qasam tal-użu.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-kompatibilità teknika għandha tiġi stabbiliti abbażi tat-TSIs rilevanti u, meta xieraq, ir-regoli u r-reġistri nazzjonali. Kulmeta jkunu meħtieġa testijiet sabiex tinkiseb evidenza dokumentata tal-kompatibilità teknika, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza involuti jistgħu, joħorġu awtorizzazzjonijiet temporanji lill-applikant biex juża l-vettura għal verifiki prattiċi fin-netwerk. Il-ġestjonarju tal-infrastruttura, b'konsultazzjoni mal-applikant, għandu jagħmel kull sforz biex jiżgura li kwalunkwe test isir fi żmien tliet xhur wara l-wasla tat-talba tal-applikant. Meta jkun xieraq, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tieħu miżuri sabiex tiżgura li t-testijiet isiru.

 

L-integrazzjoni sikura tas-sottosistemi fil-vettura għandha tiġi stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, il-metodi komuni ta' sikurezza stipulati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva …/… [dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni] u, meta jkun applikabbli, ir-regoli nazzjonali.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tista' tistipula kundizzjonijiet għall-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħrajn.

3. L-Aġenzija għandha tagħti awtorizzazzjoni lil vettura wara li tkun ivvalutat l-elementi tal-fajl imsemmija fil-paragrafu 2 fi żmien predeterminat u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien erba' xhur mill-wasla tal-informazzjoni rilevanti mill-applikant. Fi żmien xahar, l-Aġenzija għandha tindika lill-applikant jekk il-fajl huwiex komplut jew le. Kwalunkwe deċiżjoni negattiva li tittieħed fir-rigward ta' applikazzjoni għandha tkun sostanzjata kif xieraq.

 

L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu rikonoxxuti fl-Istati Membri kollha.

 

L-Aġenzija għandha tassumi r-responsabbiltà sħiħa tal-awtorizzazzjonijiet li tagħti.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha tinħareġ abbażi ta' fajl tal-vettura jew tip ta' vettura magħmul mill-applikant u tkun tinkludi l-evidenza dokumentarja ta':

imħassar

(i) it-tqegħid fis-suq tas-sottosistemi mobbli li jagħmlu l-vettura skont l-Artikolu 19;

 

(j) il-kompatibilità teknika ta' dawn is-sottosistemi msemmija fil-punt (a) fil-vettura, stabbilita abbażi tat-TSIs, tar-regoli nazzjonali u tar-reġistri nazzjonali u rilevanti;

 

(k) l-integrazzjoni sikura ta' dawn is-sottosistemi msemmija fil-punt (a) fil-vettura, stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, ir-regoli nazzjonali u l-metodi komuni ta' sikurezza msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva …/… [dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni].

 

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Matul il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu Xa, l-applikant jista' jagħżel li jissottometti l-applikazzjoni tiegħu għall-awtorizzazzjoni tal-vettura lill-Aġenzija jew lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza rilevanti.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 fi żmien predeterminat u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien erba' xhur mill-wasla tal-informazzjoni rilevanti. Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Istati Membri kollha.

Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' vettura għandha tkun sostanzjata kif xieraq. L-applikant jista', fi żmien xahar mill-wasla tad-deċiżjoni negattiva, jitlob li l-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, kif xieraq, tirrevedi d-deċiżjoni. L-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollha xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba għal reviżjoni sabiex tikkonferma jew tibdel id-deċiżjoni tagħha.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk tiġi kkonfermata deċiżjoni negattiva mill-Aġenzija, l-applikant jista' jressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell maħtur skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru .../... [li jistabbilixxi aġenzija ferrovjarja Ewropea].

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 5 – subparagrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk id-deċiżjoni negattiva ta' awtorità nazzjonali tas-sikurezza tkun ikkonfermata, l-applikant jista' jressaq appell quddiem il-bord tal-appell maħtur mill-Istat Membru kompetenti skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva .../... [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw l-entità regolatorja stipulata fl-Artikolu 56 tad-Direttiva 2012/34/KE għall-finijiet ta' dik il-proċedura ta' appell.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Aġenzija tista' toħroġ awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq ta' serje ta' vetturi. Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Istati Membri kollha.

6. L-Aġenzija tista' temenda jew tirrevoka awtorizzazzjoni ta' vettura jekk din ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet li fuqhom inħarġet, waqt li tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha f'dak ir-rigward. L-Aġenzija għandha b'mod immedjat taġġorna r-reġistru Ewropew definit fl-Artikolu 43a.

 

Jekk l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza ssib li vettura awtorizzata mhix konformi mar-rekwiżiti essenzjali, din għandha tinforma minnufih lill-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti. L-Aġenzija għandha tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa fi żmien xahar. F'każijiet li jeħtieġu miżuri preventivi urġenti, l-Aġenzija tista' tillimita jew tissospendi immedjatament l-awtorizzazzjoni qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-applikant jista' jressaq appell quddiem il-Bord tal-Appelli maħtur fil-kuntest tal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru .../... [li jistabbilixxi aġenzija ferrovjarja Ewropea] kontra deċiżjonijiet tal-Aġenzija jew in-nuqqas li taġixxi fil-limiti ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 5.

7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li, fi żmien sitt xhur minn wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 46, fir-rigward ta' regoli dettaljati dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni, inklużi:

 

(a) gwida dettaljata li tiddeskrivi u tispjega r-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni tal-vettura u d-dokumenti meħtieġa;

 

(b) l-arranġamenti proċedurali għall-proċess ta' awtorizzazzjoni, bħal kontenut u limiti ta' żmien għal kull stadju tal-proċess;

 

(c) il-kriterji għall-valutazzjoni tal-fajls tal-applikanti.

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 8 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni ġdida tal-vettura għat-tqegħid fis-suq jekk isir kwalunkwe tibdil fil-valuri tal-parametri inklużi fl-awtorizzazzjoni tal-vettura diġà mogħtija.

(b) għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni ġdida tal-vettura jekk isir kwalunkwe tibdil maġġuri fil-valuri tal-parametri inklużi fl-awtorizzazzjoni tal-vettura diġà mogħtija.

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Fuq talba tal-applikant, l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tista' tinkludi indikazzjoni ċara tan-netwerks jew linji jew gruppi ta' netwerks jew linji meta l-impriża ferrovjarja tista' tqiegħed tali vettura fis-servizz mingħajr aktar verifiki, kontrolli jew testijiet li jikkonċernaw il-kompatibilità teknika bejn il-vettura u dawn in-netwerks jew linji. F'dak il-każ, fit-talba tiegħu l-applikant għandu jinkludi l-prova tal-kompatibilità teknika tal-vettura man-netwerks jew linji kkonċernati.

imħassar

Tista' wkoll tiżdied din l-indikazzjoni, meta dan jintalab mill-applikant oriġinali jew applikant ieħor, wara li tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni rilevanti għat-tqegħid fis-suq.

 

 

 

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a. L-awtorizzazzjoni għall-vetturi operati jew maħsuba biex jiġu operati fuq l-infrastruttura ferrovjarja ta' netwerks ferrovjarji iżolati tista' wkoll tinagħat mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri li fihom tkun tinsab in-netwerk ikkonċernata. F'tali każijiet, l-applikant jista' jagħżel bejn li japplika għand l-Aġenzija jew għand l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza ta' dawk l-Istati Membri.

 

Fil-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 50a, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri fejn ikun lokalizzat netwerk ferrovjarju iżolat għandhom jistabbilixxu proċeduri komuni ta' awtorizzazzoni tal-vetturi u jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi maħruġa minnhom. Fil-każ ta' deċiżjonijiet konflinġenti tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u fin-nuqqas ta' deċiżjoni aċċettabbli reċiprokament, l-Aġenzija għandha tieħu deċiżjoni bi qbil mal-Artikolu 16 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar l-Aġenzija] kif xieraq.

 

Jekk, sal-aħħar tal-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 50a, dawk l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jkunu ma stabilixxewx arranġamenti għall-proċeduri komuni ta' awtorizzazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi, l-awtorizzazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikoli għandhom jingħataw biss mill-Aġenzija.

 

Jekk l-arranġamenti għall-proċeduri komuni ta' awtorizzazzjoni u r-rikonoxximenti reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi jiġu stabbiliti, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri li jkollhom netwerks ferrovjarji iżolati jistgħu jkomplu joħorġu awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u l-applikant juista' jagħżel li japplika għall-awtorizzazzjoni tal-vetturi għand l-Aġenzija jew għand l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tas-sikurezza wara li jispiċċa l-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 50a.

 

Għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-progress li jkun inkiseb lejn l-interoperabilità tan-netwerk ferrovjarju iżolat u għandha, jekk ikun meħieġ, tissottometti l-proposta leġiżlattiva xierqa.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 20a

 

Reġistrazzjoni tal-vetturi awtorizzati

 

Qabel ma vettura tintuża għall-ewwel darba, wara li tingħata l-awtorizzazzjoni fir-rigward tagħha skont l-Artikolu 20, din għandha tiġi rreġistrata fuq talba tad-detentur.

 

Meta l-awtorizzazzjoni tkun ingħatat mill-Aġenzija, il-vettura għandha tiġi rreġistrata fir-Reġistru Ewropew f'konformità mal-Artikolu 43a.

 

Meta l-qasam tal-użu tal-vettura ikun ristrett għat-territorju ta' Stat Membru wieħed u l-awtorizzazzjoni tkun ingħata minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza, din għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi ta' dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 43.

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tqegħid fis-servizz tal-vetturi

Użu tal-vetturi

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-impriżi ferrovjarji għandhom iqiegħdu vettura fis-servizz biss wara li jkunu kkontrollaw, b'konsultazzjoni mal-amministratur tal-infrastruttura, il-kompatibilità teknika bejn il-vettura u r-rotta u l-integrazzjoni sikura tal-vettura fis-sistema li fiha tkun maħsuba li topera, stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, ir-regoli nazzjonali, ir-reġistri u l-metodi komuni ta' sikurezza stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva.

1. Qabel ma impriża ferrovjarja tuża vettura fil-qasam tal-użu speċifikat fl-awtorizzazzjoni tal-vettura, din għandha tiżgura, filwaqt li tuża is-sistema tagħha ta' ġestjoni tas-sikurezza:

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dan il-għan, il-vetturi għandhom l-ewwel jirċievu l-awtorizzazzjoni tal-vetturi għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 20.

(a) li l-vettura tkun ġiet awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 20 u tkun reġistrata kif xieraq;

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) il-kompatibilità teknika bejn il-vettura u r-rotta abbażi tar-reġistru tal-infrastruttura, it-TSIs rilevanti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li għandha tiġi pprovduta bla ħlas mill-ġestjonarju tal-infrastruttura u f'perijodu ta' żmien raġonevoli, meta ir-reġistru tal-infrastruttura ma jkunx jeżisti jew ma jkunx komplut; and

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c) l-integrazzjoni tal-vettura fil-kompożizzjoni tal-ferrovija li hija maħsuba li topera fiha, abbażi tas-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza kif stabbilit fl-Artikolu 9 tad-Direttiva . dwar is-sikurezza ferrovjarja u t-TSI dwar l-operazzjoni u l-ġestjoni.

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Sabiex jgħin lill-impriżi ferrovjarji jikkontrollaw il-kompatibilità teknika u l-integrazzjoni sikura bejn il-vettura u r-rotta/rotot, il-ġestjonarju tal-infrastruttura, fuq talba, għandu jipprovdi lill-impriżi ferrovjarji bl-informazzjoni addizzjonali relatata mal-karatteristiċi tar-rotta/rotot.

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-impriża ferrovjarja għandha tikkomunika d-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward tat-tqegħid fis-servizz tal-vetturi lill-Aġenzija, lill-amministratur tal-infrastruttura kif ukoll lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu rrekordjati fir-reġistri nazzjonali tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 43.

2. L-impriża ferrovjarja għandha tikkomunika d-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward tal-operazzjoni tal-vetturi lill-Aġenzija, lill-ġestjonarju tal-infrastruttura kif ukoll lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu rrekordjati fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi msemmi fl-Artikolu 43 u fir-Reġistru Ewropew imesmmi fl-Artikolu 43a.

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fil-każ ta' tiġdid jew immodernizzar tas-sottosistemi eżistenti, se tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta' verifika ġdida 'KE' kif stabbilit fl-Artikolu 15(4). Minbarra dan, deċiżjoni ġdida li tittieħed mill-impriża ferrovjarja għat-tqegħid fis-servizz ta' dawn il-vetturi għandha tkun rikjesta meta:

imħassar

(a) il-livell ġenerali ta' sikurezza tas-sottosistema kkonċernata jkun jista' jiġi affettwat ħażin mix-xogħlijiet previsti, jew

 

(b) din tkun meħtieġa mit-TSIs rilevanti.

 

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid ta' tipi ta' vetturi fis-suq

Awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid ta' tipi ta' vetturi fis-suq .

L-Aġenzija, jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza waqt il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 50a, għandhom jagħtu awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tipprovdi gwida ddettaljata dwar kif tinkiseb l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' tipi ta' vettura. Dokument ta' gwida għall-applikazzjoni li jiddeskrivi u jispjega r-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid ta' tipi ta' vetturi fis-suq u li jelenka d-dokumenti rikjesti għandu jkun disponibbli għall-applikanti mingħajr ħlas. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija fit-tixrid ta' din l-informazzjoni.

L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jipprovdu gwida dettaljata dwar kif tinkiseb l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura. Dokument ta' gwida għall-applikazzjoni li jiddeskrivi u jispjega r-rekwiżiti għall-awtorizzazzjonijiet u li jelenka d-dokumenti rikjesti għandu jkun disponibbli għall-applikanti mingħajr ħlas. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija fit-tixrid ta' din l-informazzjoni.

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Madankollu, jekk l-Aġenzija toħroġ awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, din għandha fl-istess waqt toħroġ awtorizzazzjoni sabiex tqiegħed fis-suq it-tip ta' vettura korrispondenti .

2. Madankollu, jekk awtorizzazzjoni ta' vettura tinħareġ mill-Aġenzija jew mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura għandha tinħareġ fl-istess ħin.

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Vettura li hija f'konformità ma' tip ta' vettura li għalih diġà nħarġet awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tat-tip ta' vettura korrispondenti, għandha, mingħajr kontrolli ulterjuri, tirċievi awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq abbażi ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' din it-tip ta' vettura sottomessa mill-applikant.

3. Vettura li hija f'konformità ma' tip ta' vettura li għalih diġà nħarġet awtorizzazzjoni għandha, mingħajr kontrolli ulterjuri, tirċievi awtorizzazzjoni tal-vettura abbażi ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan it-tip sottomessa mill-applikant.

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fil-każ ta' tibdil fi kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tat-TSIs jew tar-regoli nazzjonali, li abbażi tagħha tkun inħarġet awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' tip ta' vettura, it-TSI jew ir-regola nazzjonali għandha tiddetermina jekk l-awtorizzazzjoni sabiex dik it-tip ta' vettura titqiegħed fis-suq, li tkun diġà ngħatat, tibqax valida jew għandhiex bżonn tiġġedded. Jekk dik l-awtorizzazzjoni jeħtieġ li tiġi mġedda, il-kontrolli mwettqa mill-Aġenzija jkunu jistgħu biss jikkonċernaw ir-regoli mibdula. It-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid ta' tip ta' vettura fis-suq ma jaffettwax l-awtorizzazzjonijiet ta' vetturi għat-tqegħid fis-suq li jkunu diġà ngħataw abbażi tal-awtorizzazzjoni preċedenti għat-tqegħid tat-tip ta' vettura fis-suq.

4. Fil-każ ta' tibdil fi kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tat-TSIs jew tar-regoli nazzjonali, li tkun inħarġet awtorizzazzjoni tat-tip ta 'vettura abbażi tagħha, it-TSI jew ir-regola nazzjonali għandha tiddetermina jekk l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura li tkun diġà ngħatat, tibqax valida jew għandhiex bżonn tiġġedded. Jekk dik l-awtorizzazzjoni jeħtieġ li tiġi mġedda, il-kontrolli mwettqa mill-Aġenzija jkunu jistgħu biss jikkonċernaw ir-regoli mibdula. It-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura ma jaffettwax l-awtorizzazzjonijiet ta' vetturi li jkunu diġà nħarġu abbażi tal-awtorizzazzjoni preċedenti tat-tip ta' vettura.

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Artikolu 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22a

 

Kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza

 

Għall-iskopijiet tal-Artikoli 18, 20 u 22, l-Aġenzija tista' tikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza f'konformità mal-Artikolu 69 tar-Regolament .../... [li jistabbilixxi aġenzija ferrovjarja Ewropea].

 

Tali ftehimiet jistgħu jkunu ftehimiet speċifiċi jew ta' qafas, u jistgħu jinvolvu awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew aktar. Dawn għandhom jinkludu deskrizzjoni dettaljata tal-kompiti u l-kundizzjonijiet għar-riżultati u għandhom jispeċifikaw il-limiti ta' żmien li japplikaw għall-ilħuq tagħhom, kif ukoll dettalji dwar it-tqassim tat-tariffi mħallsa mill-applikant.

 

Dawn jistgħu jinkludu wkoll arranġamenti speċifiċi ta' kooperazzjoni fil-każ ta' netwerks li jeħtieġu għarfien espert speċifiku minħabba raġunijiet ġeografiċi, varar avvanzat ta' ERTMS jew gauge differenti, jew għal raġunijiet storiċi, bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv u l-ispejjeż għall-applikant. Tali ftehimiet għandhom ikunu stabbiliti qabel l-Aġenzija tkun intitolata tirċievi applikazzjonijiet f'konformità ma' din id-Direttiva, u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46 dwar tali ftehimiet ta' kooperazzjoni. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati fi żmien tal-anqas sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

 

Ħames snins wara l-konklużjoni tal-ewwel ftehim ta' kooperazzjoni, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jivvaluta l-arranġamenti ta' kooperazzjoni konklużi mill-Aġenzija.

Emenda  119

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb li jkopri l-attivitajiet kollha ta' valutazzjoni tal-konformità u li b'rabta miegħu jkun ġie notifikat il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità;

(a) taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb li jkopri l-attivitajiet kollha ta' valutazzjoni tal-konformità u li b'rabta miegħu jkun ġie notifikat il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità; kif ukoll taħriġ dwar kwistjonijiet ta' aċċessibilità;

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kwalunkwe vettura li titqiegħed fis-servizz fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għandu jkollha numru Ewropew tal-vettura (EVN ) assenjat lilha mill-awtorità nazzjonali kompetenti tas-sikurezza għat-territorju rilevanti qabel ma l-vettura titqiegħed għall-ewwel darba fis-servizz .

1. Kwalunkwe vettura li titqiegħed fis-servizz fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għandu jkollha numru Ewropew tal-vettura (NEV) assenjat lilha mill-Aġenzija meta tkun qed tinħareġ l-awtorizzazzjoni.

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-impriża ferrovjarja li tħaddem vettura għandha tiżgura li l-vettura tkun immarkata bl-EVN assenjat lilha.

2. L-impriża ferrovjarja li tħaddem vettura għandha tiżgura li l-vettura tkun immarkata bin-NEV assenjat lilha u għandha tkun responsabbli biex tiżgura li l-vettura tiġi rreġistrata kif xieraq.

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) għandu jkun aċċessibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u korpi investigattivi indikati fl-Artikoli 16 u 21 tad-Direttiva [.../... dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni] ; għandha wkoll tkun aċċessibbli, bi tweġiba għal kull talba leġittima, għall-korpi regolatorji indikati fl-Artikoli 55 u 56 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea16, lill-Aġenzija, lill-impriżi ferrovjarji u lill-amministraturi tal-infrastruttura kif ukoll lil dawk il-persuni/organizzazzjonijiet li jirreġistraw il-vetturi jew li huma identifikati fir-reġistru.

(c) għandu jkun pubbliku.

______________

 

16 ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32.

 

Emenda  123

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Għal kull vettura, ir-reġistru għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

 

(a) in-NEV;

 

(b) referenzi għad-dikjarazzjoni ta' verifika u l-korp emittenti;

 

(c) identifikazzjoni tad-detentur u s-sid tal-vettura;

 

(d) restrizzjonijiet dwar kif tista' tintuża l-vettura;

 

(e) l-entità inkarigata mill-manutenzjoni.

Emenda  124

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-detentur tar-reġistrazzjoni għandu jiddikjara minnufih kull modifika għad-dejta mdaħħla fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi, id-distruzzjoni ta' vettura jew id-deċiżjoni tiegħu li ma jirreġistrax aktar vettura, lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza ta' kwalunkwe Stat Membru fejn il-vettura tkun tqiegħdet fis-servizz .

3. Id-detentur tar-reġistrazzjoni għandu jiddikjara minnufih kull modifika għad-data mdaħħla fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi, id-distruzzjoni ta' vettura jew id-deċiżjoni tiegħu li ma jirreġistrax aktar vettura, lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza ta' kwalunkwe Stat Membru fejn il-vettura tkun intużat.

Emenda  125

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sakemm ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi ta' l-Istati Membri ma jkunux relatati, kull Stat Membru għandu jaġġorna r-reġistru tiegħu bil-modifiki magħmula minn Stat Membru ieħor fir-reġistru tiegħu stess, għad-data li tikkonċernah.

4. Kull Stat Membru għandu jaġġorna r-reġistru tiegħu bil-modifiki magħmula minn Stat Membru ieħor fir-reġistru tiegħu stess, għad-data li tikkonċernah.

Emenda  126

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fil-każ ta' vetturi mqiegħda fis-servizz għall-ewwel darba f'pajjiż terz u sussegwentement imqiegħda fis-servizz fi Stat Membru , dak l-Istat Membru għandu jiżgura li d-dejta tal-vettura tista' tiġi rkuprata permezz tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi jew permezz tad-dispożizzjonijiet ta' ftehim internazzjonali .

5. Fil-każ ta' vetturi mqiegħda fis-servizz għall-ewwel darba f'pajjiż terz u sussegwentement intużat fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li d-dejta tal-vettura tista' tiġi rkuprata permezz tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi.

Emenda  127

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi għandhom jiġu inkorporati fir-reġistru Ewropew tal-vetturi wara li jispiċċa l-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 50a, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(9a) bil-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, id-dokument tat-tip ta' format. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

Emenda  128

Proposta għal direttiva

Artikolu 43a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 43a

 

Reġistru Ewropew tal-vetturi

 

1. ġenzija għandha żżomm reġistru tal-vetturi li jkunu tqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni. Dak ir-reġistru għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

 

(a) għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet komuni definiti fil-paragrafu 2;

 

(b) għandu jinżamm u jiġi aġġornat mill-Aġenzija;

 

(c) għandu jkun pubbliku.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet komuni fir-rigward tal-kontenut, il-format tad-dejta, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod ta' tħaddim, inkluż l-arranġamenti għall-iskambju tad-dejta u r-regoli għall-input tad-dejta u l-konsultazzjoni għar-reġistri tal-vetturi Ewropej permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

 

3. Id-detentur tar-reġistrazzjoni għandu jiddikjara minnufih lill-Aġenzija kwalunkwe modifika għad-dejta mdaħħla fir-reġistru Ewropew tal-vetturi, id-distruzzjoni ta' vettura jew id-deċiżjoni tiegħu li ma jirreġistrax aktar vetturi.

 

4. Għal kull vettura, ir-reġistru għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

 

(a) in-NEV;

 

(b) referenzi għad-dikjarazzjoni ta' verifika 'KE' u l-korp li jkun ħariġha;

 

(c) referenzi għar-reġistru Ewropew tat-tipi ta' vetturi awtorizzati msemmija fl-Artikolu 44;

 

(d) identifikazzjoni tad-detentur u s-sid tal-vettura;

 

(e) restrizzjonijiet dwar kif tista' tintuża l-vettura;

 

(f) ntità responsabbli mill-manutenzjoni.

 

Kulmeta l-Aġenzija toħroġ, iġġedded, temenda, tissospendi jew tirrevoka awtorizzazzjoni ta' vettura, din għandha taġġorna r-reġistru bla dewmien.

 

5. Fil-każ ta' vetturi li jinżutaw għall-ewwel darba f'pajjiż terz u sussegwentement jintużaw fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li d-dejta tal-vettura, inkluża tal-inqas id-dejta relatata mad-detentur tal-vettura, l-entità inkarigata mill-manutenzjoni u r-restrizzjonijiet dwar kif il-vettura tista' tintuża, jistgħu jinstabu permezz tar-reġistru Ewropew tal-vetturi jew permezz ta' provvedimenti ta' ftehim internazzjonali.

Emenda  129

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) għandu jkun marbut mar-reġistri nazzjonali tal-vetturi kollha.

imħassar

Emenda  130

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Dak ir-reġistru għandu jinkludi għall-inqas id-dettalji li ġejjin għal kull tip ta' vettura:

 

(a) il-karatteristiċi tekniċi tat-tip ta' vettura, kif definiti fit-TSIs rilevanti;

 

(b) isem il-manifattur;

 

(c) id-dati u r-referenzi tal-awtorizzazzjonijiet suċċessivi għal dak it-tip ta' vettura, inklużi kwalunkwe restrizzjoni jew irtirar,

 

(d) il-karatteristiċi tad-disinn maħsuba għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa u persuni b'diżabbiltà;

 

(e) l-identifikazzjoni tad-detentur u s-sid tal-vettura.

 

Meta l-Aġenzija toħroġ, iġġedded, temenda, tissospendi jew tirrevoka awtorizzazzjoni li tqiegħed tipi ta' vettura fis-servizz, hi għandha taġġorna r-reġistru bla dewmien.

Emenda  131

Proposta għal direttiva

Artikolu 45 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jippubblika reġistru tal-infrastruttura li jiddikjara l-valuri tal-parametri tan-netwerk ta' kull sottosistema jew parti mis-sottosistema kkonċernata.

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li jiġi ppubblikat reġistru tal-infrastruttura, li jiddikjara l-valuri tal-parametri tan-netwerk ta' kull sottosistema jew parti mis-sottosistema kkonċernata.

Emenda  132

Proposta għal direttiva

Artikolu 45 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ir-reġistru tal-infrastruttura jista' jistipula l-kundizzjonijiet għall-użu ta' stallazzjonijiet fissi u restrizzjonijiet oħrajn.

3. Ir-reġistru tal-infrastruttura jista' jistipula l-kundizzjonijiet għall-użu ta' installazzjonijiet fissi u restrizzjonijiet oħrajn, inklużi restrizzjonijiet temporanji li għandhom jiġu applikati għal aktar minn sitt xhur.

Ġustifikazzjoni

Għall-operat sikur tal-ferroviji, ir-restrizzjonijiet temporanji li jsiru de facto permanenti jeħtieġ li jiġu inklużi fir-reġistru.

Emenda  133

Proposta għal direttiva

Artikolu 45 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull Stat Membru għandu jaġġorna r-reġistru tal-infrastruttura skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE.

4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reġistru tal-infrastruttura jiġi aġġornat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE.

Emenda  134

Proposta għal direttiva

Artikolu 45 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Reġistri oħrajn, bħal reġistru dwar l-aċċessibilità jistgħu wkoll ikunu assoċjati mar-reġistru tal-infrastruttura.

5. Reġistri oħrajn, bħal reġistru dwar l-aċċessibilità li jqis persuni b'mobbiltà mnaqqsa u persuni b'diżabbiltà, għandhom wkoll ikunu assoċjati mar-reġistru tal-infrastruttura.

Emenda  135

Proposta għal direttiva

Artikolu 46 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 4(2) u 5(3) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(2) Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(2), 5(3), 8(2) u 15(7a) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [OPOCE jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

 

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delegazzjoni tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delegazzjoni tas-setgħa għandha tiġi taċitament estiża għal perjodi ta' tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda  136

Proposta għal direttiva

Artikolu 49a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 49a

 

Penalitajiet

 

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati ta' konformità mal-Artikolu 46 sabiex tistabbilixxi sistema ta' penalitajiet għan-nuqqas ta' konformità tat-termini previsti f'dan ir-regolament għat-teħid ta' deċiżjonijiet min-naħa tal-Aġenzija. Din għandha tistabbilixxi wkoll skema ta' kumpens fil-każ li l-Bord tal-Appell previst fir-Regolament dwar l-Aġenzija jiddeċiedi favur destinatarju ta' deċiżjoni tal-Aġenzija. Il-penalitajiet u s-sistema ta' kumpens għandhom ikunu effettivi, proporzjonali, mhux diskriminatorji u disważivi.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu stabbiliti wkoll responsabbiltajiet fl-Aġenzija u garanziji sabiex l-atturi li jinteraġixxu magħha jkollhom garanziji addizzjonali. Min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta' rispett tal-iskedi min-naħa tal-Aġenzija, għandu jkun jista' jiġi appellat, kif ukoll oġġett ta' kumpens.

Emenda  137

Proposta għal direttiva

Artikolu 50 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull tliet snin u għall-ewwel darba tliet snin wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva , il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar biex tinkiseb l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja. Dak ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 u l-applikazzjoni tal-Kapitolu V

1. Kull tliet snin u għall-ewwel darba sentejn wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva , il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar biex tinkiseb l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja. Dak ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 u l-applikazzjoni tal-Kapitolu V Abbażi tas-sejbiet fir-rapport, il-Kummissjoni għandha tipproponi titjib u miżuri għat-tisħiħ tar-rwol tal-Aġenzija fl-implementazzjoni tal-interoperabilità.

Emenda  138

Proposta għal direttiva

Artikolu 50 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Sentejn wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva u wara konsultazzjoni mal-partijiet diversi interessati, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-funzjonament tal-Aġenzija u l-progress li jkun sar minnha fit-twettiq tar-responsabilitajiet il-ġodda tagħha.

Emenda  139

Proposta għal direttiva

Artikolu 50 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u regolarment taġġorna għodda kapaċi tipprovdi , fuq talba ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni, ħarsa ġenerali fuq il- livell tal-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja. Din l-għodda għandha tuża l-informazzjoni stipulata fir-reġistri previsti fil-Kapitolu VII .

2. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u regolarment taġġorna għodda kapaċi tipprovdi , fuq talba ta' Stat Membru, tal-Parlament Ewropew jew tal-Kummissjoni, ħarsa ġenerali fuq il- livell tal-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja. Din l-għodda għandha tuża l-informazzjoni stipulata fir-reġistri previsti fil-Kapitolu VII .

Emenda  140

Proposta għal direttiva

Artikolu 50a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 50a

 

Sistema tranżitorja

 

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(9a), għal erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-awtorizzazzjonijiet tal-vettura msemmija fl-Artikoli 20 u 22 għandhom jingħataw mill-Aġenzija. Matul il-perjodu tranżitojru, awtorizzazzjoni ta' vettura tista' tingħata mill-Aġenzija jew mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, fuq għażla tal-applikant.

 

L-Aġenzija għandu jkollha l-kapaċità organizzazzjonali u l-għarfien espert meħtieġa biex twettaq il-funzjonijiet tagħha kollha skont l-Artikoli 18, 20 u 22 f'mhux iktar minn 4  snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

 

Sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha, l-Aġenzija tista' tikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-awtoriatjiet nazzjonali tas-sikurezza f'konformità mal-Artikolu Xb.

Emenda  141

Proposta għal direttiva

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/57/KE sa [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

1. L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/57/KE sa [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Emenda  142

Proposta għal direttiva

Artikolu 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Annessi IV, V, VI, VII u IX tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom japplikaw sad-data ta' applikazzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni korrispondenti msemmija fl-Artikoli 8(2), 14(8), 15(7) u 7(3) ta' din id-Direttiva.

L-Annessi IV, V, VI, VII u IX tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom japplikaw sad-data ta' applikazzjoni tal-atti delegati korrispondenti msemmija fl-Artikoli 8(2) u 15(7a), u tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 14(8), 15(7) u 7(3) ta' din id-Direttiva.

Emenda  143

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1, Artikolu 2, Artikolu 7(1) sa (4), Artikolu 11(1), Artikolu 13, Artikolu 14(1) sa (7), Artikolu 15(1) sa (6), Artikoli 17 sa 21, Artikolu 22(3) sa (7), Artikoli 23 sa 36, Artikolu 37(2), Artikolu 38, Artikolu 39, Artikoli 41 sa 43, Artikolu 45(1) sa (5), Artikolu 51, u l-Anness I sa III sa [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ] l-aktar tard . Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva. It-tabelli ta' korrelazzjoni huma meħtieġa sabiex jippermettu lill-atturi kkonċernati jidentifikaw b'mod ċar id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-livell nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

1. stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1, Artikolu 2, Artikolu 7(1) sa (4), Artikolu 11(1), Artikolu 13, Artikolu 14(1) sa (7), Artikolu 15(1) sa (6), Artikoli 17 sa 21, Artikolu 22(3) sa (7), Artikoli 23 sa 36, Artikolu 37(2), Artikolu 38, Artikolu 39, Artikoli 41 sa 43, Artikolu 45(1) sa (5), Artikolu 51, u l-Anness I sa III sa mhux aktar tard minn [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva. It-tabelli ta' korrelazzjoni huma meħtieġa sabiex jippermettu lill-atturi kkonċernati jidentifikaw b'mod ċar id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-livell nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda  144

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttiva 2008/57/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness IV, il-Parti A, hija mħassra b'effett [sentejn wara d-dħul fis-seħħ] , mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri b'rabta mal-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u tad -Direttivi stabbiliti fl-Anness IV, il-Parti B.

Id-Direttiva 2008/57/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness IV, il-Parti A, titħassar b'effett minn [sena wara d-dħul fis-seħħ], mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri b'rabta mal-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u tad -Direttivi stabbiliti fl-Anness IV, il-Parti B.

Emenda  145

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Netwerk

1. Netwerk

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, in-netwerk tal-Unjoni għandu jinkludi :

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, in-netwerk tal-Unjoni għandu jinkludi n-netwerk ta' veloċità għolja definit fil-punti (a), (b) u (c) u n-netwerk konvenzjonali kif definit fil-punti (d) sa (i) l-elementi li ġejjin:

– specially built high-speed lines equipped for speeds generally equal to or greater than 250 km/h,

(a) linji mibnija apposta għal veloċità għolja attrezzati għal veloċitajiet ġeneralment ekwivalenti għal 250 km/s jew aktar, li jistgħu fl-istess waqt, fiċ-ċirkostanzi adattati, jilħqu veloċitajiet ogħla minn 300 km/s

linji modernizzati apposta għal veloċità għolja attrezzati għal veloċitajiet tat-tip ta' 200 km/s,

(b) linji mmodernizzati apposta għal veloċità għolja attrezzati għal veloċitajiet ta' 200 km/h,

linji aġġornati apposta għal veloċità għolja li għandhom karatteristiċi speċjali minħabba l-limitazzjonijiet marbuta mat-topografija, mar-riżalt jew mal-ippjanar tal-ibliet, li fuqhom il-veloċità għandha tiġi adattata għal kull każ. Din il-kategorija tinkludi wkoll linji ta' interkonnessjoni bejn in-netwerks ta' veloċità għolja u konvenzjonali, il-linji li jgħaddu minn stazzjonijiet ferrovjarji, il-mezzi ta' aċċess għat-terminali, għad-depożiti eċċ, li jgħaddu minnhom vetturi ferrovjarji ta' "veloċità għolja" b'veloċità konvenzjonali.

(c) linji mmodernizzati apposta għal veloċità għolja li għandhom karatteristiċi speċjali minħabba l-limitazzjonijiet marbuta mat-topografija, mar-riżalt jew mal-ippjanar tal-ibliet, li fuqhom il-veloċità għandha tiġi adattata għal kull każ. Din il-kategorija tinkludi wkoll linji ta' interkonnessjoni bejn in-netwerks ta' veloċità għolja u konvenzjonali, il-linji li jgħaddu minn stazzjonijiet ferrovjarji, il-mezzi ta' aċċess għat-terminali, għad-depożiti eċċ, li jgħaddu minnhom vetturi ferrovjarji ta' "veloċità għolja" b'veloċità konvenzjonali.

linji konvenzjonali maħsuba għas-servizzi tal-passiġġieri,

(d) linji konvenzjonali maħsuba għas-servizzi tal-passiġġieri,

–linji konvenzjonali maħsuba għat-traffiku mħallat (passiġġieri u merkanzija),

(e) linji konvenzjonali maħsuba għat-traffiku mħallat (passiġġieri u merkanzija),

linji konvenzjonali maħsuba għal servizzi ta' ġarr ta' merkanzija,

(f) linji konvenzjonali maħsuba għal servizzi ta' ġarr ta' merkanzija,

–ċentri għal passiġġieri,

(g) ċentri għal passiġġieri,

ċentri għal ġarr ta' merkanzija, inklużi terminali intermodali,

(h) ċentri għal ġarr ta' merkanzija, inklużi terminali intermodali,

linji li jgħaqqdu l-elementi msemmija hawn fuq.

(i) linji li jgħaqqdu l-elementi msemmija hawn fuq.

Dan in-netwerk jinkludi s-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku, tal-lokalizzazzjoni u tan-navigazzjoni: l-istallazzjonijet tekniċi għall-ipproċessar tad- dejta u tat-telekomunikazzjoni intiżi għal servizzi tal-passiġġieri fuq distanzi twal u servizzi tal-merkanzija fuq dan in-netwerk biex jiggarantixxu t-tħaddim sikur u armonjuż tan-netwerk u l-ġestjoni effiċjenti tat-traffiku.

Dan in-netwerk jinkludi s-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku, tal-lokalizzazzjoni u tan-navigazzjoni: l-installazzjonijet tekniċi għall-ipproċessar tad- dejta u tat-telekomunikazzjoni intiżi għal servizzi tal-passiġġieri fuq distanzi twal u servizzi tal-merkanzija fuq dan in-netwerk biex jiggarantixxu t-tħaddim sikur u armonjuż tan-netwerk u l-ġestjoni effiċjenti tat-traffiku.

Ġustifikazzjoni

Huwa kruċjali li tinżamm id-distinzjoni bejn in-netwerk konvenzjonali u n-netwerk ta' veloċità għolja.

Emenda  146

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – inċiżi 1a u 1b u subparagrafu 2 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– vetturi maħsuba biex jivvjaġġaw b'veloċità ta' mill-anqas 250 km/s fuq il-linji mibnija apposta għal veloċità għolja, filwaqt li jippermettu li jintlaħqu veloċitajiet ta' aktar minn 300 km/s f'ċirkostanzi approprjati,

 

– vetturi maħsuba biex jivvjaġġaw b'veloċità tat-tip ta' 200 km/s fuq il-linji ta' veloċità għolja jew il-linji mibnija jew mgħammra apposta għal veloċità għolja f'każ li jkunu kompatibbli mal-possibbiltajiet ta' dawn il-linji.

 

Barra minn hekk, vetturi maħsuba biex joperaw b'veloċità massima ta' inqas minn 200 km/s li x'aktarx jivvjaġġaw fuq in-netwerk trans-Ewropew ta' velocità għolja kollu jew fuq parti minnu, fejn dan huwa kompatibbli mal-livelli ta' prestazzjoni ta' dak in-netwerk, għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet billi jiżguraw l-operazzjoni sigura fuq dak in-netwerk. Għal dak il-għan, it-TSIs għal vetturi konvenzjonali għandhom jispeċifikaw ukoll ħtieġiet għall-operazzjoni sigura ta' vetturi konvenzjonali fuq in-netwerks ta' veloċità għolja.

Ġustifikazzjoni

Jirriżulta fundamentali li ssir distinzjoni bl-implikazzjonijiet li jġib miegħu għas-sikurezza tan-netwerk, l-ispeċifikar tal-vetturi li jistgħu jivvjaġġaw b'250, dawk li jivvjaġġaw b'200 fuq linji ta' sikurezza għolja u taħt din il-veloċità.

Emenda  147

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– il-vaguni tal-merkanzija, inklużi l-vetturi ddisinjati biex iġorru t-trakkijiet;

– il-vaguni tal-merkanzija, inklużi l-vetturi baxxi ddisinjati għan-netwerk kollu u l-vetturi ddisinjati biex iġorru t-trakkijiet;

Ġustifikazzjoni

Waħda mill-problemi tal-interoperabbiltà tal-infrastruttura ferrovjarja fl-Ewropa hija l-wisa' differenti bejn il-binarji. F'ċerti kundizzjonijiet tissolva b'vaguni baxxi li mhux neċessarjament ikunu dawk magħmula għat-trasport tat-trakkijiet. Għalhekk, għandha tingħata attenzjoni partikolari min-naħa tal-leġiżlatur lil dan it-tip ta' vetturi billi jispeċifikaw l-eżistenza ta' vaguni baxxi ta' merkanzija li jeħtieġu diffużjoni u preżenza akbar fin-netwerk minħabba li jistgħu jivjaġġaw fuq parti akbar tan-netwerk.

Emenda  148

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 2 – punt 2.4 – punt 2.4.1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta' perikolu, apparati għandhom jagħmluha possibbli li l-passiġġieri jinfurmaw lix-xufier u lil persunal li jkollu miegħu ħalli jikkuntattjawh.

Fil-każ ta' perikolu, l-apparati għandhom jagħmluha possibbli li l-passiġġieri jinfurmaw lix-xufier u/jew lis-sewwieq u li jitolbu lill-persunal li jkollu miegħu jikkuntattjaw lilu jew lilhom.

Emenda  149

Proposta għal direttiva

Anness 3 – parti 2 – punt 2.4 – punt 2.4.1 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bibien tal-aċċess għandhom jinkorporaw sistema ta' ftuħ u għeluq li tiggarantixxi s-sikurezza tal-passiġġieri.

Il-ferroviji għandhom ikunu jistgħu jipprovdu dħul u ħruġ sikur. Il-mekkaniżmi tal-għeluq u l-ftuħ tal-bibien, il-wisa' tal-ispazju mal-pjattaforma u t-tluq tal-ferrovija għandhom jiggarantixxu s-sikurezza tal-passiġġieri. Il-ferroviji għandhom jiġu ddisinjati sabiex l-ebda passiġġier ma jista' jinqabad imdendel magħhom.

Ġustifikazzjoni

Is-sikurezza tal-passiġġieri ma tistax tkun limitata biss għall-operazzjonijiet tal-ftuħ u l-għeluq tal-bibien.

Emenda  150

Proposta għal direttiva

Anness 3 – parti 2 – punt 2.4 – punt 2.4.1 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trejns għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' komunikazzjoni pubblika li tipprovdi mezz ta' komunikazzjoni għan-nies mill-persunal t'abbord u mill-kontroll tal-art.

It-trejns għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' komunikazzjoni pubblika li tipprovdi mezz ta' komunikazzjoni għan-nies mill-persunal t'abbord u/jew ix-xufiera u mill-kontroll tal-art.

Emenda  151

Proposta għal direttiva

Anness 3 – parti 2 – punt 2.4 – punt 2.4.1 – paragrafu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-regolamenti lokali neċessarji, kemm fl-istazzjonijiet kif ukoll fuq il-ferroviji (projbizzjonijiet tad-dħul, dħul u ħruġ, istruzzjonijiet ta' mġiba għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa, xi jfissru s-sinjali, żoni perikolużi, eċċ) ikunu jintfhiemu faċilment mill-passiġġieri u kkomunikati b'mod komprensiv

Ġustifikazzjoni

Is-sikurezza tal-passiġġieri kif ukoll il-possibiltajiet tal-aċċess tal-passiġġieri jinkludu wkoll l-informazzjoni.

Emenda  152

Proposta għal direttiva

Anness 3 – parti 2 – punt 2.4 – punt 2.4.3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-karatteristiċi tal-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu tali li jippermettulhom jivvjaġġaw fuq kwalunkwe linja li fuqha jkunu mistennija li joperaw, waqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi rilevanti.

Il-karatteristiċi tal-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu tali li jippermettulhom jivvjaġġaw fuq kwalunkwe linja li fuqha jkunu mistennija li joperaw, waqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi u topografiċi rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Kjarifikazzjoni, li mhux biss il-klima imma wkoll it-topografija, bħar-rotot tal-muntanji, jeħtieġu rekwiżiti speċjali għall-ferroviji (brejkijiet, ganċ tat-tagħbija eċċ).

Emenda  153

Proposta għal direttiva

Anness 3 – parti 2 – punt 2.6 – punt 2.6.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-allinjament tar-regoli tat-tħaddim tan-netwerk u tal-kwalifiki tax-xufiera u tal-persunal t'abbord u tal-persunal fiċ-ċentri tal-kontroll għandu jkun tali li jassikura s- sikurezza tal-operat, waqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh id-diversi rekwiżiti tas-servizzi transkonfinali u dawk domestiċi.

L-allinjament tar-regoli tat-tħaddim tan-netwerk u tal-kwalifiki tax-xufiera, tas-servizz tekniku tal-karozzi, tad-dsipaċer u tal-persunal t'abbord u tal-persunal fiċ-ċentri tal-kontroll għandu jkun tali li jassikura s- sikurezza tal-operat, waqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh id-diversi rekwiżiti tas-servizzi transkonfinali u dawk domestiċi. Għandhom isiru sforzi biex fl-Unjoni kollha jkun żgurat livell għoli ta' taħriġ bi kwalifiki avvanzati.

Ġustifikazzjoni

Is-sikurezza ferrovjarja ma tistax tkun limitata għax-xufiera u l-persunal abbord.

  • [1]  ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
  • [2]  ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
  • [3]  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Introduzzjoni

It-trasport ferrovjarju fl-Ewropa llum jservi aktar minn 8,000 miljun vjaġġ kull sena u jittrasporta 10 % tal-merkanzija. Is-settur huwa responsabbli għal 13,000 miljun euro ta' introjtu u volum ta' negozju ta' 73,000 miljun u 800,000 impjieg. Fil-White Paper "Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport: Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti", il-Kummissjoni Ewropea tissuġġerixxi li aktar minn nofs it-trasport fuq distanza medja ta' passiġġieri u merkanzija fl-UE fl-2050 isir bil-ferrovija. Dan l-objettiv, barra li jtejjeb l-għażliet tal-utenti u l-opportunitajiet għall-intraprendituri, se jkun essenzjali biex l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta 'serra jitnaqqsu b'20 % u biex l-emissjonijiet tas-CO2 din is-sena jitnaqqsu b'60 % fuq dawk reġistrati fl-1990. Il-paragun bejn is-sitwazzjoni attwali u l-objettivi jirrifletti l-potenzjal tat-tkabbir ta' settur li fih il-manifatturi Ewropej huma mexxejja dinjija fit-teknoloġija, speċjalment fis-sikurezza u l-veloċità għolja.

2. Is-sitwazzjoni llum: Qed nitilfu l-opportunità

L-opportunitajiet deskritti jistgħu jkunu frustranti jekk l-operaturi attwali u l-Istati Membri, fuq il-bażi taż-żamma tal-mudell tan-negozju kurrenti, ikomplu jimblokkaw il-ftuħ tas-settur u jżommu l-impenn tagħhom li jifframmentaw l-ispazju ferrovjarju Ewropew. Biex jagħmlu dan huma jużaw piżijiet burokratiċi kbar u garanziji tekniċi allegati li jistgħu jwasslu għall-fatt li l-vaguni "jitilfu l-ferrovija" li għandha twassal biex dan il-mezz ta' trasport jiġi integrat b'mod deċiżiv għall-provvista tal-intermodalità tas-sistema Ewropea tat-trasport. It-tneħħija ta' dawn l-ostakoli se ttejjeb is-servizz provdut lill-utenti, se jikkonverti l-intraprenditorija ferrovjarja f'opportunità attraenti għall-intraprendituri ġodda, minjiera ta' impjiegi u varjabbli bażiku tal-politika ambjentali Ewropea.

Iċ-ċifri li ġejjin juru d-daqs u n-natura tal-problemi. Illum fl-Ewropa hemm 11,000 regola teknika nazzjonali li jirregolaw il-proċeduri operattivi maħruġa minn 27 awtorità nazzjonali statali differenti ħafna fl-istruttura, ir-riżorsi u l-kapaċità tal-persunal. rbitrarjetà barra minn hekk tippresiedi l-applikazzjoni tagħhom stess u b'hekk jirriżulta tipiku li l-iskadenzi stabbiliti jinqabżu jew li ma jsirux talbiet għal testijiet u provi addizzjonali. Jeżistu differenzi kbar fil-proċeduri u varjetajiet kbar dwar iċ-ċertifikazzjonijiet amministrattivi tal-vetturi.

Din id-diverġenza tfisser li l-ispejjeż li manifattur jiffaċċja biex jawtorizza vettura ferrovjarja jilħqu is-sitt miljun euro fi proċess li jista' jdum sa sentejn. L-10 % tal-ispejjeż ta' disinn u manifattura ta' lokomotiva huma piżijiet amministrattivi. Jekk din il-vettura tiċċirkola biss minn tlieta mis-27 Stat, il-perċentwal jilħaq it-30 %. B'dawn il-kundizzjonijiet hu impossibbli li jkun hemm operaturi ġodda. Fl-istess ħin, qed jintilfu r-riżorsi, riżorsi li kieku jintużaw għall-innovazzjoni f'settur li l-vijabilità tiegħu fl-UE u fil-bqija tad-dinja hija marbuta mar-rwol mexxej tiegħu fl-iżvilupp ta' teknoloġika ta' kwalità għoja u innovattiva.

3. Bidla biex nevitaw it-triq fatali

Biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni l-istituzzjonijiet Ewropej qed jikkunsidraw "ir-raba' pakkett ferrovjarju Ewropew" li għandu l-għan li jtejjeb ir-riżultat tal-leġiżlazzjoni Ewropea fis-seħħ (it-tielet pakkett ferrovjarju) li huwa traspost b'mod ħażin f'ħafna Stati. Dawn il-pakketti leġiżlattivi jinkorporaw, barra kwistjonijiet ta' interoperabilità, id-disinn tan-netwerks trans-Ewropej, il-mekkaniżmi ta' finanzjament u l-istandards tas-sikurezza. F'dan il-qasam l-ewwel direttiva dwar l-interoperabilità tat-trasport ferrovjarju kienet id-Direttiva 96/48/KE, li tirreferu għall-veloċità għolja, kompluta bid-Direttiva 2001/16/KE relatata mat-trasport ferrovjarju trans-Ewropew konvenzjonali. Fl-2008 t-tnejn li huma ngħaqdu biex wasslu għad-Direttiva dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Ewropea, id-Direttiva fis-seħħ bħalissa (2008/57 KE) bil-modifiki stabbiliti fl-Direttivi u 2009/13 UE u 2001/18 UE. L-ebda waħda minnhom ma rnexxielha tibdel is-sitwazzjoni bil-mod li jeħtieġ is-settur biex jidħol fit-triq deskritt fil-White Paper.

4. Il-proposta tal-Kummissjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni timmira li tnaqqas b'20 % l-ħin li tieħu impriż ġdida biex tidħol fis-suq u, bl-istess rata, it-termini u l-ispejjeż li jaffettwaw lill-manifatturi biex jiċċertifikaw il-vetturi ferrovjarji. Il-500 miljun euro rilaxxati b'hekk fil-ħames snin li ġejjin għandhom isaħħu t-tmexxija tal-industrija ferrovjarja Ewropea fis-swieq dinjija.

Il-Kummissjoni għalhekk qed tikkonverti l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea b'punt uniku li joħroġ "passaport Ewropew ta' vetturi" li jiċċertifika "t-tqegħid fis-suq", peress li "t-tqegħid fis-servizz" huwa r-responsabilità tal-operaturi. Il-proposta tagħmel aktar trasparenti u faċli l-governanza interna ta' korp billi ssaħħaħ ir-rwol tagħha fil-qasam tas-superviżjoni u r-reviżjoni tal-istandards nazzjonali biex jiġu evitata d-dupplikazzjoni jew il-kontradizzjonijiet mal-istandard Ewropew.

Il-proposta żżid it-trasparenza fil-proċeduri ta' akkreditazzjoni li huma espressi fir-regolamentazzjoni tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità biex dawn ikunu jaqblu mad-Deċiżjoni 768/2008/KE dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti. Dan se jiżgura t-trasparenza, il-kapaċità teknika tal-korpi involuti u l-fiduċja fid-deċiżjonijiet tagħhom.

5. Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur taqbel mal-dijanjosi tal-Kummissjoni u tqis li t-tielet pakkett għandu jiġi traspost fl-Istati Membri kollha biex ir-raba' jsir vijabbli. Qed jiġi pjanat perjodu ta' traspożizzjoni ta' sena. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-Aġenzija għandhom ukoll jissaħħu bħala l-punt uniku fejn wieħed jinqeda. Għalhekk, tiddefendi l-fatt li l-aġenzija tiffaċilita l-iżvilupp tal-ERTMS u tiddependi mill-għarfien li għandhom mistur l-aġenziji nazzjonali, li magħhom għandha tiddefinixxi l-ambitu tar-relazzjoni.

Hi inkorporat ukoll diversi emendi biex issaħħaħ permezz tat-trasparenza ċ-ċertezza legali u r-regolamenti li jaffettwaw lis-settur u jippromwovu l-investiment u l-intraprenditorija. Għalhekk hi qed tipproponi operazzjoni waħda kemm għall-ferroviji kif ukoll għall-vetturi ferrovjarji u li din il-faċilità tiġi estiża għaċ-ċertifikazzjoni tal-installazzjonijiet fissi li, ħlief għas-sottosistemi tal-kmand tal-kontroll, għadha staġnati fil-previżjonijiet tad-Direttiva 2008/57. Ħaġa ġdida oħra li qed tipproponi hija l-ħolqien ta' reġistru Ewropew tal-vetturi. ġenziji nazzjonali se jkollhom perjodu ta' sentejn li jittrasferixxu fih d-dejta tagħhom.

Biex tinkorpora dawn il-kontribuzzjonijiet, ir-rapporteur irċeviet kontribuzzjonijiet minn għexieren ta' organizzazzjonijiet. Filwaqt li l-dijanjosi hija kondiviża, is-soluzzjonijiet proposti spiss huma diverġenti.

ANNESS : ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

Ref.: D(2013)65090

Is-Sur Brian SIMPSON

President tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

ASP 13G306

Brussell

Suġġett:    Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (riformulazzjoni)

                  (COM(2013)0030 – C7-0027/2013 – 2013/0015(COD))

Għażiż President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li għandi l-unur nippresjedi, eżamina l-proposta msemmija aktar 'il fuq, skont it-termini tal-Artikolu 87 dwar ir-riformulazzjoni, kif iddaħħal fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jgħid hekk:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 156 u 157, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, jekk f'konformità mal-punt 8 tal-Ftehima Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-partijiet kodifikati tal-proposta, huwa għandu jinnotifika minnufih il-ħsieb tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tgħarraf lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 54, bil-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' tfassil mill-ġdid."

B'segwitu għall-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li eżamina l-proposta għal tfassil mill-ġdid, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jikkunsidra li l-proposta msemmija ma tinkludi l-ebda tibdil sostantiv ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil fis-sostanza tagħhom.

Barra minn hekk, skont l-Artikoli 86(2) u 86(3), il-Kumitat għall-Affarijiet Legali kkunsidra li l-adattamenti tekniċi ssuġġeriti fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma msemmi hawn fuq kienu meħtieġa biex jiġi żgurat li l-proposta tikkonforma mar-regoli tat-tfassil mill-ġdid.

Biex nikkonkludi, wara diskussjoni fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2013, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'vot unanimu[1], jirrakkomanda li l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq skont l-Artikolu 87.

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner LEHNE

Mehmuża: L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

  • [1]  Kienu preżenti l-Membri li ġejjin: Françoise Castex (Viċi-President), Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Klaus-Heiner Lehne (President), Bernhard Rapkay, Evelyn Regner (Viċi-President), Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Tadeusz Zwiefka.

ANNESS:OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Anness

Brussell, 26 Novembru 2013

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (riformulazzjoni)

COM(2013)30 tat-30 ta' Jannar 2013 – 2013/0015(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni għal atti legali, u partikolarment il-punt 9 ta' dan il-Ftehim, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, li hu magħmul mis-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rispettivament, iltaqa’ fis-21 ta’ Frar 2013 biex jeżamina, fost oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq ippreżentata mill-Kummissjoni.

Waqt din il-laqgħa[1], b’riżultat tal-eżami tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twassal għar-riformulazzjoni tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilitá tas-sistema ferrovjarja fil-Komunitá, wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi qbil komuni, dan li ġej.

1)        Kwantu għall-memorandum ta' spjegazzjoni, sabiex dan ikun redatt b'ottemperanza sħiħa mar-rekwiżiti rilevanti preskritti mill-Ftehim Inter-Istituzzjonali tali dokument irid ikun speċifika liema dispożizzjonijiet ta' att preċedenti jkunu baqgħu mhux modifikati fil-proposta, kif jiddisponi l-punt 6(a)(iii) ta' dak il-ftehim.

2)        Fl-abbozz tat-test riformulat, it-tibdil propost li ġej kellu jiġi identifikat bit-tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġi mmarkat tibdil sostantiv:

- fl-ewwel kunsiderazzjoni, it-tibdil tar-referenza eżistenti għall-Artikolu 156 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea b’referenza għall-Artikoli 170 u 171 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

- fil-kliem inizjali tal-Artikolu 4(4), it-tħassir tal-kliem “Sa fejn meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1”;

- fl-Artikolu 9(1), iż-żieda tal-aħħar kliem “jkunu interoperabbli”;

- fl-Artikolu 54(3), it-tħassir tar-referenza eżistenti għall-Kapitolu IV.

3)        Fl-Artikolu 44(1)(b), l-espressjoni "msemmija fil-paragrafu 3" għandha tiġi adattata biex tinqara “msemmija fil-paragrafu 2".

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi l-ebda emenda sostanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali f'dik il-proposta jew f'din l-opinjoni. Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv innota wkoll li, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

F. DREXLER                        H. LEGAL                            L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult                            Ġurikonsult                            Direttur Ġenerali

  • [1]               Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-verżjoni Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-proposta u ħadem abbażi tal-verżjoni Ingliża, billi kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test diskuss.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (25.10.2013)

għall-Kumitat tat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Riformulazzjoni)
(COM(2013)0030 – C7‑0027/2013 – 2013/0015(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marie-Thérèse Sanchez-Schmid

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Introduzzjoni:

Is-settur ferrovjarju llum il-ġurnata sejjer lura f’bosta Stati Membri, filwaqt li l-bżonn tat-trasport tal-merkanzija u tal-persuni qed jiżdied kontinwament u l-isfidi ambjentali u tal-enerġija qed iġiegħlu l-Ewropa ssib soluzzjonijiet ta’ trasport sostennibbli. Għaliex sejjer lura? Il-ferrovija tiswa’ wisq u m’għandhiex netwerk estiż biżżejjed biex ikollha l-vantaġġ fuq il-kompetituri diretti tagħha: il-karozza, id-dgħajsa jew l-ajruplan.

B’hekk il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat ir-raba’ pakkett ferrovjarju tagħha fit-30 ta’ Jannar 2013, bl-għan li tlesti l-istabbiliment ta’ spazju ferrovjarju uniku Ewropew, billi tkabbar il-kompetizzjoni u tnaqqas il-kost tat-trasport ferrovjarju.

L-impatt ta’ dawn ir-riformi għall-Istati Membri, ir-reġjuni, l-awtoritajiet lokali, il-partijiet interessati tas-sistema ferrovjarja, l-utenti u ċ-ċittadini se jkun immens, u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, kompetenti fil-qasam tal-effetti tal-politiki l-oħra tal-Unjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali Ewropea, għandha l-bażi sabiex tagħti opinjoni komprensiva dwar dawn ir-reformi.

L-għan tar-riformulazzjoni tad-Direttiva relatata mal-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fi ħdan l-UE huwa li titnaqqas il-frammentazzjoni u l-ispejjeż tat-tqegħid fis-suq tal-vetturi u tal-materjal. Dawn il-proposti se jippermettu li titkabbar l-interoperabilità tal-linji ferrovjarji fuq livell tal-UE, filwaqt li jiġi kkonservat l-aħjar livell ta’ sikurezza.

Is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u l-armonizzazzjoni teknika huma l-prerekwiżit neċessarju għall-ħolqien ta' spazju ferrovjarju uniku Ewropew u għall-ftuħ tal-kompetizzjoni fis-settur. L-interoperabilità hija wkoll il-kundizzjoni sine qua non tat-titjib tat-trasport ferrovjarju transkonfinali, indispensabbli għall-koeżjoni territorjali tal-Unjoni.

Filfatt, is-sistemi differenti ta’ linji ferrovjari nazzjonali għadhom iġarrbu l-marki tal-istorja tal-gwerra fl-Ewropa. Kienu maħluqin storikament u volontarjament b’mod mhux omoġenju għall-protezzjoni tal-ekonomiji nazzjonali u fuq kollox tat-territorju nazzjonali minn kull invażjoni ta’ armati barranin.

Skont il-Kummissjoni Ewropea, bħalissa jeżistu iktar minn 11,000 regola teknika u ta’ sikurezza nazzjonali fl-UE. L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (l-Aġenzija) attwalment għandha responsabbiltà normattiva: għandha l-inkarigu li tistabbilixxi n-normi minimi ta’ interoperabilità sabiex titnaqqas din it-taħwida ta’ regoli nazzjonali u tiġi permessa ċ-ċirkolazzjoni żgura u mingħajr interruzzjoni tal-ferroviji.

L-awtorizzazzjoni ta’ rilaxx tal-vetturi tingħata minn kull Awtorità Nazzjonali ta’ Sikurezza (ANS) fuq it-territorju nazzjonali tagħha. Id-diverġenzi huma kbar fil-mod kif dawn l-awtoritajiet imexxu l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni tal-vetturi u ta' ċertifikazzjoni fil-qasam tas-sikurezza. Il-proċedura hija ta’ spiss twila u għalja.

Iċ-ċifri disponibbli juru li l-ispejjeż marbutin mal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni jilħqu sa 10% tal-ispejjeż tal-lokomotivi għal kull pajjiż. Meta dawn jintużaw fi tliet Stati Membri, l-ispejjeż globali jistgħu jilħqu madwar 30%.

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ġiet kwalifikata bħala “rivoluzzjonarja”. Fil-fatt, il-Kummissjoni tixtieq tneħħi l-awtorizzazzjoni ta’ “rilaxx” biex iżżomm biss l-idea ta’ “tqegħid fis-suq” u tagħti lill-impriża ferrovjarja (EF) ir-responsabbiltà li tirrilaxxa u tmexxi l-ferrovija.

Innovazzjoni oħra: il-Kummissjoni tixtieq tagħti responsabbiltà "operazzjonali" lill-Aġenzija minbarra r-responsabbiltà "normativa" tagħha: għandha tkun l-Aġenzija li tagħti l-"awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq" wara l-ġbir taċ-ċertifikati li juru li l-materjal huwa konformi.

Il-proposti tal-emendi

Ir-rapporteur tagħkom tilqa’ b’entużjażmu l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea li huma konformi ma' simplifikazzjoni reali tal-proċeduri għall-applikanti u approċċ Ewropew reali għaċ-ċertifikazzjoni tal-vetturi.

Il-modifiki proposti jirrigwardaw l-awtorizzazzjoni ta’ "tqegħid fis-suq" maħruġa mill-Aġenzija li tgħodd madwar l-Ewropa kollha. Din l-awtorizzazzjoni għandha tendenza li tissopravaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tieħu post 27 ANS, li tirregola r-regoli nazzjonali kollha li għadhom jeżistu u li twettaq il-verifiki neċessarji.

Barra minn hekk, il-kost u r-responsabbiltà tar-rilaxx li għandhom l-impriżi ferrovjarji se jkunu ta’ piż wisq kbir u jistgħu jiskoraġġixxu lil min jidħol ġdid fis-suq.

L-istruttura proposta: L-emendi jispiraw ruħhom prinċipalment mill-kompromess li ntlaħaq fil-Kunsill fl-10 ta’ Ġunju li għadda, li jippermetti bilanċ bejn l-arbitraġġ Ewropew u l-esperti nazzjonali. B'dan il-mod l-Aġenzija tibqa' l-punt uniku ta' servizz għal kull awtorizzazzjoni ta' vettura. L-applikant għandu jispeċifika fit-talba tiegħu iż-"żona ta’ operazzjoni" tal-vettura. L-Aġenzija twettaq il-verifika tar-rispett tat-TSI u tittrasferixxi lill-ANS taż-"żona ta’ operazzjoni" it-talbiet ta’ verifika ta’ kompatibilità teknika mar-regoli nazzjonali.

L-awtoritajiet għandhom perjodu ta’ xahar sabiex jitolbu dokumenti ta’ appoġġ supplimentari u għandhom mhux iktar minn 4 xhur biex jivvalutaw u jipproċessaw il-fajl. Wara, l-Aġenzija tieħu d-deċiżjoni tagħha, skont l-opinjonijiet tal-ANS.

F’każ ta’ kunflitt, il-Bord tal-Appell huwa kompetenti li jarbitra bejn l-Aġenzija u l-ANS.

Il-modifiki l-oħra: Ir-rapporteur tagħkom tipproponi wkoll il-ħolqien ta’ reġistru Ewropew ta’ vetturi, minflok iż-żamma ta’ 27 reġistru nazzjonali. Speċifikat ukoll li l-bidliet “prinċipali” biss fuq il-vetturi jeħtieġu l-kisba ta’ awtorizzazzjoni ġdida. L-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji ta’ TSI ġdida għandha tkun valutata b’attenzjoni.

Il-partijiet separati għandhom ukoll ikunu soġġetti għal armonizzazzjoni, sabiex is-suq Ewropew isir iktar fluwidu. Fl-aħħar nett, l-Aġenzija għandha tħares il-kontroll tal-awtorizzazzjoni tas-sistemi ERTMS sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din is-sistema fl-Ewropa kollha.

Fl-aħħar nett, innovazzjoni importanti hija l-possibilità li tiġi estiża ż-"żona ta’ operazzjoni" sal-eqreb stazzjoni transkonfinali mingħajr proċedura ġdida, jekk is-sistemi ferrovjarji huma simili.

Il-perjodi ta’ tranżizzjoni: Minħabba l-ammont kbir ta’ xogħol ta' adattament li l-AFE u l-ANS għandhom iwettqu, huwa propost li l-perjodu ta' traspożizzjoni jiġi estiż għal tliet snin minflok tnejn. Madankollu, fl-aħħar tas-sentejn, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-progress imwettaq mill-Aġenzija sabiex jissodisfaw il-kompetenzi ġodda tagħhom.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jsejjaħ lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , u partikolarment l-Artikoli 91(1), 170 u 171 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , u partikolarment l-Artikoli  4(2)(c), 91(1), 170 u 171 tiegħu,

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Biex jagħmluha possibbli biex ċittadini tal-Unjoni, operaturi ekonomiċi u awtoritajiet reġjonali u lokali jibbenefikaw mill-massimu tal-vantaġġi li joħorġu mit-twaqqif ta' żona mingħajr fruntieri interni, huwa approprjat, b'mod partikolari, li jtejbu l-interkonnessjoni u l-interoperabilità tan-netwerk ferrovjarju nazzjonali kif ukoll l-aċċess għalih, billi jiġu implimentati xi miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa fil-qasam tal-istandardizzazzjoni teknika .

(2) Biex jagħmluha possibbli biex ċittadini tal-Unjoni, operaturi ekonomiċi u awtoritajiet reġjonali u lokali jibbenefikaw mill-massimu tal-vantaġġi li joħorġu mit-twaqqif ta' żona mingħajr fruntieri interni u l-kisba tal-objettiv tal-koeżjoni territorjali, huwa approprjat, b'mod partikolari, li jtejbu l-interkonnessjoni u l-interoperabilità tan-netwerk ferrovjarju nazzjonali kif ukoll l-aċċess għalih, billi jiġu implimentati xi miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa fil-qasam tal-istandardizzazzjoni teknika .

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Hemm bżonn li għal raġunijiet ta' sikurezza jiġu assenjati kodiċi ta' identifikazzjoni għal kull vettura li titqiegħed fis-servizz. Il-vettura mbagħad titniżżel f'reġistru nazzjonali tal-vetturi. Ir-reġistri għandhom ikunu disponibbli għal konsultazzjoni mill-Istati Membri kollha u minn ċerti atturi ekonomiċi fl-Unjoni . Ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi għandhom ikunu konsistenti f'dak li hu format tad-dejta . Għandhom għalhekk ikunu koperti minn speċifikazzjonijiet operattivi u tekniċi komuni.

(14) Hemm bżonn li għal raġunijiet ta' sikurezza jiġu assenjati kodiċi ta' identifikazzjoni għal kull vettura li titqiegħed fis-servizz. Il-vettura mbagħad għandha titniżżel f'reġistru Ewropew tal-vetturi. Ir-reġistru għandu jkun pubbliku.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Hemm bżonn li għal raġunijiet ta' sikurezza jiġu assenjati kodiċi ta' identifikazzjoni għal kull vettura li titqiegħed fis-servizz. Il-vettura mbagħad titniżżel f'reġistru nazzjonali tal-vetturi. Ir-reġistri għandhom ikunu disponibbli għal konsultazzjoni mill-Istati Membri kollha u minn ċerti atturi ekonomiċi fl-Unjoni . Ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi għandhom ikunu konsistenti f'dak li hu format tad-dejta . Għandhom għalhekk ikunu koperti minn speċifikazzjonijiet operattivi u tekniċi komuni.

(14) Hemm bżonn li għal raġunijiet ta' sikurezza jiġu assenjati kodiċi ta' identifikazzjoni għal kull vettura li titqiegħed fis-servizz. Il-vettura mbagħad għandha titniżżel f'reġistru Ewropew tal-vetturi. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-konsultazzjoni fl-Unjoni.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jitħarsu biex tinkiseb l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja tal- Unjoni , b'tali mod li tkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva […/…dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni] . Dawn il-kundizzjonijiet jikkonċernaw id-disinn, kostruzzjoni, tqegħid fis-servizz, immodernizzar , tiġdid, tħaddim u manutenzjoni ta' partijiet ta' din is-sistema kif ukoll il-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet tas-saħħa u sikurezza tal-persunal li jikkontribwixxu għat-tħaddim u l-manutenzjoni tagħha.

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jitħarsu biex tinkiseb l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja tal- Unjoni , b'tali mod li tkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva […/…dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni] . Dawn il-kundizzjonijiet jikkonċernaw id-disinn, kostruzzjoni, tqegħid fis-servizz, immodernizzar , tiġdid, tħaddim u manutenzjoni ta' partijiet ta' din is-sistema kif ukoll il-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet tas-saħħa u sikurezza tal-persunal li jikkontribwixxu għat-tħaddim u l-manutenzjoni tagħha. L-isforzi għall-kisba ta' dan l-objettiv iridu jwasslu għad-definizzjoni ta' livell ottimali ta' armonizzazzjoni teknika u jagħmluha possibbli li jkun hemm kontribut għall-ħolqien progressiv tas-suq intern fit-tagħmir u s-servizzi għall-kostruzzjoni, it-tiġdid, l-upgrading u l-operazzjoni ta' sistema ferrovjarja fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-objettivi eżistenti ddelineati fid-direttiva dwar l-interoperabilità (l-Artikolu 1(2)(b) attwali) jridu jinżammu, billi jagħtu linji gwida ġenerali tad-Direttiva (livell ottimali ta' armonizzazzjoni teknika u ħolqien progressiv tas-suq intern fit-tagħmir, is-servizzi u l-operazzjoni).

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) netwerks li fil-funzjoni tagħhom huma separati mill-bqija tas-sistema ferrovjarja u li huma maħsuba biss għat-tħaddim ta' servizzi tal-passiġieri lokali, urbani jew suburbana , kif ukoll impriżi ferrovjarji li joperaw biss fuq dawn in-netwerks;

(b) netwerks li huma maħsuba biss għat-tħaddim ta' servizzi tal-passiġieri lokali, urbani jew suburbana , kif ukoll impriżi ferrovjarji li joperaw biss fuq dawn in-netwerks.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżit li “fil-funzjoni tagħhom huma separati” mhu ċar xejn. Id-deskrizzjoni “maħsuba biss għat-tħaddim” hija biżżejjed biex jiġu identifikati b’aċċettazzjoni ġenerali l-linji ferrovjarji li għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) "interoperabilità" tfisser l-abilità ta' sistema ferrovjarja li tippermetti l-moviment bla periklu u interruzzjoni ta' trejns li jilħqu l-livelli meħtieġa tal-prestazzjoni ta' dawn il-linji.

(2) "interoperabilità" tfisser l-abilità ta' sistema ferrovjarja li tippermetti l-moviment bla periklu u interruzzjoni ta' trejns li jilħqu l-livelli meħtieġa tal-prestazzjoni ta' dawn il-linji. Din l-abilità tiddependi mill-kondizzjonijiet regolatorji, tekniċi u operazzjonali li jridu jiġu sodisfatti biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali;

Ġustifikazzjoni

Din is-sentenza, li diġà tidher fil-qafas leġiżlattiv attwali tal-UE, għadha neċessarja billi tagħti aktar ċarezza.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) " immodernizzar " tfisser kull tibdil f'sottosistema jew parti minnha li jirriżulta f'tibdil fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika 'KE' jekk dan il-fajl tekniku jkun jeżisti u li jtejjeb il-prestazzjoni ġenerali tas-sottosistema;

(12) ) " immodernizzar " tfisser kull tibdil maġġuri f'sottosistema jew parti minnha, jew fuq vettura jew parti minnha, li jtejjeb il-prestazzjoni ġenerali tas-sottosistema; kull TSI tispeċifika l-modifiki 'maġġuri' għas-sottosistemi jew vettura kkonċernati;

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun evitata dikjarazzjoni ġdida tal-KE għal kull bidla (ħafna bidliet minuri jseħħu b'impatt jew mingħajr impatt kwantu għall-fajl tekniku), il-kriterju "maġġuri" għandu jitfisser fit-TSI ħalli titwaqqaf dikjarazzjoni ġdida tal-KE.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) "tiġdid" tfisser kull xogħol ta' tibdil f' sottosistema jew parti minnha li ma jibdilx il-prestazzjoni ġenerali tas-sottosistema;

(13) "tiġdid" tfisser kull xogħol ta' tibdil maġġuri f' sottosistema jew vettura jew parti minnhom li ma jibdilx il-prestazzjoni ġenerali tas-sottosistema jew vettura; kull TSI tispeċifika t-tiġdidiet 'maġġuri' għas-sottosistemi jew vettura kkonċernati;

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 39a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39a) 'żona tal-użu' tfisser iż-żona intiża għall-użu tal-vettura, jiġifieri n-netwerks jew il-linji, jew gruppi ta' netwerks jew linji misjubin fi Stat Membru wieħed jew aktar li fuqhom ikun intiż li tivvjaġġa l-vettura.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) jistabbilixxi l-kostitwenti tal-interoperabilità u l-interfaċċji li għandhom jiġu koperti mill-ispeċifikazzjonijiet Ewropej , inklużi l-istandards Ewropej, li huma meħtieġa biex jakkwistaw l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja;

d) jistabbilixxi l-kostitwenti tal-interoperabilità u l-interfaċċji li għandhom jiġu koperti mill-ispeċifikazzjonijiet Ewropej , inklużi l-istandards Ewropej, li huma meħtieġa biex jakkwistaw l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja; dan jinkludi l-identifikazzjoni tal-ispare parts potenzjali għall-ferrovija li jridu jkunu standardizzati skont it-termini tal-Artikolu 41 tar-Regolament dwar l-Aġenżija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (KE) Nru 881/2004;

Ġustifikazzjoni

F'kull TSI għandu jkun hemm elenku tal-ispare parts li jridu jiġu standardizzati ħalli jinħoloq suq intern għat-tagħmir ferrovjarju skont il-proposta tal-Kummissjoni fl-Artikolu 41 tar-Regolament dwar l-Aġenżija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-abbozzar, l-adozzjoni u r-rieżami ta' kull TSI (inklużi l-parametri bażiċi) għandhom iqisu l-kostijiet stmati u l-benefiċċji tas-soluzzjonijiet tekniċi kkontemplati, u tal-interfaċċi tagħhom, ħalli jiġu determinati u implementati s-soluzzjoni l-aktar fattibbli. L-Istati Membri jipparteċipaw f'din il-valutazzjoni billi jagħtu d-dejta rekwiżita.

Ġustifikazzjoni

Għandha tiddaħħal mill-ġdid din is-silta mid-Direttiva kurrenti (Anness I, 4.2). Għandha ssir valutazzjoni għal kull Speċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità tal-kostijiet stmati u l-benefiċċji tas-soluzzjonijiet tekniċi kollha meqjusa, ħalli jkunu implementati s-soluzzjonijiet l-aktar fattibbli, l-aktar għall-benefiċċju tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Membru tan-netwerk tal-korpi rappreżentattivi jista' jitlob l-opinjonijiet dwar id-defiċjenzi ta' TSI permezz tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-applikant dwar id-deċiżjoni tagħha u tiġġustifika kull rifjut.

Ġustifikazzjoni

Il-kumpaniji ferrovjarji ta' spiss huma l-ewwel li jindunaw bi problemi f'TSI u għalhekk għandhom ikunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni titlob l-opinjonijiet dwar id-defiċjenzi identifikati f'TSI.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ix-xogħol tal-korp notifikat tal-valutazzjoni tal-konformità responsabbli għall-verifika "KE" tas-sottosistema għandu jibda fl-istadju tad-disinn u jkopri l-perjodu tal-produzzjoni kollu sal-istadju tal-aċċettazzjoni qabel ma s-sottosistema tiddaħħal fis-servizz. Dan jista' jkopri wkoll il-verifika tal- interfaċċji tas-sottosistema inkwistjoni mas-sistema li fiha tkun inkorporata, ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli fit-TSI rilevanti u fir-reġistri previsti fl-Artikoli 44 u 45.

2. Ix-xogħol tal-korp notifikat tal-valutazzjoni tal-konformità responsabbli għall-verifika "KE" tas-sottosistema għandu jibda fl-istadju tad-disinn u jkopri l-perjodu tal-produzzjoni kollu sal-istadju tal-aċċettazzjoni qabel ma s-sottosistema tiddaħħal fis-servizz. Dan għandu jkopri wkoll il-verifika tal- interfaċċji tas-sottosistema inkwistjoni mas-sistema li fiha tkun inkorporata, ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli fit-TSI rilevanti u fir-reġistri previsti fl-Artikoli 44 u 45.

Ġustifikazzjoni

Hu essenzjali li l-interfaċċi jkunu koperti, kif inhu l-każ fid-Direttiva ta' bħalissa.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tawtorizza t-tqegħid fis-servizz tas-sottosistemi tal-enerġija u l-infrastruttura li huma llokalizzati jew operati fit-territorju tal-Istat Membru tagħha.

Kull awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tawtorizza t-tqegħid fis-servizz tas-sottosistemi tal-enerġija u l-infrastruttura li huma llokalizzati jew operati fit-territorju tal-Istat Membru tagħha. Għall-istallazzjonijiet ERTMS trackside, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tikkonsulta l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea li hi l-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet. Għall-istallazzjonijiet fissi l-oħrajn kollha, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza hi l-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Hu aktar ċar li jsir riferiment dirett hawnhekk għall-'istallazzjonijiet ERTMS trackside'. Kull awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tagħti l-awtoritazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz tal-istallazzjonijiet nazzjonali fissi kollha. L-Aġenzija għandha tagħti l-awtorizzazzjoni għall-istallazzjonijiet ERTMS trackside ħalli tiżgura approċċ kordinat għall-ERTMS.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha tinħareġ abbażi ta' fajl tal-vettura jew tip ta' vettura magħmul mill-applikant u tkun tinkludi l-evidenza dokumentarja ta':

 

(a) it-tqegħid fis-suq tas-sottosistemi mobbli li jagħmlu l-vettura skont l-Artikolu 19;

 

(b) il-kompatibilità teknika ta' dawn is-sottosistemi msemmija fil-punt (a) fil-vettura, stabbilita abbażi tat-TSIs, tar-regoli nazzjonali u tar-reġistri nazzjonali u rilevanti;

 

(c) l-integrazzjoni sikura ta' dawn is-sottosistemi msemmija fil-punt (a) fil-vettura, stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, ir-regoli nazzjonali u l-metodi komuni ta' sikurezza msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva …/… [dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni].

 

(d) il-kompatibilità teknika bejn il-vettura u n-netwerk taż-żona li hemm riferiment għaliha fil-paragrafu 1a, stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, ir-regoli nazzjonali u l-metodi komuni ta' sikurezza msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva …/… [dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni].

 

Kulfejn it-testi jkunu rikjesti għall-kisba tal-evidenza dokumentarja tal-kompatibilità teknika li hemm riferiment għaliha fil-paragrafi 1b(b) u 1b(d), l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet temporanji lill-applikant ħalli juża l-vettura għal verifiki prattiċi fin-netwerk. Il-maniġer tal-infrastruttura, f'konsultazzjoni mal-applikant, jagħmel kull sforz biex jiżgura li t-testijiet isiru fi żmien tliet xhur mir-riċevuta tat-talba tal-applikant. Fejn ikun xieraq, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li t-testijiet jsiru fiż-żmien speċifikat.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Aġenzija għandha toħroġ deċiżjonijiet li jipprovdu l-awtorizzazzjonijiet tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. Dawn l-awtorizzazzjonijiet jikkonfermaw il-valuri tal-parametri rilevanti għall-kontroll tal-kompatibilità teknika bejn il-vettura u l-istallazzjonijiet fissi kif stabbiliti fit-TSIs. L-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha wkoll tipprovdi informazzjoni dwar il-konformità tal-vettura mat-TSIs rilevanti u tistabbilixxi gruppi ta' regoli nazzjonali, b'rabta ma' dawn il-parametri.

2. L-Aġenzija għandha toħroġ deċiżjonijiet li jipprovdu l-awtorizzazzjonijiet tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi:

 

a) l‑awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. Din l-awtorizzazzjoni tkun valida fl-Istati Membri kollha u tippermetti t-tranżazzjonijiet kummerċjali fl-Ewropa.

 

 

b) l-awtorizzazzjoni għall-użu ta' vetturi fiż-żona li hemm riferiment għaliha fil-paragrafu 1a. Din l-awtorizzazzjoni tikkonferma l-valuri tal-parametri rilevanti għall-kontroll tal-kompatibilità teknika bejn il-vettura u l-istallazzjonijiet fissi taż-żona kkonċernata kif stabbiliti fit-TSIs. L-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha wkoll tipprovdi informazzjoni dwar il-konformità tal-vettura mat-TSIs rilevanti u tistabbilixxi gruppi ta' regoli nazzjonali, b'rabta ma' dawn il-parametri.

 

(c) il-kondizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħrajn.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta toħroġ dawn l-awtorizzazzjonijet, l-Aġenzija għandha:

 

a) tivvaluta l-aspetti l-fajl li hemm riferiment għalih fil-paragrafi 1b(a), (b) u (c) biex tivverifika l-kompletezza, ir-reqqa u l-konsistenza tal-fajl mat-TSI rilevanti;

 

b) tikkonsulta l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona intiża tal-użu fil-valutazzjoni tal-fajl ħalli tivverifika l-kompletezza, ir-reqqa u l-konsistenza tiegħu f'osservanza tat-termini tal-paragrafi 1b(d) u l-aspetti li hemm riferiment għalihom fil-paragrafi 1b(a) (b) u (c) fir-rigward tar-regoli nazzjonali rilevanti.

 

Bħala parti mill-valutazzjonijiet imsemmijin aktar ʼil fuq u f'każ ta' dubji ġustifikati, l-Aġenzija jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistgħu jitolbu li jsiru t-testijiet fin-netwerk. Sabiex ikunu ffaċilitati dawn it-testijiet, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet temporanji għall-applikant biex juża l-vettura għal testijiet fin-netwerk. Il-maniġer tal-infrastruttura jagħmel l-isforzi neċessarji kollha biex jiżguraw li tali testijiet isiru fi żmien tliet xhur minn mindu l-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali ta' sikurezza jagħmlu t-talba.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Fi żmien xahar mir-riċevuta tal-applikazzjoni, l-Aġenzija tinforma l-applikant li l-fajl tiegħu jkun lest jew titolbu tagħrif rilevanti addizzjonali li jingħata f'terminu raġonevoli ta' żmien. F'dak li għandu x'jaqsam mal-kompletezza, ir-reqqa u l-konsistenza tal-fajl, l-Aġenzija tista' wkoll tivvaluta l-aspetti ddelineati fil-paragrafu 1b(d).

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. L-Aġenzija għandha tqis il-valutazzjonijiet magħmulin skont il-paragrafu 2a qabel ma tieħu deċiżjoni dwar il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid tal-vetturi fis-suq. L-Aġenzija toħroġ l-awtorizzazzjoni jew tinnotifika lill-applikant dwar id-deċiżjoni negattiva tagħha u tagħti r-raġunijiet tagħha, fi żmien terminu raġonevoli prefissat u f'kull każ fi żmien erba' xhur mir-riċevuta tat-tagħrif rilevanti.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d. L-Aġenzija tassumi responsabilità sħiħa għal kull awtorizzazzjoni li toħroġ. B'konsegwenza, fil-każ ta' investigazzjoni ġudizzjarja li fiha tkun imdaħħla l-Aġenzija jew il-persunal tagħha, l-Aġenzija tikkopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet komeptenti tal-Istati Membri konċernati.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2e. Jekk l-Aġenzija ma taqbilx ma' valutazzjoni negattiva magħmula minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew bosta f'ottemperanza mal-paragrafu 2a(b), tinforma lill-imsemmi awtorità, billi tiddikjara r-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil tagħha.

 

L-Aġenzija u l-awtorità jew awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jikkoperaw fid-deċiżjoni dwar valutazzjoni aċċettabbli għall-partijiet kollha. Jekk ikun neċessarju, u jekk hekk ikun deċiż mill-Aġenzija u l-awtorità jew awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, dan il-proċess jista' jinvolvi wkoll lill-applikant. Jekk l-ebda valutazzjoni aċċettabbli mill-partijiet kollha ma tintlaħaq fi żmien 15-il jum minn mindu l-Aġenzija tkun tat id-deċiżjoni finali tagħha, sakemm l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza ma jkunux ippreżentaw il-kwestjoni għall-arbitraġġ mill-bord tal-appelli stabbilit skont it-termini tal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru .../... [Regolament dwar l-Aġenzija]. Il-bord tal-appell jiddeċiedi jekk jikkonfermax il-proposta ta' deċiżjoni tal-Aġenzija fi żmien 15-il jum minn mindu tiġi ppreżentata t-talba mill-awtorità jew awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.

 

Jekk il-bord tal-appell jaqbel mal-Aġenzija, din tal-aħħar tista' tieħu deċiżjoni immedjata.

 

Jekk il-bord tal-appell jaqbel mal-valutazzjoni negattiva tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, l-Aġenzija toħroġ awtorizzazzjoni għall-kamp tal-użu, esklużi l-partijiet tal-netwerk li jkunu rċevew valutazzjoni negattiva.

 

Jekk l-Aġenzija ma taqbilx ma' valutazzjoni pożittiva magħmula minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew bosta f'ottemperanza mal-paragrafu 2a(b), tinforma lill-imsemmi awtorità, billi tiddikjara r-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil tagħha. L-Aġenzija u l-awtorità jew awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jikkoperaw fid-deċiżjoni dwar valutazzjoni aċċettabbli għall-partijiet kollha. Jekk ikun neċessarju, u jekk hekk ikun deċiż mill-Aġenzija u l-awtorità jew awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, dan il-proċess jista' jinvolvi wkoll lill-applikant. Jekk l-ebda valutazzjoni aċċettabbli għall-partijiet kollha ma tasal fi żmien 15-il jum minn mindu l-Aġenzija tkun għarrfet lill-awtorità jew awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza bin-nuqqas ta' qbil tagħha, l-Aġenzija tieħu d-deċiżjoni finali.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha tinħareġ abbażi ta' fajl tal-vettura jew tip ta' vettura magħmul mill-applikant u tkun tinkludi l-evidenza dokumentarja ta':

imħassar

(i) it-tqegħid fis-suq tas-sottosistemi mobbli li jagħmlu l-vettura skont l-Artikolu 19;

 

(j) il-kompatibilità teknika ta' dawn is-sottosistemi msemmija fil-punt (a) fil-vettura, stabbilita abbażi tat-TSIs, tar-regoli nazzjonali u tar-reġistri nazzjonali u rilevanti;

 

(k) l-integrazzjoni sikura ta' dawn is-sottosistemi msemmija fil-punt (a) fil-vettura, stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, ir-regoli nazzjonali u l-metodi komuni ta' sikurezza msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva …/… [dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni].

 

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 fi żmien predeterminat u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien erba' xhur mill-wasla tal-informazzjoni rilevanti. Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Istati Membri kollha.

L-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 fi żmien predeterminat u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien erba' xhur mill-wasla tal-informazzjoni rilevanti u fi żmien ħames xhur f'każ ta' appell.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tipprovdi gwida ddettaljata dwar kif tinkiseb l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. Dokument ta' gwida għall-applikazzjoni li jiddeskrivi u jispjega r-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq u li jelenka d-dokumenti rikjesti għandu jkun disponibbli għall-applikanti mingħajr ħlas. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija fit-tixrid ta' din l-informazzjoni.

L-Aġenzija għandha tipprovdi gwida ddettaljata dwar kif tinkiseb l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. Dokument ta' gwida għall-applikazzjoni li jiddeskrivi u jispjega r-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq u li jelenka d-dokumenti rikjesti għandu jkun disponibbli għall-applikanti mingħajr ħlas. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija fit-tixrid ta' din l-informazzjoni.

 

Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni u mhux aktar tard minn sentejn mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, għandha tistabbilixi regoli dettaljati għall-proċedura ta' awtorizzazzjoni, li jkunu jinkludu:

 

(a) linji gwida għall-applikanti li jkunu jiddeskrivu u jfissru r-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid ta' vettura fis-suq u l-elenkar tad-dokumenti rikjesti;

 

(b) il-formalitajiet proċedurali għall-proċedura ta' awtorizzazzjoni, bħalma huma l-kontenut u l-ħin permess għal kull stadju tal-proċess;

 

(c) il-kriterji ta' valutazzjoni għall-fajls tal-applikazzjoni;

 

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Aġenzija tista' toħroġ awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq ta' serje ta' vetturi. Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Istati Membri kollha.

6. L-Aġenzija tista' toħroġ awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq ta' serje ta' vetturi. Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Istati Membri kollha fir-rigward tal-'kummerċjalizzazzjoni' u fil-qasam ta' applikazzjoni rilevanti deskritt fil-paragrafu 1a għal 'użu'.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Fil-każ ta' rispons negattiv mill-Aġenzija, l-applikant jista' jitlobha tirrikonsidra d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mir-riċevuta tar-rispons negattiv. L-Aġenzija għandha xahar biex tikkonferma jew tibdel id-deċiżjoni tagħha mid-data tar-riċevuta tat-talba.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 8 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Fil-każ ta' tiġdid jew ta' mmodernizzar ta' vetturi eżistenti li diġà għandhom awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq:

8. Fil-każ ta' tiġdid sostanzjali jew ta' mmodernizzar ta' vetturi eżistenti li diġà għandhom awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, meta l-istandard tas-sigurtà tas-sottosistema involuta jaf jintlaqat negattivament mix-xogħol ippjanat, jew jekk ikun meħtieġ mit-TSIs rilevanti.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. Fil-każijiet kollha, l-awtorizzazzjoni jkollha l-istess validità, mingħajr ħtieġa li jkun hemm l-espansjoni tal-ambitu tagħha ta' applikazzjoni, għall-vetturi kollha li jiċċirkolaw fl-Istati Membri ġirien b'karatteristiċi simili ta' netwerk, fejn l-istazzjonijiet ikunu qrib il-fruntiera, wara konsultazzjoni minn qabel mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. Din il-konsultazzjoni tista' ssir fuq bażi ta' każ b'każ, jew tiġi ddelineata fi ftehim transfruntier bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 9 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq talba tal-applikant, l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tinkludi indikazzjoni ċara tan-netwerks jew linji jew gruppi ta' netwerks jew linji meta l-impriża ferrovjarja tista' tqiegħed tali vettura fis-servizz mingħajr aktar verifiki, kontrolli jew testijiet li jikkonċernaw il-kompatibilità teknika bejn il-vettura u dawn in-netwerks jew linji. F'dak il-każ, fit-talba tiegħu l-applikant għandu jinkludi l-prova tal-kompatibilità teknika tal-vettura man-netwerks jew linji kkonċernati.

L-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tinkludi indikazzjoni ċara tan-netwerks jew linji jew gruppi ta' netwerks jew linji meta l-impriża ferrovjarja tista' tqiegħed tali vettura fis-servizz mingħajr aktar verifiki, kontrolli jew testijiet li jikkonċernaw il-kompatibilità teknika bejn il-vettura u dawn in-netwerks jew linji. Din l-indikazzjoni tista' tkun estiża għal netwerks jew linji oħrajn fuq talba tal-applikant oriġinali jew ieħor, wara li tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni rilevanti għat-tqegħid fis-suq.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafi 1a (ġdid) u 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-impriża ferrovjarja tista' twettaq testijiet b'koperazzjoni mal-maniġer tal-infrastruttura.

 

Il-maniġer tal-infrastruttura, flimkien mal-applikant, jagħmel kull sforz biex jiżgura li t-testijiet isiru fi żmien tliet xhur mir-riċevuta tat-talba tal-applikant.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-impriża ferrovjarja għandha tikkomunika d-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward tat-tqegħid fis-servizz tal-vetturi lill-Aġenzija, lill-amministratur tal-infrastruttura kif ukoll lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu rrekordjati fir-reġistri nazzjonali tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 43.

2. L-impriża ferrovjarja għandha tikkomunika d-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward tat-tqegħid fis-servizz tal-vetturi lill-Aġenzija, lill-amministratur tal-infrastruttura kif ukoll lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu rrekordjati fir-reġistru tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 43.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fil-każ ta' tiġdid jew immodernizzar tas-sottosistemi eżistenti, se tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta' verifika ġdida 'KE' kif stabbilit fl-Artikolu 15(4). Minbarra dan, deċiżjoni ġdida li tittieħed mill-impriża ferrovjarja għat-tqegħid fis-servizz ta' dawn il-vetturi għandha tkun rikjesta meta:

imħassar

(n) il-livell ġenerali ta' sikurezza tas-sottosistema kkonċernata jista' jiġi affettwat ħażin mix-xogħlijiet previsti; jew

 

(o) din tkun meħtieġa mit-TSIs rilevanti.

 

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kwalunkwe vettura li titqiegħed fis-servizz fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għandu jkollha numru Ewropew tal-vettura (EVN) assenjat lilha mill-awtorità nazzjonali kompetenti tas-sikurezza għat-territorju rilevanti qabel ma l-vettura titqiegħed għall-ewwel darba fis-servizz.

1. Kwalunkwe vettura li tqiegħdet fis-servizz fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għandu jkollha numru Ewropew tal-vettura (EVN) assenjat lilha mill-Aġenzija meta tkun qed tinħareġ l-awtorizzazzjoni.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-impriża ferrovjarja li tħaddem vettura għandha tiżgura li l-vettura tkun immarkata bl-EVN assenjat lilha.

2. Id-detentur tar-reġistrazzjoni jiżgura li l-vettura jkollha n-numru Ewropew tal-vettura t-tajjeb. L-impriża ferrovjarja li topera vettura għandha tivverifika r-reġistrazzjoni tal-vettura.

Ġustifikazzjoni

In-numru tal-vettura Ewropew għandu jinħareġ mill-Aġenzija meta tingħata l-awtorizzazzjoni. L-impriża ferrovjarja ma għandhiex mezzi biex tivverifika li n-numru ta' vettura Ewropew ikun tassew tal-vettura. Id-detentur tar-reġistrazzjoni biss (jiġifieri utent il-vettura jew sidha) ikollu dan it-tagħrif.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Reġistri nazzjonali tal-vetturi

Reġistru Ewropew tal-vetturi

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jżomm reġistru tal-vetturi li jkunu tqiegħdu fis-servizz fit-territorju tiegħu. Dan ir-reġistru għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

1. L-Aġenzija għandha żżomm reġistru tal-vetturi li jkunu tqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni. Dan ir-reġistru għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

 

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għandu jkun miżmum u aġġornat minn korp li jkun indipendenti minn kull impriża ferrovjarja ;

(b) għandu jkun miżmum u aġġornat mill-Aġenzija;

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) għandu jkun aċċessibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u korpi investigattivi indikati fl-Artikoli 16 u 21 tad-Direttiva [.../... dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni] ; għandha wkoll tkun aċċessibbli, bi tweġiba għal kull talba leġittima, għall-korpi regolatorji indikati fl-Artikoli 55 u 56 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea , lill-Aġenzija, lill-impriżi ferrovjarji u lill-amministraturi tal-infrastruttura kif ukoll lil dawk il-persuni/organizzazzjonijiet li jirreġistraw il-vetturi jew li huma identifikati fir-reġistru.

(c) ikun aċċessibbli għall-pubbliku;

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet komuni fir-rigward tal-kontenut, il-format tad-dejta, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod ta' tħaddim, inkluż l-arranġamenti għall-iskambju tad-dejta u r-regoli għall-input tad-dejta u l-konsultazzjoni għar-reġistri tal-vetturi nazzjonali permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet komuni fir-rigward tal-kontenut, il-format tad-dejta, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod ta' tħaddim, inkluż l-arranġamenti għall-iskambju tad-dejta u r-regoli għall-input tad-dejta u l-konsultazzjoni għar-reġistru Ewropew tal-vetturi permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-detentur tar-reġistrazzjoni għandu jiddikjara minnufih kull modifika għad- dejta mdaħħla fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi, id-distruzzjoni ta' vettura jew id-deċiżjoni tiegħu li ma jirreġistrax aktar vettura, lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza ta' kwalunkwe Stat Membru fejn il-vettura tkun tqiegħdet fis-servizz .

3. Id-detentur tar-reġistrazzjoni għandu jiddikjara minnufih kull modifika għad- dejta mdaħħla fir-reġistru Ewropew tal-vetturi, id-distruzzjoni ta' vettura jew id-deċiżjoni tiegħu li ma jirreġistrax aktar vettura, lill-Aġenzija.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi għandhom ikunu inklużi fir-reġistru Ewropew tal-vetturi sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva. Il-Kummissjoni tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-format standard tad-dokumenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Għal kull vettura, ir-reġistru jkun fih mill-anqas it-tagħrif li ġej:

 

(a) in-numru Ewropew tal-vettura;

 

(b) riferimenti għad-dikjarazzjoni KE ta' verifika u għall-aġenzija emittenti;

 

(c) riferimenti għar-reġistru Ewropew tat-tipi awtorizzati ta' vetturi li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 44;

 

(d) identifikazzjoni tal-utent tal-vettura;

 

(e) restrizzjonijiet fuq l-użu tal-vettura;

 

(f) l-entità inkarigata mill-manutenzjoni.

 

L-Aġenzija immedjatament taġġorna r-reġistru dwar il-ħruġ, it-tiġdid, l-emendi, is-sospensjoni jew ir-rexissjoni tal-awtorizzazzjoni għal vettura biex titqiegħed fis-servizz.

Ġustifikazzjoni

Il-kontenut tar-reġistru tal-vetturi Ewropej għandu jkun kjarifikat ħalli jinkludi t-tagħrif marbut mal-vettura, fl-interessi tal-effiċjenza u biex jissodisfa l-ħtiġiet kummerċjali u operazzjonali tal-utenti. Biex ikun ta' użu, jeħtieġ li r-reġistru jkun aġġornat b'ħeffa mill-Aġenzija.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 50 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull tliet snin u għall-ewwel darba tliet snin wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva , il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar biex tinkiseb l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja. Dak ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 u l-applikazzjoni tal-Kapitolu V

1. Kull tliet snin u għall-ewwel darba tliet snin wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva , il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar biex tinkiseb l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja. Dak ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 u l-applikazzjoni tal-Kapitolu V Fuq il-bażi ta' dak li nsab fir-rapport, il-Kummissjoni tipproponi titjib u miżuri għat-tisħiħ tar-rwol tal-Aġenzija fl-implementazzjoni tal-interoperabilità.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 50 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Sentejn wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva u wara l-konsultazzjoni mad-diversi aġenti involuti, il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonament tal-Aġenzija Ewropea u l-progress tagħha fit-twettiq tar-responsabilitajiet il-ġodda tagħha.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/57/KE sa [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

1. L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/57/KE sa [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1, Artikolu 2, Artikolu 7(1) sa (4), Artikolu 11(1), Artikolu 13, Artikolu 14(1) sa (7), Artikolu 15(1) sa (6), Artikoli 17 sa 21, Artikolu 22(3) sa (7), Artikoli 23 sa 36, Artikolu 37(2), Artikolu 38, Artikolu 39, Artikoli 41 sa 43, Artikolu 45(1) sa (5), Artikolu 51, u l-Anness I sa III sa [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ] l-aktar tard . Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva. It-tabelli ta' korrelazzjoni huma meħtieġa sabiex jippermettu lill-atturi kkonċernati jidentifikaw b'mod ċar id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-livell nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1, Artikolu 2, Artikolu 7(1) sa (4), Artikolu 11(1), Artikolu 13, Artikolu 14(1) sa (7), Artikolu 15(1) sa (6), Artikoli 17 sa 21, Artikolu 22(3) sa (7), Artikoli 23 sa 36, Artikolu 37(2), Artikolu 38, Artikolu 39, Artikoli 41 sa 43, Artikolu 45(1) sa (5), Artikolu 51, u l-Anness I sa III sa [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ] l-aktar tard . Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva. It-tabelli ta' korrelazzjoni huma meħtieġa sabiex jippermettu lill-atturi kkonċernati jidentifikaw b'mod ċar id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-livell nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttiva 2008/57/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness IV, il-Parti A, hija mħassra b'effett [sentejn wara d-dħul fis-seħħ] , mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri b'rabta mal-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u tad -Direttivi stabbiliti fl-Anness IV, il-Parti B .

Id-Direttiva 2008/57/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness IV, il-Parti A, hija mħassra b'effett [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ] , mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri b'rabta mal-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u tad -Direttivi stabbiliti fl-Anness IV, il-Parti B .

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikoli 3 sa 10, l-Artikolu 11(2), (3) u (4), l-Artikolu 12, l-Artikolu 16 għandhom japplikaw minn [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

L-Artikoli 3 sa 10, l-Artikolu 11(2), (3) u (4), l-Artikolu 12, l-Artikolu 16 għandhom japplikaw minn [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. MONITORAĠĠ TAL-KOSTIJIET

 

L-analiżi kost-benefiċċju tal-miżuri proposti tqis l-aspetti li ġejjin, fost oħrajn:

 

– il-kost tal-miżura proposta,

 

– il-benefiċċji tal-interoperabilità ta' estensjoni tal-ambitu għal sottokategoriji partikolari ta' netwerks u vetturi,

 

– tnaqqis tal-kostijiet kapitali u tariffi minħabba fl-ekonomiji tal-iskala u utilizzazzjoni aħjar tal-vetturi,

 

– riduzzjoni tal-kostijiet ta' investiment u manutenzjoni/utilizzazzjoni minħabba fil-konkorrenza akbar bejn il-kostrutturi u l-kumpaniji tal-manutenzjoni,

 

– benefiċċji għall-ambjent minħabba fit-titjib tekniku fis-sistema ferrovjarja,

 

– sikurezza akbar fl-użu.

 

Din il-valutazzjoni tindika wkoll l-impatt probabbli għall-operaturi u l-aġenti ekonomiċi kollha involuti, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

PROĊEDURA

Titolu

L-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Tfassil mill-ġdid)

Referenzi

COM(2013)0030 – C7-0027/2013 – 2013/0015(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

7.2.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

7.2.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Marie-Thérèse Sanchez-Schmid

19.2.2013

Data tal-adozzjoni

14.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Francesca Barracciu, Victor Boştinaru, Nikos Chrysogelos, Danuta Maria Hübner, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva Kekuš, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Iosif Matula, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Cornelia Ernst, Catherine Grèze, Karin Kadenbach, Maurice Ponga, Elisabeth Schroedter, Richard Seeber, Patrice Tirolien, Giommaria Uggias, Derek Vaughan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edvard Kožušník

PROĊEDURA

Titolu

L-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Tfassil mill-ġdid)

Referenzi

COM(2013)0030 – C7-0027/2013 – 2013/0015(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.1.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

7.2.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.2.2013

IMCO

7.2.2013

REGI

7.2.2013

JURI

7.2.2013

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

20.2.2013

IMCO

20.2.2013

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Izaskun Bilbao Barandica

14.3.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.7.2013

14.10.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

17.12.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Mike Nattrass, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Patricia van der Kammen, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Bennion, Jean-Jacob Bicep, Spyros Danellis, Zita Gurmai, Alfreds Rubiks, Geoffrey Van Orden, Sabine Wils, Karim Zéribi

Data tat-tressiq

16.1.2014