RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 471/2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

    23.1.2014 - (COM(2013)0579 – C7‑0243/2013 – 2013/0279(COD)) - ***I

    Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
    Rapporteur: Vital Moreira


    Proċedura : 2013/0279(COD)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A7-0042/2014
    Testi mressqa :
    A7-0042/2014
    Dibattiti :
    Testi adottati :

    ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 471/2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

    (COM(2013)0579 – C7‑0243 – 2013/0279(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    –   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0579),

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0243/2013),

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0042/2014),

    1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    Emenda  1

    Proposta għal regolament

    Premessa 8

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (8) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 471/2009, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni biex tkun tista' tadotta miżuri relatati mal-kodiċijiet li għandhom jintużaw għad-dejta msemmija fl-Artikolu 5(1) ta' dak ir-Regolament u miżuri relatati mar-rabta tad-dejta dwar il-karatteristiċi tan-negozju mad-dejta rrekordjata f'konformità mal-istess Artikolu. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    imħassar

    Emenda  2

    Proposta għal regolament

    Premessa 9

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (9) Il-Kumitat dwar l-istatitika relatata mal-kummerċ ta' oġġetti ma' pajjiżi mhux membri (Il-Kumitat tal-Extrastat) imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 471/2009 jagħti pariri lill-Kummissjoni u jassistiha fl-eżerċitar tas-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha.

    imħassar

    Emenda  3

    Proposta għal regolament

    Premessa 10

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (10) Skont l-istrateġija għal Sistema Ewropea ġdida dwar l-Istatistika (minn hawn 'il quddiem "ESS"), l-istruttura hija intenzjonata biex ittejjeb il-koordinazzjoni u s-sħubija fi struttura piramida ċara fl-ESS, il-Kumitat Ewropew dwar is-Sistema tal-Istatistika (minn hawn 'il quddiem "ESSC"), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea9, għandu jkollu rwol konsultattiv u jassisti lill-Kummissjoni fl-eżerċitar tas-setgħat ta' implimentazzjoni tagħhom.

    imħassar

    __________________

     

    9 ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

     

    Emenda  4

    Proposta għal regolament

    Premessa 11

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (11) Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 għandu jiġi emendat billi r-referenza tal-Kumitat tal-Extrastat tinbidel b'referenza għall-ESSC.

    imħassar

    Emenda  5

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 3 – sottopunt a

    Regolament (KE) 471/2009

    Artikolu 5 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li f'konformità mal-Artikolu 10a tadotta atti delegati relatati mal-ispeċifikazzjoni ulterjuri tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1.

    2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a dwar l-adozzjoni ta' regoli fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ulterjuri tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 u fir-rigward tal-miżuri relatati mal-kodiċijiet li għandhom jintużaw għal din id-dejta.

    Il-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni tadotta miżuri relatati mal-kodiċijiet li għandhom jintużaw għal din id-dejta.

     

    Dawn l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2)."

     

    Ġustifikazzjoni

    Konsiderazzjonijiet kostituzzjonali soda tas-separazzjoni tas-setgħat jindikaw li atti ta' natura normattiva – i.e. ta' regolamentazzjoni – għandhom ikunu esklużivi għal-leġiżlatur u li dawn jistgħu jitħallew jiġu adottati mill-fergħa eżekuttiva tal-gvern permezz ta' delega mil-leġiżlatur, qatt bħala setgħa ta' implimentazzjoni.

    Emenda  6

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 4 – punt a

    Regolament (KE) 471/2009

    Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni tadotta miżuri relatati mar-rabta tad-dejta ma' din l-istatistika li trid tiġi kompilata.

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a dwar l-adozzjoni ta' regoli dwar l-irbit tad-dejta ma' din l-istatistika li trid tiġi kompilata.

    Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).'

     

    Ġustifikazzjoni

    Konsiderazzjonijiet kostituzzjonali soda tas-separazzjoni tas-setgħat jindikaw li atti ta' natura normattiva – i.e. ta' regolamentazzjoni – għandhom ikunu esklużivi għal-leġiżlatur u li dawn jistgħu jitħallew jiġu adottati mill-fergħa eżekuttiva tal-gvern permezz ta' delega mil-leġiżlatur, qatt bħala setgħa ta' implimentazzjoni.

    Emenda  7

    Proposta għal regolament – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 6

    Regolament (KE) Nru 471/2009

    Artikolu 10a – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2), (3) u (4), 4(5), 5(2) u (4), 6(3) u 8(1) u (2), għal perjodu taż-żmien indefinit minn (Publication office: please insert the exact date of the entry into force of this Regulation).

    3. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2), (3) u (4), 4(5), 5(2) u (4), 6(3) u 8(1) u (2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn ...*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

     

    ____________

     

    * ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    Ġustifikazzjoni

    Ir-rapporteur iqis li jkun xieraq li l-għoti ta' setgħat jiġi limitat fiż-żmien. Limitazzjoni ta' dan it-tip twassal għal aktar kontroll parlamentari, peress li tobbliga lill-Kummissjoni tfassal rapport rigward id-delega ta' setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu stabbilit. Min-naħa l-oħra, l-estensjoni taċita tad-delega għal perjodu ta’ durata identika tevita li l-leġiżlaturi jiġu mgħobbija żżejjed u tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Politika Kummerċjali Komuni. Dan jirrifletti l-bidliet li ġabu magħhom iż-żewġ strumenti Omnibus dwar il-Kummerċ u l-allinjament sussegwenti għall-proċedura ta' komitoloġija.

    Emenda  8

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 7

    Regolament (KE) Nru 471/2009

    Artikolu 11

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (7) L-Artikolu 11 jinbidel kif ġej:

    (7) L-Artikolu 11 għandu jitħassar.

    "Artikolu 11

     

    Il-kumitat

     

    1. Il-Kummissjoni għandu jassistiha l-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (*). Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (*).

     

    2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

     

    Emenda  9

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jiġi kkonsolidat mar-Regolament li jemenda fi żmien tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ.

    NOTA SPJEGATTIVA

    Il-proposta tal-Kummissjoni li qed tiġi kkunsidrata hawnhekk għandha l-għan li tallinja r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 471/2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri mar-reġim ta' atti ta' implimentazzjoni u atti delegati li ddaħħal wara Lisbona (Artikoli 290 u 291 TFUE).

    Sal-ġurnata tal-lum, il-maġġoranza tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-Politika Kummerċjali Komuni ġiet allinjata mar-reġim kostituzzjonali ġdid permezz tal-istrumenti "Omnibus I" u "Omnibus II" dwar il-Kummerċ u ta' bosta allinjamenti individwali sussegwenti. Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tressaq it-tieni mewġa ta' allinjamenti għall-proċedura ta' komitoloġija - rigward atti leġiżlattivi li jinkludu l-proċedura regolatorja bi skrutinju - sa tmiem is-seba' leġiżlatura. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni qed tipproponi l-emenda għar-Regolament (KE) Nru 471/2009 dwar statistika Komunitarja li hu l-uniku att leġiżlattiv fil-qasam tal-Politika Kummerċjali Komuni li jirreferi għall-proċedura regolatorja bi skrutinju.

    Il-Kummissjoni qed tipproponi l-użu ta' atti delegati kważi fil-każijiet kollha fejn oriġinarjament kienet tintuża l-proċedura regolatorja bi skrutinju. L-atti ta' implimentazzjoni huma proposti f'żewġ każijiet biss, għall-adozzjoni ta':

    - il-miżuri relatati mal-kodiċijiet li għandhom jintużaw għal data statistika; kif ukoll

    - il-miżuri relatati mal-irbit tad-data dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni mad-data dwar in-negozju.

    Fl-emendi minn 1 sa 9 u l-emenda 11, ir-rapporteur qed jipproponi li l-atti ta' implimentazzjoni msemmija hawn fuq jinbidlu f'atti delegati, peress li hu konvint li l-Parlament għandu jkun aktar eżiġenti rigward is-separazzjoni tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni.

    Il-kriterji għall-għażla bejn iż-żewġ kategoriji ta' atti mhumiex bejn kwistjonijiet sustantivi u oħrajn li mhumiex, imma pjuttost bejn atti li jistabbilixxu regoli (jiġifieri atti li jittrattaw sitwazzjonijiet astratti) u atti li japplikaw biss għal sitwazzjoni konkreta individwali jew għal għadd ta' sitwazzjonijiet identifikati b'mod konkret. Għaldaqstant, irrispettivament min-natura "sustantiva" tagħhom, regoli u normi għandhom dejjem jiġu adottati permezz ta' atti delegati, b'mod li s-setgħa tal-Parlament fit-tfassil tar-regoli tiġi rispettata. Jekk il-Parlament jaċċetta atti ta' implimentazzjoni b'ambitu ġenerali/astratt, kieku jkun qed jippermetti li jiġu stabbiliti regoli mill-Kummissjoni taħt il-kontroll tal-Istati Membri mingħajr ma l-Parlament ikollu rwol x'jiżvolġi.

    Fl-emenda 10, ir-rapporteur qed jipproponi li l-għoti ta' setgħat lill-Kummissjoni jiġi limitat għal 5 snin. Limitazzjoni ta' dan it-tip twassal għal aktar kontroll parlamentari, peress li tobbliga lill-Kummissjoni tfassal rapport rigward id-delega ta' setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu stabbilit. Min-naħa l-oħra, l-estensjoni taċita tad-delega għal perjodu ta’ durata identika tevita li l-leġiżlaturi jiġu mgħobbija żżejjed u tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Politika Kummerċjali Komuni. Din l-emenda tirrifletti l-eżitu tan-negozjati għall-istrumenti "Omnibus I" u "Omnibus II" dwar il-kummerċ, fejn ġie approvat l-istess approċċ.

    Fl-aħħar nett, l-emenda 12 hi mmirata biex il-verżjoni kkonsolidata tar-Regolament emendat tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali fi żmien tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament ta' emenda. Din l-emenda tiffavorixxi ċ-ċertezza ġuridika u l-leġġibilità tal-leġiżlazzjoni għall-pubbliku.

    PROĊEDURA

    Titolu

    Statistika relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri fir-rigward tal-għoti ta’ setgħat delegati u ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri

    Referenzi

    COM(2013)0579 – C7-0243/2013 – 2013/0279(COD)

    Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

    8.8.2013

     

     

     

    Kumitat responsabbli

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    INTA

    10.9.2013

     

     

     

    Rapporteur(s)

           Data tal-ħatra

    Vital Moreira

    16.9.2013

     

     

     

    Eżami fil-kumitat

    27.11.2013

     

     

     

    Data tal-adozzjoni

    21.1.2014

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    19

    10

    0

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Laima Liucija Andrikienė, Maria Badia i Cutchet, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Henri Weber, Jan Zahradil, Paweł Zalewski

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Catherine Bearder, Béla Glattfelder, Syed Kamall, Elisabeth Köstinger, Katarína Neveďalová, Tokia Saïfi, Peter Skinner, Jarosław Leszek Wałęsa

    Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

    Sophie Auconie

    Data tat-tressiq

    23.1.2014