RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri li jirratifikaw, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi

23.1.2014 - (12178/2013 – C7‑0233/2013 – 2013/0225(NLE)) - ***

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: David Martin

Proċedura : 2013/0225(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0041/2014
Testi mressqa :
A7-0041/2014
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri li jirratifikaw, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi

(12178/2013 – C7‑0233/2013 – 2013/0225(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12178/2013),

–   wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 114 u 207(3) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0233/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0041/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

NOTA SPJEGATTIVA

Għall-kuntrarju ta' dak fil-każ tal-armi tad-distruzzjoni tal-massa u l-mini, il-kummerċ fl-armi konvenzjonali għadu ma kienx suġġett għal strument globali legalment vinkolanti. It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi għandu l-għan jagħlaq din il-lakuna.

Wara negozjati twal[1], it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi ġie adottat fit-2 ta' April 2013 permezz ta' riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Tlitt Istati vvutaw kontra t-Trattat (il-Korea ta' Fuq, l-Iran u s-Sirja) u 22 astjenew (inklużi ċ-Ċina, l-Indja u r-Russja, li seta' jwassal għal ratifika kajmana u possibilment implimentazzjoni mhux kompluta f'dawn il-pajjiżi).

It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi jistabbilixxi standard internazzjonali komuni għar-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazzjonali fl-armi konvenzjonali u, sa ċertu punt għall-munizzjon u partijiet u komponenti. Għandu l-għan ukoll li jimpedixxi u jeqred il-kummerċ illeċitu ta' dawn l-armi.

Filwaqt li matul in-negozjati tan-NU ntuża bħala l-aħjar prattika, ir-regolament eżistenti Ewropew dwar l-esportazzjoni b'rabta mal-armi konvenzjonali[2], ir-regolament Ewropew jistabbilixxi standards aktar għoljin u għandu ambitu usa' minn dak tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi.

Il-listi Militari Komuni tal-UE, li jiddefinixxu l-armi soġġetti għar-regolamenti tal-UE dwar l-esportazzjoni tal-armi, huma aktar eżawrjenti mill-kategoriji tar-Reġistru tan-NU tal-Armi Konvenzjonali elenkati taħt l-Artikolu 2(1) tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi. It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, pereżempju, ma jkoprix il-gass tad-dmugħ, il-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (drones) jew it-teknoloġija militari filwaqt li l-munizzjon, il-partijiet u l-komponenti huma esklużi mill-klawsoli tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi relatati mal-importazzjoni, l-intermedjazzjoni, it-tranżitu u r-rappurtar. It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi lanqas ma jkopri apparat b'użu doppju, li diġà huwa suġġett għal sistema ta' kontroll tal-esportazzjoni fil-livell tal-UE.

Il-lista Ewropea ta' kriterji għall-valutazzjoni ta' esportazzjonijiet prospettivi hija wkoll usa' mit-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, bil-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru tkun l-uniku kriterju inkluż fit-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi li mhuwiex inkluż fil-livell tal-UE. L-iżvilupp soċjoekonomiku u r-ripressjoni interna ma jagħmlux parti mill-kriterji tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi.

Jekk min-naħa r-Rapporteur jiddispjaċih dwar il-lakuni u l-kamp ta' applikazzjoni limitat tat-Trattat, kif ukoll il-formulazzjoni impreċiża ta' bosta dispożizzjonijiet tat-trattat u li għaldaqstant jagħtu lok għal interpretazzjoni, min-naħa l-oħra huwa tal-fehma li l-enfasi tal-isforzi issa tista' tkun fuq l-iżgurar li l-pajjiżi li rratifikawh jimplimentaw it-Trattat kompletament, inkluż fejn neċessarju billi tingħata assistenza lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment il-pajjiżi Afrikani. Ir-Rapporteur iqis ukoll li ratifika rapida mill-Istati Membri kollha tal-UE se tibgħat messaġġ lil dawk il-pajjiżi terzi li għadhom ma rratifikawx, bħal pereżempju l-Istati Uniti.

Bil-ħsieb li tkun żgurata implimentazzjoni rapida u effikaċi tat-Trattat, segretarjat tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi bi status sħiħ għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati f'oqsma bħall-bini tal-kapaċità istituzzjonali, il-pariri ġuridiċi u l-assistenza teknika, materjali u finanzjarja. Il-kwistjonijiet li jifdal dwar il-kobor, il-kompożizzjoni, is-sit u l-finanzjament tiegħu, għandha tinstab soluzzjoni għalihom fuq perjodu ta' żmien qasir.

L-Unjoni Ewropea ma tistax tiffirma u tirratifika t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi billi l-Istati Membri biss jistgħu jkunu partijiet għat-trattati tan-Nazzjonijiet Uniti. Madankollu l-Kummissjoni Ewropea ingħatat mandat mill-Kunsill sabiex tinnegozja wħud mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, jiġifieri fi ħdan l-ambitu tal-Politika Kummerċjali.

Sussegwentement, il-proposta attwali għal Deċiżjoni tal-Kunsill tfittex li tawtorizza lill-Istati Membri jirratifikaw it-Trattat fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Din id-deċiżjoni ma tkoprix dawk l-elementi tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi li jistgħu jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni skont il-PESK.

  • [1]  Imniedi formalment mir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU bit-titolu “Towards an arms trade treaty: establishing common international standards for the import, export and transfer of conventional arms” adottata fis-6 ta' Diċembru 2006.
  • [2]  B'mod partikolari l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (16.1.2014)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi
(12178/2013 – C7‑0233/2013 – 2013/0225(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Krzysztof Lisek

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-PE jilqa' pożittivament ir-Riżoluzzjoni A/67/L.58 tan-NU li tadotta b'maġġoranza skjaċċanti t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT), wara negozjati twal li laħqu l-milja tagħhom permezz ta' strument ġuridikament vinkolanti bl-ogħla standards biex jirregola u jtejjeb il-kummerċ internazzjonali tal-armi konvenzjonali.

L-ATT qed jistabbilixxi l-ewwel regolament globali tal-kummerċ legali tal-armi li se jostakola l-kummerċ illegali tal-armi, it-terroriżmu internazzjonali u l-kriminalità organizzata u jillimita l-ksur serju tad-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali.

L-esportazzjonijiet tal-UE jaqgħu taħt il-Pożizzjoni Komuni tal-2008 li tistabbilixxi regoli u standards li għandhom jiġu segwiti, u għalhekk bħala attur prinċipali f'dan il-qasam, l-UE hija direttament ikkonċernata mis-suċċess tal-ATT: din mhux biss tistabbilixxi kundizzjonijiet indaqs għal dan il-kummerċ iżda, aktar importanti, tirregola l-kummerċ tat-tipi ta' armi l-aktar użati fi gwerer lokali, attakki terroristiċi jew ċivili u rewwixti oħra.

Il-punt ta' qawwa ewlieni tal-ATT huwa li l-Istati parteċipanti huma obbligati jistabbilixxu sistema ta' kontroll nazzjonali għal dawn it-trasferimenti u jevalwaw, qabel jawtorizzaw kwalunkwe trasferiment, ir-riskju li dawn l-armi jistgħu jfixklu l-paċi u s-sigurtà jew jintużaw biex jitwettaq ksur serju kontra d-dritt umanitarju internazzjonali jew id-drittijiet tal-bniedem jew atti ta' terroriżmu. Huwa importanti wkoll li mhux biss il-kummerċ tal-armi jaqa' taħt il-projbizzjoni, iżda anki atti oħra bħal kiri, liċenzji, għotjiet jew trasferimenti ta' teknoloġija rilevanti.

Wieħed mill-intoppi jista' jkun il-kamp ta' applikazzjoni limitat ta' xi dispożizzjonjiet tal-ATT.

Madankollu, it-trattat innifsu jipprevedi l-potenzjal ta' titjib tiegħu permezz tal-klawsola ta' reviżjoni.

******

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

16.1.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Hiltrud Breyer, Elmar Brok, Jerzy Buzek, Tarja Cronberg, Susy De Martini, Mark Demesmaeker, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Anna Ibrisagic, Liisa Jaakonsaari, Tunne Kelam, Paweł Robert Kowal, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Ryszard Antoni Legutko, Krzysztof Lisek, Ulrike Lunacek, Marusya Lyubcheva, Willy Meyer, Francisco José Millán Mon, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Norica Nicolai, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Bernd Posselt, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, György Schöpflin, Werner Schulz, Sophocles Sophocleous, Davor Ivo Stier, Charles Tannock, Eleni Theocharous, Geoffrey Van Orden, Sir Graham Watson, Boris Zala

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Charalampos Angourakis, Kinga Gál, Helmut Scholz, Ivo Vajgl

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

21.1.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Badia i Cutchet, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Henri Weber, Jan Zahradil, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder, Béla Glattfelder, Syed Kamall, Elisabeth Köstinger, Katarína Neveďalová, Tokia Saïfi, Peter Skinner, Jarosław Leszek Wałęsa