RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fid-dawl tal-implimentazzjoni sal-2020 ta' ftehim internazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq għal emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali

3.2.2014 - (COM(2013)0722 – C7-0374/2013 – 2013/0344(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Peter Liese


Proċedura : 2013/0344(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0079/2014
Testi mressqa :
A7-0079/2014
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fid-dawl tal-implimentazzjoni sal-2020 ta' ftehim internazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq għal emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali

(COM(2013)0722 – C7-0374/2013 – 2013/0344(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0722),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0374/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Jannar 2014[1],

–   wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni ,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0079/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Is-settur tal-avjazzjoni huwa prevalentement ta’ natura internazzjonali. Inizjattivi għall-protezzjoni tal-klima għandhom jittieħdu fil-pront peress li problemi globali tat-tip ikkawżati mill-emissjonijiet tal-avjazzjoni jistgħu jiġu indirizzati bl-aktar mod effikaċi permezz ta' approċċ internazzjonali li jinkludi obbligu ta' konfomità mal-istess miżuri jew biex jinkisbu l-istess objettivi bl-użu ta' miżuri differenti. Ftehim globali fl-ICAO joffri l-aqwa prospetti għall-iżgurar ta' sostenibbiltà fit-tul.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Permezz tal-adozzjoni tad-deċiżjoni 377/2013/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 sar progress fi ħdan l-ICAO għall-konklużjoni ta' ftehim globali fil-laqgħa li jmiss tagħha. Sabiex titwitta t-triq għal tali ftehim u jiġu evitati miżuri kummerċjali ta' ritaljazzjoni, ikun jaqbel li dawn id-dispożizzjonijiet "stop the clock" jiġu estiżi.

 

__________________

 

1 Id-Deċiżjoni Nru 377/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2013 għal deroga temporanja mid-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 113, 24.4.2013, p.1)

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Konsegwentament, huwa mixtieq li r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4 jitqiesu b'mod temporanju bħala sodisfatti, meta jintlaħqu l-obbligi fir-rigward ta' ċertu perċentwal ta' emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn ajrudromi f'pajjiżi terzi. B'hekk, l-Unjoni tenfasizza li r-rekwiżiti jistgħu jiġu applikati fir-rigward ta' ċerti perċentwali ta' emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn ajrudromi f'pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), bl-istess mod bħalma r-rekwiżiti legali jistgħu jiġu applikati fuq iktar emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn dawn l-ajrudromi.

(2) Konsegwentament, sabiex jinżamm l-impetu li ntlaħaq fl-Assemblea ICAO tal-2013 u tiġi ffaċilitata l-Assemblea ICAO 2016 li jmiss, huwa mixtieq li r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jitqiesu b'mod temporanju bħala sodisfatti għall-perjodu sal-2016, meta jintlaħqu l-obbligi fir-rigward ta' ċertu perċentwal ta' emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn ajrudromi f'pajjiżi terzi. B'hekk, l-Unjoni tenfasizza li r-rekwiżiti jistgħu jiġu applikati fir-rigward ta' ċerti perċentwali ta' emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn ajrudromi f'pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), bl-istess mod bħalma r-rekwiżiti legali jistgħu jiġu applikati fuq iktar emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn dawn l-ajrudromi.

_______________

______________

4 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32)

4 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32)

Ġustifikazzjoni

Id-deroga attwali għandha tapplika biss sal-2016 u l-Assemblea ICAO li jmiss. Wara l-Konklużjonijiet tal-ICAO tal-2016 u r-riżultati miksuba, l-Unjoni tista' tikkunsidra liema passi jeħtieġ li jittieħdu biex jirriflettu l-eżitu tan-negozjati internazzjonali. Bid-deroga attwali li jiskadi fl-aħħar tal-2016, il-leġiżlaturi se jkollhom ħin biżżejjed biex jikkonkludu kwalunkwe proċedura oħra kodeċiżjonali li tista' tinħtieġ minħabba li d-data ta' konsenja għall-emissjonijiet 2017 taħbat f'April tal-2018.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Sabiex tinbena l-fiduċja fil-livell internazzjonali fir-rigward tal-iskema tal-Uunjoni għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (ETS), id-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti jew kwalunkwe ammont ekwivalenti, fejn dan ikun meħtieġ minħabba prinċipji baġitarji prijoritarji tal-Istati Membri, bħall-għaqda u l-universalità, għandu jintuża għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, għall-adattament għall-impatt tat-tibdil fil-klima fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, għall-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament u biex tiġi koperta n-nefqa tal-amministrazzjoni tal-ETS tal-Unjoni. Id-dħul iġġenerat mill-irkantar għandu jintuża wkoll għat-trasport b’emissjonijiet baxxi. Id-dħul mill-irkantar għandu jintuża b'mod partikolari sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet lill-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli u l-Fond Ekoloġiku għall-Klima fl-ambitu tal-UNFCCC, u għal miżuri biex tiġi evitata d-diforestazzjoni u jkun faċilitat l-adattament fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Bħala parti minn ftehim għal miżura effikaċi bbażata fuq is-suq (MBM) u fuq ir-rotta b'potenzjal sinifikanti li tnaqqas l-impatt tal-avjazzjoni fuq il-klima, l-Unjoni għandha wkoll tikkommetti ruħha li tassenja d-dħul li jsir minn din il-miżura lill-Fond Ekoloġiku għall-Klima fl-ambitu tal-UNFCCC sabiex tirrifletti l-prinċipju ta' responsabbilitajiet komuni iżda differenzjati u l-kapaċitajiet rispettivi, u l-isforzi internazzjonali għall-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra ġġenerati mill-avjazzjoni.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Filwaqt li l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tibqa’ bbażata fuq il-wasla jew fuq it-tluq minn ajrudromi fl-Unjoni, sabiex tkun mezz sempliċi u operabbli biex tillimita l-applikazzjoni ta’ miżuri reġjonali bbażati fuq is-suq għal 7 snin sakemm tidħol fis-seħħ miżura bbażata fuq is-suq ta’ dan it-tip, il-perċentwali ġew ikkalkulati mill-Eurocontrol abbażi tal-proporzjon tad-Distanza Ortodromika bejn l-ajruporti ewlenin fiż-ŻEE u fil-pajjiżi terzi li mhumiex aktar minn 12-il mil lil hinn mill-iktar punt li jinsab f’tarf il-kosta taż-ŻEE. Peress li l-Unjoni ma tqisx li miżura globali bbażata fuq is-suq għandha tkun ibbażata fuq konsiderazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru attwali, meta jiġu mqabbla mal-wasla jew it-tluq mill-ajrudromi, ir-rilevanza tal-perċentwali hija limitata għall-perjodu sal-2020.

(3) Filwaqt li l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tibqa' bbażata fuq il-wasla jew fuq it-tluq minn ajrudromi fl-Unjoni, sabiex tkun mezz sempliċi u operabbli biex tillimita l-applikazzjoni ta' miżuri reġjonali bbażati fuq is-suq għal tliet snin sakemm ikun hemm ftehim dwar MBM globali ratifikabbli li tapplika għall-maġġoranza tal-emissjonijiet avjatiċi internazzjonali, matul id-39 Assemblea ICAO fl-2016, il-perċentwali ġew ikkalkulati mill-Eurocontrol abbażi tal-proporzjon tad-Distanza Ortodromika bejn l-ajruporti ewlenin fiż-ŻEE u fil-pajjiżi terzi li mhumiex aktar minn 12-il mil lil hinn mill-iktar punt li jinsab f'tarf il-kosta taż-ŻEE. Peress li l-Unjoni ma tqisx li miżura globali bbażata fuq is-suq għandha tkun ibbażata fuq konsiderazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru attwali, meta jiġu mqabbla mal-wasla jew it-tluq mill-ajrudromi, ir-rilevanza tal-perċentwali hija limitata għall-perjodu sal-2016.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissottolinja l-fatt li mhux kwalunkwe tip ta' MBM se jkun aċċettabbli iżda waħda li hija legalment vinkolanti u li tkopri l-maġġoranza tal-emissjonijiet.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Id-derogi previsti f'din id-Direttiva jqisu r-riżultati tal-kuntatti bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi, li l-Kummissjoni se tkompli twettaq f'isem l-Unjoni.

(4) Id-derogi previsti f'din id-Direttiva jqisu r-riżultati tal-kuntatti bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi. Il-ħin addizzjonali permess mis-"stop the clock" għal sena oħra għandu jintuża kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri, li jaġixxu f'isem l-Unjoni, biex tiġi żgurata l-aċċettazzjoni internazzjonali minn pajjiżi terzi tal-approċċ tal-ispazju tal-ajru li għandu jiġi applikat mill-Unjoni fis-snin li ġejjin Dawk l-isforzi għandhom ikunu appoġġati billi l-pajjiżi terzi jingħataw l-opportunità jużaw approċċ komuni għall-użu tad-dħul, pereżempju għal politika tal-klima internazzjonali jew proġetti ta' riċerka u żvilupp komuni li jindirizzaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ġġenerati mill-avjazzjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw ukoll id-dħul ta' taxxi u tariffi nazzjonali li l-passiġġieri jkollhom iħallsu biex jiġġeneraw progress matul in-negozjati internazzjonali u negozjati ma' pajjiżi terzi.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Id-derogi previsti jirrelataw biss mal-emissjonijet minn attivitajiet tal-avjazzjoni sal-2016 u tfasslu mill-Ujoni sabiex jiġi faċilitat ftehim dwar l-adozzjoni ta' MBM globali ratifikabbli matul id-39 Assemblea ICAO. Azzjoni leġiżlattiva ulterjuri għandha tittieħed biss jekk tali miżura tkun ġiet adottata fl-2016. Għal dan il-fini, wara l-Assemblea ICOA tal-2016, il-Kummissjoi għandha tressaq rapport sħiħ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tipproponi fil-pront miżuri f'konformitá mar-riżultati, kif ikun xieraq. Fejn pajjiżi terzi jaċċettaw allinjament mal-ETS tal-Unjoni jew jadottaw miżuri ekwivalenti, id-derogi previsti f'din id-direttiva għandhom jiġu aġġustati kif xieraq.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) L-UE għandha tinkludi dejjem il-kwistjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-avjazzjoni meta tkun qed tinnegozja ftehimiet tal-avjazzjoni ma' pajjiżi terzi.

 

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-applikazzjoni ta' perċentwal għal emissjonijiet ivverifikati għal titjiriet minn u lejn ajrudromi f'pajjiżi terzi, jew l-użu ta' approċċ alternattiv mill-operaturi, għandhom jirrelataw għall-emissjonijiet mill-2014 'il quddiem sabiex l-operaturi jkollhom żmien biex jifhmu dawn l-approċċi meta jippjanaw l-attivitajiet tat-titjiriet tagħhom.

(9) L-applikazzjoni ta' perċentwal għal emissjonijiet ivverifikati għal titjiriet minn u lejn ajrudromi f'pajjiżi terzi, jew l-użu ta' approċċ alternattiv mill-operaturi, għandhom jirrelataw għall-emissjonijiet mill-2014 sal-2016 sabiex l-operaturi jkollhom żmien biex jifhmu dawn l-approċċi meta jippjanaw l-attivitajiet tat-titjiriet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Id-deroga attwali għandu japplika biss sal-2016 u l-Assemblea ICAO li jmiss. Wara l-Konklużjonijiet tal-ICAO tal-2016 u r-riżultati miksuba, l-Unjoni tista' tikkunsidra liema passi jeħtieġ li jittieħdu biex jirriflettu l-eżitu tan-negozjati internazzjonali. Bid-deroga attwali li jiskadi fl-aħħar tal-2016, l-leġiżlaturi se jkollhom ħin biżżejjed biex jikkonkludu kwalunkwe proċedura oħra kodeċiżjonali li tista' tinħtieġ minħabba li d-dati ta' konsenja għall-emissjonijiet 2017 taħbat f'April tal-2018.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Mingħajr preġudizzju għall-miżura globali bbażata fuq is-suq li tapplika mill-2020, l-emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u li s-sehem tagħhom tad-dħul totali ta' tunnellati-kilometri ta' attivitajiet internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili huwa inqas minn 1 %, għandu jiġi eżentat għall-perjodu 2014 sal-2020. Il-pajjiżi li huma meqjusa li għadhom qed jiżviluppaw għall-finijiet ta' din il-proposta, għandhom ikunu dawk li fil-waqt tal-adozzjoni ta' din il-proposta jibbenefikaw minn aċċess preferenzjali għas-suq tal-Unjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li fl-2013 ma ġewx klassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi bi dħul għoli jew pajjiżi bi dħul medju superjuri.

(10) Mingħajr preġudizzju għall-miżura globali bbażata fuq is-suq li tapplika mill-2020, l-emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u li s-sehem tagħhom tad-dħul totali ta' tunnellati-kilometri ta' attivitajiet internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili huwa inqas minn 1 %, għandu jiġi eżentat għall-perjodu 2014 sal-2016. Il-pajjiżi li huma meqjusa li għadhom qed jiżviluppaw għall-finijiet ta' din il-proposta, għandhom ikunu dawk li fil-waqt tal-adozzjoni ta' din il-proposta jibbenefikaw minn aċċess preferenzjali għas-suq tal-Unjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li fl-2013 ma ġewx klassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi bi dħul għoli jew pajjiżi bi dħul medju superjuri.

Ġustifikazzjoni

Id-deroga attwali għandha tapplika biss sal-2016 u l-Assemblea ICAO li jmiss. Wara l-Konklużjonijiet tal-ICAO tal-2016 u r-riżultati miksuba, l-Unjoni tista' tikkunsidra liema passi jeħtieġ li jittieħdu biex jirriflettu l-eżitu tan-negozjati internazzjonali. Bid-deroga attwali li jiskadi fl-aħħar tal-2016, il-leġiżlaturi se jkollhom ħin biżżejjed biex jikkonkludu kwalunkwe proċedura oħra kodeċiżjonali li tista' tinħtieġ minħabba li d-data ta' konsenja għall-emissjonijiet 2017 taħbat f'April tal-2018.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 10 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Titjiriet bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u ż-ŻEE kontinentali għandhom ukoll isegwu l-approċċ ibbażat fuq is-suq reġjonali. Il-perċentwali għandhom jiġu kkalkulati mill-Eurocontrol abbażi tal-proporzjon tad-Distanza taċ-Ċirku Kbir bejn l-ajruporti ewlenin fiż-ŻEE kontinentali u fir-reġjun ultraperiferiku li ma jkunx aktar minn 12-il mil lil hinn mill-iktar punt li jinsab f'tarf il-kosta taż-ŻEE kontinentali sakemm miżura globali bbażata fuq is-suq tidħol fis-seħħ.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Wara l-Assemblea tal-ICAO tal-2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex jiġi żgurat li jitqiesu l-iżviluppi internazzjonali u tiġi indirizzata kwalunkwe kwistjoni dwar l-applikazzjoni ta' deroga.

imħassar

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3d – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) Fl-Artikolu 3d, il-paragrafu 4 huwa mibdul b'dan li ġej:

 

"4. "L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti għal sforzi li jindirizzaw it-tibdil fil-klima, b'mod partikolari fil-livell internazzjonali, biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u għall-adattament għall-impatt tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw kif ukoll għall-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, fosthom b'mod partikolari fil-qasam tal-aeronawtika u t-trasport bl-ajru. Id-dħul iġġenerat mill-irkantar għandu jintuża wkoll għat-trasport b'emissjonijiet baxxi. Id-dħul mill-irkantar għandu jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet lill-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli u l-Fond Ekoloġiku għall-Klima fl-ambitu tal-UNFCCC u miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni.

 

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw regolarment lill-Kummissjoni dwar azzjonijiet meħuda skont l-ewwel subparagrafu."

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a - paragrafu 1 - subparagrafu 1 - punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-emissjonijiet kollha minn titjiriet minn u lejn pajjiżi barra ż-Żona Ekonomika Ewropea fl-2013;

(a) l-emissjonijiet kollha minn titjiriet minn u lejn pajjiżi barra ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) fl-2013;

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn pajjiżi barra ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) f’kull sena kalendarja bejn l-2014 u l-2020 fejn l-operatur tat-tali titjiriet irrestitwixxa kwoti fir-rigward tal-perċentwali tal-emissjonijiet ivverifikati minn dawk it-titjiriet elenkati f’konformità mal-Anness IIc, jew ikkalkulati f’konformità mal-paragrafu 6;

(b) l-emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn pajjiżi barra ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) f’kull sena kalendarja bejn l-2014 u l-2016 fejn l-operatur tat-tali titjiriet irrestitwixxa kwoti fir-rigward tal-perċentwali tal-emissjonijiet ivverifikati minn dawk it-titjiriet elenkati f’konformità mal-Anness IIc, jew ikkalkulati f’konformità mal-paragrafu 6;

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) emissjonijiet minn titjiriet bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, u ż-ŻEE kontinentali f'kull sena kalendarja sakemm tidħol fis-seħħ miżura globali bbażata fuq is-suq fejn, sabiex jiġi riflettut il-proporzjon tat-titjiriet li jseħħu ġewwa l-ispazju tal-ajru Ewropew, l-operatur ta' dawn it-titjiriet ikun ċeda kwoti fir-rigward tal-perċentwali li għandhom jiġu kkalkulati mill-Eurocontrol abbażi tal-proporzjon tad-Distanza taċ-Ċirku Kbir bejn l-ajruporti ewlenin fiż-ŻEE kontinentali u fir-reġjun ultraperiferiku li ma jkunx aktar minn 12-il mil lil hinn mill-iktar punt li jinsab f'tarf il-kosta taż-ŻEE kontinentali jew ikkalkulati skont il-paragrafu 6;

 

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-emissjonijiet minn titjiriet operati minn operatur tal-inġenju tal-ajru mhux kummerċjali f'kull sena kalendarja sal-2020 fejn l-emissjonijiet li għalihom huwa responsabbli dak l-operatur tal-inġenju tal-ajru fis-sena kalendarja, huma inqas minn 1000 tunnellata,

(c) l-emissjonijiet minn titjiriet operati minn operatur tal-inġenju tal-ajru mhux kummerċjali f'kull sena kalendarja sal-2016 fejn l-emissjonijiet li għalihom huwa responsabbli dak l-operatur tal-inġenju tal-ajru fis-sena kalendarja, huma inqas minn 1000 tunnellata,

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-emissjonijiet ivverifikati msemmija fil-paragrafu 1(b) u kkalkulati f'konformità mal-Anness IIc għandhom jitqiesu li huma l-emissjonijiet ivverifikati tal-operatur tal-inġenju tal-ajru għall-finijiet tal-Artikoli 11a, 12 u 14.

L-emissjonijiet ivverifikati msemmija fil-paragrafi 1(b) u (ba) kkalkulati f'konformità mal-Anness IIc għandhom jitqiesu li huma l-emissjonijiet ivverifikati tal-operatur tal-inġenju tal-ajru għall-finijiet tal-Artikoli 11a, 12 u 14.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-attività bejn l-2013 u l-2020, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni mingħajr ħlas allokati lil kull operatur minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni: daħħal data 4 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Fir-rigward tal-attivitajiet bejn l-2013 u l-2016, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni mingħajr ħlas allokati lil kull operatur minn [ĠU: daħħal data 4 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. B'deroga mill-Artikolu 3d(3), l-għadd ta' kwoti li jridu jiġu rkantati minn kull Stat Membru fir-rigward tal-perjodu mill-2013 sal-2020, għandu jiġi mnaqqas b'tali mod li jikkorrispondi għas-sehem tiegħu ta' emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 28(a) sa (c).

4. B'deroga mill-Artikolu 3d(3), l-għadd ta' kwoti li jridu jiġu rkantati minn kull Stat Membru fir-rigward tal-perjodu mill-2013 sal-2016, għandu jiġi mnaqqas b'tali mod li jikkorrispondi għas-sehem tiegħu ta' emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. B'deroga mill-Artikolu 12(2a) u l-Artikolu 14(3), għal titjiriet minn u lejn pajjiżi taż-ŻEE, operatur tal-inġenju tal-ajru jista' jagħżel li ma jirrappurtax id-dejta tal-emissjonijiet bl-użu ta' perċentwali fl-Anness IIc, sabiex dawk l-emissjonijiet jiġu kkalkulati mill-awtorità kompetenti. Dan il-kalkolu għandu jqis il-figuri mill-għodda ta' emittenti żgħar approvata mill-Kummissjoni u popolata mill-Eurocontrol b'dejta mill-faċilità tagħha ta' appoġġ tal-ETS. L-awtorità kompetenti għandha tirrapporta dawk il-kalkoli kollha lill-Kummissjoni. Il-kalkoli tal-emissjonijiet magħmula f'dawn iċ-ċirkostanzi għandhom jitqiesu li huma l-emissjonijiet ivverifikati tal-operatur tal-inġenju tal-ajru għall-finijiet tal-Artikoli 11a, 12, 14 u 28a.

6. B'deroga mill-Artikolu 12(2a) u l-Artikolu 14(3), għal titjiriet minn u lejn pajjiżi taż-ŻEE u titjiriet lejn u minn ajrudrom li jinsab f'wieħed mir-reġjuni ultraperiferċi, operatur tal-inġenju tal-ajru jista' jagħżel li ma jirrappurtax id-dejta tal-emissjonijiet bl-użu ta' perċentwali fl-Anness IIc, sabiex dawk l-emissjonijiet jiġu kkalkulati mill-awtorità kompetenti. Dan il-kalkolu għandu jqis il-figuri mill-għodda ta' emittenti żgħar approvata mill-Kummissjoni u popolata mill-Eurocontrol b'dejta mill-faċilità tagħha ta' appoġġ tal-ETS. L-awtorità kompetenti għandha tirrapporta dawk il-kalkoli kollha lill-Kummissjoni. L-operatur għandu jkun infurmat dwar u għandu jagħti l-kunsens tiegħu għar-riżultat tal-kalkoli li saru mill-awtorità kompetenti, u l-kalkoli tal-emissjonijiet magħmula f'dawn iċ-ċirkostanzi għandhom jitqiesu li huma l-emissjonijiet ivverifikati tal-operatur tal-inġenju tal-ajru għall-finijiet tal-Artikoli 11a, 12, 14 u 28a.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Wara l-Assemblea tal-ICAO tal-2016, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati għall-miżura globali bbażata fuq is-suq li trid tiġi applikata mill-2020, u tressaq proposti kif xieraq.

7. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tan-negozjati u l-preparazzjonijiet li jwasslu għall-Assemblea ICAO tal-2016 kif ukoll għall-isforzi tal-Kummissjoni li tippromwovi l-aċċettazzjoni internazzjonali tal-approċċ u tal-ajru fost il-pajjiżi terzi. Wara l-Assemblea tal-ICAO tal-2016, il-Kummissjoni għandha tirrapporta speċifikament ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati miksuba mill-Assemblea. Fil-każ li jintlaħaq ftehim dwar MBM globali ratifikabbli, dak ir-rapport għandu jinkludi proposti, kif xieraq, bħala reazzjoni għal dawk l-iżviluppi. Kwalunkwe proposta għandha tkun akkumpanjata minn evalwazzjonijiet tal-impatt dettaljati.

F'każ li miżura globali bbażata fuq is-suq ma tibdix tapplika mill-2020, dak ir-rapport għandu jqis il-kamp ta' applikazzjoni xieraq għall-kopertura tal-emissjonijiet minn attività minn u lejn pajjiżi barra ż-ŻEE mill-2020 'il quddiem fin-nuqqas kontinwu ta' din il-miżura globali. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll soluzzjonijiet għal kwistjonijiet oħra li jistgħu jinħolqu fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4, filwaqt li tippreżerva t-trattament indaqs għall-operaturi kollha fuq l-istess rotta."

F'każ li miżura globali bbażata fuq is-suq ma tibdix tapplika mill-2020, dak ir-rapport għandu jqis il-kamp ta' applikazzjoni xieraq għall-kopertura tal-emissjonijiet minn attività minn u lejn pajjiżi barra ż-ŻEE mill-2016 'il quddiem fin-nuqqas kontinwu ta' din il-miżura globali. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll soluzzjonijiet għal kwistjonijiet oħra li jistgħu jinħolqu fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4, filwaqt li tippreżerva t-trattament indaqs għall-operaturi kollha fuq l-istess rotta."

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Anness

Direttiva 2003/87/KE

Anness II c – parti spjegatorja – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020, u mingħajr preġudizzju għall-miżura globali bbażata fuq is-suq li tapplika mill-2020, il-perċentwal applikabbli għal titjiriet bejn pajjiżi Membri taż-ŻEE u pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u li s-sehem tagħhom tad-dħul totali ta’ tunnellati-kilometri ta’ attivitajiet internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili huwa inqas minn 1 %, għandu jkun żero. Il-pajjiżi li huma meqjusa li għadhom qed jiżviluppaw għall-finijiet ta' din il-proposta, huma dawk li fil-waqt tal-adozzjoni ta' din il-proposta bbenefikaw minn aċċess preferenzjali għas-suq tal-Unjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiġifieri dawk li fl-2013 ma ġewx klassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi bi dħul għoli jew pajjiżi bi dħul medju superjuri.]

Għall-perjodu bejn l-2014 u l-2016, u mingħajr preġudizzju għall-miżura globali bbażata fuq is-suq li tapplika mill-2020, il-perċentwal applikabbli għal titjiriet bejn pajjiżi Membri taż-ŻEE u pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u li s-sehem tagħhom tad-dħul totali ta’ tunnellati-kilometri ta’ attivitajiet internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili huwa inqas minn 1 %, għandu jkun żero. Il-pajjiżi li huma meqjusa li għadhom qed jiżviluppaw għall-finijiet ta' din il-proposta, huma dawk li fil-waqt tal-adozzjoni ta' din il-proposta bbenefikaw minn aċċess preferenzjali għas-suq tal-Unjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiġifieri dawk li fl-2013 ma ġewx klassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi bi dħul għoli jew pajjiżi bi dħul medju superjuri.]

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Anness

Direttiva 2003/87/KE

Anness II c – parti spjegatorja – paragrafu 6 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-perċentwal ta' emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28a għal titjiriet li joperaw minn u lejn reġjun ultraperiferiku għandu jiġi kkalkulat skont it-tabella ta' hawn taħt, li qabel ma tiġi adottata se jkollha mniżżel fiha l-perċentwali li jirriżultaw mutadis mutandis mill-applikazzjoni tal-istess formula, ibbażata fuq l-aqwa dejta li tkun disponibbli, inkluża l-assistenza mill-Eurocontrol:

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Anness

Direttiva 2003/87/KE

Anness II c – tabella – linja 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

IĊ-ĊINA inklużi ĦONG KONG, il-MAKAW u t-TAJWAN

IĊ-ĊINA inklużi ĦONG KONG, u l-MAKAW

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Anness

Direttiva 2003/87/KE

Anness II c – tabella – linja 147a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

TW- IT-TAJWAN

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Anness IIc – tabella – wara l-aħħar linja – linji 172a - 172i (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

il-Gwadelup

 

il-Gujana Franċiża

 

Martinique

 

Réunion

 

Saint-Barthelemy

 

Saint-Martin

 

Azores

 

Madejra

 

il-Gżejjer Kanarji

  • [1]  Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

Għalfejn jeħtieġ li jiġu limitati l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-avjazzjoni?

L-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-avjazzjoni qegħdin jikbru b'mod rapidu F'xenarju fejn ma tittieħed ebda azzjoni l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili tipprevedi li se akkumulaw għal 1900 Mt sal-2040Sors: ICAO

Stimi oħra jbassru 3500-4500 Mt sal-2050. 3.5 giga-tunnellata jirrappreżenta 20% tal-ammont li emissjonijiet globali għandhom jiġu limitati għalih skont l-IPCC fl-2050 biex it-tibdil fil-klima jitrażżan għal 2 gradi celsius.

 

Skont il-ħames IPCC (2013) jeħtieġ li l-emissjonijiet globali jitnaqqsu drastikament sal-2050 jekk irridu li jkun hemm probabbiltà ta' żewġ terzi li l-mira ta' żewġ gradi celsius tinżamm f'dik is-sena.

Sors: IPCC

Il-kompitu li jiġu rregolati l-emissjonijiet tal-ajru ngħata permezz tal-komunità internazzjonali għall-ICAO fl-1997 mal-Protokoll ta' Kyoto. Filwaqt li l-Protokoll ta' Kyoto jiddiżappunta fejn tidħol l-isfida tat-tibdil fil-klima, wieħed ma jistax jinjora li għalmenu l-Unjoni Ewropea onorat l-obbligu tagħha billi naqqset l-emissjonijiet. Mill-banda l-oħra, l-ebda azzjoni sinifikanti ma ġiet implimentata biex jitrażżnu l-emissjonijiet mill-avjazzjoni.

Jeħtieġ ukoll li l-industrija tal-avjazzjoni tipparteċipa fl-isforzi biex jitrażżan it-tibdil fil-klima minħabba prinċipji ta' lealtá għal mezzi oħra tat-trasport. Sfortunatament, l-avjazzjoni hija l-forma tat-trasport li tagħmel l-aktar ħsara lill-ambjent, u filwaqt mezzi oħra tat-trasport huma regolati ħafna u soġġetti għal ħafna taxxi u tariffi, l-avjazzjoni ma ġietx indirizzata fl-livell Ewropew:

 

Il-leġiżlazzjoni mill-2008, il-kritika minn pajjiżi terzi u l-leġittimità ta' din il-kritika

Il-leġiżlazzjoni li tinkludi l-avjazzjoni fl-ETS ġiet, wara aktar minn sentejn ta' dibattitu u involviment mill-partijiet interessati kollha, approvata b'mod unanimu mill-Kunsill u b'aktar minn 90% maġġoranza fil-Parlament Ewropew. Pedament tal-leġiżlazzjoni kien li t-titjiriet kollha li jtiru u jinżlu fl-Ewropa għandhom jiġu inklużi. Dan kien il-punt ta' kritika minn pajjiżi terzi. Madankollu, wara kawża fil-qorti mill-kumpaniji tal-ajru Amerikani, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet li hija kompletament konformi mal-liġi internazzjonali. L-ispejjeż huma moderati ħafna, minkejja l-pretensjonijiet tal-pajjiżi terzi, li kultant jitkellmu dwar piż eċċessiv għall-industrija tagħhom. Skont l-aħħar ċifri, l-ispiża għal Ryanair kienet ta' EUR 0.03, għal Easyjet EUR 0.11 (filwaqt li kumpaniji tal-ajru oħra li għandhom flotta anqas effiċjenti jista' jkollhom spejjeż ftit aktar għoljin minn hekk). L-ispejjeż ta' taxxi u tariffi imposti mill-Istati Membri tal-UE jew pajjiżi terzi huma ħafna aktar għoljin.

Pajjiż

Id-dritt

spejjeż għal kull titjira

Il-Ġermanja

Luftverkehrssteuer

Sa 42,18 € jiddependi mid-destinazzjoni

UK

Sisa fuq il-Passiġġieri tal-Ajru APD

Sa aktar minn 184£6000 mili

Stati Uniti tal-Amerika

Taxxa Internazzjnali fuq it-Trasportazzjoni

16,30$/għal kull passiġġier

EU

ETS

0.03€ (Ryanair)

Sa 2€/għal kull titjira interkontinentali (stima mill-Kummissjoni)

Indja

Tariffa tat-Titjira + Tariffa ta' Servizz ta' 10,3 % (fuq taxxa għall-Iżvilupp tal-Ajruport f'Delhi)

7,40€ ,$ 10

+19 €, $ 25 ( f'Delhi biss)

Awstrija

Flugabgabegesetz

Sa 35€ jiddependi mid-distanza

Argument importanti li tressaq mill-pajjiżi terzi kien li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea hija illegali minħabba l-extraterritorjalità. Dan l-argument, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, mhuwiex validu peress li huma biss it-titjiriet li jitilqu u jinżlu fl-Ewropa li huma koperti. Madankollu, l-obbligu li ċċedi kwoti naturalment huwa aktar għoli jekk it-titjira hija jtwal. Iżda dan mhuwiex karatteristika unika tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Barra minn hekk, taxxi u tariffi nazzjonali japplikaw l-istess prinċipju, pereżempju t-tariffa Brittanika hija ferm ogħla milli għal titjira lejn il-Messiku milli titjira lejn il-Kanada, anki jekk id-distanza bejn il-Kanada u l-Messiku tirrappreżenta prinċipalment territorju tal-Istati Uniti. Ara l-mappa li ġejja:

Fuq titjira lejn Toronto, il-Kanada hemm tariffa APD ta' £130 (156 €).

 

Titjira fi klassi business minn Londra sal-Belta ta' Messiku (madwar 5000 mili) se tiġi ċċarġjata APD ta' £ 162 (195 €).

Il-proċess ICAO u l-leġilażżjoni Stop the Clock

Anki jekk il-kritika mhijiex leġittima, l-Unjoni Ewropea rreaġixxiet għall-argumenti tal-pajjiżi terzi. Intqal li l-leġiżlazzjoni Ewropea tfasslet f'sura ta' ftehim internazzjonali. Dan qatt ma kien veru, iżda bħala ġest ta' rieda tajba, il-Kummissjoni pproponiet li tillimita l-iskema għal titjiriet intra-Ewropej għal sena biex tkun tista' tinstab ftehim aħjar fl-Assemblea Ġenerali ICAO f'Settembru u Ottubru tal-2013.

Fil-leġiżlazzjoni, ġie ċċarat li:

"Id-deroga prevista minn din id-deċiżjoni għandha x'taqsam biss ma' emissjonijiet tal-avjazzjoni fl-2012."

(10) (...) Din id-deroga hija pprovduta mill-Unjoni biex tiffaċilita ftehim fit-38 sessjoni tal-Assemblea tal-ICAO dwar skeda ta’ żmien realistika għall-iżvilupp ta’ MBM globali lil hinn mit-38 sessjoni tal-Assemblea tal-ICAO u dwar qafas għall-faċilitazzjoni tal-applikazzjoni komprensiva ta’ MBMs nazzjonali u reġjonali għall-avjazzjoni internazzjonali, sakemm jiġi applikat l-MBM globali.

L-Assemblea ICAO f'Settembru u Ottubru tal-2013 adottat riżoluzzjoni li kienet tinkludi impenn "għall-iżvilupp ta' MBM globali għall-avjazzjoni internazzjonali, filwaqt li jitqies il-ħidma li jrid isir skont il-paragrafu 19". Dan huwa pass importanti, iżda sfortunatament ir-riżoluzzjoni tinkludi wkoll ħafna kundizzjonijiet u prekondizzjonijiet. Għalhekk, mhuwiex biċ-ċert li matul l-Assemblea ICAO fl-2016 se jiġu adottati regoli ċari għall-MBM. Għandu jitqies li matul l-Assemblea ICAO fl-2001 diġà kien ġie approvat l-iskambju ta' emissjonijiet, iżda sfortunatament l-ebda progress reali ma sar minn dak iż-żmien:

 

 

B'paragun mal-progress UNFCCC tassew differenti, wieħed irid ngħid li anke l-konferenza COP 19 fil-Varsavja pproduċiet riżultati aktar pożittivi u konkreti minn dawk tal-Assemblea ICAO. Kundizzjoni importanti ħafna biex l-Unjoni Ewropea tkompli temenda l-leġiżlazzjoni tagħha kienet li qafas għall-iskemi nazzjonali u reġjonali, pereżempju għall-iskema tal-UE, kellu jiġi adottat. Sfortunatament, dan ma sarx.

L-industrija tal-avjazzjoni, rappreżentata prinċipalment mill-IATA, sfortunatament, kienet ħadmet ħafna kontra l-Unjoni Ewropea fil-proċess ICAO, iżda mill-banda l-oħra, wieħed għandu jirrikonoxxi li l-IATA kkontribwixxiet għall-proċess globali. L-impenn tal-industrija biex tnaqqas l-emissjonijiet b'50% sal-2050 tissupera sew dak li hemm imniżżel fit-test ICAO.

Konsegwenzi għall-UE wara l-Assemblea ICAO

Ħafna mill-partijiet interessati, pereżempju l-assoċjazzjoni Ewropea tat-titjiet irħas EELFA, li tirrappreżenta kważi 50% tat-titjiriet intra-Ewropej, ħafna NGOs, u bosta membri tal-Parlament talbu li ma ssir ebda emenda fil-leġiżlazzjoni eżistenti. Dan ikun ifisser li l-ETS bis-sħiħ, inklużi t-titjiriet interkontinentali li jitilqu u jinżlu fl-Ewropa, għad-distanza kollha li jtiru, għandha tiġi infurzata mill-1 Mejju tas-sena d-dieħla. Oħrajn (ħafna partijiet interessati jieħdu din il-pożizzjoni wara l-kwinti) huwa favur estensjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti Stop the Clock sal-2016 jew saħansitra sal-2020, u dan li kieku ifisser li t-titjiriet intra-Ewropej biss ikunu koperti għal bosta snin, anke jekk itiru minn fuq l-ispazju tal-ajru Ewropew.

Il-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-approċċ tal-ispazju tal-arju tirrappreżenta kompromess bejn dawn iż-żewġ estremi:

 

Sors: Kummissjoni

Dan ifisser li t-titjiriet kollha li jitilqu u/jew jinżlu fl-Ewropa jkunu koperti min-naħa tagħhom fi ħdan l-ispazju tal-ajru Ewropew. Pereżempju, titjira minn Pariġi jew Londra għall-ajruport ta' Istanbul (dan huwa importanti ħafna minħabba li Istanbul se jiftaħ l-akbar ajruport fid-dinja) se jkunu koperti sal-fruntiera tal-Greċja, li jfisser kważi 100%. Skont il-leġiżlazzjoni Stop the Clock, dawn mhumiex koperti. Titjira lejn ċentru fl-Emirati se tkun koperta għal kważi 50% tal-emissjonijiet tagħha skont l-approċċ tal-ispazju tal-ajru.

Il-proposta tar-rapporteur

Ir-rapporteur jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea fil-prinċipju. Filwaqt li jibqa' konvint li l-pressjoni mill-pajjiżi terzi mhijiex sostnuta, għandu jitqies li l-proċess internazzjonali jista' jbati minn ripurkussjonijiet jekk l-iskema tiġi implimentata bis-sħiħ. L-approċċ tal-ispazju tal-ajru joffri ħafna vantaġġi għal-leġiżlazzjoni Stop the Clock:

1)        Protezzjoni ambjentali u l-klima:

Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi madwar 40% tal-emissjonijiet meta imqabbla mar-regolament oriġinali, il-proposta Stop the Clock kopriet biss madwar 20%

2)        Konsegwenzi għal negozjati internazzjonali:

Estensjoni sempliċi tal-leġiżlazzjoni Stop the Clock tista' titqies bħala ċessjoni mingħajr kundizzjonijiet min-naħa tal-Unjoni Ewropea. Jekk ikun hemm progress fl-livell internazzjonali, huwa prinċipalment permezz tal-pressjoni mill-Unjoni Ewropea. Ħafna proposti li ġew ikkunsidrati skont l-ICAO mhumiex se jwasslu fil-veritá għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-avjazzjoni, iżda huwa biss it-tkabbir tal-karbonju newtrali mill-2020 li qed jiġi kkunsidrat. L-istrateġija ewlenija tal-ICAO hija bbażata fuq kumpens (li prinċipalment ifisser CDM) u l-bijofjuwils. B'riflessjoni dwar id-diskussjoni kritika dwar dawn iż-żewġ strumenti fl-Unjoni Ewropea, huwa importanti li jkun hemm alternattiva. L-iskema tagħna fil-fatt tqanqal tnaqqis fl-emissjonijiet, anki jekk dan huwa biss ta' 5%.

3)        Is-sitwazzjoni kompetittiva bejn l-ajruporti Ewropej u l-industrija tal-avjazzjoni:

Il-proposta Stop the Clock qegħda tintervjeni fis-sitwazzjoni kompetittiva tal-linji tal-ajru u l-ajruporti Ewropej. Ċentri kbar qrib mal-Unjoni Ewropea, jiġifieri fl-Istanbul, se jibbenefikaw jekk aħna jestenduha. Il-linji tal-ajru li fil-biċċa l-kbira tagħhom itiru fi ħdan il-fruntieri tal-Ewropa se jbatu minn żvantaġġ kompetittiv meta b'paragun ma' linji tal-ajru li jistgħu jibbenefikaw minn sussidju transkonfinali għal xi titjiriet fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

4)        Is-sitwazzjoni legali

Abbażi tas-sentenza tal-QĠE u l-Konvenzjoni ta' Chicago huwa evidenti li approċċ tal-ispazju tal-ajru huwa kompletament konformi mal-liġi internazzjonali. Il-Kunsill tal-ICAO appoġġa b'mod unanimu approċċ tal-ispazju tal-ajru kmieni f'Settembru. Ir-riżoluzzjoni ICAO ma tinkludix approċċ tal-ispazju tal-ajru u mhijiex legalment vinkolanti fir-rigward ta' din is-sitwazzjoni peress li l-UE u ħafna oħrjan ħarġu riżervi.

Emendi propost mir-rapporteur

Filwaqt ir-rapporteur jipproponi li jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni kemm jista' jkun, xi emendi jidhru raġonevoli.

1.        Is-sitwazzjoni legali wara l-2016:

L-emenda tad-direttiva hija ġustifikata biss għaliex nistennew avvanz bi ftehim legalment vinkolanti fir-rigward tal-avjazzjoni globali fl-2016. Filwaqt li din hija alternattiva reali, mhijiex garantita. Għal din ir-raġuni huwa raġonevoli li l-approċċ tal-ispazju tal-ajru jiġi limitat sal-2016 u terġa' tiddaħħal l-ETS bis-sħiħ mill-2017. Jekk il-ftehim internazzjonali tabilħaqq jiġi adottat fl-ICAO fl-2016, wieħed jistenna li l-Unjoni Ewropea għandha tkun lesta li timmodifika l-leġiżlazzjoni kif ikun xieraq.

2.        Emendi biex tiżdied l-ambizzjoni u l-integrità ambjentali u biex jiġi ggarantit trattament ugwali ma' industriji oħra:

Il-livell ta' rkant fl-ETS tal-avjazzjoni huwa biss 15% meta mqabbel mal-medja ta' 40% għall-bqija tal-industrija. Il-limitu huwa biss ta' 5%, meta mqabbel ma' 21% għall-industriji oħra. Dan minn dejjem kien soġġett għal kritika u l-Parlament Ewropew diġà kien talab fl-2007/2008, matul il-progress leġiżlattiv, għal trattament ugwali fost l-industriji kollha. L-Approċċ tal-ispazju tal-ajru jnaqqas l-emissjonijiet koperti mill-ETS għal 40% meta mqabbla mal-iskema oriġinali. Biex jiġi limitat il-ħsara għall-ambjent huwa ġġustifikat u meħtieġ li jiżdied l-irkant u jitnaqqsu l-emissjonijiet (limitu) minn tal-anqas għal-livell li l-industriji l-oħra diġá huma meħtieġa jikkonformaw miegħu sa mill-bidu tal-2013.

L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE hija kruċjali għall-progress

Kien ilu jiġbed l-attenzjoni tar-rapporteur li, għalkemm l-ETS tal-UE hija limitata għal titjiriet intra-Ewropej, xi Stati Membri bħalissa jidhru li qegħdin jaħsibuha darbtejn meta jkunu se jimplimentaw il-leġiżlazzjoni. Pajjiżi terzi bħaċ-Ċina u l-Indja rrifjutaw li jċedu kwoti għal titjiriet ġewwa l-Ewropa, pereżempju minn Frankfurt sa Londra. F'għajnejn ir-rapporteur jidher li huwa inaċċettabbli li wieħed jiddiskuti mal-Kunsill dwar kwalunkwe eżitu ta' proposta leġiżlattiva qabel ma jiġi ċċarat jekk il-leġiżlazzjoni tassew limitata Stop the Clock se tiġi implimentata jew le. Aħna ma nistgħux naċċettaw li pajjiżi terzi bħaċ-Ċina u l-Indja jirrifjutaw li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Ewropea meta jkunu qegħdin joperaw fl-Unjoni Ewropea.

L-adozzjoni mhux aktar tard minn April hija kruċjali

Dawk kollha li ma jixtiequx iżommu l-ETS tal-UE għall-avjazzjoni fil-forma oriġinali tagħha, li jfisser li t-titjiriet interkontinentali kollha huma koperti minn meta jitilqu sad-destinazzjoni finali tagħhom, għandhom ifittxu ftehim dwar direttiva emendata sa April, għaliex jekk dan ma jsirx fl-1 ta' Mejju, il-leġiżlazzjoni oriġinali teħtieġ li tiġi infurzata. Huwa proprju għal din ir-raġuni li sar ftehim dwar skeda ambizzjuża, flimkien ma' persuni responsabbli fil-Kumitat tat-Trasport. Ir-rapporteur huwa tal-fehma li għandu jintlaħaq ftehim dwar emenda u huwa lest li jitkellem mal-partijiet interessati kollha, iżda ma jirrakkomandax lill-Parlament Ewropew li jillimita kwalunkwe kompromess għal estensjoni tal-proposta Stop the Clock.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (24.1.2014)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fid-dawl tal-implimentazzjoni sal-2020 ta' ftehim internazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq għal emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali
(COM(2013)0722 – C7‑0374/2013 – 2013/0344(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Eija-Riitta Korhola

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-isfond

It-tibdil fil-klima huwa problema globali u jeħtieġ, għalhekk, li jiġi indirizzat globalment. L-inklużjoni tal-avjazzjoni fl-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS) kienet deċiżjoni li saret minħabba l-progress bil-mod tal-proċess tal-ICAO u dehret li kienet idea tajba f'dak iż-żmien. Kien maħsub li dan kien se jkun ta' eżempju li se jiġi segwit minn oħrajn u li jista' jinkoraġġixxi l-komunità internazzjonali biex tiżviluppa soluzzjoni verament globali. F'dak iż-żmien, bosta pajjiżi kienu diġà qed jippjanaw miżuri bbażati fuq is-suq (MBMs), iżda deher li konna għadna 'l bogħod milli nilħqu ftehim globali. Madankollu, wara l-adozzjoni tal-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet tal-avjazzjoni, l-impożizzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' din l-iskema fuq trasportaturi ta' pajjiżi terzi kienet suġġett ta' tħassib, u kellha riperkussjonijiet ċari ftit wara. Tul l-implimentazzjoni tal-EU ETS tal-avjazzjoni, sa mill-bidu tal-2012, l-Istati Membri u l-linji tal-ajru ltaqgħu ma' miżuri ta' ritaljazzjoni minn pajjiżi terzi li dgħajfu ħafna l-kompetittività tal-linji tal-ajru u l-potenzjal għat-tkabbir. Minħabba dan u minħabba n-nuqqas ta' rieda ċara min-naħa tal-pajjiżi terzi li jikkooperaw u jkunu konformi mal-EU ETS, l-UE kellha tipposponi l-proċess "Stop the clock", deċiżjoni li sa minn dan iż-żmien irriżultat li kienet waħda tajba u għaqlija.

Is-sitwazzjoni attwali

Fil-fehma tar-Rapporteur, hemm diversi raġunijiet għaliex il-proċess tal-ICAO għandu jitħalla jiżviluppa bil-kwiet mingħajr ma' wieħed jipprova jimponi l-leġiżlazzjoni interna tal-UE fuq pajjiżi terzi, li mhux biss tkun ta' riskju għall-proċess tal-ICAO innifsu iżda tesponi l-Istati Membri u l-linji tal-ajru tal-UE għal miżuri ta' ritaljazzjoni u kunflitti kummerċjali. L-ewwel nett, ittieħdu d-deċiżjonijiet favur miżura globali bbażata fuq is-suq u l-proċess miexi; l-ICAO hija l-uniku korp li permezz tiegħu tista' tinkiseb soluzzjoni globali. It-tieni, għall-ewwel darba fl-istorja, qed ikun appoġġat b'mod attiv mekkaniżmu globali anki barra mill-UE u fih qed jipparteċipaw atturi ewlenin. It-tielet, il-partijiet interessati kollha, inklużi l-linji tal-ajru u l-industriji tal-avjazzjoni jappoġġaw din is-soluzzjoni globali li bħalissa tinsab eqreb minn qatt qabel. Il-pajjiżi jinsabu lesti u huma aktar involuti u disponibbli li jiftiehmu minn qabel. Minbarra dan, l-Ispazju tal-ajru propost mill-UE ġie rrifjutat espressament mill-ICAO.

Konklużjoni

Ir-Rapporteur temmen li minħabba dan il-fatt, jeħtieġ li l-UE tkun attur attiv għall-promozzjoni tal-ftehim globali u ma tkomplix taġixxi unilateralment minħabba li b'hekk tkun qed treġġa' lura l-proċess. L-UE għandha tevita kwalunkwe azzjoni li s-sħab kummerċjali internazzjonali tagħha jikkunsidraw bħala mhux kostruttiva u li tostakola n-negozjati tal-ICAO. Ir-rapporti kollha mill-pajjiżi terzi rigward din il-proposta li huma disponibbli jindikaw l-oppost, għalhekk ir-Rapporteur tissuġġerixxi li jibqa' jiġi sospiż il-proċess "Stop the clock" għal titjiriet fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea sas-sena 2016. F'dak li jirrigwarda l-EU ETS, l-UE se tkompli turi tmexxija fir-rigward tal-intervenzjoni bikrija fit-trażżin tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni. Anki jekk l-UE għandha d-dritt uniku li tilleġiżla fit-territorju tagħha stess, ir-Rapporteur temmen li dan mhuwiex il-mod ġust kif wieħed jimxi jekk wieħed irid soluzzjoni verament globali. Id-diplomazija fil-qasam tal-klima tfisser li kull parti involuta għandha taħdem f'tim u li l-partijiet jaħdmu lejn objettiv komuni b'mezzi reċiproċi. Minbarra l-kisba ta' soluzzjoni globali, il-prijoritajiet tal-UE għandhom jiżguraw il-benessri tal-industriji tal-avjazzjoni Ewropej, il-kompetittività u l-possibilitajiet operazzjonali f'dan il-qasam ferm kompetittiv.

Minħabba r-raġunijiet imsemmija qabel, ir-Rapporteur tissuġġerixxi li jitkomplew id-dispożizzjonijiet "Stop the clock" għal titjiriet fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea sal-assemblea ġenerali tal-ICAO li se ssir fl-2016, bil-għan li tinkiseb soluzzjoni verament globali li tkun verament ta' benefiċċju għall-klima u għall-atturi kollha involuti.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Unjoni qed tipprova tikseb ftehim internazzjonali sigur għall-ġejjieni biex jikkontrolla l-impatti tal-gassijiet serra mill-avjazzjoni u, sadattant, qed tillimita l-impatti ta' tibdil fil-klima mill-attivitajiet tal-avjazzjoni minn u lejn ajrudromi fl-Unjoni permezz ta' azzjoni awtonoma. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-objettivi huma ta' appoġġ reċiproku u mhux f'kunflitt, huwa xieraq li jittieħdu kont tal-iżviluppi u tal-pożizzjonijiet li ttieħdu f'fora internazzjonali u li titqis b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni li tinkludi "Id-Dikjarazzjoni kkonsolidata tal-politiki u l-prattiki kontinwi tal-ICAO relatati mal-ħarsien tal-ambjent" adottata fit-38 sessjoni tal-Assemblea tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).

(1) L-Unjoni qed tipprova tikseb ftehim internazzjonali sigur għall-ġejjieni biex jikkontrolla l-impatti tal-gassijiet serra mill-avjazzjoni. Se jitqiesu l-iżviluppi u l-pożizzjonijiet li ttieħdu f'fora internazzjonali, kif ukoll b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni li tinkludi "Id-Dikjarazzjoni kkonsolidata tal-politiki u l-prattiki kontinwi tal-ICAO relatati mal-ħarsien tal-ambjent" adottata fit-38 sessjoni tal-Assemblea tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Konsegwentament, huwa mixtieq li r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4 jitqiesu b'mod temporanju bħala sodisfatti, meta jintlaħqu l-obbligi fir-rigward ta' ċertu perċentwal ta' emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn ajrudromi f'pajjiżi terzi. B'hekk, l-Unjoni tenfasizza li r-rekwiżiti jistgħu jiġu applikati fir-rigward ta' ċerti perċentwali ta' emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn ajrudromi f'pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), bl-istess mod bħalma r-rekwiżiti legali jistgħu jiġu applikati fuq iktar emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn dawn l-ajrudromi.

imħassar

__________________

 

4 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32)

 

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa hija żejda minħabba li tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva biss għal titjiriet fi ħdan iż-ŻEE.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Filwaqt li l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tibqa' bbażata fuq il-wasla jew fuq it-tluq minn ajrudromi fl-Unjoni, sabiex tkun mezz sempliċi u operabbli biex tillimita l-applikazzjoni ta' miżuri reġjonali bbażati fuq is-suq għal 7 snin sakemm tidħol fis-seħħ miżura bbażata fuq is-suq ta' dan it-tip, il-perċentwali ġew ikkalkulati mill-Eurocontrol abbażi tal-proporzjon tad-Distanza Ortodromika bejn l-ajruporti ewlenin fiż-ŻEE u fil-pajjiżi terzi li mhumiex aktar minn 12-il mil lil hinn mill-iktar punt li jinsab f'tarf il-kosta taż-ŻEE. Peress li l-Unjoni ma tqisx li miżura globali bbażata fuq is-suq għandha tkun ibbażata fuq konsiderazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru attwali, meta jiġu mqabbla mal-wasla jew it-tluq mill-ajrudromi, ir-rilevanza tal-perċentwali hija limitata għall-perjodu sal-2020.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa hija żejda minħabba li tillimita l-kamp tal-applikazzjoni tad-direttiva biss għal titjiriet fi ħdan iż-ŻEE.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Sabiex jiġi stabbilit perċentwal ta' emissjonijiet ivverifikati għal titjiriet minn u lejn ajrudromi f'pajjiżi terzi, iridu jkunu magħrufa l-emissjonijiet kollha tat-titjira. Madankollu, mhux qed jitqiesu l-emissjonijiet li mhumiex koperti minn dak il-perċentwal.

imħassar

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Barra minn hekk, fir-rigward ta' titjiriet minn u lejn pajjiżi terzi, operatur tal-inġenju tal-ajru għandu jkun jista' jagħżel li ma jirrappurtax l-emissjonijiet ivverifikati minn dawn it-titjiriet, iżda minflok iserraħ fuq estimi ta' emissjonijiet determinati li jseħħu sal-kosta tal-pajjiżi Membri taż-ZEE u li għandhom ikunu preċiżi kemm jista' jkun.

imħassar

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-applikazzjoni ta' perċentwal għal emissjonijiet ivverifikati għal titjiriet minn u lejn ajrudromi f'pajjiżi terzi, jew l-użu ta' approċċ alternattiv mill-operaturi, għandhom jirrelataw għall-emissjonijiet mill-2014 'il quddiem sabiex l-operaturi jkollhom żmien biex jifhmu dawn l-approċċi meta jippjanaw l-attivitajiet tat-titjiriet tagħhom.

imħassar

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Mingħajr preġudizzju għall-miżura globali bbażata fuq is-suq li tapplika mill-2020, l-emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u li s-sehem tagħhom tad-dħul totali ta' tunnellati-kilometri ta' attivitajiet internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili huwa inqas minn 1 %, għandu jiġi eżentat għall-perjodu 2014 sal-2020. Il-pajjiżi li huma meqjusa li għadhom qed jiżviluppaw għall-finijiet ta' din il-proposta, huma dawk li fil-waqt tal-adozzjoni ta' din il-proposta bbenefikaw minn aċċess preferenzjali għas-suq tal-Unjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiġifieri dawk li fl-2013 ma ġewx klassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi bi dħul għoli jew pajjiżi bi dħul medju superjuri.]

imħassar

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

l-emissjonijiet kollha minn titjiriet minn u lejn pajjiżi barra ż-Żona Ekonomika Ewropea fl-2013;

l-emissjonijiet kollha minn titjiriet minn u lejn pajjiżi barra ż-Żona Ekonomika Ewropea f’kull sena kalendarja bejn l-2013 u l-2020 inkluża;

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Article 28a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

l-emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn pajjiżi barra ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) f'kull sena kalendarja bejn l-2014 u l-2020 fejn l-operatur tat-tali titjiriet irrestitwixxa kwoti fir-rigward tal-perċentwali tal-emissjonijiet ivverifikati minn dawk it-titjiriet elenkati f'konformità mal-Anness IIc, jew ikkalkulati f'konformità mal-paragrafu 6;

imħassar

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-emissjonijiet ivverifikati msemmija fil-paragrafu 1(b) u kkalkulati f'konformità mal-Anness IIc għandhom jitqiesu li huma l-emissjonijiet ivverifikati tal-operatur tal-inġenju tal-ajru għall-finijiet tal-Artikoli 11a, 12 u 14.

imħassar

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mill-Artikoli 3g, 12, 15 u 18a, fejn operatur tal-inġenju tal-ajru għandu t-total annwali ta' emissjonijiet inqas minn 25000 tunnellata, l-emissjonijiet tiegħu għandhom jitqiesu li huma emissjonijiet ivverifikati jekk jiġu ddeterminati bl-użu ta' għodda ta' emittenti żgħar approvata mill-Kummissjoni u li hija popolata mill-Eurocontrol b'dejta mill-faċilità ta' appoġġ tal-ETS, u l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw proċeduri ssimplifikati għal operaturi tal-inġenju tal-ajru mhux kummerċjali sakemm ma jkunx hemm inqas preċiżjoni minn dik li tipprovdi din l-għodda.

B'deroga mill-Artikoli 3g, 12, 15 u 18a, fejn operatur tal-inġenju tal-ajru għandu t-total annwali ta' emissjonijiet inqas minn 25000 tunnellata, l-emissjonijiet tiegħu għandhom jitqiesu li huma emissjonijiet ivverifikati jekk jiġu ddeterminati bl-użu ta' data mill-faċilità ta' appoġġ tal-ETS tal-Eurocontrol, u l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw proċeduri ssimplifikati għal operaturi tal-inġenju tal-ajru mhux kummerċjali sakemm ma jkunx hemm inqas preċiżjoni minn dik li tipprovdi din l-għodda.

Ġustifikazzjoni

F'dan il-kuntest, ir-rwol ta' għodda ta' emittenti żgħar mhuwiex ovvju peress li r-rapport tal-emissjonijiet jista' jkun riċevut mill-Faċilità ta' Appoġġ tal-ETS jekk it-trasportatur ikollu liċenzja li juża dak il-programm.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mill-Artikolu 12(2a) u l-Artikolu 14(3), għal titjiriet minn u lejn pajjiżi taż-ŻEE, operatur tal-inġenju tal-ajru jista' jagħżel li ma jirrappurtax id-dejta tal-emissjonijiet bl-użu ta' perċentwali fl-Anness IIc, sabiex dawk l-emissjonijiet jiġu kkalkulati mill-awtorità kompetenti. Dan il-kalkolu għandu jqis il-figuri mill-għodda ta' emittenti żgħar approvata mill-Kummissjoni u popolata mill-Eurocontrol b'dejta mill-faċilità tagħha ta' appoġġ tal-ETS. L-awtorità kompetenti għandha tirrapporta dawk il-kalkoli kollha lill-Kummissjoni. Il-kalkoli tal-emissjonijiet magħmula f'dawn iċ-ċirkostanzi għandhom jitqiesu li huma l-emissjonijiet ivverifikati tal-operatur tal-inġenju tal-ajru għall-finijiet tal-Artikoli 11a, 12, 14 u 28a.

imħassar

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Annessi huma emendati kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

imħassar

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Anness

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fid-dawl tal-implimentazzjoni sal-2020 ta’ ftehim internazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq għal emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali

Referenzi

COM(2013)0722 – C7-0374/2013 – 2013/0344(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

24.10.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

24.10.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eija-Riitta Korhola

20.11.2013

Eżami fil-kumitat

16.12.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.1.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

22

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Vicky Ford, Gaston Franco, Norbert Glante, Robert Goebbels, Fiona Hall, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Judith A. Merkies, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Jens Rohde, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, Yves Cochet, Rachida Dati, Ioan Enciu, Věra Flasarová, Françoise Grossetête, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Werner Langen, Vladko Todorov Panayotov, Silvia-Adriana Ţicău, Lambert van Nistelrooij, Hermann Winkler

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Besset, Janusz Władysław Zemke

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (22.1.2014)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fid-dawl tal-implimentazzjoni sal-2020 ta' ftehim internazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq għal emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali

Rapporteur għal opinjoni: Mathieu Grosch

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sfond

Filwaqt li l-avjazzjoni attwalment tirrapreżenta tlieta fil-mija tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, dawn l-emissjonijiet qed jiżdiedu rapidament. L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) stmat li l-emissjonijiet CO2 prodotti mill-avjazzjoni kważi rduppjaw bejn l-1990 u l-2006. Filwaqt li l-użu tal-karburant fossili żdied b’34 %. L-ICAO tipprevedi żieda ta’ 63 % – 88 % għall-2020, perjodu li matulu l-UE impenjat ruħha li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha b’20% meta mqabbel mal-livelli tal-1990.

It-tisħin globali jista’ jiġi indirizzat b’mod effikaċi biss permezz ta’ approċċ internazzjonali. La l-emissjonijiet tal-karbonju u lanqas it-tibdil fil-klima ma jirrispettaw il-konfini nazzjonali. L-istess objettivi dwar il-klima għalhekk għandhom jiġu adottati globalment. Dan jista' jintlaħaq biss permezz ta' ftehim fl-ICAO.

L-Assemblea tal-ICAO tal-2013 irrikonoxxiet li huma meħtieġa miżuri bbażati fuq is-suq biex jippromwovu tkabbir sostenibbli fl-avjazzjoni u li tliet għażliet għal skema ta' miżuri bbażati fuq is-suq (tpaċija obbligatorja bi tqassim tad-dħul jew mingħajr tqassim tad-dħul jew negozjar tal-emissjonijiet) kienu raġonevoli. Iddeċiet li tiżviluppa skema ta' miżuri bbażati fuq is-suq globali li dwarha għandha tittieħed deċiżjoni fl-Assemblea tal-2016. Din tiġi implimentata fl-2020.

Il-proposta tal-Kummissjoni

L-aktar proposta reċenti tal-Kummissjoni teżenta kompletament it-titjiriet lejn pajjiżi terzi għall-2013 u tillimita s-sistema għan-negozjar ta' emissjonijiet sabiex tkopri biss parti mit-titjiriet internazzjonali fi ħdan l-ispazju tal-ajru ŻEE (12-il mil nawtiku mill-aktar punt imbiegħed tal-kosta tal-baħar l-aktar 'il barra tat-territorju ŻEE) għall-2014-20.

Titjiriet minn u lejn pajjiżi b'introjtu baxx jew baxx medju b'sehem ta' inqas minn 1 % tal-avjazzjoni internazzjonali jkunu eżentati kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-ICAO. Barra minn dan, livelli ta' eżenzjoni ġodda ġew stabbiliti għall-operaturi ta' jet tan-negozju. Dan intlaqa' tajjeb għaliex jipproduċi ffrankar kbir fl-ispejjeż għall-konformità mingħajr ma jaffettwa ħafna l-emissjonijiet evitati.

Ftehim Globali fl-ICAO jirrappreżenta soluzzjoni għal perjodu twil ta' żmien

Minkejja l-eżenzjoni ta' pajjiżi b'introjtu baxx tindirizza element importanti fir-riżoluzzjoni tal-ICAO. l-użu tal-approċċ tal-ispazju tal-ajru jista' jxekkel l-avvjament internazzjonali meħtieg biex fl-2016 jintlaħaq ftehim globali. Ir-riskju jikber minħabba n-nuqqas ta' definizzjoni maqbula universalment ta' "spazju tal-ajru Ewropew". Din l-opinjoni għalhekk hija favur li jiġi estiż l-approċċ li skontu jitwaqqaf iż-żmien li kien adottat fl-2012 sal-Assemblea tal-ICAO li jmiss.

Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tintensifika l-kuntatti bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi biex tippromwovi ftehim fl-ICAO u, bħala miżura interim, tħeġġeġ aktar pajjiżi jallinjaw mal-ETS jew jadottaw miżuri komparabbli. Dan għandu jkun supplimentat minn miżuri oħra biex jonqsu l-emissjonijiet tal-avjazzjoni, partikolarment billi jiġi stabbilit "Ajru Uniku Ewropew" li jnaqqas id-dewmien relatat mal-kontrol tat-traffiku tal-ajru u diverżjonijiet.

Ħtieġa ta' stabbiltà

Il-każ għal estensjoni tal-approċċ li skontu jitwaqqaf iż-żmien jissaħħaħ mill-frekwenza ta' bidliet li l-industrija ffaċċjat fis-snin reċenti. Ir-reġim 2012 inizjalment imħabbar kien jinvolvi l-inklużjoni tat-titjiriet kollha minn u lejn l-Ewropa fl-ETS. Ir-reġim 2012 attwali kien jeskludi titjiriet minn u lejn il-pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni qed tipproponi li din l-esklużjoni titkompla għall-2013 u mbagħad jiddaħħal it-tielet reġim mill-2014 sal-2020.

B'kuntrast, ir-rapporteur għal opinjoni jissuġġerixxi li r-reġim 2012 jinżamm minn tal-inqas sal-2016 u sal-2020 jekk l-assemblea tal-ICAO li jmiss taqbel li ddaħħal miżuri globali sa minn dik id-data. Jekk ma jkunx hemm dan il-qbil, approċċ dwar l-ispazju tal-ajru jiġi adottat mill-2017.

Dan l-approċċ jimmassimizza ċ-ċansijiet li jintlaħaq ftehim internazzjonali mingħajr ma jitpoġġa dubju dwar id-dritt tal-UE li tirregola l-ispazju tal-ajru tagħha, dritt garantit mill-konvenzjoni ta' Chicago u kkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja. L-UE tkun qed turi lis-sħab internazzjonali tagħha li hija lesta li taħdem b'mod kostruttiv f'negozjati internazzjonali u bilaterali. Hi tkun qed tindika wkoll li tistenna l-ICAO iżżomm l-impenn tagħha biex tasal għal deċiżjoni fl-2016 u li aktar dewmien mhuwiex aċċettabbli.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Unjoni qed tipprova tikseb ftehim internazzjonali sigur għall-ġejjieni biex jikkontrolla l-impatti tal-gassijiet serra mill-avjazzjoni u, sadattant, qed tillimita l-impatti ta' tibdil fil-klima mill-attivitajiet tal-avjazzjoni minn u lejn ajrudromi fl-Unjoni permezz ta' azzjoni awtonoma. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-objettivi huma ta' appoġġ reċiproku u mhux f'kunflitt, huwa xieraq li jittieħdu kont tal-iżviluppi u tal-pożizzjonijiet li ttieħdu f'fora internazzjonali u li titqis b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni li tinkludi "Id-Dikjarazzjoni kkonsolidata tal-politiki u l-prattiki kontinwi tal-ICAO relatati mal-ħarsien tal-ambjent" adottata fit-38 sessjoni tal-Assemblea tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).

(1) L-Unjoni qed tipprova tikseb ftehim internazzjonali sigur għall-ġejjieni biex jikkontrolla l-impatti tal-gassijiet serra mill-avjazzjoni. Sadattant, huwa xieraq li jittieħed kont tal-iżviluppi u tal-pożizzjonijiet li ttieħdu f'fora internazzjonali u li titqies b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni li tinkludi "Id-Dikjarazzjoni kkonsolidata tal-politiki u l-prattiki kontinwi tal-ICAO relatati mal-ħarsien tal-ambjent" adottata fit-38 sessjoni tal-Assemblea tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Is-settur tal-avjazzjoni huwa prevalentement ta’ natura internazzjonali. Inizjattivi għall-protezzjoni tal-klima għandhom jittieħdu fil-pront peress li problemi globali tat-tip ikkawżati mill-emissjonijiet tal-avjazzjoni jistgħu jiġu indirizzati bl-aktar mod effikaċi permezz ta' approċċ internazzjonali li jinkludi obbligu ta' konfomità mal-istess miżuri jew biex jinkisbu l-istess objettivi bl-użu ta' miżuri differenti. Ftehim globali fl-ICAO joffri l-aqwa prospetti għall-iżgurar ta' sostenibbiltà fit-tul.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Konsegwentament, huwa mixtieq li r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jitqiesu b'mod temporanju bħala sodisfatti, meta jintlaħqu l-obbligi fir-rigward ta' ċertu perċentwal ta' emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn ajrudromi f'pajjiżi terzi. B'hekk, l-Unjoni tenfasizza li r-rekwiżiti jistgħu jiġu applikati fir-rigward ta' ċerti perċentwali ta' emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn ajrudromi f'pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), bl-istess mod bħalma r-rekwiżiti legali jistgħu jiġu applikati fuq iktar emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn dawn l-ajrudromi.

(2) L-adozzjoni tad-Deċiżjoni 377/2013/UE4a ppermettiet il-progress reali li jrid isir fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) biex jiġi konkluż ftehim globali waqt il-laqgħa li jmiss. Sabiex titwitta t-triq għal tali ftehim, biex jissalvagwardja l-kompetittività tas-settur tal-avjazzjoni Ewropew u biex jiġu evitati miżuri kummerċjali ta' ritaljazzjoni, huwa mixtieq li d-dispożizzjonijiet "stop the clock"ikunu estiżi tal-anqas temporanjament sal-assemblea ġenerali ICAO li jmiss fl-2016.

__________________

__________________

Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32)

 

 

4a Deċiżjoni 2013/377/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' April 2013 għal deroga temporanja mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Filwaqt li l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tibqa' bbażata fuq il-wasla jew fuq it-tluq minn ajrudromi fl-Unjoni, sabiex tkun mezz sempliċi u operabbli biex tillimita l-applikazzjoni ta' miżuri reġjonali bbażati fuq is-suq għal 7 snin sakemm tidħol fis-seħħ miżura bbażata fuq is-suq ta' dan it-tip, il-perċentwali ġew ikkalkulati mill-Eurocontrol abbażi tal-proporzjon tad-Distanza Ortodromika bejn l-ajruporti ewlenin fiż-ŻEE u fil-pajjiżi terzi li mhumiex aktar minn 12-il mil lil hinn mill-iktar punt li jinsab f'tarf il-kosta taż-ŻEE. Peress li l-Unjoni ma tqisx li miżura globali bbażata fuq is-suq għandha tkun ibbażata fuq konsiderazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru attwali, meta jiġu mqabbla mal-wasla jew it-tluq mill-ajrudromi, ir-rilevanza tal-perċentwali hija limitata għall-perjodu sal-2020.

(3) Filwaqt li l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tibqa' bbażata fuq il-wasla jew fuq it-tluq minn ajrudromi fl-Unjoni, sabiex tkun mezz sempliċi u operabbli biex tillimita l-applikazzjoni ta' miżuri reġjonali bbażati fuq is-suq sakemm tidħol fis-seħħ miżura bbażata fuq is-suq ta' dan it-tip, l-inklużjoni tal-emissjonijiet minn titjiriet lejn u minn pajjiżi 'l barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u l-kalkolu minn Eurocontrol tal-perċentwali ġew ikkalkulati mill-Eurocontrol abbażi tal-proporzjon tad-Distanza Ortodromika bejn l-ajruporti ewlenin fiż-ŻEE u fil-pajjiżi terzi li mhumiex aktar minn 12-il mil lil hinn mill-iktar punt li jinsab f'tarf il-kosta taż-ŻEE.japplikaw biss mill-2017 jekk mekkaniżmu globali bbażat fuq is-suq ma ġiex miftiehem fl-Assemblea ICAO li jmiss fl-2016. Peress li l-Unjoni ma tqisx li miżura globali bbażata fuq is-suq għandha tkun ibbażata fuq konsiderazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru attwali, meta jiġu mqabbla mal-wasla jew it-tluq mill-ajrudromi, ir-rilevanza tal-perċentwali hija limitata għall-perjodu sakemm tidħol fis-seħħ miżura globali bbażata fuq is-suq.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Id-derogi previsti f'din id-Direttiva jqisu r-riżultati tal-kuntatti bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi, li l-Kummissjoni se tkompli twettaq f'isem l-Unjoni.

(4) Id-derogi previsti f'din id-Direttiva jqisu r-riżultati tal-kuntatti bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi, li l-Kummissjoni se tkompli twettaq f'isem l-Unjoni. Jekk dawn in-negozjati jwasslu biex pajjiżi terzi jaċċettaw allinjament mas-sistema Ewropea għan-negozjar ta' emissjonijiet jew biex jadottaw miżuri ekwivalenti, id-derogi previsti f'din id-direttiva għandhom jiġu aġġustati skont dan.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Sabiex titrawwem fiduċja fil-livell internazzjonali fl-iskema tal-UE, l-Istati Membri għandhom jużaw l-introjtu mill-użu tal-iskema Ewropea għan-negozjar ta' emissjonijiet fis-settur tal-avjazzjoni biex itaffu l-impatt tal-emissjonijiet mill-avjazzjoni. Dan għandu jinkludi appoġġ fl-isforzi ta' protezzjoni tal-klima tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw skont l-Artikolu 3d paragrafu 4 tad-Direttiva 2003/87/KE.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) L-UE għandha dejjem tinkludi l-kwistjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-avjazzjoni meta jiġu nnegozjati l-ftehimiet tal-avjazzjoni ma' pajjiżi terzi.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Sabiex jiġi stabbilit perċentwal ta' emissjonijiet ivverifikati għal titjiriet minn u lejn ajrudromi f'pajjiżi terzi, iridu jkunu magħrufa l-emissjonijiet kollha tat-titjira. Madankollu, mhux qed jitqiesu l-emissjonijiet li mhumiex koperti minn dak il-perċentwal.

imħassar

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-applikazzjoni ta' perċentwal għal emissjonijiet ivverifikati għal titjiriet minn u lejn ajrudromi f'pajjiżi terzi, jew l-użu ta' approċċ alternattiv mill-operaturi, għandhom jirrelataw għall-emissjonijiet mill-2014 'il quddiem sabiex l-operaturi jkollhom żmien biex jifhmu dawn l-approċċi meta jippjanaw l-attivitajiet tat-titjiriet tagħhom.

imħassar

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Mingħajr preġudizzju għall-miżura globali bbażata fuq is-suq li tapplika mill-2020, l-emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u li s-sehem tagħhom tad-dħul totali ta' tunnellati-kilometri ta' attivitajiet internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili huwa inqas minn 1 %, għandu jiġi eżentat għall-perjodu 2014 sal-2020. Il-pajjiżi li huma meqjusa li għadhom qed jiżviluppaw għall-finijiet ta' din il-proposta, huma dawk li fil-waqt tal-adozzjoni ta' din il-proposta bbenefikaw minn aċċess preferenzjali għas-suq tal-Unjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiġifieri dawk li fl-2013 ma ġewx klassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi bi dħul għoli jew pajjiżi bi dħul medju superjuri.]

(10) L-emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u li s-sehem tagħhom tad-dħul totali ta' tunnellati-kilometri ta' attivitajiet internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili huwa inqas minn 1 %, għandu jiġi eżentat mill-2014 sakemm tidħol fis-seħħ miżura globali bbażata fuq is-suq. Il-pajjiżi li huma meqjusa li għadhom qed jiżviluppaw għall-finijiet ta' din il-proposta, huma dawk li fil-waqt tal-adozzjoni ta' din il-proposta bbenefikaw minn aċċess preferenzjali għas-suq tal-Unjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiġifieri dawk li fl-2013 ma ġewx klassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi bi dħul għoli jew pajjiżi bi dħul medju superjuri.]

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Titjiriet bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u ż-ŻEE kontinentali għandhom ukoll isegwu l-approċċ ibbażat fuq is-suq reġjonali sakemm tidħol fis-seħħ miżura globali bbażatata fuq is-suq. Il-perċentwali għandhom jiġu kkalkulati mill-Eurocontrol abbażi tal-proporzjon tad-Distanza taċ-Ċirku Kbir bejn l-ajruporti ewlenin fiż-ŻEE kontinentali u fir-reġjun ultraperiferiku li ma jkunx aktar minn 12-il mil lil hinn mill-iktar punt li jinsab f'tarf il-kosta taż-ŻEE kontinentali.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3d – paragrafu 4 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) Punt 1 tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 3d tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

 

4. "L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti għal azzjonijiet jew riċerka li jindirizzaw it-tibdil fil-klima."

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – frażi introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. B'deroga mill-Artikolu 12(2a) u l-Artikolu 14(3), l-Istati Membri għandhom iqisu r-rekwiżiti stabbiliti f'dawk il-paragrafi li huma sodisfatti fir-rigward ta':

1. Derogazzjonijiet mill-Artikolu 12(2a) u l-Artikolu 14(3),

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-emissjonijiet kollha minn titjiriet minn u lejn pajjiżi barra ż-Żona Ekonomika Ewropea fl-2013;

B'deroga mill-Artikolu 12(2a) u l-Artikolu 14(3), l-Istati Membri għandhom iqisu r-rekwiżiti stipulati f'dawk il-paragrafi bħala li ġew sodisfati fir-rigward tal-emissjonijiet kollha minn titjiriet minn u lejn pajjiżi barra ż-Żona Ekonomika Ewropea f' kull sena kalendarja mill-2013 sal-2016. Jekk l-Assemblea ICAO tal-2016 tiddeċciedi li tintroduċi miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2020, dan il-perjodu għandu jibqa' japplika għas-snin kalendarji mill-2017 sal-2020;

 

Ġustifikazzjoni

Dan jestendi l-approċċ "stop the clock" u jeskludi titjiriet ġejjin minn u sejrin lejn pajjiżi terzi waqt il-perjodu li jkunu qed isiru n-negozjati fl-ICAO. Dan jevita konfrontazzjoni mal-linji tal-ajru, li diġà kellhom jippreparaw għall-proposta oriġinali tal-2012 u mbagħad l-approċċ li skontu jitwaqqaf iż-żmien b'sistema oħra ġdida mill-2014.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 -– punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn pajjiżi barra ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) f'kull sena kalendarja bejn l-2014 u l-2020 fejn l-operatur tat-tali titjiriet irrestitwixxa kwoti fir-rigward tal-perċentwali tal-emissjonijiet ivverifikati minn dawk it-titjiriet elenkati f'konformità mal-Anness IIc, jew ikkalkulati f'konformità mal-paragrafu 6;

(b) Jekk l-Assemblea ICAO tal-2016 ma tiddeċidix li tintroduċi miżura globali bbażata fuq is-suq, imbagħad, b'deroga mill-Artikolu 12(2a) u l-Artikolu 14(3), l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-rekwiżiti stipulati f'dawk il-paragrafi bħala sodisfatti fir-rigward tal-emissjonijiet minn titjiriet minn u lejn pajjiżi barra ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) f'kull sena kalendarja bejn l-2014 u l-2020 fejn l-operatur tat-tali titjiriet irrestitwixxa kwoti fir-rigward tal-perċentwali tal-emissjonijiet ivverifikati minn dawk it-titjiriet elenkati f'konformità mal-Anness IIc, jew ikkalkulati f'konformità mal-paragrafu 6;

Ġustifikazzjoni

Dan jintroduċi appoċċ dwar l-ispazju tal-ajru Ewropew mill-2017, jekk in-negozjati fl-ICAO ma jirnexxux (ara l-emenda 7).

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt ba

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) B'deroga mill-Artikolu 12(2a) u l-Artikolu 14(3), u sakemm tidħol fis-seħħ miżura globali bbażata fuq is-suq, l-Istati Membri għandhom iqisu r-rekwiżiti stabbiliti f'dawk il-paragrafi bħala sodisfatti fir-rigward ta' emissjonijiet minn titjiriet bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi elenkati fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u ż-ŻEE kontinentali, fejn biex jiġi rifless il-proporzjon tat-titjiriet li jsiru fi ħdan l-ispazju tal-ajru Ewropew, l-operatur ta' tali titjiriet iċedi kwoti fir-rigward tal-perċentwali li għandhom jiġu kkalkulati minn Eurocontrol fuq il-bażi tal-proporzjon tad-Distanza taċ-Ċirku Kbir bejn l-ajruporti ewlenin fiż-ŻEE kontinentali u fir-reġjun ultraperiferiku li ma jkunx aktar minn 12-il mil lil hinn mill-iktar punt li jinsab f'tarf il-kosta taż-ŻEE kontinentali jew ikkalkulati skont il-paragrafu 6;

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28 a – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-emissjonijiet minn titjiriet operati minn operatur tal-inġenju tal-ajru mhux kummerċjali f'kull sena kalendarja sal-2020 fejn l-emissjonijiet li għalihom huwa responsabbli dak l-operatur tal-inġenju tal-ajru fis-sena kalendarja, huma inqas minn 1000 tunnellata,

(c) B'deroga mill-Artikolu 12(2a) u l-Artikolu 14(3), l-Istati Membri għandhom iqisu r-rekwiżiti stipulati f'dawk il-paragrafi bħala sodisfatti fir-rigward ta' emissjonijiet minn titjiriet operati minn operaturi tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali f'kull sena kalendarja sakemm tiġi introdotta miżura internazzjonali bbażata fuq is-suq fejn l-emissjonijiet li għalihom dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru huwa responsabbli għas-sena kalendarja huma anqas minn 1000 tunnellata;

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ir-restituzzjoni tal-kwoti tikkorrispondi għall-emissjonijiet ivverifikati tal-2013 minn titjiriet bejn il-pajjiżi taż-ŻEE, li jridu jidħlu fis-seħħ sat-30 ta' April 2015 minflok sat-30 ta' April 2014, u l-emissjonijiet ivverifikati tal-2013 għal dawk it-titjiriet li jridu jiġu rrapportati sal-31 ta' Marzu 2015 minflok sal-31 ta' Marzu 2014.

(d) B'deroga mill-Artikolu 12 (2a) u l-Artikolu 14 (3), l-Istati Membri għandhom iqisu r-rekwiżiti stipulati f'dawk il-paragrafi bħala sodisfatti fir-rigward taċ-ċediment tal-kwoti li jikkorrispondi għal emissjonijiet verifikati fl-2013, iġġenerati minn titjiriet bejn pajjiżi fiż-ŻEE li seħħew bejn it-30 ta' April 2015 minflok it-30 ta' April 2014, u emissjonijiet ivverifikati fl-2013 għal dawk it-titjiriet li qed jiġu rappurtati sal-31 ta' Marzu 2015 minflok il-31 ta' Marzu 2014.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt finali

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-emissjonijiet ivverifikati msemmija fil-paragrafu 1(b) u kkalkulati f'konformità mal-Anness IIc għandhom jitqiesu li huma l-emissjonijiet ivverifikati tal-operatur tal-inġenju tal-ajru għall-finijiet tal-Artikoli 11a, 12 u 14.

L-emissjonijiet ivverifikati msemmija fil-paragrafi 1(b) u (ba) kkalkulati f'konformità mal-Anness IIc għandhom jitqiesu li huma l-emissjonijiet ivverifikati tal-operatur tal-inġenju tal-ajru għall-finijiet tal-Artikoli 11a, 12 u 14.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28 a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. B'deroga mill-Artikolu 3d(3), l-għadd ta' kwoti li jridu jiġu rkantati minn kull Stat Membru fir-rigward tal-perjodu mill-2013 sal-2020, għandu jiġi mnaqqas b'tali mod li jikkorrispondi għas-sehem tiegħu ta' emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 28(a) sa (c).

4. B'deroga mill-Artikolu 3d(3), l-għadd ta' kwoti li jridu jiġu rkantati minn kull Stat Membru fir-rigward tal-perjodu mill-2013 sal-2020, għandu jiġi mnaqqas b'tali mod li jikkorrispondi għas-sehem tiegħu ta' emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1(a) sa (c) ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun iċċarat li r-referenza hija għall-Artikolu 28a ġdid miżjud b'din id-Direttiva.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. B'deroga mill-Artikolu 12(2a) u l-Artikolu 14(3), għal titjiriet minn u lejn pajjiżi taż-ŻEE, operatur tal-inġenju tal-ajru jista' jagħżel li ma jirrappurtax id-dejta tal-emissjonijiet bl-użu ta' perċentwali fl-Anness IIc, sabiex dawk l-emissjonijiet jiġu kkalkulati mill-awtorità kompetenti. Dan il-kalkolu għandu jqis il-figuri mill-għodda ta' emittenti żgħar approvata mill-Kummissjoni u popolata mill-Eurocontrol b'dejta mill-faċilità tagħha ta' appoġġ tal-ETS. L-awtorità kompetenti għandha tirrapporta dawk il-kalkoli kollha lill-Kummissjoni. Il-kalkoli tal-emissjonijiet magħmula f'dawn iċ-ċirkostanzi għandhom jitqiesu li huma l-emissjonijiet ivverifikati tal-operatur tal-inġenju tal-ajru għall-finijiet tal-Artikoli 11a, 12, 14 u 28a.

6. B'deroga mill-Artikolu 12(2a) u l-Artikolu 14(3), għal titjiriet minn u lejn pajjiżi taż-ŻEE u titjiriet lejn u minn ajrudrom li jinsab f'wieħed mir-reġjuni ultraperiferċi, operatur tal-inġenju tal-ajru jista' jagħżel li ma jirrappurtax id-dejta tal-emissjonijiet bl-użu ta' perċentwali fl-Anness IIc, sabiex dawk l-emissjonijiet jiġu kkalkulati mill-awtorità kompetenti. Dan il-kalkolu għandu jqis il-figuri mill-għodda ta' emittenti żgħar approvata mill-Kummissjoni u popolata mill-Eurocontrol b'dejta mill-faċilità tagħha ta' appoġġ tal-ETS. L-awtorità kompetenti għandha tirrapporta dawk il-kalkoli kollha lill-Kummissjoni. L-operatur għandu jiġi infurmat bir-riżultat tal-kalkoli li saru mill-awtorità kompetenti, u l-kalkoli tal-emissjonijiet magħmula f'dawn iċ-ċirkostanzi għandhom jitqiesu li huma l-emissjonijiet ivverifikati tal-operatur tal-inġenju tal-ajru għall-finijiet tal-Artikoli 11a, 12, 14 u 28a.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tan-negozjati fl-ICAO u mal-pajjiżi terzi.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 1a – paragrafu 28 – subparagrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Wara l-Assemblea tal-ICAO tal-2016, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati għall-miżura globali bbażata fuq is-suq li trid tiġi applikata mill-2020, u tressaq proposti kif xieraq.

7. Wara l-Assemblea tal-ICAO tal-2016, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-azzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-miżura globali bbażata fuq is-suq li trid tiġi applikata għal emissjonijiet mill-2020, u tressaq proposti kif xieraq. Kwalunkwe proposta għandha tkun akkumpanjata minn evalwazzjonijiet tal-impatt dettaljati.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 7 – it-tieni subparagrafu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ li miżura globali bbażata fuq is-suq ma tibdix tapplika mill-2020, dak ir-rapport għandu jqis il-kamp ta' applikazzjoni xieraq għall-kopertura tal-emissjonijiet minn attività minn u lejn pajjiżi barra ż-ŻEE mill-2020 'il quddiem fin-nuqqas kontinwu ta' din il-miżura globali. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll soluzzjonijiet għal kwistjonijiet oħra li jistgħu jinħolqu fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4, filwaqt li tippreżerva t-trattament indaqs għall-operaturi kollha fuq l-istess rotta.

F'każ li miżura globali bbażata fuq is-suq ma tapplikax, dak ir-rapport għandu jqis il-kamp ta' applikazzjoni xieraq għall-kopertura tal-emissjonijiet minn attività minn u lejn pajjiżi 'l barra miż-ŻEE fin-nuqqas kontinwu ta' din il-miżura globali. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll soluzzjonijiet għal kwistjonijiet oħra li jistgħu jitqajmu fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4, filwaqt li tippreżerva t-trattament indaqs għall-operaturi kollha fuq l-istess rotta.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Anness IIc – paragrafu finali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-perċentwal tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28a għal titjiriet li joperaw minn u lejn reġjun ultraperiferiku għandu jiġi kkalkulat ukoll skont it-tabella ta' hawn taħt, li fiha għandhom jitniżżlu l-perċentwali li jirriżultaw mutadis mutandis mill-applikazzjoni tal-istess formula, ibbażata fuq l-aqwa data li tkun disponibbli, inkluża l-assistenza mill-Eurocontrol:

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Anness IIc – linji ġodda

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Żid linji għal: il-Gwadelup, il-Gujana Franċiża, Martinique, Réunion, Saint Barthélemy, Saint Martin, l-Azores, Madejra u l-Gżejjer Kanarji.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fid-dawl tal-implimentazzjoni sal-2020 ta’ ftehim internazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq għal emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali

Referenzi

COM(2013)0722 – C7-0374/2013 – 2013/0344(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

24.10.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

24.10.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Mathieu Grosch

4.11.2013

Eżami fil-kumitat

16.12.2013

20.1.2014

 

 

Data tal-adozzjoni

21.1.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

6

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Spyros Danellis, Eider Gardiazábal Rubial, Zita Gurmai, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Oldřich Vlasák, Sabine Wils, Corien Wortmann-Kool

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fid-dawl tal-implimentazzjoni sal-2020 ta’ ftehim internazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq għal emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali

Referenzi

COM(2013)0722 – C7-0374/2013 – 2013/0344(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

16.10.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

24.10.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

24.10.2013

TRAN

24.10.2013

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Peter Liese

17.10.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

17.12.2013

23.1.2014

 

 

Data tal-adozzjoni

30.1.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

7

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Sandrine Bélier, Biljana Borzan, Martin Callanan, Chris Davies, Esther de Lange, Bas Eickhout, Edite Estrela, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Claus Larsen-Jensen, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Vladko Todorov Panayotov, Mario Pirillo, Pavel Poc, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Kriton Arsenis, Erik Bánki, Julie Girling, Jutta Haug, Filip Kaczmarek, James Nicholson, Vittorio Prodi, Christel Schaldemose, Birgit Schnieber-Jastram, Renate Sommer, Bart Staes, Rebecca Taylor, Vladimir Urutchev, Andrea Zanoni

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Hiltrud Breyer, Vojtěch Mynář, Bill Newton Dunn

Data tat-tressiq

31.1.2014