ABBOZZ TA’ RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru (Riformulazzjoni)
28.1.2014 - (COM(2013)0311 – C7‑0147/2013 – 2013/0162(COD)) - ***I
Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Rapporteur: Marie-Christine Vergiat
(Riformulazzjoni – Artikolu 87 tar-Regoli ta’ Proċedura)
ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru (Riformulazzjoni)
(COM(2013)0311 – C7‑0147/2013 – 2013/0162(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0311),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0147/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2013[1],
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[2],
– wara li kkunsidra l-ittra tal-5 ta’ Novembru 2013 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0058/2014),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Ta’ min infakkru fit-Trattati Ewropej issa hemm referenza espliċita għall-kwistjonijiet kulturali. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Ta’ min infakkru li l-oġġetti kulturali huma suġġetti għal protezzjoni partikolari. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 4 | ||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
(4) Id-Direttiva 93/7/KEE introduċiet sistema li tippermetti li l-Istati Membri jassiguraw ir-ritorn fit-territorju tagħhom ta' oġġetti kulturali li huma kklassifikati bħala teżori nazzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 36 tat-Trattat li jaqgħu taħt il-kategoriji komuni tal-oġġetti kulturali msemmija fl-Anness tiegħu u li kienu mneħħija mit-territorju tagħhom bi ksur tal-miżuri nazzjonali msemmija hawn fuq jew tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti ta' kultura; |
(4) Id-Direttiva 93/7/KEE introduċiet sistema li tippermetti li l-Istati Membri jassiguraw ir-ritorn fit-territorju tagħhom ta' oġġetti kulturali li huma kklassifikati bħala teżori nazzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 36 tat-Trattat li jaqgħu taħt il-kategoriji komuni tal-oġġetti kulturali msemmija fl-Anness tiegħu u li kienu mneħħija mit-territorju tagħhom bi ksur tal-miżuri nazzjonali msemmija hawn fuq jew tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali, u ta' oġġetti kulturali li jiġu minn skavi illegali; | |||||||||||||||||||||
|
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||||||||
|
23 ĠU L 39, 10.2.2009, p. 1. |
23 Regolament (KE) Nru 116/2009 tal-Kunsill, tat-18 ta' Diċembru 2008, dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali (ĠU L 39 tal-10.2.2009, p. 1). | |||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 8 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 9 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 10 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 11 | ||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
(11) Jeħtieġ li tiżdied il-kooperazzjoni amminstrattiva bejn l-Istati Membri sabiex din id-Direttiva tkun tista' tiġi applikata b'mod aktar effettiv u uniformi. Għalhekk, għandhom isiru arranġamenti sabiex l-awtoritajiet ċentrali jużaw is-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("IMI") prevista fir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE24. Tajjeb ukoll illi l-awtoritajiet kompetenti l-oħra tal-Istati Membri, fejn possibbli, jużaw l-istess sistema. |
(11) Jeħtieġ li tiżdied il-kooperazzjoni amminstrattiva bejn l-Istati Membri sabiex din id-Direttiva tkun tista' tiġi applikata b'mod aktar effettiv u uniformi. Għalhekk, għandhom isiru arranġamenti sabiex l-awtoritajiet ċentrali jużaw is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern ("IMI") prevista fir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24. Tajjeb ukoll illi l-awtoritajiet kompetenti l-oħra tal-Istati Membri, fejn possibbli, jużaw l-istess sistema u li l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni dwar oġġetti kulturali ddefiniti jew ikklassifikati bħala teżori nazzjonali u dwar dawk l-oġġetti kklassifikati bħala teżori nazzjonali misruqa jew maħruġa illegalment mit-territorju tagħhom, inkluż sejbiet minn skavi illegali. | |||||||||||||||||||||
|
|
Sabiex titjieb l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, għandu jkun stabbilit qafas speċjali fis-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern biex tadatta għall-ispeċifiċità tal-oġġetti kulturali, bħala oġġett iddivrenzjat għalkollox minn oġġetti oħra fl-ambitu tal-Artikolu 36 tat-Trattat; | |||||||||||||||||||||
|
_______________ |
_______________ | |||||||||||||||||||||
|
24 ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1. |
24 Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1) | |||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 11a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
|
(11a) L-Istati Membri huma mistiedna jippreżentaw definizzjoni ta’ “teżor nazzjonali”. | |||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 12 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 14 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 16 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 16a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 19a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
|
(19a) Biex din id-Direttiva tiġi implimentata mingħajr intoppi, għandu jiġi stabbilit kumitat konsultattiv ta' esperti nazzjonali bħala korp li se jkun involut fl-adattament tas-sistema tal-IMI għall-karatteristiċi speċifiċi tal-oġġetti kulturali, jikkontribwixxi għall-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri u jidentifika kwalunkwe problema li tista' tinqala' minħabba l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. | |||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu - 1 (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
|
Artikolu -1 | |||||||||||||||||||||
|
|
Din id-Direttiva titratta r-ritorn tal-oġġetti kulturali ddefiniti jew ikklassifikati minn Stat Membru bħala “teżor nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku”, skont il-leġiżlazzjoni jew il-proċeduri amministrattivi nazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jkunu nħarġu illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru, anke jekk dawn joriġinaw minn skavi illegali. Din id-Direttiva tapplika irrispettivament jekk l-oġġett konċernat kienx ikklassifikat jew definit minn Stat Membru bħala 'teżor nazzjonali' qabel jew wara li l-oġġett inħareġ illegalment mit-territorju ta' dak l-Istat Membru. | |||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 1 | ||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
1) "Oġġett kulturali " għandha tfisser oġġett li: ikun ikklassifikat, qabel jew wara t-tneħħija illegali tiegħu mit-territorju ta' Stat Membru, qalb il-" patrimonju nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku" taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew proċeduri amministrattivi fil-kuntest tas-sinifikat tal-Artikolu 36 tat-Trattat, |
1) "Oġġett kulturali " għandha tfisser oġġett li: ikun ikklassifikat jew iddefinit, qabel jew wara t-tneħħija illegali tiegħu mit-territorju ta' Stat Membru, li huwa fost it-“teżori nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku” taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew proċeduri amministrattivi fl-ambitu tas-sinjifikat ta' l-Artikolu 36 tat-Trattat. | |||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 8 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 8b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
|
8 ter) "IMI": 8(b)"IMI” għandha tfisser taqsima tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern adattata b’mod speċjali għar-rekwiżiti tal-oġġetti kulturali. | |||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 14 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 16a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li terġa’ tistabbilixxi artikolu mħassar mill-Kummissjoni. Fir-rigward tal-effikaċja dgħajfa tad-Direttiva 1993/7/KE, huwa neċessarju li l-Kumitat ikompli jiltaqa’ sabiex ikun jista’ jsegwi regolarment l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri, filwaqt li jikkonċentraw l-attività tagħhom speċjalment fuq il-punti msemmija f’dan l-Artikolu. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
NOTA SPJEGATTIVA
Id-Direttiva 93/7/KEE tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2013 fuq ir-ritorn ta’ oġġetti ta’ kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta’ Stat Membru ġiet adottata biex tkun żgurata l-protezzjoni ta’ oġġetti kulturali u l-aktar it-teżori nazzjonali fil-waqt tat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni tal-UE, mill-1 ta’ Jannar 1993.
Minħabba li f’dak iż-żmien kienu qed jibżgħu li jirċievu ħafna lmenti bħala talba għal ritorn, l-Istati Membri adottaw leġiżlazzjoni tassew restrittiva u tassew strutturata.
L-ewwel nett, huma biss l-oġġetti kulturali kklassifikati bħala “teżor nazzjonali” fis-sens tal-Artikolu 36 tat-Trattati li jistgħu jkunu suġġetti għal ritorn, u l-Artikolu 1 jagħti definizzjoni relatata ma’ Anness tassew strett ta’ kategoriji ta’ oġġetti kulturali kklassifikati bħala teżori nazzjonali li jistgħu jkunu soġġetti għal miżura ta’ ritorn, u barra minn dan jeżiġi li dawn jirrispettaw il-limiti taż-żmien u tal-valur monetarju tal-anqas għall-parti l-kbira minnhom.
F’Mejju 2013, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet riformulazzjoni tad-Direttiva tal-1993 abbażi tar-rapporti ta’ valutazzjoni tad-Direttiva u b’mod partikolari r-raba’ rapport tagħha.
L-istudju tal-impatt mehmuż mal-proposta ta’ riformulazzjoni juri li, mill-1993, ġew implimentati biss 15-il azzjoni ta’ ritorn: 3 bejn l-1999 u l-2003, 6 bejn l-2004 u l-2007 u 6 bejn l-2008 u l-2011[1]; kienu 7 minnhom biss li wasslu effettivament għal ritorn. Minn dan wieħed jista’ jiddeduċi li d-Direttiva tal-1993 kellha effett limitat, anke jekk ritorn jista’ jikkonċerna diversi oġġetti kulturali, kif kien il-każ għal wieħed minnhom li kkonċerna 30 000 dokument tal-arkivji.
Dawn iċ-ċifri għandhom jitqabblu man-numru ta’ 46[2] ritorn li seħħew fil-qafas ta’ proċedura amikevoli iżda wkoll man-numru ta’ oġġetti kulturali misruqa jew li kienu soġġetti għal traffiku transkonfinali. B’hekk, bejn l-2008 u l-2011 aktar minn 10 000 oġġett kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru nstabu fl-Italja u fir-Rumanija, u 365 fil-Greċja[3]. Bl-istess mod, 8 000 reat[4] kontra l-patrimonju ġew reġistrati kull sena bejn l-2007 u l-2010, ikkonċentrati f’diversi Stati Membri: Franza[5], il-Ġermanja, il-Polonja, l-Italja (li jirrappreżentaw 79 % tar-reati li ġarrbu dawn l-erbgħa pajjiżi u li ġew reġistrati matul l-2007), fejn ir-Repubblika Ċeka min-naħa l-oħra dehret bħal l-Istat prinċipali li safa vittma ta’ dan it-tip ta’ reati.
Skont il-Kummissjoni, it-traffikar ta’ oġġetti kulturali, u l-aktar ta’ teżori nazzjonali, żdied b’mod konsiderevoli f’dawn l-aħħar snin. Dan it-traffikar jikklassifika bħala t-tielet l-akbar sors ta' dħul tal-kriminalità organizzata.
Ir-raġuni tal-effikaċja limitata
Biex tispjega in-nuqqas ta’ effikaċja ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tressaq tliet raġunijiet: il-kundizzjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-oġġetti kklassifikati “teżori nazzjonali” biex ikunu jistgħu jkunu soġġetti ta’ ritorn (kategoriji, limiti finanzjarji u dawk taż-żmien), iż-żminijiet qosra biex iseħħ ir-ritorn u għall-preskrizzjoni u n-nefqa tal-kumpens.
Għanijiet tar-riformulazzjoni
L-għan tar-riformulazzjoni huwa li jiżdied in-numru ta’ ritorn ta’ oġġetti kulturali kkwalifikati bħala “teżori nazzjonali”. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tipproponi li jitħassar l-Anness għad-Direttiva tal-1993 u li jittawlu l-iskadenzi marbuta mal-implimentazzjoni tal-azzjoni ta’ ritorn u l-preskrizzjoni tal-azzjoni msemmija.
L-għan l-ieħor tar-riformulazzjoni huwa li titqarreb il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri f’dak li jikkonċerna l-kundizzjonijiet ta’ kumpens tal-possessur tal-oġġett li huwa s-soġġett tar-ritorn billi jiżdied il-piż tal-prova fuq dan tal-aħħar u mhux billi din il-kwistjoni terġa’ tintefa’ fuq il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. B’hekk, il-possessur tal-oġġett ikollu juri li huwa uża d-diliġenza meħtieġa matul il-kisba tiegħu, jiġifieri li huwa jkun ħa l-passi kollha meħtieġa biex jiżgura ruħu mill-oriġini legali tiegħu. Minħabba li l-possessur ħafna drabi jkun involut fis-suq tal-arti, jidher normali li wieħed jitlob li jagħmel dak kollu possibbli sabiex jiżgura ruħu mil-leġalità tal-oġġett kulturali qabel ma jibbenefika minn kumpens.
Il-Kummissjoni għandha l-għan ukoll li ttejjeb il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali kompetenti fil-qasam tar-ritorn ta’ oġġetti kulturali sabiex jiġu evitati kemm jista’ jkun il-proċeduri legali. Biex tagħmel dan, hija tipproponi li dawn l-awtoritajiet imsemmija jirrikorru għal strument ġdid ta’ kooperazzjoni amministrattiva tal-UE: is-sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI). Din hija għodda elettronika mfassla biex jitjiebu l-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri fil-qafas tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata mas-suq intern. Ir-rapporteur tagħkom tistaqsi lilha nnifisha dwar il-pertinenza ta’ din l-għodda fir-rigwardtal-oġġetti kulturali. Jidher li, fost l-istrumenti eżistenti fl-UE, l-IMI hija dak li huwa l-aktar adattat għall-bżonnijiet ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva, bis-saħħa ta’ oħrajn għall-informazzjoni dwar l-oġġetti kulturali definiti jew ikklassifikati bħala teżori nazzjonali u l-oġġetti kulturali misruqa, b’aċċess tal-internet sikur u bl-użu tal-lingwi kollha tal-UE. Barra minn dan, dan jista’ jkun aċċessat mill-amministrazzjonijiet kollha tat-tletin pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).
Oġġetti kulturali – teżori nazzjonali
Wieħed ifakkar li, minħabba n-natura tagħhom, m’hemm l-ebda definizzjoni komuni għall-Istati Membri tal-kunċett ta’ teżor nazzjonali li għandu valur artistiku, storiku u arkeoloġiku. Dan il-kunċett jirrelata mal-Artikolu 36 tat-TFUE li jippermetti lill-Istati Membri li jipproteġu wħud mill-oġġetti kulturali tagħhom.
Ċerti Stati Membri ma rawx il-bżonn li jagħtu tal-anqas definizzjoni minima għal dan il-kunċett, u f’oħrajn, id-definizzjoni tista’ tieħu forom tassew varji, partikolarment b’kunsiderazzjoni tal-patrimonju kulturali tassew diversifikat fl-Istati tal-UE.
L-Anness mad-Direttiva tal-1993 ma kellux l-objettiv li jiddefinixxi teżor nazzjonali, iżda li jiddetermina l-kategoriji ta’ teżori nazzjonali li jistgħu jkunu soġġetti għal talba ta’ ritorn, fejn wieħed jifhem li l-kollezzjonijiet pubbliċi elenkati fl-inventarji ta’ mużewijiet, l-arkivji u l-libreriji, jew l-oġġetti kulturali elenkati fl-inventarji tal-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi[6] min-natura tagħhom ġew inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva mingħajr ma kienu inklużi fl-Anness.
Barra minn dan, il-konfużjoni kompliet issaħħet minħabba l-eżistenza ta’ Anness kważi identiku għal dak tad-Direttiva li tidher fir-Regolament (KE) Nru 116/2009 tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali, imma li tiffoka fuq l-oġġetti kulturali kollha, mhux it-teżori nazzjonali biss.
Dan ir-riferiment għall-kunċett ta’ oġġetti kulturali jidher li jispjega ruħu l-aktar permezz ta’ referenza għall-konvenzjonijiet tal-UNESCO tal-1970 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu għall-projbizzjoni u l-waqfien tal-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta’ proprjetà illegali ta’ oġġetti kulturali u tal-UNIDROIT tal-1995 dwar l-oġġetti kulturali misruqa jew esportati illegalment. Din hija r-raġuni għalfejn ir-Rapporteur tagħkom tqis li emenda tat-titolu tad-Direttiva li tagħmel referenza daqshekk ċara għall-kunċett ta’ teżor nazzojnali kienet tiċċara s-sitwazzjoni b’mod aqwa.
L-approċċ “suq intern”
Il-bażi ġuridika tar-reviżjoni proposta mill-Kummissjoni tibqa’ dik relatata mat-tqarrib tal-liġijiet nazzjonali (l-Artikolu 114 TFUE), tidħol fil-qafas tal-miżuri maħsuba li jistabbilixxu jew jiżguraw il-funzjonament tas-suq intern, kif imsemmi fl-Artikolu 26 TFUE li jirreferi għalih l-Artikolu 114.
Ir-Rapporteur tagħkom tifhem dan l-approċċ li għandu raġunijiet storiċi kif issemma’ aktar qabel, madankollu dan ma jittrattax biss il-moviment liberu ta’ oġġetti, iżda wkoll il-ħarsien tal-patrimonju kulturali. Barra dan, referenza għall-Artikolu 167 TFUE dwar l-azzjoni tal-UE fil-qasam kulturali, b’mod partikolari l-paragrafu 2 tiegħu li jistabbilixxi l-konservazzjoni u s-salvagwardja tal-partimonju kulturali ta’ importanza Ewropea, li taħtu jaqgħu t-teżori nazzjonali, u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, kienet tippermetti approċċ aktar konformi mal-ambizzjonijiet tal-UE fil-qasam tal-kultura.
Il-proċedura ta’ riformulazzjoni
Fir-rigward ta’ dan li semmejna hawn fuq, ir-Rapporteur tagħkom taqbel fil-parti l-kbira mal-ħtieġa li ssir reviżjoni ta’ din id-Direttiva, iżda jiddispjaċiha li l-Kummissjoni żammet il-proċedura ta’ riformulazzjoni, li tillimita s-setgħat ta’ emenda tal-Parlament Ewropew, għaliex din tawtorizza biss lil dan tal-aħħar biex jemenda biss il-partijiet mid-Direttiva li l-Kummissjoni tippermettilu li jemenda.
Minkejja dawn ir-rimarki u d-diffikultajiet, ir-Rapporteur tagħkom tissuġġerixxi emendi li jidhrulha meħtieġa għat-tisħiħ tal-għanijiet tal-proposta ta’ riformulazzjoni.
Ir-Rapporteur tagħkom tissuġġerixxi li jiġi emendat l-Artikolu 1 tal-proposta għal direttiva u li fl-Anness jitħassru biss ir-referenzi għal-limiti, kemm jekk dawn huma finanzjarji jew ta’ żmien, u li dan jingħata forza indikattiva biss.
Ir-Rapporteur tagħkom tipproponi wkoll li jiġi emendat it-test “oġġett kulturali kklassifikat qabel jew wara li jkun tneħħa illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru” għax tqis li din il-formulazzjoni tintroduċi inċertezza legali. Hija tqis ukoll li huwa neċessarju li ssir referenza għall-oġġetti kulturali li jkunu tpoġġew fis-suq wara skavi illegali.
Ir-Rapporteur tagħkom tissuġġerixxi wkoll li jiġi emendat is-subparagrafu rigward il-bona fede fl-Artikolu 9 sabiex jitneħħew ċerti punti legali ambigwi u biex tiġi determinata biċ-ċar ir-rabta bejn id-dritt għal kumpens u d-diliġenza eżerċitata mill-possessur ta’ oġġett kulturali li huwa soġġett għal azzjoni ta’ ritorn.
Fir-rigward tal-effikaċja dgħajfa tad-Direttiva tal-1993, ir-Rapporteur tagħkom tipproponi li jinżamm il-Kumitat responsabbli għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta’ dan it-test.
Ir-Rapporteur tagħkom tissuġġerixxi wkoll li l-Istati Membri jagħmlu rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva l-ġdida fi żmien ta’ madwar tliet snin wara l-adozzjoni ta’ din ir-reviżjoni; hija tqis li din l-emenda hija meħtieġa sabiex l-Istati Membri u l-Kummissjoni, flimkien mal-Parlament Ewropew, jkunu jistgħu jiddiskutu l-mod biex ikompli jitjieb it-twettiq tal-għan ta’ din ir-reviżjoni.
Ir-Rapporteur tagħkom tipproponi wkoll emendi li jikkonċernaw l-IMI, bl-introduzzjoni ta’ referenza ċara għar-rispett tad-dispożizzjonijiet legali fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta personali.
Emendi oħra proposti sempliċiment għandhom l-għan li jagħtu lura ċerta koerenza lid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, u biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tagħha: dan huwa l-każ tal-emendi għas-subparagrafi 2 u 3 tal-Artikolu 4. B’mod partikolari, dawn jerġgħu jistabbilixxu obbligu ta’ informazzjoni tal-Istati Membri bejniethom fil-qasam tar-ritorn.
Ir-Rapporteur tagħkom tissuġġerixxi wkoll emendi għall-kunsiderazzjonijiet b’rabta mal-emendi proposti fl-Artikoli differenti.
Qed ikun propost ukoll li l-Istati Membri u l-UE jiġu mistiedna jiffirmaw u jirratifikaw il-konvenzjonijiet tal-UNESCO u l-UNIDROIT dwar l-oġġetti kulturali.
- [1] Ara l-paġna 11 tal-istudju tal-impatt; hija ħasra li l-Kummissjoni ma tippreċiżax liema Stati Membri huma kkonċernati, b’differenza mir-ritorni fuq livell amikevoli.
- [2] Ara l-paġna 11 tal-istudju tal-impatt;
- [3] Ara l-paġni 9 u 12 tal-istudju tal-impatt
- [4] Ara l-paġna 9 tal-istudju tal-impatt;
- [5] Ir-reati jonqsu b’madwar 50 % bejn l-2007 u l-2009 għal Franza, anqas għall-Ġermanja.
- [6] L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-1993
ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
|
|
|
||
|
|
PARLAMENT EWROPEW |
2009 - 2014 |
|
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Doris Pack
President, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
ASP 10E102
Suġġett: Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru (Riformulazzjoni) 2013/0162(COD) COM(2013)139
Għażiża President,
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 87 dwar ir-Riformulazzjoni, kif introdott fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament.
Il-Paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu jgħid hekk:
“Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, għandu jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.
F’dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 150 u 151, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.
Madankollu, jekk f’konformità mal-punt 8 tal-Ftehima Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-partijiet kodifikati tal-proposta, huwa għandu jinnotifika immedjatament l-intenzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tinforma lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 54, dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta’ riformulazzjoni.”
Insegwitu għall-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv li fihom ġiet eżaminata l-proposta riformulata ta’ dan l-aħħar, u inkonformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur ta’ opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwestjoni ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għajr il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta jew fil-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv u li, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdulin tal-atti ta’ qabel b’dawk il-bidliet, il-proposta fiha kodifikazzjoni vera u proprja tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bida fis-sostanza tagħhom.
Bħala konklużjoni, wara li ddiskutiha matul il-laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Novembru 2013, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b’mod unanimu b’21 vot[1], jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, għandu jipproċedi għall-eżaminazzjoni tal-proposta t’hawn fuq skont l-Artikolu 87 tar-Regoli ta’ Proċedura.
Dejjem Tiegħek,
Anness
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
|
|
GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
|
Brussell, 1 ta’ Ottubru 2013.
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill xxx (riformulazzjoni)
COM(2013)0311 tal-31.5.2013 – 2013/0162(COD)
Skont il-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali, u partikolarment il-punt 9 ta’ dan il-Ftehim, il-grupp ta’ ħidma konsultattiv magħmul mis-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa’ fl-4 ta’ Lulju 2013 biex jeżamina, fost oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq, ippreżentata mill-Kummissjoni.
Waqt l-eżami[1] tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jwassal għar-riformulazzjoni tad-Direttiva 93/7/KEE tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru, il-Grupp, bi ftehim komuni, osserva dan li ġej.
1) Fir-rigward tal-memorandum ta’ spjegazzjoni, sabiex dan jinkiteb b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Interistituzzjonali, kien meħtieġ li d-dispożizzjonijiet tal-att preċedenti mhux mibdula jiġu indikati b’eżattezza, kif previst fil-punt 6.a)iii) tal-Ftehim.
2) Fil-proposta għal riformulazzjoni, il-partijiet tat-test li ġejjin kellhom jiġu mmarkati b’tipa ta’ kulur ġriż li ġeneralment tintuża biex tidentifika l-modifiki sostanzjali:
- fil-premessa 4, it-tneħħija tat-tieni, it-tielet u r-raba’ sentenzi tat-tielet premessa tad-Direttiva 93/7/KEE (li jgħidu “billi t-tħaddim ta’ dawn l-arranġamenti għandu jkun sempliċi u effiċjenti kemm jista’ jkun; billi biex titħaffef il-kooperazzjoni fir-rigward tar-ritorn l-iskop tal-arranġamenti għandu jkun limitat għal oġġetti li jappartjenu għal kategoriji komuni ta’ oġġett ta’ kultura; billi l-Anness ma’ din id-Direttiva mhux konsegwentement maħsub biex jiddefinixxi oġġetti li jgħaddu bħala “teżori nazzjonali” fl-ambitu tas-sinjifikat tal-imsemmi Artikolu 36, imma biss kategoriji ta’ oġġetti li jistgħu jkunu klassifikati bħala tali u li jistgħu għaldaqstant ikunu koperti mill-proċeduri tar-ritorn introdotti b’din id-Direttiva";
- fl-Artikolu 7(1), iż-żieda tal-kliem “l-awtorità ċentrali ta’”;
- fl-Artikolu 9, it-tħassir tal-kliem “kemm-il darba jkun sodisfatt” u ż-żieda tal-kliem “jagħti prova li”.
Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali f'din il-proposta jew f'din l-opinjoni. Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv innota wkoll li, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.
C. PENNERA H. LEGAL L. ROMERO REQUENA
Ġurikonsult Ġurikonsult Direttur Ġenerali
- [1] Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu l-verżjonijiet bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Franċiża, il-verżjoni oriġinali tad-dokument ta’ ħidma.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru (Riformulazzjoni) |
||||
|
Referenzi |
COM(2013)0311 – C7-0147/2013 – 2013/0162(COD) |
||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
28.5.2013 |
|
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
CULT 10.6.2013 |
|
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 10.6.2013 |
JURI 10.6.2013 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Marie-Christine Vergiat 25.6.2013 |
|
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
17.9.2013 |
27.11.2013 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
21.1.2014 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
24 1 1 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Zoltán Bagó, Malika Benarab-Attou, Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Silvia Costa, Mary Honeyball, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Emilio Menéndez del Valle, Martina Michels, Marek Henryk Migalski, Katarína Neveďalová, Chrysoula Paliadeli, Monika Panayotova, Marietje Schaake, Marco Scurria, Hannu Takkula, László Tőkés, Helga Trüpel, Marie-Christine Vergiat, Sabine Verheyen, Milan Zver |
||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ivo Belet, Nadja Hirsch, Seán Kelly, Georgios Papanikolaou, Joanna Katarzyna Skrzydlewska |
||||
|
Data tat-tressiq |
28.1.2014 |
||||