ABBOZZ TA’ RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja

21.1.2014 - (COM(2013)0029 – C7‑0025/2013 – 2013/0029(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Saïd El Khadraoui


Proċedura : 2013/0029(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0037/2014

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja

(COM(2013)0029 – C7‑0025/2013 – 2013/0029(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0029),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0025/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa skont il-qafas tal-Protokoll Nru. 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mis-Senat ta' Franza, mill-Parlament tal-Litwanja, mill-Kamra tad-Deputati tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Parlament tal-Isvezja, li tasserixxi li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-1 ta' Lulju 2013[1],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Ottubru 2013[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0037/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Tul l-aħħar deċennju, iż-żieda fit-traffiku ta' passiġġieri bil-ferrovija ma kinitx biżżejjed biex jiżdied is-sehem modali tiegħu meta mqabbel mal-karozzi u l-avjazzjoni. Is-sehem modali ta' 6 % ta' trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Unjoni Ewropea baqa' pjuttost stabbli. Is-servizzi ferrovjarji għall-passiġġieri ma żammewx il-pass mal-ħtiġijiet li qegħdin jevolvu f'termini ta' disponibbiltà tal-offerta jew tal-kwalità.

(1) Tul l-aħħar deċennju, in-netwerk tal-awtostrada Ewropew kiber b’27 % filwaqt li n-netwerk ferrovjarju użat naqas bi 2 %. Barra minn hekk, iż-żieda fit-traffiku ta passiġġieri bil-ferrovija ma kinitx biżżejjed biex jiżdied is-sehem modali tiegħu meta mqabbel mal-karozzi u l-avjazzjoni. Is-sehem modali ta 6 % ta trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Unjoni Ewropea baqa pjuttost stabbli u s-servizzi ferrovjarji għall-passiġġieri ma żammewx il-pass mal-ħtiġijiet li qegħdin jevolvu ftermini ta disponibbiltà tal-offerta jew tal-kwalità.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Ir-raġunijiet prinċipali tas-sehem modali mhux suffiċjenti tal-ferroviji fl-Ewropa jinkludu l-kompetizzjoni inġusta fir-rigward tal-mezzi l-oħra tat-trasport, fin-nuqqas ta’ rieda politika li jiġi żviluppat it-trasport ferrovjarju u fil-livell dgħajjef ta' investimenti fin-netwerks ferrovjarji.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Għandha ssir valutazzjoni tal-effetti prattiċi tad-dispożizzjonijiet ta' dawk id-Direttivi f'termini ta' kontroll tal-kwalità tas-servizzi fornuti abbażi ta' fatti speċifiċi, tal-livell ta' offerti u ta' rati ta' użu, spejjeż u tariffi.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li ssir analiżi dettaljata tal-konsegwenzi tal-liberalizzazzjoni fl-Ewropa, b'enfasi fuq l-eżiti ekonomiċi, soċjali u ambjentali.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) L-istabbiliment ta' Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, jeħtieġ li l-leġiżlazzjoni rilevanti tiġi applikata b'effikaċja u bis-sħiħ fl-Istati Membri kollha fi żmien l-iskadenzi stabbiliti. B'kunsiderazzjoni tan-nuqqasijiet identifikati fis-settur, l-Istati Membri għandhom isegwu mill-qrib l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 2c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c) Bosta studji u kwestjonarji juru li f'dawk l-Istati Membri, bħall-Isvezja u r-Renju Unit, li fetħu s-swieq tagħhom għat-trasport domestiku tal-passiġġieri, kien hemm tkabbir fis-suq ferrovjarju kif ukoll rata akbar ta' sodisfazzjon mill-passiġġieri u l-persunal.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea b'regoli komuni dwar il-governanza ta’ impriżi ferrovjarji u amministraturi tal-infrastruttura, dwar il-finanzjament tal-infrastruttura u t-tariffi, dwar kundizzjonijiet ta' aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi ferrovjarji, u dwar sorveljanza regolatorja tas-suq ferrovjarju. B'dawn l-elementi kollha fis-seħħ, issa huwa possibbli li jitlesta l-ftuħ tas-suq ferrovjarju tal-Unjoni, u li l-governanza tal-amministraturi tal-infrastruttura tiġi riformata bil-għan li jkun żgurat aċċess ugwali għall-infrastruttura.

(3) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea b'regoli komuni dwar il-governanza ta’ impriżi ferrovjarji u amministraturi tal-infrastruttura, dwar il-finanzjament tal-infrastruttura u t-tariffi, dwar kundizzjonijiet ta' aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi ferrovjarji, u dwar sorveljanza regolatorja tas-suq ferrovjarju. B'dawn l-elementi kollha fis-seħħ, issa huwa possibbli li jitlesta l-ftuħ tas-suq ferrovjarju tal-Unjoni, u li l-governanza tal-amministraturi tal-infrastruttura tiġi riformata bil-għan li jkun żgurat aċċess ugwali għall-infrastruttura sabiex titjieb il-kwalità tas-servizzi ferrovjarji madwar l-Unjoni filwaqt li jiġu salvagwardjati l-istandards soċjali u l-kundizzjonijiet ta' impjieg.

_________________

_________________

8 ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32.

8 ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) L-ikkompletar tal-ftuħ tas-suq ferrovjarju tal-Unjoni għandu jitqies bħala essenzjali biex il-ferrovija ssir alternattiva kredibbli għal modi oħra tat-trasport, f'termini ta' prezz u kwalità.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Id-Direttiva 2012/34/UE tirrikjedi li l-Kummissjoni tipproponi, fejn xieraq, miżuri leġiżlattivi fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri, u tiżviluppa kundizzjonijiet xierqa biex tiżgura aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura, filwaqt li tibni fuq ir-rekwiżiti eżistenti ta' separazzjoni bejn il-ġestjoni tal-infrastruttura u l-operazzjonijiet ta' trasport.

(4) Id-Direttiva 2012/34/UE tirrikjedi li l-Kummissjoni tipproponi, fejn xieraq, miżuri leġiżlattivi fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri, u tiżviluppa kundizzjonijiet xierqa biex tiżgura l-iktar aċċess kosteffikaċi u nondiskriminatorju għall-infrastruttura inkluż infrastruttura tal-bejgħ b'sid eżistenti, filwaqt li tibni fuq ir-rekwiżiti eżistenti ta' separazzjoni bejn il-ġestjoni tal-infrastruttura u l-operazzjonijiet ta' trasport.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex effiċjenti għal utenti ġodda bi ftit ferroviji biss kuljum li jistabbilixxu uffiċċji tal-biljetti u magni tal-biljetti għalihom waħedhom u li jiswew flejjes kbar – b’rati kummerċjali deċiżi mis-sid tal-istazzjon, li jista’ jkun l-kumpanija azzjonarja tal-operatur ferrovjarju preeżistenti.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Il-ftuħ tas-suq għat-trasport domestiku tal-passiġġieri se jkollu impatt pożittiv fuq il-ħidma tas-suq ferrovjarju Ewropew; dan għandu jwassal għal flessibilità akbar u għal aktar possibilitajiet għall-kumpaniji u għall-passiġġieri. Il-persunal ferrovjarju għandu jibbenefika ukoll minn dan il-ftuħ, peress li jtejjeb il-possibilità li joffri s-servizzi tiegħu lil operaturi ġodda tas-suq. Ħaddiema b'esperjenza jistgħu joffru valur miżjud lill-operaturi ġodda li jwasslu għal kundizzjonijiet ta' impjieg aħjar.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) L-Istati Membri huma responsabbli għall-organizzazzjoni tas-swieq tax-xogħol tagħhom għall-persunal ferrovjarju. Madankollu għandhom jiżguraw li l-mod li bih jiġi organizzat is-suq tax-xogħol ma jkunx ta' ħsara għall-kwalità tas-servizz. Id-dritt tal-Unjoni diġà jipprovdi qafas ċar għall-protezzjoni tal-ħaddiema ferrovjarji.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Koordinazzjoni aħjar bejn l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandha tiġi żgurata permezz tal-istabbiliment ta' kumitat ta' koordinazzjoni, sabiex jinkiseb ġestjoni u użu effiċjenti tal-infrastruttura.

(5) Koordinazzjoni aħjar bejn l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandha tiġi żgurata permezz tal-istabbiliment ta' kumitat ta' koordinazzjoni, sabiex jinkiseb ġestjoni u użu effiċjenti tal-infrastruttura. B'żieda ma' dan, sabiex tiġi żgurata t-tmexxija bla xkiel tal-operazzjonijiet fil-ġestjoni ta’ kuljum tan-netwerk, l-amministratur tal-infrastruttura fil-livell tal-kontroll tat-traffiku għandu jikkoordina mal-impriżi ferrovjarji, mingħajr ma jikkomprometti l-indipendenza u r-responsabbiltà tiegħu rigward il-ġestjoni tan-netwerk jew tar-regoli eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Il-kooperazzjoni fil-livell tekniku bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandha tittejjeb sabiex tissaħħaħ il-ġestjoni effiċjenti tan-netwerk. Dan għandu jsir mingħajr ma jiġu kompromessi l-indipendenza u r-rwol tal-amministratur tal-infrastruttura.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Sabiex ikun hemm kompetizzjoni suffiċjenti u ġusta fiż-Żona Ferrovjarja Ewropea, hemm bżonn li mhux biss ikun żgurat l-aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura, iżda li jkunu integrati ukoll in-netwerks ferrovjarji nazzjonali, u jissaħħu l-korpi regolatorji. Dan it-tisħiħ għandu jieħu s-sura ta' estensjoni ta' setgħat tal-korpi regolatorji kompetenti u ta' żvilupp ta' korpi regolatorji li fil-futur isiru operaturi ewlenin fir-regolamentazzjoni tas-suq tat-trasport ferrovjarju fl-Unjoni.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) L-amministratur tal-infrastruttura, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet rilevanti kollha kif stupulat minn din id-Direttiva, għandu l-obbligu li juża l-kompetenzi tiegħu biex kontinwament itejjeb l-effikaċja tal-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja bil-għan li l-utenti jiġu offruti servizzi ta' kwalità għolja.

Ġustifikazzjoni

L-amministratur tal-infrastruttura jikseb kompetenzi permezz tat-tibdil propost mill-Kummissjoni, tal-Artikolu 3.2. Għandu juża dawk il-kompetenzi fl-ispirtu li jipprovdi servizzi ta’ kwalità għolja lill-utenti, l-impriżi ferrovjarji u l-passiġġieri tagħhom. L-amministraturi tal-infrastruttura fl-UE kollha għandhom jaqsmu l-istess "stqarrija tal-missjoni".

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Kwistjonijiet transfruntiera għandhom jiġu indirizzati b'mod effiċjenti bejn l-amministraturi tal-infrastruttura tal-Istati Membri differenti, permezz tat-twaqqif ta' netwerk Ewropew ta' amministraturi tal-infrastruttura.

(7) Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Istati Membri fir-rigward tal-ippjanar u tal-finanzjament tal-infrastruttura, kwistjonijiet transfruntiera bħat-tariffi ta' aċċess għall-binarji għandhom jiġu indirizzati b'mod effiċjenti bejn l-amministraturi tal-infrastruttura tal-Istati Membri differenti, permezz tat-twaqqif ta' netwerk Ewropew ta' amministraturi tal-infrastruttura.

Ġustifikazzjoni

It-twettiq ta' sforzi komuni għall-unifikazzjoni tas-setgħat u tad-doveri tal-amministraturi tal-infrastruttura m’għandhomx imorru kontra l-intervent tal-Istati Membri fl-ippjanar u l-finanzjament tal-infrastruttura.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Biex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-infrastruttura, għandu jitneħħa kwalunkwe kunflitt ta' interess li jirriżulta minn strutturi integrati, inklużi l-ġestjoni tal-infrastruttura u l-attivitajiet ta' trasport. It-tneħħija tal-inċentivi sabiex issir diskriminazzjoni kontra l-kompetituri hija l-uniku mod kif ikun iggarantit aċċess ugwali għall-infrastruttura ferrovjarja. Huwa rekwiżit għall-ftuħ b'suċċess suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri. Din għandha tneħħi wkoll il-potenzjal għas-sussidjar reċiproku li jeżisti fi strutturi integrati bħal dawn, u li jwassal ukoll għal tagħwiġ tas-suq.

(8) Biex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-infrastruttura, l-istrutturi integrati għandhom jissawru b'tali mod li ma jkunx hemm kunflitti tal-interess bejn il-ġestjoni tal-infrastruttura u l-attivitajiet ta' trasport. It-tneħħija tal-inċentivi potenzjali sabiex issir diskriminazzjoni kontra l-kompetituri hija l-uniku mod kif ikun iggarantit aċċess ugwali għall-infrastruttura ferrovjarja. Huwa rekwiżit għall-ftuħ b'suċċess suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri. Din għandha tneħħi wkoll il-potenzjal għas-sussidjar reċiproku li jeżisti fi strutturi integrati bħal dawn, u li jwassal ukoll għal tagħwiġ tas-suq, kif ukoll l-arranġamenti fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-persunal u ta' benefiċċji oħra li jistgħu jwasslu għal trattament preferenzjali meta mqabbel mal-kompetituri.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Ir-rekwiżiti eżistenti għall-indipendenza tal-amministraturi tal-infrastruttura minn impriżi tat-trasport ferrovjarju, kif stabbilit fid-Direttiva 2012/34/UE, ikopru biss il-funzjonijiet essenzjali tal-amministratur tal-infrastruttura, li huma t-teħid tad-deċiżjonijiet fuq l-allokazzjoni tal-mogħdija tal-ferrovija u t-teħid tad-deċiżjonijiet fuq it-tibdil tal-infrastruttura. Madankollu huwa neċessarju li l-funzjonijiet kollha jiġu eżerċitati b’mod indipendenti, minħabba li funzjonijiet oħrajn jistgħu jintużaw bl-istess mod sabiex jiddiskriminaw kontra kompetituri. Dan huwa tabilħaqq minnu għal deċiżjonijiet fuq l-investimenti jew fuq il-manutenzjoni li jistgħu jsiru sabiex jiffavorixxu l-partijiet tan-netwerk li huma użati prinċipalment mill-operaturi tat-trasport tal-impriża integrata. Deċiżjonijiet fuq l-ippjanar tax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni jistgħu jinfluwenzaw id-disponibbiltà tal-mogħdijiet tal-ferrovija għall-kompetituri.

(9) Ir-rekwiżiti eżistenti għall-indipendenza tal-amministraturi tal-infrastruttura minn impriżi tat-trasport ferrovjarju, kif stabbilit fid-Direttiva 2012/34/UE, ikopru biss il-funzjonijiet essenzjali tal-amministratur tal-infrastruttura, li huma t-teħid tad-deċiżjonijiet fuq l-allokazzjoni tal-mogħdija tal-ferrovija u t-teħid tad-deċiżjonijiet fuq it-tibdil tal-infrastruttura. Madankollu huwa neċessarju li l-funzjonijiet kollha jiġu eżerċitati b’mod indipendenti, minħabba li funzjonijiet oħrajn jistgħu jintużaw bl-istess mod sabiex jiddiskriminaw kontra kompetituri. Dan huwa tabilħaqq minnu għal deċiżjonijiet dwar l-aċċess għal servizzi ta' ħruġ ta' biljetti, stazzjonijiet u mħażen, fuq l-investimenti jew fuq il-manutenzjoni li jistgħu jsiru sabiex jiffavorixxu l-partijiet tan-netwerk li huma użati prinċipalment mill-operaturi tat-trasport tal-impriża integrata. Deċiżjonijiet fuq l-ippjanar tax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni jistgħu jinfluwenzaw id-disponibbiltà tal-mogħdijiet tal-ferrovija għall-kompetituri.

Ġustifikazzjoni

L-aċċess inġust għal uffiċċji tal-biljetti, stazzjonijiet u mħażen tal-manutenzjoni huma wkoll kawżi ta’ diskriminazzjoni

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Minkejja l-implimentazzjoni tas-salvagwardji stipulati fid-Direttiva 2013/34/UE, li jiggarantixxu l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura, l-impriżi integrati vertikalment jistgħu jużaw l-istruttura tagħhom biex jipprovdu vantaġġi kompetittivi mhux xierqa favur l-operaturi ferrovjarji li jappartjenu għal tali impriżi.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jintalbu li jiżguraw li l-istess persuna jew persuni ġuridiċi jew fiżiċi ma jkunux intitolati jeżerċitaw kontroll fuq amministratur tal-infrastruttura u, fl-istess ħin, jeżerċitaw kontroll jew xi dritt fuq l-impriża ferrovjarja. Min-naħa l-oħra, il-kontroll fuq impriża ferrovjarja għandu jipprekludi l-possibbiltà li jiġi eżerċitat kontroll jew kwalunkwe dritt fuq amministratur ta’ infrastruttura.

(11) Din id-Direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi kompetizzjoni ħielsa u ġusta bejn l-impriżi ferrovjarji kollha, u għaldaqstant teskludi lill-impriża ferrovjarja milli tikkonserva mudell integrat vertikalment, kif definit fl-Artikolu 3.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) It-titjib tas-sikurezza ferrovjarja għandu jingħata kunsiderazzjoni serja tul il-proċess ta' ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija, partikolarment fir-rigward tar-riforma tal-istrutturi integrati li hemm attwalment fis-seħħ, sabiex ikun evitat il-ħolqien ta' ostakli amministrattivi addizzjonali nkluż il-manutenzjoni u t-titjib tas-sikurezza.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Filwaqt li titqies l-eteroġeneità tan-netwerks f’termini tad-daqs u d-densità tagħhom u l-varjetà tal-istrutturi organizzattivi tal-awtoritajiet nazzjonali u lokali jew reġjonali u l-esperjenzi rispettivi tagħhom tal-proċess tal-ftuħ tas-suq, kull Stat Membru għandu jkollu flessibbiltà biżżejjed sabiex jorganizza n-netwerk tiegħu b’tali mod li tkun tista’ tinkiseb taħlita ta’ servizzi ta’ aċċess miftuħ u servizzi mwettqa taħt kuntratti ta’ servizz pubbliku sabiex tiġi żgurata kwalità għolja tas-servizzi aċċessibbli faċilment għall-passiġġieri kollha; Wara l-għażla tal-kuntratti tas-servizz pubbliku li għalihom għandhom jinħarġu offerti, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi skont il-każ liema mekkaniżmi ta' salvagwardja għandhom jiġu introdotti għal kull servizz jekk il-proċess ta' ħruġ tal-offerti ma jitlestiex b'suċċess. Tali mekkaniżmi ma għandhom bl-ebda mod jipprevedu l-kontribuzzjonijiet addizzjonali għall-impriżi ferrovjarji li ser jimmaniġġjaw dawk is-servizzi.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-għoti tad-dritt ta' aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja fl-Istati Membri kollha lill-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni sabiex joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri jista' jkollu implikazzjonijiet għall-organizzazzjoni u l-finanzjament ta' servizzi ferrovjarji għall-passiġġieri pprovduti b'kuntratt ta’ servizz pubbliku. L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jillimitaw tali dritt ta' aċċess f'każ li dan ikun jixħet f'riskju l-ekwilibriju ekonomiku ta' dawk il-kuntratti ta’ servizz pubbliku u meta tkun ingħatat approvazzjoni mill-korp regolatorju relevanti.

(14) L-għoti tad-dritt ta' aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja fl-Istati Membri kollha lill-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni sabiex joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri jista' jkollu implikazzjonijiet għall-organizzazzjoni u l-finanzjament ta' servizzi ferrovjarji għall-passiġġieri pprovduti b'kuntratt ta’ servizz pubbliku. L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jillimitaw tali dritt ta aċċess fkaż li dan ikun jixħet friskju l-ekwilibriju ekonomiku ta dawk il-kuntratti ta’ servizz pubbliku jew il-kwalità tas-servizz li joffru u meta tkun ingħatat approvazzjoni mill-korp regolatorju relevanti.

Ġustifikazzjoni

Il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku m’għandux ikun l-uniku kriterju. Filfatt, għandhom jitqiesu wkoll l-impatti fuq il-kwalità tas-servizzi provduti, bħall-puntwalità, iż-żamma tal-konnessjonijiet, in-numru ta’ waqfiet u l-frekwenza tal-ferroviji.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-korpi regolatorji għandhom jivvalutaw l-impatt ekonomiku potenzjali ta' servizzi domestiċi għall-passiġġieri pprovduti skont kundizzjonijiet ta' aċċess miftuħ b'kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti wara li ssir talba mill-partijiet interessati u abbażi ta' analiżi ekonomika oġġettiva.

(15) Fuq inizjattiva tagħhom stess jew b'segwitu ta' talba magħmula mill-partijiet interessati, il-korpi regolatorji għandhom jivvalutaw, abbażi ta' analiżi eknomika oġġettiva, l-impatt ekonomiku potenzjali ta' servizzi domestiċi għall-passiġġieri pprovduti skont kundizzjonijiet ta' aċċess miftuħ b'kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi skoperta l-aqwa taħlita ta’ servizzi domestiċi għall-passiġġieri pprovduti taħt kundizzjonijiet ta’ aċċess miftuħ u fuq il-bażi ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti, il-valutazzjoni mill-korpi regolatorji ma tistax issir fuq il-bażi ta’ talba minn qabel biss.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Meta jiġi vvalutat jekk l-ekwilibriju ekonomiku tal-kuntratt ta' servizz pubbliku jkunx se jiġi kompromess, il-korpi regolatorji għandhom iqisu l-impatt ekonomiku tas-servizz maħsub fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti filwaqt li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impatt tiegħu fuq il-profitabbiltà ta' kwalunkwe servizz, inkluż f'kuntratti ta’ servizz pubbliku bħal dawn, u l-konsegwenzi għall-kost nett għall-awtorità pubblika kompetenti li tat il-kuntratti. Biex issir din il-valutazzjoni, għandhom jiġu eżaminati fatturi bħad-domanda mill-passiġġieri, il-prezzijiet tal-biljetti, l-arranġamenti għall-biljetti, il-post u n-numru ta' waqfiet, u l-iskedar u l-frekwenza tas-servizz ġdid propost.

(18) Meta jiġi vvalutat jekk l-ekwilibriju ekonomiku tal-kuntratt ta' servizz pubbliku jkunx se jiġi kompromess, il-korpi regolatorji għandhom iqisu l-impatt ekonomiku u soċjali tas-servizz maħsub fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti filwaqt li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impatt tiegħu fuq il-profitabbiltà ta' kwalunkwe servizz, inkluż f'kuntratti ta’ servizz pubbliku bħal dawn, u l-konsegwenzi għat-tisħiħ tal-politika ta' koeżjoni fil-qasam ikkonċernat u għall-kost nett għall-awtorità pubblika kompetenti li tat il-kuntratti. Biex issir din il-valutazzjoni, għandhom jiġu eżaminati fatturi bħad-domanda mill-passiġġieri, il-prezzijiet tal-biljetti, l-arranġamenti għall-biljetti, il-post u n-numru ta' waqfiet, u l-iskedar u l-frekwenza tas-servizz ġdid propost.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjonijiet tal-politika soċjali u ta’ koeżjoni għandhom jiġu kkunsidrati b’mod obbligatorju mill-korp regolatorju.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Sabiex ikun iddeterminat jekk il-kwalità tas-servizz ipprovdut skont kuntratt ta' servizz pubbliku huwiex affettwat minn servizz b'aċċess ħieles fuq l-istess netwerk, il-korpi regulatorji għandhom iqisu, b'mod partikolari, l-effetti fuq in-netwerk, iż-żamma tal-konnessjonijiet u l-puntwalità tas-servizzi pprovduti skont kuntratt ta' servizz pubbliku.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex is-servizzi ferrovjarji jsiru iktar attraenti għall-passiġġieri, l-Istati Membri għandhom ikunu f’pożizzjoni li jitolbu lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri sabiex jieħdu sehem fi skema integrata komuni ta' tagħrif u ta’ bejgħ ta' biljetti għall-provvista ta' biljetti normali, biljetti li jinkludu t-trażbord, u riżervazzjonijiet. Jekk tiġi stabbilita skema bħal din, għandu jiġi żgurat li ma toħloqx tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji.

(19) Sabiex is-servizzi ferrovjarji jsiru iktar attraenti għall-passiġġieri, l-Istati Membri għandhom jitolbu lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri sabiex jieħdu sehem fi skema integrata komuni ta tagħrif u ta’ bejgħ ta biljetti għall-provvista ta biljetti normali, biljetti li jinkludu t-trażbord, u riżervazzjonijiet. Skema bħal din għandha tiżgura li ma toħloqx tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji.

Ġustifikazzjoni

Kull operatur domestiku tal-passiġġieri għandu jingħaqad ma’ skema tal-biljetti sabiex joffri lill-passiġġieri l-possibbiltà li jixtru l-biljetti għal kwalunkwe servizz ta’ operatur minn kwalunkwe operatur.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Huwa importanti li l-impriżi ferrovjarji jinvolvu ruħhom fl-iżvilupp ta’ skemi integrati ta’ bejgħ ta’ biljetti, b’mod partikolari rigward it-trasport lokali u reġjonali, sabiex it-trasport ferrovjarju jsir iżjed attraenti għall-passiġġieri. Skema bħal din ma għandhiex toħloq tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tikkonċerna l-importanza ta’ skemi ta’ bejgħ ta’ biljetti intermodali, li huma definiti bħala "skemi integrati ta’ bejgħ ta’ biljetti".

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b) Peress li l-pakkett il-ġdid jimmira li jsaħħaħ id-drittijiet tal-passiġġieri, filwaqt li jqis il-moviment liberu bħala pilastru fundamentali tal-Unjoni, għandhom isiru l-isforzi akbar sabiex jiġi żgurat dan id-dritt anke għaċ-ċittadini b’diżabbiltà u b’mobbiltà mnaqqsa. Għalhekk, it-titjib tal-aċċessibbiltà tal-mezzi ta’ trasport u tal-infrastrutturi, hi ta' prijorità. Sabiex jinkiseb dan l-objettiv għandhom jitħeġġu l-kuntatti transfruntiera. Anke rigward l-assistenza mogħtija għal din il-kategorija partikolari ta’ passiġġieri, għandha tiġi standardizzata f’sistema usa. F'dan ir-rigward għandu jitneda proċess ta' konsultazzjoni, bil-parteċipazzjoni tas-sieħba soċjali, il-pubbliku u l-organizzazzjonijiet għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 19c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19c) Fid-dawl tal-esperjenza miksuba permezz tan-netwerk ta’ korpi regolatorji stipulat fl-Artikolu 57 tad-Direttiva 2012/34/UE, il-Kummissjoni għandha tfassal proposta leġiżlattiva li ssaħħaħ in-netwerk ta’ korpi regolatorji, tifformalizza l-proċeduri tiegħu u tagħtih personalità legali, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016. Dak il-korp għandu jkollu funzjoni ta’ superviżjoni u ta’ arbitraġġ li tippermettilu jittratta problemi transkonfinali u internazzjonali u jisma’ appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi regolatorji nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

In-Netwerk Ewropew tal-Korpi Regolatorji għandu jiġi stabbilit u jibda jopera qabel Diċembru 2016.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 19d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19d) Bil-għan li titwettaq iż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, u meta titqies il-kompetizzjoni fis-settur ferrovjarju, il-Kummissjoni tinsab impenjata li tappoġġa u titħeġġeġ b'mod attiv id-djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni sabiex tiżgura li l-ħaddiema ferrovjarji jkunu protetti fuq il-perjodu twil kontra l-effetti mhux mixtieqa tal-ftuħ tas-suq, bħad-dumping soċjali.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 19e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19e) Il-passiġġieri għandu jkollhom aċċess għal skemi ta' biljetti globali li jaħdmu u għal skemi integrati ta' ħruġ ta' biljetti. Tali skemi jagħmlu l-ferroviji mezz ta’ trasport iktar attraenti għan-nies. Skemi ta’ bejgħ ta’ biljetti globali żviluppati mis-settur fl-Istati Membri għandhom ikunu interoperabbli ma’ xulxin sabiex tkun tista’ tinħoloq skema fl-Unjoni kollha li tinkludi l-operaturi kollha tal-passiġġieri ferrovjarji.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 19f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19f) Fid-dawl tal-esperjenza miksuba permezz tan-netwerk ta’ korpi regolatorji stipulat fl-Artikolu 57 tad-Direttiva 2012/34/UE, il-Kummissjoni għandha tfassal proposta leġiżlattiva li ssaħħaħ in-netwerk ta’ korpi regolatorji, tifformalizza l-proċeduri tiegħu u tagħtih personalità legali, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016, fil-ħin għall-ftuħ ta’ servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija. Dak il-korp għandu jkollu funzjoni ta’ superviżjoni u ta’ arbitraġġ li tippermettilu jittratta problemi transkonfinali u internazzjonali u jisma’ appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi regolatorji nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Il-Korp Regolatorju Ewropew għandu jissostitwixxi n-netwerk Ewropew ta’ korpi regolatorji sa Diċembru 2019. Jekk l-għan tal-UE huwa li jiġi żviluppat Suq Uniku Ferrovjarju Ewropew, il-korp regolatorju għandu jkun wieħed Ewropew. Aħna nixtiequ nevitaw li naraw ir-regoli tal-UE applikati u interpretati b’mod differenti f’kull Stat Membru mir-regolaturi nazzjonali, b’mod partikolari f’dawk il-każijiet fejn korp regolatorju nazzjonali ma jkunx qed jaġixxi b’mod effiċjenti, ma jkunx indipendenti u ma jkollux biżżejjed persunal u riżorsi.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 19g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19g) Sabiex jiġi evitat dumping soċjali, impriża ferrovjarja għandha tkun tista' tipprovdi servizzi tat-trasport bil-ferrovija jekk tikkonforma mal-ftehimiet kollettivi rappreżentattivi jew mal-liġijiet nazzjonali li jistipulaw standards fi ħdan l-Istati Membri fejn beħsiebha taġixxi. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għal ħlas ugwali fl-istess post. Il-korp regolatorju kompetenti għandu jimmonitorja l-konformità ma' dan ir-rekwiżit.

Ġustifikazzjoni

Żieda meħtieġa biex tiċċara r-rekwiżit obbligatorju għal kwalunkwe impriża ferrovjarja biex tkun tista’ topera fi Stat Membru.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 19h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19h) Il-korp regolatorju nazzjonali għandu japprova jew jitlob tibdil fl-arranġamenti relatati mat-trasferiment tal-persunal. Dan jista’ jinkludi l-applikazzjoni ta’ perjodu biex wieħed jerġa’ jaħsibha (cooling-off period) għal persunal li għandu jkun trasferit. Il-korp regolatorju, meta jieħu d-deċiżjoni tiegħu, għandu jkollu l-għan li jevita t-trasferiment ta’ informazzjoni sensittiva mill-amministratur tal-infrastruttura għal entità oħra fl-impriża integrata.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 19i (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19i) Il-ftuħ tas-suq ma għandux jiddetermina konsegwenzi negattivi għall-kondizzjonijiet tax-xogħol u soċjali tal-ħaddiema tas-settur ferrovjarju. Il-klawżoli soċjali rilevanti jridu jkunu rrispettati sabiex ikun evitat kull dumping soċjali u l-kompetizzjoni inġusta minn operaturi ġodda li ma jirrispettawx l-istandards soċjali minimi tas-settur ferrovjarju.

Ġustifikazzjoni

Il-ftuħ tas-suq ma għandux ikollu impatt negattiv fuq il-kondizzjonijiet soċjali u tax-xogħol fis-settur ferrovjarju u għandu jirrispetta l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni soċjali u tas-saħħa.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 19j (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19j) L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu fil-kultura tas-sikurezza tagħhom “kultura ġusta” sabiex jinkoraġġixxu b’mod attiv lill-membri tal-persunal jirrappurtaw aċċidenti marbuta mas-sikurezza, inċċidenti u kolliżjonijiet li jkunu ġew evitati bi ftit mingħajr ma jkunu soġġetti għal kastig jew diskriminazzjoni. Kultura ġusta tippermetti li l-industrija ferrovjarja tieħu tagħlimiet minn aċċidenti, inċidenti u kolliżjonijiet li jiġu evitati bi ftit u b’hekk tittejjeb is-sikurezza fin-netwerk ferrovjarju għall-ħaddiema u l-passiġġieri.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Premessa 19k (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19k) Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-infurzar sħiħ u korrett mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE8a.

 

_________________

 

8a Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE atat-18 ta' Lulju 2005 dwar il-Ftehim bejn il-Komunità tal-Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji (ĠU L 195, 27.7.2005, p.15).

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Premessa 19l (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19l) Fid-dawl tal-iżvilupp taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea u l-ftuħ ulterjuri tas-suq tat-trasport ferrovjarju, l-Istati Membri għandhom jużaw il-ftehimiet kollettivi rappreżentattivi sabiex jevitaw id-dumping soċjali u l-kompetizzjoni inġusta.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Premessa 19m (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19m) Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol għall-persunal abbord il-ferroviji u, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri leġiżlattivi ġodda dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ dan il-persunal.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Premessa 19n (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19n) Il-persunal abbord jifformaw grupp personali fi ħdan is-settur ferrovjarju li jwettaq kompiti relatati mas-sikurezza. Tradizzjonalment iwettaq kompiti ta' sikurezza operattiva fi ħdan is-sistema ferrovjarja u għandhom responsabilità għall-kumdità u s-sikurezza tal-passiġġieri abbord il-ferroviji. Ċertifikazzjoni simili għaċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-lokomottivi hi utli biex ikun żgurat livell għoli ta' kwalifiki u kompetenzi, biex tkun rikonoxxuta r-rilevanza ta' dak il-grupp professjonistiku għas-sikurezza tas-servizzi ferrovjarji iżda ukoll biex tkun iffaċilitata l-mobilità tal-ħaddiema.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Premessa 19o (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19o) Il-korp regolatorju nazzjonali għandu japprova jew jitlob tibdil fl-arranġamenti relatati mat-trasferiment tal-persunal. Dan jista’ jinkludi l-applikazzjoni ta’ perjodu biex wieħed jerġa’ jaħsibha (cooling-off period) għal persunal li għandu jkun trasferit. Il-korp regolatorju, meta jieħu d-deċiżjoni tiegħu, għandu jkollu l-għan li jevita t-trasferiment ta’ informazzjoni sensittiva mill-amministratur tal-infrastruttura għal entità oħra fl-impriża integrata.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jikkooperaw f'każijiet li jikkonċernaw inċidenti jew aċċidenti b'impatt fuq it-traffiku transfuntiera, bil-għan li jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti u b'hekk ikunu evitati effetti kollaterali ħżiena;

Ġustifikazzjoni

Sal-lum l-informazzjoni dwar inċidenti u aċċidenti li jfixklu t-traffiku transkonfinali mhix trażmessa awtomatikament lil netwerks oħra affettwati. L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jikkooperaw biex itejbu l-fluss ta’ informazzjoni f’każijiet bħal dawn.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b) Il-korp regolatorju għandu jkollu kompetenza għall-monitoraġġ tax-xogħolijiet tal-manutenzjoni tal-infrastruttura sabiex ikun żgurat li dawn ma jsirux b'tali mod li jwassal għal diskriminazzjoni bejn l-intrapriżi ferrovjarji.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Premessa 20c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20c) L-amministratur tal-infrastruttura fi ħdan impriża integrata vertikalment għandu jkun kapaċi joffri lill-persunal tiegħu ċerti servizzi soċjali f'binjiet użati minn entitajiet oħra tal-impriża integrata vertikalment.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Premessa 20d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20d) L-amministratur tal-infrastruttura f’impriża integrata vertikalment għandu jitħalla jikkooopera ma’ entitajiet oħrajn tal-impriża integrata vertikalment rigward l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT, suġġett għall-approvazzjoni tal-korp regolatorju.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Premessa 20e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20e) Il-kundizzjonijiet għall offerta tal-biljetti, permezz ta’ biljetti u riservazzjonijiet madwar l-Unjoni kif previst fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 għandhom jitqiesu bħala sodisfatti ladarba l-informazzjoni tal-ivvjaġġar komuni u l-iskema tal-biljetti tiġi stabbilita sat-12 ta’ Diċembru 2020, b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Tikkumplimenta l-emendi għall-Art.   13a rigward l-iskema komuni tal-biljetti.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Premessa 20f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20f) Immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-korp regolatorju għandu jipproduċi linji gwida dwar it-tisħiħ tal-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura. Dawk il-linji gwida għandhom jinkludu regoli li jistipulaw biżżejjed perjodi biex wieħed jerġa’ jaħsibha li tulhom ma jkunux possibbli trasferimenti ta' membri tal-bordijiet ta' superviżjoni u ta' amministrazzjoni u tal-amministraturi li jirrappurtaw direttament lilhom; dwar il-possibilità li wieħed jokkupa karigi simultanji fuq bordijiet ta' entitajiet legali differenti fi ħdan l-impriżi integrati vertikalment; dwar il-possibilità li jkollu interess fi jew jirċievi benefiċċju finanzjarju minn kwalunkwe entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment; u dwar l-elementi abbażi tal-prestazzjoni atr-remunerazzjoni tagħhom, li ma għandhomx jiddependu fuq ir-riżultati kummerċjali jew ta' kwalunkwe entità legali oħra fi ħdan impriża integrata vertikalment. Il-linji gwida għandhom jinkludu ukoll regoli dwar kif għandhom jiġu evitati l-kunflitti ta' interess fil-kuntest tat-trasferimenti ta' membri ta' bord superviżorju jew ta' amministrazzjoni tal-amministratur tal-infrastruttura u jekk ikun xieraq, l-amministraturi li jirrappurtaw lilhom direttament, lil kwalunkwe kariga anzjana ma' entità legali oħra fi ħdan impriża integrata vertikalment, f'binjiet differenti u dwar l-aċċess protett għal sistemi ta' informazzjoni.

 

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Premessa 20g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20g) Skont din id-Direttiva, l-Istati Membri huma liberi biex fi kwalunkwe ħin jagħżlu bejn tipi ta' strutturi differenti għall-amministraturi tal-infrastruttura li jeżistu fi ħdan żona ferrovjarja unika Ewropea, b'mod partikolari impriżi integrati b'mod separat u vertikalment, anke jekk ikunu introduċew tip ta' struttura differenti. Din id-Direttiva tistipula regoli u prinċipji differenti li jiggvernaw l-organizzazzjoni interna ta' dawk l-istrutturi.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Premessa 20h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20h) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-kunċett ta' bord superviżorju, bord amministrattiv, bord ta' ġestjoni jew korpi li jirrappreżentaw l-impriża b'mod legali, għandu jiġi applikat għall-istrutturi tal-kumpaniji eżistenti fl-Istati Membri, filwaqt li jkun evitat kemm jista' jkun il-ħolqien ta' korpi addizzjonali.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2012/34/KE

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Fl-Artikolu 1 għandu jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

 

2a. Din id-Direttiva għandha l-għan li tagħmel it-trasport bil-ferrovija mezz ta’ trasport iktar attraenti għall-pubbliku Ewropew. Hi mfassala biex toħloq skemi ta' informazzjoni u ta' ħruġ ta' biljetti integrati li jiffunzjonaw. Skemi ta’ bejgħ ta’ biljetti globali żviluppati mis-settur fl-Istati Membri għandhom ikunu interoperabbli ma’ xulxin sabiex tkun tista’ tinħoloq skema fl-Unjoni kollha li tinkludi l-operaturi kollha tal-passiġġieri ferrovjarji.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2012/34/KE

Artikolu 1 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Fl-Artikolu 1 għandu jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

 

'2b. L-għan ta’ din id-Direttiva, li huwa li tiġi kompletata ż-żona ferrovjarja unika Ewropea, ser jiġi segwit fuq il-bażi ta’ djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni sabiex ikun żgurat li l-ħaddiema ferrovjarji jkunu protetti b’mod xieraq kontra l-effetti mhux mixtieqa tal-ftuħ tas-suq.'

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt b

Direttiva 2012/34/KE

Artikolu 3 – punt 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Il-punt 5 huwa mħassar;

imħassar

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt ca u cb (ġdid)

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Qed jiżdied il-punt 32 li ġej:

 

'(32) "skema integrata ta’ bejgħ ta’ biljetti" tfisser sistema ta’ bejgħ ta’ biljetti li tippermetti li persuna tagħmel vjaġġ li jinvolvi trasferimenti fi ħdan mezzi tat-trasport differenti jew bejniethom, bħal ferroviji, karozzi tal-linja, il-linji tat-tramm, il-metro, vapuri jew ajruplani;’

 

(cb) Qed jiżdied il-punt 33 li ġej:

 

'(33) "biljett globali" tfisser biljett jew biljetti li jirrapreżentaw kuntratt ta’ trasport konkluż għall-użu ta’ servizzi ferrovjarji suċċessivi mħaddma minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar.’

Ġustifikazzjoni

Jikkumplimenta l-Artikolu 7d(2)(f) u r-rwol tal-kumitat ta’ koordinazzjoni rigward l-iżvilupp ta’ skemi integrati ta’ bejgħ ta’ biljetti proposta fih. Din hija d-definizzjoni użata fir-Regolament 1371/2007. Sabiex ikun hemm ċarezza għandha tiġi inkluża wkoll f’din id-Direttiva li tittratta dwar l-istess suġġett.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt cc (ġdid)

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc) Qed jiżdiedu l-punti 34 u 35:

 

'(34) "bord superviżorju" jfisser kwalunkwe grupp ta' individwi nominati mis-sidien tal-kumpanija għall-promozzjoni tal-interessi tagħhom, li jimmonitorja u jikkontrolla l-ħida tal-eżekuttivi u japprova deċiżjonijiet ta' ġestjoni kummerċjali ewlenin;

 

(35) "il-bord amministrattiv" jfisser kwalunkwe grupp ta' individwi li jikkontrollaw il-funzjonijiet eżekuttivi għall-ġestjoni ta' kuljum tal-kumpanija;

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt cd (ġdid)

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cd) Qed jiżdied il-punt 36 li ġej:

 

'(36) "servizzi għall-passiġġieri ta' veloċità għolja" tfisser servizzi tal-passiġġieri mħaddma fuq binarji ta' veloċità għolja, mibnija apposta għal veloċitajiet li ġeneralment huma ndaqs għal jew akbar minn 250km/h u f'dawk il-veloċitajiet għall-parti l-kbira tal-vjaġġ.';

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-istess persuna ġuridika jew fiżika jew l-istess persuni ġuridiċi jew fiżiċi ma jitħallewx:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-istess persuna ġuridika jew fiżika jew l-istess persuni ġuridiċi jew fiżiċi ma jitħallewx:

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli proposti ta’ separazzjoni stretta se jipprevjenu diversi tipi ta’ kooperazzjoni bejn impriżi ferrovjarji u amministratur tal-infrastruttura li, skont l-esperjenza preċedenti, jistgħu jipprovdu benefiċċji akbar fin-netwerk ferrovjarju fl-Istati Membri tal-UE. Fejn xieraq, amministratur tal-infrastruttura u impriżi ferrovjarji għandhom ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet konġunti li jwasslu għal benefiċċji tan-netwerk sakemm dan isir b’mod trasparenti u nondiskriminatorju. Meta jagħmlu dan, huma se jeżerċitaw influwenza fuq xulxin fir-rigward ta’ oqsma ta’ kooperazzjoni iżda mhux drittijiet “ta’ kontroll”.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Sakemm jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-separazzjoni istituzzjonali tal-amministratur tal-infrastruttura, kif stabbilit fil-paragrafi 1 sa 3, li ma jinħoloq l-ebda kunflitt ta’ interessi u li tiġi garantita l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni sensittiva mil-lat kummerċjali, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-amministratur tal-infrastruttura sabiex jinvolvi ruħu fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni, b’mod trasparenti u nondiskriminatorju, ma applikant wieħed jew iżjed minn wieħed rigward linja speċifika jew parti lokali jew reġjonali tan-netwerk, b’tali mod li l-applikant jingħata inċentiv sabiex iżid l-effiċjenza tal-kooperazzjoni tiegħu rigward il-parti tan-netwerk ikkonċernata. Dawn l-inċentivi għandhom jikkonsistu fi tnaqqis tat-tariffi ta’ aċċess għall-binarji li jikkorrispondu għal tfaddil possibbli fuq l-ispejjeż għall-amministratur tal-infrastruttura bħala riżultat ta’ dik il-kooperazzjoni. Din il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li twassal ġestjoni iżjed effiċjenti tat-tfixkil, ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni jew l-infrstruttura kkonġestjonata, jew ta’ linja jew parti tan-netwerk li jkollhom tendenza għad-dewmien, jew li ttejjeb is-sigurtà. It-tul ta’ żmien tagħha għandu jkun limitat għal massimu ta’ ħames snin. L-aministratur tal-infrastruttura għandu jgħarraf lill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 bil-kooperazzjoni ppjanata. Il-korp regolatorju għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu minn qabel għall-ftehim ta’ kooperazzjoni, jitlob il-modifika tiegħu jew jirrifjutah jekk il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma jintlaħqux. Jista’ jirrikjedi li l-ftehim jiġi modifikat fi kwalunkwe stadju tul it-tul ta’ żmien tal-ftehim. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jgħarraf lill-kumitat ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 7d dwar il-ftehim ta’ kooperazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Amministratur ta’ infrastruttura indipendenti għandu jkollu l-possibbiltà li jinvolvi ruħu fi ftehimiet ma’ impriżi ferrovjarji sabiex itejjeb il-prestazzjoni ta’ linja jew parti speċifika tan-netwerk. Ftehim bħal dan jista’ jirrikjedi l-approvazzjoni tal-korp regolatorju u t-tul ta’ żmien tiegħu għandu jkun limitat.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-amministratur tal-infrastruttura tappartieni għal impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. F'dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-amministratur tal-infrastruttura jwettaq il-funzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(2), u li jkollu indipendenza effettiva organizattiva u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet minn kwalunkwe impriża ferrovjarja skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a sa 7c."

Fejn l-amministratur tal-infrastruttura jappartieni għal impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. F'dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-amministratur tal-infrastruttura jwettaq il-funzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(2), u li jkollu indipendenza effettiva organizattiva u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet minn kwalunkwe impriża ferrovjarja skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a sa 7c."

Ġustifikazzjoni

Fil-futur l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħżlu wkoll bejn separazzjoni tal-amministratur tal-infrastruttura minn impriżi ferrovjarji jew struttura integrata.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikoli 7a, 7b, 7c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7a

Artikolu 7a

Indipendenza effettiva tal-amministratur tal-infrastruttura fi ħdan impriża integrata vertikalment

Indipendenza effettiva tal-amministratur tal-infrastruttura fi ħdan impriża integrata vertikalment

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministratur tal-infrastruttura jkun organizzat f'korp li huwa legalment differenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja jew kumpanija azzjonarja li jikkontrollaw it-tali impriżi, u minn kwalunkwe entità legali oħra fi ħdan impriża integrata vertikalment.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministratur tal-infrastruttura jkun organizzat f'korp li huwa legalment differenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja jew kumpanija azzjonarja li jikkontrollaw it-tali impriżi, u minn kwalunkwe entità legali oħra fi ħdan impriża integrata vertikalment.

2. Entitajiet legali fi ħdan l-impriża integrata vertikalment li huma attivi fis-swieq tas-servizzi ta' trasport ferrovjarju ma għandux ikollhom xi interessi diretti jew indiretti fl-amministratur tal-infrastruttura. L-amministratur tal-infrastruttura wkoll la għandu jkollu interessi b'mod dirett u lanqas b’mod indirett f'xi entità legali fi ħdan l-impriża integrata vertikalment attiva fis-swieq tas-servizzi ta' trasport ferrovjarju.

2. Entitajiet legali fi ħdan l-impriża integrata vertikalment li huma attivi fis-swieq tas-servizzi ta' trasport ferrovjarju ma għandux ikollhom xi interessi fl-amministratur tal-infrastruttura direttament jew indirettament jew permezz tas-sussidjarji. L-amministratur tal-infrastruttura wkoll la għandu jkollu interessi f'xi entità legali fi ħdan l-impriża integrata vertikalment attiva fis-swieq tas-servizzi ta' trasport ferrovjarju kemm direttament, indirettament jew permezz ta' sussidjarji.

3. Id-dħul tal-amministratur tal-infrastruttura ma jistax jintuża biex jiffinanzja entitajiet legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, iżda biex jiffinanzja n-negozju tal-amministratur tal-infrastruttura, u biex iħallsu dividendi lis-sid ulterjuri tal-impriża integrata vertikalment. L-amministratur tal-infrastruttura ma jistax jagħti self lil xi entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, u l-ebda entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment ma tista' tagħti self lill-amministratur tal-infrastruttura. Kwalunkwe servizz offrut minn entitajiet legali oħrajn lill-amministratur tal-infrastruttura għandu jkun ibbażat fuq kuntratti u għandu jitħallas bi prezzijiet tas-suq. Id-dejn attribwit lill-amministratur tal-infrastruttura għandu jkun separat b’mod ċar mid-dejn attribwit lill-entitajiet legali oħrajn fi ħdan impriża integrata vertikalment, u dawn id-djun għandhom jitħallsu separatament. Il-kontijiet tal-amministratur tal-infrastruttura u tal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għandhom jinżammu b'tali mod li jkun żgurat li jiġu ssodisfati dawn id-dispożizzjonijiet u li jippermetti li jkun hemm ċirkwiti finanzjarji separati għall-amministratur tal-infrastruttura fir-rigward tal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment.

3. Id-dħul tal-amministratur tal-infrastruttura ma jistax jintuża biex jiffinanzja entitajiet legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, iżda biex jiffinanzja n-negozju tal-amministratur tal-infrastruttura, u biex iħallsu dividendi lis-sid ulterjuri tal-impriża integrata vertikalment. L-amministratur tal-infrastruttura jista' jagħti self biss lis-sussidjarji tiegħu li jitrattaw l-amministrazzjoni tal-infrastruttura. Fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, self lill-amministratur tal-infrastruttura jista' jingħata biss mill-kumpanija azzjonarja u għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55. Il-kumpanija azzjonarja għandha turi għas-sodisfazzjon tal-korp regolatorju li s-self jingħata skont termini kummerċjali u li tikkonforma mal-Artikolu 6. Il-korp regolatorju għandu jikkontrolla d-diżborż u r-rimborż tas-self, skont l-Artikolu 56(12). Kwalunkwe servizz offrut minn entitajiet legali oħrajn lill-amministratur tal-infrastruttura għandu jkun ibbażat fuq kuntratti u għandu jitħallas bi prezzijiet tas-suq. Id-dejn attribwit lill-amministratur tal-infrastruttura għandu jkun separat b’mod ċar mid-dejn attribwit lill-entitajiet legali oħrajn fi ħdan impriża integrata vertikalment, u dawn id-djun għandhom jitħallsu separatament. Il-kontijiet tal-amministratur tal-infrastruttura u tal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għandhom jinżammu b'tali mod li jkun żgurat li jiġu ssodisfati dawn id-dispożizzjonijiet u li jippermetti li jkun hemm ċirkwiti finanzjarji separati għall-amministratur tal-infrastruttura fir-rigward tal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment.

4. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(4), l-amministratur tal-infrastruttura għandu jiġbor fondi fuq is-swieq kapitali b’mod indipendenti u mhux permezz ta' entitajiet legali oħrajn fi ħdan impriża integrata vertikalment. Entitajiet oħrajn tal-impriża integrata vertikalment ma għandhomx jiġbru fondi permezz tal-amministratur tal-infrastruttura.

4. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(4), l-amministratur tal-infrastruttura jista' jiġbor fondi fuq is-swieq kapitali b’mod indipendenti biss. Entitajiet oħrajn tal-impriża integrata vertikalment ma għandhomx jiġbru fondi permezz tal-amministratur tal-infrastruttura.

5. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jżomm rekords dettaljati ta' kwalunkwe relazzjoni kummerċjali u finanzjarja mal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, u jqegħidhom għad-dispożizzjoni tal-korp regolatorju fuq talba, b'konformità mal-Artikolu 56(12).

5. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jżomm rekords dettaljati ta' kwalunkwe relazzjoni kummerċjali u finanzjarja mal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, u jqegħidhom għad-dispożizzjoni tal-korp regolatorju fuq talba, b'konformità mal-Artikolu 56(12).

Artikolu 7b

Artikolu 7b

Indipendenza effettiva tal-persunal u tal-maniġment tal-amministratur tal-infrastruttura fi ħdan impriża integrata vertikalment

Indipendenza effettiva tal-persunal u tal-maniġment tal-amministratur tal-infrastruttura fi ħdan impriża integrata vertikalment

1. Mingħajr ħsara għad-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju skont l-Artikolu 56, l-amministratur tal-infrastruttura jrid ikollu setgħat effettivi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, indipendenti mill-entitajiet legali l-oħra fi ħdan l-impriżi integrata vertikalment, fir-rigward tal-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2). L-istruttura globali tal-amministrazzjoni u l-istatuti korporattivi tal-amministratur tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-ebda entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment ma tiddetermina, b'mod dirett jew indirett, l-imġiba tal-amministratur tal-infrastruttura b'rabta ma' dawn il-funzjonijiet.

1. Mingħajr ħsara għad-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju skont l-Artikolu 56, l-amministratur tal-infrastruttura jrid ikollu setgħat effettivi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, indipendenti mill-entitajiet legali l-oħra fi ħdan l-impriżi integrata vertikalment, fir-rigward tal-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2). L-istruttura globali tal-amministrazzjoni u l-istatuti korporattivi tal-amministratur tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-ebda entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment ma tiddetermina, b'mod dirett jew indirett, l-imġiba tal-amministratur tal-infrastruttura b'rabta ma' dawn il-funzjonijiet. Il-membri tal-bord superviżorju tal-bord tat-tmexxija u tal-amministraturi li jirrapportaw lilhom b'mod dirett, għandhom jaġixxu skont dawn il-prinċipji.

2. Il-membri tal-bord superviżorju jew tat-tmexxija u l-membri tal-persunal superjuri tal-amministratur tal-infrastruttura ma għandhomx ikunu fil-bords superviżorji jew tat-tmexxija, jew ikunu membri tal-persunal superjuri ta' xi entità legali oħra fi ħdan impriża integrata vertikalment.

 

Il-membri tal-bord superviżorju jew dak tat-tmexxija u l-membri tal-persunal superjuri tal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment ma għandhomx ikunu fil-bord superviżorju jew tat-tmexxija jew ikunu membri tal-persunal superjuri tal-amministratur tal-infrastruttura.

 

3. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu Bord Superviżorju magħmul minn rappreżentanti tas-sidien finali tal-impriża integrata vertikalment.

3. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu Bord Superviżorju magħmul minn rappreżentanti tas-sidien finali tal-impriża integrata vertikalment.

Il-Bord Superviżorju jista' jikkonsulta mal-Kumitat tal-Koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 7d dwar kwistjonijiet fil-kompetenza tiegħu.

Il-Bord Superviżorju jista' jikkonsulta mal-Kumitat tal-Koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 7d dwar kwistjonijiet fil-kompetenza tiegħu.

Id-deċiżjonijiet dwar il-ħatra u t-tiġdid, il-kundizzjonijiet tax-xogħol inkluża r-remunerazzjoni, u t-terminazzjoni tal-mandat tal-membri tal-bord tat-tmexxija tal-amministratur tal-infrastruttura għandhom jittieħdu mill-Bord Superviżorju. L-identità u l-kundizzjonijiet li jirregolaw it-tul ta’ żmien u t-terminazzjoni tal-mandat tal-persuni nnominati mill-Korp Superviżorju għall-ħatra jew it-tiġdid bħala membri tal-bord tat-tmexxija tal-amministratur tal-infrastruttura, u r-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni proposta li ttemm il-mandat, għandhom jiġu nnotifikati lill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55. Dawk il-kundizzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom isiru vinkolanti biss jekk il-korp regolatorju jkun approvahom b'mod espliċitu. Il-korp regolatorju jista' joġġezzjona għal deċiżjonijiet bħal dawn meta jfeġġu dubji dwar l-indipendenza professjonali ta' persuna nnominata għall-bord tat-tmexxija jew fil-każ ta' terminazzjoni bikrija tal-mandat ta' membru tal-bord tat-tmexxija tal-amministratur tal-infrastruttura.

Id-deċiżjonijiet dwar il-ħatra u t-tiġdid, il-kundizzjonijiet tax-xogħol inkluża r-remunerazzjoni, u t-terminazzjoni tal-mandat tal-membri tal-bord tat-tmexxija tal-amministratur tal-infrastruttura għandhom jittieħdu mill-Bord Superviżorju. L-identità u l-kundizzjonijiet li jirregolaw it-tul ta’ żmien u t-terminazzjoni tal-mandat tal-persuni nnominati mill-Korp Superviżorju għall-ħatra jew it-tiġdid bħala membri tal-bord tat-tmexxija tal-amministratur tal-infrastruttura, u r-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni proposta li ttemm il-mandat, għandhom jiġu nnotifikati lill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55. Dawk il-kundizzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom isiru vinkolanti biss jekk il-korp regolatorju jkun approvahom b'mod espliċitu. Il-korp regolatorju jista' joġġezzjona għal deċiżjonijiet bħal dawn meta jfeġġu dubji dwar l-indipendenza professjonali ta' persuna nnominata għall-bord tat-tmexxija jew fil-każ ta' terminazzjoni bikrija tal-mandat ta' membru tal-bord tat-tmexxija tal-amministratur tal-infrastruttura.

Id-drittijiet effettivi ta' appell quddiem il-korp regolatorju għandhom jingħataw lill-membri tal-bord tat-tmexxija li jixtiequ jressqu lmenti kontra t-terminazzjoni bikrija tal-mandat tagħhom.

Id-drittijiet effettivi ta' appell quddiem il-korp regolatorju għandhom jingħataw lill-membri tal-bord tat-tmexxija li jixtiequ jressqu lmenti kontra t-terminazzjoni bikrija tal-mandat tagħhom.

4. Għal perjodu ta’ tliet snin wara li jitilqu, l-amministratur tal-infrastruttura, il-membri tal-Bord Superviżorju jew tal-bord tat-tmexxija, u l-membri tal-persunal superjuri tal-amministratur tal-infrastruttura, ma għandhom ikunu intitolati li jkollhom l-ebda pożizzjoni superjuri mal-ebda entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. Għal perjodu ta' tliet snin wara li jitilqu dawk l-entitajiet legali oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, il-membri tal-bordijiet superviżorji jew amministrattivi tagħhom u l-membri tal-persunal superjuri tagħhom ma għandhomx ikunu intitolati li jkollhom kwalunkwe pożizzjoni superjuri mal-amministratur tal-infrastruttura.

 

5. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu l-persunal tiegħu stess u għandu jkun ibbażat f'bini separat mill-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. L-aċċess għall-informazzjoni għandu jkun protett biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura. Regoli interni jew kuntratti tal-persunal għandhom jillimitaw b'mod ċar il-kuntratti mal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għall-komunikazzjonijiet uffiċjali marbutin mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-amministratur tal-infrastruttura li huma eżerċitati wkoll b'rabta ma' impriżi ferrovjarji oħrajn barra l-impriża integrata vertikalment. It-trasferimenti ta' persunal li mhuwiex dak imsemmi fil-punt (c) bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għandhom ikunu possibbli biss jekk ikun jista’ jiġi ggarantit li l-informazzjoni sensittiva ma tintbagħatx bejn entità u oħra.

5. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu l-persunal tiegħu stess. Informazzjoni sensittiva miżmuma mill-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jiġu protetti kif xieraq u ma għandhomx jingħaddu lil entitajiet oħra.

 

L-amministratur tal-infrastruttura jista’ joffri lill-persunal tiegħu servizzi soċjali, bħal dawk ipprovduti fl-iskejjel, il-kindergartens, iċ-ċentri tal-isport u r-ristoranti, f’postijiet użati mill-entitajiet legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. L-amministratur tal-infrastruttura jista’ jikkoopera ma’ entitajiet oħra tal-impriża integrata vertikalment rigward l-iżvilupp tas-sistemi tal-informazzjoni tagħhom.

 

Il-korp regolatorju għandu japprova jew jitlob tibdiliet fl-arranġamenti li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu, bil-għan li jiżgura l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura. Il-korp regolatorju jista’ jitlob li l-impriża integrata tipprovdih bi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa.

6. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet kollha tiegħu b'mod indipendenti mill-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment u ma għandux jitħalla jiddelega lil dawn l-entitajiet legali, l-operazzjoni ta' dawn il-funzjonijiet jew ta’ kwalunkwe attività relatata magħhom.

6. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet kollha tiegħu b'mod indipendenti.

 

Sakemm ma jkunx hemm kunflitt ta' interessi, tgħawwiġ tas-suq jew diskriminazzjoni u jekk tkun żgurata l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali sensittiva, l-amministratur tal-infrastruttura jista' joħroġ sub-appalt għal żvilupp speċifiku, tiġdid jew xogħol ta' manutenzjoni, li dwaru għandu jżomm is-setgħa ta' teħid ta' deċiżjoni, lil impriża ferrovjarja jew lil kwalunkwe korp li jaġixxi taħt is-superviżjoni tal-amministratur tal-infrastruttura.

7. Il-membri tal-bordijiet superviżorji jew tat-tmexxija u l-persunal superjuri tal-amministratur tal-infrastruttura ma għandu jkollhom l-ebda interess f'benefiċċju finanzjarju jew jirċievu xi wieħed, b'mod dirett jew indirett, minn xi entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. Elementi tar-remunerazzjoni tagħhom bbażati fuq il-prestazzjoni ma għandhomx jiddependu fuq ir-riżultati tan-negozju ta' xi entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment jew kwalunkwe entità legali taħt il-kontroll tagħha, iżda b'mod esklussiv fuq dawk tal-amministratur tal-infrastruttura.

 

 

7a L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-korp regolatorju jipproduċi kiinji gwida dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jitwettqu sabiex tissaħħaħ l-indipendenza effikaċi tal-persunal u tat-tmexxija tal-amministratur tal-infrastruttura fi ħdan impriża integrata vertikalment u biex jiżgura li jkun evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess jew żvelar ta' informazzjoni sensittiva. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu obbligatorji fuq l-impriża integrata vertikalment.

Artikolu 7c

Artikolu 7c

Proċedura ta’ verifika tal-konformità

Proċedura ta’ verifika tal-konformità

1. Fuq talba mingħand Stat Membru, jew fuq inizjattiva proprja, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-amministraturi tal-infrastruttura li huma parti minn impriża integrata vertikalment jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7a u l-Artikolu 7b, u jekk l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti humiex xierqa biex jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi ferrovjarji kollha, kif ukoll in-nuqqas ta’ tagħwiġ ta’ kompetizzjoni fis-suq rilevanti.

1. Fuq talba mingħand Stat Membru, jew fuq inizjattiva proprja, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-amministraturi tal-infrastruttura li huma parti minn impriża integrata vertikalment jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7a u l-Artikolu 7b, u jekk l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti humiex xierqa biex jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi ferrovjarji kollha, kif ukoll in-nuqqas ta’ tagħwiġ ta’ kompetizzjoni fis-suq rilevanti.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tirrikjedi t-tagħrif kollu meħtieġ, bi skadenza raġonevoli, mingħand l-Istat Membru fejn hi stabbilita l-impriża integrata vertikalment. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-korp jew korpi kkonċernata u, jekk xieraq, in-netwerk ta' korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 57.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tirrikjedi t-tagħrif kollu meħtieġ, bi skadenza raġonevoli, mingħand l-Istat Membru fejn hi stabbilita l-impriża integrata vertikalment. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-korp jew korpi kkonċernata u, jekk xieraq, in-netwerk ta' korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 57.

3. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-drittijiet ta’ aċċess ipprovduti fl-Artikolu 10 għall-impriżi ferrovjarji li huma parti mill-impriża integrata vertikalment li għaliha tappartieni l-amministratur tal-infrastruttura, jekk il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri li l-ebda talba ma tkun saret skont il-paragrafu 1, jew skont l-eżami tat-talba mill-Kummissjoni, jew jekk tiddeċiedi, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), li:

3. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-drittijiet ta’ aċċess ipprovduti fl-Artikolu 10 għall-impriżi ferrovjarji li huma parti mill-impriża integrata vertikalment li għaliha tappartieni l-amministratur tal-infrastruttura, jekk il-Kummissjoni:

(a) ma tkun saret l-ebda tweġiba xierqa għat-talba ta’ informazzjoni mingħand il-Kummissjoni skont il-paragrafu 2, jew

(a) tinforma lill-Istati Membri li ma tkun saret l-ebda tweġiba xierqa għat-talba ta’ informazzjoni mingħand il-Kummissjoni skont il-paragrafu 2, jew

(b) l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernat ma jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a u 7b, jew

(b) tiddeċiedi, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 60, li l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernat mhux qed iwettaq ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a u 7b, jew

(c) l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a u 7b mhijiex biżżejjed biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi finanzjarji kollha, u n-nuqqas ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni fl-Istati Membri fejn hu stabbilt l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernat.

(c) Tiddeċiedi, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 60 li l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a u 7b mhijiex biżżejjed biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi finanzjarji kollha, u n-nuqqas ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni fl-Istati Membri fejn hu stabbilt l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien raġonevoli.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien raġonevoli u għandha fl-istess ħin tniedi proċedura ta' ksur formali skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kontra l-Istat Membru kkonċernat.

4. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni li tirrevoka d-deċiżjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 3, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), meta dak l-Istat Membru juri, għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni, li r-raġunijiet għal dik id-Deċiżjoni ma għadhomx jeżistu. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien raġonevoli.

4. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni li tirrevoka d-deċiżjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 3, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), meta dak l-Istat Membru juri, għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni, li r-raġunijiet għal dik id-Deċiżjoni ma għadhomx jeżistu. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien raġonevoli.

5. Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 sa 4, il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a u 7b għandha tiġi mmonitorjata mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55. Kwalunkwe applikant għandu jkollu d-dritt li jappella mal-korp regolatorju jekk jemmen li m'hemmx konformità ma' dawn ir-rekwiżiti. Bi tweġiba għal tali appell, il-korp regolatorju għandu jiddeċiedi, bl-iskadenza indikati fl-Artikolu 56(9), dwar il-miżuri kollha meħtieġa biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni.

5. Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 sa 4, il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a u 7b għandha tiġi mmonitorjata mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55. Kwalunkwe applikant għandu jkollu d-dritt li jappella mal-korp regolatorju jekk jemmen li m'hemmx konformità ma' dawn ir-rekwiżiti. Bi tweġiba għal tali appell, il-korp regolatorju għandu jiddeċiedi, bl-iskadenza indikati fl-Artikolu 56(9), dwar il-miżuri kollha meħtieġa biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7d – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jwaqqfu u jorganizzaw Kumitati ta' Koordinazzjoni għal kull netwerk. Is-sħubija ta' dan il-kumitat għandha tkun miftuħa tal-inqas għall-amministratur tal-infrastruttura, l-applikanti magħrufa skont l-Artikolu 8(3) u, fuq talba tagħhom, l-applikanti potenzjali, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, ir-rappreżentanti ta' dawk li jużaw is-servizzi ta' merkanzija u ta' trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u, fejn relevanti, l-awtoritajiet reġjonali u lokali. Ir-rappreżentanti mill-Istati Membri u l-korp regolatorju kkonċernat għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni bħala osservaturi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jwaqqfu u jorganizzaw Kumitati ta' Koordinazzjoni għal kull netwerk. Is-sħubija ta' dan il-kumitat għandha tkun miftuħa għall-amministratur tal-infrastruttura, l-applikanti magħrufa skont l-Artikolu 8(3) u, fuq talba tagħhom, l-applikanti potenzjali, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, ir-rappreżentanti ta' dawk li jużaw is-servizzi ta' merkanzija u ta' trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u, fejn relevanti, l-awtoritajiet reġjonali u lokali inkluż l-awtoritajiet kompetenti. Ir-rappreżentanti mill-Istati Membri u l-korp regolatorju kkonċernat għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni bħala osservaturi.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-proċess għall-allokazzjoni ta' kapaċità tal-infrastruttura, inklużi r-regoli ta' prijorità għall-allokazzjoni tal-kapaċità bejn il-kategoriji differenti ta' dawk li jużaw l-infrastruttura;

(e) il-proċess għall-allokazzjoni ta' kapaċità tal-infrastruttura, inklużi r-regoli ta' prijorità għall-allokazzjoni tal-kapaċità bejn il-kategoriji differenti ta' dawk li jużaw l-infrastruttura; il-prinċipji tal-koordinazzjoni fl-eventwalità ta’ talbiet konfliġġenti għat-tħaddim ta’ servizz ferrovjarju għandhom jiġu rregolati bl-Artikolu 46(4);

Ġustifikazzjoni

Il-Kumitat ta’ Koordinazzjoni għandu jiddiskuti r-regoli ta’ prijorità għall-allokazzjoni tal-kapaċità, inkluż il-każ ta’ talbiet konfliġġenti li hija r-raġuni għalfejn qiegħda ssir referenza għall-Artikolu 46(4). L-amministratur tal-infrastruttura ma jistax, f’każ ta’ talbiet li jikkompetu għal aċċess għall-binarji, jiffavorixxi bla bżonn impriżi ta’ klijenti kbar bi żvantaġġ fuq oħrajn iżgħar.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) Kwistjonijiet iffaċċjati mill-utenti tal-ferroviji għal servizzi ta' ġarr tal-merkanzija u tat-trasport tal-passiġġieri, inkluż il-kwlaità tas-servizz pprovdut, l-ispejjeż ta' infrastruttura u l-livell u t-trasparenza tal-prezzijiet għas-servizz ferrovjarju.

Ġustifikazzjoni

Konsultazzjoni ta' utenti li jużaw is-servizzi ta’ merkanzija u ta’ trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija tipprovdi informazzjoni relevanti lill-Kumitat ta’ Koordinazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tiegħu bħala konsulent għall-amministratur tal-infrastruttura u l-Istat Membru.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kumitat ta' Koordinazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jitlob informazzjoni relevanti mill-amministratur tal-infrastruttura fuq il-punti (a) sa (g) biex ikun jista' jwettaq dawn il-kompiti.

Il-Kumitat ta' Koordinazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jitlob informazzjoni relevanti mill-amministratur tal-infrastruttura fuq il-punti (a) sa (ga) biex ikun jista' jwettaq dawn il-kompiti, mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità kummerċjali.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jiggvernaw l-istabbiliment ta' Kumitat ta’ Koordinazzjoni. L-istabbiliment tal-kumitat ma għandux jirriżulta f’tibdil tas-setgħat ta' valutazzjoni u ta’ deċiżjoni tal-Istati Membri dwar l-infrastruttura ferrovjarja, u lanqas ma għandu jagħmel ħsara għall-prinċipju ta' kunfidenzjalità tan-negozju, kemm għall-amministratur tal-infrastruttura u kemm għall-impriżi ferrovjarji.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7d – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kumitat ta' Koordinazzjoni għandu jfassal ir-regoli tal-proċedura li jinkludu, b’mod partikolari, regoli dwar il-parteċipazzjoni fil-laqgħat u l-frekwenza tagħhom, li għandha tkun tal-inqas trimestrali. Ta’ kull sena, għandu jiġi ppreżentat rapport tad-diskussjonijiet tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni lill-amministratur tal-infrastruttura, l-Istat Membru, il-korp regolatorju kkonċernat u l-Kummissjoni b'indikazzjoni tal-pożizzjonijiet rispettivi meħudin mill-membri tal-Kumitat.

3. Il-Kumitat ta' Koordinazzjoni għandu jfassal ir-regoli tal-proċedura li jinkludu, b’mod partikolari, regoli dwar il-parteċipazzjoni fil-laqgħat u l-frekwenza tagħhom, li għandha tkun tal-inqas trimestrali. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jipprovdu inter alia għal konsultazzjoni regolari, minn tal-inqas darba fis-sena, tal-utenti tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija u tat-trasport tal-passiġġieri u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema tas-settur ferrovjarju. Ta’ kull sena, għandu jiġi ppreżentat rapport tad-diskussjonijiet tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni lill-amministratur tal-infrastruttura, l-Istat Membru, il-korp regolatorju kkonċernat, l-utenti tas-servizzi ferrovjarju tal-merkanzija u tat-trasport tal-passiġġieri u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema tas-settur ferrovjarju kkonċernati u l-Kummissjoni b'indikazzjoni tal-pożizzjonijiet rispettivi meħudin mill-membri tal-Kumitat.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7e – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jieħdu sehem u jikkooperaw f'netwerk biex jiżviluppaw l-infrastruttura ferrovjarja tal-Unjoni, b'mod partikolari biex jiżguraw implimentazzjoni fil-ħin u effiċjenti tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, inklużi l-kurituri ewlenin tan-netwerk, il-kurituri tal-merkanzija bil-ferrovija skont ir-Regolament (UE) Nru 913/201011, u l-pjan ta' skjerament tas-Sistema Ewropea ta’ Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjajru (ERTMS) stabbilit bid-Deċiżjoni 2012/88/UE12.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jieħdu sehem u jikkooperaw f'netwerk biex jiżviluppaw l-infrastruttura ferrovjarja tal-Unjoni u b'mod partikolari biex jiżguraw

 

(i) implimentazzjoni fil-ħin u effiċjenti tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, inklużi l-kurituri ewlenin tan-netwerk, il-kurituri tal-merkanzija bil-ferrovija skont ir-Regolament (UE) Nru 913/201011, u l-pjan ta' skjerament tas-Sistema Ewropea ta’ Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjajru (ERTMS) stabbilit bid-Deċiżjoni 2012/88/UE12 u

 

(ii) l-iffaċilitar ta' servizzi tal-passiġġieri effiċjenti u effikaċi fi ħdan l-Unjoni, inkluż permezz ta' kooperazzjoni transfruntiera biex jingħelbu l-ostakoli burokratiċi.

 

1a. In-netwerk għandu ukoll jiżviluppa prinċipji ta' qafas komuni fir-rigward ta' tariffi għal servizzi transfruntiera tal-passiġġieri li joperaw fuq aktar min-netwerk wieħed kif definit fl-Artikolu 37 u l-allokazzjoni ta' kapaċità kif stipulat fl-Artikolu 40. Dawn il-prinċipji komuni għandhom ikunu soġġetti għall-opinjoni ta' netwerk ta' korpi regolatorji kif imsemmi fl-Artikolu 57.

_________________

_________________

11 ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22.

11 ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22.

12 ĠU L 51, 23.2.2012, p. 51.

12 ĠU L 51, 23.2.2012, p. 51.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta' koordinazzjoni fost l-amministraturi tal-infrastruttura sabiex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġjar transkonfinali.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7e – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-Netwerk għandu jieħu sehem fl-attivitajiet ta' monitoraġġ tas-suq imsemmija fl-Artikolu 15 u għandu jivvaluta b'mod komparattiv l-effiċjenza tal-amministraturi tal-infrastruttura abbażi ta' kriterji ta' indikaturi u l-kwalità komuni, bħall-affidabbiltà, il-kapaċità, id-disponibbiltà, il-puntwalità u s-sikurezza tan-netwerks tagħhom, il-kwalità u l-użu tal-assi, il-manutenzjoni, it-tiġdid, it-titjib, l-investimenti u l-effiċjenza finanzjarja.

2. In-Netwerk għandu jieħu sehem fl-attivitajiet ta' monitoraġġ tas-suq imsemmija fl-Artikolu 15 u għandu jivvaluta b'mod komparattiv l-effiċjenza u l-effikaċja tal-amministraturi tal-infrastruttura abbażi ta' kriterji ta' indikaturi u l-kwalità komuni, bħall-affidabbiltà, il-kapaċità, id-disponibbiltà, il-puntwalità u s-sikurezza tan-netwerks tagħhom, il-kwalità u l-użu tal-assi, il-manutenzjoni, it-tiġdid, it-titjib, l-investimenti, l-effiċjenza finanzjarja u t-trasparenza tat-tqegħid tal-imposti u r-regoli tat-tqegħid tal-imposti.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7e – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu l-prinċipji u l-prattiki komuni tan-Netwerk, b'mod partikulari biex tiżgura konsistenza fil-valutazzjoni komparattiva, u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-kooperazzjoni fin-Netwerk. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta’ att implimentattiv skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3)."

3. Il-Kummissjoni b'kunsiderazzjoni tal-fehmiet espressi min-Netwerk, għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu l-prinċipji u l-prattiki komuni tan-Netwerk, b'mod partikulari biex tiżgura konsistenza fil-valutazzjoni komparattiva, u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-kooperazzjoni fin-Netwerk. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta’ att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60.”

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) qed jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

 

2a. Stat Membru m’għandux ikun meħtieġ li jagħti kwalunkwe dritt ta’ aċċess għall-infrastruttura bil-għan li jiġi operat kwalunkwe tip ta’ servizz għall-impriżi ferrovjarji fejn il-kontroll jappartjeni direttament jew indirettament għal persuna jew persuni minn pajjiż terz jew pajjiżi terzi fejn id-drittijiet ta’ aċċess għall-infrastruttura u l-faċilitajiet tas-servizzi, fuq kundizzjonijiet li huma ta’ natura simili għal dawk speċifikati f’din id-direttiva, ma jingħatawx lil impriżi tal-Unjoni. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, kontroll għandu jkun magħmul minn drittijiet, kuntratti jew kull mezz ieħor li, jew separatament jew flimkien u f’kunsiderazzjoni tal-fatti jew tal-liġi involuta, jagħtu l-possibbiltà ta’ tħaddim ta’ influwenza deċisiva lil xi impriża, b’mod partikolari permezz ta’:

 

(a) is-sieda jew id-dritt għall-użu tal-assi kollha jew ta' parti minnhom tal-impriża kkonċernata;

 

(b) Drittijiet jew kuntratti li jinfluwenzaw b'mod deċiżiv, il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet tal-organi ta' impriża';

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ aċċess għas-suq tal-passiġġieri u tal-merkanzija għal impriżi kkontrollati minn pajjiżi terzi. Huwa neċessarju u ġust li jiġi żgurat li jeżistu kundizzjonijiet ibbilanċjati abbażi tar-reċiproċità. Fin-nuqqas ta’ dawn il-kundizzjonijiet, l-ebda Stat Membru individwali m’għandu jkun meħtieġ li jiftaħ is-suq tiegħu għal impriżi stabbiliti f’pajjiżi terzi jew għal impriżi kkontrollati direttament jew indirettament minn persuni f’pajjiżi terzi. Id-definizzjoni hija meħuda mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt a

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt ta' aċċess stipulat fl-Artikolu 10(2) għal servizzi tal-passiġġieri bejn post ta' tluq partikolari u destinazzjoni fejn kuntratt pubbliku ta' servizzi wieħed jew iktar ikopru l-istess rotta jew rotta alternattiva jekk l-eżerċizzju ta' dan id-dritt jixħet f'riskju l-ekwilibriju ekonomiku ta' kuntratt pubbliku ta' servizz.";

1. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt ta' aċċess stipulat fl-Artikolu 10(2) għal servizzi tal-passiġġieri bejn post ta' tluq partikolari u destinazzjoni fejn kuntratt pubbliku ta' servizzi wieħed jew iktar ikopru l-istess rotta jew rotta alternattiva jekk l-eżerċizzju ta' dan id-dritt jixħet f'riskju l-ekwilibriju ekonomiku ta' kuntratt pubbliku ta' servizz."; Is-servizzi tal-passiġġieri ta' veloċità għolja ma għandhomx ikunu limitati fid-dritt ta' aċċess tagħhom stipulati fl-Artikolu 10(2).

 

L-awtoritajiet kompetenti u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jagħtu avviż bil-quddiem lill-partijiet interessati kollha ta’ talbiet ta’ kapaċità skont ir-Regolament 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* li jistgħu joħolqu kunflitt mad-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva.

 

Is-servizzi tal-passiġġieri kollha li mhumiex parti minn kuntratt ta’ servizz pubbliku għandhom jissemmew bħala servizzi ta’ aċċess miftuħ.

 

Jekk awtorità kompetenti toħloq kuntratt ta’ servizz pubbliku ġdid, jew testendi l-ambitu ta’ wieħed eżistenti, fis-sens tal-użu ta’ aktar kapaċità tal-infrastruttura milli kienet użata qabel, l-impriżi li jipprovdu servizzi eżistenti ta’ aċċess miftuħ li jistgħu jiġu affettwati minn dik id-deċiżjoni m’għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe limitazzjoni fid-drittijiet ta’ aċċess.

 

___________________

 

*Regolament (KE) Nru. 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315 3.12.2007, p.1).

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt b

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Sabiex jistabbilixxi jekk l-ekwilibriju ekonomiku ta’ kuntratt pubbliku ta' servizz huwiex se jkun kompromess, il-korp jew korpi regolatorji relevanti msemmija fl-Artikolu 55 għandhom jagħmlu analiżi ekonomika oġġettiva u għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq il-bażi ta' kriterji deċiżi minn qabel. Għandhom jistabbilixxu dan wara talba mingħand kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin, ippreżentata fi żmien xahar mill-informazzjoni fuq is-servizz ippjanat għall-passiġġieri msemmi fl-Artikolu 38(4):

"Sabiex jistabbilixxi jekk l-ekwilibriju ekonomiku ta’ kuntratt pubbliku ta' servizz huwiex se jkun kompromess, il-korp jew korpi regolatorji relevanti msemmija fl-Artikolu 55 għandhom jagħmlu analiżi ekonomika oġġettiva u għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq il-bażi ta' kriterji deċiżi minn qabel.

 

Dawk il-kriterji għandhom ikopru, inter alia, l-impatt tal-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess dwar il-profitabilità ta' kwalunkwe servizzi inklużi fil-kuntratt tas-servizz pubbliku, inkluż l-impatti li jirriżultaw fuq l-ispiża netta għall-awtorità pubblika kompetenti li tat il-kuntratt, it-talba tal-passiġġieri, il-prezzijiet tal-biljetti, l-arranġamenti għall-biljetti, il-post u n-numru ta' wafiet u l-ħinijiet u l-frekwenza tas-servizz il-ġdid propost u għandhom jiġu stabbiliti minn korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 f'konformità mal-miżuri stipulati fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. L-analiżi għandha tevalwa jekk il-vijabilità tas-servizzi mħaddma skont il-kuntratt ta' servizz pubbliku tiġix kompromessa b'servizz ta' aċċess miftuħ ġdid.

 

L-ekwilibriju ekonomiku tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz m’għandux jitqies bħala kompromess jekk il-korp regolatorju jipprevedi li s-servizz il-ġdid prospettiv għandu prinċipalment jiġġenera d-dħul aktar milli jestratta d-dħul għas-settur ferrovjarju, u li t-telf tad-dħul għas-sett ta’ servizzi taħt il-kuntratt pubbliku ta’ servizz, jekk ikun hemm, ma jkunx sostanzjali. B'konformità ma' din l-analiżi u mad-deċiżjoni tal-korp regolatorju rilevanti, l-Istati Membri għandhom jingħataw is-setgħa li jawtorizzaw, jimmodifikaw jew jiċħdu d-dritt ta' aċċess għas-servizz tal-passiġġieri mfittex.

 

2a. Fejn jingħata kuntratt pubbliku ta’ servizz permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti pubblika kompetittiva skont il-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq1, jillimitaw id-dritt ta’ aċċess previst fl-Artikolu 10(2) ta’ din id-Direttiva għat-tul ta’ żmien ta’ dak il-kuntratt pubbliku ta’ servizz bejn post tat-tluq u destinazzjoni li jkunu koperti minn dak il-kuntratt ta' servizz pubbliku. L-informazzjoni li d-dritt għal aċċess huwa limitat għandha ssir pubblika meta titnieda l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti għal dak il-kuntratt pubbliku ta’ servizz. Kwalunkwe servizz addizzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 10(2) li hu previst mill-korp regolatorju li jkun wieħed li jiġġenera dħul aktar milli wieħed li jgerrex id-dħul għas-settur ferrovjarju, ma għandux ikun limitat fl-aċċess tiegħu.

 

Il-limitazzjonijiet msemmija f'dan il-paragrafu ma għandux ikollu l-effett li jirrestrinġi d-dritt li jinġabru passiġġieri minn kwalunkwe stazzjon li jinsab fuq ir-rotta ta' servizz internazzjonali u biex iwassalhom x'imkien ieħor, inkluż fi stazzjonijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru.

 

2b. Il-korp regolatorju jew il-korpi li jwettqu l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 2a għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom wara talba mingħand kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin, ippreżentata fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni fuq is-servizz ippjanat għall-passiġġieri msemmi fl-Artikolu 38(4)

(a) l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti li taw il-kuntratt ta’ servizz pubbliku;

(a) l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti li taw il-kuntratt ta’ servizz pubbliku;

(b) kwalunkwe awtorità kompetenti interessata oħra bid-dritt li tillimita l-aċċess skont dan l-Artikolu;

(b) kwalunkwe awtorità kompetenti interessata oħra bid-dritt li tillimita l-aċċess skont dan l-Artikolu;

(c) l-amministratur tal-infrastruttura;

(c) l-amministratur tal-infrastruttura;

(d) l-impriża ferrovjarja li tkun qed twettaq il-kuntratt ta servizz pubbliku.

(d) l-impriża ferrovjarja li twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku;

 

(da) l-impriża ferrovjarja li għamlet talba għal kapaċità bi qbil mal-Artikolu 38(4).

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji li jiddefinixxu l-ekwilibriju ekonomiku jeħtieġ li jiġu speċifikati f’iżjed dettall. It-test huwa ispirat mill-premessa 21 tad-Direttiva 2012/34/UE u l-linji gwida interpretattivi tal-Kummissjon tal-2010.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt c

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 11 ‑ paragrafi 3 u 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

c) Il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

3. Il-korp regolatorju għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tintalab li d-deċiżjoni terġa' tiġi kkunsidrata fi żmien xahar min-notifika tagħha, minn waħda minn dawn li ġejjin:

3. Il-korp regolatorju għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tintalab li d-deċiżjoni terġa' tiġi kkunsidrata fi żmien xahar min-notifika tagħha, minn waħda minn dawn li ġejjin:

(a) l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti relevanti;

(a) l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti relevanti;

(b) l-amministratur tal-infrastruttura;

(b) l-amministratur tal-infrastruttura;

(c) l-impriża ferrovjarja li twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku;

(c) l-impriża ferrovjarja li twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku;

(d) l-impriża ferrovjarja li qed tfittex li tikseb aċċess.

(d) l-impriża ferrovjarja li qed tfittex li tikseb aċċess.

Fil-każ li korp regolatorju jiddeċiedi li l-ekwilibriju ekonomiku ta’ kuntratt pubbliku jiġi kompromess bis-servizz tal-passiġġieri intiż li hemm referenza għalih fl-Artikolu 38(4), huwa għandu jindika tibdil possibbli għal tali servizz li jiżgura li l-kundizzjonijiet għall-għoti tad-dritt tal-aċċess li għalih hemm ipprovdut fl-Artikolu 10(2) huma ssodisfati.";

Meta korp regolatorju jiddeċiedi bi qbil mal-paragrafu 2 li l-ekwilibriju ekonomiku ta’ kuntratt pubbliku jiġi kompromess bis-servizz tal-passiġġieri intiż li hemm referenza għalih fl-Artikolu 38(4), huwa għandu jindika tibdil possibbli għal tali servizz li jiżgura li l-kundizzjonijiet għall-għoti tad-dritt tal-aċċess li għalih hemm ipprovdut fl-Artikolu 10(2) huma ssodisfati.";

4. Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, l-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni għandha tadotta sa ...miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti biex jiġu applikati l-paragrafi 1,2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

4. Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, l-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni għandha tadotta sa ...miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti biex jiġu applikati l-paragrafi 1,2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 60.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji li jiddefinixxu l-ekwilibriju ekonomiku jeħtieġ li jiġu speċifikati f’iżjed dettall. It-test huwa ispirat mill-premessa 21 tad-Direttiva 2012/34/UE u l-linji gwida interpretattivi tal-Kummissjon tal-2010.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 13a – Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Skemi ta’ informazzjoni komuni u skemi integrati ta' bejgħ ta' biljetti

Skemi ta’ informazzjoni komuni u skemi ta’ bejgħ ta biljetti

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu jittratta l-ħolqien ta’ skema ta’ bejgħ ta’ biljetti globali għall-ferroviji, mhux sistema intermodali ta’ bejgħ ta’ biljetti.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 13a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1371/200713 u għad-Direttiva 2010/40/UE14, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri sabiex jieħdu sehem fi skema komuni ta' informazzjoni u skema integrata ta' bejgħ ta' biljetti għall-forniment ta' biljetti normali, biljetti li jinkludu t-trażbord u riżervazzjonijiet, jew jiddeċiedu li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jistabbilixxu tali skema. Jekk tiġi stabbilita tali skema, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din ma toħloqx tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji, u li hija amministrata minn entità legali pubblika jew privata jew assoċjazzjoni tal-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw servizzi għall-passiġġieri.

1. Kull dejta dwar l-iskedi tal-ħin għandha titqies bħala dejta pubblika u għandha tkun disponibbli kif xieraq.

 

Minkejja r-Regolament (KE) Nru. 1371/2007 u d-Direttiva 2010/40/UE, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-parteċipanti interessati ferrovjarji bħall-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u lill-bejjigħa tal-biljetti sabiex sat-12 ta' Diċembru 2019, jużaw sistema ta' ħruġ ta' biljetti u ta' informazzjoni interoperabbli li twettaq l-objettivi li tippermetti lill-passiġġieri jaċċedu d-dejta kollha meħtieġa biex jippjanaw il-vjaġġ u biex jirreservaw u jixtru l-biljetti fi ħdan l-Unjoni.

 

L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-impriżi biex jikkooperaw fit-tfassil sat-12 ta' Diċembru 2019, skema komuni ta' informazzjoni fuq l-ivvjaġġar u skema ta' ħruġ ta' biljetti għall-provvista ta' biljetti, u riservazzjonjiet għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri ferrovjarju kollu skont servizz ta' kuntratt pubbliku skont ir-Regolament (KE) Nru. 1370/2007 jew għandhom jiddeċiedu li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet rilevanti biex jfasslu skema bħal din. Skema bħal din ma għandhiex toħloq tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji. Għandha tkun ġestita minn entità legali pubblika jew privata jew minn assoċjazzjoni tal-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw servizzi għat-trasport tal-passiġġieri.

 

Impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi pubbliċi kummerċjali għat-trasport tal-passiġġieri għandu jkollhom aċċess mingħajr diskriminazzjoni għall-iskema bil-għan li jipprovdu informazzjoni dwar u bejgħ ta' biljetti għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija bħala żieda mas-servizzi tagħhom.

 

Kwalunkwe sistema għandha titfassal b'tali mod li tkun interoperabbli bi qbil mad-Direttiva 2008/57/KE u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi bażiċi fuq l-applikazzjonijiet telematiċi. Għandha tapplika dawn ir-rekwiżiti tekniċi sabiex tiżgura b'mod partikolari, konsistenza fil-ħlasijiet, u kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali, il-protezzjoni tad-dejta personali u l-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni. Kwalunkwe sistema jew applikazzjoni li toffri servizzi addizzjonali lill-passiġġieri għandha tkun interoperabbli ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi bażiċi dwar l-applikazzjonijiet telematiċi jkun miftuħ u non-diskriminatorju.

 

Kwalunkwe ftehim kummerċjali bejn il-parteċipanti għandu jikkonforma mar-regoli tal-kompetizzjoni.

 

L-ispejjeż ta' sistema bħal din għandhom jinqasmu bejn il-parteċipanti, b'tali mod li jirrifletti l-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom.

 

Il-korp regolatorju għandu jiżgura li kwalunkwe sistema għall-ħruġ tal-biljetti ma toħloqx tgħawwiġ tas-suq jew tiddiskrima bejn impriżi ferrovjarji.

 

L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll lill-impriżi ferrovjarji u l-fornituri tat-trasport tal-passiġġieri b’mezzi oħra ta’ trasport sabiex jieħdu sehem fi skema interoperabbli komuni ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u skema integrata ta’ bejgħ ta’ biljetti għall-forniment ta’ biljetti normali, biljetti li jinkludu t-trażbord u riżervazzjonijiet, jew jiddeċiedu li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet relevanti biex jistabbilixxu tali skema. Jekk tiġi stabbilita tali skema, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din ma toħloqx tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji u fornituri oħra ta’ trasport tal-passiġġieri u li hija amministrata minn entità legali pubblika jew privata jew assoċjazzjoni tal-impriżi kollha li joperaw servizzi għall-passiġġieri.

_________________

 

13 ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14.

 

14 ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.

 

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir distinzjoni rigward il-bejgħ ta’ biljetti globali u l-bejgħ integrat ta’ biljetti. Billi s-settur ferrovjarju għandu jistabbilixxi sistema ta’ bejgħ ta’ biljetti globali li tiffunzjona mill-iktar fis possibbli, bħala t-tieni pass għandhom isegwu soluzzjonijiet ta’ bejgħ integrat ta’ biljetti għall-biljetti transmodali.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 13 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi għall-passiġġieri sabiex jimplimentaw u jikkoordinaw pjanijiet ta' kontinġenza sabiex jipprovdu assistenza lill-passiġġieri, skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007, fil-każ ta' interruzzjoni kbira fis-servizzi."

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, jikkoordinaw, inkluż fir-rigward tar-rottot ewlenin fi ħdan l-Unjoni, pjanijiet ta' kontinġenza nazzjonali sabiex jipprovdu assistenza lill-passiġġieri, b'kunsiderazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/164/KE*, fil-każ ta' interruzzjoni kbira fis-servizzi kaġun ta' diżastru naturali jew ikkawżat mill-bniedem." Kull impriża ferrorvjarja li topera servizzi tal-passiġġieri u kull amministratur tal-istazzjon għandu jdaħħal fis-seħħ il-pjan ta' kontinġenza tiegħu skont il-pjanijiet ta' kontinġenza nazzjonali.

 

__________________

 

* Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/164/KE tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward ta' persuni b'mobbilità mnaqqsa fis-sistema ferrovjarja konvenzjonali jew ta' veloċità għolja trans-Ewropea (ĠU L 64, 7.3.2008, p. 72).

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7a (ġdid)

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 19 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Fl-Artikolu 19, għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

'(da) ikunu mpenjaw ruħhom li japplikaw il-ftehimiet kollettivi rispettivi tal-Istati Membri fejn l-impriża tixtieq topera.';

 

 

Ġustifikazzjoni

Jekk is-suq tal-passiġġieri ferrovjarji għandu jsir iżjed miftuħ huwa meħtieġ li jittejbu r-rekwiżiti ta’ reputazzjoni tajba rigward ir-rispett tal-kundizzjonijiet tax-xogħol li impriża ferrovjarja teħtieġ li tilħaq sabiex tikseb liċenzja sabiex jiġi evitat li l-kundizzjonijiet tax-xogħol imorru għall-agħar minħabba iżjed kompetizzjoni.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 42 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. Fl-Artikolu 42 għandu jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

 

'1a. Bil-għan li tiġi evitata d-diskriminazzjoni kontra l-applikanti, il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 ta' din id-Direttiva għandu jagħti approvazzjoni minn qabel għal dan il-ftehim qafas u għandu jimmonitorja l-ftehim qafas fis-seħħ fuq inizjattiva proprja. Applikant għandu jkollu d-dritt li jappella lill-korp regolatorju jekk jemmen li jkun ġie trattat b'mod inġust, jew jekk b'xi mod jkun ġie urtat mill-ftehim qafas. F'każ ta' appell kontra l-ftehim qafas il-korp regolatorju għandu jew jikkonferma li ma tenħtieġ l-ebda modifika lill-ftehim qafas jew inkella jirrikjedi l-modifika ta' dak il-ftehim qafas bi qbil mad-direzzjonijiet speċifikati mill-korp regolatorju, sa mhux aktar tard minn xahrejn wara li jintlaqa' l-appell mill-korp regolatorju. L-amministratur tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja għandhom jikkonformaw mad-deċiżjoni tal-korp regolatorju hekk kif ikun possibbli, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar wara li tintlaqa' n-notifika tad-deċiżjoni mill-korp regolatorju. Filwaqt illi jwettaq il-funzjonijiet deskritti f’dan il-paragrafu, il-korp regolatorju għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-korpi regolatorji jkollhom sorveljanza fuq ftehimiet qafas, li jista’ jkun sors ewlieni ta’ diskriminazzjoni.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8b (ġdid)

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 46 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8b. Fl-Artikolu 46, il-paragrafu 4 huwa mibdul b’li ġej:

 

'4. Il-prinċipji li jirregolaw il-proċess tal-koordinazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk. Dawn għandhom, b’mod partikolari, jirriflettu d-diffikultà li jiġu rranġati mogħdijiet internazzjonali tal-ferroviji u l-effett li jista’ jkollha l-modifika fuq maniġers oħrajn tal-infrastruttura. F'każ ta' talbiet konfliġġenti għat-tħaddim ta' servizz ferrovjarju fl-istess settur tas-suq, l-amministratur tal-infrastruttura, fl-allokazzjoni tal-kapaċità għandu jikkunsidra biex l-infrastruttura inkwistjoni u mhux il-volum globali tal-kapaċità mitluba mill-applikanti li jkunu qegħdin jikkommpetu bejniethom.';

Ġustifikazzjoni

Anke amministratur tal-infrastruttura indipendenti jista’ jkun irid jiffavorixxi l-impriżi ferrovjarji l-kbar fuq dawk li jkunu iżgħar, billi l-impriżi l-kbar f’termini ġenerali jirrikjedu iktar kapaċità u għalhekk iżidu mad-dħul tal-amministratur tal-infrastruttura. Din l-emenda tiċċara li l-amministratur tal-infrastruttura ma jistax, f’każ ta’ talbiet li jikkompetu għal aċċess għall-binarji, jiffavorixxi bla bżonn impriżi ta’ klijenti kbar fuq oħrajn iżgħar.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8c (ġdid)

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 54 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8c. Fl-Artikolu 54, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej:

 

'1. Fil-każ ta' disturb għall-movimenti tal-ferroviji kkawżat minn ħsarat tekniċi jew minn inċidenti, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex ireġġa' lura s-sitwazzjoni għan-normal. Għal dak l-iskop, għandu jfassal pjan ta’ kontinġenza li jelenka l-korpi varji li għandhom jiġu infurmati fil-każ ta’ inċidenti serji jew ta’ disturbi serji għall-movimenti tal-ferroviji. F'każ ta' disturb li jkollu impatt potenzjali fuq it-traffiku transfruntiera, l-amministratur tal-infrastruttura għandu jaqsam kwalunkwe informazzjoni rilevanti mal-amministraturi tal-infrastruttura l-oħra li jista' jkollhom in-netwerk u t-traffiku tagħhom affettwat minn dak id-disturb. L-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati għandhom jikkooperaw sabiex ireġġgħu lura t-traffiku transkonfinali għan-normal.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 54, paragrafu 1 huwa emendat sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar disturb f’netwerk wieħed li jista’ jkollu impatt fuq it-traffiku fi Stat Membru ieħor tiġi komunikata lill-amministraturi tal-infrastruttura potenzjalment affettwati oħra.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8d (ġdid)

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 55 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8d. Fl-Artikolu 55 għandu jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

 

'3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi regolatorji jkollhom ir-riżorsi organizzattivi u operattivi adegwati msemmija fl-Artikolu 56 tad-Direttiva u għandhom, fejn xieraq, jadottaw pjan ta' azzjoni bil-għan li jipprovduhom b'dawn ir-riżorsi.';

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8e (ġdid)

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 56

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

8e. L-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:

Funzjonijiet tal-korp regolatorju

Funzjonijiet tal-korp regolatorju

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46(6), applikant għandu jkollu d-dritt li jappella lill-korp regolatorju jekk jemmen li ma ġiex ittrattat b'mod ekwu, saret diskriminazzjoni kontrih jew saritlu offża bi kwalunkwe mod ieħor, u b’mod partikolari kontra deċiżjonijiet adottati mill-maniġer tal-infrastruttura jew fejn hu xieraq, mill-impriża ferrovjarja jew mill-operatur ta’ faċilita tas-servizz dwar :

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46(6), applikant għandu jkollu d-dritt li jappella lill-korp regolatorju jekk jemmen li ma ġiex ittrattat b'mod ekwu, saret diskriminazzjoni kontrih jew saritlu offża bi kwalunkwe mod ieħor, u b’mod partikolari kontra deċiżjonijiet adottati mill-maniġer tal-infrastruttura jew fejn hu xieraq, mill-impriża ferrovjarja jew mill-operatur ta’ faċilita tas-servizz dwar :

(a) id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk fil-verżjonijiet proviżorji u finali tagħha;

(a) id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk fil-verżjonijiet proviżorji u finali tagħha;

(b) il-kriterji stabbiliti fiha;

(b) il-kriterji stabbiliti fiha;

(c) il-proċess tal-allokazzjoni u r-riżultat tiegħu;

(c) il-proċess tal-allokazzjoni u r-riżultat tiegħu;

(d) l-iskema tat-tqegħid tal-imposti;

(d) l-iskema tat-tqegħid tal-imposti;

(e) il-livell jew l-istruttura tal-imposti infrastrutturali li hu meħtieġ iħallas jew li jista' jkun meħtieġ iħallas;

(e) il-livell jew l-istruttura tal-imposti infrastrutturali li hu meħtieġ iħallas jew li jista' jkun meħtieġ iħallas;

(f) l-arranġamenti għall-aċċess skont l-Artikoli 10, 11, 12 u 13;

(f) l-arranġamenti għall-aċċess skont l-Artikoli 10, 11, 12 u 13;

(g) l-aċċess u t-tqegħid ta' imposti għas-servizzi skont l-Artikolu 13.

(g) l-aċċess u t-tqegħid ta' imposti għas-servizzi skont l-Artikolu 13.

 

(ga) xogħol ta' manutenzjoni tal-infrastruttura skedat u mhux skedat.

2. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għall-iżgurar tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jimmonitorja s-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji u għandu, b'mod partikolari, jikkontrolla l-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1 fuq l-inizjattiva tiegħu stess u bil-ħsieb li jevita d-diskriminazzjoni kontra l-applikanti. Għandu, b’mod partikolari, jiċċekkja jekk id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk fihiex klawżoli diskriminatorji, jew jekk toħloqx għall-amministratur tal-infrastruttura, setgħat diskrezzjonali li jistgħu jintużaw biex issir diskriminazzjoni kontra l-applikanti.

2. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għall-iżgurar tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jimmonitorja s-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji u għandu, b'mod partikolari, jikkontrolla l-punti (a) sa (ga) tal-paragrafu 1 fuq l-inizjattiva tiegħu stess u bil-ħsieb li jevita d-diskriminazzjoni kontra l-applikanti. Għandu, b’mod partikolari, jiċċekkja jekk id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk fihiex klawżoli diskriminatorji, jew jekk toħloqx għall-amministratur tal-infrastruttura, setgħat diskrezzjonali li jistgħu jintużaw biex issir diskriminazzjoni kontra l-applikanti.

3. Il-korp regolatorju għandu wkoll jikkoopera mill-qrib mal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità, u l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji skont it-tifsira ta' din id-Direttiva.

 

3. Il-korp regolatorju għandu wkoll jikkoopera mill-qrib mal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità, u l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji skont it-tifsira ta' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l-awtoritajiet b’mod konġunt jiżviluppaw qafas għall-qsim tat-tagħrif u għall-kooperazzjoni bil-ħsieb li jiġu evitati effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni jew is-sikurezza fis-suq ferrovjarju. Dan il-qafas għandu jinkludi mekkaniżmu biex il-korp regolatorju jipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u tal-ħruġ tal-liċenzji rakkomandazzjonijiet dwar kwestjonijiet li jistgħu jolqtu l-kompetizzjoni fis-suq ferrovjarju u biex l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tipprovdi lill-korp regolatorju u lill-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji rakkomandazzjonijiet dwar kwestjonijiet li jistgħu jolqtu s-sikurezza. Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ta’ kull awtorità fi ħdan il-qasam tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-awtorità relevanti għandha teżamina kull rakkomandazzjoni bħal din qabel ma tadotta d-deċiżjonijiet tagħħa. Jekk l-awtorità relevanti tiddeċiedi li tiddevja minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet, hija għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l-awtoritajiet b’mod konġunt jiżviluppaw qafas għall-qsim tat-tagħrif u għall-kooperazzjoni bil-ħsieb li jiġu evitati effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni jew is-sikurezza fis-suq ferrovjarju. Dan il-qafas għandu jinkludi mekkaniżmu biex il-korp regolatorju jipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u tal-ħruġ tal-liċenzji rakkomandazzjonijiet dwar kwestjonijiet li jistgħu jolqtu l-kompetizzjoni fis-suq ferrovjarju u biex l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tipprovdi lill-korp regolatorju u lill-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji rakkomandazzjonijiet dwar kwestjonijiet li jistgħu jolqtu s-sikurezza. Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ta’ kull awtorità fi ħdan il-qasam tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-awtorità relevanti għandha teżamina kull rakkomandazzjoni bħal din qabel ma tadotta d-deċiżjonijiet tagħħa.

4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-korp regolatorju jingħata l-kompitu li jadotta opinjonijiet mhux vinkolanti dwar il-verżjonijiet proviżorji tal-pjan kummerċjali msemmi fl-Artikolu 8(3), il-ftehim kuntrattwali u l-pjan għat-titjib tal-kapaċità biex jiġi indikat b'mod partikolari jekk dawn l-istrumenti humiex konsistenti mas-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji.

4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-korp regolatorju jingħata l-kompitu li jadotta opinjonijiet mhux vinkolanti dwar il-verżjonijiet proviżorji tal-pjan kummerċjali msemmi fl-Artikolu 8(3), il-ftehim kuntrattwali u l-pjan għat-titjib tal-kapaċità biex jiġi indikat b'mod partikolari jekk dawn l-istrumenti humiex konsistenti mas-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji.

5. Il-korp regolatorju għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa f’dawk li huma riżorsi umani u materjali, li għandha tkun proporzjonata skont l-importanza tas-settur ferrovjarju fl-Istat Membru.

5. Il-korp regolatorju għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa f’dawk li huma riżorsi umani u materjali, li għandha tkun proporzjonata skont l-importanza tas-settur ferrovjarju fl-Istat Membru.

6. Il-korp regolatorju għandu jiżgura li t-tariffi stabbiliti mill-amministratur tal-infrastruttura jikkonformaw mat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV u mhumiex diskriminatorji. In-negozjati bejn l-applikanti u l-amministratur tal-infrastruttura dwar il-livell tal-imposti tal-infrastruttura għandhom jiġu permessi biss jekk dawn isiru taħt is-superviżjoni tal-korp regolatorju. Il-korp regolatorju għandu jintervjeni jekk in-negozjati x’aktarx jiksru r-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu.

6. Il-korp regolatorju għandu jiżgura li t-tariffi stabbiliti mill-amministratur tal-infrastruttura jikkonformaw mat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV u mhumiex diskriminatorji. Il-korp regolatorju għandu jiżgura li l-imposti ta' aċċess stipulati mill-amministratur tal-infrastruttura, l-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi jew mill-impriżi ferrovjarji - inkluż għall-aċċess ta' binarji u l-aċċess għal stazzjonijiet, il-binjiet tagħhom u faċilitajiet oħra inkluż faċilitajiet għall-wiri ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar - ma jkunux diskriminatorji. Dan huma bidliet ippjanati tal-ammont jew l-istruttura tat-tariffi msemmija f'dan il-paragrafu li għandhom jiġu nnotifikati lill-korp regolatorju sa mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-dħul fis-seħħ ippjanat tagħhom. Sa xahar qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, il-korp regolatorju jista' jinsisti fuq tnaqqis jew fuq żieda tal-bidliet proposti, fuq il-postpoinment tagħhom jew fuq it-tħassir tagħhom. In-negozjati bejn l-applikanti u l-amministratur tal-infrastruttura dwar il-livell tal-imposti tal-infrastruttura għandhom jiġu permessi biss jekk dawn isiru taħt is-superviżjoni tal-korp regolatorju. Il-korp regolatorju għandu jintervjeni jekk in-negozjati x’aktarx jiksru r-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu.

7. Il-korp regolatorju għandu, regolarment, u, fi kwalunkwe każ, mhux inqas minn kull sentejn, jikkonsulta r-rappreżentanti tal-utenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u tal-passiġġieri, biex iqisu l-fehmiet tagħhom dwar is-suq ferrovjarju.

7. Il-korp regolatorju għandu, regolarment, u, fi kwalunkwe każ, mhux inqas minn kull sentejn, jikkonsulta r-rappreżentanti tal-utenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u tal-passiġġieri, biex iqisu l-fehmiet tagħhom dwar is-suq ferrovjarju.

8. Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa jitlob l-informazzjoni rilevanti mingħand il-maniġer tal-infrastruttura, l-applikanti u kull parti terza fl-Istat Membru kkonċernat.

8. Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa jitlob l-informazzjoni rilevanti mingħand il-maniġer tal-infrastruttura, l-applikanti u kull parti terza fl-Istat Membru kkonċernat.

L-informazzjoni mitluba għandha tingħata fi żmien perjodu stabbilit mill-korp regolatorju li m’għandux jaqbeż tul ta’ xahar, ħlief jekk, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-korp regolatorju jaqbel fuq estenzjoni tal-limitu ta’ żmien li ma għandiex taqbeż xahrejn addizzjonali u jawtorizza tali awtorizzazzjoni. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforza talbiet bħal dawn bil-pieni xierqa, inkluż permezz tal-multi. L-informazzjoni li għandha tingħata lill-korp regolatorju tinkludi d-data kollha li l-korp regolatorju jkun jeħtieġ fil-qafas tal-funzjoni tiegħu ta' appell u tal-funzjoni tiegħu tal-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji skont il-paragrafu 2. Din tinkludi data li hija meħtieġa għall-iskopijiet ta' statistika u ta' osservazzjoni tas-suq.

L-informazzjoni mitluba għandha tingħata fi żmien perjodu stabbilit mill-korp regolatorju li m’għandux jaqbeż tul ta’ xahar, ħlief jekk, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-korp regolatorju jaqbel fuq estenzjoni tal-limitu ta’ żmien li ma għandiex taqbeż xahrejn addizzjonali u jawtorizza tali awtorizzazzjoni. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforza talbiet bħal dawn bil-pieni xierqa, inkluż permezz tal-multi. L-informazzjoni li għandha tingħata lill-korp regolatorju tinkludi d-data kollha li l-korp regolatorju jkun jeħtieġ fil-qafas tal-funzjoni tiegħu ta' appell u tal-funzjoni tiegħu tal-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji skont il-paragrafu 2. Din tinkludi data li hija meħtieġa għall-iskopijiet ta' statistika u ta' osservazzjoni tas-suq.

9. Il-korp regolatorju għandu jikkunsidra kull ilment u, kif jixraq, għandu jitlob tagħrif relevanti u jagħti bidu għal konsultazzjonijiet mal-partijiet relevanti kollha, fi żmien xahar minn meta jkun irċieva l-ilment. Huwa għandu jiddeċiedi fuq kull ilment u jieħu azzjoni biex jirrimedja s-sitwazzjoni u jgħarraf lill-partijiet relevanti bid-deċiżjoni motivata tiegħu fi żmien determinat minn qabel, raġonevoli u, fi kwalunkwe każ, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jirċievi l-informazzjoni kollha. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali għall-iżgurar tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizz ferrovjarju, il-korp regolatorju għandu, fejn xieraq, jiddeċiedi fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar miżuri xierqa biex jitranġaw il-każijiet ta’ diskriminazzjoni kontra l-applikanti, id-distorsjonijiet tas-suq u kwalunkwe żvilupp ieħor mhux mixtieq f’dawn is-swieq, b’mod partikolari b’referenza għall-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1.

9. Il-korp regolatorju għandu jikkunsidra kull ilment u, kif jixraq, għandu jitlob tagħrif relevanti u jagħti bidu għal konsultazzjonijiet mal-partijiet relevanti kollha, fi żmien xahar minn meta jkun irċieva l-ilment. Huwa għandu jiddeċiedi fuq kull ilment u jieħu azzjoni biex jirrimedja s-sitwazzjoni u jgħarraf lill-partijiet relevanti bid-deċiżjoni motivata tiegħu fi żmien determinat minn qabel, raġonevoli u, fi kwalunkwe każ, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jirċievi l-informazzjoni kollha. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali għall-iżgurar tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizz ferrovjarju, il-korp regolatorju għandu, fejn xieraq, jiddeċiedi fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar miżuri xierqa biex jitranġaw il-każijiet ta’ diskriminazzjoni kontra l-applikanti, id-distorsjonijiet tas-suq u kwalunkwe żvilupp ieħor mhux mixtieq f’dawn is-swieq, b’mod partikolari b’referenza għall-punti (a) sa (ga) tal-paragrafu 1.

Deċiżjoni tal-korp regolatorju għandha tkun torbot lill-partijiet kollha koperti minn dik id-deċiżjoni, u ma għandhiex tkun suġġetta għall-kontroll ta’ istanza amminstrattiva oħra. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforza d-deċiżjonijiet tiegħu bil-pieni xierqa, inkluż permezz tal-multi.

Deċiżjoni tal-korp regolatorju għandha tkun torbot lill-partijiet kollha koperti minn dik id-deċiżjoni, u ma għandhiex tkun suġġetta għall-kontroll ta’ istanza amminstrattiva oħra. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforza d-deċiżjonijiet tiegħu bil-pieni xierqa, inkluż permezz tal-multi.

Fil-każ ta' appell kontra rifjut li tingħata l-kapaċità tal-infrastruttura, jew kontra t-termini ta' offerta għall-kapaċità, il-korp regolatorju għandu jew jikkonferma li ebda emenda tad-deċiżjoni tal-maniġer tal-infrastruttura ma hi meħtieġa, jew jesiġi li dik id-deċiżjoni tkun emendata skont id-direzzjonijiet speċifikati minnu stess.

Fil-każ ta' ilmentkontra rifjut li tingħata l-kapaċità tal-infrastruttura, jew kontra t-termini ta' offerta għall-kapaċità, il-korp regolatorju għandu jew jikkonferma li ebda emenda tad-deċiżjoni tal-maniġer tal-infrastruttura ma hi meħtieġa, jew jesiġi li dik id-deċiżjoni tkun emendata skont l-istruzzjonijiet tiegħu. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jikkonforma mad-deċiżjoni tal-korp regolatorju sa mill-anqas xahar wara li tintlaqa' n-notifika ta' dik id-deċiżjoni.

10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda mill-korp regolatorju jkunu suġġetti għal analiżi ġudizzjarja. L-appell jista’ jkollu effett ta’ sospensjoni fuq id-deċiżjoni tal-korp regolatorju biss meta d-dħul fis-seħħ immedjat tad-deċiżjoni tal-korp regolatorju jista’ jikkawża danni irreparabbli jew evidentement eċċessivi għal min ikun qed jappella. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-qorti li tkun qed tisma’ l-appell kif mogħti lilha mil-liġi kostituzzjonali applikabbli.

10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda mill-korp regolatorju jkunu suġġetti għal analiżi ġudizzjarja. L-appell jista’ jkollu effett ta’ sospensjoni fuq id-deċiżjoni tal-korp regolatorju biss meta d-dħul fis-seħħ immedjat tad-deċiżjoni tal-korp regolatorju jista’ jikkawża danni irreparabbli jew evidentement eċċessivi għal min ikun qed jappella. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-qorti li tkun qed tisma’ l-appell kif mogħti lilha mil-liġi kostituzzjonali applikabbli.

11. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-korp regolatorju jiġu ppubblikati.

11. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-korp regolatorju jiġu ppubblikati.

12. Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jwettaq verifiki jew li jibda verifiki esterni mal-maniġers tal-infrastruttura, operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz u, fejn rilevanti, mal-impriżi ferrovjarji, biex jivverifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni tal-kontijiet stipulati fl-Artikolu 6. F'dan ir-rigward, il-korp regolatorju għandu jkun intitolat jitlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti. B'mod partikolari l-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jitlob lill-maniġer tal-infrastruttura, lill-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz u l-impriżi kollha jew entitajiet oħra li jwettqu jew jintegraw tipi differenti ta' trasport ferrovjarju jew immaniġġar ta' infrastruttura kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) u (2) u l-Artikolu 13 biex jagħtu informazzjoni ta' verifika sħiħa jew parti minnha kif elenkat fl-Anness VIII b'livell suffiċjenti ta' dettall kif meqjus meħtieġ u proporzjonat.

12. Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jwettaq verifiki jew li jibda verifiki esterni mal-maniġers tal-infrastruttura, operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz u, fejn rilevanti, mal-impriżi ferrovjarji, biex jivverifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni tal-kontijiet stipulati fl-Artikolu 6. F'dan ir-rigward, il-korp regolatorju għandu jkun intitolat jitlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti. B'mod partikolari l-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jitlob lill-maniġer tal-infrastruttura, lill-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz u l-impriżi kollha jew entitajiet oħra li jwettqu jew jintegraw tipi differenti ta' trasport ferrovjarju jew immaniġġar ta' infrastruttura kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) u (2) u l-Artikolu 13 biex jagħtu informazzjoni ta' verifika sħiħa jew parti minnha kif elenkat fl-Anness VIII b'livell suffiċjenti ta' dettall kif meqjus meħtieġ u proporzjonat.

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi eżistenti tal-awtoritajiet responsabbli għal kwistjonijiet rigward għajnuna mill-Istat, il-korp regolatorju jista’ wkoll joħroġ konklużjonijiet minn dawn il-kontijiet dwar kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat li għandu jirrapporta lil dawk l-awtoritajiet.

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi eżistenti tal-awtoritajiet responsabbli għal kwistjonijiet rigward għajnuna mill-Istat, il-korp regolatorju jista’ wkoll joħroġ konklużjonijiet minn dawn il-kontijiet dwar kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat li għandu jirrapporta lil dawk l-awtoritajiet.

13. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 60 rigward ċerti emendi għall-Anness VIII. B'hekk l-Anness VIII jista' jiġi emendat biex jiġi adattat għall-evoluzzjoni tal-prattika ta' kontabbiltà u kontroll u/jew biex jiġi supplementat b'elementi addizzjonali meħtieġa biex tiġi verifikata s-separazzjoni tal-kontijiet.

13. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 60 rigward ċerti emendi għall-Anness VIII. B'hekk l-Anness VIII jista' jiġi emendat biex jiġi adattat għall-evoluzzjoni tal-prattika ta' kontabbiltà u kontroll u/jew biex jiġi supplementat b'elementi addizzjonali meħtieġa biex tiġi verifikata s-separazzjoni tal-kontijiet.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8f (ġdid)

Directive 2012/34/EU

Artikolu 57 – paragrafu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8f. Fl-Artikolu 57 għandu jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

 

'9a. Meta applikant iqis li d-deċiżjoni ta' amministratur tal-infrastruttura qed tostakola l-iżvilupp ta' servizz internazzjonali, jista' jirreferi l-kwistjoni lin-netwerk ta' korpi regolatorji għal opinjoni. L-entità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tkun informata dwar din ir-referenza fl-istess ħin. In-netwerk, għandu, fejn xieraq, ifittex li jikseb spjegazzjonijiet mill-amministratur tal-infrastruttura u fi kwalunkwe każ mill-entità regolatorja nazzjonali kkonċernata. In-netwerk għandu jadotta u jippubblika l-opinjoni tiegħu u jikkomunika din l-opinjoni lill-entità regolatorja nazzjonali.

 

In-netwerk ta' korpi regolatorji għandhu jippreżenta rapport ta' attività annwali lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi entità regolatorja Ewropew u għand tagħtiha personalità legali flimkien ma' funzjoni superviżorja u ta' arbitraġġ li tagħtiha s-setgħa li titratta kwistjonijiet transfruntiera u tisma' appelli kontra deċiżjonijiet meħuda mill-entità regolatorji nazzjonali. Din l-entità l-ġdida għandha tieħu post n-Netwerk Ewropew ta' Korpi regolatorji.';

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 9

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 63 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq is-settur ferrovjarju, u għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha.

1. Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq is-settur ferrovjarju, u għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha. Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-opinjonijiet espressi mill-Korp regulatorju Ewropew dwar jekk għadx hemm prattiki diskriminatorji jew tipi ta' tagħwiġ tal-kompetizzjoni u l-opinjonijiet espressi mill-imsieħba soċjali fil-kumitat rilevanti ta' djalogu soċjali tal-Unjoni.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 9

Direttiva 2012/4/UE

Artikolu 63 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-istess data, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk jippersistu prattiki diskriminatorju jew tipi oħta ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-amministraturi tal-infrastruttura li huma parti minn impriża integrata vertikalment. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri leġiżlattivi ġodda.

Sal-istess data, il-Korp Regolatorju Ewropew għandu jivvaluta jekk jippersistux prattiki diskriminatorju jew tipi oħra ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni u għandu jippubblika rakkomandazzjonijiet għal aktar miżuri politiċi. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri leġiżlattivi ġodda msejsa fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 63 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a. Fl-Artikolu 63(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva tivvaluta l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol għall-persunal abbord il-ferroviji u, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri leġiżlattivi ġodda dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ dan il-persunal.";

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 1a (ġdid)

Regolament (KE) 1371/2007

Artikolu 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Article 1a

 

Ir-Regolament (KE) 1371/2007 huwa emendat kif ġej:

 

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

'3. Mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Artikoli 9, 10, 11, 12, 19, 20(1) u 26 għandhom japplikaw għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri madwar l-Unjoni."

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla fir-Regolament 1371/2007 hija meħtieġa sabiex dan it-test jinġieb f’konformità mad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-bejgħ ta’ biljetti li jinkludu t-trażbord u l-użu tas-sistemi tal-IT. Dawn jiġu trattati fl-Artikolu 9 u fl-Artikolu 10 tar-Regolament 1371/2007. Billi l-Artikolu 9 diġà japplika, l-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni temporanja mill-applikazzjoni tal-Artikolu 10. Sabiex tinħoloq sitwazzjoni legali koerenti, it-traspożizzjoni għandha ssir mandatorja.

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1. Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tkun disponibbli f'forma kkonsolidata, flimkien mad-Direttiva 2012/34/UE kif emendata minnha, fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tagħha.

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-punti 5 sa 8 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2018 [bil-lest għall-iskeda operattiva li għandha tibda fl-14 ta’ Diċembru 2019].

2. Il-punti 5 sa 8 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2018 [bil-lest għall-iskeda operattiva li għandha tibda fl-14 ta’ Diċembru 2019].

 

Sad-data tal-applikazzjoni tal-punt 5 u mingħajr preġudizzju għas-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri, l-Istati Membri ma għandhomx jiġu mitluba li jagħtu d-dritt tal-aċċess lill-impriżi ferrovjarji u lis-sussidjarji kkontrollati direttament jew indirettament minnhom, li għandhom liċenzha fi Stat Membri fejn mhumiex mogħtija drittijiet ta' aċċess ta' natura simili.

  • [1]  ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
  • [2]  ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.

NOTA SPJEGATTIVA

I. Il-proposta tal-Kummissjoni

F’dan l-aħħar deċennju, tliet "pakketti ferrovjarji" kellhom l-għan li jiftħu b’mod progressiv is-swieq nazzjonali u jagħmlu l-ferroviji iżjed kompetittivi u interoperabbli. Madankollu, is-sehem ferrovjarju modali fit-trasport bejn il-pajjiżi tal-UE baqa’ limitat u għadhom jeżisti bosta ostakli tekniċi. Ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju suppost li hu immirat lejn l-ostakli li jillimitaw l-effettività tas-swieq ferrovjarji sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tas-settur u tinħoloq Żona Ferrovjarja Unika Ewropea.

Rigward din il-proposta, il-Kummissjoni tiddikjara li l-ostakli li fadal għandhom x’jaqsmu l-ewwel nett mal-aċċess għas-suq għas-servizzi domestiċi tal-passiġġieri, li jillimitaw l-iżvilupp tas-settur u joħolqu differenzi bejn dawk l-Istati Membri li fetħu s-swieq tagħhom, u dawk li ma fetħuhomx.

It-tieni grupp ta’ problemi jirrigwarda kwistjonijiet relatati mal-governanza tal-amministraturi tal-infrastruttura. Peress li l-amministraturi tal-infrastruttura huma monopolji naturali, dawn mhux dejjem jirreaġixxu għall-ħtiġijiet tas-swieq u tal-utenti tagħhom, b'hekk itappnu l-prestazzjoni tas-settur inġenerali. F’għadd ta’ Stati Membri, ma jistgħux iwettqu l-kompiti tagħhom, peress li l-funzjonijiet tagħhom huma maqsumin bejn korpi differenti. Il-kooperazzjoni transfruntiera tal-amministraturi tal-infrastruttura għandha tittejjeb ukoll.

Barra minn hekk, għadd ta' ostakli għad-dħul fis-suq ġejjin minn sitwazzjonijiet fejn il-ġestjoni tal-infrastruttura u l-operazzjonijiet ta' trasport huma parti mill-istess struttura integrata. F’dan il-każ, l-amministraturi tal-infrastruttura jistgħu iħabbtu wiċċhom ma’ kunflitt ta’ interessi, sitwazzjoni li tista’ twassal għal diskriminazzjoni rigward l-aċċess għall-infrastruttura għal impriżi ferrovjarji oħra.

Fl-aħħar nett, l-istrutturi integrati jagħmluha ferm iktar diffiċli li tissaħħaħ is-separazzjoni tal-kontijiet bejn il-ġestjoni tal-infrastruttura u l-operazzjonijiet tas-servizzi tat-trasport. Ir-regolaturi jsibuha diffiċli sabiex jittraċċaw il-flussi finanzjarji bejn il-kumpanija azzjonarja u s-sussidjarji tagħha. Is-sussidjar reċiproku u t-trasferimenti tal-fondi pubbliċi allokati għall-amministratur tal-infrastruttura għall-finanzjament ta’ attivitajiet kompetittivi mhumiex biss ostaklu serju għad-dħul fis-suq għall-operaturi ġodda, iżda jikkostitwixxu wkoll użu illegali ta’ għajnuna tal-Istat.

II. The rapporteur's comments

Ir-rapporteur tiegħek jaqbel mal-għan ġenerali tal-Kummissjoni rigward il-ħolqien ta’ Żona Ferrovjarja Unika Ewropea. Is-sehem ferrovjarju vis-à-vis mezzi oħra ta’ trasport għandu jiżdied u għandha tkun l-ambizzjoni tal-UE li tagħmel il-ferroviji għal darb’oħra mezz ta’ trasport affidabbli u attraenti. Madankollu, il-liberalizzazzjoni m’għandhiex tkun għan fiha nfisha iżda għandha titqies bħala għodda utli għall-ħolqien ta’ settur iżjed kompetittiv b’servizzi ta’ kwalità għolja. Il-ftuħ tas-swieq jeħtieġ li jiġi akkumpanjat minn regoli stretti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri rigward l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-bejgħ ta’ biljetti u regoli soċjali iżjed b’saħħithom għall-ħaddiema ferrovjarji.

Huwa meħtieġ ukoll li jinstab bilanċ tajjeb bejn il-ftuħ tas-suq u l-ħarsien tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) għal kull Stat Membru. "L-għażla tal-aħjar" linji kummerċjalment attraenti għandha tiġi evitata hekk kif għandu jiġi evitat ukoll l-għeluq sistematiku ta’ linji li jrendu inqas profitt.

Rigward il-proposta tal-Kummissjoni disponibbli, ir-rapporteur tiegħek iqis li l-kwistjonijiet li ġejjin jeħtieġ li jiġu kkunsidrati b’attenzjoni partikolari:

1. Il-ftuħ tas-suq u l-kuntratti pubbliċi tas-servizzi: "approċċ iżjed ibbilanċjat"

Servizzi ta’ aċċess miftuħ għandhom ikunu possibbli kull fejn li ma jkunx hemm OSP. Madankollu, fejn jitwettqu servizzi taħt kuntratt pubbliku ta’ servizz (PSC), il-ftuħ tas-suq għandu jkun iżjed gradwali milli previst mill-Kummissjoni. Huwa importanti li tiġi kkunsidrata l-eteroġeneità tan-netwerks f’termini tad-daqs u d-densità tagħhom u l-varjetà tal-istrutturi organizzattivi tal-Istati Membri. stati Membri għandhom esperjenzi differenti rigward il-proċess tal-ftuħ tas-suq, u għalhekk għandhom jingħataw flessibbiltà biżżejjed sabiex jorganizzaw in-netwerk tagħhom b’tali mod li tkun tista’ tinkiseb taħlita ottimali ta’ servizzi ta’ aċċess miftuħ u servizzi mwettqa taħt PSC sabiex tiġi żgurata kwalità għolja ta’ servizzi għall-passiġġieri kollha. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jagħżlu bejn iżjed opzjonijiet sabiex isibu l-bilanċ it-tajjeb bejn aċċess miftuħ u OSP.

Skont il-proposta tal-Kummissjoni, l-impriżi ferrovjarji issa jistgħu ikollhom aċċess għan-netwerk ferrovjarju fl-UE kollha għall-provvista ta’ kull tip ta’ servizzi tat-trasport, kemm jekk servizzi ta’ trasport tal-merkanzija kif ukoll tal-passiġġieri, nazzjonali jew internazzjonali. stati Membri jistgħu jillimitaw dan l-aċċess miftuħ sabiex jipproteġu s-servizzi mħaddma taħt PSC meta l-ekwilibriju ekonomiku ta’ dak il-PSC jista’ jiġi affettwat mis-servizz tal-aċċess miftuħ. It-test rispettiv tal-ekwilibriju ekonomiku jsir mill-korp regolatorju li wara jista’ jitlob il-modifika tas-servizz il-ġdid jew anke jibblokkah.

Flimkien ma’ din l-opzjoni, għandu jkun possibbli wkoll li l-aċċess miftuħ jiġi llimitat f’każijiet fejn PSC jkun ġie allokat permezz ta’ proċedura kompetittiva ta’ sejħa għall-offerti u biex b’hekk jingħata d-dritt esklużiv li jiġu pprovduti servizzi ferrovjarji lill-operatur li jkun ingħata l-kuntratt mingħajr ma jkollu jwettaq it-test tal-ekwilibriju ekonomiku. Din il-proċedura xorta waħda tiżgura grad suffiċjenti ta’ kompetizzjoni minħabba l-organizzazzjoni ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti. Fl-istess ħin tipprovdi iżjed ċertezza ta’ ppjanar lill-awtoritajiet kompetenti u l-fornitur ta’ PSC ladarba s-servizz ikun operattiv. Din l-opzjoni ta’ "approċċ ibbilanċjat" għandha tippermetti wkoll lill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti sabiex isiru familjari b’mod gradwali mas-sejħa għall-offerti kompetittiva. Meta Stat Membru jagħżel li jillimita d-dritt ta’ aċċess miftuħ, dan m’għandux jaffettwa d-dritt ta’ kabotaġġ internazzjonali, għajr jekk l-ekwilibriju ekonomiku tal-PSC inkwistjoni jkun jista’ jiġi kompromess.

Huwa meħtieġ li d-definizzjoni tal-kriterji tat-test tal-ekwilibriju ekonomiku ssir iżjed preċiża u li jiġu pprovduti prinċipji ta’ gwida aħjar sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dan it-test fl-Istati Membri.

2. Governanza aħjar tas-settur ferrovjarju

F’dan l-istadju, ir-rapporteur tiegħek mhuwiex qed jipproponi kwalunkwe tibdil sostanzjali rigward id-dispożizzjonijiet dwar l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura. B’mod ġenerali, iżjed ma jkun b’saħħtu l-korp regolatorju, iżjed ikunu jistgħu ikunu flessibbli l-modalitajiet tal-istruttura ta’ kumpaniji integrati vertikalment. Id-dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tas-sistemi tal-IT u dwar it-trasferimenti tal-persunal huma preskrittivi żżejjed u tista’ tingħata iżjed libertà lill-kumpaniji integrati sabiex isibu l-arranġamenti xierqa, taħt is-sorveljanza tal-korp regolatorju. Madankollu, dan jeskludi iżjed flessibbiltà rigward it-trasparenza finanzjarja bejn l-entitajiet differenti ta’ din l-istruttura integrata. Għaldaqstant, ir-rapporteur jixtieq li d-dispożizzjonijiet relevanti ma jintmessux kif propost mill-Kummissjoni.

Qed jiġi propost tisħiħ ulterjuri tal-korp regolatorju, li hija s-setgħa li jiġu approvati minn qabel imposti stabbiliti mill-amministratur tal-infrastruttura fejn dan tal-aħħar ikun jagħmel parti minn kumpanija integrata. Ir-rapporteur jixtieq jenfasizza li l-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju tagħhom ikollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa f’termini ta’ riżorsi umani u materjali sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu kif stabbilit fl-Artikolu 56 tad-Direttiva 2012/34/UE.

Fejn teżisti separazzjoni sħiħa bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, jista’ jkun utli li jitħallew jikkooperaw dwar proġetti konkreti li jistgħu jwasslu għal ġestjoni mtejba tal-infrastruttura u għal servizz aħjar għat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri. Din il-kooperazzjoni jew alleanza għandha tkun limitata fiż-żmien, tiġi ssorveljata mill-korp regolatorju u m’għandhiex tqiegħed fil-periklu l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura. Għandha sservi sabiex jinstabu arranġamenti prattiċi għas-soluzzjoni ta’ problemi speċifiċi bħall-organizzazzjoni tat-traffiku mtejba f’parti tal-infrastruttura fejn ta’ spiss ikun hemm dewmien.

3. Id-drittijiet tal-passiġġieri – it-twaqqif ta’ skema ta’ bejgħ ta’ biljetti globali kif suppost

Id-dispożizzjonijiet fuq id-drittijiet tal-passiġġieri fir-Regolament Nru. 1371/2007[1] huma pass fid-direzzjoni t-tajba. Sfortunatament huma dgħajfa wisq biex setgħu ħallew kwalunkwe impatt sostanzjali viżibbli fuq l-iżvilupp ta’ skema ta’ bejgħ ta’ biljetti globali fl-UE kollha. Is-settur qed jaħdem fuq soluzzjonijiet iżda dawk, ladarba jkunu disponibbli, jibqgħu opzjonali. Mil-lat tad-dritt tal-passiġġieri dan mhuwiex biżżejjed. Ir-rapporteur tiegħek jipproponi li l-iżvilupp ta’ dawn is-servizzi jsiru mandatorji f’kull Stat Membru sal-2020. Din l-iskadenza għandha tippermetti li s-settur jagħmel użu mill-iskema volontarja, li attwalment hija żviluppata taħt l-awspiċji tal-ERA.

Rigward il-bejgħ integrat ta’ biljetti, is-soluzzjonijiet għandhom jiġu żviluppati b’mod parallel, filwaqt illi titqies l-utilità ta’ dawn is-sistemi b’mod partikolari għat-trasport lokali u reġjonali.

Ir-rapporteur tiegħek iqis li d-dejta relatata mal-iskedi taż-żmien għandha ssir disponibbli għall-partijiet terzi sabiex tintuża għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi għal dawk li jippjanaw il-vjaġġi eċċ.

4. It-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet soċjali

Ftuħ tas-swieq ulterjuri u iżjed kompetizzjoni jmorru id f’id mat-tisħiħ tar-regoli soċjali sabiex jiġu llimitati kwalunkwe effetti negattivi fuq il-persunal tal-ferroviji. Il-kompetizzjoni m’għandhiex twassal għal dumping soċjali. mpriżi ferrovjarji għandhom ikunu obbligati jirrispettaw ir-regoli eżistenti kollha dwar il-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol u n-nuqqas ta’ rispett tagħhom għandu jkollu konsegwenzi negattivi għall-operatur inkwistjoni. Ir-rapporteur tiegħek jipproponi li mar-rekwiżiti għall-kisba ta’ liżenzja jiżdied l-impenn mill-impriżi li jirrispettaw il-ftehimiet kollettivi rappreżentattivi eżistenti fl-Istati Membri li l-impriża ferrovjarja tkun trid topera fihom.

Għandhom isiru tentattivi ġodda sabiex tiġi stabbilita ċertifikazzjoni għall-persunal abbord, kif propost inizjalment mill-Kummissjoni fl-2004 iżda li f’dak iż-żmien ma sabitx l-appoġġ tal-Kunsill. Billi t-traffiku internazzjonali huwa mistenni li jiżdied, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi madwar l-UE kollha għall-persunal abbord li jkunu simili għal dak li ġie miftiehem għas-sewwieqa tal-ferroviji. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-infurzar korrett u sħiħ mill-Istati Membri tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE.

Finalment, sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi anke fil-qasam tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, għandu jiġi stabbilit djalogu soċjali permanenti fil-livell tal-UE sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet soċjali u grad għoli ta’ kwalifiki professjonali għall-persunal tal-ferroviji.

5. Il-kjarifika tar-rwol tan-netwerk Ewropew tal-amministraturi tal-infrastruttura

In-netwerk Ewropew tal-amministraturi tal-infrastruttura propost huwa ċertament mod utli kif tiżdied il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-amministraturi tal-infrastruttra. Madankollu mhuwiex ċar għal kollox u jonqsu xi dettalji. Għaldaqstant qegħdin jiġu proposti xi żidiet u eżattezzi rigward il-kooperazzjoni bejn il-kurituri tan-netwerk TEN-T u l-kurituri tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, l-involviment tal-awtoritajiet ta-sigurtà nazzjonali u l-ERA jekk ikun xieraq, u r-rwol tal-Kummissjoni fin-netwerk.

  • [1]  Ir-REGOLAMENT (KE) Nru 1371/2007 TAL-PARLAMENT U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji.

OPINJONI TAL-MINORANZA

Skont l-Artikolu 52(3) tar-Regoli ta' Proċedura

Dwar l-abbozz ta' rapport dwar

Emenda tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u

tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea,

fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri

u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur (għal opinjoni): Saïd El Khadraoui

Imressqa minn Jacky Hénin, Jaromír Kohlicek u Sabine Wils f'isem il-Grupp GUE-NGL

Billi l-ewwel tliet pakketti ferrovjarji wasslu għal żieda fl-ispejjeż għall-passiġġieri, għal tnaqqis drammatiku tan-numru ta' tunnellati ta' merkanzija trasportati bil-ferrovija, kif ukoll għat-tħassir tal-kondizzjonijiet tal-ħaddiema ferrovjarji,

Billi għada ma saret l-ebda evalwazzjoni dwar il-pakketti ferrovjarji preċedenti,

Iqis li r-raba' pakkett ferrovjarja jmur kontra l-interessi tal-utenti, f'termini ta' spiża, sikurezza u aċċessibilità;

Iqis li s-separazzjoni bejn l-amministraturi tal-infrastruttura u l-operaturi tat-traspot twassal għal użu ta' introjtu biex jitħallsu dividendi lid-detenturi tal-ishma minflok ma dawn jiġu investiti fit-tisħiħ neċessarju tan-netwerk ferrovjarju;

Iqis li l-limitazzjoni u saħansitra wara l-perjodu ta' tranżizzjoni l-waqfien tal-għoti dirett ta' kuntratti tat-trasport tmur kontra d-dritt tal-awtoritajiet lokali li jiddeċiedu kif jixtiequ jorganizzaw is-servizzi tat-trasport pubbliku tagħhom, dritt li hu ggarantit mill-Protokoll 26 TUE, iqis li dan l-obbligu biex toħroġ talba għall-offerti miftuħa ser jikkawża ħsara lill-awtoritajiet lokali;

Iqis li r-raba' pakkett ferrovjarju se jħassar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema ferrovjarji, u jqis li l-pressjoni żejda fuq il-ħaddiema ferrovjarji hi ta' periklu għas-sikurezza ta' kulħadd;

Jiċħad bis-sħiħ ir-raba' pakkett ferrovjarju kollu kemm hu, peress li jkompli jsaħħaħ il-loġika qerrieda tal-liberalizzazzjoni.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (20.11.2013)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja
(COM(2013)0029 – C7‑0025/2013 – 2013/0029(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Frédéric Daerden

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-liberalizzazzjonijiet differenti ta’ setturi ta’ servizzi li saru f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, inkluż fis-settur ferrovjarju, kienu r-riżultat tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk jiffurmaw parti minn dan il-proġett.

Dan l-għan ta’ ħolqien ta’ suq komuni ma għandux ikun it-tmiem fih innifsu iżda pjuttost għandu jkollu l-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż tas-servizzi għall-konsumaturi, filwaqt li jinżamm standard għoli aċċessibbli għal kulħadd.

Il-miżuri differenti għal-liberalizzazzjoni tas-setturi fejn is-servizzi kienu storikament ipprovduti minn operaturi pubbliċi permezz ta’ monopolji operati nazzjonalment, matul is-snin, ma jidhirx li laħqu dan l-għan doppju.

Anke jekk fis-settur ferrovjarju biss, jeżistu xi eżempji ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon:

•  Fil-każ ta’ trasport internazzjonali tal-passiġġieri, fejn il-ftuħ għall-kompetizzjoni ilu sa mill-2010, iż-żieda tal-kompetizzjoni ma ġabitx nuqqas sinifikanti fl-ispejjeż u wasslet għal għeluq ta' linji qodma transfruntieri li ma kinux joperaw fuq il-mudell ta' veloċità għolja. Barra minn hekk, is-settur ma kellux iż-żieda mistennija, is-sehem tas-suq żdied aktar fuq il-pjan intermodali milli dak intramodali.

•  Fil-każ ta’ trasport domestiku ta’ passiġġieri fir-Renju Unit, l-Istat Membru l-aktar avvanzat fil-leġiżlazzjoni tiegħu ta’ liberalizzazzjoni – il-KESE jenfasizza sew in-nuqqas ta’ sodisfazzjon tal-utenti Brittaniċi u l-ħtieġa rikorrenti sabiex l-Istat jiġi involut fl-integrazzjoni tas-settur (tariffi, distribuzzjoni, skeda tal-ħinijiet...).

•  Fil-każ ta’ trasport ta’ passiġġieri domestiċi fil-bqija tal-Unjoni, kien hemm mhux inqas minn 15-il proċedura ta’ ksur minħabba traspożizzjoni inadegwata, li juri l-pass mgħaġġel iżżejjed ta’ din il-liberalizzazzjoni, li, sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien tal-proġett Ewropew, għandha ssir mingħajr ħsara għall-mudelli nazzjonali li pprovdew mudell ta' kwalità għolja liċ-ċittadini għal diversi għexieren ta' snin.

Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, ir-rapporteur ma jikkunsidrax li hemm prova tal-ħtieġa ta' liberalizzazzjoni ulterjuri tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u impenja ruħu, permezz tal-emendi tiegħu, li jnaqqas ir-riskju ta' impatt negattiv fuq iċ-ċittadini u b’mod partikolari fuq il-ħaddiema tas-settur, skont diversi dimensjonijiet:

•  Il-governanza bl-aktar mod integrata possibbli: filwaqt li s-separazzjoni stretta bejn l-amministraturi tal-infrastruttura u t-trasportaturi hija bbażata fuq il-kompetizzjoni, it-tħassib li ġġib magħha fost l-organizzazzjonijiet tal-utenti, it-trade unions fis-settur jew l-operaturi “storiċi”, jistieden lir-rapporteur biex ma jużax approċċ strett. Probabbilment dan se jġib miegħu nuqqas fir-reċiprokar ta’ riżorsi għall-investiment tanġibbli u żieda fil-burokrazija, impatt li jagħmel ħsara lill-kwalità tas-servizz u lis-sigurtà tal-utenti. Għalhekk ir-rapporteur għażel li jagħti l-libertà kollha possibbli lill-awtorità nazzjonali regolatorja f’dan ir-rigward, skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Frar 2013.

•  L-akbar libertà possibbli għall-Istati Membri biex jagħżlu bejn is-sejħa għall-offerti u l-għotja diretta tal-konċessjonijiet tas-servizz pubbliku permezz taż-żieda sostanzjali tal-limiti massimi.

•  L-introduzzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ trasport pubbliku sostenibbli, fl-aspetti tiegħu soċjali u ambjentali, tar-regoli għall-ħarsien tal-utenti, tal-ħaddiema u tal-ambjent, b’hekk jiffaċilita l-introduzzjoni fis-sejħiet għall-offerti ta' dawn il-kriterji kwalitattivi, soċjali u ambjentali.

•  It-tisħiħ fil-ħarsien tal-ħaddiema permezz ta’ ambitu wiesgħa ta’ trasferimenti għall-persunal fi ħdan l-impriża l-ġdida li topera s-servizz pubbliku; permezz ta’ tisħiħ tad-djalogu soċjali fl-istrutturi; permezz ta’ kjarifika tad-dritt soċjali applikabbli għall-persunal abbord, b’mod partikolari permezz ta’ ċertifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar; permezz ta’ sejħa lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu responsabbiltà soċjali bbażata fuq is-solidarjetà bejn l-offerent u s-subkuntratturi tiegħu, biex jiġi evitat id-dumping soċjali.

•  Il-ħtieġa ta' reċiproċità fil-ftuħ tas-swieq bejn l-Istati Membri.

•  Perjodu ta’ tranżizzjoni twil biżżejjed għat-traspożizzjoni mill-Istati Membri (sal-2029) sabiex dawk li jfasslu l-politika jkollhom biżżejjed żmien għal kunsiderazzjoni u analiżi qabel kwalunkwe liberalizzazzjoni ulterjuri.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Bosta studji u kwestjonarji juru li l-Istati Membri li fetħu s-swieq tagħhom għat-trasport domestiku tal-passiġġieri, bħall-Isvezja u r-Renju Unit, is-suq ferrovjarju kiber, u żdied ukoll l-għadd ta’ passiġġieri u membri tal-persunal sodisfatti.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea b'regoli komuni dwar il-governanza ta’ impriżi ferrovjarji u amministraturi tal-infrastruttura, dwar il-finanzjament tal-infrastruttura u t-tariffi, dwar kundizzjonijiet ta' aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi ferrovjarji, u dwar sorveljanza regolatorja tas-suq ferrovjarju. B'dawn l-elementi kollha fis-seħħ, issa huwa possibbli li jitlesta l-ftuħ tas-suq ferrovjarju tal-Unjoni, u li l-governanza tal-amministraturi tal-infrastruttura tiġi riformata bil-għan li jkun żgurat aċċess ugwali għall-infrastruttura.

(3) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea b'regoli komuni dwar il-governanza ta’ impriżi ferrovjarji u amministraturi tal-infrastruttura, dwar il-finanzjament tal-infrastruttura u t-tariffi, dwar kundizzjonijiet ta' aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi ferrovjarji, u dwar sorveljanza regolatorja tas-suq ferrovjarju. B’dawn l-elementi kollha fis-seħħ, issa huwa possibbli li jitlesta l-ftuħ tas-suq ferrovjarju tal-Unjoni, u li l-governanza tal-amministraturi tal-infrastruttura tiġi riformata bil-għan li jkun żgurat aċċess ugwali għall-infrastruttura sabiex tittejjeb il-kwalità tas-servizzi ferrovjarji mal-Ewropa kollha waqt li jiġu ssalvagwardjati l-istandards soċjali u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) L-Istati Membri huma responsabbli għall-organizzazzjoni tas-swieq tax-xogħol tagħhom għall-persunal ferrovjarju. Madankollu għandhom jiżguraw li l-mod li bih jiġi organizzat is-suq tax-xogħol ma jagħmilx ħsara lill-kwalità tas-servizz. Id-dritt tal-Unjoni diġà jipprovdi qafas ċar għall-protezzjoni tal-ħaddiema ferrovjarji.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Koordinazzjoni aħjar bejn l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandha tiġi żgurata permezz tal-istabbiliment ta' kumitat ta' koordinazzjoni, sabiex jinkiseb ġestjoni u użu effiċjenti tal-infrastruttura.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa ma għandha l-ebda valur miżjud għall-verżjoni finali ta’ dan it-test. Hija sempliċement tfakkar il-klawżola rendez-vous mid-Direttiva Riformulata li twassal għall-proposta attwali tal-Kummissjoni.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Kwistjonijiet transfruntiera għandhom jiġu indirizzati b'mod effiċjenti bejn l-amministraturi tal-infrastruttura tal-Istati Membri differenti, permezz tat-twaqqif ta' netwerk Ewropew ta' amministraturi tal-infrastruttura.

(7) Huwa meħtieġ li titjieb u tissaħħaħ il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-amministraturi tal-infrastruttura. Kwistjonijiet transfruntiera għandhom jiġu indirizzati b'mod effiċjenti bejn l-amministraturi tal-infrastruttura tal-Istati Membri differenti, permezz tat-twaqqif ta' netwerk Ewropew ta' amministraturi tal-infrastruttura.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) L-impriżi integrati vertikalment qatt ma jista’ jkollhom l-indipendenza meħtieġa bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja. Għaldaqstant l-istruttura tista’ twassal għal sussidjar reċiproku, li tfixkel il-kundizzjonijiet ekwi u twassal għal tgħawwiġ fil-kompetizzjoni.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) It-titjib fis-sikurezza ferrovjarja għandu jiġi kkunsidrat b'mod serju matul il-proċess tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri, b'mod partikolari fir-rigward tar-riforma tal-istrutturi integrati attwalment fis-seħħ, sabiex jiġi evitat li jitqiegħdu ostakli amministrattivi addizzjonali li jikkompromettu l-manutenzjoni u t-titjib fis-sikurezza.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Filwaqt li tiġi kkunsidrata l-eteroġeneità tan-netwerks f’termini tad-daqs u d-densità tagħhom u l-varjetà tal-istrutturi organizzattivi tal-awtoritajiet nazzjonali u lokali jew reġjonali u l-esperjenzi rispettivi tagħhom tal-proċess tal-ftuħ tas-suq, kull Stat Membru jrid ikollu flessibbiltà biżżejjed sabiex jorganizza n-netwerk tiegħu b’tali mod li tkun tista’ tinkiseb taħlita ottimali ta’ servizzi ta’ aċċess miftuħ u servizzi mwettqa taħt kuntratti ta’ servizz pubbliku sabiex tiġi żgurata kwalità għolja tas-servizzi aċċessibbli faċilment għall-passiġġieri kollha.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-għoti tad-dritt ta' aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja fl-Istati Membri kollha lill-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni sabiex joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri jista' jkollu implikazzjonijiet għall-organizzazzjoni u l-finanzjament ta' servizzi ferrovjarji għall-passiġġieri pprovduti b'kuntratt ta’ servizz pubbliku. L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jillimitaw tali dritt ta' aċċess f'każ li dan ikun jixħet f'riskju l-ekwilibriju ekonomiku ta' dawk il-kuntratti ta’ servizz pubbliku u meta tkun ingħatat approvazzjoni mill-korp regolatorju relevanti.

(14) L-għoti tad-dritt ta' aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja fl-Istati Membri kollha lill-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni sabiex joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri jista' jkollu implikazzjonijiet għall-organizzazzjoni u l-finanzjament ta' servizzi ferrovjarji għall-passiġġieri pprovduti b'kuntratt ta’ servizz pubbliku. L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jillimitaw tali dritt ta’ aċċess f’każ li dan ikun jixħet f’riskju l-kwalità tas-servizz u d-disponibbiltà anke f’żoni mbiegħda jew l-ekwilibriju ekonomiku ta’ dawk il-kuntratti ta’ servizz pubbliku u meta tkun ingħatat approvazzjoni mill-korp regolatorju relevanti.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kwalità ta’ servizz ipprovdut fil-qafas tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku tistax titqiegħed f’riskju minn servizz ipprovdut b’mod liberu fl-istess netwerk, jeħtieġ li l-korpi superviżorji jikkunsidraw l-effetti fuq in-netwerk, il-manutenzjoni tal-konnessjonijiet, il-puntwalità, id-disponibbiltà, l-affordabilità u l-aċċessibbiltà tas-servizzi pprovduti fil-qafas tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex is-servizzi ferrovjarji jsiru iktar attraenti għall-passiġġieri, l-Istati Membri għandhom ikunu f’pożizzjoni li jitolbu lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri sabiex jieħdu sehem fi skema integrata komuni ta' tagħrif u ta’ bejgħ ta' biljetti għall-provvista ta' biljetti normali, biljetti li jinkludu t-trażbord, u riżervazzjonijiet. Jekk tiġi stabbilita skema bħal din, għandu jiġi żgurat li ma toħloqx tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji.

(19) Sabiex is-servizzi ferrovjarji jsiru iktar attraenti għall-passiġġieri, l-Istati Membri għandhom jitolbu lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri sabiex jieħdu sehem fi skema integrata komuni ta’ tagħrif u ta’ bejgħ ta’ biljetti għall-provvista ta’ biljetti normali, biljetti li jinkludu t-trażbord, u riżervazzjonijiet inklużi r-rekwiżiti soċjali kollha. Is-servizz tal-biljetti m’għandux joħloq ostakli għall-persuni b’diżabilitajiet, il-persuni anzjani, il-familji jew il-persuni li jeħtieġu għajnuna speċjali.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Bil-ħsieb li titlesta ż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, u filwaqt li titqies il-kompetizzjoni fis-settur, il-Kummissjoni tappoġġja u tinkoraġġixxi b’mod attiv id-djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni sabiex tiżgura li l-ħaddiema fis-settur ferrovjarju jiġu mħarsa aktar b’mod sostenut kontra l-effetti mhux mixtieqa tal-ftuħ tas-suq u sabiex il-kundizzjonijiet tax-xogħol ma jmorrux għall-agħar fis-settur, kif ukoll sabiex jiġu żviluppati risposti konġunti għall-isfidi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Raba’ Pakkett Ferrovjarju. F’dan il-kuntest, l-impatt tal-piż psikoloġiku u soċjali tat-tibdil tal-persunal ikkonċernat jeħtieġ attenzjoni partikolari. Biex isir dan, il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ftuħ tas-swieq, b'mod partikolari li l-Istati Membri għandhom jikkonkludu ftehimiet kollettivi li japplikaw fit-territorju tagħhom, għandhom ikunu stabbiliti.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b) Il-Kummissjoni tiżgura l-infurzar sħiħ u korrett mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar il-Ftehim bejn il-Komunità tal-Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi transfruntiera interoperabbli fis-settur tal-ferroviji1, b’mod partikolari is-sikurezza tagħhom.

 

__________________

 

1 ĠU L 195, 27.7.2005, p. 15.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 19c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19c) L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu fil-kultura tas-sikurezza tagħhom “kultura ġusta” sabiex jinkoraġġixxu b’mod attiv lill-membri tal-persunal jirrappurtaw inċidenti marbuta mas-sikurezza, inċidenti u kolliżjonijiet li jkunu ġew evitati bi ftit mingħajr ma jkunu soġġetti għal kastig jew diskriminazzjoni. Kultura ġusta tippermetti li l-industrija ferrovjarja tieħu tagħlimiet minn aċċidenti, inċidenti u kolliżjonijiet li jiġu evitati bi ftit u b’hekk tittejjeb is-sikurezza fin-netwerk ferrovjarju għall-ħaddiema u l-passiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 19d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19d) Ir-rispett tar-regoli tal-ħinijiet tax-xogħol, tas-sewqan u tal-mistrieħ għas-sewwieqa lokomottivi huwa essenzjali għas-sikurezza ferrovjarja u għal kompetizzjoni ġusta. F’suq ferrovjarju Ewropew miftuħ b’operazzjonijiet transfruntiera li qed jiżdiedu, ir-rispett tal-ħinijiet tax-xogħol, tas-sewqan u tal-mistrieħ għandhom jiġu kkontrollati u infurzati. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollhom il-kompitu li jivverifikaw u jinfurzaw dawn ir-regoli; il-Kummissjoni għandha tipproponi regoli u verifiki regolari mandatorji. Iżda dan huwa possibbli biss permezz ta’ apparat elettroniku abbord li jirreġistra l-ħin ta’ sewqan u l-mistrieħ tas-sewwieqa lokomottivi.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 19e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19e) Fid-dawl tal-iżvilupp taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea u l-ftuħ tas-suq tat-trasport ferrovjarju, l-Istati Membri għandhom jużaw il-ftehimiet kollettivi rappreżentattivi konklużi bejn is-sħab soċjali, mingħajr preġudizzju għad-dritt nazzjonali u għall-ftehimiet kollettivi diġà fis-seħħ, sabiex jevitaw id-dumping soċjali u l-kompetizzjoni inġusta.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 19f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19f) Persunal abbord huwa grupp professjonali fis-settur ferrovjarju li qed iwettaq kompiti tas-sikurezza relevanti. Tradizzjonalment dan iwettaq kompiti tas-sikurezza operattivi fis-sistema ferrovjarja u huwa responsabbli għall-kumdità u għas-sikurezza tal-passiġġieri abbord il-ferroviji. Ċertifikazzjoni simili għal dik tas-sewwieqa lokomottivi hija utli sabiex tiggarantixxi livell għoli ta’ kwalifiki u kompetenzi, tirrikonoxxi r-rilevanza ta’ dawn il-gruppi professjonali għas-servizzi ferrovjarji sikuri kif wkoll tiffaċilita l-mobilità tal-ħaddiema.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 19g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19g) Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ta’ din id-Direttiva dwar l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol għall-persunal abbord il-ferroviji u fejn xieraq, tipproponi miżuri dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ dan il-persunal abbord il-ferroviji.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 19h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19h) Il-korp regolatorju nazzjonali għandu japprova jew jitlob tibdil fl-arranġamenti relatati mat-trasferiment tal-persunal. Dan jista’ jinkludi l-applikazzjoni ta’ perjodu biex wieħed jerġa’ jaħsibha (cooling-off period) għat-trasferiment tal-persunal. Il-korp regolatorju, meta jieħu d-deċiżjoni tiegħu, għandu jkollu l-għan li jevita t-trasferiment ta’ informazzjoni sensittiva mill-amministratur tal-infrastruttura għal entità oħra fl-impriża integrata.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt a

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 3 – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

‘(2) "amministratur tal-infrastruttura" tfisser kwalunkwe korp jew ditta li tiżgura l-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni ta' infrastruttura ferrovjarja f'netwerk; żvilupp jinkludi ppjanar tan-netwerk, ippjanar finanzjarju u ppjanar fl-investiment, kif ukoll il-bini u l-aġġornament tal-infrastruttura; l-operat ta’ infrastruttura tinkludi l-elementi kollha tal-proċess tal-allokazzjoni tal-mogħdija tal-ferroviji, inklużi kemm id-definizzjoni u kemm il-valutazzjoni tad-disponibbiltà, kif ukoll l-allokazzjoni ta' mogħdijiet individwali, il-ġestjoni tat-traffiku u t-tariffi tal-infrastruttura, inklużi d-determinazzjoni u l-ġbir tat-tariffi; il-manutenzjoni tinkludi t-tiġdid infrastrutturali u l-attivitajiet oħrajn ta’ ġestjoni tal-assi;";

‘(2) "amministratur tal-infrastruttura" tfisser kwalunkwe korp jew ditta li tiżgura, b’mod partikolari, l-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni ta’ infrastruttura ferrovjarja f’netwerk; żvilupp jinkludi ppjanar tan-netwerk, ippjanar finanzjarju u ppjanar fl-investiment, kif ukoll il-bini u l-aġġornament tal-infrastruttura; l-operat ta’ infrastruttura tinkludi l-elementi kollha tal-proċess tal-allokazzjoni tal-mogħdija tal-ferroviji, inklużi kemm id-definizzjoni u kemm il-valutazzjoni tad-disponibbiltà, kif ukoll l-allokazzjoni ta' mogħdijiet individwali, il-ġestjoni tat-traffiku u t-tariffi tal-infrastruttura, inklużi d-determinazzjoni u l-ġbir tat-tariffi; il-manutenzjoni għandha tinkludi t-tiġdid infrastrutturali u l-attivitajiet oħrajn ta’ ġestjoni tal-assi;"

Ġustifikazzjoni

Il-kliem il-ġdid tad-definizzjoni ta’ “amministratur tal-infrastruttura” jipprovdi kjarifika tad-dmirijiet tal-amministratur, pereżempju billi jħassar “b’mod partikolari” mid-definizzjoni attwali. Dan jirriżulta f’lista ġdida tal-funzjonijiet tal-amministratur li ssir lista magħluqa.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 3 – punt 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Il-punt 5 huwa mħassar;

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-tħassir tal-punt dwar id-definizzjoni tat-traffiku internazzjonali joħloq problema għall-Istati Membri li għandhom fruntiera ferrovjarja esterna ma’ pajjiżi terzi. Hemm riskju li titfaċċa lakuna legali.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 ġie revokat;

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-tħassir tad-dispożizzjoni li tippermetti l-organizzazzjoni tas-servizzi tal-amministrazzjoni u s-servizzi tat-trasport f’intrapriża unika – minkejja l-fatt li huma separati għall-finijiet tal-kontabilità – huwa eċċessiv. It-tħassir ta’ din id-dispożizzjoni jista’ jkollu effetti negattivi b’impatt wiesa’ (amministrattivi, finanzjarji, legali u soċjali) għal ħafna impriżi ferrovjarji li joperaw b’mod effiċjenti u effettiv fis-suq Ewropew.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministratur tal-infrastruttura jwettaq il-funzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(2), u li huwa indipendenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja.

L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi fil-kompetenzi tagħhom biex jiżguraw li l-amministratur tal-infrastruttura jwettaq il-funzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(2), u li huwa indipendenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Biex jiggarantixxu l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura huma organizzati f'entità li hija legalment differenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja.

Biex jiggarantixxu l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura huma organizzati f'entità li hija legalment differenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja, fil-limiti meħtieġa biex tiġi evitata l-burokrazija bejn l-entitajiet u jiġu faċilitati l-investimenti fin-netwerk, bil-għan li jiġi provdut servizz ta’ kwalità mingħajr ma jiżdiedu l-ispejjeż operattivi.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3 – punt 2

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-istess persuna ġuridika jew fiżika jew l-istess persuni ġuridiċi jew fiżiċi ma jitħallewx:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-istess persuna ġuridika jew fiżika jew l-istess persuni ġuridiċi jew fiżiċi ma jitħallewx, direttament jew indirettament:

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jaħtru membri tal-bord superviżorju, il-korp jew korpi amministrattivi li jirrappreżentaw lil amministratur tal-infrastruttura b'mod legali, u fl-istess ħin jeżerċitaw kontroll b'mod dirett jew indirett, ikollhom xi interess finanzjarju f'impriża ferrovjarja jew jeżerċitaw xi dritt fuqha;

(b) jaħtru d-direttur ġenerali, membri tal-bord superviżorju, il-korp amministrattiv, il-bord tad-diretturi jew korpi li jirrappreżentaw lil amministratur tal-infrastruttura b’mod legali, u fl-istess ħin jeżerċitaw kontroll b’mod dirett jew indirett, ikollhom xi interess finanzjarju f’impriża ferrovjarja jew jeżerċitaw xi dritt fuqha;

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Diment li ma jfeġġ l-ebda kunflitt ta' interess u li tkun iggarantita l-kunfidenzjalità ta' tagħrif kummerċjalment sensittiv, l-amministratur tal-infrastruttura jista' jagħti xogħlijiet speċifiċi ta' żvilupp, tiġdid u manutenzjoni bħala sottokuntratt, li fuqu għandu jżomm is-setgħa ta' teħid tad-deċiżjonijiet, lil impriżi ferrovjarji jew lil kwalunkwe korp ieħor li jaġixxi taħt is-superviżjoni tal-amministratur tal-infrastruttura.

4. Diment li ma jfeġġ l-ebda kunflitt ta' interess u li tkun iggarantita l-kunfidenzjalità ta' tagħrif kummerċjalment sensittiv, l-amministratur tal-infrastruttura jista' jagħti xogħlijiet speċifiċi ta' żvilupp, tiġdid u manutenzjoni bħala sottokuntratt, li fuqu għandu jżomm is-setgħa ta' teħid tad-deċiżjonijiet, lil impriżi ferrovjarji jew lil kwalunkwe korp ieħor li jaġixxi taħt is-superviżjoni tal-amministratur tal-infrastruttura. Dawn l-arranġamenti ta' sottokuntratti għandhom ikunu konsistenti mar-regoli li jirregolaw is-sejħa għall-offerti kompetittiva u, fejn xieraq, mal-kuntratt pubbliku. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkun responsabbli għal xogħlijiet mogħtija b’sottokuntratt.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fejn, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-amministratur tal-infrastruttura tappartieni għal impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. F'dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-amministratur tal-infrastruttura jwettaq il-funzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(2), u li jkollu indipendenza effettiva organizattiva u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet minn kwalunkwe impriża ferrovjarja skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a sa 7c."

5. Jekk l-amministratur tal-infrastruttura jappartieni għal impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. F'dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-amministratur tal-infrastruttura jwettaq il-funzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(2), u li jkollu indipendenza effettiva organizattiva u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet minn kwalunkwe impriża ferrovjarja skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a sa 7c."

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri, fil-ġejjieni, għandhom ukoll jitħallew jagħżlu bejn separazzjoni tal-amministratur tal-infrastruttura mill-impriżi ferrovjarji jew struttura integrata.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7b – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu l-persunal tiegħu stess u għandu jkun ibbażat f'bini separat mill-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. L-aċċess għall-informazzjoni għandu jkun protett biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura. Regoli interni jew kuntratti tal-persunal għandhom jillimitaw b'mod ċar il-kuntratti mal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għall-komunikazzjonijiet uffiċjali marbutin mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-amministratur tal-infrastruttura li huma eżerċitati wkoll b'rabta ma' impriżi ferrovjarji oħrajn barra l-impriża integrata vertikalment. It-trasferimenti ta' persunal li mhuwiex dak imsemmi fil-punt (c) bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għandhom ikunu possibbli biss jekk ikun jista’ jiġi ggarantit li l-informazzjoni sensittiva ma tintbagħatx bejn entità u oħra.

5. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu l-persunal tiegħu stess u għandu jkun ibbażat f'bini separat mill-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. L-aċċess għall-informazzjoni għandu jkun protett biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura. It-trasferimenti ta’ persunal li mhuwiex dak imsemmi fil-paragrafu 4 bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għandhom ikunu possibbli biss jekk ikun jista’ jiġi ggarantit li l-informazzjoni sensittiva ma tintbagħatx bejn entità u oħra.

 

L-amministratur tal-infrastruttura jista’ jikkoopera ma’ entitajiet oħra tal-impriża integrata vertikalment rigward l-iżvilupp tas-sistemi tal-informazzjoni tagħhom, sakemm jiġi żgurat li informazzjoni sensittiva miżmuma mill-amministratur tal-infrastruttura tiġi mħarsa b’mod adegwat.

 

Il-korp regolatorju għandu japprova jew jitlob tibdil għall-arranġamenti dwar l-implimentazzjoni tal-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu bil-għan li tiġi żgurata l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura. Il-korp regolatorju jista’ jitlob li l-impriża integrata tipprovdih bi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni hija preskrittiva żżejjed. Il-korp regolatorju għandu jiżgura li fir-rigward tal-post, is-sistemi tal-IT u l-persunal, minbarra l-livelli tat-tmexxija superjuri, l-arranġamenti huma tali li jiżguraw l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura. Dawk l-arranġamenti jistgħu jvarjaw bejn l-Istati Membri.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7d – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jwaqqfu u jorganizzaw Kumitati ta' Koordinazzjoni għal kull netwerk. Is-sħubija ta' dan il-kumitat għandha tkun miftuħa tal-inqas għall-amministratur tal-infrastruttura, l-applikanti magħrufa skont l-Artikolu 8(3) u, fuq talba tagħhom, l-applikanti potenzjali, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, ir-rappreżentanti ta' dawk li jużaw is-servizzi ta' merkanzija u ta' trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u, fejn relevanti, l-awtoritajiet reġjonali u lokali. Ir-rappreżentanti mill-Istati Membri u l-korp regolatorju kkonċernat għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni bħala osservaturi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jwaqqfu u jorganizzaw Kumitati ta' Koordinazzjoni għal kull netwerk. Is-sħubija ta’ dan il-kumitat għandha tkun miftuħa tal-inqas għall-amministratur tal-infrastruttura, l-applikanti magħrufa skont l-Artikolu 8(3) u, fuq talba tagħhom, l-applikanti potenzjali, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati tagħhom, ir-rappreżentanti ta’ dawk li jużaw is-servizzi ta’ merkanzija u ta’ trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u tal-ħaddiema tas-settur ferrovjarju u, fejn relevanti, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u partijiet interessati potenzjali oħra. Ir-rappreżentanti mill-Istati Membri u l-korp regolatorju kkonċernat għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni bħala osservaturi.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7e – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-Netwerk għandu jieħu sehem fl-attivitajiet ta' monitoraġġ tas-suq imsemmija fl-Artikolu 15 u għandu jivvaluta b'mod komparattiv l-effiċjenza tal-amministraturi tal-infrastruttura abbażi ta' kriterji ta' indikaturi u l-kwalità komuni, bħall-affidabbiltà, il-kapaċità, id-disponibbiltà, il-puntwalità u s-sikurezza tan-netwerks tagħhom, il-kwalità u l-użu tal-assi, il-manutenzjoni, it-tiġdid, it-titjib, l-investimenti u l-effiċjenza finanzjarja.

2. In-Netwerk għandu jieħu sehem fl-attivitajiet ta’ monitoraġġ tas-suq imsemmija fl-Artikolu 15 u għandu jivvaluta b’mod komparattiv l-effiċjenza tal-amministraturi tal-infrastruttura abbażi ta’ kriterji ta’ indikaturi u l-kwalità komuni, bħall-affidabbiltà, il-kapaċità, id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà, il-puntwalità u s-sikurezza tan-netwerks tagħhom, il-kwalità u l-użu tal-assi, il-manutenzjoni, it-tiġdid, it-titjib, il-kooperazzjoni transfruntiera sabiex jingħelbu l-konġestjonijiet, l-investimenti u l-effiċjenza finanzjarja.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"1a. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt li jinħolqu servizzi tal-passiġġieri ġodda jew mibdula taħt kuntratti pubbliċi ta’ servizz meta l-kuntratti pubbliċi ta’ servizz ġodda jew mibdula jikkompromettu l-ekwilibriju ekonomiku tas-servizzi eżistenti provduti mill-impriżi ferrovjarji li jkunu ngħataw aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja skont l-Artikolu 10(2).";

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt ta’ ħolqien ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku ġdid jew mibdul jekk il-korp regolatorju juri l-impatt ekonomiku potenzjali ta’ dawn il-kuntratti fuq servizz ipprovdut minn operatur ta’ aċċess miftuħ.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6 – punt b

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jistabbilixxi jekk l-ekwilibriju ekonomiku ta’ kuntratt pubbliku ta' servizz huwiex se jkun kompromess, il-korp jew korpi regolatorji relevanti msemmija fl-Artikolu 55 għandhom jagħmlu analiżi ekonomika oġġettiva u għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq il-bażi ta' kriterji deċiżi minn qabel. Għandhom jistabbilixxu dan wara talba mingħand kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin, ippreżentata fi żmien xahar mill-informazzjoni fuq is-servizz ippjanat għall-passiġġieri msemmi fl-Artikolu 38(4):

Sabiex jistabbilixxi jekk l-ekwilibriju ekonomiku u d-disponibbiltà u l-kwalità ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz huwiex se jkun kompromess, il-korp jew korpi regolatorji relevanti msemmija fl-Artikolu 55 għandhom jagħmlu analiżi ekonomika, soċjali u ambjentali oġġettiva, inkluż analiżi tal-kundizzjonijiet u s-sitwazzjoni tal-impjieg, u għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq il-bażi ta’ kriterji deċiżi minn qabel.

 

Il-valutazzjoni dwar jekk l-ekwilibriju ekonomiku tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz jistax jiġi kompromess għandha tikkunsidra kriterji determinati minn qabel bħall-impatt fuq il-profittabbiltà ta’ kwalunkwe servizz inkluż f’kuntratt pubbliku ta’ servizz, inklużi l-impatti li jirriżultaw fuq l-ispiża netta għall-awtorità pubblika kompetenti li tkun tat il-kuntratt, id-domanda tal-passiġġieri, il-prezz tal-biljetti, l-arranġamenti għall-bejgħ tal-biljetti, il-post u n-numru ta’ waqfiet u l-ħin u l-frekwenza tas-servizz ġdid propost, li huma stabbiliti mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 b’konformità mal-miżuri implimentattivi previsti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Il-valutazzjoni għandha turi jekk il-vijabbiltà tas-servizzi operati taħt il-kuntratt pubbliku ta’ servizz tistax tiġi affettwata. L-ekwilibriju għandu jitqies bħala kompromess meta jkun jista’ jintwera li l-fattibbiltà ekonomika għat-tħaddim ta’ dawk is-servizzi pubbliċi, li jiżguraw livell raġonevoli ta’ kwalità, tkun mhedda.

 

B’konformità ma’ din il-valutazzjoni u d-deċiżjoni tal-korp regolatorju relevanti, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw, jimmodifikaw jew iċaħħdu d-dritt ta’ aċċess għas-servizz tal-passiġġieri mixtieq, b’konformità mal-analiżi ekonomika u mad-dritt tal-Unjoni u l-prinċipji tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni. Il-korp jew il-korpi regolatorji għandhom jistabbilixxu dan wara talba mingħand kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin, ippreżentata fi żmien xahar mill-informazzjoni fuq is-servizz ippjanat għall-passiġġieri msemmi fl-Artikolu 38(4):

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji li jiddefinixxu l-ekwilibriju ekonomiku jeħtieġ li jiġu speċifikati f’iżjed dettall. It-test huwa ispirat mill-Premessa 21 tad-Direttiva 2012/34/UE u l-linji gwida interpretattivi tal-Kummissjon tal-2010.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 13a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 u għad-Direttiva 2010/40/UE, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri sabiex jieħdu sehem fi skema komuni ta' informazzjoni u skema integrata ta' bejgħ ta' biljetti għall-forniment ta' biljetti normali, biljetti li jinkludu t-trażbord u riżervazzjonijiet, jew jiddeċiedu li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jistabbilixxu tali skema. Jekk tiġi stabbilita tali skema, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din ma toħloqx tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji, u li hija amministrata minn entità legali pubblika jew privata jew assoċjazzjoni tal-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw servizzi għall-passiġġieri.

1. Bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 u għad-Direttiva 2010/40/UE, l-Istati Membri għandhom jitolbu lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri sabiex jieħdu sehem fi skema komuni ta' informazzjoni u skema integrata ta' bejgħ ta' biljetti għall-forniment ta' biljetti normali, biljetti li jinkludu t-trażbord u riżervazzjonijiet, jew jiddeċiedu li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jistabbilixxu tali skema. Jekk tiġi stabbilita tali skema, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din ma toħloqx tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji, u li hija amministrata minn entità legali pubblika jew privata jew assoċjazzjoni tal-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw servizzi għall-passiġġieri.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7a (ġdid)

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej:

 

"1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex tissorvelja l-kundizzjonijiet tekniċi, ekonomiċi u tax-xogħol u l-iżviluppi tas-suq fit-trasport ferrovjarju fl-Unjoni.”

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7b (ġdid)

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

 

(a) il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

 

"(d) ma jkunux instabu ħatja ta’ nuqqas serju jew ripetut li jissodisfaw l-obbligi tal-liġi soċjali u tax-xogħol, li jinkludu obbligi skont il-leġiżlazzjoni ta’ sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali u ftehimiet kollettivi, u l-obbligi tal-liġi doganali fil-każ ta’ kumpaniji li jkunu jridu jħaddmu servizzi tat-trasport transfruntiera ta’ merkanzija, u li jkunu soġġetti għall-proċeduri doganali.”;

 

(b) il-punt li ġej huwa miżjud:

 

"(e) impenja ruħu li japplika l-ftehimiet kollettivi ta’ validità ġenerali jew tas-soltu f’settur partikolari skont il-prattika konswetudinarja fl-Istati Membri fejn l-impriża biħsiebha topera.”

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 38 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

‘4. Meta applikant ikun beħsiebu jitlob kapaċità tal-infrastruttura biex jopera servizz għall-passiġġieri, għandu jgħarraf lill-amministraturi tal-infrastruttura u lill-korpi regolatorji kkonċernati, mhux inqas minn 18-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ tal-iskeda ta' żmien operattiva li magħha tkun marbuta t-talba għall-kapaċità. Sabiex il-korpi regolatorji kkonċernati jkunu jistgħu jivvalutaw l-impatt ekonomiku potenzjali fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti, il-korpi regolatorji għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità kompetenti li tat servizz ferrovjarju għall-passiġġieri fuq dik ir-rotta ddefinita f'kuntratt ta' servizz pubbliku, kwalunkwe awtorità kompetenti interessata oħra bi dritt li tillimita l-aċċess skont l-Artikolu 11 u kwalunkwe impriża ferrovjarja li twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku fuq ir-rotta ta' dak is-servizz għall-passiġġieri tiġi mgħarrfa mingħajr dewmien żejjed u mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara."

‘4. Meta applikant ikun beħsiebu jitlob kapaċità tal-infrastruttura biex jopera servizz għall-passiġġieri, għandu jgħarraf lill-amministraturi tal-infrastruttura u lill-korpi regolatorji kkonċernati, mhux inqas minn 18-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ tal-iskeda ta' żmien operattiva li magħha tkun marbuta t-talba għall-kapaċità. Sabiex il-korpi regolatorji kkonċernati jkunu jistgħu jivvalutaw l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali potenzjali fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti, il-korpi regolatorji għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità kompetenti li tat servizz ferrovjarju għall-passiġġieri fuq dik ir-rotta ddefinita f’kuntratt ta’ servizz pubbliku, kwalunkwe awtorità kompetenti interessata oħra bi dritt li tillimita l-aċċess skont l-Artikolu 11 u kwalunkwe impriża ferrovjarja li twettaq il-kuntratt ta’ servizz pubbliku fuq ir-rotta ta’ dak is-servizz għall-passiġġieri tiġi mgħarrfa mingħajr dewmien żejjed u mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara."

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 9

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 63 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq is-settur ferrovjarju, u għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha.

Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq is-settur ferrovjarju, u għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha. Din l-evalwazzjoni għandha tqis l-opinjonijiet espressi mill-imsieħba soċjali fil-kumitat tad-djalogu soċjali relevanti tal-Unjoni.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 9

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 63 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sal-2020, il-Kummissjoni għandha tinvestiga wkoll jekk l-organizzazzjoni tas-suq nazzjonali tax-xogħol tfixkilx il-ftuħ ulterjuri tas-suq, l-integrazzjoni u l-kwalità tas-servizzi pprovduti lill-klijenti. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri leġiżlattivi ġodda biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi ferrovjarji kollha.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 9

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 63 – paragrafu 1 – subparagrafu 2b (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha, mhux iktar tard minn ...*, tivvaluta l-impatt tagħha fuq l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol għall-persunal ferrovjarju. Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tipproponi miżuri dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-persunal abbord il-ferroviji.

 

_________________

 

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva."

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tħejji ġabra annwali ta’ dawn il-komunikazzjonijiet u tibgħatha, fil-lingwi ta' ħidma kollha, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1. Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tiġi kkodifikata mad-Direttiva li emendata minnha fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tagħha.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja

Referenzi

COM(2013)0029 – C7-0025/2013 – 2013/0029(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

7.2.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

7.2.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Frédéric Daerden

25.3.2013

Eżami fil-kumitat

18.9.2013

17.10.2013

14.11.2013

 

Data tal-adozzjoni

18.11.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

7

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Phil Bennion, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Minodora Cliveti, Marije Cornelissen, Emer Costello, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Ádám Kósa, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Nicole Sinclaire, Gabriele Stauner, Ruža Tomašić, Andrea Zanoni, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Claudette Abela Baldacchino, Georges Bach, Jelko Kacin, Ria Oomen-Ruijten, Antigoni Papadopoulou, Evelyn Regner

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marita Ulvskog

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (28.10.2013)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja
(COM(2013)0029 – C7‑0025/2013 – 2013/0029(COD))

Rapporteur (għal opinjoni): Joachim Zeller

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni, billi tnaqqas il-burokrazija u żżid il-kwalità tal-aċċess iffaċiltat fis-suq u l-effiċjenza tat-trasport ferrovjarju ġewwa l-Ewropa, u b’hekk tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ suq ferrovjarju intern. Madankollu, fil-kuntest tal-konsultazzjoni estensiva, il-partijiet interessanti fir-reġjuni, bħal pereżempju sistemi ta’ netwerk ta’ trasport reġjonali, spiss kienu jikkritikaw li l-bidliet sostanzjali u frekwenti jew ir-reviżjonijiet tal-atti legali ma jikkontribwixxux għal qafas ġuridiku stabbli u affidabbli.

Il-proposta tal-Kummissjoni għas-separazzjoni stretta bejn l-infrastruttura u t-trasport tinjora s-sitwazzjoni partikolari tan-numru kbir ta’ infrastrutturi tal-ferroviji żgħar u medji (bħal pereżempju ferroviji lokali, ferroviji storiċi, ferroviji żgħar, ferroviji tal-port u tal-mini), li huma ġeneralment organizzati bħala impriża integrata, iżda mhumiex ta’ importanza strateġika għall-funzjonament tas-suq tat-trasport ferrovjarju Ewropew. Separazzjoni stretta bejn dawn il-kumpaniji, ġeneralment b’inqas minn 50 impjegat, tkun sempliċiment assoċjata ma’ spejjeż addizzjonali kunsiderevoli, organizzattivi u operazzjonali, permezz ta’ duplikazzjoni meħtieġa ta’ strutturi tal-persunal. Is-sitwazzjoni ġenerali ta’ ekonomija prekarja tal-infrastrutturi ferrovjarji reġjonali qiegħda tipperikola l-eżistenza tal-istess infrastrutturi.

Ir-rapporteur jilqa’ t-tisħiħ tal-amministraturi tal-infrastruttura kif ukoll it-twaqqif ta’ kumitati ta’ koordinazzjoni, sabiex jissorveljaw l-attivitajiet tal-amministraturi tal-infrastruttura hekk imsaħħa. Għandu jiġi żgurat li l-awtoritajiet lokali jkunu sistematikament u mhux biss “possibbilment” involuti. Dan it-tisħiħ għandu jirriżulta wkoll f’ħatra ta’ punti ta’ kuntatt kompetenti għall-amministraturi tal-infrastruttura fir-rigward tar-relazzjonijiet mal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għall-kooperazzjoni bejn l-amministraturi tal-infrastruttura f’netwerk Ewropew, sabiex tiġi fi ħdan l-Ewropa implimentata sistema ta’ trasport li hija essenzjali biex ittaffi l-problema tal-operazzjoni ta’ trasport transfruntiera.

Ir-rapporteur japprova wkoll il-poteri msaħħa tar-regolaturi. Madankollu, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġu perjodu raġonevoli għat-talba tagħhom għal reviżjoni tal-valutazzjoni tal-effetti ħżiena tal-bilanċ ekonomiku ta’ servizz.

Ir-rapporteur jilqa’ l-proposta li d-dħul tal-amministraturi tal-infrastruttura għandu jintuża biss għall-operazzjoni tal-istess infrastruttura. Jekk ħlasijiet ta’ dividendi jibqgħu possibbli, l-ambitu tagħhom għandu jiġi regolat. Ħlasijiet ta’ dividendi li jammontaw għal trasferiment ta’ profitti għandhom ikunu projbiti. Mhuwiex raġonevoli li sanzjonijiet u r-restrizzjonijiet ta’ drittijiet għal aċċess fis-suq jirriżultaw minn sempliċiment suspett ta’ ksur tar-regoli. L-eliminazzjoni immedjata ta’impriża suspettata tikkastigaha qabel il-fatt u tagħmel ħsara lill-kompetizzjoni. Projbizzjoni tal-bidla ta’ persunal anzjan fi ħdan l-amministraturi tal-infrastruttura u impriżi tat-trasport f’impriżi involuti tillimita wkoll b’mod sproporzjonat lill-impriżi u l-impjegati tagħhom. Barra minn hekk, dan mhuwiex prattikabbli minħabba li jwassal għal telf konsiderevoli ta’ know-how kif ukoll ħafna snin ta’ esperjenza professjonali.

Ta’ spiss ir-reġjuni jirrapportaw problemi fil-koordinazzjoni tas-sistemi tal-biljetti bejn kumpaniji ferrovjarji u l-awtoritajiet lokali relevanti, b’mod speċjali fir-rigward tal-istazzjonijiet operati minn impriżi ferrovjarji stabbiliti. Sistema tal-biljetti armonizzata f’suq orjentat għall-kompetizzjoni tikkontribwixxi għall-ftuħ tas-suq. L-obbligu li jikkontribwixxu għal sistema ta’ informazzjoni nazzjonali jista’ jagħmel it-trasport pubbliku aktar attraenti. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu involuti f’din is-sistema.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jitlob lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkludi l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-għoti tad-dritt ta' aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja fl-Istati Membri kollha lill-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni sabiex joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri jista' jkollu implikazzjonijiet għall-organizzazzjoni u l-finanzjament ta' servizzi ferrovjarji għall-passiġġieri pprovduti b'kuntratt ta’ servizz pubbliku. L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jillimitaw tali dritt ta' aċċess f'każ li dan ikun jixħet f'riskju l-ekwilibriju ekonomiku ta' dawk il-kuntratti ta’ servizz pubbliku u meta tkun ingħatat approvazzjoni mill-korp regolatorju relevanti.

(14) L-għoti tad-dritt ta' aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja fl-Istati Membri kollha lill-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni sabiex joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri jista' jkollu implikazzjonijiet għall-organizzazzjoni u l-finanzjament ta' servizzi ferrovjarji għall-passiġġieri pprovduti b'kuntratt ta’ servizz pubbliku. L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jillimitaw tali dritt ta’ aċċess f’każ li dan ikun jixħet f’riskju l-ekwilibriju ekonomiku ta’ dawk il-kuntratti ta’ servizz pubbliku jew il-kwalità tas-servizz li jfornu u meta tkun ingħatat approvazzjoni mill-korp regolatorju relevanti.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)

Sabiex jiġi detetrminat jekk il-kwalità tas-servizz fornut fil-qafas ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku hijiex affettwata minn servizz b’aċċess ħieles fuq l-istess netwerk, il-korpi regolatorji għandhom b’mod partikolari jqisu l-effetti tan-netwerk, iż-żamma tal-konnessjonijiet u l-puntwalità.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-impriżi integrati vertikalment li joperaw proġetti ta’ investiment speċifiċi, skont l-Artikolu 32(3) ta’ din id-Direttiva, u li s-servizzi tagħhom jinsabu f’kompetizzjoni diretta ma’ modi oħra ta’ trasport m’għandhomx jiġu soġġetti għall-Artikolu 7 u l-anqas għall-Artikoli 7a sa 7c.

Ġustifikazzjoni

“Proġetti ta’ investiment speċifiċi”, li huma profitabbli biss fuq medda twila ħafna ta’ żmien għandhom ikunu eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7 u tal-Artikoli 7a sa 7c.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-dħul tal-amministratur tal-infrastruttura ma jistax jintuża biex jiffinanzja entitajiet legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, iżda biex jiffinanzja n-negozju tal-amministratur tal-infrastruttura, u biex iħallsu dividendi lis-sid ulterjuri tal-impriża integrata vertikalment. L-amministratur tal-infrastruttura ma jistax jagħti self lil xi entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, u l-ebda entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment ma tista' tagħti self lill-amministratur tal-infrastruttura. Kwalunkwe servizz offrut minn entitajiet legali oħrajn lill-amministratur tal-infrastruttura għandu jkun ibbażat fuq kuntratti u għandu jitħallas bi prezzijiet tas-suq. Id-dejn attribwit lill-amministratur tal-infrastruttura għandu jkun separat b’mod ċar mid-dejn attribwit lill-entitajiet legali oħrajn fi ħdan impriża integrata vertikalment, u dawn id-djun għandhom jitħallsu separatament. Il-kontijiet tal-amministratur tal-infrastruttura u tal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għandhom jinżammu b'tali mod li jkun żgurat li jiġu ssodisfati dawn id-dispożizzjonijiet u li jippermetti li jkun hemm ċirkwiti finanzjarji separati għall-amministratur tal-infrastruttura fir-rigward tal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment.

3. Id-dħul tal-amministratur tal-infrastruttura ma jistax jintuża biex jiffinanzja entitajiet ġuridiċi oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, iżda biex jiffinanzja n-negozju tal-amministratur tal-infrastruttura u biex jitħallsu dividendi adegwati lis-sid finali tal-impriża integrata vertikalment. M’għanhomx jiġu awtorizzati trasferimenti ta’ profitti. L-amministratur tal-infrastruttura ma jistax jagħti self lil xi entità ġuridika oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, u l-ebda entità ġuridika oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment ma tista' tagħti self lill-amministratur tal-infrastruttura. Kwalunkwe servizz offrut minn entitajiet ġuridiċi oħrajn lill-amministratur tal-infrastruttura għandu jkun ibbażat fuq kuntratti u għandu jitħallas bi prezzijiet tas-suq. Id-dejn attribwit lill-amministratur tal-infrastruttura għandu jkun separat b’mod ċar mid-dejn attribwit lill-entitajiet ġuridiċi oħrajn fi ħdan impriża integrata vertikalment, u dawn id-djun għandhom jitħallsu separatament. Il-kontijiet tal-amministratur tal-infrastruttura u tal-entitajiet ġuridiċi l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għandhom jinżammu b'tali mod li jkun żgurat li jiġu ssodisfati dawn id-dispożizzjonijiet u li jippermetti li jkun hemm ċirkwiti finanzjarji separati għall-amministratur tal-infrastruttura fir-rigward tal-entitajiet ġuridiċi l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment.

Ġustifikazzjoni

Il-projbizzjoni tat-trasferiment tal-profitti għandha tiġi espressa b’mod jerġa’ aktar ċar fit-test. Jekk il-ħlasijiet ta’ dividendi jibqgħu possibbli, id-daqs tagħhom għandu jiġi regolat. Il-ħlasijiet ta’ dividendi li jammontaw għal trasferiment ta’ profitti m’għandhomx jiġu approvati.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7b – paragrafu 3 – l-ewwel subparagrafu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu Bord Superviżorju magħmul minn rappreżentanti tas-sidien finali tal-impriża integrata vertikalment.

3. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu Bord Superviżorju magħmul minn rappreżentanti tas-sidien finali tal-impriża integrata vertikalment u rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti, fil-każ li dawn ma jkunux diġà rappreżentati fih.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-atturi ewlenin tas-sistema ferrovjarja. Għal din ir-raġuni, huma għandhom jiġu inklużi fil-korpi deċiżjonali u superviżorji tal-amministraturi tal-infrastruttura, li naturalment jinsabu f’pożizzjoni ta’ monopolju. L-awtoritajiet territorjali huma l-element li jgħaqqad flimkien l-amministraturi u l-klijenti finali, li l-bżonnijiet tagħhom jafuhom sew.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7b – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu l-persunal tiegħu stess u għandu jkun ibbażat f'bini separat mill-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. L-aċċess għall-informazzjoni għandu jkun protett biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura. Regoli interni jew kuntratti tal-persunal għandhom jillimitaw b'mod ċar il-kuntratti mal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għall-komunikazzjonijiet uffiċjali marbutin mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-amministratur tal-infrastruttura li huma eżerċitati wkoll b'rabta ma' impriżi ferrovjarji oħrajn barra l-impriża integrata vertikalment. It-trasferimenti ta' persunal li mhuwiex dak imsemmi fil-punt (c) bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għandhom ikunu possibbli biss jekk ikun jista’ jiġi ggarantit li l-informazzjoni sensittiva ma tintbagħatx bejn entità u oħra.

5. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu l-persunal tiegħu stess u għandu jkun ibbażat f'bini separat mill-entitajiet ġuridiċi l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. L-aċċess għall-informazzjoni għandu jkun protett biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura. Regoli interni jew kuntratti tal-persunal għandhom jillimitaw b'mod ċar il-kuntratti mal-entitajiet ġuridiċi l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għall-komunikazzjonijiet uffiċjali marbutin mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-amministratur tal-infrastruttura li huma eżerċitati wkoll b'rabta ma' impriżi ferrovjarji oħrajn barra l-impriża integrata vertikalment. It-trasferimenti ta’ persunal li mhuwiex dak imsemmi fil-punt (c) bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-entitajiet ġuridiċi l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għandhom ikunu possibbli. Madankollu, il-persunal ikkonċernat huwa obbligat li jirrispetta s-sigriet professjonali fir-rigward tal-attivitajiet preċedenti tiegħu, skont il-prattiki tal-liġi kummerċjali.

 

Ġustifikazzjoni

Huwa sproporzjonat u kostituzzjonalment dubjuż li wieħed jillimita daqshekk il-mobilità interna tal-persunal ta’ kumpanija. Żminijiet ta’ stennija u ostakoli oħra għat-trasmissjoni tal-informazzjoni huma suffiċjenti sabiex jipprevjenu l-informazzjoni sensittiva milli tiċċirkula minn sussidjarju għall-ieħor. Altrimenti, dan jirriżulta f’telf sinifikanti ta’ know-how u ta’ esperjenza professjonali.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7b – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-membri tal-bordijiet superviżorji jew tat-tmexxija u l-persunal superjuri tal-amministratur tal-infrastruttura ma għandu jkollhom l-ebda interess f'benefiċċju finanzjarju jew jirċievu xi wieħed, b'mod dirett jew indirett, minn xi entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. Elementi tar-remunerazzjoni tagħhom bbażati fuq il-prestazzjoni ma għandhomx jiddependu fuq ir-riżultati tan-negozju ta' xi entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment jew kwalunkwe entità legali taħt il-kontroll tagħha, iżda b'mod esklussiv fuq dawk tal-amministratur tal-infrastruttura.

7. Il-membri tal-bordijiet superviżorji jew tat-tmexxija u l-persunal superjuri tal-amministratur tal-infrastruttura, kif ukoll il-persunal tiegħu li jkollu aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali, ma għandu jkollhom l-ebda interess f’benefiċċju finanzjarju jew jirċievu xi wieħed, b’mod dirett jew indirett, minn xi entità ġuridika oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. Elementi tar-remunerazzjoni tagħhom bbażati fuq il-prestazzjoni ma għandhomx jiddependu fuq ir-riżultati tan-negozju ta' xi entità ġuridika oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment jew kwalunkwe entità ġuridika taħt il-kontroll tagħha, iżda b'mod esklussiv fuq dawk tal-amministratur tal-infrastruttura.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7c – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tirrikjedi t-tagħrif kollu meħtieġ, bi skadenza raġonevoli, mingħand l-Istat Membru fejn hi stabbilita l-impriża integrata vertikalment. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-korp jew korpi kkonċernata u, jekk xieraq, in-netwerk ta' korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 57.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tirrikjedi t-tagħrif kollu meħtieġ, bi skadenza raġonevoli, mingħand l-Istat Membru fejn hi stabbilita l-impriża integrata vertikalment. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-korp jew korpi kkonċernati, l-awtoritajiet kompetenti relevanti u, jekk xieraq, in-netwerk ta’ korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 57.

Ġustifikazzjoni

F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjità u b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tas-sistema ferrovjarja, l-involviment tal-livell lokali huwa indispensabbli.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7c – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-drittijiet ta’ aċċess ipprovduti fl-Artikolu 10 għall-impriżi ferrovjarji li huma parti mill-impriża integrata vertikalment li għaliha tappartieni l-amministratur tal-infrastruttura, jekk il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri li l-ebda talba ma tkun saret skont il-paragrafu 1, jew skont l-eżami tat-talba mill-Kummissjoni, jew jekk tiddeċiedi, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), li:

imħassar

(a) ma tkun saret l-ebda tweġiba xierqa għat-talba ta’ informazzjoni mingħand il-Kummissjoni skont il-paragrafu 2, jew

 

(b) l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernat ma jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a u 7b, jew

 

(c) l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a u 7b mhijiex biżżejjed biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi finanzjarji kollha, u n-nuqqas ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni fl-Istati Membri fejn hu stabbilt l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernat.

 

Ġustifikazzjoni

Kif is-soltu jsir fil-prattika tal-liġi, f’każ li ma tkun saret l-ebda applikazzjoni għal verifika tal-indipendenza jew f’każ li l-Kummissjoni tkun għadha ma ddeċidietx dwar talba bħal din, ma għandha tiġi imposta l-ebda sanzjoni. Huwa sproporzjonat li suspett ta’ ksur tar-regoli jkun suffiċjenti. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ informazzjoni, l-istrumenti li s-soltu jintużaw fi proċeduri ta’ ksur tat-Trattati jkunu biżżejjed. L-esklużjoni immedjata ta’ impriża, minħabba sempliċi suspett, tkun qed tikkastiga lill-impriża b’mod preventiv u fl-aħħar tagħmel ħsara lill-kompetizzjoni.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7d – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jwaqqfu u jorganizzaw Kumitati ta' Koordinazzjoni għal kull netwerk. Is-sħubija ta' dan il-kumitat għandha tkun miftuħa tal-inqas għall-amministratur tal-infrastruttura, l-applikanti magħrufa skont l-Artikolu 8(3) u, fuq talba tagħhom, l-applikanti potenzjali, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, ir-rappreżentanti ta' dawk li jużaw is-servizzi ta' merkanzija u ta' trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u, fejn relevanti, l-awtoritajiet reġjonali u lokali. Ir-rappreżentanti mill-Istati Membri u l-korp regolatorju kkonċernat għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni bħala osservaturi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jwaqqfu u jorganizzaw Kumitati ta' Koordinazzjoni għal kull netwerk. Is-sħubija ta' dan il-kumitat għandha tkun miftuħa tal-inqas għall-amministratur tal-infrastruttura, l-applikanti magħrufa skont l-Artikolu 8(3) u, fuq talba tagħhom, l-applikanti potenzjali, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, ir-rappreżentanti ta' dawk li jużaw is-servizzi ta' merkanzija u ta' trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema tas-settur ferrovjarju u l-awtoritajiet reġjonali u lokali rispettivi. Ir-rappreżentanti mill-Istati Membri u l-korp regolatorju kkonċernat għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni bħala osservaturi.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet reġjonali u lokali huma atturi importanti tal-politika tat-trasport u, għalhekk, għandhom jiġu assoċjati b’mod sistematiku u mhux biss “fejn relevanti”. Hu għal din ir-raġuni li għandhom jagħmlu parti mill-kumitat ta’ koordinazzjoni.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7d – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kumitat ta' Koordinazzjoni għandu jfassal ir-regoli tal-proċedura li jinkludu, b’mod partikolari, regoli dwar il-parteċipazzjoni fil-laqgħat u l-frekwenza tagħhom, li għandha tkun tal-inqas trimestrali. Ta’ kull sena, għandu jiġi ppreżentat rapport tad-diskussjonijiet tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni lill-amministratur tal-infrastruttura, l-Istat Membru, il-korp regolatorju kkonċernat u l-Kummissjoni b'indikazzjoni tal-pożizzjonijiet rispettivi meħudin mill-membri tal-Kumitat.

3. Il-Kumitat ta’ Koordinazzjoni għandu jfassal ir-regoli tal-proċedura li jinkludu, b’mod partikolari, regoli dwar il-parteċipazzjoni fil-laqgħat u l-frekwenza tagħhom, li għandha tkun tal-inqas trimestrali, kif ukoll regoli dwar konsultazzjonijiet regolari – li għandhom isiru tal-anqas darba fis-sena – mar-rappreżentanti tal-utenti tas-servizz tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri. Ta’ kull sena, għandu jiġi ppreżentat rapport tad-diskussjonijiet tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni lill-amministratur tal-infrastruttura, l-Istat Membru, il-korp regolatorju kkonċernat u l-Kummissjoni b'indikazzjoni tal-pożizzjonijiet rispettivi meħudin mill-membri tal-Kumitat.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7d – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jaħtar rappreżentant, minn fost il-persunal tiegħu, li jkun responsabbli għar-relazzjonijiet mal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Dak ir-rappreżentant għandu jkun f’pożizzjoni li jwieġeb, f’isem l-amministratur tal-infrastruttura, għall-mistoqsijiet ta’ awtorità lokali jew reġjonali fi żmien ħamest ijiem.

Ġustifikazzjoni

It-tisħiħ tal-poteri tal-amministraturi tal-infrastruttura għandu jkun akkumpanjat minn responsabbiltà ikbar għalihom fuq livell internazzjonali, permezz tan-netwerk tal- amministraturi tal-infrastruttura, imma anke fuq livell lokali. Ir-rappreżentant, li jaġixxi ta’ punt ta’ kuntatt ċentrali, għandu jkun f’pożizzjoni li jwieġeb fil-pront għall-mistoqsijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7e – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jieħdu sehem u jikkooperaw f'netwerk biex jiżviluppaw l-infrastruttura ferrovjarja tal-Unjoni, b'mod partikolari biex jiżguraw implimentazzjoni fil-ħin u effiċjenti tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, inklużi l-kurituri ewlenin tan-netwerk, il-kurituri tal-merkanzija bil-ferrovija skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010, u l-pjan ta' skjerament tas-Sistema Ewropea ta’ Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjajru (ERTMS) stabbilit bid-Deċiżjoni 2012/88/UE.

1. Fi żmien sentejn mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-amministraturi tal-infrastruttura jieħdu sehem u jikkooperaw f’netwerk biex jiżviluppaw l-infrastruttura ferrovjarja tal-Unjoni, b'mod partikolari biex jiżguraw implimentazzjoni fil-ħin u effiċjenti tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, inklużi l-kurituri ewlenin tan-netwerk, il-kurituri tal-merkanzija bil-ferrovija skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010, il-pjan ta’ skjerament tas-Sistema Ewropea ta’ Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjajru (ERTMS) stabbilit bid-Deċiżjoni 2012/88/UE, kif ukoll l-effikaċja ta’ kooperazzjoni reġjonali transkonfinali fi ħdan it-trasport ferrovjarju.

Ġustifikazzjoni

In-Netwerk Ewropew ta’ Amministraturi tal-Infrastruttura se joħloq il-possibilità li jiġu indirizzati b’mod determinat il-problemi tal-operat tat-trasport ferrovjarju transkonfinali fil-livell xieraq.. L-awtoritajiet lokali għandhom ikunu involuti wkoll.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 7e – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu l-prinċipji u l-prattiki komuni tan-Netwerk, b'mod partikulari biex tiżgura konsistenza fil-valutazzjoni komparattiva, u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-kooperazzjoni fin-Netwerk. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta’ att implimentattiv skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3)."

Il-Kummissjoni tista’, fejn ikun meħtieġ, tifformula proposti leġiżlattivi li jkollhom il-għan li jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-amministraturi tal-infrastruttura li jkunu membri fin-Netwerk.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt a

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

‘1. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt ta' aċċess stipulat fl-Artikolu 10(2) għal servizzi tal-passiġġieri bejn post ta' tluq partikolari u destinazzjoni fejn kuntratt pubbliku ta' servizzi wieħed jew iktar ikopru l-istess rotta jew rotta alternattiva jekk l-eżerċizzju ta' dan id-dritt jixħet f'riskju l-ekwilibriju ekonomiku ta' kuntratt pubbliku ta' servizz.";

‘1. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt ta' aċċess stipulat fl-Artikolu 10(2) għal servizzi tal-passiġġieri bejn post ta' tluq partikolari u destinazzjoni fejn kuntratt ta' servizz pubbliku wieħed jew iktar ikopru l-istess rotta jew rotta alternattiva jekk l-eżerċizzju ta' dan id-dritt jixħet f'riskju l-ekwilibriju ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku jew jekk jitfa’ lura l-kwalità tas-servizz provdut.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt b

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Sabiex jistabbilixxi jekk l-ekwilibriju ekonomiku ta’ kuntratt pubbliku ta' servizz huwiex se jkun kompromess, il-korp jew korpi regolatorji relevanti msemmija fl-Artikolu 55 għandhom jagħmlu analiżi ekonomika oġġettiva u għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq il-bażi ta' kriterji deċiżi minn qabel. Għandhom jistabbilixxu dan wara talba mingħand kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin, ippreżentata fi żmien xahar mill-informazzjoni fuq is-servizz ippjanat għall-passiġġieri msemmi fl-Artikolu 38(4):

“Sabiex jistabbilixxi jekk l-ekwilibriju ekonomiku ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku huwiex se jkun kompromess, il-korp jew korpi regolatorji relevanti msemmija fl-Artikolu 55 għandhom jagħmlu analiżi ekonomika oġġettiva u għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq il-bażi ta’ kriterji deċiżi minn qabel, filwaqt li jqisu l-effett kumulattiv tas-servizzi fornuti f’aċċess ħieles. Għandhom jistabbilixxu dan wara talba mingħand kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin, ippreżentata fi żmien xahrejn mill-informazzjoni fuq is-servizz ippjanat għall-passiġġieri msemmi fl-Artikolu 38(4):

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 13a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 u għad-Direttiva 2010/40/UE, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri sabiex jieħdu sehem fi skema komuni ta' informazzjoni u skema integrata ta' bejgħ ta' biljetti għall-forniment ta' biljetti normali, biljetti li jinkludu t-trażbord u riżervazzjonijiet, jew jiddeċiedu li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jistabbilixxu tali skema. Jekk tiġi stabbilita tali skema, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din ma toħloqx tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji, u li hija amministrata minn entità legali pubblika jew privata jew assoċjazzjoni tal-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw servizzi għall-passiġġieri.

1. Bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 u għad-Direttiva 2010/40/UE, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri sabiex jieħdu sehem fi skema komuni ta' informazzjoni u skema integrata ta' bejgħ ta' biljetti għall-forniment ta' biljetti normali, biljetti li jinkludu t-trażbord u riżervazzjonijiet, jew jiddeċiedu li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jistabbilixxu tali skema. Meta tkun qed tiġi stabbilita tali skema, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din ma toħloqx tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn l-impriżi ferrovjarji, u li hija amministrata minn entità ġuridika pubblika jew privata jew assoċjazzjoni tal-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw servizzi għall-passiġġieri. Ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu preżenti fi ħdan din l-entità ġuridika jew din l-assoċjazzjoni u jipparteċipaw b’mod sħiħ fid-deċiżjonijiet tagħha.

Ġustifikazzjoni

Ir-reġjuni ta’ spiss jirrappurtaw problemi fis-sistemi tal-ħruġ tal-biljetti fl-istazzjonijiet operati minn impriżi ferrovjarji stabbiliti. L-għan tar-reġjuni huwa li jarmonizzaw is-sistemi tal-ħruġ tal-biljetti fi ħdan suq orjentat għall-kompetizzjoni. L-obbligu ta’ parteċipazzjoni f’sistema ta’ informazzjoni nazzjonali jista’ jikkontribwixxi biex it-trasport pubbliku jsir aktar attraenti. L-awtoritajiet lokali għandhom, f’dan il-kuntest, ikunu preżenti fi ħdan il-korpi amministrattivi ta’ din is-sistema.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 38 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'4. Meta applikant ikun beħsiebu jitlob kapaċità tal-infrastruttura biex jopera servizz għall-passiġġieri, għandu jgħarraf lill-amministraturi tal-infrastruttura u lill-korpi regolatorji kkonċernati, mhux inqas minn 18-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ tal-iskeda ta' żmien operattiva li magħha tkun marbuta t-talba għall-kapaċità. Sabiex il-korpi regolatorji kkonċernati jkunu jistgħu jivvalutaw l-impatt ekonomiku potenzjali fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti, il-korpi regolatorji għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità kompetenti li tat servizz ferrovjarju għall-passiġġieri fuq dik ir-rotta ddefinita f'kuntratt ta' servizz pubbliku, kwalunkwe awtorità kompetenti interessata oħra bi dritt li tillimita l-aċċess skont l-Artikolu 11 u kwalunkwe impriża ferrovjarja li twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku fuq ir-rotta ta' dak is-servizz għall-passiġġieri tiġi mgħarrfa mingħajr dewmien żejjed u mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara."

'4. Meta applikant ikun beħsiebu jitlob kapaċità tal-infrastruttura biex jopera servizz għall-passiġġieri, għandu jgħarraf lill-amministraturi tal-infrastruttura u lill-korpi regolatorji kkonċernati, mhux inqas minn 12-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ tal-iskeda ta' żmien operattiva li magħha tkun marbuta t-talba għall-kapaċità. Sabiex il-korpi regolatorji kkonċernati jkunu jistgħu jivvalutaw l-impatt ekonomiku potenzjali fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti, il-korpi regolatorji għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità kompetenti li tat servizz ferrovjarju għall-passiġġieri fuq dik ir-rotta ddefinita f'kuntratt ta' servizz pubbliku, kwalunkwe awtorità kompetenti interessata oħra bi dritt li tillimita l-aċċess skont l-Artikolu 11 u kwalunkwe impriża ferrovjarja li twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku fuq ir-rotta ta' dak is-servizz għall-passiġġieri tiġi mgħarrfa mingħajr dewmien żejjed u mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara."

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2012/34/UE

Artikolu 56 – paragrafu 1 – punti h u i (ġodda)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. Fl-Artikolu 56(1), jiżdiedu l-punti li ġejjin:

 

‘(h) xogħol ta’ manutenzjoni skedat;

 

(i) xogħol ta’ manutenzjoni mhux skedat;”

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja

Referenzi

COM(2013)0029 – C7-0025/2013 – 2013/0029(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

7.2.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

7.2.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Joachim Zeller

19.2.2013

Data tal-adozzjoni

14.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Francesca Barracciu, Victor Boştinaru, Nikos Chrysogelos, Danuta Maria Hübner, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva Kekuš, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Iosif Matula, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Cornelia Ernst, Catherine Grèze, Karin Kadenbach, Maurice Ponga, Elisabeth Schroedter, Richard Seeber, Patrice Tirolien, Giommaria Uggias, Derek Vaughan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edvard Kožušník, Ivana Maletić

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja

Referenzi

COM(2013)0029 – C7-0025/2013 – 2013/0029(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.1.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

7.2.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

7.2.2013

ENVI

7.2.2013

ITRE

7.2.2013

IMCO

7.2.2013

 

REGI

7.2.2013

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

19.2.2013

ITRE

20.2.2013

IMCO

20.2.2013

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Saïd El Khadraoui

5.3.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

8.7.2013

14.10.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

17.12.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

12

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Patricia van der Kammen, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Jacob Bicep, Michel Dantin, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Alfreds Rubiks, Sabine Wils, Karim Zéribi

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Strejček

Data tat-tressiq

21.1.2014