RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi Programm ta’ Riċerka u Żvilupp imwettaq b’mod konġunt minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li jappoġġja intrapriżi żgħar u medji li jwettqu riċerka
31.1.2014 - (COM(2013)0493 – C7‑0220/2013 – 2013/0232(COD)) - ***I
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Miloslav Ransdorf
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi Programm ta’ Riċerka u Żvilupp imwettaq b’mod konġunt minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li jappoġġja intrapriżi żgħar u medji li jwettqu riċerka
(COM(2013)0493 – C7‑0220/2013 – 2013/0232(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0493),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 185 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0220/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0077/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) Orizzont 2020 - Il-Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlamen t Ewropew u tal-Kunsill ta' ... 201320 (minn hawn ’il quddiem "Programm Qafas ta’ Orizzont 2020") għandu l-għan li jikseb impatt akbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi mwettqa minn diversi Stati Membri skont l-Artikolu 185 tat-Trattat.
|
(2) Orizzont 2020 - Il-Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... 201320 (minn hawn ’il quddiem "Programm Qafas ta’ Orizzont 2020") għandu l-għan li jikseb impatt akbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jiżviluppa sinerġiji eqreb, iżid il-koordinazzjoni u jevita duplikazzjoni żejda mal-programmi ta' riċerka internazzjonali, nazzjonali u reġjonali. Sħubiji pubbliċi-pubbliċi, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi mwettqa minn diversi Stati Membri skont l-Artikolu 185 tat-Trattat, għandhom jiksbu dawk l-għanijiet, jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati f'dak ir-Regolament, partikolarment fl-Artikolu 20, u jkunu konformi bis-sħiħ mal-Prinċipji Ġenerali ta' Orizzont 2020. |
|
__________________ |
__________________ |
|
20 ĠU … [H2020 FP] |
20 ĠU … [H2020 FP] |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4) F’April 2012, il-Kummissjoni kkomunikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-Evalwazzjoni interim tal-Programm Konġunt Eurostars22 li tħejja minn grupp ta’ esperti indipendenti sentejn wara l-bidu tal-programm. L-opinjoni ġenerali tal-esperti kienet li l-programm Eurostars jilħaq l-objettivi tiegħu, iżid il-valur tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (minn hawn’ il quddiem “SMEs”) Ewropej li jwettqu r-riċerka u għandu jitkompla wara l-2013. Saru għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għal titjib, li prinċipalment jindirizzaw il-ħtieġa ta’ aktar integrazzjoni ta’ programmi nazzjonali u titjib tal-prestazzjoni operattiva sabiex jintlaħaq żmien iqsar sal kuntratt u aktar trasparenza fil-proċeduri. |
(4) F’April 2012, il-Kummissjoni kkomunikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-Evalwazzjoni interim tal-Programm Konġunt Eurostars22 li tħejja minn grupp ta’ esperti indipendenti sentejn wara l-bidu tal-programm. L-opinjoni ġenerali tal-esperti kienet li l-programm Eurostars jilħaq l-objettivi tiegħu, iżid il-valur tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (minn hawn’ il quddiem “SMEs”) Ewropej li jwettqu r-riċerka u għandu jitkompla wara l-2013. Il-programm jitqies ukoll li jissodisfa għadd ta’ ħtiġijiet ġenwini tal-SMEs impenjati fir-riċerka u l-iżvilupp; dan attira għadd kbir ta’ applikazzjonijiet, bin-numru ta’ proġetti eliġibbli jaqbeż il-baġit inizjali. Saru għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għal titjib, li prinċipalment jindirizzaw il-ħtieġa ta’ aktar integrazzjoni ta’ programmi nazzjonali u titjib tal-prestazzjoni operattiva sabiex jintlaħaq żmien iqsar sal-kuntratt u aktar trasparenza fil-proċeduri. |
|
__________________ |
__________________ |
|
22 KUMM(2011) 186 tat-8 ta’ April 2011. |
22 COM(2011) 186 tat-8 ta’ April 2011. |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6) Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/.../UE ta’... 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 - il-Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)24, l-appoġġ jista’ jiġi provdut ukoll lil azzjoni msejsa fuq il-Programm Kongunt Eurostars u r-riorjentazzjoni tiegħu tul il-linji ddikjarati fl-evalwazzjoni interim tiegħu. |
(6) Skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23a u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/.../UE ta’... 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)24, l-appoġġ jista’ jiġi provdut ukoll lil azzjoni msejsa fuq il-Programm Konġunt Eurostars u r-riorjentazzjoni tiegħu tul il-linji ddikjarati fl-evalwazzjoni interim tiegħu. |
|
__________________ |
__________________ |
|
|
23a Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104). |
|
24 ĠU … [H2020 SP] |
24 ĠU … [H2020 SP] |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tiġi inkluża referenza mhux biss għall-Programm Speċifiku, iżda wkoll għall-Programm Qafas, li hija importanti biex turi l-konformità mal-Artikolu 20 tal-Programm Qafas u l-prinċipji ddikjarati fih. | |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7) Il-Programm Eurostars-2 (minn hawn’ il quddiem “Eurostars-2”), allinjat mal-Istrateġija Ewropa 2020, hu marbut tal-inizjattiva Ewlenija “Unjoni tal-Innovazzjoni”25 u “Sħubija Rinfurzata taż-Żona Ewropea tar-Riċerka għall-Eċċellenza u t-Tkabbir”26 u se jkollu l-għan li jappoġġja l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka orjentati lejn is-suq billi jikkofinanzja proġetti ta’ riċerka tagħhom f’kull qasam. Bħala tali, u flimkien mal-attivitajiet skont il-programm “Teknoloġija Ewlenija u Abilitanti” tal-għan stabbilit fil-Programm ta' Qafas Orizzont 2020, se jikkontribwixxu għall-miri ta’ tiswir tal-parti li tirrigwardja t-tmexxija industrijali ta' dak il-programm biex jitħaffef l-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-innovazzjonijiet li se jkunu l-bażi tan-negozji tal-ġejjieni u li se jgħinu lil SMEs innovattivi Ewropej biex jikbru u jsiru kumpaniji ewlenin fid-dinja. Bħala parti mit-titjib fuq il-programm Eurostars preċedenti, Eurostars-2 għandu jimmira lejn perjodu iqsar ta' żmien sakemm jinħarġu l-għotjiet, integrazzjoni iktar qawwija u sempliċi, u amministrazzjoni trasparenti u aktar effiċjenti għall-benefiċċju finali tal-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka. |
(7) Il-Programm Eurostars-2 (minn hawn ’il quddiem “Eurostars-2”), allinjat mal-Istrateġija Ewropa 2020, hu marbut mal-inizjattiva Ewlenija “Unjoni tal-Innovazzjoni”25 u “Sħubija Rinfurzata taż-Żona Ewropea tar-Riċerka għall-Eċċellenza u t-Tkabbir”26 u se jkollu l-għan li jappoġġja l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp orjentati lejn is-suq billi jikkofinanzja proġetti ta’ riċerka tagħhom f’kull qasam. Bħala tali, u flimkien mal-attivitajiet skont il-programm “Teknoloġija Ewlenija u Abilitanti” tal-għan stabbilit fil-Programm ta' Qafas Orizzont 2020, se jikkontribwixxu għall-miri ta’ tiswir tal-parti li tirrigwardja t-tmexxija industrijali ta' dak il-programm biex jitħaffef l-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-innovazzjonijiet li se jkunu l-bażi tan-negozji tal-ġejjieni u li se jgħinu lil SMEs innovattivi Ewropej biex jikbru u jsiru kumpaniji ewlenin fid-dinja. Bħala parti mit-titjib fuq il-programm Eurostars preċedenti, Eurostars-2 għandu jimmira lejn perjodu iqsar ta' żmien sakemm jinħarġu l-għotjiet, integrazzjoni iktar qawwija u sempliċi, u amministrazzjoni trasparenti u aktar effiċjenti għall-benefiċċju finali tal-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka. Huwa importanti għas-suċċess ta’ Eurostars-2 li jinżammu n-natura minn isfel għal fuq u l-aġenda mmotivata min-negozju bl-attenzjoni prinċipali tiegħu fuq il-potenzjal tas-suq mill-programm Eurostars preċedenti. |
|
__________________ |
__________________ |
|
25 COM(2010) 546 finali ta' l-6 ta’ Ottubru 2010. |
25 COM(2010) 546 finali tas-6 ta’ Ottubru 2010. |
|
26 COM(2012) 392 finali tas-17 ta’ Lulju 2012. |
26 COM(2012) 392 finali tas-17 ta’ Lulju 2012. |
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 7a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(7a) Fid-dawl tal-għan ġenerali ta’ Orizzont 2020 li tinkiseb simplifikazzjoni u armonizzazzjoni akbar tal-qafas tal-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell Ewropew, it-tul ta’ żmien tas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi kollha ffinanzjati taħt Orizzont 2020 għandu jkun allinjat mat-tul ta’ żmien tal-Programm Qafas, biex jiġu evitati settijiet ta’ regoli differenti li jiffunzjonaw b’mod parallel u piżijiet amministrattivi addizzjonali relatati għall-parteċipanti fil-futur; |
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Premessa 8 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8) Il-Konferenza Ministerjali dwar Eureka fit-22 ta’ Ġunju 2012 f’Budapest approvat viżjoni strateġika għal Eurostars-2 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Dokument ta’ Budapest”). Il-ministri kkomettew ruħhom li jappoġġjaw il-kontinwazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars wara t-terminazzjoni tiegħu fl-2013 għall-perjodu kopert mill-Programm ta' Qafas Orizzont 2020. Dan għandu jikkonsisti f’sħubija rinfurzata li tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni interim tal-Programm Konġunt Eurostars. Id-“Dokument ta’ Budapest” jistabbilixxi żewġ objettivi ewlenin għal Eurostars-2: L-ewwel nett, għan orjentat lejn l-istruttura li japprofondixxi s-sinkronizzazzjoni u l-allinjament tal-programmi nazzjonali ta’ riċerka fil-qasam tal-iffinanzjar, li huwa element ċentrali lejn il-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka mill-pajjiżi Membri. It-tieni nett, għan relatat mal-kontenut li jappoġġja l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka impenjati f’riċerka transnazzjonali u proġetti ta’ innovazzjoni. Id-“Dokument ta’ Budapest” jistieden lill-Unjoni Ewropea tipparteċipa fil-programm. |
(8) Il-Konferenza Ministerjali dwar Eureka fit-22 ta’ Ġunju 2012 f’Budapest approvat viżjoni strateġika għal Eurostars-2 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Dokument ta’ Budapest”). Il-ministri kkomettew ruħhom li jappoġġjaw il-kontinwazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars wara t-terminazzjoni tiegħu fl-2013 għall-perjodu kopert mill-Programm ta' Qafas Orizzont 2020. Dan għandu jikkonsisti f’sħubija rinfurzata li tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni interim tal-Programm Konġunt Eurostars. Id-“Dokument ta’ Budapest” jistabbilixxi żewġ objettivi ewlenin għal Eurostars-2: L-ewwel nett, għan orjentat lejn l-istruttura li japprofondixxi s-sinkronizzazzjoni u l-allinjament tal-programmi nazzjonali ta’ riċerka fil-qasam tal-iffinanzjar, li huwa element ċentrali lejn il-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka mill-pajjiżi Membri tal-EUREKA. It-tieni nett, għan relatat mal-kontenut li jappoġġja l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp impenjati f’riċerka transnazzjonali u proġetti ta’ innovazzjoni. Id-Dokument ta’ Budapest jistieden l-UE tipparteċipa f’Eurostars-2. |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Premessa 8a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(8a) Bi qbil mal-għan tas-simplifikazzjoni, il-piżijiet amministrattivi u burokratiċi għandhom jitnaqqsu għall-partijiet kollha. Awditi doppji u dokumentazzjoni u rapporti eċċessivi għandhom jiġu evitati. |
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Premessa 9 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9) L-Istati parteċipanti għandhom l-intenzjoni li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' Eurostars-2 matul il-perjodu kopert minn Eurostars-2 (2014-2024). |
(9) L-Istati parteċipanti għandhom l-intenzjoni li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' Eurostars-2 matul il-perjodu kopert minn Eurostars-2 (2014-2024), u sejħiet għall-proposti se jitniedu sal-31 ta' Diċembru 2020). |
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Premessa 11a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(11a) Kwalunkwe Membru tal-Eureka jew Pajjiż assoċjat li mhuwiex assoċjat ma’ Orizzont 2020 jista’ jsir pajjiż sieħeb ta’ Eurostars-2. |
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni Premessa 22 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22) Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim li tivvaluta b’mod partikolari l-kwalità u l-effiċjenza ta' Eurostars-2 u l-progress lejn l-objettivi stabbiliti, kif ukoll evalwazzjoni finali tħejji rapport dwar dawk l-evalwazzjonijiet. |
(22) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu b'mod konġunt evalwazzjoni interim li tivvaluta b’mod partikolari l-kwalità u l-effiċjenza ta' Eurostars-2 u l-progress lejn l-objettivi stabbiliti, kif ukoll evalwazzjoni finali u jħejju rapport dwar dawk l-evalwazzjonijiet. |
Emenda 11 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fit-tieni Programm ta’ Riċerka u Żvilupp mniedi b'mod konġunt minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li jappoġġja lill-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) (minn hawn’ il quddiem “Eurostars-2”) u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tagħha. |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fit-tieni Programm ta’ Riċerka u Żvilupp mniedi b'mod konġunt minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li jappoġġja lill-intrapriżi żgħar u medji li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp (SMEs) (minn hawn’ il quddiem “Eurostars-2”) u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tagħha. |
Emenda 12 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – punt 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) “SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka” huma SMEs li jinvestu mill-ġdid mill-inqas 10% tal-fatturat tagħhom biex jagħmlu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp jew li jiddedikaw mill-inqas 10% f’ekwivalenti ta' full-time f'attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp. |
(2) “SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp” huma SMEs li jinvestu mill-ġdid mill-inqas 10 % tal-fatturat tagħhom biex jagħmlu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp jew li jiddedikaw mill-inqas 10 % f’ekwivalenti ta’ full-time tagħhom f’attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp jew li għandhom tal-inqas 5 ekwivalenti ta’ full-time (għal SMEs li ma għandhomx aktar minn 100 ekwivalenti ta’ full-time) jew 10 ekwivalenti ta’ full-time (għal SMEs li għandhom aktar minn 100 ekwivalenti ta’ full-time). |
Emenda 13 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Kwalunkwe Membru tal-EUREKA jew Pajjiż tal-EUREKA assoċjat li mhuwiex assoċjat ma’ Orizzont 2020 jista’ jkun sieħeb għall-Eurostars-2 sakemm dan jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(1)(c). Dawk il-Membri tal-Eureka jew il-pajjiżi Assoċjati li jissodisfaw dik il-kundizzjoni għandhom jitqiesu bħala pajjiżi sħab għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni. Dawk l-Istati sħab madankollu ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni taħt Eurostars-2. |
Emenda 14 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, lil Eurostars-2 għandha tkun ta’ EUR 287 miljun. Il-kontribuzzjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati għall-partijiet rilevanti tal-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020, stabbilit bid-Deċiżjoni .../2013/UE skont l-Artikolu 58(1)(c)(vi), u l-Artikoli 60 u 61 u tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. |
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, lil Eurostars-2, inklużi l-ispejjeż amministrattivi ċentrali u l-ispejjeż operattivi, għandha tkun ta’ EUR 287 miljun. Il-kontribuzzjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati għall-partijiet rilevanti tal-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020 u b'mod partikolari mill-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura "innovazzjoni fl-SMEs" taħt il-pilastru II, stabbilit bid-Deċiżjoni .../2013/UE skont l-Artikolu 58(1)(c)(vi), u l-Artikoli 60 u 61 u tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. |
|
__________________ |
__________________ |
|
30 L-ammont huwa indikattiv u se jiddependi fuq l-ammont finali miftiehem għad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni għall-għan “Innovazzjoni fl-SMEs” taħt Parti 2 - Tmexxija Industrijali, li se jkun finalment approvat mill-Awtorità tal-Baġit fil-verżjoni finali tad-dikjarazzjoni finanzjarja u leġiżlattiva. |
30 L-ammont huwa indikattiv u se jiddependi fuq l-ammont finali miftiehem għad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni għall-għan “Innovazzjoni fl-SMEs” taħt Parti 2 - Tmexxija Industrijali, li se jkun finalment approvat mill-Awtorità tal-Baġit fil-verżjoni finali tad-dikjarazzjoni finanzjarja u leġiżlattiva. |
Emenda 15 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Mingħajr ma jinqabeż l-ammont massimu stabbilit fil-paragrafu 1, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun ugwali għal terz tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati parteċipanti msemmija fl-Artikolu 7 (1)(a). Din għandha tkopri l-ispejjeż amministrattivi u operazzjonali. |
2. Mingħajr ma jinqabeż l-ammont massimu stabbilit fil-paragrafu 1, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha bħala regola tkun ugwali għal terz tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati parteċipanti msemmija fl-Artikolu 7(1)(a). Din għandha tkopri l-ispejjeż operazzjonali, inklużi l-ispejjeż tal-evalwazzjoni tal-proposti, u l-ispejjeż amministrattivi. F’każ li matul il-ħajja tal-programm ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni teħtieġ li tiġi adattata, għandha tingħata ċerta flessibbiltà għal seħjiet individwali. F’dak il-każ, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tista' titla’ sa massimu ta' nofs il-kontribuzzjonijiet tal-Istati parteċipanti. |
Emenda 16 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Massimu ta’ 2% mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tista' tintuża biex tingħata kontribuzzjoni għall-ispejjeż amministrattivi globali ta' Eurostars-2. L-Istati parteċipanti għandhom ikopri kwalunkwe spiża amministrattiva oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ Eurostars-2. |
3. Massimu ta’ 6 % mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni jista’ jintuża biex tingħata kontribuzzjoni għall-ispejjeż amministrattivi u tal-evalwazzjoni tal-proġett ta’ Eurostars-2. L-Istati parteċipanti għandhom ikopru l-ispejjeż amministrattivi nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ Eurostars-2. |
Emenda 17 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(aa) l-assigurazzjoni mill-Istati parteċipanti rrappreżentati mis-Segretarjat tal-EUREKA li l-programm huwa stabbilit skont l-approċċ minn isfel għal fuq tal-EUREKA, mal-prinċipji ġenerali li jirregolaw Orizzont 2020 u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013. |
Emenda 18 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. F’konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni kif stabbiliti fl-Artikoli 60(1) u 128(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, sejħiet għal proposti organizzati minn Eurostars-2 għandhom jiġu ppubblikati fuq il-Portal tal-Parteċipanti bbażat fuq websajt ta' Orizzont 2020. |
Ġustifikazzjoni | |
Matul in-negozjati tat-trilogu dwar Orizzont 2020 l-istituzzjonijiet qablu li jippromwovu koerenza akbar tal-possibilitajiet kollha ta’ sejħa ffinanzjati taħt Orizzont 2020. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni wiegħdet li tippromwovi l-pubblikazzjoni ta’ CfPs organizzati minn PPPs u P2Ps fuq il-Portal tal-Parteċipanti ta' Orizzont 2020. Din l-emenda għandha l-għan li ddawwar dmir f’rekwiżit legali, biex tiżgura informazzjoni sempliċi u aċċessibbli għall-applikanti. | |
Emenda 19 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Fil-ftehim ta' delega, allokazzjoni ċara tal-kompiti u r-responsabilitajiet bejn il-Kummissjoni, l-ESE u l-Istati Membri għandha tiġi preskritta u tiġi evitata kull duplikazzjoni. |
Emenda 20 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 12 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li twettaq l-awditi msemmija fil-paragrafu 1 hi stess. |
2. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li twettaq l-awditi msemmija fil-paragrafu 1 hi stess. Tali awditi għandhom jitwettqu biss f'każijiet iġġustifikati kif xieraq u f'konsultazzjoni mal-partijiet rilevanti. |
Ġustifikazzjoni | |
Ġustifikazzjoni: B'mod ġenerali, huwa inutli u sempliċiment burokratiku li l-Kummissjoni twettaq awditi li l-NFB jkun wettaq diġà jew f'każijiet fejn ma jkun hemm ebda dubju. Il-Kummissjoni għandha tispjega għalfejn tixtieq twettaq awditi addizzjonali sabiex tevita li tagħti impressjoni ta' arbitrarjetà. Awditu addizzjonali għandu jitwettaq biss f'każijiet verament iġġustifikati u mhux għall-pajjiżi u l-parteċipanti kollha b'mod ġenerali. | |
Emenda 21 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Sal-31 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim ta' Eurostars-2. Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jinkludi konklużjonijiet u osservazzjonijiet mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinbgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-30 ta' Ġunju 2018. |
1. Sat-30 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu b'mod konġunt evalwazzjoni interim ta' Eurostars-2. Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jinkludi konklużjonijiet u osservazzjonijiet mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2017. Ir-riżultat tal-evalwazzjoni interim ta' Eurostars-2 għandu jitqies fl-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020. |
|
|
Sabiex tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet mhux previsti jew għal żviluppi ġodda, il-Kummissjoni tista', wara l-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020 kif imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament(UE) Nru 1291/2013 tagħmel rieżami, fi ħdan il-proċedura baġitarja annwali, tal-baġit ta' Eurostars-2. |
- [1] Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi Programm ta’ Riċerka u Żvilupp imwettaq b’mod konġunt minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li jappoġġja intrapriżi żgħar u medji li jwettqu riċerka |
||||
|
Referenzi |
COM(2013)0493 – C7-0220/2013 – 2013/0232(COD) |
||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
10.7.2013 |
|
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 10.9.2013 |
|
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 10.9.2013 |
|
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 5.9.2013 |
|
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Miloslav Ransdorf 10.10.2013 |
|
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
9.1.2014 |
|
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
23.1.2014 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
42 0 0 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Amelia Andersdotter, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Vicky Ford, Norbert Glante, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Jens Rohde, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Zbigniew Zaleski |
||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Maria Badia i Cutchet, Věra Flasarová, Elisabetta Gardini, Jolanta Emilia Hibner, Ivailo Kalfin, Vladko Todorov Panayotov, Lambert van Nistelrooij |
||||
|
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Paul Besset |
||||
|
Data tat-tressiq |
31.1.2014 |
||||