Proċedura : 2013/0242(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0063/2014

Testi mressqa :

A7-0063/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/04/2014 - 8.25
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0365

RAPPORT     ***I
29.1.2014
PE 522.947v02-00 A7-0063/2014

dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm Ewropew tal-Metroloġija għall-Innovazzjoni u r-Riċerka li bosta Stati Membri jwettqu b'mod konġunt

(COM(2013)0497 – C7‑0221/2013 – 2013/0242(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Niki Tzavela

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm Ewropew tal-Metroloġija għall-Innovazzjoni u r-Riċerka li bosta Stati Membri jwettqu b'mod konġunt

(COM(2013)0497 – C7‑0221/2013 – 2013/0242(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0497),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 185 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0221/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0063/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) li stabbilit mir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fi … 20135 (minn hawn 'il quddiem "il-Programm Qafas Orizzont 2020") għandu l-għan li jħalli impatt akbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jgħin ħalli jissaħħu s-sħubijiet pubbliċi-pubbliċi, anki bil-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi li jitwettqu bosta Stati Membri f'konformità mal-Artikolu 185 tat-Trattat.

(2) Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5 (minn hawn 'il quddiem "il-Programm Qafas Orizzont 2020") għandu l-għan li jħalli impatt akbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jiżviluppa sinerġiji aktar mill-qrib, iżid il-koordinazzjoni u jevita duplikazzjoni mhux meħtieġa ma’ programmi ta’ riċerka internazzjonali, nazzjonali u reġjonali. Is-sħubijiet pubbliċi-pubbliċi, anki bil-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi li jitwettqu minn bosta Stati Membri f'konformità mal-Artikolu 185 tat-Trattat għandhom jilħqu dawk l-għanijiet, jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati f'dak ir-Regolament, partikolarment dawk fl-Artikolu 20 u jirrispettaw bis-sħiħ il-Prinċipji Ġenerali partikolarment dwar l-aċċess miftuħ u t-trasparenza.

__________________

__________________

5 ĠU... [H2020 FP]

5 Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104)

Ġustifikazzjoni

Żidiet konformi mal-Programm Qafas Orizzont 2020, partikolarment mal-Premessa 28 u l-Artikolu 20.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill .../2013/UE ta' ... 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)9 jista' jingħata aktar appoġġ lill-Programm Ewropew tar-Riċerka fil-Metroloġija.

(5) Skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE9 jista' jingħata aktar appoġġ lill-Programm Ewropew tar-Riċerka fil-Metroloġija.

__________________

__________________

9 ĠU … [H2020 SP]

9 Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2013/743/UE tat-3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).

Ġustifikazzjoni

Għandha tiġi inkluża referenza mhux biss għall-Programm Speċifiku, iżda anke għall-Programm Qafas, li hija importanti biex turi konformità mal-Artikolu 20 tal-Programm Qafas u mal-prinċipji ddikjarati fih.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-istati parteċipanti beħsiebhom jikkontribwixxu biex jimplimentaw l-EMPIR matul il-perjodu li jkopri l-EMPIR (2014-2024).

(7) L-istati parteċipanti beħsiebhom jikkontribwixxu biex jimplimentaw l-EMPIR matul il-perjodu li jkopri l-EMPIR (2014-2024). Sabiex jiġi kkunsidrat it-tul ta' żmien tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020, jappella sabiex il-proposti taħt dan il-Programm jiġu mressqa sal-31 ta' Diċembru 2020.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-implimentazzjoni konġunta tal-EMPIR teħtieġ struttura tal-implimentazzjoni. L-istati parteċipanti qablu dwar l-istruttura tal-implimentazzjoni għall-EMRP u fl-2007 waqqfu l-EURAMET e.V. (minn hawn 'il quddiem "EURAMET"), l-Organizzazzjoni Reġjonali Ewropea tal-Metroloġija u assoċjazzjoni mingħajr skop ta' qligħ skont il-liġi Ġermaniża. Il-EURAMET għandu wkoll kompiti u obbligi relatati mal-armonizzazzjoni Ewropea u globali usa' tal-metroloġija. Is-sħubija fil-EURAMET hi miftuħa għal kull Istitut Nazzjonali tal-Metroloġija (NMI) Ewropew bħala membru, u għall-Istituti Magħżula (DI) bħala assoċjati. Is-sħubija fil-EURAMET ma tiddependix fuq jekk ikunux jeżistu programmi nazzjonali tar-riċerka fil-metroloġija. Billi, skont ir-Rapport dwar l-Evalwazzjoni Interim tal-EMRP, l-istruttura tal-governanza tal-EURAMET instabet effiċjenti u ta' kwalità għolja għall-implimentazzjoni tal-EMRP, il-EURAMET għandha tintuża ukoll għall-implimentazzjoni tal-EMPIR. Il-EURAMET għandha tkun ir-riċevitur tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

(11) L-implimentazzjoni konġunta tal-EMPIR teħtieġ struttura tal-implimentazzjoni. L-istati parteċipanti qablu dwar l-istruttura tal-implimentazzjoni għall-EMRP u fl-2007 waqqfu l-EURAMET e.V. (minn hawn 'il quddiem "EURAMET"), l-Organizzazzjoni Reġjonali Ewropea tal-Metroloġija u assoċjazzjoni mingħajr skop ta' qligħ skont il-liġi Ġermaniża. Il-EURAMET għandu wkoll kompiti u obbligi relatati mal-armonizzazzjoni Ewropea u globali usa' tal-metroloġija. Is-sħubija fil-EURAMET hi miftuħa għal kull Istitut Nazzjonali tal-Metroloġija (NMI) Ewropew bħala membru, u għall-Istituti Magħżula (DI) bħala assoċjati. Is-sħubija fil-EURAMET ma tiddependix fuq jekk ikunux jeżistu programmi nazzjonali tar-riċerka fil-metroloġija. Billi, skont ir-Rapport dwar l-Evalwazzjoni Interim tal-EMRP, l-istruttura tal-governanza tal-EURAMET instabet effiċjenti u ta' kwalità għolja għall-implimentazzjoni tal-EMRP, il-EURAMET għandha tintuża ukoll għall-implimentazzjoni tal-EMPIR. Il-EURAMET għandha tkun ir-riċevitur tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. Fl-għażla tal-persunal għall-EURAMET, għandha tingħata attenzjoni għall-ugwaljanza bejn is-sessi skont l-Artikolu 15 tal-Programm Qafas ‘ORIZZONT 2020’.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Prinċipalment, il-kontribuzzjoni tal-istati parteċipanti se tirrappreżenta finanzjament istituzzjonali tal-NMIs u d-DIs li jieħdu sehem fil-proġetti magħżula. Il-kontribuzzjoni tal-istati parteċipanti għandha tinkludi wkoll kontribuzzjoni fi flus għall-kostijiet amministrattivi tal-EMPIR. Proporzjon tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandu jiġi allokat għal entatjiet oħra flok l-NMIs u d-DIs li qed jieħdu sehem fil-proġetti magħżula. Il-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-NMIs u d-DIs li jieħdu sehem fil-proġetti tal-EMPIR għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-EMPIR ma taqbiżx il-kontribuzzjoni tal-istati parteċipanti. Filwaqt li jitqies li l-finanzjament istituzzjonali tal-NMIs u d-DIs mingħand l-istati parteċipanti jkun jikkorrispondi għall-kostijiet ġenerali allokati għall-proġetti tal-EMPIR u mhux rimborżati mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni, ir-rata fissa għall-finanzjament tal-kostijiet indiretti eliġibbli tal-NMIs u d-DIs għandha tiġi adattata meta mqabbla ma' dik stipulata fir-Regolament (UE) Nru .../2013 [li jistabbilixxi r-regoli tal-parteċipazzjoni u t-tixrid fi "Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)"]. Din ir-rata fissa għandha tinstab abbażi tal-kostijiet indiretti kollha li l-NMIs u d-DIs li jkunu qed jieħdu sehem fil-proġett tal-EMRP jiddikjarawhom bħala eliġibbli, u li huma stabbli u jikkostitwixxu approssimazzjoni affidabbli tal-kostijiet indiretti li jġarrbu l-NMIs u d-DIs li jkunu qed jieħdu sehem fil-proġetti tal-EMPIR. Billi dawk il-kostijiet indiretti jilħqu 140% tal-kostijiet diretti eliġibbli kollha tal-NMIs u d-DIs, ħlief dawk għas-subkuntrattar u l-kontribuzzjonijiet in natura bla ħlas mhux użati fl-istabbilimenti tagħhom, ir-rata fissa għall-finanzjament tal-kostijiet indiretti tal-NMIs u d-DIs għandha titnaqqas minn [20%] skont ir-Regolament (UE) Nru .../2013 għal 5%. Għaldaqstant jixraq li jiġu previsti derogi mill-Artikolu 24 ta' dak ir-Regolament għall-NMIs u d-DIs. Entitajiet oħra li jieħdu sehem fil-proġetti tal-EMPIR għandhom jiġu ffinanzjati skont dak ir-Regolament.

(16) Prinċipalment, il-kontribuzzjoni tal-istati parteċipanti se tirrappreżenta finanzjament istituzzjonali tal-NMIs u d-DIs li jieħdu sehem fil-proġetti magħżula. Il-kontribuzzjoni tal-istati parteċipanti għandha tinkludi wkoll kontribuzzjoni fi flus għall-kostijiet amministrattivi tal-EMPIR. Proporzjon tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandu jiġi allokat għal entatjiet oħra flok l-NMIs u d-DIs li qed jieħdu sehem fil-proġetti magħżula. Il-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-NMIs u d-DIs li jieħdu sehem fil-proġetti tal-EMPIR għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-EMPIR ma taqbiżx il-kontribuzzjoni tal-istati parteċipanti. Filwaqt li jitqies li l-finanzjament istituzzjonali tal-NMIs u d-DIs mingħand l-istati parteċipanti jkun jikkorrispondi għall-kostijiet ġenerali allokati għall-proġetti tal-EMPIR u mhux rimborżati mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni, ir-rata fissa għall-finanzjament tal-kostijiet indiretti eliġibbli tal-NMIs u d-DIs għandha tiġi adattata meta mqabbla ma' dik stipulata fir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Din ir-rata fissa għandha tinstab abbażi tal-kostijiet indiretti kollha li l-NMIs u d-DIs li jkunu qed jieħdu sehem fil-proġett tal-EMRP jiddikjarawhom bħala eliġibbli, u li huma stabbli u jikkostitwixxu approssimazzjoni affidabbli tal-kostijiet indiretti li jġarrbu l-NMIs u d-DIs li jkunu qed jieħdu sehem fil-proġetti tal-EMPIR. Billi dawk il-kostijiet indiretti jilħqu 140% tal-kostijiet diretti eliġibbli kollha tal-NMIs u d-DIs, ħlief dawk għas-subkuntrattar u l-kontribuzzjonijiet in natura bla ħlas mhux użati fl-istabbilimenti tagħhom, ir-rata fissa għall-finanzjament tal-kostijiet indiretti tal-NMIs u d-DIs għandha titnaqqas minn [25%] skont ir-Regolament (UE) Nru .../2013 għal 5%. Għaldaqstant jixraq li jiġu previsti derogi mill-Artikolu 24 ta' dak ir-Regolament għall-NMIs u d-DIs. Entitajiet oħra li jieħdu sehem fil-proġetti tal-EMPIR għandhom jiġu ffinanzjati skont dak ir-Regolament.

 

1a Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'"Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)" u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, lill-EMPIR għandha tkun EUR 300 miljun. Il-kontribuzzjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati għall-partijiet rilevanti tal-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020, stabbilit mid-Deċiżjoni .../2013/UE, skont l-Artikolu 58(1)(c)(vi) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, lill-EMPIR għandha tkun EUR 285 miljun. Il-kontribuzzjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati għall-partijiet rilevanti tal-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE, skont l-Artikolu 58(1)(c)(vi) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u b'mod partikolari l-approprjazzjonijiet allokati lill-isfidi u s-suġġetti li ġejjin: Tmexxija fin-nanoteknoloġija, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija, il-manifattura u l-ipproċessar avvanzati; Titjib fis-saħħa u l-benesseri tul il-ħajja; Titjib fis-sikurezza tal-ikel, l-iżvilupp ta' agrikoltura sostenibbli, ir-riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija; Biex issir it-tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija affidabbli, sostenibbli u kompetittiva; Biex tinħoloq sistema Ewropea tat-trasport li tkun effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, favur l-ambjent, sikura u bla intoppi; u Tinkiseb ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima.

Ġustifikazzjoni

Żidiet sabiex jiġi speċifikat minn liema parti tal-baġit ta' Orizzont 2020 tiġi l-kontribuzzjoni tal-UE - ara d-Dikjarazzjoni Finanzjarja.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) il-wiri mill-Istati Parteċipanti li l-EMPIR hu stabbilit skont l-objettivi u l-prijoritajiet ta’ riċerka kif stabbiliti fil-Qafas Orizzont 2020;

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tenfasizza li għandu jkun hemm koerenza qawwija bejn l-attivitajiet tal-P2Ps u l-prijoritajiet tar-riċerka kif definiti fil-Programm Qafas Orizzont 2020.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) il-wiri mill-Istati Parteċipanti li l-EMPIR hu stabbilit skont il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-Qafas Orizzont 2020;

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tenfasizza l-aderenza importanti tal-P2Ps għall-prinċipji ġenerali li japplikaw għall-qafas Orizzont 2020 bħalma huma l-aċċess liberu, l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni li ntlaħaq qbil dwarhom waqt in-negozjati Orizzont 2020.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ac (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac) il-wiri mill-Istati Parteċipanti li l-EMPIR hu stabbilit skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013;

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tenfasizza l-prinċipji importanti li ġew maqbula matul in-negozjati ta’ Orizzont 2020 dwar il-P2Ps u dak li għandhom iwettqu.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. B’konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 35, l-Artikoli 60(1) u 128(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, jitlob proposti organizzati mill-EMPIR li jkunu pubblikati fil-Portal ta’ Orizzont 2020 għall-Parteċipanti bbażat fuq il-web.

Ġustifikazzjoni

Waqt in-negozjati tat-trilogu dwar Orizzont 2020 l-istituzzjonijiet qablu li jippromwovu koerenza akbar tal-possibilitajiet kollha ta’ sejħa ffinanzjati taħt Orizzont 2020. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni wiegħdet li tippromwovi l-pubblikazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Finanzjament ta’ Kontinġenza (CfPs) organizzati mill-PPPs u l-P2Ps dwar il-Portal ta’ Orizzont 2020 għall-Parteċipanti. Din l-emenda għandha l-għan li tibdel l-awtoregolazzjoni f’rekwiżit legali, li jiggarantixxi informazzjoni sempliċi u aċċessibbli għall-applikanti.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni interim tal-EMPIR. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jkun fih il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u osservazzjonijiet tal-Kummissjoni. Dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2018.

1. Sat-30 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni għandha torganizza evalwazzjoni interim indipendenti tal-EMPIR. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jinkludi l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni indipendenti u l-osservazzjonijiet mill-Kummissjoni. Dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2017. Ir-riżultat tal-evalwazzjoni interim indipendenti tal-EMPIR għandu jitqies fl-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020.

 

Il-Kummissjoni tista', wara l-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020 kif imsemmija fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament(UE) Nru 1291/2013 tagħmel rieżami, fl-ambitu tal-proċedura baġitarja annwali, tal-baġit tal-EMPIR sabiex tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet mhux previsti jew għal żviluppi u ħtiġijiet ġodda.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Anness II – punt 1 – punt 1.5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.5. attivitajiet li jibnu l-kapaċità fil-metroloġija fuq livelli teknoloġiċi differenti bil-għan li fl-istati parteċipanti tinħoloq sistema bilanċjata u integrata tal-metroloġija.

1.5. attivitajiet li jibnu l-kapaċità fil-metroloġija fuq livelli teknoloġiċi differenti bil-għan li fl-istati parteċipanti tinħoloq sistema bilanċjata u integrata tal-metroloġija u tippermettilhom jiżviluppaw il-kapaċitajiet xjentifiċi u tekniċi tagħhom fil-metroloġija.

(1)

             Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-metroloġija, ix-xjenza dwar il-kejl, hija element kruċjali tad-dinja ferm teknoloġika tagħna. L-objettiv prinċipali tal-EMPIR huwa li jipprovdi soluzzjonijiet tal-metroloġija li jappoġġaw l-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali, u teknoloġiji tal-kejl li jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà bħas-saħħa, l-ambjent u l-enerġija inkluż appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika. Huwa objettiv importanti tal-proposta li tinħoloq Sistema Ewropea tar-Riċerka fil-Metroloġija integrata b'massa kritika u impenn attiv fil-livell reġjonali, nazzjonali, Ewropew u internazzjonali.

Ir-Rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm Ewropew tal-Metroloġija għall-Innovazzjoni u r-Riċerka li bosta Stati Membri jwettqu b'mod konġunt bħala parti importanti tal-Pakkett għall-Investiment fl-Innovazzjoni taħt Orizzont 2020.


PROĊEDURA

Titolu

Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm Ewropew tal-Metroloġija għall-Innovazzjoni u r-Riċerka li bosta Stati Membri jwettqu b’mod konġunt

Referenzi

COM(2013)0497 – C7-0221/2013 – 2013/0242(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

10.7.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

10.9.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.9.2013

ENVI

10.9.2013

REGI

10.9.2013

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

5.9.2013

ENVI

5.9.2013

REGI

24.9.2013

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Niki Tzavela

24.10.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.1.2014

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.1.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Vicky Ford, Norbert Glante, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Jens Rohde, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, Věra Flasarová, Elisabetta Gardini, Jolanta Emilia Hibner, Ivailo Kalfin, Vladko Todorov Panayotov, Lambert van Nistelrooij

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Besset

Data tat-tressiq

29.1.2014

Avviż legali - Politika tal-privatezza