RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-programm ta' Riċerka u Żvilupp għall-Għixien Attiv u Megħjun tal-Unjoni li qed isir b'mod konġunt minn diversi Stati Membri
31.1.2014 - (COM(2013)0500 – C7‑0219/2013 – 2013/0233(COD)) - ***I
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Claude Turmes
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-programm ta' Riċerka u Żvilupp għall-Għixien Attiv u Megħjun tal-Unjoni li qed isir b'mod konġunt minn diversi Stati Membri
(COM(2013)0500 – C7‑0219/2013 – 2013/0233(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0500,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 185 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-188/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0076/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(2) Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) li stabbilit mir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fi … 20135 (minn hawn 'il quddiem "il-Programm Qafas Orizzont 2020") għandu l-għan li jħalli impatt akbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jgħin ħalli jissaħħu s-sħubijiet pubbliċi-pubbliċi, anki bil-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi li jitwettqu bosta Stati Membri f'konformità mal-Artikolu 185 tat-Trattat. |
(2) Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... 20135 (minn hawn ’il quddiem ‘Programm Qafas Orizzont 2020’) jimmira li jikseb impatt ikbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jiżviluppa sinerġiji aktar mill-qrib, iżid il-koordinazzjoni u jevita duplikazzjoni mhux meħtieġa ma’ programmi ta’ riċerka internazzjonali, nazzjonali u reġjonali. Is-sħubiji pubbliċi-pubbliċi, inkluż il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi li jwettqu bosta Stati Membri f'konformità mal-Artikolu 185 tat-Trattat, għandhom jiksbu dawn l-għanijiet, jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati f’dak ir-Regolament, b'mod partikolari fl-Artikolu 20, u jkunu konformi bis-sħiħ mal-prinċipji ġenerali li japplikaw għal Orizzont 2020.
| ||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||
5 ĠU … [H2020 FP] |
5 ĠU … [PQ Orizzont 2020] | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din iż-żieda tenfasizza l-prinċipji importanti li ġew maqbula matul in-negozjati ta’ Orizzont 2020 dwar P2Ps u l-kisbiet li għandhom jilħqu. | |||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(2a) L-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni mwettqa fl-ambitu tal-Programm AAL għandhom ikunu f'konformità sħiħa mal-prinċipji ġenerali tal-Programm Qafas Orizzont 2020, b'mod partikolari dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, aċċess miftuħ u prinċipji etiċi. Dawn għandhom ikunu konformi wkoll mal-prinċipji etiċi u prinċipji relevanti oħra ta' leġiżlazzjoni nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Protokolli tagħha. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-prinċipju tal-proporzjonalità, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali tal-persuni, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni u l-bżonn li jkunu żgurati livelli għoljin ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. | ||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2b (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(2b) Il-Programm Qafas Orizzont 2020 fl-Artikolu 16, jistabbilixxi li l-Programm Qafas Orizzont 2020 għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tal-ġeneri fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-iżgurar tal-bilanċ bejn is-sessi, soġġett għas-sitwazzjoni fil-qasam, fil-bordijiet ta' evalwazzjoni u fil-korpi bħalma huma l-gruppi konsultattivi u l-gruppi ta' esperti. Id-dimensjoni tal-ġeneri għandha tkun integrata b'mod adegwat fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-istrateġiji, il-programmi u l-proġetti u segwita fl-istadji kollha taċ-ċiklu tar-riċerka. | ||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(4) F'Diċembru tal-2012, il-Kummissjoni kkonumikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-evalwazzjoni interim tal-JP tal-AAL8. L-evalwazzjoni twettqet minn panil espert. L-opinjoni kumplessiva ta' dak il-panil espert kienet li l-JP tal-AAL kien kiseb progress tajjeb lejn l-għanijiet tiegħu u riżultati ammirevoli u li għandu jkompli lil hinn mill-perjodu ta' finanzjament preżenti. Il-panil espert innota madankollu xi nuqqasijiet, notevolment il-ħtieġa għal involviment iktar b'saħħtu fi proġetti u iktar titjib tal-prestazzjoni operattiva f'termini taż-żmien għall-kuntratt u ż-żmien għall-pagamenti. |
(4) F'Diċembru 2012, il-Kummissjoni kkonumikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-evalwazzjoni interim tal-JP tal-AAL8. L-evalwazzjoni twettqet minn bord ta' esperti. L-opinjoni kumplessiva ta' dak il-bord ta' esperti kienet li l-JP tal-AAL kien kiseb progress tajjeb lejn l-għanijiet tiegħu u riżultati ammirevoli u li għandu jkompli lil hinn mill-perjodu ta' finanzjament preżenti. Il-bord ta' esperti nnota madankollu xi nuqqasijiet, notevolment il-ħtieġa għal involviment iktar b'saħħtu fi proġetti sa mill-aktar stadju bikri possibbli u iktar titjib tal-prestazzjoni operattiva f'termini taż-żmien għall-kuntratt u ż-żmien għall-pagamenti. | ||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||
8 COM(2010) 763 final tas-16 ta’ Diċembru 2010. |
8 COM(2010) 763 final tas-16 ta’ Diċembru 2010. | ||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 4a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(4a) L-evalwazzjoni interim tal-2010 u l-proċess ta' konsultazzjoni tal-2012 enfasizzaw b'mod partikolari li l-frammentazzjoni u l-koordinazzjoni insuffiċjenti tal-istrumenti finanzjarji differenti, ir-regoli tal-eleġibbiltà u s-sistemi ta' rimborż qed jaffettwaw il-parteċipazzjoni u jirrappreżentaw ostaklu għall-innovazzjoni. Għal kull sejħa, l-Istati Parteċipanti, permezz tal-Assemblea Ġenerali tal-AAL, għandhom jaqblu dwar regoli uniformi ta' finanzjament li għandhom jiġu implimentati b'mod konsistenti mar-regoli tal-Programm Qafas Orizzont 2020; | ||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Premessa 6 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(6) Fil-komunikazzjoni tagħha bit-titlu 'Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 Unjoni10 tal-Innovazzjoni', il-Kummissjoni indikat li t-tixjiħ tal-popolazzjoni huwa waħda mill-isfidi tas-soċjetà fejn l-iskoperti fl-innovazzjoni jista' jkollhom rwol importanti u jagħtu spinta lill-kompetittività, jgħinu lill-kumpanniji Ewropej biex imexxu l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda, biex ikabbru u jkollhom tmexxija globali fis-swieq il-ġodda tat-tkabbir, itejbu l-kwalità u l-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi u b'hekk jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' għadd kbir ta' impjiegi ġodda ta' kwalità. |
(6) Il-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha intitolata 'Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 Unjoni tal-Innovazzjoni'10 , indikat li t-tixjiħ tal-popolazzjoni huwa wieħed mill-isfidi tas-soċjetà fejn l-iskoperti fl-innovazzjoni jistgħu jkollhom rwol importanti u jgħinu lill-kumpaniji Ewropej biex imexxu l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda, biex ikabbru u jassumu tmexxija globali fis-swieq il-ġodda ta' tkabbir, itejbu l-kwalità u l-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi u b'hekk jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' għadd kbir ta' impjiegi ġodda ta' kwalità. | ||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||
10 COM(2010) 546 final tas-6 ta’ Ottubru 2012. |
10 COM(2010) 546 final tas-6 ta’ Ottubru 2012. | ||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Premessa 6a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(6a) Madwar 20 miljun persuna fit-territorju kollu tal-Unjoni għandhom impjiegi "tal-ġagaga bajda" fis-settur tas-saħħa u tas-servizzi soċjali, ċifra li mistennija tiżdied fis-snin li ġejjin minħabba t-tixjiħ tal-popolazzjoni. It-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja f’dan is-settur sensittiv għandhom ikunu prijorità ewlenija. Għalhekk, il-ħtieġa għall-impjiegi fis-settur tas-saħħa u tas-servizzi soċjali u għall-investimenti f’ħiliet moderni, bħal pereżempju l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni, għandha tiġi vvalutata b’mod aktar preċiż. | ||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Premessa 9 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(9) Taħt l-Isħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu stabbilita taħt l-Unjoni tal-Innovazzjoni, is-soluzzjonijiet tal-ICT huma mistennija li jkollhom rwol importanti fl-ilħuq tal-miri tagħha ta' sentejn ħajja addizzjonali b'saħħithom sal-2020 kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini u t-titjib fl-effiċjenza tas-sistemi tal-kura fl-Unjoni. Il-Pjan Strateġiku ta' Implimentazzjoni tagħha jiffissa l-prijoritajiet biex jaċċellera u jżid l-innovazzjoni fit-tixjiħ attiv u f'saħħtu madwar l-Unjoni, fi tlett dominji: il-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa, il-kura u l-fejqan, u l-għixien indipendenti u l-inklużjoni soċjali. |
(9) Fl-ambitu tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu stabbilita taħt l-Unjoni tal-Innovazzjoni, is-soluzzjonijiet innovattivi, inklużi prodotti u servizzi li jintegraw l-ICT, huma mistennija li jkollhom rwol importanti biex jintlaħqu l-miri tagħha ta' sentejn ħajja addizzjonali b'saħħithom sal-2020 kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini mingħajr ebda diskriminazzjoni abbażi tal-età, sess, etniċità, diżabbilità, orjentazzjoni reliġjuża jew sesswali u t-titjib fl-effiċjenza tas-sistemi tal-kura fl-Unjoni. Il-Pjan Strateġiku ta' Implimentazzjoni tagħha jiffissa l-prijoritajiet biex jaċċellera u jżid l-innovazzjoni fit-tixjiħ attiv u f'saħħtu madwar l-Unjoni, fi tliet dominji: il-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa, il-kura u l-fejqan, u l-għixien indipendenti u l-inklużjoni soċjali. l-integrazzjoni tal-età u tas-sessi hija metodu u strument indispensabbli fit-tfassil tal-politika fid-dominji relevanti. | ||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Premessa 9a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(9a) Peress li s-sistemi tal-ICT jimmaniġġjaw ammonti kbar ta' data u profili personali, u jaħdmu b'komunikazzjoni f'ħin reali, għalhekk jimplikaw riskju għoli ta' ksur tas-sikurezza tad-data, l-evalwazzjoni tal-protezzjoni tad-data u l-privatezza tad-data tal-proġetti għandhom isiru skont il-programm li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni u sigurtà tad-data. | ||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(10) Il-Programm tar-Riċerka u l-Iżvilupp Għixien Megħjun Kontestwalment (minn hawn 'il quddiem 'il-programm AAL') għandu jibni fuq il-kisbiet tal-programm preċedenti u jindirizza n-nuqqasijiet tiegħu billi jħeġġeġ parteċipazzjoni iktar tal-utenti fil-proġetti u permezz ta' implimentazzjoni tal-programm b'inqas intoppi. |
(10) Il-Programm tar-Riċerka u l-Iżvilupp Għixien Megħjun Kontestwalment (minn hawn 'il quddiem 'il-programm AAL') għandu jibni fuq il-kisbiet tal-programm preċedenti u jindirizza n-nuqqasijiet tiegħu billi jiżgura parteċipazzjoni b'saħħitha tal-utenti fil-proġetti kollha, sa mill-aktar stadju bikri, sabiex jiġi żgurat li s-soluzzjonijiet żviluppati huma aċċettabbli u jirrispondu għall-ħtiġijiet speċifiċi. Barra minn dan, hija meħtieġa implimentazzjoni tal-programm sempliċi, konsistenti u b'inqas intoppi. | ||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(10a) Il-Programm AAL għandu jqis definizzjoni wiesgħa ta' innovazzjoni inklużi l-aspetti organizzattivi, tan-negozju, teknoloġiċi, soċjali u ambjentali. Għandu jiżgura approċċ multidixxiplinari u l-integrazzjoni tax-xjenzi soċjali fi ħdan il-programm. | ||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10b (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(10b) Skont il-mira taċ-ċifra fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-SMEs f’azzjonijiet indiretti tal-Qafas Orizzont 2020, il-Programm AAL għandu jimmira li jiddedika 20 % tal-baġit allokat lilu għal azzjonijiet indiretti għall-SMEs. | ||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10c (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(10c) L-implimentazzjoni tal-Programm AAL għandha tindirizza wkoll id-dimensjoni tal-ġeneri, li għandha tkun integrata b'mod adegwat fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni u segwita fl-istadji kollha taċ-ċiklu tar-riċerka, kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar il-prevenzjoni ta' mard tan-nisa marbut mal-età1a, kif ukoll fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Settembru 2010 dwar ir-rwol tan-nisa f'soċjetà li qed tixjieħ1b. | ||||||||||||
|
____________ | ||||||||||||
|
1a Test adottat, P7_TA(2012)0482. | ||||||||||||
|
1b ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 49. | ||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal deċiżjoni Premessa 11a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(11a) Entitajiet mill-Istati Membri li mhumiex jipparteċipaw u li jixtiequ jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-AAL m'għandhomx ikunu diskriminati f'termini ta' aċċess għall-fondi tal-Orizzont 2020 fl-ambitu ta' dan il-Programm. Dawn l-entitajiet għandhom ikunu intitolati biex jipparteċipaw fis-sejħiet, sakemm jiżguraw il-kofinanzjament tagħhom stess. | ||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal deċiżjoni Premessa 12 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(12) F'konformità mal-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [PQ Orizzont 2020], kwalunkwe Stat Membru u kwalunkwe pajjiż assoċjat mal-Programm Qafas Orizzont 2020 għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fil-Programm AAL. |
(12) F'konformità mal-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [PQ Orizzont 2020], kwalunkwe Stat Membru u kwalunkwe pajjiż assoċjat mal-Programm Qafas Orizzont 2020 għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fil-Programm AAL fi kwalunkwe żmien. | ||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal deċiżjoni Premessa 14 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(14) L-implimentazzjoni konġunta tal-Programm AAL tirrikjedi struttura ta' implimentazzjoni. L-Istati Parteċipanti qablu dwar l-istruttura tal-implimentazzjoni għall-Programm AAL u fl-2007 stabbilixxew l-Assoċjazzjoni tal-Għixien Megħjun Kontestwalment IASBL, organizzazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta' qligħ taħt il-liġi Belġjana (minn hawn 'il quddiem 'AALA'). Għalhekk, fejn skont ir-rapport tal-Evalwazzjoni Interim, l-istruttura eżistenti tal-governanza tal-JP tal-AAL tat prova li hija effiċjenti u ta' kwalità tajba, l-AALA għandha tinuża bħala struttura ta' implimentazzjoni u għandu jkollha r-rowl bħala l-korpa ta' allokazzjoni u monitoraġġ tal-Programm AAL. L-AALA għandha ġġestixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u għandha tiżgura limplimentazzjoni effiċjenti tal-Programm AAL. |
(14) L-implimentazzjoni konġunta tal-Programm AAL tirrikjedi struttura ta' implimentazzjoni. L-Istati Parteċipanti qablu dwar l-istruttura tal-implimentazzjoni għall-Programm AAL u fl-2007 stabbilixxew l-Assoċjazzjoni tal-Għixien Megħjun Kontestwalment IASBL, organizzazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta' qligħ taħt il-liġi Belġjana (minn hawn 'il quddiem 'AALA'). Għalhekk, fejn skont ir-rapport tal-Evalwazzjoni Interim, l-istruttura eżistenti tal-governanza tal-JP tal-AAL tat prova li hija effiċjenti u ta' kwalità tajba, l-AALA għandha tinuża bħala struttura ta' implimentazzjoni u għandu jkollha r-rowl bħala l-korpa ta' allokazzjoni u monitoraġġ tal-Programm AAL. L-AALA għandha tiġġestixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u għandha tiżgura l-implimentazzjoni effiċjenti tal-Programm AAL. Id-differenzi bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma ekonomiċi u soċjali għandhom jiġu kkunsidrati fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Programm AAL. Għandha tingħata attenzjoni wkoll biex tiġi żgurata parteċipazzjoni aħjar tan-nisa fil-proċess tar-riċerka u tal-politika. | ||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal deċiżjoni Premessa 17 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(17) Il-Kummissjoni, sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandu jkollha d-dritt li tnaqqas, iżżomm jew tittermina l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni fejn il-Programm AAL jiġi implimentat b'mod inadegwat, parzjalment jew tard, jew l-Istati Parteċipanti ma jikkontribwixxux, jew jikkontribwixxu parzjalment jew tard, għall-finanzjament tal-Programm AAL. Dawk id-drittijiet għandhom jiġu pprovduti fil-ftehim ta' delega li għandu jiġi konkluż bejn l-Unjoni u l-AALA. |
(17) Sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt permezz ta' miżuri proporzjonati li tirkupra, tnaqqas, iżżomm jew ittemm il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni fejn il-Programm AAL jiġi implimentat b'mod inadegwat, parzjalment jew tard, jew fejn l-Istati Parteċipanti ma jikkontribwixxux, jew jikkontribwixxu parzjalment jew tard, għall-finanzjament tal-Programm AAL. Dawk id-drittijiet għandhom jiġu pprovduti fil-ftehim ta' delega li għandu jiġi konkluż bejn l-Unjoni u l-AALA.
| ||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal deċiżjoni Premessa 18 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(18) Il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Programm AAL hija suġġetta għar-Regolament (UE) Nru ... /2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni fil-’Programm Qafas għar-Riċerka ul-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)’15. Madankollu, minħabba ħtiġijiet operattivi speċifiċi tal-Programm AAL hemm bżonn li jiġu pprovduti derogi mir-Regolament skont l-Artikolu 1(3) ta' dak ir-Regolament. |
(18) Il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Programm AAL hija suġġetta għar-Regolament (UE) Nru ... /2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni fil-‘Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)’15. Madankollu, minħabba ħtiġijiet operattivi speċifiċi tal-Programm AAL hemm bżonn li jiġu pprovduti derogi mir-Regolament skont l-Artikolu 1(3) ta' dak ir-Regolament. Hemm bżonn ukoll li jitnaqqsu aktar il-frammentazzjoni u l-koordinazzjoni insuffiċjenti tal-istrumenti finanzjarji differenti, ir-regoli tal-eliġibbiltà u s-sistemi ta’ rimborż li jservu bħala ostaklu għall-innovazzjoni. | ||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||
15ĠU L…, …, p. … [H2020 RfP]. |
15ĠU L…, …, p. … [RfP Orizzont 2020]. | ||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal deċiżjoni Premessa 19 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(19) Hemm bżonn ta' derogi speċifiċi mir-Regolament (UE) Nru ... / 2013 [Reg. għall-Part. f'Orizzont 2020] għaliex il-Programm AAL huwa intenzjonat bħala programm li huwa qrib l-innovazzjoni tas-suq, fejn jiġu miġbura flimkien ħafna flussi differenti ta' fondi nazzjonali (bħall-innovazzjoni tar-riċerka, il-programmi ta' finanzjament tas-saħħa u l-industrija). Dawk il-programmi nazzjonali għandhom min-natura tagħhom regoli ta' parteċipazzjoni differenti u ma jistgħux ikunu mistennija li jallinjaw kompletament mar-Regolament (UE) Nru .../2013 [Reg. għall-Part. f'Orizzont 2020]. Addizzjonalment, il-Programm AAL qed jimmira b'mod partikolari l-impriżi żgħar u medji u organizzazzjonijiet tal-utenti li normalment ma jipparteċipawx fl-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni. Il-kontribuzzjoni finazjarja tal-Unjoni, sabiex tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' dawk l-impriżi u organizzazzjonijiet, hija pprovduta skont ir-regoli magħrufa sew tal-programmi ta' finanzjament nazzjonali tagħhom u implimentati permezz ta' għotja unika li tikkombian l-finanzjament tal-Unjoni mal-finanzjament nazzjonali korrispondenti. |
(19) Hemm bżonn ta' derogi speċifiċi mir-Regolament (UE) Nru ... / 2013 [RfP Orizzont 2020] għaliex il-Programm AAL huwa intenzjonat bħala programm li huwa qrib l-innovazzjoni tas-suq, fejn jiġu miġbura flimkien ħafna flussi differenti ta' fondi nazzjonali (bħall-innovazzjoni tar-riċerka, il-programmi ta' finanzjament tas-saħħa u l-industrija). Dawk il-programmi nazzjonali għandhom min-natura tagħhom regoli ta’ parteċipazzjoni differenti u ma jistgħux ikunu mistennija li b’mod immedjat jallinjaw kompletament mar-Regolament (UE) Nru .../2013 [Regoli għall-Parteċipazzjoni f’Orizzont 2020]. Madankollu, il-Programm AAL għandu jindirizza aktar il-kumplessità li tinħoloq minn eliġibbiltà finanzjarja u nazzjonali differenti tal-pajjiżi u l-effetti tagħha fuq l-implimentazzjoni u l-parteċipazzjoni. Addizzjonalment, il-Programm AAL qed jimmira b'mod partikolari l-impriżi żgħar u medji u organizzazzjonijiet tal-utenti li normalment ma jipparteċipawx fl-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, sabiex tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ dawk l-impriżi u organizzazzjonijiet, għandha tiġi pprovduta permezz tal-korpi ta' finanzjament nazzjonali skont ir-regoli magħrufa sew u implimentati permezz ta’ għotja unika li tikkombina l-finanzjament tal-Unjoni mal-finanzjament nazzjonali korrispondenti. | ||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal deċiżjoni Premessa 21 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(21) Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim li tivvaluta b'mod partikolari l-kwalità u l-effiċjenza tal-Programm AAL u l-progress lejn l-għanijiet ffissati, kif ukoll evalwazzjoni finali, u tipprepara rapport dwar dawk l-evalwazzjonijiet. |
(21) Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni esterna interim li tivvaluta b'mod partikolari l-kwalità u l-effiċjenza tal-Programm AAL u l-progress lejn l-objettivi ffissati, u l-kontribut ġenerali tal-inizjattiva għaż-żieda fil-koordinazzjoni u l-interoperabbiltà ta' programmi nazzjonali ta' attivitajiet ta' riċerka u żvilupp, kif ukoll evalwazzjoni esterna finali, u tipprepara rapport dwar dawk l-evalwazzjonijiet | ||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal deċiżjoni Premessa 22a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(22a) L-azzjonijiet previsti fil-Programm AAL għandhom jikkontribwixxu biex isaħħu s-sistemi Ewropej tas-saħħa pubblika u l-kopertura tas-saħħa, peress li jikkostitwixxu mezz kruċjali biex jinżammu l-benessri soċjali u jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-qasam tal-assistenza bejn reġjuni u setturi tal-popolazzjoni, li qed jiżdiedu b’mod allarmanti minħabba l-kriżi ekonomika u soċjali attwali. | ||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal deċiżjoni Premessa 23 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(23) Il-Programm AAL għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkonforma mal-prinċipji etiċi kif rifless fil-Programm Qafas Orizzont 2020. |
(23) Il-Programm AAL għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u għandu jikkonforma mal-prinċipji etiċi kif stabbilit fil-Programm Qafas Orizzont 2020. | ||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Kwalunkwe Stat Membru ieħor u kwlaunkwe pajjiż ieħor assoċjat mal-Programm Qafas għar-riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru .../2013 (minn hawn 'il quddiem il-'Programm Qafas Orizzont 2020') jistgħu jingħaqdu mal-programm AAL sakemm jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1)(c) ta' din id-Deċiżjoni. Dawk l-Istati Membri u pajjiżi assoċjati li jissodisfaw il-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 3(1)(c) għandhom jitqiesu bħala Stati Parteċipanti għall-fini ta' din id-Deċiżjoni. |
2. Kwalunkwe Stat Membru ieħor u kwlaunkwe pajjiż ieħor assoċjat mal-Programm Qafas għar-riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru .../2013 (minn hawn 'il quddiem il-"Programm Qafas Orizzont 2020") jistgħu jingħaqdu mal-programm AAL fi kwalunkwe żmien sakemm jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1)(c) ta' din id-Deċiżjoni. Dawk l-Istati Membri u pajjiżi assoċjati li jissodisfaw il-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 3(1)(c) għandhom jitqiesu bħala Stati Parteċipanti għall-fini ta' din id-Deċiżjoni. | ||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. Kull entità minn kwalunkwe pajjiż assoċjat mal-Programm Qafas Orizzont 2020 tista' tipparteċipa fl-azzjonijiet indiretti tal-Programm AAL fi kwalunkwe żmien sakemm tipprovdi għall-kofinanzjament tagħha. | ||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni għall-Programm AAL li tkopri l-ispejjeż amminsitrattivi u l-ispejjeż opreattivi għandha tkun EUR 175.000.000. Il-kontribuzzjoni għnadha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokat lill-partijiet rilevanti tal-Programm Speċipfiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020 stabbilit permezz tad-Deċiżjoni .../2013/UE skont l-Artikolu 58(1)(c)(vi) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. |
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni għall-Programm AAL li tkopri l-ispejjeż amminsitrattivi u l-ispejjeż opreattivi għandha tkun EUR 166,250,000. Il-kontribuzzjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokat lill-partijiet rilevanti tal-Programm Speċipfiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020 stabbilit permezz tad-Deċiżjoni .../2013/UE skont l-Artikolu 58(1)(c)(vi) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. | ||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(aa) l-Istati Parteċipanti juru li l-Programm AAL huwa stabbilit skont l-objettivi u l-prijoritajiet ta’ riċerka kif stipulati fil-Programm Qafas Orizzont 2020; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din iż-żieda tenfasizza li għandu jkun hemm koerenza qawwija bejn l-attivitajiet tal-P2Ps u l-prijoritajiet tar-riċerka kif definiti fil-Programm Qafas Orizzont 2020. | |||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(ab) l-Istati Parteċipanti juru li l-Programm AAL huwa stabbilit skont il-prinċipji ġenerali li jiggvernaw il-Programm Qafas Orizzont 2020, b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din iż-żieda tenfasizza l-aderenza importanti tal-P2Ps għall-prinċipji ġenerali li japplikaw għall-qafas Orizzont 2020 bħalma huma l-aċċess miftuħ, l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni li ġew maqbula waqt in-negozjati Orizzont 2020. | |||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ac (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(ac) l-Istati Parteċipanti juru li l-Programm AAL huwa stabbilit skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din iż-żieda tenfasizza l-prinċipji importanti li kien hemm qbil dwarhom matul in-negozjati ta’ Orizzont 2020 dwar P2Ps u l-kisbiet li għandhom jilħqu. | |||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 – paragrafu 3 sa 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020], il-ftehimiet tal-għotja mal-parteċipanti għandhom jiġu ffirmati mill-aġenzija ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat. |
3. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f’Orizzont 2020], il-ftehimiet tal-għotja mal-parteċipanti għandhom jiġu ffirmati mill-aġenzija ta’ ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat. It-tul taż-żmien li fih irid isir il-kuntratt għandu jkun ippubblikat u għandu jkun limitat għal 5 xhur. | ||||||||||||
4. Permezz ta' deroga mill-Artikoli 19[((1), (5) sa (7)] u 22 sa 29 tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020], ir-regoli ta' finanzjament tal-programmi nazzjonali nominati għandhom japplikaw għall-għotjiet amministrati mill-aġenziji ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat. |
4. Permezz ta' deroga mill-Artikoli 19[((1), (5) sa (7)] u 22 sa 29 tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020], ir-regola ta' finanzjament tal-programmi nazzjonali nominati għandhom japplikaw għall-għotjiet amministrati mill-aġenziji ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat u ffirmata qabel il-31 ta' Diċembru 2015. | ||||||||||||
|
Sal-31 ta' Diċembru 2015, l-Istati Parteċipanti flimkien mal-AALA għandhom jivvalutaw ir-regoli ta' finanzjament eżistenti u jadottaw sett waħdieni ta' regoli ta' finanzjament biex japplika għall-għotjiet mogħtija mill-2016 'il quddiem, bil-għan li jitnaqqsu l-frammentazzjonijiet u l-kumplessitajiet involuti fl-użu tar-regoli ta' finanzjament ta' programmi nazzjonali differenti. | ||||||||||||
5. Permezz ta' deroga mill-Artikoli 38 sa 46 tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020], għandhom japplikaw ir-regoli tal-programmi nazzjonali nominati li jamministraw ir-riżultati, id-drittijiet ta' aċċess għall-isfond u r-riżultati. |
5. Permezz ta' deroga mill-Artikoli 38 sa 46 tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020], fir-rigward tad-drittijiet ta' aċċess għal tagħrif eżisteni u riżultati għandhom japplikaw, inklużi r-rekwiżiti relatati mal-aċċess miftuħ għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi, li jridu jiġu żgurati fl-ambitu tal-Programm Qafas Orizzont 2020. | ||||||||||||
|
Skont il-prinċipji tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni kif stabbiliti fl-Artikoli 60(1) u 128(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, sejħiet għal proposti organizzati mill-AAL JP għandhom ikunu ppubblikati fuq il-Portal tal-Parteċipanti Orizzont 2020 ibbażat fuq l-internet. | ||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 12 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjon interim tal-programm AAL. Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jinkludi l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u l-osservazzjonijiet mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2018. |
1. Sat-30 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni għandha torganizza evalwazzjoni interim indipendenti tal-programm AAL. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jinkludi l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni indipendenti u l-osservazzjonijiet mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2017. Ir-riżultat tal-evalwazzjoni interim indipendenti tal-AAL għandu jitqies fl-evalwazzjoni interim tal-Programm Qafas Orizzont 2020. | ||||||||||||
|
Sabiex tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet mhux previsti jew għal żviluppi u ħtiġijiet ġodda, il-Kummissjoni tista', wara l-evalwazzjoni interim tal-Orizzont 2020 kif imsemmija fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament(UE) Nru 1291/2013, tagħmel rieżami tal-programm attwali, inkluż fl-ambitu tal-proċedura baġitarja annwali, tal-baġit tal-AAL. | ||||||||||||
2. Fl-aħħar tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm AAL iżda sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-Progamm AAL. Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jinkludi r-riżultati tal-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
2. Fl-aħħar tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm AAL iżda sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni indipendenti finali tal-Progamm AAL. Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport dwar dik l-evalwazzjoni indipendenti li jinkludi r-riżultati tal-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | ||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar il-progress magħmul mill-Programm AAL. Dak ir-rapport għandu jinkludi dettalji tal-implimentazzjoni, inklużi n-numru ta' proposti magħżula għal finanzjament, it-tip ta' parteċipanti, inklużi l-SMEs, u l-istatistika skont il-pajjiż. | ||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal deċiżjoni Anness I – punt 1 – punt 1.1 sa 1.3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1.1. jaċċellera l-emerġenza ta' prodotti u servizzi innovattivi bbażati fl-ICT għat-tixjiħ attiv u f'saħħtu fid-dar, fil-komunità, jew fuq ix-xgoħol, u b'hekk titjib il-kwalità tal-ħajja, l-awtonomija, il-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali, ħiliet u impjegabbiltà ta' adulti avvanzati fl-età u b'hekk tiżdied l-effiċjenza tas-saħħa u l-forniment tal-kura soċjali; |
1.1. jaċċellera l-emerġenza ta' soluzzjonijiet integrati innovattivi, prodotti u servizzi relevanti u li wieħed jista' jaffordja, inklużi dawk ibbażati fl-ICT għall-persuni b'diżabbilità u għat-tixjiħ attiv u f'saħħtu, fid-dar, fil-komunità, jew fuq ix-xgoħol bil-għan li titjieb il-kwalità tal-ħajja tagħhom, il-benessri soċjali u l-inklużjoni, l-awtonomija, il-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali, ħiliet u impjegabbiltà ta' adulti avvanzati fl-età u b'hekk tiżdied l-effiċjenza, ir-relevanza u l-effikaċja tas-saħħa u l-forniment tal-kura soċjali; | ||||||||||||
|
1.1a. jappoġġja l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet li jikkontribwixxu għall-indipendenza u għat-tnaqqis ta’ sens ta’ iżolazzjoni soċjali ta’ persuni avvanzati fl-età, fejn il-komponent tal-ICT m’għandux jissostitwixxi l-kuntatt uman, iżda għandu jkun kumplimentari għall-kuntatt uman. Soluzzjonijiet ibbażati fl-ICT taħt il-programm għandhom jintegraw l-aspetti mhux tal-ICT fil-mod kif ikunu mfassla; | ||||||||||||
1.2. iżomm u jkompli jiżviluppa massa kritika ta' riċerka applikata, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-livell tal-Unjoni fl-oqsma ta' prodotti u servizzi bbażati fl-ICT għat-tixjiħ attiv u f'saħħtu; |
1.2. iżomm u jkompli jiżviluppa massa kritika ta’ riċerka applikata, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-livell tal-Unjoni tas-soluzzjonijiet integrati, prodotti u servizzi, li jinkludu dawk bbażati fl-ICT, għat-tixjiħ attiv u b’saħħtu u għall-persuni b'diżabbilità; | ||||||||||||
1.3. jiżviluppa soluzzjonijiet kosteffettivi, inkluż l-istabbilment ta' standards interoperabbli rilevanti u l-iffaċilitar tal-lokalizzazzjoni u l-adattament ta' soluzzjonijiet komuni, li huma kompatibbli ma' preferenzi soċjali varji u aspetti regolatorji fil-livell nazzjonali jew reġjonali, jirrispettaw il-privatezza u d-dinjità tal-adulti avvanzati fl-età u, fejn applikabbli, jappoġġaw l-aċċess għal servizzi f'żoni rurali u perfierali jew jibbenefikaw gruppi ta' nies oħra, bħal nies b'diżabbiltajiet. |
1.3. jiżviluppa soluzzjonijiet kosteffettivi u li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija, inkluż l-istabbiliment ta' standards ta' interoperabbiltà rilevanti u l-iffaċilitar tal-lokalizzazzjoni u l-adattament ta' soluzzjonijiet komuni, li huma kompatibbli ma' preferenzi soċjali, fatturi soċjoekonomiċi (inklużi l-faqar enerġetiku, l-inklużjoni soċjali), aspetti ta' ġeneru u aspetti regolatorji fil-livell nazzjonali jew reġjonali, jirrispettaw il-privatezza u d-dinjità tal-adulti akbar fl-età, jiżguraw il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data personali, u, fejn applikabbli, jappoġġaw l-aċċess għal servizzi f'żoni rurali u periferali jew huma ta' benefiċċju għal gruppi ta' nies oħra, bħal nies b'diżabbiltà. Biex titjieb l-aċċessibbiltà, l-implimentazzjoni obbligatorja tal-kunċett ta’ Disinn għall-Kulħadd għandha tiżgura l-iżvilupp u t-trasferiment ta’ prodotti li huma totalment aċċessibbli għall-persuni avvanzati fl-età, persuni b’diżabbiltà u b’mod aktar ġenerali għall-popolazzjoni kollha. | ||||||||||||
|
1.3.a Jiżgura li l-prodotti u servizzi tal-ICT kollha appoġġjati għandhom jinkludu karatteristiċi ta' privatezza fid-disinn biex jiġu żgurati l-ogħla livelli ta' kunfidenzjalità tad-data privata, tal-protezzjoni tad-data u protezzjoni tal-privatezza mill-istadju tad-disinn. | ||||||||||||
|
1.3.b Jipproteġi lill-persuni anvvanzati fl-età minn kontijiet għoljin tal-enerġija u jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-politika dwar l-enerġija u l-klima billi jippromwovi soluzzjonijiet li jtejbu l-effiċjenza tal-enerġija, inkluż mill-perspettiva tal-utent finali. | ||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal deċiżjoni Anness I – punt 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Il-Programm AAL għandu jistabbilixxi ambjent favorevoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi żgħar u medji. |
2. Il-Programm AAL għandu jistabbilixxi ambjent favorevoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi żgħar u medji. Minn tal-inqas SME waħda għandha tkun parti mill-konsorzju li tingħata għotjiet fl-ambitu tas-sejħiet annwali. | ||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal deċiżjoni Anness I – punt 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. Il-Programm AAL għandu jiżgura li tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi b’mod effikaċi. | ||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal deċiżjoni Anness I – punt 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Il-Programm AAL għandu jiffoka fuq riċerka applikata u innovazzjoni viċin tas-suq u għandu jikkumplimenta riċerka aktar fit-tul relatata u attivitajiet tal-innovazzjoni fuq skala kbira previsti taħt il-Programm Qafas Orizzont 2020, u inizjattivi Ewropej u nazzjonali oħrajn. Għandi jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu. |
3. Il-Programm AAL għandu jiffoka fuq riċerka applikata u innovazzjoni viċin tas-suq u għandu jikkumplimenta riċerka aktar fit-tul relatata u attivitajiet tal-innovazzjoni previsti taħt il-Programm Qafas Orizzont 2020, u jikkoordinaw kif xieraq ma' inizjattivi Ewropej u nazzjonali oħrajn bħal inizjattivi ta' Programmar Konġunt u attivitajiet magħmula fi ħdan l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni. Għandu jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu. | ||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal deċiżjoni Anness II – parti I | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-implimentazzjoni tal-Programm AAL għandha primarjament tappoġġa proġetti tar-riċerka u l-innovazzjoni li huma orjentati lejn is-suq għat-tixjiħ attiv u f'saħħtu, li għandhom juru l-kapaċità ta' sfruttament tar-riżultati tal-proġetti fi ħdan qafas ta' żmien realistiku; Il-finanzjament ta' dawk l-azzjonijiet indiretti taħt il-Programm AAL għandhom ikunu prinċipalment fil-forma ta' għotjiet. Jista' jkun f'forom oħra bħall-premji, akkwist prekummerċjali, u akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi. |
1. L-implimentazzjoni tal-Programm AAL għandha primarjament tappoġġa proġetti tar-riċerka u l-innovazzjoni li huma orjentati lejn is-suq għat-tixjiħ attiv u f'saħħtu, li għandhom juru l-kapaċità ta' sfruttament tar-riżultati tal-proġetti fi ħdan qafas ta' żmien realistiku; Il-finanzjament ta' dawk l-azzjonijiet indiretti taħt il-Programm AAL għandhom ikunu prinċipalment fil-forma ta' għotjiet. Jista' jkun f'forom oħra bħal premjijiet, akkwist prekummerċjali, u akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi kif ukoll aċċess għal strumenti finanzjarji. | ||||||||||||
2. Barra minn hekk, jistgħu jiġu appoġġati azzjonijiet għall-iskopijiet ta' intermedjazjoni, promozzjoni tal-programm, azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni tal-kapaċitajiet preżenti, trawwim tal-varar ta' soluzzjonijiet innovattivi u l-irbit flimkien tal-organizzazzjonijiet tad-domanda mal-provvista u investituri. |
2. Barra minn hekk, jistgħu jiġu appoġġati azzjonijiet għall-iskopijiet ta' intermedjazjoni, promozzjoni tal-programm, azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni tal-kapaċitajiet preżenti, trawwim tal-varar ta' soluzzjonijiet innovattivi li jorbtu flimkien l-organizzazzjonijiet tad-domanda mal-provvista u investituri. | ||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal deċiżjoni Anness II – parti I – punt 3c (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3c. Il-Programm AAL għandu jippromwovi l-innovazzjoni fis-saħħa u s-saħħa elettronika: tikber l-interoperabbiltà tar-reġistri tal-pazjenti u soluzzjonijiet oħrajn tas-saħħa elettronika bħal pereżempju dawk li jużaw l-Internet tal-Affarijiet (IoT). | ||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal deċiżjoni Anness II parti II | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Il-Programm AAL għandu jiġi implimentat abbażi ta' pjanijiet ta' ħidma annwali li jidentifikaw suġġetti għas-sejħiet għall-proposti. |
1. Il-Programm AAL għandu jiġi implimentat abbażi ta' pjanijiet ta' ħidma annwali li jidentifikaw l-isfidi u l-prijoritajiet li jridu jiġu indirizzati u t-tipi ta' strumenti użati (sejħiet għall-proposti jew forom oħra ta' finanzjament bħal premjijiet, akkwist prekummerċjali u akkwist ta' soluzzjonijiet innovattivi). | ||||||||||||
2. Il-pjanijiet ta' ħidma għandhom jiġu maqbula tal-Kummissjoni bħala bażi għall-kontribuzzjoni finanzjarja annwali mill-Unjoni. |
2. Il-pjanijiet ta' ħidma għandhom jiġu maqbula tal-Kummissjoni bħala bażi għall-kontribuzzjoni finanzjarja annwali mill-Unjoni. | ||||||||||||
3. L-implimentazzjoni tal-Programm AAL għandha tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati rilevanti (inkluż dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fost l-awtoritajiet pubbliċi, rappreżentatni tal-utenti, fornituri tas-servizz mis-settur privat u fornituri tal-assikurazzjoni kif ukoll l-industrija inkluż impriżi żgħar u medji) fir-rigward tar-riċerka applikata u l-prijoritajiet tal-innovazzjoni li għandhom jiġu indirizzati. |
3. L-implimentazzjoni tal-Programm AAL għandha tinkludi konsultazzjonijiet dwar il-programmi ta' ħidma annwali mal-partijiet interessati rilevanti (inkluż dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fost l-awtoritajiet pubbliċi, rappreżentanti tal-utenti, fornituri tas-servizz mis-settur privat u fornituri tal-assigurazzjoni kif ukoll mill-industrija inklużi l-impriżi żgħar u ta' daqs medju) fir-rigward tal-prijoritajiet tar-riċerka applikata u tal-innovazzjoni li għandhom jiġu indirizzati. | ||||||||||||
4. L-implimentazzjoni tal-programm AAL għandha tqies ix-xejriet demografiċi u r-riċerka demografika sabiex tipprovdi soluzzjonjiet li jirriflettu s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika madwar l-Unjoni. |
4. L-implimentazzjoni tal-programm AAL għandha tqies ix-xejriet demografiċi u r-riċerka demografika sabiex tipprovdi soluzzjonjiet li jirriflettu s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika madwar l-Unjoni. | ||||||||||||
|
4a. L-implimentazzjoni tal-Programm AAL għandha tqis definizzjoni wiesgħa ta' innovazzjoni inklużi l-aspetti organizzattivi, tan-negozju, teknoloġiċi, soċjetali u ambjentali. Għandha tiżgura approċċ multidixxiplinari u l-integrazzjoni tax-xjenzi soċjali fi ħdan il-Programm. | ||||||||||||
|
4b. L-implimentazzjoni tal-Programm AAL għandha tqis is-sitwazzjonijiet ikkawżati mid-distakk diġitali u għalhekk tiżgura l-involviment tal-utenti finali fil-programm. | ||||||||||||
|
L-implimentazzjoni tal-Programm AAL għandha tikkontribwixxi għall-objettivi tal-politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni billi tippromwovi l-effiċjenza tal-enerġija u tirrifletti l-ħtieġa li tittratta l-faqar enerġetiku. | ||||||||||||
5. Għandha tittieħed kunsiderazzjoni xierqa dwar kwistjonijiet possibbli ta' sess, etika u privatezza f'konformità mal-linji gwida internazzjonali. |
5. Għandha tittieħed kunsiderazzjoni xierqa dwar kwistjonijiet ta' sess, etika u privatezza f'konformità mal-prinċipji u r-regoli tal-Programm Qafas Orizzont 2020, mal-leġiżlazzjonijiet relevanti tal-Unjoni u nazzjonali u mal-linji gwida internazzjonali. B'mod partikolari l-implimentazzjoni tal-Programm AAL għandha tkun konformi mal-prinċipji etiċi u l-leġiżlazzjoni relevanti nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Protokolli tagħha. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-prinċipju tal-proporzjonalità, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali tal-persuni, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni u l-bżonn li jkunu żgurati livelli għoljin ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. | ||||||||||||
6. F'konformità man-natura qrib tas-suq tal-Programm AAL u f'konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, l-AALA għandha tistabbilixxi miri ta' prestazzjoni minimi li jixirqu għal żmien għall-għotja u żmien għall-pagament skont ir-[Regoli għall-Parteċipazzjoni u][r-Regolament Finanzjarju] u tiżgura konformità magħhom mill-Istati Parteċipanti matul l-implimentazzjoni tal-Programm AAL. |
6. F'konformità man-natura qrib tas-suq tal-Programm AAL u f'konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, l-AALA għandha tistabbilixxi miri ta' prestazzjoni minimi li jixirqu għal żmien għall-għotja u żmien għall-pagament skont ir-[Regoli għall-Parteċipazzjoni u][r-Regolament Finanzjarju] u tiżgura konformità magħhom mill-Istati Parteċipanti matul l-implimentazzjoni tal-Programm AAL. B’mod partikolari iż-żmien għall-għotja għandu jsir pubbliku mill-Istati Parteċipanti lill-parteċipanti tal-programm u fi kwalunkwe każ m’għandux jaqbeż il-ħames xhur. | ||||||||||||
7. Kull Stat Parteċipanti għandu jiffaċilità l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw l-atturi min-naħa tad-domanda. |
7. Kull Stat Parteċipanti għandu jiżgura l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw l-atturi min-naħa tad-domanda, li għandhom ikunu involuti sa mill-aktar stadju bikri tal-proġetti kollha ta' riċerka u innovazzjoni ffinanzjati fl-ambitu tal-Programm AAL. | ||||||||||||
8. Kull Stat Parteċipanti għandu jagħmel kofinanzjament tal-proġetti magħżula tal-parteċipanti fil-programmi nazzjonali rilevanti tagħhom permezz tal-aġenziji ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat. Dawk l-aġenziji għandhom sussegwentement jiddirezzjonaw il-finanzjament mill-AALA abbażi ta' deskrizzjoni komuni tal-proġett, li jifforma parti minn ftehim li għandu jiġi konkluż bejn l-aġenziji ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat u l-parteċipanti rispettivi għal kull proġett iffinanzjat. |
8. Kull Stat Parteċipanti għandu jagħmel kofinanzjament tal-proġetti magħżula tal-parteċipanti fil-programmi nazzjonali rilevanti tagħhom permezz tal-aġenziji ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat. Dawk l-aġenziji għandhom sussegwentement jiddirezzjonaw il-finanzjament mill-AALA abbażi ta' deskrizzjoni komuni tal-proġett, li jifforma parti minn ftehim li għandu jiġi konkluż bejn l-aġenziji ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat u l-parteċipanti rispettivi għal kull proġett iffinanzjat. | ||||||||||||
9. Wara l-għeluq tas-sjeħa għall-proposti tal-proġetti, l-AALA għandha twettaq kontroll ċentrali ta' eliġibbiltà f'kooperazzjoni mal-aġenziji ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat. Il-kontroll għandu jitwettaq abbażi tal-kriterji komuni ta' eliġibbiltà għall-Programm AAL li għandu jiġi ppubblikat mas-sejħa għall-proposti tal-proġetti. |
9. Wara l-għeluq tas-sjeħa għall-proposti tal-proġetti, l-AALA għandha twettaq kontroll ċentrali ta' eliġibbiltà f'kooperazzjoni mal-aġenziji ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat. Il-kontroll għandu jitwettaq abbażi tal-kriterji komuni ta' eliġibbiltà għall-Programm AAL li għandu jiġi ppubblikat mas-sejħa għall-proposti tal-proġetti. | ||||||||||||
10. L-AALA għandha, bl-assistenza tal-aġenziji ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat, tikkontrolla s-sodisfazzjoni ta' kriterji tal-eliġibbiltà nazzjonali addizzjonali stipulati fis-sejħiet għall-proposti tal-proġett. |
10. L-AALA għandha, bl-assistenza tal-aġenziji ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat, tikkontrolla s-sodisfazzjoni ta' kriterji tal-eliġibbiltà nazzjonali addizzjonali stipulati fis-sejħiet għall-proposti tal-proġett. | ||||||||||||
11. Il-kriterji nazzjonali għall-eliġibilità għandhom jirrelataw biss mal-istatus legali u finanzjarju tal-applikanti individwali u mhux għall-kontenut tal-proposta u għandhom jikkonċernaw l-aspetti li ġejjin: |
11. Il-kriterji nazzjonali għall-eliġibilità għandhom jirrelataw biss mal-istatus legali u finanzjarju tal-applikanti individwali u mhux għall-kontenut tal-proposta u għandhom jikkonċernaw l-aspetti li ġejjin: | ||||||||||||
11.1. it-tip ta' applikant, inkluż l-istatus legali u l-iskop, |
11.1. it-tip ta' applikant, inkluż l-istatus legali u l-iskop, | ||||||||||||
11.2. ir-responsabbiltà u l-vijabbiltà, inkluż is-saħħa finanzjarja, is-sodisfazzjon tal-obbligi fiskali u soċjali. |
11.2. ir-responsabbiltà u l-vijabbiltà, inkluż is-saħħa finanzjarja, is-sodisfazzjon tal-obbligi fiskali u soċjali. | ||||||||||||
12. Il-proposti eliġibbli għall-proġetti għandhom jiġu evalwati u magħżula mill-AALA bl-assistenza ta' esperti indipendenti, abbażi ta' kriterji tal-evalwazzjoni trasparenti u komuni, kif stabbilit fis-sejħa ppubblikat għall-proposti. Dik l-għażla, ladarba adottata mill-Assemblea Ġenerali tal-AALA< għandha tkun vinkolanti fuq l-Istati Parteċipanti. |
12. Il-proposti eliġibbli għall-proġetti għandhom jiġu evalwati u magħżula mill-AALA bl-assistenza ta' esperti indipendenti, abbażi ta' kriterji tal-evalwazzjoni trasparenti u komuni, kif stabbilit fis-sejħa ppubblikat għall-proposti. Dik l-għażla, ladarba adottata mill-Assemblea Ġenerali tal-AALA< għandha tkun vinkolanti fuq l-Istati Parteċipanti. | ||||||||||||
13. Jekk parteċipant ta' proġett jonqos milli jissodisfa kriterju tal-eliġibbiltà nazzjonali wieħed jew iktar jew jekk il-baġit nazzjonali korrispndeonti għall-impent għall-finanzjament jiġi eżawriet, il-Bord Eżekuttiv tal-AALA jista' jdideċiedi li għandha titwettaq evalwazzjoni ċentrali indipendenti addizzjonali tal-proposta konċernata bl-assistenza ta' esperti indipendenti, sabiex tevalwa l-proposta jew mingħajr il-parteċipazzjoni tal-parteċipant inkwestjoni inkella b'parteċipant ieħor, kif issuġġerixxu l-parteċipanti tal-proġett. |
13. Jekk parteċipant ta' proġett jonqos milli jissodisfa kriterju tal-eliġibbiltà nazzjonali wieħed jew iktar jew jekk il-baġit nazzjonali korrispndeonti għall-impent għall-finanzjament jiġi eżawriet, il-Bord Eżekuttiv tal-AALA jista' jdideċiedi li għandha titwettaq evalwazzjoni ċentrali indipendenti addizzjonali tal-proposta konċernata bl-assistenza ta' esperti indipendenti, sabiex tevalwa l-proposta jew mingħajr il-parteċipazzjoni tal-parteċipant inkwestjoni inkella b'parteċipant ieħor, kif issuġġerixxu l-parteċipanti tal-proġett. | ||||||||||||
14. Kwistjonijiet legali u finanzjarji li jikkonċernaw il-parteċipanti fi proġetti magħżula għall-finanzjament għandhom jiġu ġestiti mill-aġenzija ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat. Għandhom japplikaw regoli u prinċipji nazzjonali amministrattivi. |
14. Kwistjonijiet legali u finanzjarji li jikkonċernaw il-parteċipanti fi proġetti magħżula għall-finanzjament għandhom jiġu ġestiti mill-aġenzija ta' ġestjoni tal-programm nazzjonali nominat. Għandhom japplikaw regoli u prinċipji nazzjonali amministrattivi. | ||||||||||||
|
14a. Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva u fil-ħin tal-programm, it-tul taż-żmien li jittieħed biex ikunu stabbiliti ftehimiet ta’ konsorzju bejn il-parteċipanti tal-proġett magħżula għall-finanzjament se jkun limitat. Il-Ftehimiet ta’ Konsorzju bejn parteċipanti ta’ proġett għandhom jiġu ffirmati mhux aktar tard minn ħames xhur mid-data tan-notifika tal-għażla. |
- [1] Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Biż-żieda mistennija fin-numru ta' nies ta' età bejn il-65 u t-80 sena (40 % bejn l-2010 u l-2030), li jinstabu soluzzjonijiet għat-tixjiħ attiv u f'saħħtu u għat-tibdil demografiku hija sfida importanti u urġenti għall-Ewropa fis-seklu 21. Barra minn dan, l-ekonomija "griża" hija wkoll opportunità għall-iżvilupp ta' servizzi u prodotti innovattivi li jilħqu l-ħtiġijiet soċjali u jrawmu l-iżvilupp ekonomiku u mudelli kummerċjali ġodda.
Diversi inizjattivi qed jiffjorixxu fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka biex iwieġbu għall-isfida tat-"Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu" inkluż Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni u fil-futur ħolqien ta' Komunità ta' Konoxxenza u Innovazzjoni fl-ambitu tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. Diversi inizjattivi qed jiffjorixxu fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka biex iwieġbu għall-isfida tat-"Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu" inkluż Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni u fil-futur ħolqien ta' Komunità ta' Konoxxenza u Innovazzjoni fl-ambitu tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija.
L-evalwazzjoni interim ta' Diċembru 2010 u l-konsultazzjoni pubblika li saru fl-ambitu tal-istima tal-impatt li takkumpanja l-proposta leġiżlattiva madankollu enfasizzaw problemi u nuqqasijiet li, bil-proposta attwali tal-Kummissjoni, qed jiġu biss solvuti parzjalment. Ir-rapporteur jissuġġerixxi għalhekk numru ta' bidliet sabiex jiġu koperti dawn il-punti ta' tħassib kif ukoll sabiex jissaħħu l-objettivi tal-programm fir-rigward ta' objettivi tal-politika usa', l-effikaċja tal-implimentazzjoni tagħha u l-allinjament fl-ambitu tal-Programm Qafas Orizzont 2020.
L-iżgurar tal-involviment tal-utent aħħari sa mill-aktar stadji bikrija u t-trawwim tal-innovazzjoni soċjali.
It-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) tista' tilgħab ir-rwol importanti fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja għall-anzjani u l-karrieri tagħhom, u żżid il-kosteffikaċja tal-kura. Kemm l-evalwazzjoni interim esterna kif ukoll l-istima tal-impatt enfasizzaw l-involviment insuffiċjenti tal-utenti finali fl-istadju tal-iżvilupp bħala l-ostaklu l-aktar sinifikanti għall-innovazzjoni fl-ICT u fit-tixjiħ. B'mod partikolari fis-settur tas-saħħa, dan l-involviment mill-aktar stadju bikri fil-proċess ta' innovazzjoni huwa kruċjali għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet li huma aċċettati u meħtieġa mill-benefiċjarji finali.
Ir-rapporteur għalhekk jappoġġa l-enfasi fuq il-ħtieġa biex jittejjeb l-involviment tal-utent finali fil-programm ta' parteċipazzjoni, u jipproponi li dan ikun rekwiżit formali għall-proġetti kollha u sa mill-bidu nett. Barra minn dan, il-programm għandu jadotta definizzjoni wiesgħa ta' innovazzjoni inklużi l-aspetti organizzattivi, tan-negozju, teknoloġiċi, soċjali u ambjentali. Għandu jiżgura approċċ multidixxiplinari u l-integrazzjoni tax-xjenzi soċjali fi ħdan il-programm sabiex mhux biss jitjiebu l-aspetti kosteffikaċi imma wkoll jinkludu b'mod proprju fatturi soċjoekonomiċi oħra bħall-inklużjoni soċjali, il-benessri u s-sostenibbiltà.
L-appoġġ ta' soluzzjonijiet dwar l-effiċjenza tal-enerġija, anke għall-benefiċjarju finali
Soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ICT jistgħu jipprovdu għal aktar effiċjenza tal-enerġija fis-sistema tal-kura tas-saħħa u tal-kura soċjali billi possibbilment titnaqqas il-ħtieġa għat-trasport pereżempju. Madankollu l-multiplikazzjoni tat-teknoloġiji mgħejjuna mill-ambjent, jekk mhux evalwati b'mod adattat, jistgħu min-naħa l-oħra jitfgħu l-ispejjeż fil-kont tal-enerġija tal-utenti finali. Dan jista' jkun detrimentali b'mod partikolari għan-nies li jaffaċċjaw faqar enerġetiku jew li m'għandhomx aċċess għas-servizzi moderni tal-enerġija.
L-iżvilupp ta' soluzzjonijiet għandu jkopri dawk il-perspettivi b'mod adattat. Azzjoni bil-għan li tivvaluta u ttejjeb l-effiċjenza tal-eneġija tal-proposti għandha tiġi appoġġjata, bħal forniment ta' appoġġ għall-kwantifika tal-impronta ambjentali tal-prodotti tal-ICT, tan-netwerks u tas-servizzi żviluppati, inkluż mill-perspettiva tal-utent finali.
L-indirizz tal-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà
Il-Programm Speċifiku tal-Orizzont 2020, fl-ambitu tal-isfida p "1.4.1. It-tixjiħ attiv, indipendenti u għajxien mgħejjun" jistabbilixxi l-attivitajiet ta' prijorità li jridu jiġu indirizzati f'dan il-qasam. Persuni b'diżabbiltajiet jissemmew b'mod ċar bħala grupp fil-mira flimkien mal-anzjani, għalkemm dan mhuwiex daqshekk espliċitu fil-proposta attwali tal-AAL. Ir-rapporteur jipproponi li jrid jiġi żgurat allinjament aħjar għal dawn il-prijoritajiet politiċi.
L-iżgurar tal-konformità mal-prinċipji etiċi u b'mod partikolari mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data u l-iżgurar tal-privatezza
Billi l-attivitajiet tal-Programm AAL huma ffinanzjati mill-Programm Orizzont 2020 dawn għandhom jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali tal-Programm Orizzont 2020. B'mod partikolari dawn għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u l-leġiżlazzjoni relevanti nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli Supplimentari tagħha.
Kif stabbilit fil-Programm Qafas Orizzont 2020, għandha tingħata attenzjoni partikolari lejn il-prinċipju ta’ proporzjonalità, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali tal-persuni, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni u l-bżonn li jkunu żgurati livelli għoljin ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Dawn ir-rekwiżiti huma b'mod partikolari relevanti għal dan il-programm, fejn teknoloġiji tal-ICT u l-kura personali huma kombinati.
Soluzzjonijiet tal-ICT joperaw bl-użu ta' ħafna data u profili personali, ikluż komunikazzjonijiet f'ħin reali, u għalhekk jimplikaw riskju għoli ta' ksur tas-sikurezza tad-data, ksur tas-sikurezza tad-data u tħassib dwar il-privatezza. L-evalwazzjoni tal-protezzjoni tad-data u l-privatezza tad-data tal-proġetti għandhom jitwettqu mill-programm sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni u sigurtà tad-data, u l-programm għandu jirrikjedi konsiderazzjonijiet tat-tip privatezza fid-disinn mibnija fih f'kull proġett iffinanzjat.
Simplifikazzjoni u aktar kontribut għall-bini taż-Żona Ewropea tar-Riċerka
L-inizjattivi tal-Artikolu 185 huma wieħed mill-istrumenti taż-Żona Ekonomika Ewropea (ERA) li kienet stabbilita bil-għan li twassal għal integrazzjoni gradwali ta' skemi ta' funzjonament nazzjonali fuq livell Ewropew. Il-Programm AAL huwa eżempju tajjeb ta' dan il-proċess għaliex wassal biex jitfassal b'suċċess programm annwali konġunt ma' talbiet fuq livell Ewropew żviluppat flimkien mal-Istati Parteċipanti.
Madankollu, l-evalwazzjoni interim u l-proċess konsultattiv identifikaw b'mod ċar li l-frammentazzjoni u l-koordinazzjoni insuffiċjenti tal-miżuri finanzjarji differenti, ir-regoli tal-eleġibbiltà u s-sistemi ta' rimborż huma ostaklu għall-innovazzjoni. Il-kumplessità li tirriżulta mir-regoli tal-eleġibbiltà finanzjarji u nazzjonali ta' pajjiżi differenti fl-implimentazzjoni tal-Programm taffettwa l-parteċipazzjoni. L-allinjament ħażin tal-iskedi ta' ħlasijiet nazzjonali maż-żmien tal-proġett joħloq problemi ta' likwidità. L-organizzazzjoni kumplessa tal-governanza twassal għal żmien twil għall-kuntratti u ostakli amministrattivi għall-parteċipanti u l-korpi ta' finanzjament nazzjonali.
Ir-rapporteur jiddispjaċih li ftit li xejn saru proposti konkreti mill-Kummissjoni biex tindirizza l-problemi identifikati u biex tiżgura li permezz ta' dan l-istrument, l-integrazzjoni ERA bħala proċess li jevolvi jibqa' jiġi segwit.
Ir-rapporteur jissuġġerixxi għalhekk tiftix ta' soluzzjonijiet li jipprovdu għal regoli aktar uniformi u simplifikati, li kemm jista' jkun jallinjaw ir-regoli għall-parteċipazzjoni fil-Programm AAL ma' dawk tal-Orizzont 2020.
B'mod partikolari r-regoli għat-tixrid u l-isfruttar tar-riżultati għandhom ikunu allinjati sabiex jipprovdu lill-parteċipanti kollha l-istess ċertezza, jeddijiet u obbligi legali. Regoli għar-rimborż uniformi għandhom jiġu stabbiliti wkoll għall kull sejħa sabiex il-proċeduri amministrattivi jiġu simplifikati u aċċellerati.
L-organizzazzjoni preċiża għall-implimentazzjoni tal-Programm fl-ambitu ta' qafas aktar uniformi u simplifikat, inkluż ir-rwol tal-Assoċċjani AAL, il-Kummissjoni u l-entitajiet ta' finanzjament nazzjonali, għandhom ikunu soġġetti għal dibattitu usa' fi ħdan il-Parlament Ewropew u mal-atturi kkonċernati kollha.
OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (18.12.2013)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parterċipazzjoni tal-Unjoni fil-programm ta' Riċerka u Żvilupp għall-Għixien Attiv u Megħjun tal-Unjoni li qed isir b'mod konġunt minn diversi Stati Membri
(COM(2013)0500 – C7‑0219/2013 – 2013/0233(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Chrysoula Paliadeli
EMENDI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Il-Programm Qafas Orizzont 2020 fil-Kapitolu II, Sezzjoni 1, jistabbilixxi li l-Orizzont 2020 għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tal-ġeneri fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-iżgurar tal-bilanċ bejn is-sessi, soġġett għas-sitwazzjoni fil-qasam, fil-bordijiet ta' evalwazzjoni u fil-korpi bħalma huma l-gruppi konsultattivi u l-gruppi ta' esperti. Id-dimensjoni tal-ġeneri għandha tkun integrata b'mod adegwat fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-istrateġiji, il-programmi u l-proġetti u segwita fl-istadji kollha taċ-ċiklu tar-riċerka. |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Il-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha intitolata 'Il-ġejjieni demografiku ta’ l-Ewropa, il-bidla ta’ sfida f’opportunità', saħħqet fuq il-fatt li t-tixjiħ demografiku huwa wieħed mill-isfidi ewlenin li qed jaffaċċaw l-Istati Membri kollha u li l-użu li qed jiżdied ta' teknoloġiji ġodda jista' jgħin biex nikkontrollaw l-ispejjeċ, intejbu l-benessri u nippromwovu parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà tal-persuni azjani, kif ukoll intejbu l-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni. |
(5) Fil-komunikazzjoni tagħha bit-titlu 'Il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa, il-bidla ta’ sfida f’opportunità'9, il-Kummissjoni saħqet fuq il-fatt li t-tixjiħ demografiku huwa waħda mill-isfidi ewlenin li qed jiffaċċaw l-Istati Membri kollha u li l-użu li qed jiżdied ta' teknoloġiji ġodda jista' jgħin biex jiġu kkontrollati l-ispejjeż, jittejjeb il-benessri u tiġi promossa l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà tal-persuni anzjani, pereżempju billi jutilizzaw l-esperjenza tagħhom bħala konsulenti kummerċjali, kif ukoll tittejjeb il-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni. |
__________________ |
__________________ |
9 COM(2006) 571 final tat-12 ta’ Ottubru 2006. |
9 COM(2006) 571 final tat-12 ta’ Ottubru 2006. |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Taħt l-Isħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu stabbilita taħt l-Unjoni tal-Innovazzjoni, is-soluzzjonijiet tal-ICT huma mistennija li jkollhom rwol importanti fl-ilħuq tal-miri tagħha ta' sentejn ħajja addizzjonali b'saħħithom sal-2020 kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini u t-titjib fl-effiċjenza tas-sistemi tal-kura fl-Unjoni. Il-Pjan Strateġiku ta' Implimentazzjoni tagħha jiffissa l-prijoritajiet biex jaċċellera u jżid l-innovazzjoni fit-tixjiħ attiv u f'saħħtu madwar l-Unjoni, fi tlett dominji: il-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa, il-kura u l-fejqan, u l-għixien indipendenti u l-inklużjoni soċjali. |
(9) Taħt l-Isħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu stabbilita taħt l-Unjoni tal-Innovazzjoni, is-soluzzjonijiet tal-ICT huma mistennija li jkollhom rwol importanti fl-ilħuq tal-miri tagħha ta' sentejn ħajja addizzjonali b'saħħithom sal-2020 kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini mingħajr ebda diskriminazzjoni abbażi tal-età, sess, etniċità, diżabbiltà, orjentazzjoni reliġjuża jew sesswali u t-titjib fl-effiċjenza tas-sistemi tal-kura fl-Unjoni. Il-Pjan Strateġiku ta' Implimentazzjoni tagħha jiffissa l-prijoritajiet biex jaċċellera u jżid l-innovazzjoni fit-tixjiħ attiv u f'saħħtu madwar l-Unjoni, fi tlett dominji: il-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa, il-kura u l-fejqan, u l-għixien indipendenti u l-inklużjoni soċjali. l-integrazzjoni tal-età u tas-sessi hija metodu u strument indispensabbli fit-tfassil tal-politika fl-oqsma relevanti. |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) L-implimentazzjoni tal-Programm AAL għandha tindirizza wkoll id-dimensjoni tal-ġeneri, li għandha tkun integrata b'mod adegwat fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni u segwita fl-istadji kollha taċ-ċiklu tar-riċerka, kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar il-prevenzjoni ta' mard tan-nisa marbut mal-età12a, kif ukoll mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Settembru 2010 dwar ir-rwol tan-nisa f'soċjetà li qed tixjieħ12b. |
|
____________ |
|
12a Test adottat, P7_TA(2012)0482. |
|
12b ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 49. |
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) L-implimentazzjoni konġunta tal-Programm AAL tirrikjedi struttura ta' implimentazzjoni. L-Istati Parteċipanti qablu dwar l-istruttura tal-implimentazzjoni għall-Programm AAL u fl-2007 stabbilixxew l-Assoċjazzjoni tal-Għixien Megħjun Kontestwalment IASBL, organizzazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta' qligħ taħt il-liġi Belġjana (minn hawn 'il quddiem 'AALA'). Għalhekk, fejn skont ir-rapport tal-Evalwazzjoni Interim, l-istruttura eżistenti tal-governanza tal-JP tal-AAL tat prova li hija effiċjenti u ta' kwalità tajba, l-AALA għandha tinuża bħala struttura ta' implimentazzjoni u għandu jkollha r-rowl bħala l-korpa ta' allokazzjoni u monitoraġġ tal-Programm AAL. L-AALA għandha ġġestixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u għandha tiżgura limplimentazzjoni effiċjenti tal-Programm AAL. |
(14) L-implimentazzjoni konġunta tal-Programm AAL tirrikjedi struttura ta' implimentazzjoni. L-Istati Parteċipanti qablu dwar l-istruttura tal-implimentazzjoni għall-Programm AAL u fl-2007 stabbilixxew l-Assoċjazzjoni tal-Għixien Megħjun Kontestwalment IASBL, organizzazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta' qligħ taħt il-liġi Belġjana (minn hawn 'il quddiem “AALA”). Għalhekk, fejn skont ir-rapport tal-Evalwazzjoni Interim, l-istruttura eżistenti tal-governanza tal-JP tal-AAL tat prova li hija effiċjenti u ta' kwalità tajba, l-AALA għandha tintuża bħala struttura ta' implimentazzjoni u għandu jkollha r-rowl bħala l-korpa ta' allokazzjoni u monitoraġġ tal-Programm AAL. L-AALA għandha tiġġestixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u għandha tiżgura l-implimentazzjoni effiċjenti tal-Programm AAL. Id-differenzi bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma ekonomiċi u soċjali għandhom jiġu kkunsidrati fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Programm AAL. Għandha tingħata attenzjoni wkoll biex tiġi żgurata parteċipazzjoni aħjar tan-nisa fl-attivitajiet tar-riċerka u fil-proċess tat-tfassil tal-politika. |
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Il-Kummissjoni, sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandu jkollha d-dritt li tnaqqas, iżżomm jew tittermina l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni fejn il-Programm AAL jiġi implimentat b'mod inadegwat, parzjalment jew tard, jew l-Istati Parteċipanti ma jikkontribwixxux, jew jikkontribwixxu parzjalment jew tard, għall-finanzjament tal-Programm AAL. Dawk id-drittijiet għandhom jiġu pprovduti fil-ftehim ta' delega li għandu jiġi konkluż bejn l-Unjoni u l-AALA. |
(17) Il-Kummissjoni, sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandu jkollha d-dritt permezz ta' miżuri proporzjonati tirkupra, tnaqqas, iżżomm jew tittermina l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni fejn il-Programm AAL jiġi implimentat b'mod inadegwat, parzjalment jew tard, jew l-Istati Parteċipanti ma jikkontribwixxux, jew jikkontribwixxu parzjalment jew tard, għall-finanzjament tal-Programm AAL. Dawk id-drittijiet għandhom jiġu pprovduti fil-ftehim ta' delega li għandu jiġi konkluż bejn l-Unjoni u l-AALA. |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Prova mill-Istati Parteċipanti li l-Programm AAL huwa mwaqqaf skont il-prinċipji stabbiliti fil-Programm Qafas Orizzont 2020, b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi. |
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 10 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Kuntratti, ftehimiet tal-għotja u deċiżjonijiet tal-għtoja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li b'mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, l-AALA, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF biex iwettqu verifiki u investifazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. |
3. Kuntratti, ftehimiet tal-għotja u deċiżjonijiet tal-għtoja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li b'mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-AALA, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu verifiki u investifazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. |
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjon interim tal-programm AAL. Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jinkludi l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u l-osservazzjonijiet mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2018. |
1. Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjon interim tal-programm AAL billi tuża parametri referenzjali xierqa u realistiċi, li għandha tinkludi dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, biex tiddetermina jekk il-Programm AAL kellux suċċess. Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jinkludi l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u l-osservazzjonijiet mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2018. |
PROĊEDURA
Titolu |
Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm ta’ Riċerka u Żvilupp għall-Għixien Attiv u Megħjun tal-Unjoni li qed isir b’mod konġunt minn diversi Stati Membri |
||||
Referenzi |
COM(2013)0500 – C7-0219/2013 – 2013/0233(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 10.9.2013 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
FEMM 10.9.2013 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Chrysoula Paliadeli 5.9.2013 |
||||
Eżami fil-kumitat |
26.11.2013 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
16.12.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
15 0 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Iratxe García Pérez, Mikael Gustafsson, Lívia Járóka, Constance Le Grip, Astrid Lulling, Elisabeth Morin-Chartier, Norica Nicolai, Britta Thomsen, Anna Záborská |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Izaskun Bilbao Barandica, Doris Pack, Rui Tavares, Angelika Werthmann |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Biljana Borzan, Hans-Peter Mayer |
||||
PROĊEDURA
Titolu |
Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm ta’ Riċerka u Żvilupp għall-Għixien Attiv u Megħjun tal-Unjoni li qed isir b’mod konġunt minn diversi Stati Membri |
||||
Referenzi |
COM(2013)0500 – C7-0219/2013 – 2013/0233(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
10.7.2013 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 10.9.2013 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 10.9.2013 |
EMPL 10.9.2013 |
FEMM 10.9.2013 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 5.9.2013 |
EMPL 9.10.2013 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Claude Turmes 15.10.2013 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
9.1.2014 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
23.1.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
38 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Amelia Andersdotter, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Norbert Glante, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Jens Rohde, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Alejo Vidal-Quadras, Zbigniew Zaleski |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Maria Badia i Cutchet, Věra Flasarová, Elisabetta Gardini, Jolanta Emilia Hibner, Ivailo Kalfin, Vladko Todorov Panayotov, Lambert van Nistelrooij |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Paul Besset |
||||
Data tat-tressiq |
31.1.2014 |
||||