Rapport - A7-0064/2014Rapport
A7-0064/2014

RAPPORT dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fit-tieni Programm tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw li jwettqu bosta Stati Membri b'mod konġunt

29.1.2014 - (COM(2013)0498 – C7‑0222/2013 – 2013/0243(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Vicky Ford


Proċedura : 2013/0243(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0064/2014
Testi mressqa :
A7-0064/2014
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fit-tieni Programm tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw li jwettqu bosta Stati Membri b'mod konġunt

(COM(2013)0498 – C7‑0222/2013 – 2013/0243(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0498),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 185 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0222/2013),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013[1],

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0064/2014),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Orizzont 2020 il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-...20134 (minn hawn 'il quddiem "il-Programm Qafas Orizzont 2020") għandu l-għan li jżid l-impatt fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jgħin ħalli jissaħħu s-sħubiji pubbliċi-pubbliċi, inkluż bil-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi li jwettqu bosta Stati Membri skont l-Artikolu 185 tat-Trattat.

(2) Orizzont 2020 il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4 (minn hawn 'il quddiem "il-Programm Qafas Orizzont 2020") għandu l-għan li jżid l-impatt fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jiżviluppa sinerġiji aktar mill-qrib, iżid il-koordinazzjoni u jevita duplikazzjoni mhux meħtieġa ma' programmi ta' riċerka internazzjonali, nazzjonali u reġjonali. Is-sħubijiet pubbliċi-pubbliċi, inkluża l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi li jwettqu bosta Stati Membri skont l-Artikolu 185 tat-Trattat, għandhom jilħqu dawk l-għanijiet, jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati f'dak ir-Regolament, b'mod partikolari fl-Artikolu 26, u jkunu f'konformità sħiħa mal-Prinċipji Ġenerali, b'mod partikolari l-kundizzjonijiet marbuta mal-komunikazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni u l-aċċess miftuħ.

__________________

__________________

4 ĠU... [il-Programm Qafas Orizzont 2020].

4 Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (OJ L 347, 20.12.2013, p. 104)

Ġustifikazzjoni

Żidiet bi qbil mal-Programm Qafas Orizzont 2020, b'mod partikolari l-Premessa 39 u l-Artikolu 26. Huwa importanti wkoll li jiġu ggarantiti l-prinċipji ta' aċċess miftuħ stabbiliti fl-Artikolu 18(b) ta' Orizzont 2020 u l-Artikolu 28 dwar il-komunikazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Fl-2009, esperti indipendenti adottaw ir-rapport tal-evalwazzjoni interim tal-EDCTP18. Il-bord tal-esperti kien tal-opinjoni li l-EDCTP1 joħloq pjattaforma unika għal djalogu ġenwin max-xjenxjati Afrikani u beda jnaqqas id-differenza bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar biex jinbnew il-kapaċitajiet tar-riċerka u jingħataw opportunitajiet ta' tagħlim u xogħol għar-riċerkaturi żgħażagħ Afrikani.   Wara dan ir-rapport, hemm bosta kwistjonijiet fundamentali li jridu jitqiesu għat-tieni Programm tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (minn hawn 'il quddiem "il-programm EDCTP2"): jeħtieġlu jinbidel u jitwessa' l-ambitu attwali tal-EDCTP1; għandha tittejjeb aktar l-integrazzjoni tal-programmi nazzjonali Ewropej; jeħtieġ li tissaħħaħ u titwessa' l-kollaborazzjoni ma' finanzjaturi pubbliċi u privati ewlenin oħra, inkluża l-industrija tal-farmaċewtika; għandhom jinħolqu sinerġiji ma' azzjonijiet esterni tal-politika, b'mod partikolari mal-assistenza tal-UE għall-iżvilupp; għandhom jiġu ċċarati u ssimplifikati r-regoli dwar il-kofinanzjament; jeħtieġ li jissaħħu l-għodod tal-monitoraġġ.

(4) Fl-2009, esperti indipendenti adottaw ir-rapport tal-evalwazzjoni interim tal-EDCTP18. Il-bord tal-esperti kien tal-opinjoni li l-EDCTP1 joħloq pjattaforma unika għal djalogu ġenwin max-xjenxjati Afrikani u beda jnaqqas id-differenza bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar biex jinbnew il-kapaċitajiet tar-riċerka u jingħataw opportunitajiet ta' tagħlim u xogħol għar-riċerkaturi żgħażagħ Afrikani.   Wara dan ir-rapport, hemm bosta kwistjonijiet fundamentali li jridu jitqiesu għat-tieni Programm tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (minn hawn 'il quddiem "il-programm EDCTP2"):

 

- jeħtieġlu jinbidel u jitwessa' l-ambitu attwali tal-EDCTP1;

 

- għandhom ikomplu jiġu żviluppati u msaħħa, fejn meħtieġ, il-kapaċitajiet għat-tmexxija u l-ġestjoni tajba tal-provi kliniċi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, partikolarment ir-rwol u l-iżvilupp tal-kumitati ta' analiżi tal-etika, u għandhom jittejbu aktar l-ambjent regolatorju korrispondenti, il-koordinazzjoni, il-kollaborazzjoni u, fejn xieraq, l-integrazzjoni tal-programmi nazzjonali Ewropej;

 

- jeħtieġ li tissaħħaħ u titwessa' l-kollaborazzjoni ma' sħab pubbliċi u privati, inklużi l-industrija tal-farmaċewtika, is-sħubijiet pubbliċi-privati bħall-PDPs (Sħubijiet għall-Iżvilupp ta' Prodotti), is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-fondazzjonijiet;

 

- għandu jkun hemm regoli ta' governanza ċari u trasparenti;

 

- għandhom jinħolqu sinerġiji ma' azzjonijiet esterni tal-politika, speċifikament mal-assistenza tal-UE għall-iżvilupp;

 

- għandhom jiġu ċċarati u ssimplifikati r-regoli dwar il-kofinanzjament;

 

- jeħtieġ li jissaħħu l-għodod tal-monitoraġġ.

____________

_______________

8 Van Velzen et al., Independent External Evaluation Report (Rapport ta' Evalwazzjoni Esterna Indipendenti), Diċembru 2009

8 Van Velzen et al., Independent External Evaluation Report (Rapport ta' Evalwazzjoni Esterna Indipendenti), Diċembru 2009

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill .../2013/UE ta' ... 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)9 jista' jingħata aktar appoġġ għall-Programm EDCTP2.

(5) Skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE9 jista' jingħata aktar appoġġ għall-Programm EDCTP2.

__________________

__________________

9 ĠU L ... [il-Programm Speċifiku Orizzont 2020].

9 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).

Ġustifikazzjoni

Għandha tiġi inkluża referenza mhux biss għall-Programm Speċifiku, iżda wkoll għall-Programm Qafas, li hija importanti biex turi konformità mal-Artikolu 20 tal-Programm Qafas u l-prinċipji ddikjarati fih.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) L-Unjoni hija finanzjatur ewlieni għar-riċerka dwar mard relatat mal-faqar u mard infettiv ittraskurat. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkontribwixxu kważi kwart (22 %) tal-investimenti tal-gvernijiet f'dan il-qasam fil-livell globali. L-Unjoni hija wkoll attur ewlieni fis-saħħa globali. Pereżempju, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jipprovdu madwar nofs il-finanzjament għall-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkulożi u l-Malarja.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Minkejja r-riżultati u l-kisbiet konsiderevoli li għamlet l-EDCTP1, il-mard relatat mal-faqar għadu xkiel kbir għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw minħabba l-piż soċjali u ekonomiku tagħhom, l-aktar fl-Afrika sub-Saħarjana. Għall-biċċa l-kbira tal-mard relatat mal-faqar għadhom ma jeżistux trattamenti mediċi effettivi, sikuri u affordabbli, u l-investiment fir-riċerka klinika għadu mhux adegwat għax it-twettiq tal-provi kliniċi jiswa ħafna flus u r-redditu fuq l-investiment hu limitat minħabba l-falliment tas-suq. Barra minn hekk, ħafna drabi l-attivitajiet u l-programmi tar-riċerka Ewropej għadhom frammentati u allura subkritiċi fid-daqs jew jirkbu 'l xulxin, peress li l-kapaċità tar-riċerka u l-investiment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw mhix adegwata.

(7) Minkejja r-riżultati u l-kisbiet konsiderevoli li għamlet l-EDCTP1, il-mard relatat mal-faqar għadu xkiel kbir għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw minħabba l-piż soċjali u ekonomiku tagħhom, l-aktar fl-Afrika sub-Saħarjana. Għall-biċċa l-kbira tal-mard relatat mal-faqar għadhom ma jeżistux trattamenti mediċi effettivi, sikuri, xierqa, aċċessibbli u affordabbli li huma adatti għaċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u l-investiment fir-riċerka klinika għadu mhux adegwat għax it-twettiq tal-provi kliniċi jiswa ħafna flus u r-redditu fuq l-investiment hu limitat minħabba l-falliment tas-suq. Għandha ssir enfasi li 10 % biss tal-fondi globali għar-riċerka huma allokati għall-mard li jikkaġuna 90 % tal-patoloġiji fid-dinja. Barra minn hekk, ħafna drabi l-attivitajiet u l-programmi tar-riċerka Ewropej għadhom frammentati u allura subkritiċi fid-daqs jew jirkbu 'l xulxin, peress li l-kapaċità tar-riċerka u l-investiment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw mhix adegwata.

 

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) L-appoġġ għall-ġlieda kontra l-mard relatat mal-faqar jgħin ukoll biex iċ-ċittadini tal-Unjoni jiġu salvagwardjati minn dan il-mard peress li ż-żieda fil-mobilità globali (inkluż it-turiżmu), il-movimenti migratorji u ċ-ċaqliq fid-distribuzzjoni ġeografika ta' dan il-mard ifissru li l-Ewropa tista' tkun qed tħabbat wiċċha ma' mard ġdid jew mard li jerġa' jitfaċċa.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fil-31 ta' Marzu 2010, il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni dwar ir-rwol tal-UE fis-saħħa globali10 li ssejjaħ għal approċċ aktar koordinat fost l-Istati Membri u fil-politiki rilevanti biex jidentifika u jindirizza b'mod konġunt il-prijoritajiet globali kondiviżi għar-riċerka fis-saħħa.

(11) Fil-31 ta' Marzu 2010, il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni dwar ir-rwol tal-UE fis-saħħa globali10 li ssejjaħ għal approċċ aktar koordinat fost l-Istati Membri u fil-politiki rilevanti biex jidentifika u jindirizza b'mod konġunt il-prijoritajiet globali kondiviżi għar-riċerka fis-saħħa. F'dik il-komunikazzjoni, il-Kummissjoni tenniet ukoll il-ħtieġa li jiġu promossi kopertura ekwa u universali ta' servizzi tas-saħħa ta' kwalità kif ukoll finanzjament effettiv u ġust għal riċerka li tkun ta' benefiċċju għas-saħħa ta' kulħadd.

____________

________________

10 COM(2010) 128 finali.

10 COM(2010) 128 finali.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Fl-2010, fil-"Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-UE fis-saħħa globali", il-Kunsill stieden lill-UE tippromwovi finanzjament effettiv u ġust ta' riċerka li tkun ta' benefiċċju għas-saħħa ta' kulħadd u tiżgura li l-innovazzjonijiet u l-interventi jwasslu għal soluzzjonijiet affordabbli u aċċessibbli. B'mod partikolari, għandhom jiġu esplorati mudelli li jisseparaw l-ispejjeż tar-R&Ż u l-prezzijiet tal-mediċini, inklużi l-opportunitajiet għal trasferiment teknoloġiku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) Fis-27 ta' Frar 2013, fil-komunikazzjoni tagħha bit-titolu "Ħajja diċenti għal kulħadd: Neqirdu l-faqar u nagħtu lid-dinja futur sostenibbli"1a, il-Kummissjoni affermat mill-ġdid l-impenn tagħha li tagħmel kull sforz biex tikkontribwixxi għall-kisba tal-MDGs sal-2015, u rrimarkat li r-riċerka ffinanzjata mill-UE fil-qafas tal-EDCTP1 kienet tat kontribut għall-kisba tal-MDGs.

 

___________

 

1a (COM(2013)0092).

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) F'konformità mal-għanijiet tal-programm Qafas Orizzont 2020, kull Stat Membru u kull pajjiż assoċjat mal-Programm Qafas Orizzont 2020 għandu jkun intitolat li jieħu sehem fil-Programm EDCTP2.

(13) F'konformità mal-għanijiet tal-programm Qafas Orizzont 2020, kull Stat Membru u kull pajjiż assoċjat mal-Programm Qafas Orizzont 2020 għandu jkun intitolat li jieħu sehem fil-Programm EDCTP2. Għandu jiġi żgurat li l-proġetti li jirċievu flus permezz tal-Programm Qafas Orizzont 2020 ma jmorrux kontra d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Fid-dawl tal-għan ġenerali ta' Orizzont 2020 li tinkiseb aktar simplifikazzjoni u armonizzazzjoni fix-xenarju Ewropew tal-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni, is-sħubijiet pubbliċi/pubbliċi għandhom jistabbilixxu mudelli ta’ governanza sempliċi u jevitaw settijiet ta’ regoli differenti minn Orizzont 2020.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Għandhom jiġu identifikati u indirizzati l-ostakoli li jtellfu parteċipanti ġodda milli jieħdu sehem fil-programm. F’dan il-kuntest, għandha tiġi promossa l-parteċipazzjoni tal-SMEs, l-universitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka.

 

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-istati parteċipanti beħsiebhom jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tal-Programm EDCTP2 matul il-perjodu li jkopri l-Programm EDCTP2 (2014-2024).

(14) L-istati parteċipanti beħsiebhom jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tal-Programm EDCTP2 matul il-perjodu li jkopri l-Programm EDCTP2 (2014-2024). Sabiex jitqies it-tul tal-Programm Qafas Orizzont 2020 għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, is-sejħiet għal proposti li jeħtieġu kontribuzzjoni mill-UE fil-qafas ta' dan il-Programm għandhom jitniedu sal-31 ta' Diċembru 2020.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Għandu jiġi stabbilit limitu għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-EDCTP2 għal kemm itul il-Programm Qafas Orizzont 2020. Sa dan il-limitu, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun daqs il-kontribuzzjonijiet tal-bidu impenjati mill-istati parteċipanti ħalli jinkiseb effett ta' influwenza qawwija u tkun żgurata integrazzjoni iktar b'saħħitha tal-programmi tal-istati parteċipanti. Dan il-limitu għandu jipprovdi wkoll biex jitqabblu l-kontribuzzjonijiet minn kull Stat Membru ieħor jew minn kull pajjiż assoċjat fil-Programm Qafas Orizzont 2020 li jingħaqad fil-Programm EDCTP2 waqt il-Programm Qafas Orizzont 2020.

(15) Għandu jiġi stabbilit limitu għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-EDCTP2 għal kemm itul il-Programm Qafas Orizzont 2020. Sa dan il-limitu, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun daqs il-kontribuzzjonijiet tal-istati msemmijin fl-Artikolu 1 ta' din id-deċiżjoni ħalli jinkiseb effett ta' influwenza qawwija u tkun żgurata integrazzjoni iktar b'saħħitha tal-programmi ta' dawk l-istati.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun hemm flessibbiltà fil-mod ta’ kif jintefqu l-fondi tal-EDCTP2.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal impenji formali mingħand l-istati parteċipanti biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Programm EDCTP2 u t-twettiq tagħhom.

(16) Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal impenji formali mingħand l-istati parteċipanti biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Programm EDCTP2 u t-twettiq tagħhom. B’mod partikolari, il-provi kliniċi għandhom jieħdu kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni biss meta jitwettqu f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Ħelsinki u meta japplikaw l-istess standards għat-trasparenza tad-dejta bħal fir-Regolament (UE) Nru .../2014 [Ir-Regolament fid-dokument COD 2012/0192].

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Huwa essenzjali li l-kunsens infurmat għall-provi kliniċi mwettqa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jinkiseb dejjem b’mod li jkun verament infurmat u verament volontarju.

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni ta' linji gwida biex jinkiseb il-kunsens infurmat bosta drabi tkun diffiċli minħabba livelli ta’ litteriżmu baxxi u fatturi soċjoekonomiċi u kulturali. Il-kumitati tal-etika lokali, li r-rwol tagħhom huwa kritiku fil-kunsens infurmat, huma ta’ spiss dgħajfa, mhux attrezzati biżżejjed jew ineżistenti f’xi pajjiżi. Ħafna parteċipanti jaf ma jifhmux kompletament l-aspetti varji tal-provi kliniċi minħabba ostakoli lingwistiċi, il-mod ta’ kif tingħata l-informazzjoni jew it-termini użati fid-dokumenti tal-kunsens infurmat.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27a) Huwa importanti wkoll li l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-Programm EDCTP2 jissodisfaw il-bżonnijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-impenji meħuda mill-Unjoni fir-rigward tas-saħħa globali u li dawk l-attivitajiet ikunu koerenti mal-azzjonijiet imwettqa mill-Unjoni fir-rigward tal-politika għall-iżvilupp, kif previst fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Billi l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri li tgħin biex jonqos il-piż soċjali u ekonomiku tal-mard relatat mal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u b'mod partikolari fl-Afrika Sub-Saħarjana billi tħaffef l-iżvilupp kliniku ta' interventi mediċi effettivi, sikuri u afforabbli għall-mard relatat mal-faqar, l-Istati Membri ma jistgħux jilħquhom biżżejjed minħabba n-nuqqas tal-massa kritika meħtieġa li trid tintlaħaq, kemm mil-lat uman u mil-lat finanzjarju, u allura, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ għal dak il-għan,

(28) L-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri li tgħin biex jonqos il-piż soċjali u ekonomiku tal-mard relatat mal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u b'mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana billi tħaffef l-iżvilupp kliniku ta' interventi mediċi effettivi, sikuri, aċċessibbli, xierqa u affordabbli għall-mard relatat mal-faqar u l-mard ittraskurat li jkunu adatti għall-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-pajjiżi żviluppati, l-Istati Membri ma jistgħux jilħquhom biżżejjed minħabba n-nuqqas tal-massa kritika meħtieġa li trid tintlaħaq, kemm mil-lat uman kif ukoll mil-lat finanzjarju. Allura, minħabba l-iskala tal-azzjoni, dawn jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, u l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ għal dak il-għan,

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a) Il-fond ta' garanzija għall-parteċipanti mwaqqaf skont ir-Regolament Nru 1906/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u amministrat mill-Kummissjoni wera li huwa mekkaniżmu ta' salvagwardja importanti li jtaffi r-riskji assoċjati mal-ammonti dovuti u mhux rimborżati minn parteċipanti inadempjenti. Madankollu l-fond ta' garanzija għall-parteċipanti l-ġdid stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b jista' ma jkunx legalment adatt għall-EDCTP2, u għalhekk il-Kummissjoni għandha tressaq proposti biex tiżgura li l-fond, jew fond simili, ikun disponibbli biex ikopri l-korpi ta' finanzjament kollha marbutin mal-EDCTP2.

 

___________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1).

 

1b Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f' "Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)" u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 28b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28b) Ir-riżultati tal-provi kliniċi u ta' attivitajiet ta' riċerka oħra mwettqa fil-qafas tal-programm EDCTP2 għandhom jixterdu kemm jista' jkun malajr b'modi xierqa u f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, u b’mod partikolari għandu japplika l-aċċess miftuħ fir-rigward tat-tixrid permezz ta' pubblikazzjonijiet tar-riċerka.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni, inkluż l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, għall-Programm EDCTP2 għandha tkun EUR 683 miljun, kif ġej:

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni, inkluż l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, għall-Programm EDCTP2 għandha tkun EUR 648,85 miljun, biex tkun ekwivalenti għall-kontribuzzjoni tal-istati parteċipanti elenkati fl-Artikolu 1.

(a) EUR 594 miljun biex tkun daqs il-kontribuzzjonijiet tal-istati parteċipanti elenkati fl-Artikolu 1.1;

 

(b) EUR 89 miljun biex tkun daqs il-kontribuzzjonijiet ta' kull Stat Membru ieħor jew kull pajjiż assoċjat ieħor fil-Programm Qafas Orizzont 2020 li qed jieħu sehem fil-Programm EDCTP2 skont l-Artikolu 1.2.

 

2. Il-kontribuzzjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati għall-partijiet rilevanti tal-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020, stabbilit bid-Deċiżjoni .../2013/UE skont l-Artikolu 58(1)(c)(vi) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

 

2. Il-kontribuzzjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati għall-partijiet rilevanti tal-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020, u b'mod partikolari mill-approprjazzjonijiet taħt l-objettiv speċifiku "Saħħa, it-tibdil demografiku u l-benesseri", skont l-Artikolu 58(1)(c)(vi) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

3. L-istruttura tal-EDCTP2 (minn hawn 'il quddiem "EDCTP2-IS") tista' tuża sa 6% tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni biex tkopri l-kostijiet amministrattivi tagħha.

3. L-istruttura tal-EDCTP2 (minn hawn 'il quddiem "EDCTP2-IS") tista' tuża sa 6% tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni biex tkopri l-kostijiet amministrattivi tagħha.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) l-istati parteċipanti juru li l-EDCTP2 huwa stabbilit f’konformità mal-objettivi u l-prijoritajiet tar-riċerka tal-isfida tar-riċerka tas-saħħa stipulata fir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE;

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tenfasizza li għandu jkun hemm koerenza b’saħħitha bejn l-attivitajiet tal-P2Ps u l-prijoritajiet ta’ riċerka definiti fil-Programm Qafas Orizzont 2020.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) l-istati parteċipanti juru li l-EDCTP2 huwa stabbilit f’konformità mal-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-Qafas Orizzont 2020;

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tenfasizza l-importanza li l-P2Ps ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li japplikaw għall-Qafas Orizzont 2020 bħall-aċċess miftuħ, l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni li kien hemm qbil dwarhom waqt in-negozjati dwar Orizzont 2020.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ac (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac) l-istati parteċipanti juru li l-EDCTP2 huwa stabbilit f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013;

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tenfasizza l-prinċipji importanti li kien hemm qbil dwarhom matul in-negozjati dwar Orizzont 2020 rigward il-P2Ps u x’għandhom jipprovdu.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-impenn ta' kull stat parteċipanti biex jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-Programm EDCTP2.

(e) l-impenn ta' kull stat parteċipanti biex jikkontribwixxi fi flus u in natura għall-finanzjament tal-Programm EDCTP2.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mar-Regolament tal-Programm Qafas Orizzont 2020.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet jistgħu jinkludu attivitajiet tal-programmi nazzjonali tal-istati parteċipanti u attivitajiet ġodda, inkluż sejħiet għall-proposti li tmexxi l-EDCTP2-IS.

L-attivitajiet jistgħu jinkludu attivitajiet imwettqa minn organizzazzjonijiet mhux għall-profitt pubbliċi jew privati mdaħħla fl-attivitajiet tal-programmi nazzjonali tal-istati parteċipanti u attivitajiet ġodda, inkluż sejħiet għall-proposti li tmexxi l-EDCTP2-IS.

Ġustifikazzjoni

Fuq talba ta' Fondation Merieux.

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet għandhom jiddaħħlu fil-pjan ta' ħidma tal-Programm EDCTP2 li tadottah l-EDCTP2-IS kull sena wara r-riżultat pożittiv tal-evalwazzjoni esterna tagħha minn evalwazzjoni internazzjonali bejn il-pari bbażata fuq l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru ... [ir-regoli tal-parteċipazzjoni u t-tixrid f'Orizzont 2020], u fejn jidħol il-kontribut tagħhom għall-għanijiet tal-Programm EDCTP2.

L-attivitajiet għandhom jiddaħħlu fil-pjan ta' ħidma tal-Programm EDCTP2 li tadottah l-EDCTP2-IS kull sena wara r-riżultat pożittiv tal-evalwazzjoni esterna tagħha minn evalwazzjoni internazzjonali bejn il-pari għall-għanijiet tal-Programm EDCTP2.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) kontribuzzjonijiet in natura li jikkonsistu mill-kostijiet li ġarrbu l-istati parteċipanti biex jimplimentaw l-attivitajiet tal-pjan ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 4(1) jew għall-baġit amministrattiv tal-EDCTP2-IS.

(b) kontribuzzjonijiet in natura li jikkonsistu mill-kostijiet li ġarrbu l-istati parteċipanti biex jimplimentaw l-attivitajiet inklużi bil-quddiem fil-pjan ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 4(1) jew għall-baġit amministrattiv tal-EDCTP2-IS.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-Regolament (UE) Nru ... [ir-regoli tal-parteċipazzjoni u t-tixrid f'Orizzont 2020] għandu japplika għall-azzjonijiet indiretti li tagħżel u tiffinanzja l-EDCTP-IS skont il-pjan ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 4(1) jew wara sejħiet għall-proposti li tmexxi l-EDCTP2-IS. Skont dak ir-Regolament, l-EDCTP2-IS għandha titqies bħala korp tal-finanzjament u għandha tagħti appoġġ finanzjarju għall-azzjonijiet indiretti skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

1. Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 għandu japplika għall-azzjonijiet indiretti li tagħżel u tiffinanzja l-EDCTP-IS wara sejħiet għall-proposti li tmexxi l-EDCTP2-IS. Skont dak ir-Regolament, l-EDCTP2-IS għandha titqies bħala korp tal-finanzjament u għandha tagħti appoġġ finanzjarju għall-azzjonijiet indiretti skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tevita kull ambigwità dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-parteċipazzjoni u l-fatt li l-proġetti jiġu integrati u magħżula permezz ta’ sejħiet kompetittivi.

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta attività bħal din tkun imdaħħla fil-pjan ta' ħidma, l-EDCTP2-IS tista' tniedi sejħiet konġunti ma' pajjiżi terzi jew mal-organizzazzjonijiet u l-aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali jew ma' partijiet terzi oħra, b'mod partikolari organizzazzjonijiet mhux governattivi, skont ir-regoli żviluppati bbażati fuq l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru ... [ir-regoli tal-parteċipazzjoni u t-tixrid f'Orizzont 2020].

4. Meta attività bħal din tkun imdaħħla fil-pjan ta' ħidma, l-EDCTP2-IS tista' tniedi sejħiet konġunti ma' pajjiżi terzi jew mal-organizzazzjonijiet u l-aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali jew ma' partijiet terzi oħra, b'mod partikolari organizzazzjonijiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet għall-iżvilupp ta' prodotti, skont ir-regoli żviluppati bbażati fuq l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013.

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-fond ta' garanzija għall-parteċipanti stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 jista' ma jkunx legalment adatt għall-EDCTP2, u għalhekk il-Kummissjoni għandha tressaq proposti biex tiżgura li l-fond, jew fond simili, ikun disponibbli biex ikopri l-korpi ta' finanzjament kollha marbutin mal-EDCTP2.

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) F’konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 60(1) u 128(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, sejħiet għal proposti organizzati mill-EDCTP2 għandhom ikunu ppubblikati fuq il-Portal tal-Parteċipanti ta' Orizzont 2020 fuq l-internet.

Ġustifikazzjoni

Waqt it-trilogu tan-negozjati dwar Orizzont 2020, l-istituzzjonijiet qablu li jippromwovu koerenza akbar għall-possibbiltajiet tat-talbiet kollha ffinanzjati fil-qafas ta' Orizzont 2020. Għaldaqstant, il-Kummissjoni wiegħdet li tippromwovi l-pubblikazzjoni tas-sejħiet għall-proposti organizzati mill-PPPs u l-P2Ps fuq il-Portal tal-Parteċipanti ta' Orizzont 2020. Din l-emenda għandha l-għan li ddawwar impenn personali f’obbligu ġuridiku, li jiggarantixxi informazzjoni sempliċi u aċċessibbli għall-applikanti.

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tagħmel il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 hi stess.

2. Mingħajr ħsara għall-indipendenza jew ir-rwol tal-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni tista', f'każijiet debitament motivati u f'konsultazzjoni mal-istati parteċipanti, tiddeċiedi li tagħmel il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 hi stess.

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Is-sejħiet u l-opportunitajiet ta' parteċipazzjoni kollha għandhom ikunu riklamati kemm jista' jkun, inkluż fil-websajt ta' Orizzont 2020 tal-Kummissjoni li għandha tinkludi kapitolu ddedikat għall-EDCTP2.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni b'mod ġenerali u dik ta' parteċipanti ġodda b'mod partikolari, għandu jkun hemm tixrid tajjeb tal-informazzjoni marbuta ma' sejħiet u proċeduri ta' applikazzjoni, inkluż permezz tal-websajt ta' Orizzont 2020.

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni interim tal-Programm EDCTP2. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jkun fih il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u osservazzjonijiet tal-Kummissjoni. Dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2018.

1. Sal-31 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni għandha torganizza evalwazzjoni interim indipendenti tal-Programm EDCTP2. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni indipendenti li jkun fih il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u osservazzjonijiet tal-Kummissjoni. Dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2017. Fl-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020 għandu jitqies ir-riżultat tal-evalwazzjoni interim indipendenti tal-EDCTP2.

 

Sabiex twieġeb għal sitwazzjonijiet mhux mistennija jew żviluppi u ħtiġijiet ġodda, il-Kummissjoni tista', wara l-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020 imsemmija fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013, tirrevedi, fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, il-baġit tal-EDCTP2.

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-EDCTP2 għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet:

L-EDCTP2 għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet:

(29) L-Għan Ġenerali

(1) L-Għan Ġenerali

L-EDCTP2 għandu jgħin biex jonqos il-piż soċjali u ekonomiku tal-mard relatat mal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana, billi jħaffef l-iżvilupp kliniku ta' interventi mediċi effettivi, sikuri u affordabbli għall-mard relatat mal-faqar bi sħab mal-Afrika sub-Saħarjana.

L-EDCTP2 għandu jgħin biex jonqos il-piż soċjali u ekonomiku tal-mard relatat mal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana, billi jħaffef l-iżvilupp kliniku ta' interventi mediċi effettivi, sikuri, aċċessibbli, xierqa u affordabbli għall-mard relatat mal-faqar bi sħab mal-Afrika sub-Saħarjana.

(30) L-Għanijiet Speċifiċi

(2) L-Għanijiet Speċifiċi

Sabiex jikkontribwixxi għall-għan ġenerali, l-EDCTP2 għandu jilħaq dawn l-għanijiet speċifiċi:

Sabiex jikkontribwixxi għall-għan ġenerali, l-EDCTP2 għandu jilħaq dawn l-għanijiet speċifiċi:

(a) aktar interventi mediċi ġodda jew imtejba għall-HIV/AIDS, it-tuberkulożi, il-malarja u mard ieħor relatat mal-faqar, u sa tmiem il-programm ikun instab mill-inqas intervent mediku ġdid wieħed; jinħarġu mill-inqas 30 linja gwida biex l-interventi mediċi eżistenti jintużaw aħjar jew b'mod estiż; u jsir progress fl-iżvilupp kliniku ta' mill-inqas 20 intervent mediku kandidat;

(a) aktar interventi mediċi ġodda jew imtejba għall-HIV/AIDS, it-tuberkulożi, il-malarja u mard ieħor relatat mal-faqar u mard ittraskurat, u sa tmiem il-programm ikun instab mill-inqas intervent mediku ġdid wieħed; jinħarġu [xx] linja gwida ġdida biex l-interventi mediċi eżistenti jintużaw aħjar jew b'mod estiż; u jsir progress fl-iżvilupp kliniku ta' [xx] intervent mediku kandidat;

(b) tissaħħaħ il-koperazzjoni mal-pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana, b'mod partikolari biex tinbena l-kapaċità tagħhom biex jagħmlu provi kliniċi f'konformità sħiħa mal-prinċipji etiċi fundamentali u mal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli Supplimentari tagħha, il-verżjoni tal-2008 tad-Dikjarazzjoni ta' Ħelsinki tal-Assoċjazzjoni Medika Dinjija u l-istandards għal prattiċi kliniċi tajba li adottat il-Konferenza Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tar-Rekwiżiti Tekniċi għar-Reġistrazzjoni tal-Farmaċewtiċi għall-Użu mill-Bniedem (ICH);

(b) tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana, b'mod partikolari biex tinbena l-kapaċità tagħhom biex jagħmlu provi kliniċi f'konformità sħiħa mal-prinċipji etiċi fundamentali u mal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli Supplimentari tagħha, il-verżjoni tal-2008 tad-Dikjarazzjoni ta' Ħelsinki tal-Assoċjazzjoni Medika Dinjija u l-istandards għal prattiċi kliniċi tajba li adottat il-Konferenza Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tar-Rekwiżiti Tekniċi għar-Reġistrazzjoni tal-Farmaċewtiċi għall-Użu mill-Bniedem (ICH);

(c) jittejbu l-koordinazzjoni, l-allinjament u l-integrazzjoni tal-programmi nazzjonali rilevanti biex tiżdied il-kosteffikaċja tal-investimenti pubbliċi Ewropej;

(c) jittejbu l-koordinazzjoni, l-allinjament u, fejn xieraq, l-integrazzjoni tal-programmi nazzjonali rilevanti biex tiżdied il-kosteffikaċja tal-investimenti pubbliċi Ewropej. Barra minn hekk, il-prijoritajiet tar-riċerka għandhom jiġu stabbiliti b'mod orjentat lejn l-objettiv sabiex jiġu aċċelerati r-riżultati u jikkontribwixxu għall-qerda tal-mard relatat mal-faqar u l-mard ittraskurat.

(d) titwessa' l-koperazzjoni internazzjonali ma' finanzjaturi pubbliċi u privati oħra;

(d) titwessa' l-kooperazzjoni internazzjonali ma' sħab pubbliċi u privati oħra biex ikun żgurat li jiġi massimizzat l-impatt tar-riċerka kollha u jkunu jistgħu jitqiesu s-sinerġiji u li jiġu mobilizzati r-riżorsi u l-investimenti;

(e) jiżdied l-impatt minħabba kooperazzjoni effettiva ma' inizjattivi rilevanti tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-assistenza għall-iżvilupp

(e) jittejbu l-koordinazzjoni, l-allinjament u, fejn xieraq, l-integrazzjoni ma' inizjattivi rilevanti tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-assistenza għall-iżvilupp u inizjattivi ewlenin oħra biex jitjiebu r-riċerka u l-iżvilupp għal mard relatat mal-faqar, sħubijiet għall-iżvilupp ta' prodotti u programmi oħra mmexxija mill-gvern sabiex jittieħed vantaġġ aħjar mis-sinerġiji, tinħoloq katina ta' innovazzjoni aktar kompluta mill-provi kliniċi sat-twassil tat-trattament u tiżdied l-effikaċja tal-investimenti pubbliċi Ewropej. F'dan il-kuntest, is-sinerġiji bejn l-EDCTP2 u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp huma essenzjali.

 

(31) L-Għanijiet Operattivi

(ea) jingħata kontribut għall-esplorazzjoni ta’ mudelli tal-innovazzjoni miftuħa għar-riċerka mmexxija mill-bżonnijiet, u riżultati disponibbli u affordabbli f’konformità ma’ impenji tal-UE oħra fir-R&Ż tas-saħħa.

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-punt 2, għandhom jintlaħqu dawn l-għanijiet operattivi, li jinkludu miri indikattivi, sa tmiem il-Programm EDCTP2 fl-2024:

(3) L-Indikaturi u l-Għanijiet Operattivi

(a) Jiġu appoġġati l-provi kliniċi fuq interventi mediċi ġodda jew imtejba għall-mard relatat mal-faqar bi sħubiji bejn pajjiżi Ewropej u pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana:

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-punt 2, għandhom jiġu monitorjati dawn l-indikaturi li ġejjin matul il-Programm EDCTP2.

Mira: jiżdied l-għadd ta' provi kliniċi appoġġati għal mill-anqas 150 meta mqabbel mat-88 tul l-EDCTP1.

(a) Jiġu appoġġati l-provi kliniċi fuq interventi mediċi ġodda jew imtejba għall-mard relatat mal-faqar u l-mard ittraskurat permezz ta' sħubijiet bejn pajjiżi Ewropej u pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana:

Mira: jiġi sostnut jew jiżdied il-proporzjon ta' provi kliniċi li l-EDCTP2-IS tiffinanzja mat-tmexxija Afrikana għal mill-inqas 50 %.

Indikatur: jiżdied l-għadd ta' provi kliniċi appoġġati, meta mqabbel mat-88 tul l-EDCTP1, li jwasslu għal prodotti, proċessi, metodoloġiji, djanjostika, trattamenti jew prevenzjonijiet ġodda.

Mira: jiżdied l-għadd ta' artikli xjentifiċi evalwati bejn il-pari li jiġu ppubblikati għal mill-anqas 1000.

Indikatur: jiġi sostnut jew jiżdied il-proporzjon ta' provi kliniċi li l-EDCTP2-IS tiffinanzja mat-tmexxija Afrikana.

(b) Jiġu appoġġati l-attivitajiet tar-riċerka li jibnu l-kapaċità fl-Afrika sub-Saħarjana li jippermettu li jsiru provi kliniċi u jgħinu biex tonqos il-ħarba tal-imħuħ:

Indikatur: isir sforz biex jiżdied l-għadd ta' artikli xjentifiċi evalwati bejn il-pari li jiġu ppubblikati għal tliet darbiet dak tal-EDCTP1.

Mira: jiġi sostnut jew jiżdied l-għadd ta' pajjiżi tal-Afrika Sub-saħarjana li l-EDCTP2 jappoġġa għal mill-inqas 30.

(b) Jiġu appoġġati l-attivitajiet tar-riċerka li jibnu l-kapaċità fl-Afrika sub-Saħarjana li jippermettu li jsiru provi kliniċi u jgħinu biex tonqos il-ħarba tal-imħuħ:

Mira: jiżdied l-għadd ta' boroż ta' studju lir-riċerkaturi u lill-istudenti tal-MSc/dottorat mill-Afrika sub-Saħarjana għal mill-inqas 600 meta mqabbel mal-400 tul l-EDCTP1, li mill-inqas 90% minnhom ikomplu l-karriera fir-riċerka tagħhom fl-Afrika sub-Saħarjana għal mill-inqas sena wara li tintemm il-borża ta' studju.

 

Indikatur: isir sforz biex tiġi sostnuta jew tiżdied il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana fl-EDCTP2.

Mira: jiżdied l-għadd ta' attivitajiet li jibnu l-kapaċità appoġġati biex isiru provi kliniċi fl-Afrika sub-Saħarjana għal mill-inqas 150 meta mqabbel mal-74 tul l-EDCTP1.

Indikatur: jiżdied l-għadd ta' boroż ta' studju lir-riċerkaturi u lill-istudenti tal-MSc/dottorat mill-Afrika sub-Saħarjana minn 400 tul l-EDCTP1, jiġu mħeġġa u appoġġati bis-sħiħ biex ikomplu l-karriera fir-riċerka tagħhom fl-Afrika sub-Saħarjana wara li tintemm il-borża ta' studju.

(c) Jinħolqu aġenda komuni tar-riċerka, kriterji għat-tfassil tal-prijoritajiet u evalwazzjoni komuni:

Indikatur: jiżdied l-għadd ta' attivitajiet li jibnu l-kapaċità appoġġati biex isiru provi kliniċi fl-Afrika sub-Saħarjana minn 74 tul l-EDCTP1.

Mira: mill-inqas 50 % tal-investiment pubbliku li jagħmlu l-istati parteċipanti Ewropej ikun integrat, allinjat jew ikkoordinat mill-Programm EDCTP2.

(c) Tinħoloq aġenda tar-riċerka għall-EDCTP2 ibbażata fuq kriterji komuni għat-tfassil tal-prijoritajiet u evalwazzjoni komuni filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-kontribuzzjonijiet mill-programmi nazzjonali u l-EDCTP jistgħu jvarjaw, pereżempju l-programmi nazzjonali jistgħu jikkontribwixxu in natura filwaqt li l-EDCTP ma tistax.

(d) Tkun żgurata effiċjenza fl-implimentazzjoni tal-Programm EDCTP2:

Mira: mill-inqas 50 % tal-investiment pubbliku li jagħmlu l-istati parteċipanti Ewropej ikun integrat, allinjat jew ikkoordinat mill-Programm EDCTP2.

Mira: il-kostijiet amministrattivi jkunu anqas minn 5 % tal-baġit tal-EDCTP2-IS.

(d) Tkun żgurata effiċjenza fl-implimentazzjoni tal-Programm EDCTP2:

(e) Tinħoloq koperazzjoni u jitnedew azzjonijiet konġunti ma' finanzjaturi pubbliċi u privati oħra.

Mira: il-kostijiet amministrattivi jkunu anqas minn 5 % tal-baġit tal-EDCTP2-IS.

Mira: jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet mingħand il-pajjiżi li qed jiżviluppaw għal mill-inqas EUR 30 miljun meta mqabbel ma' EUR 14 miljun tul l-EDCTP1.

(e) Tinħoloq kooperazzjoni u jitnedew azzjonijiet konġunti ma' sħab pubbliċi u privati oħra sabiex tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom għall-EDCTP.

Mira: jinkisbu kontribuzzjonijiet addizzjonali, minn fondi pubbliċi jew mingħand il-privat ta' mill-inqas EUR 500 miljun meta mqabbel ma' EUR 71 miljun tul l-EDCTP1.

(f) Tinħoloq kooperazzjoni u jitnedew azzjonijiet konġunti mal-inizjattivi tal-Unjoni, nazzjonali u internazzjonali tal-assistenza għall-iżvilupp ħalli tkun żgurata l-kumplimentarjetà u jiżdied l-impatt tar-riżultati tal-attivitajiet li jiffinanzja l-EDCTP2. B’mod partikolari u fejn xieraq, jiġu kkoordinati l-attivitajiet iffinanzjati mill-EDCTP2 b'inizjattivi li jirriżultaw mill-proċess dwar il-finanzjament u l-koordinazzjoni tar-R&Ż tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ta' Esperti (CEWG) tad-WHO.

(f) Tinħoloq kooperazzjoni u jitnedew azzjonijiet konġunti mal-inizjattivi tal-Unjoni, nazzjonali u internazzjonali tal-assistenza għall-iżvilupp ħalli tkun żgurata l-kumplimentarjetà u jiżdied l-impatt tar-riżultati tal-attivitajiet li jiffinanzja l-EDCTP.

(fa) Tiżdied il-viżibbiltà ta' azzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-Programm EDCTP2 fil-livell Ewropew u f'dak globali, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, billi jintużaw fora ta' djalogu politiku, bħalma huma l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u s-Summits bejn l-UE u l-Afrika.

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) L-attivitajiet

(1) L-attivitajiet

Il-Programm EDCTP2 għandu jinkludi dawn l-attivitajiet:

Il-Programm EDCTP2 għandu jinkludi dawn l-attivitajiet:

(a) il-promozzjoni tan-netwerks, il-koordinazzjoni, l-allinjament, il-koperazzjoni u l-integrazzjoni tal-programmi u l-attivitajiet nazzjonali tar-riċerka fil-mard infettiv relatat mal-faqar fil-livell xjentifiku, ġestjonarju u finanzjarju;

(a) il-promozzjoni tan-netwerks, il-koordinazzjoni, l-allinjament, il-kollaborazzjoni, il-kooperazzjoni u l-integrazzjoni tal-programmi u l-attivitajiet nazzjonali tar-riċerka fil-mard relatat mal-faqar u l-mard ittraskurat fil-livell xjentifiku, ġestjonarju u finanzjarju;

(b) l-appoġġ għar-riċerka tal-provi kliniċi u l-attivitajiet relatati fil-mard relatat mal-faqar, b'mod partikolari l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi u l-mard infettiv ittraskurat;

(b) l-appoġġ għar-riċerka tal-provi kliniċi u l-attivitajiet relatati fil-mard relatat mal-faqar, b'mod partikolari l-HIV/AIDS, il-malarja, it-tuberkulożi u mard ieħor relatat mal-faqar u mard ittraskurat. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-mard ittraskurat li diġà qed jolqot lill-Afrika sub-Saħarjana u lill-Ewropa;

(c) it-trawwim tal-iżvilupp tal-kapaċità għall-provi kliniċi u r-riċerka relatata magħhom fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta' għotjiet: għall-iżvilupp tal-karrieri ta' sħab subalterni/superjuri, il-promozzjoni tal-mobbiltà, l-iskambju tal-persunal, netwerks tat-taħriġ fir-riċerka, it-tisħiħ tal-korpi tal-etika u regolatorji, il-parrini u s-sħubijiet fuq livell individwali jew istituzzjonali;

(c) it-trawwim tal-iżvilupp tal-kapaċità għall-provi kliniċi u r-riċerka relatata magħhom fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana, permezz ta' għotjiet: għall-iżvilupp tal-karrieri ta' sħab subalterni/superjuri, il-promozzjoni tal-mobbiltà, l-iskambju tal-persunal, netwerks tat-taħriġ fir-riċerka, it-tisħiħ tal-korpi tal-etika u regolatorji, il-parrini u s-sħubijiet fuq livell individwali, istituzzjonali jew reġjonali;

(d) biex tinħoloq kooperazzjoni u jitnedew azzjonijiet konġunti ma' finanzjaturi pubbliċi u privati oħra;

(d) tinħoloq kooperazzjoni u jitnedew azzjonijiet konġunti ma' finanzjaturi pubbliċi u privati oħra, inklużi l-industrija u s-sħubijiet għall-iżvilupp ta' prodotti, bil-għan li jissaħħu s-sistemi nazzjonali tas-saħħa u jiġi ffaċilitat it-trasferiment tar-riżultati lill-popolazzjoni kkonċernata;

(e) biex ikun żgurat li l-Programm EDCTP2 u l-attivitajiet tiegħu jkunu magħrufin, imħaddna u rikonoxxuti permezz ta' appoġġ u komunikazzjoni.

(e) ikun żgurat li l-Programm EDCTP2 u l-attivitajiet tiegħu jkunu magħrufin, imħaddna u rikonoxxuti permezz ta' appoġġ u komunikazzjoni, mhux biss fil-livell tal-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, iżda anke fil-livell globali.

(33) Id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm

(2) Id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm

Il-Programm EDCTP2 għandha timplimentah l-EDCTP2-IS skont il-pjan ta' ħidma annwali u pjan ta' ħidma strateġiku multiannwali li tħejji l-EDCTP2-IS u li tadotta l-Assemblea Ġenerali tal-EDCTP2-IS wara evalwazzjoni bejn il-pari u soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

Il-Programm EDCTP2 għandha timplimentah l-EDCTP2-IS skont il-pjan ta' ħidma annwali u pjan ta' ħidma strateġiku multiannwali li tħejji l-EDCTP2-IS, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, u li tadotta l-Assemblea Ġenerali tal-EDCTP2-IS wara evalwazzjoni bejn il-pari u soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

Il-pjan ta' ħidma annwali għandu jidentifika temi u attivitajiet li jridu jiġu implimentati, inkluż sejħiet għall-proposti li l-EDCTP-IS trid tniedi biex tagħżel u tiffinanzja l-azzjonijiet indiretti, kif ukoll il-baġits u l-finanzjament tal-EDCTP2 għal dawn it-temi u l-attivitajiet.

Il-pjan ta' ħidma annwali għandu jidentifika temi u attivitajiet li jridu jiġu implimentati, f'koordinazzjoni, fejn xieraq, ma' programmi nazzjonali, inklużi attivitajiet mibdija mill-istati parteċipanti u sejħiet għall-proposti li l-EDCTP-IS trid tniedi biex tagħżel u tiffinanzja l-azzjonijiet indiretti, kif ukoll il-baġits u l-finanzjament tal-EDCTP2 għal dawn it-temi u l-attivitajiet. L-EDCTP2 għandu jfittex koordinazzjoni xjentifika u, fejn rilevanti, skambju ta' informazzjoni mal-inizjattivi pubbliċi jew privati rilevanti, inklużi dawk fil-qafas ta' Orizzont 2020, bħall-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi u l-Panel Strateġiku għas-Saħħa.

Il-pjan ta' ħidma annwali għandu jiddistingwi bejn l-attivitajiet li tiffinanzja jew tikkofinanzja l-Unjoni u dawk li jiffinanzjaw l-istati parteċipanti jew minn dħul ieħor.

Il-pjan ta' ħidma annwali għandu jiddistingwi bejn l-attivitajiet li tiffinanzja jew tikkofinanzja l-Unjoni u dawk li jiffinanzjaw l-istati parteċipanti jew minn dħul ieħor.

Il-pjan ta' ħidma strateġiku multiannwali għandu jistabbilixxi aġenda tar-riċerka strateġika komuni li għandha titħejja u tiġi aġġornata kull sena.

Il-pjan ta' ħidma strateġiku multiannwali għandu jistabbilixxi aġenda tar-riċerka strateġika komuni li għandha titħejja u tiġi aġġornata kull sena.

L-EDCTP2-IS għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-pjan ta' ħidma, inklużi l-azzjonijiet indiretti li ntgħażlu mis-sejħiet għall-proposti li din tmexxi. Din għandha talloka u tmexxi l-finanzjament għal dawn skont din id-Deċiżjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-attivitajiet magħżula u identifikati fil-pjanijiet ta' ħidma preċedenti.

L-EDCTP2-IS għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-pjan ta' ħidma, inklużi l-azzjonijiet indiretti li ntgħażlu mis-sejħiet għall-proposti li din tmexxi. Din għandha talloka u tmexxi l-finanzjament għal dawn skont din id-Deċiżjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-attivitajiet magħżula u identifikati fil-pjanijiet ta' ħidma preċedenti.

(34) Ir-riżultati mistennija bl-implimentazzjoni tal-Programm EDCTP2

(3) Ir-riżultati mistennija bl-implimentazzjoni tal-Programm EDCTP2

L-EDCTP2-IS għandha tagħmel rapport annwali li jagħti ħasra ġenerali fid-detall dwar l-implimentazzjoni tal-Programm EDCTP2. Din il-ħarsa ġenerali għandha tagħti informazzjoni dwar kull attività magħżula skont il-pjan ta' ħidma, inklużi l-azzjonijiet indiretti li ntgħażlu mis-sejħiet għall-proposti li tmexxi l-EDCTP-IS. Din l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ta' kull attività, inklużi l-azzjoni indiretta, il-baġit tagħha, il-valur tal-finanzjament allokat għaliha jekk ikun hemm, u l-istatus tagħha.

L-EDCTP2-IS għandha tagħmel rapport annwali li jagħti ħasra ġenerali fid-detall dwar l-implimentazzjoni tal-Programm EDCTP2. Din il-ħarsa ġenerali għandha tagħti informazzjoni dwar kull attività magħżula skont il-pjan ta' ħidma, inklużi l-azzjonijiet indiretti li ntgħażlu mis-sejħiet għall-proposti li tmexxi l-EDCTP-IS. Din l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ta' kull attività, inklużi l-azzjoni indiretta, il-baġit tagħha, il-valur tal-finanzjament allokat għaliha jekk ikun hemm, l-istatus tagħha u l-miżuri meħuda biex jiġi żgurat aċċess għal prodotti emerġenti għall-popolazzjonijiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Apparti dan, fejn jidħlu s-sejħiet li tmexxi l-EDCTP-IS, ir-rapport annwali għandu jkun fih informazzjoni dwar l-għadd ta' proġetti li tressqu u ntgħażlu għall-finanzjament, l-użu fid-dettall tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, it-tqassim tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali u oħrajn, it-tipi ta' parteċipanti, l-istatistika tal-pajjiżi, l-avvenimenti tas-senseriji u l-attivitajiet tat-tixrid.

Apparti dan, fejn jidħlu s-sejħiet li tmexxi l-EDCTP-IS, ir-rapport annwali għandu jkun fih informazzjoni dwar il-proġetti li tressqu u ntgħażlu għall-finanzjament, l-użu fid-dettall tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, it-tqassim tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali u oħrajn, it-tipi ta' parteċipanti, l-istatistika tal-pajjiżi, l-avvenimenti tas-senseriji u l-attivitajiet tat-tixrid, u l-miżuri meħuda biex jiġi żgurat aċċess għal prodotti emerġenti.

Ir-rapport annwali għandu jkun fih wkoll informazzjoni dwar il-progress biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm EDCTP2 stabbiliti fl-Anness I.

Ir-rapport annwali għandu jkun fih wkoll informazzjoni dwar il-progress biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm EDCTP2 stabbiliti fl-Anness I.

Barra minn hekk, l-EDCTP2-IS għandha tagħti kull rapport u informazzjoni previsti b'din id-Deċiżjoni u l-ftehim konkluż mal-Unjoni.

Barra minn hekk, l-EDCTP2-IS għandha tagħti kull rapport u informazzjoni previsti b'din id-Deċiżjoni u l-ftehim konkluż mal-Unjoni.

Emenda  38

Proposta għal deċiżjoni

Anness III

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istruttura organizzattiva tal-Programm EDCTP2 għandha tkun:

L-istruttura organizzattiva tal-Programm EDCTP2 għandha tkun:

(35) L-EDCTP2-IS għandha tirregolaha l-assemblea ġenerali (minn hawn 'il quddiem "GA"), li fiha rrappreżentati l-istati parteċipanti kollha.

(1) L-EDCTP2-IS għandha tirregolaha l-assemblea ġenerali (minn hawn 'il quddiem "GA"), li fiha rrappreżentati l-istati parteċipanti kollha.

Ir-responsabbiltà ewlenija tal-GA għandha tkun li tiżgura li tittieħed kull azzjoni meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm EDCTP2, u li r-riżorsi tagħha jitmexxew sew u b'mod effiċjenti. Din għandha tadotta l-pjan ta' ħidma annwali.

 

Ir-responsabbiltà ewlenija tal-GA għandha tkun li tiżgura li tittieħed kull azzjoni meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm EDCTP2, u li r-riżorsi tagħha jitmexxew sew u b'mod effiċjenti. Din għandha tadotta l-pjan ta' ħidma annwali.

Il-GA għandha tiddeċiedi b'kunsens. Meta ma jkunx hemm kunsens, il-GA għandha tiddeċiedi b'maġġoranza ta' mill-inqas 75 % tal-voti.

Il-GA għandha tiddeċiedi b'kunsens. Meta ma jkunx hemm kunsens, il-GA għandha tiddeċiedi b'maġġoranza ta' mill-inqas 75 % tal-voti.

L-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, għandha tiġi mistiedna għal kull laqgħa tal-GA bħala osservatur, u għandha tirċievi d-dokumenti kollha meħtieġa. Din tista' tieħu sehem fid-diskussjonijiet.

L-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, għandha tiġi mistiedna għal kull laqgħa tal-GA bħala osservatur, u għandha tirċievi d-dokumenti kollha meħtieġa. Din tista' tieħu sehem fid-diskussjonijiet.

(36) Il-GA għandha taħtar bord maniġerjali li għandu jissorvelja lis-segretarjat tal-EDCTP2-IS (minn hawn 'il quddiem "SEC") stabbilit mill-GA bħala l-korp eżekuttiv tal-Programm EDCTP2.

(2) Il-GA għandha taħtar bord maniġerjali li għandu jissorvelja lis-segretarjat tal-EDCTP2-IS (minn hawn 'il quddiem "SEC") stabbilit mill-GA bħala l-korp eżekuttiv tal-Programm EDCTP2.

Is-SEC għandu jkollu dawn il-kompiti:

Is-SEC għandu jkollu mill-inqas dawn il-kompiti:

(a) jirrappreżenta lill-EDCTP2-IS;

(a) jimplimenta l-pjan ta' ħidma annwali;

(b) jappoġġa lill-GA;

(b) jappoġġa lill-GA;

(c) jimplimenta l-Programm EDCTP2 u jmexxi l-attivitajiet tiegħu li tafdalu l-EDCTP2-IS fil-pjan ta' ħidma annwali

 

(d) jissorvelja u jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Programm EDCTP2;

(c) jissorvelja u jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Programm EDCTP2;

(e) imexxi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mingħand l-istati parteċipanti, l-Unjoni u kull parti terza, u jirrapporta dwar l-użu tagħhom lill-GA u lill-Unjoni;

(d) jamministra l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mingħand l-istati parteċipanti, l-Unjoni u kull parti terza, u jirrapporta dwar l-użu tagħhom lill-GA u lill-Unjoni;

(f) iżid il-viżibbiltà tal-programm EDCTP2 b'appoġġ u komunikazzjoni;

(e) iżid il-viżibbiltà tal-programm EDCTP2 b'appoġġ u komunikazzjoni;

(g) jaħdem id f'id mal-Kummissjoni skont il-ftehim ta' delega msemmi fl-Artikolu 7.

(f) jaħdem id f'id mal-Kummissjoni skont il-ftehim ta' delega msemmi fl-Artikolu 7.

(37) Il-GA għandha tingħata pariri mingħand Kumitat Xjentifiku Konsultattiv (minn hawn 'il quddiem "SAC") dwar il-prijoritajiet strateġiċi tal-Programm EDCTP2.

(3) Il-GA, il-Bord u s-SEC għandhom jingħataw pariri strateġiċi u xjentifiċi mingħand Kumitat Strateġiku Konsultattiv (minn hawn 'il quddiem "SAC").

Is-SAC għandha taħtru l-GA u jkun fih esperenti indipendenti Ewropej u Afrikani li jkunu kompetenti f'oqsma rilevanti għall-Programm EDCTP2.

Is-SAC għandha taħtru l-GA u jkun fih esperenti indipendenti Ewropej u Afrikani li jkunu kompetenti f'oqsma rilevanti għall-Programm EDCTP2. Il-kompożizzjoni tiegħu għandha tfittex li tikseb l-ugwaljanza bejn is-sessi f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

Is-SAC għandu jkollu dawn il-kompiti:

Is-SAC għandu jkollu dawn il-kompiti:

(a) jagħti pariri lill-GA dwar il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet strateġiċi fejn jidħlu l-provi kliniċi fl-Afrika;

(a) jagħti pariri lill-GA dwar il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet strateġiċi fejn jidħlu l-provi kliniċi fl-Afrika;

(b) jirrevedi u jagħti pariri lill-GA dwar il-kontenut, l-ambitu u d-dimensjoni tal-abbozz tal-pjan ta' ħidma annwali tal-EDCTP2, inkluż il-mard kopert u l-approċċi li jittieħdu, mil-lat xjentifiku u tekniku;

(b) jagħti pariri lill-GA dwar il-kontenut, l-ambitu u d-dimensjoni tal-abbozz tal-pjan ta' ħidma annwali tal-EDCTP2, inkluż il-mard kopert u l-approċċi li jittieħdu, mil-lat xjentifiku u tekniku;

 

(c) jirrevedi l-aspetti xjentifiċi u tekniċi tal-implimentazzjoni tal-Programm EDCTP2 u jagħti opinjoni dwar ir-rapport annwali tiegħu.

(c) jirrevedi l-aspetti xjentifiċi u tekniċi tal-implimentazzjoni tal-Programm EDCTP2 u jagħti opinjoni dwar ir-rapport annwali tiegħu;

 

(ca) jagħti pariri, fejn xieraq, dwar il-profili tal-prodotti fil-mira sabiex jiggwida d-deċiżjonijiet tal-investiment skont il-prijoritajiet mifthema.

Waqt li jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu, is-SAC għandu jissorvelja u jippromovi standards għoljin ta' kondotta etika tal-provi kliniċi u jinvolvi ruħu mal-awtoritajiet regolatorji tat-tilqim.

Waqt li jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu, is-SAC għandu jissorvelja u jippromovi standards għoljin ta' kondotta etika tal-provi kliniċi u jinvolvi ruħu mal-awtoritajiet regolatorji tat-tilqim.

Is-SAC jista' jirrakkomanda lill-GA biex twaqqaf sottokumitati xjentifiċi, task forces u gruppi ta' ħidma.

Is-SAC jista' jirrakkomanda lill-GA biex twaqqaf sottokumitati xjentifiċi, task forces u gruppi ta' ħidma.

Il-GA għandha tistabbilixxi l-għadd tal-membri tas-SAC, id-drittijiet tal-vot tagħhom u l-modalitajiet tal-ħatra tagħhom skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru... [ir-regoli tal-parteċipazzjoni u t-tixrid f' Orizzont 2020]. Il-GA tista' tistabbilixxi gruppi ta' ħidma speċjalizzati fis-SAC b'aktar esperti indipendenti għal kompiti speċifiċi.

Il-GA għandha tistabbilixxi l-għadd tal-membri tas-SAC, id-drittijiet tal-vot tagħhom u l-modalitajiet tal-ħatra tagħhom skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013. Il-GA tista' tistabbilixxi gruppi ta' ħidma speċjalizzati fis-SAC b'aktar esperti indipendenti għal kompiti speċifiċi.

  • [1]               Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Rapporteur tappoġġa l-għan ġenerali tal-EDCTP2 li jgħaġġel l-iżvilupp kliniku ta' interventi mediċi effettivi, sikuri u affordabbli għall-mard relatat mal-faqar. Hija tagħraf il-ħtieġa ta' ħidma bi sħab ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw, bħal dawk tal-Afrika sub-Saħarjana, biex jiġu indirizzati l-impatti negattivi tal-mard relatat mal-faqar li jolqot biljun persuna u jwassal traġikament għal għadd enormi ta' mwiet. Hi tirrikonoxxi wkoll l-impatt li t-tifrix ta' mard relatat mal-faqar għandu fuq id-dinja kollha u fuq l-Ewropa b'mod partikolari, fejn ħafna minn dan il-mard inqered.

Ir-Rapporteur temmen li minkejja s-suċċess relattiv tal-EDCTP1, fid-dawl tal-aspett umanitarju ta' din il-ħidma importanti, jeħtieġ li l-użu effiċjenti tal-fondi tkun prijorità ewlenija biex jiġi żgurat li jinkisbu l-aħjar riżultati possibbli. Il-koordinazzjoni mill-qrib ma' organizzazzjonijiet oħra mis-settur pubbliku, privat u volontarju b'għanijiet simili hija fundamentali wkoll, mhux biss biex ikunu massimizzati l-investimenti tal-Istati Membri iżda wkoll biex ikunu minimizzati t-trikkib u d-duplikazzjoni. Ir-Rapporteur tirrikonoxxi li pajjiżi parteċipanti differenti ħafna drabi jkollhom il-programmi ta' investiment u riċerka tagħhom u tilqa' din id-diversità peress li ta' spiss din iġġib magħha benefiċċji kbar. Hija tirrakkomanda approċċ flessibbli għall-kofinanzjament, li se jippermetti lill-pajjiżi jipparteċipaw b'kontribuzzjonijiet in natura.

Jeħtieġ li jkun hemm rendikont ċar tal-entrati għall-infiq tal-UE u għalhekk l-EDCTP għandha tinżamm responsabbli għall-flus pubbliċi li tonfoq. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li twettaq verifiki iżda dan għandu jkun mingħajr ħsara għall-indipendenza jew ir-rwol tal-Qorti tal-Awdituri tal-UE.

Għalkemm ir-Rapporteur tappoġġa l-Għanijiet Ġenerali u Speċifiċi tal-programm EDCTP, tinsab imħassba li ċerti miri proposti bħala "Għanijiet Operattivi" jistgħu jagħtu sens ta' sodisfazzjon falz, jistgħu jkunu miftuħa għall-manipulazzjoni u jistgħu ma jirriflettux is-suċċess reali tal-ambizzjoni primarja li jinstabu vaċċini, trattamenti u kura, u t-titjib fil-proċeduri jew fil-proċessi. Għal din ir-raġuni r-Rapporteur tissuġġerixxi li l-"miri" stretti fuq l-għadd ta' provi u l-għadd ta' pajjiżi involuti jinbidlu f'"indikaturi".

Iż-żieda fil-parteċipazzjoni għandha tkun prijorità u parteċipanti ġodda għandu jkollhom il-fakultà li jiksbu informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' finanzjament b'mod faċli. Ir-Rapporteur tissuġġerixxi li mod kif dan jista' jinkiseb huwa billi fuq il-websajt ta' Orizzont 2020 ikun hemm kapitolu separat u mmarkat ċar, riservat esklużivament għat-tixrid ta' informazzjoni marbuta mal-applikazzjonijiet u l-informazzjoni dwar il-provi EDCTP2. Jekk ikun possibbli, l-opportunitajiet għandhom ikunu riklamati tajjeb minn qabel. Ir-Rapporteur hija impenjata wkoll li tiżgura li l-prinċipji ta' aċċess miftuħ stabbiliti f'Orizzont 2020 b'rabta mal-pubblikazzjonijiet jiġu applikati wkoll għall-EDCTP2. Ir-Rapporteur tilqa' suġġerimenti dwar aktar miżuri marbutin mat-trasparenza.

Ir-Rapporteur mhijiex qed tipproponi emendi għal-lista ta' mard li għandu jiġi indirizzat, u tirrakkomanda li tiġi evitata lista magħluqa jew itwal. Ir-riċerkaturi involuti mhux se jkunu jafu minn qabel x'se jkunu l-konklużjonijiet tagħhom. Għalhekk, se jkun importanti li tinżamm il-flessibbiltà sabiex jiġu appoġġati l-proġetti li juru l-aktar potenzjal u l-flus ma jinfirxux fuq proġetti sempliċement għaliex jidhru fuq lista. Hija tipproponi li jitħassru r-referenzi li jistgħu jillimitaw il-kamp ta' applikazzjoni għall-mard "infettiv" biss.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur hija miftuħa għall-ħsibijiet ta' partijiet oħra dwar it-tul propost tal-EDCTP2. Hija ma ressqitx emendi f'dan l-istadju. Hija tifhem li proġetti ta' provi kliniċi ta' dan it-tip jista' jkollhom bżonn żmien itwal biex jitlestew u li l-estensjoni ta' tliet snin wara l-2020 tista' tkun fundamentali għas-suċċess ta' proġett. Madankollu, hija temmen li l-fondi kollha għandhom ikunu impenjati sal-2020 u li l-maġġoranza kbira tagħhom għandhom jintefqu sa tmiem l-2020.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (18.12.2013)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fit-tieni Programm tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw li jwettqu bosta Stati Membri b'mod konġunt
(COM(2013)0498 – C7‑0222/2013 – 2013/0243(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Maurice Ponga

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fl-2003, wara l-kriżi dinjija tas-saħħa kkawżata mit-tliet mardiet prinċipali relatati mal-faqar, li huma l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi, kif ukoll l-impenji meħuda fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti rigward l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet is-"Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw" (EDCTP).

Kofinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea sa EUR 200 miljun, il-Programm EDCTP involva 14-il Stat Membru tal-UE, in-Norveġja u l-Isvizzera kif ukoll 48 pajjiż tal-Afrika sub-Saħarjana.

Matul il-perjodu 2003-2013, ittejbu 8 trattamenti mediċi, tnedew 4 netwerks ta' eċċellenza reġjonali Afrikani fil-qasam tar-riċerka klinika u tħarrġu aktar minn 400 riċerkatur Afrikan.

Madankollu, sal-ġurnata tal-lum, l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkolożi waħidhom jikkaġunaw aktar minn 5 miljun vittma kull sena. Għaldaqstant, b'segwitu għall-proposta tal-Presidenza Belġjana tal-Kunsill ta' Novembru 2010 li l-programm jiġi estiż, il-Kummissjoni Ewropea, f'Lulju 2013, ippreżentat il-Programm EDCTP2 għal perjodu ulterjuri ta' 10 snin.

Għall-Programm EDCPT2 ġew stabbiliti għanijiet ambizzjużi ġodda:

-    li jiġi kopert aktar mard u jiżdied l-għadd ta' interventi mediċi,

-    li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana,

-    li jittejbu l-koordinazzjoni, il-koerenza u l-integrazzjoni tal-programmi nazzjonali,

-    li titwessa' l-kooperazzjoni internazzjonali ma' finanzjaturi pubbliċi u privati oħrajn,

-    li tiġi żgurata l-koerenza mal-politiki l-oħrajn tal-Unjoni.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni tiżdied għal EUR 683 miljun (fil-qafas tal-Programm Orizzont 2020) u ma' din is-somma għandhom jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet tal-istati parteċipanti u tal-korpi pubbliċi jew privati.

Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon l-estensjoni ta' dan il-programm u ż-żieda fil-baġit allokat mill-Unjoni Ewropea kif ukoll it-twessigħ tal-azzjonijiet possibbli li jistgħu jiġu ffinanzjati fil-qafas tal-Programm EDCTP2.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni li jissaħħu s-sinerġiji bejn id-diversi azzjonijiet meħuda mill-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari dawk meħuda fil-qafas tal-politika għall-iżvilupp. Madankollu, dwar dan il-punt, huwa neċessarju li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi emendata sabiex jitfakkar li l-koerenza tal-politiki tal-Unjoni Ewropea mal-għanijiet ta' żvilupp hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur jixtieq jemenda l-proposta tal-Kummissjoni sabiex iġib aktar ċarezza dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni kif ukoll dwar l-għanijiet tal-Programm EDCTP2.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp, jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Fl-2009, esperti indipendenti adottaw ir-rapport tal-evalwazzjoni interim tal-EDCTP18. Il-bord tal-esperti kien tal-opinjoni li l-EDCTP1 joħloq pjattaforma unika għal djalogu ġenwin max-xjenxjati Afrikani u beda jnaqqas id-differenza bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar biex jinbnew il-kapaċitajiet tar-riċerka u jingħataw opportunitajiet ta' tagħlim u xogħol għar-riċerkaturi żgħażagħ Afrikani. Wara dan ir-rapport, hemm bosta kwistjonijiet fundamentali li jridu jitqiesu għat-tieni Programm tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (minn hawn 'il quddiem "il-programm EDCTP2"): jeħtieġlu jinbidel u jitwessa' l-ambitu attwali tal-EDCTP1;

(4) Fl-2009, esperti indipendenti adottaw ir-rapport tal-evalwazzjoni interim tal-EDCTP18. Il-bord tal-esperti kien tal-opinjoni li l-EDCTP1 joħloq pjattaforma unika għal djalogu ġenwin max-xjenxjati Afrikani u beda jnaqqas id-differenza bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar biex jinbnew il-kapaċitajiet tar-riċerka u jingħataw opportunitajiet ta' tagħlim u xogħol għar-riċerkaturi żgħażagħ Afrikani. Wara dan ir-rapport, hemm bosta kwistjonijiet fundamentali li jridu jitqiesu għat-tieni Programm tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (minn hawn 'il quddiem "il-programm EDCTP2"):

 

jeħtieġlu jinbidel u jitwessa' l-ambitu attwali tal-EDCTP1;

 

jeħtieġ li jiġi promoss it-taħriġ u li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

għandha tittejjeb aktar l-integrazzjoni tal-programmi nazzjonali Ewropej;

għandha tittejjeb aktar l-integrazzjoni tal-programmi nazzjonali Ewropej;

jeħtieġ li tissaħħaħ u titwessa' l-kollaborazzjoni ma' finanzjaturi pubbliċi u privati ewlenin oħra, inkluża l-industrija tal-farmaċewtika;

jeħtieġ li l-kooperazzjoni ma' sħab pubbliċi u privati ewlenin oħra, inklużi l-industrija tal-farmaċewtika, is-sħubijiet pubbliċi-privati bħas-sħubijiet għall-iżvilupp ta' prodotti, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-fondazzjonijiet, tissaħħaħ u titwessa' u tirrispetta regoli ta' governanza ċari u trasparenti;

għandhom jinħolqu sinerġiji ma' azzjonijiet esterni tal-politika, b'mod partikolari mal-assistenza tal-UE għall-iżvilupp;

jeħtieġ li jinħolqu sinerġiji ma' azzjonijiet esterni tal-politika, speċifikament mal-assistenza tal-UE għall-iżvilupp;

għandhom jiġu ċċarati u ssimplifikati r-regoli dwar il-kofinanzjament;

għandhom jiġu ċċarati u ssimplifikati r-regoli dwar il-kofinanzjament;

jeħtieġ li jissaħħu l-għodod tal-monitoraġġ.

jeħtieġ li jissaħħu l-għodod tal-monitoraġġ.

__________________

____________________

8 Van Velzen et al., Independent External Evaluation Report (Rapport ta' Evalwazzjoni Esterna Indipendenti), Diċembru 2009.

8 Van Velzen et al., Independent External Evaluation Report (Rapport ta' Evalwazzjoni Esterna Indipendenti), Diċembru 2009.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) L-Unjoni hija finanzjatur ewlieni għar-riċerka dwar mard relatat mal-faqar u dwar mard infettiv ittraskurat. Fil-fatt, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkontribwixxu għal kważi kwart (22 %) tal-investimenti tal-gvernijiet f'dan il-qasam fil-livell gloabli. Barra minn hekk, l-Unjoni hija attur ewlieni fis-saħħa globali. Pereżempju, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jipprovdu madwar nofs l-approprjazzjonijiet tal-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkulożi u l-Malarja.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Minkejja r-riżultati u l-kisbiet konsiderevoli li għamlet l-EDCTP1, il-mard relatat mal-faqar għadu xkiel kbir għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw minħabba l-piż soċjali u ekonomiku tagħhom, l-aktar fl-Afrika sub-Saħarjana. Għall-biċċa l-kbira tal-mard relatat mal-faqar għadhom ma jeżistux trattamenti mediċi effettivi, sikuri u affordabbli, u l-investiment fir-riċerka klinika għadu mhux adegwat għax it-twettiq tal-provi kliniċi jiswa ħafna flus u r-redditu fuq l-investiment hu limitat minħabba l-falliment tas-suq. Barra minn hekk, ħafna drabi l-attivitajiet u l-programmi tar-riċerka Ewropej għadhom frammentati u allura subkritiċi fid-daqs jew jirkbu 'l xulxin, peress li l-kapaċità tar-riċerka u l-investiment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw mhix adegwata.

(7) Minkejja r-riżultati u l-kisbiet konsiderevoli li għamlet l-EDCTP1, il-mard relatat mal-faqar għadu xkiel kbir għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw minħabba l-piż soċjali u ekonomiku tagħhom, l-aktar fl-Afrika sub-Saħarjana. Għall-biċċa l-kbira tal-mard relatat mal-faqar għadhom ma jeżistux trattamenti mediċi effettivi, sikuri, xierqa, aċċessibbli u affordabbli li huma adatti għall-ispeċifiċitajiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u l-investiment fir-riċerka klinika għadu mhux adegwat għax it-twettiq tal-provi kliniċi jiswa ħafna flus u r-redditu fuq l-investiment hu limitat minħabba l-falliment tas-suq. Ta' min jenfasizza li biss 10 % tal-fondi globali dedikati għar-riċerka huma allokati għal mard li jikkaġuna 90 % tal-patoloġiji fid-dinja. Barra minn hekk, ħafna drabi l-attivitajiet u l-programmi tar-riċerka Ewropej għadhom frammentati u allura subkritiċi fid-daqs jew jirkbu 'l xulxin, peress li l-kapaċità tar-riċerka u l-investiment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw mhix adegwata.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fil-31 ta' Marzu 2010, il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni dwar ir-rwol tal-UE fis-saħħa globali10 li ssejjaħ għal approċċ aktar koordinat fost l-Istati Membri u fil-politiki rilevanti biex jidentifika u jindirizza b'mod konġunt il-prijoritajiet globali kondiviżi għar-riċerka fis-saħħa.

(11) Fil-31 ta' Marzu 2010, il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni dwar ir-rwol tal-UE fis-saħħa globali10 li ssejjaħ għal approċċ aktar koordinat fost l-Istati Membri u fil-politiki rilevanti biex jidentifika u jindirizza b'mod konġunt il-prijoritajiet globali kondiviżi għar-riċerka fis-saħħa. Il-Kummissjoni tfakkar ukoll il-ħtieġa li jiġu promossi kopertura ekwa u universali tas-servizzi tas-saħħa ta' kwalità kif ukoll finanzjament effettiv u ekwu għal riċerka li l-benefiċċji tagħha jitqiegħdu għd-dispożizzjoni ta' kulħadd.

____________

________________

10 COM(2010) 128 finali.

10 COM(2010) 128 finali.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Fl-2010, fil-"Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-UE fis-saħħa globali", il-Kunsill stieden lill-UE biex tippromwovi finanzjament effettiv u ġust ta' riċerka li permezz tiegħu tibbenefika s-saħħa ta' kulħadd u li jiżgura li l-innovazzjonijiet u l-interventi jwasslu għal soluzzjonijiet affordabbli u aċċessibbli. B'mod partikolari, għandhom jiġu esplorati mudelli li jisseparaw l-ispejjeż tar-R&Ż u l-prezzijiet tal-mediċini, inklużi l-opportunitajiet għal trasferiment teknoloġiku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) Fis-27 ta' Frar 2013, fil-komunikazzjoni tagħha bit-titolu "Ħajja diċenti għal kulħadd: Neqirdu l-faqar u nagħtu lid-dinja futur sostenibbli"11a, il-Kummissjoni affermat mill-ġdid id-determinazzjoni tagħha li tagħmel kull sforz biex tikkontribwixxi għall-kisba tal-MDGs sal-2015, u enfasizzat li r-riċerka ffinanzjata mill-UE fil-qafas tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (EDCTP) kienet tat kontribut għall-kisba tal-MDGs.

 

___________

 

11a (COM(2013)0092).

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) F'konformità mal-għanijiet tal-programm Qafas Orizzont 2020, kull Stat Membru u kull pajjiż assoċjat mal-Programm Qafas Orizzont 2020 għandu jkun intitolat li jieħu sehem fil-Programm EDCTP2.

(13) F'konformità mal-għanijiet tal-programm Qafas Orizzont 2020, kull Stat Membru u kull pajjiż assoċjat mal-Programm Qafas Orizzont 2020 għandu jkun intitolat li jieħu sehem fil-Programm EDCTP2. Għandu jiġi żgurat li l-proġetti li jirċievu flus permezz tal-Programm Qafas Orizzont 2020 ma jmorrux kontra d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Għandu jiġi stabbilit limitu għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-EDCTP2 għal kemm itul il-Programm Qafas Orizzont 2020. Sa dan il-limitu, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun daqs il-kontribuzzjonijiet tal-bidu impenjati mill-istati parteċipanti ħalli jinkiseb effett ta' influwenza qawwija u tkun żgurata integrazzjoni iktar b'saħħitha tal-programmi tal-istati parteċipanti. Dan il-limitu għandu jipprovdi wkoll biex jitqabblu l-kontribuzzjonijiet minn kull Stat Membru ieħor jew minn kull pajjiż assoċjat fil-Programm Qafas Orizzont 2020 li jingħaqad fil-Programm EDCTP2 waqt il-Programm Qafas Orizzont 2020.

(15) Għandu jiġi stabbilit limitu għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-EDCTP2 għal kemm itul il-Programm Qafas Orizzont 2020. Matul dan il-perjodu u sa dan il-limitu, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun daqs il-kontribuzzjonijiet tal-istati msemmijin fl-Artikolu 1 ta' din id-deċiżjoni ħalli jinkiseb effett ta' influwenza qawwija u tkun żgurata integrazzjoni iktar b'saħħitha tal-programmi ta' dawn l-istati.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27a) Huwa importanti wkoll li l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-Programm EDCTP2 jissodisfaw il-bżonnijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-impenji meħuda mill-Unjoni fir-rigward tas-saħħa globali u li jkunu koerenti mal-attivitajiet imwettqa mill-Unjoni fir-rigward tal-politika għall-iżvilupp kif previst fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Billi l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri li tgħin biex jonqos il-piż soċjali u ekonomiku tal-mard relatat mal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u b'mod partikolari fl-Afrika Sub-Saħarjana billi tħaffef l-iżvilupp kliniku ta' interventi mediċi effettivi, sikuri u afforabbli għall-mard relatat mal-faqar, l-Istati Membri ma jistgħux jilħquhom biżżejjed minħabba n-nuqqas tal-massa kritika meħtieġa li trid tintlaħaq, kemm mil-lat uman u mil-lat finanzjarju, u allura, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ għal dak il-għan,

(28) Billi l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri li tgħin biex jonqos il-piż soċjali u ekonomiku tal-mard relatat mal-faqar u tal-mard ittraskurat, b'mod prijoritarju l-mard li l-impatt soċjoekonomiku tiegħu fuq l-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli huwa l-aktar qawwi, b'mod partikolari t-tfal, fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u b'mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana billi tħaffef l-iżvilupp kliniku ta' interventi mediċi (dijanjosi, mediċina, kura u tilqim) effettivi, sikuri, xierqa, aċċessibbli u affordabbli li huma adatti għall-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-Istati Membri ma jistgħux jilħquhom biżżejjed minħabba n-nuqqas tal-massa kritika meħtieġa li trid tintlaħaq, kemm mil-lat uman u kemm mil-lat finanzjarju, u allura, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ għal dak il-għan,

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni, inkluż l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, għall-Programm EDCTP2 għandha tkun EUR 683 miljun, kif ġej:

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, għall-Programm EDCTP2 għandha tkun EUR 683 miljun, u għandha tkun ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet tal-istati parteċipanti elenkati fl-Artikolu 1.

(a) EUR 594 miljun biex tkun daqs il-kontribuzzjonijiet tal-istati parteċipanti elenkati fl-Artikolu 1.1;

 

(b) EUR 89 miljun biex tkun daqs il-kontribuzzjonijiet ta' kull Stat Membru ieħor jew kull pajjiż assoċjat ieħor fil-Programm Qafas Orizzont 2020 li qed jieħu sehem fil-Programm EDCTP2 skont l-Artikolu 1.2.

 

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Anness I − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Għan Ġenerali

(1) L-Għan Ġenerali

L-EDCTP2 għandu jgħin biex jonqos il-piż soċjali u ekonomiku tal-mard relatat mal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana, billi jħaffef l-iżvilupp kliniku ta' interventi mediċi effettivi, sikuri u affordabbli għall-mard relatat mal-faqar bi sħab mal-Afrika sub-Saħarjana.

L-EDCTP2 għandu jgħin biex jonqos il-piż soċjali u ekonomiku tal-mard relatat mal-faqar u tal-mard infettiv ittraskurat, b'mod prijoritarju l-mard li l-impatt soċjoekonomiku tiegħu fuq l-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli huwa l-aktar qawwi, b'mod partikolari t-tfal, fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw billi jħaffef l-iżvilupp kliniku ta' interventi mediċi (dijanjosi, mediċina, kura u tilqim) effettivi, sikuri, xierqa, aċċessibbli u affordabbli li huma adatti għall-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bi sħab ma' dawn il-pajjiżi fl-Afrika sub-Saħarjana.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) aktar interventi mediċi ġodda jew imtejba għall-HIV/AIDS, it-tuberkulożi, il-malarja u mard ieħor relatat mal-faqar, u sa tmiem il-programm ikun instab mill-inqas intervent mediku ġdid wieħed; jinħarġu mill-inqas 30 linja gwida biex l-interventi mediċi eżistenti jintużaw aħjar jew b'mod estiż; u jsir progress fl-iżvilupp kliniku ta' mill-inqas 20 interventi mediċi kandidati.

(a) aktar interventi mediċi aċċessibbli u xierqa, ġodda jew imtejba, għall-mard relatat mal-faqar bħalma huma l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-malarja, kif ukoll il-mard ittraskurat, u sa tmiem il-programm ikun instab mill-inqas intervent mediku ġdid wieħed; jinħarġu linji gwida biex l-interventi mediċi eżistenti jintużaw aħjar jew b'mod estiż; u jsir progress fl-iżvilupp kliniku ta' interventi mediċi kandidati;

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) titwessa' l-koperazzjoni internazzjonali ma' finanzjaturi pubbliċi u privati oħra;

(d) titwessa' l-koperazzjoni internazzjonali ma' sħab pubbliċi u privati oħra – inklużi l-NGOs u l-fondazzjonijiet – u ma' inizjattivi oħra bil-għan li titjieb ir-riċerka fil-mard relatat mal-faqar u fil-mard ittraskurat, inklużi pereżempju sħubijiet għall-iżvilupp ta' prodotti, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Grupp ta' Ħidma dwar l-Evalwazzjoni Kollettiva (CEWG) tagħha, u programmi oħra.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jiżdied l-impatt minħabba kooperazzjoni effettiva ma' inizjattivi rilevanti tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-assistenza għall-iżvilupp.

(e) jiżdied l-impatt minħabba kooperazzjoni effettiva ma' inizjattivi rilevanti tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-assistenza għall-iżvilupp.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) tissaħħaħ il-viżibbiltà tal-azzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-Programm EDCPT2 fil-livell Ewropew u f'dak internazzjonali.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt 3 – punt a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Jiġu appoġġati l-provi kliniċi fuq interventi mediċi ġodda jew imtejba għall-mard relatat mal-faqar bi sħubiji bejn pajjiżi Ewropej u pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana:

(a) Jiġu appoġġati l-provi kliniċi fuq interventi mediċi ġodda jew imtejba għall-mard relatat mal-faqar u l-mard ittraskurat permezz ta' sħubijiet bejn pajjiżi Ewropej u pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana:

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt 3 – punt a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mira: jiżdied l-għadd ta' provi kliniċi appoġġati għal mill-anqas 150 meta mqabbel mat-88 tul l-EDCTP1.

Mira: jiżdied l-għadd ta' provi kliniċi appoġġati, meta mqabbel mat-88 tul l-EDCTP1, b'enfasi fuq il-provi kliniċi sabiex jiġu żviluppati għodod mediċi ġodda.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt 3 – punt a – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mira: jiżdied l-għadd ta' artikli xjentifiċi evalwati bejn il-pari li jiġu ppubblikati għal mill-anqas 1000.

Mira: jiżdied l-għadd ta' artikli xjentifiċi evalwati bejn il-pari li jiġu ppubblikati.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt 3 – punt b – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mira: jiġi sostnut jew jiżdied l-għadd ta' pajjiżi tal-Afrika Sub-saħarjana li l-EDCTP2 jappoġġa għal mill-inqas 30.

Mira: jiġi sostnut jew jiżdied l-għadd ta' pajjiżi tal-Afrika sub-saħarjana li l-EDCTP2 jappoġġa.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt 3 – punt b – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mira: jiżdied l-għadd ta' boroż ta' studju lir-riċerkaturi u lill-istudenti tal-MSc/dottorat mill-Afrika sub-Saħarjana għal mill-inqas 600 meta mqabbel mal-400 tul l-EDCTP1, li mill-inqas 90% minnhom ikomplu l-karriera fir-riċerka tagħhom fl-Afrika sub-Saħarjana għal mill-inqas sena wara li tintemm il-borża ta' studju.

Mira: jiżdied l-għadd ta' boroż ta' studju lir-riċerkaturi u lill-istudenti tal-MSc/dottorat mill-Afrika sub-Saħarjana minn 400 tul l-EDCTP1, filwaqt li jiġu mħeġġa u appoġġati sabiex ikomplu l-karriera fir-riċerka tagħhom fl-Afrika sub-Saħarjana wara li tintemm il-borża ta' studju.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt 3 – punt b – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mira: jiżdied l-għadd ta' attivitajiet li jibnu l-kapaċità appoġġati biex isiru provi kliniċi fl-Afrika sub-Saħarjana għal mill-inqas 150 meta mqabbel mal-74 tul l-EDCTP1.

Mira: jiżdied l-għadd ta' attivitajiet li jibnu l-kapaċità appoġġati biex isiru provi kliniċi fl-Afrika sub-Saħarjana minn 74 tul-l-EDCTP1.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – paragrafu 3 – punt e – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) Tinħoloq koperazzjoni u jitnedew azzjonijiet konġunti ma' finanzjaturi pubbliċi u privati oħra.

(e) Tinħoloq koperazzjoni u jitnedew azzjonijiet konġunti ma' sħab pubbliċi u privati oħra.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) Tinħoloq kooperazzjoni u jitnedew azzjonijiet konġunti mal-inizjattivi tal-Unjoni, nazzjonali u internazzjonali tal-assistenza għall-iżvilupp ħalli tkun żgurata l-kumplimentarjetà u jiżdied l-impatt tar-riżultati tal-attivitajiet li jiffinanzja l-EDCTP.

(f) Tinħoloq kooperazzjoni u jitnedew azzjonijiet konġunti mal-inizjattivi tal-Unjoni, nazzjonali u internazzjonali tal-assistenza għall-iżvilupp ħalli tkun żgurata l-komplementarjetà u jiżdied l-impatt tar-riżultati tal-attivitajiet li jiffinanzja l-EDCTP2.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) Tiżdied il-viżibbiltà tal-azzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-Programm EDCTP2 fil-livell Ewropew u dak globali u b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw billi jintużaw forums ta' djalogu politiku, bħalma huma l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP/UE u s-Samits bejn l-UE u l-Afrika.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Anness II – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-promozzjoni tan-netwerks, il-koordinazzjoni, l-allinjament, il-koperazzjoni u l-integrazzjoni tal-programmi u l-attivitajiet nazzjonali tar-riċerka fil-mard infettiv relatat mal-faqar fil-livell xjentifiku, ġestjonarju u finanzjarju;

(a) il-promozzjoni tan-netwerks, il-koordinazzjoni, l-allinjament, il-kollaborazzjoni miftuħa, il-koperazzjoni u l-integrazzjoni tal-programmi u l-attivitajiet nazzjonali tar-riċerka fil-mard relatat mal-faqar u l-mard ittraskurat fil-livell xjentifiku, ġestjonarju u finanzjarju;

Ġustifikazzjoni

Il-limitazzjoni tal-ambitu għal mard "infettiv" ifisser li l-programm mhux se jkun kapaċi jiffinanzja r-riċerka f'mard u kundizzjonijiet oħrajn relatati mal-faqar u ttraskurati li ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala "infettivi" iżda madankollu huma sinifikanti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u fil-ħtieġa wkoll tar-R&Ż.

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Anness II – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-appoġġ għar-riċerka tal-provi kliniċi u l-attivitajiet relatati fil-mard relatat mal-faqar, b'mod partikolari l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi u l-mard infettiv ittraskurat;

(b) l-appoġġ għar-riċerka tal-provi kliniċi u l-attivitajiet relatati fil-mard relatat mal-faqar, b'mod partikolari l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi u l-mard ittraskurat b'mod prijoritarju l-mard li l-impatt soċjoekonomiku tiegħu fuq l-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli huwa l-aktar qawwi;

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Anness II – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) it-trawwim tal-iżvilupp tal-kapaċità għall-provi kliniċi u r-riċerka relatata magħhom fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta' għotjiet: għall-iżvilupp tal-karrieri ta' sħab subalterni/superjuri, il-promozzjoni tal-mobbiltà, l-iskambju tal-persunal, netwerks tat-taħriġ fir-riċerka, it-tisħiħ tal-korpi tal-etika u regolatorji, il-parrini u s-sħubijiet fuq livell individwali jew istituzzjonali;

(c) it-trawwim tal-iżvilupp tal-kapaċità għall-provi kliniċi u r-riċerka relatata magħhom fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana, permezz ta' għotjiet: għall-iżvilupp tal-karrieri ta' sħab subalterni/superjuri, il-promozzjoni tal-mobbiltà, l-iskambju tal-persunal, netwerks tat-taħriġ fir-riċerka, it-tisħiħ tal-korpi tal-etika u regolatorji, il-parrini u s-sħubijiet fuq livell individwali jew istituzzjonali;

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Anness II – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) biex tinħoloq kooperazzjoni u jitnedew azzjonijiet konġunti ma' finanzjaturi pubbliċi u privati oħra;

(d) biex tinħoloq kooperazzjoni u jitnedew azzjonijiet konġunti ma' sħab pubbliċi u privati oħra bil-għan li s-sistemi tas-saħħa nazzjonali jiġu rinforzati u t-trasferimenti tar-riżultati jiġu faċilitati għall-popolazzjoni kkonċernata;

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Anness II – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) biex ikun żgurat li l-Programm EDCTP2 u l-attivitajiet tiegħu jkunu magħrufin, imħaddna u rikonoxxuti permezz ta' appoġġ u komunikazzjoni.

(e) attivitajiet maħsuba biex ikun żgurat li l-Programm EDCTP2 u l-attivitajiet tiegħu jkunu magħrufin, imħaddna u rikonoxxuti permezz ta' azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni kemm fil-livell tal-UE, kemm fil-livell tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari dawk tal-Afrika sub-Saħarjana, u kemm fil-livell globali.

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Anness II – punt 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-EDCTP2-IS għandha tagħmel rapport annwali li jagħti ħasra ġenerali fid-detall dwar l-implimentazzjoni tal-Programm EDCTP2. Din il-ħarsa ġenerali għandha tagħti informazzjoni dwar kull attività magħżula skont il-pjan ta' ħidma, inklużi l-azzjonijiet indiretti li ntgħażlu mis-sejħiet għall-proposti li tmexxi l-EDCTP-IS. Din l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ta' kull attività, inklużi l-azzjoni indiretta, il-baġit tagħha, il-valur tal-finanzjament allokat għaliha jekk ikun hemm, u l-istatus tagħha.

L-EDCTP2-IS għandha tagħmel rapport annwali li jagħti ħasra ġenerali fid-detall dwar l-implimentazzjoni tal-Programm EDCTP2. Din il-ħarsa ġenerali għandha tagħti informazzjoni dwar kull attività magħżula skont il-pjan ta' ħidma, inklużi l-azzjonijiet indiretti li ntgħażlu mis-sejħiet għall-proposti li tmexxi l-EDCTP-IS. Din l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ta' kull attività, inklużi l-azzjoni indiretta, il-baġit tagħha, il-valur tal-finanzjament allokat għaliha jekk ikun hemm, l-istatus tagħha u l-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiżguraw aċċess għall-prodotti emerġenti għall-popolazzjonijiet f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Anness II – punt 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Apparti dan, fejn jidħlu s-sejħiet li tmexxi l-EDCTP-IS, ir-rapport annwali għandu jkun fih informazzjoni dwar l-għadd ta' proġetti li tressqu u ntgħażlu għall-finanzjament, l-użu fid-dettall tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, it-tqassim tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali u oħrajn, it-tipi ta' parteċipanti, l-istatistika tal-pajjiżi, l-avvenimenti tas-senseriji u l-attivitajiet tat-tixrid.

Apparti dan, fejn jidħlu s-sejħiet li tmexxi l-EDCTP-IS, ir-rapport annwali għandu jkun fih informazzjoni dwar l-għadd ta' proġetti li tressqu u ntgħażlu għall-finanzjament, l-użu fid-dettall tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, it-tqassim tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali u oħrajn, it-tipi ta' parteċipanti, l-istatistika tal-pajjiżi, l-avvenimenti tas-senseriji, l-attivitajiet tat-tixrid u l-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiżguraw aċċess għall-prodotti emerġenti.

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Anness III – punt 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2) Il-GA għandha taħtar bord maniġerjali li għandu jissorvelja lis-segretarjat tal-EDCTP2-IS (minn hawn 'il quddiem "SEC") stabbilit mill-GA bħala l-korp eżekuttiv tal-Programm EDCTP2.

2) Il-GA għandha taħtar bord maniġerjali. B'dan, il-GA għandha tqis il-kontribuzzjoni tal-Istati parteċipanti u għandha tiżgura wkoll distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata tal-membri ta' dan il-kunsill. Il-parteċipazzjoni ta' mil-inqas rappreżentant wieħed mill-pajjiżi fl-Afrika sub-Saħarjana għandha tkun garantita.

 

Il-bord maniġerjali għandu jissorvelja lis-segretarjat tal-EDCTP2-IS (minn hawn 'il quddiem "SEC") stabbilit mill-GA bħala l-korp eżekuttiv tal-Programm EDCTP2.

PROĊEDURA

Titolu

Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fit-tieni Programm tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw li jwettqu bosta Stati Membri b’mod konġunt

Referenzi

COM(2013)0498 – C7-0222/2013 – 2013/0243(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

10.9.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

10.9.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Maurice Ponga

11.11.2013

Eżami fil-kumitat

2.12.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

18.12.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ricardo Cortés Lastra, Véronique De Keyser, Catherine Grèze, Mikael Gustafsson, Filip Kaczmarek, Miguel Angel Martínez Martínez, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Ivo Vajgl, Daniël van der Stoep, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Kriton Arsenis, Emer Costello, Santiago Fisas Ayxela, Isabella Lövin

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jolanta Emilia Hibner, Mary Honeyball

PROĊEDURA

Titolu

Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fit-tieni Programm tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw li jwettqu bosta Stati Membri b’mod konġunt

Referenzi

COM(2013)0498 – C7-0222/2013 – 2013/0243(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

10.7.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

10.9.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

10.9.2013

BUDG

10.9.2013

ENVI

10.9.2013

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

5.9.2013

ENVI

5.9.2013

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Vicky Ford

14.10.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.1.2014

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.1.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Vicky Ford, Norbert Glante, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Jens Rohde, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, Věra Flasarová, Elisabetta Gardini, Jolanta Emilia Hibner, Ivailo Kalfin, Vladko Todorov Panayotov, Lambert van Nistelrooij

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Besset

Data tat-tressiq

29.1.2014