RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea

4.2.2014 - (COM(2013)0404 – C7‑0170/2013 – 2013/0185(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Andreas Schwab
Rapporteur għal opinjoni (*):
Bernhard Rapkay, Kumitat għall-Affarijiet Legali
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura


Proċedura : 2013/0185(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0089/2014

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea

(COM(2013)0404 – C7‑0170/2013 – 2013/0185(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0404),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 103 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0170/2013),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew / tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Ottubru 2013[1],

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0089/2014),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[2]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 103 u 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea▌,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva[4],

Billi:

(1)      L-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huma kwistjoni ta’ politika pubblika u għandhom jiġu applikati b’mod effettiv fl-Unjoni kollha sabiex jiġi żgurat li l-kompetizzjoni fis-suq intern ma tkunx imfixkla.

(2)      L-infurzar pubbliku ta' dawk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat jitwettaq mill-Kummissjoni bl-użu tas-setgħat previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea[5] ▌. L-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea issa huma l-Artikoli 101 u 102 TFUE u huma identiċi fis-sustanza. L-infurzar pubbliku jitwettaq ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, li jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet elenkati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(3)      L-Artikoli 101 u 102 TFUE jipproduċu effetti diretti fir-relazzjonijiet bejn l-individwi u joħolqu, għall-individwi kkonċernati, drittijiet u obbligi li l-qrati nazzjonali jridu jinfurzaw. Il-qrati nazzjonali għandhom rwol ugwalment essenzjali fl-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni (infurzar privat). Meta jieħdu deċiżjoni dwar tilwim bejn individwi privati, huma jipproteġu d-drittijiet soġġettivi skont il-liġi tal-Unjoni, pereżempju billi jagħtu kumpens għad-danni lill-vittmi ta’ ksur. L-effett sħiħ tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, u b’mod partikolari l-effett prattiku tal-projbizzjonijiet stipulati fihom, jeħtieġ li kulħadd — individwu, inklużi l-konsumaturi u l-impriżi, jew awtorità pubblika — ikun jista’ jagħmel talba għal kumpens quddiem il-qrati nazzjonali għall-ħsara kkawżata lilu minn ksur ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. Dan id-dritt tal-Unjoni għal kumpens japplika b’mod ugwali għall-ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE minn impriżi pubbliċi jew impriżi li ngħataw drittijiet speċjali jew esklużivi mill-Istati Membri skont it-tifsira tal-Artikolu 106 TFUE.

(4)      Id-dritt għall-kumpens fil-liġi tal-Unjoni għall-ksur tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni jirrikjedi li kull Stat Membru jkollu regoli proċedurali li jiżguraw l-eżerċizzju effettiv ta’ dak id-dritt. Il-ħtieġa għal rimedji proċedurali effettivi tirriżulta wkoll mid-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif stipulat fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea[6] (il-Karta) u fl-Artikolu 19(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). L-Istati Membri għandhom jiżguraw protezzjoni legali effikaċi fl-oqsma koperti mil-liġi tal-Unjoni.

(4a)    L-azzjonijiet għad-danni huma biss element wieħed minn sistema effettiva ta’ infurzar privat ta’ ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni u huma akkumpanjati minn possibbiltajiet ta’ kumpens mhux abbażi ta’ qorti, bħas-soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim jew deċiżjonijiet ta’ infurzar pubbliku li jinċentivaw lill-partijiet biex jagħtu kumpens.

(5)      Sabiex jiġu żgurati azzjonijiet ta’ infurzar privati skont il-liġi ċivili u l-infurzar pubbliku ▌ effettiv mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, huwa meħtieġ li ż-żewġ għodod jinteraġixxu biex tiġi żgurata l-effettività massima tar-regoli dwar il-kompetizzjoni. Huwa meħtieġ li jiġi rregolat b’mod koerenti l-mod kif iż-żewġ forom ta' infurzar huma kkoordinati, pereżempju l-arranġamenti għall-aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni. Tali koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni tevita wkoll id-diverġenza tar-regoli applikabbli, li tista' tfixkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(6)      Skont l-Artikolu 26(2) TFUE, is-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha jkun żgurat il-moviment ħieles tal-oġġetti, il-persuni, is-servizzi u l-kapital. Jeżistu differenzi kbar bejn ir-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni għal ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. Dawk id-differenzi jwasslu għal inċertezza fir-rigward tal-kondizzjonijiet li taħthom, il-partijiet li jkunu ġarrbu ħsara jistgħu jeżerċitaw id-dritt għall-kumpens li għandhom skont it-TFUE, u jaffettwaw l-effettività sostantiva tat-tali dritt. Billi l-partijiet li ġarrbu l-ħsara ta' spiss jagħżlu l-forum tal-Istat Membru tagħhom ta' stabbiliment biex jitolbu kumpens għad-danni, id-diskrepanzi bejn ir-regoli nazzjonli jwasslu għal kundizzjonijiet mhux indaqs fir-rigward tal-azzjonijiet għad-danni u jistgħu jaffettwaw il-kompetizzjoni fis-swieq li fihom jaħdmu dawn il-partijiet li ġarrbu l-ħsara u l-impriżi li wettqu l-ksur.

(7)      L-impriżi stabbiliti u li qegħdin jaħdmu fi Stati Membri differenti huma soġġetti għal regoli proċedurali li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-punt sa liema jkunu jistgħu jitqiesu responsabbli għall-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. Dan l-infurzar mhux indaqs tad-dritt għall-kumpens fil-liġi tal-Unjoni jista' jirriżulta f'vantaġġ kompetittiv għal xi impriżi li kisru l-Artikoli 101 jew 102 TFUE, u nuqqas ta' inċentiv għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta' stabbiliment u l-provvista ta' oġġetti jew servizzi f'dawk l-Istati Membri fejn id-dritt għal kumpens huwa nfurzat b'mod aktar effettiv. Għaldaqstant, peress li d-differenzi fir-reġimi ta’ responsabbiltà applikabbli fl-Istati Membri jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-kompetizzjoni kif ukoll il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, huwa xieraq li d-Direttiva tiġi bbażata fuq il-bażi ġuridika doppja tal-Artikoli 103 u 114 TFUE.

(8)      Għalhekk huwa meħtieġ, filwaqt li jitqies il-fatt li n-natura tal-ksur fuq skala kbira tal-liġi dwar il-kompetizzjoni sikwit ikollha element transkonfinali, li jiġu żgurati kundizzjonijiet aktar indaqs għall-impriżi li jaħdmu fis-suq intern u li jittejbu l-kundizzjonijiet għall-konsumaturi biex jeżerċitaw id-drittijiet li jiksbu mis-suq intern. Huwa xieraq ukoll li tiżdied iċ-ċertezza legali u li jitnaqqsu d-differenzi bejn l-Istati Membri fir-regoli nazzjonali li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni għall-ksur tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u, meta tkun applikata flimkien ma' din tal-aħħar, il-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni. Approssimazzjoni ta' dawn ir-regoli tgħin ukoll biex tiġi evitata l-emerġenza ta' differenzi usa' bejn ir-regoli tal-Istati Membri li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni fil-każijiet ta' kompetizzjoni.

(9)      L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jipprevedi li "Fejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u qrati nazzjonali japplikaw liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għal ftehim, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet tal-impriża jew prattiċi miftiehma fis-sens tal-Artikolu [101(1)] tat-Trattat li jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, dawn ħa japplikaw ukoll l-Artikolu [101] tat-Trattat għal ftehim bħal dawn, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma. Fejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jew qrati nazzjonali japplikaw liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għal xi kwalunkwe abbuż projbit mil-Artikolu [102] tat-Trattat, dawn ħa japplikaw ukoll l-Artikolu [102] tat-Trattat." Fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u għal ċertezza legali akbar u kundizzjonijiet aktar indaqs għall-impriżi u l-konsumaturi, huwa xieraq li l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jiġi estiż għall-azzjonijiet għad-danni bbażati fuq il-ksur tal-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni meta tiġi applikata skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. L-applikazzjoni ta' regoli diverġenti dwar ir-responsabbiltà ċivili għall-ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u għall-ksur tar-regoli tal-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni li għandhom jiġu applikati fl-istess każ u b'mod parallel għal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni jaffettwaw b'mod negattiv il-pożizzjoni tal-pretendenti fl-istess każ u l-kamp ta' applikazzjoni tal-pretensjonijiet tagħhom, u jikkostitwixxu ostakolu għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(10)    Fin-nuqqas ta’ liġi tal-Unjoni, l-azzjonijiet għad-danni huma rregolati mir-regoli u l-proċeduri nazzjonali tal-Istati Membri. Jeħtieġ li r-regoli nazzjonali kollha li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt għall-kumpens għal ħsara li tirriżulta minn ksur tal-Artikolu 101 jew 102 TFUE, inklużi dawk li jikkonċernaw aspetti mhux ikkunsidrati minn din id-Direttiva bħal pereżempju l-kunċett tar-relazzjoni kawżali bejn il-ksur u l-ħsara, josservaw il-prinċipji tal-effettività u l-ekwivalenza. Dan ifisser li ma għandhomx ikunu fformulati jew applikati b’mod li jagħmilha eċċessivament diffiċli jew prattikament impossibbli biex jiġi eżerċitat id-dritt għall-kumpens iggarantit mit-TFUE, u ma għandhomx ikunu fformulati jew applikati b’mod inqas favorevoli minn dawk li japplikaw għal azzjonijiet simili domestiċi.

(11)    Din id-Direttiva tafferma mill-ġdid l-acquis communautaire dwar id-dritt għall-kumpens fil-liġi tal-Unjoni għall-ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-locus standi u d-definizzjoni tad-danni, kif kien iddikjarat fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u ma tantiċipa l-ebda żvilupp ulterjuri tiegħu. Kull individwu li ġarrab xi ħsara kkawżata minn ksur jista’ jagħmel talba għal kumpens għat-telf reali (damnum emergens), għall-profitt li ġie miċħud lilu (telf ta’ profitt jew lucrum cessans) u għall-ħlas ta’ imgħax, bla ħsara għall-eżistenza jew il-limitu tad-dritt għal imgħax rikonoxxut skont il-liġi nazzjonali. Dan id-dritt huwa rikonoxxut għal kull persuna fiżika jew ġuridika — għall-konsumaturi, għall-impriżi u għall-awtoritajiet pubbliċi bl-istess mod — irrispettivament jekk teżistix relazzjoni kuntrattwali diretta mal-impriża ħatja tal-ksur, u mingħajr kunsiderazzjoni jekk jinstabx jew le li kien hemm ksur fil-passat minn awtorità tal-kompetizzjoni. Ma għandux ikun hemm dispożizzjonijiet għal danni punittivi jew tipi oħra ta’ danni u penali li jwasslu biex il-vittma jingħata kumpens eċċessiv. Kumpens għal telf ta’ opportunità ma għandux jitqies li jwassal għal kumpens eċċessiv.

(11a)  Huwa tajjeb li tintlaħaq soluzzjoni “darba għal dejjem” għall-konvenuti bil-għan li jitnaqqsu l-inċertezza u l-effett ekonomiku esaġerat li jista’ jkollhom impatt fuq l-impjegati, il-fornituri, is-sottokuntratturi u partijiet innoċenti oħra.

(12)    Azzjonijiet għad-danni għal ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni tipikament jirrikjedu analiżi fattwali u ekonomika kumplessa. L-evidenza meħtieġa biex tiġi ppruvata pretensjoni għad-danni hija ħafna drabi esklużivament f’idejn il-kontroparti jew il-partijiet terzi, u ma tkunx magħrufa biżżejjed mill-pretendent u ma tkunx aċċessibbli għalih. F’dawn iċ-ċirkustanzi, rekwiżiti legali stretti biex il-pretendenti jasserixxu fid-dettal il-fatti kollha dwar il-każ sa mill-bidu tal-azzjoni u biex jipprovdu minn qabel dokumenti speċifikati b'mod preċiż ta' evidenza ta' appoġġ jistgħu jimpedixxu bla bżonn l-eżerċizzju effettiv tad-dritt għall-kumpens iggarantit mit-TFUE. Madankollu, il-qrati nazzjonali għandhom iqisu kif mistħoqq kull abbuż ta’ drittijiet relatati mad-divulgazzjoni tal-evidenza, u l-informazzjoni miksuba għal dak il-għan meta jivvalutaw il-pretensjonijiet ta’ ammissibilità.

(13)    L-evidenza hija element importanti ta’ azzjonijiet għad-danni għal ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. Madankollu, billi l-litigazzjoni tal-antitrust hija kkaratterizzata minn asimmetrija tal-informazzjoni, huwa xieraq li jiġi żgurat li l-partijiet li jkunu ġarrbu ħsara jkollhom id-dritt li jiksbu d-divulgazzjoni tal-evidenza li tirrigwarda l-pretensjoni tagħhom▐. Sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-mezzi, dawn tal-aħħar għandhom ikunu wkoll disponibbli għall-konvenuti fl-azzjonijiet għad-danni, sabiex ikunu jistgħu jitolbu għad-divulgazzjoni tal-evidenza minn dawk il-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara. Il-qrati nazzjonali jistgħu wkoll jordnaw id-divulgazzjoni tal-evidenza minn partijiet terzi. Meta l-qorti nazzjonali tkun tixtieq tordna d-divulgazzjoni tal-evidenza mill-Kummissjoni, il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri (l-Artikolu 4(3) TUE) u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1/2003 fir-rigward tat-talbiet għall-informazzjoni, huma applikabbli.

(14)    L-evidenza rilevanti għandha tiġi divulgata b’deċiżjoni tal-qorti nazzjonali u taħt il-kontroll strett tagħha, speċjalment rigward il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-miżura tad-divulgazzjoni. Mir-rekwiżit tal-proporzjonalità jirriżulta li t-talbiet għad-divulgazzjoni jistgħu jinbdew biss ladarba parti li tkun ġarrbet il-ħsara tistabbilixxi b'mod kredibbli, fuq il-bażi ta' fatti li huma disponibbli għaliha b'mod raġonevoli, li l-parti tkun ġarrbet ħsara li ġiet ikkawżata mill-konvenut. ▐

(15)    Ir-rekwiżit tal-proporzjonalità għandu jiġi vvalutat b'attenzjoni wkoll meta jkun hemm riskju li d-divulgazzjoni tikxef l-istrateġija ta' investigazzjoni ta' awtorità tal-kompetizzjoni billi jiġi divulgat liema dokumenti huma parti mill-fajl jew jikkawża effett negattiv fuq il-mod li bih il-kumpaniji jikkooperaw mal-awtorità tal-kompetizzjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi evitat tiftix għal ġbir ta’ informazzjoni (fishing expeditions), jiġifieri talbiet bl-addoċċ għal informazzjoni jew dokumenti, bit-tama li jinkixef materjal li jkun ta’ għajnuna biex jinbena każ.

(16)    Meta l-qorti nazzjonali titlob lil qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex tiġbor evidenza jew titlob li tinġabar evidenza direttament minn Stat Membru ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001[7].

(17)    Filwaqt li l-evidenza rilevanti li jkun fiha sigrieti kummerċjali jew informazzjoni oħra kunfidenzjali għandha fil-prinċipju tkun disponibbli fl-azzjonijiet għad-danni, it-tali informazzjoni kunfidenzjali għandha tiġi protetta kif xieraq. Il-qrati nazzjonali għalhekk għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom firxa ta' miżuri biex it-tali informazzjoni kunfidenzjali ma tiġix divulgata matul il-proċedimenti. Dawn jistgħu jinkludu l-possibbiltà li jinħbew il-passaġġi sensittivi fid-dokumenti, li s-smigħ isir bil-magħluq, li jiġi ristrett l-għadd ta’ persuni bi dritt li jaraw l-evidenza, u li tingħata istruzzjoni lill-esperti biex jipproduċu sintesi tal-informazzjoni b’mod aggregat jew f’forma mhux kunfidenzjali. Miżuri li jipproteġu s-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra ma jistgħux, madankollu, jimpedixxu l-eżerċizzju tad-dritt għall-kumpens.

(18)    L-effettività u l-konsistenza tal-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jeħtieġu approċċ komuni fl-Unjoni rigward l-interazzjoni tar-regoli dwar id-divulgazzjoni tal-evidenza u l-mod kif dawn l-Artikoli jiġu infurzati minn awtorità tal-kompetizzjoni. Id-divulgazzjoni tal-evidenza ma għandhiex tnaqqas l-effettività tal-infurzar tal-liġi dwar il-kompetizzjoni minn awtorità tal-kompetizzjoni. Il-limitazzjonijiet għad-divulgazzjoni tal-evidenza ma għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni milli jippubblikaw id-deċiżjonijiet tagħhom skont ir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli.

(19)    Il-programmi ta' klemenza u l-proċeduri ta' riżolviment huma għodda importanti għall-infurzar pubbliku tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni minħabba li jikkontribwixxu għall-iskoperta, il-prosekuzzjoni effiċjenti u s-sanzjonar tal-aktar ksur serju tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. L-impriżi jistgħu jaqtgħu qalbhom milli jikkooperaw f'dan il-kuntest jekk id-divulgazzjoni tad-dokumenti li jipproduċu biss għal dan l-għan jesponihom għal responsabbiltà ċivili f'kundizzjonijiet agħar milli dawk tal-ko-kontraventuri li ma jikkooperawx mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni. Sabiex ikun żgurat li l-impriżi huma lesti li jipproduċu dikjarazzjonijiet minn jeddhom li jirrikonoxxu s-sehem tagħhom fi ksur tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-kompetizzjoni lil awtorità tal-kompetizzjoni fi programm ta’ klemenza jew proċedura ta’ riżolviment, tali dikjarazzjonijiet għandhom jiġu eżentati mid-divulgazzjoni tal-evidenza.

(20)    Barra minn hekk, eċċezzjoni dwar id-divulgazzjoni għandha tapplika għal kull miżura ta’ divulgazzjoni li tinterferixxi bla bżonn ma’ investigazzjoni li tkun għaddejja minn awtorità tal-kompetizzjoni rigward il-ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. L-informazzjoni li tħejjiet minn awtorità tal-kompetizzjoni matul il-proċedimenti tagħha għall-infurzar tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni (bħal pereżempju Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet) jew minn parti f'dawk il-proċedimenti (bħal pereżempju tweġibiet għat-talbiet ta' informazzjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni), għandhom għalhekk ikunu jistgħu jiġu divulgati f'azzjonijiet għad-danni biss wara li l-awtorità tal-kompetizzjoni tkun sabet ksur tar-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni jew inkella tkun temmet il-proċedimenti tagħha.

(21)    Il-qrati nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jordnaw, fil-kuntest ta' azzjoni għad-danni, id-divulgazzjoni tal-evidenza li teżisti irrispettivament mill-proċedimenti ta' awtorità tal-kompetizzjoni ("informazzjoni pre-eżistenti").

(22)    Kull persuna fiżika jew ġuridika li tikseb l-evidenza permezz tal-aċċess għall-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha ta' difiża b'rabta ma' investigazzjonijiet ta' awtorità tal-kompetizzjoni, tista' tuża dik l-evidenza għall-finijiet ta' azzjoni għad-danni li tkun parti minnha. Tali użu għandu wkoll jiġi permess għall-persuna fiżika jew legali li tkun ittrasferiet id-drittijiet u l-obbligi tagħha, inkluż permezz tax-xiri tal-pretensjoni tagħha. Fil-każ li l-evidenza tkun inkisbet minn persuna ġuridika li tifforma parti minn grupp korporattiv li jikkostitwixxi impriża waħda għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, l-użu tat-tali evidenza jkun permess ukoll għal entitajiet ġuridiċi oħra li jappartjenu lill-istess impriża.

(23)    Madankollu, l-użu ta’ evidenza miksuba minn awtorità tal-kompetizzjoni ma għandux inaqqas bla raġuni l-effettività tal-infurzar tal-liġi dwar il-kompetizzjoni minn dik l-awtorità tal-kompetizzjoni. ▐ Barra minn hekk, l-evidenza li tkun inkisbet minn awtorità tal-kompetizzjoni fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża ma għandhiex issir oġġett għall-kummerċ. Il-possibbiltà li tintuża l-evidenza li tkun inkisbet biss permezz tal-aċċess għall-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni għalhekk għandha tkun limitata għall-persuna fiżika jew ġuridika li eżerċitat id-drittijiet tagħha ta' difiża u s-suċċessuri legali tagħha, kif imsemmi fil-premessa preċedenti. Madankollu, din il-limitazzjoni ma tipprojbix lil qorti nazzjonali milli tordna d-divulgazzjoni ta' dik l-evidenza fil-kundizzjonijiet previsti f'din id-Direttiva.

(24)    Li ssir pretensjoni għad-danni, jew il-bidu ta’ investigazzjoni minn awtorità tal-kompetizzjoni, jinvolvi riskju li l-impriżi kkonċernati jistgħu jeqirdu jew jaħbu l-evidenza li tista' tkun utli biex tiġi sostanzjata pretensjoni għad-danni ta' parti li ġarrbet ħsara. Sabiex l-evidenza rilevanti ma tiġix distrutta u biex ikun żgurat li ordnijiet tal-qorti li jitolbu d-divulgazzjoni ta’ evidenza jitwettqu, il-qrati nazzjonali għandu jkollhom is-saħħa li jimponu sanzjonijiet suffiċjentement deterrenti. Safejn jirrigwarda l-partijiet fil-proċedimenti, ir-riskju li jsiru inferenzi negattivi fil-proċedimenti għad-danni jista' jkun sanzjoni partikolarment effettiva u jista' jevita dewmien żejjed. Għandu jkun hemm ukoll sanzjonijiet għal min ma jonorax l-obbligu ta' protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali u għal użu abbużiv minn informazzjoni li tkun divulgata. B'mod simili, is-sanzjonijiet għandhom ikunu disponibbli jekk l-informazzjoni miksuba permezz tal-aċċess għall-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni bl-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża fir-rigward tal-investigazjonijiet ta' dik l-awtorità tal-kompetizzjoni, tintuża b'mod abbużiv f'azzjonijiet għad-danni.

(25)    L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jipprevedi li meta l-qrati nazzjonali jiddeċiedu dwar ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki skont l-Artikolu 101 jew 102 TFUE li diġà huma s-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni. Sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, biex ma jkunx hemm inkonsistenza fl-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, biex tiżdied l-effettività u l-effikaċja proċedurali tal-azzjonijiet għad-danni u biex jitrawwem il-funzjonament tas-suq intern għall-impriżi u l-konsumaturi, b'mod simili ma għandux ikun possibbli li tiġi ddubitata deċiżjoni finali ta' awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali jew qorti tal-appell li ssib ksur tal-Artikoli 101 jew 102 TFUE f’azzjonijiet għad-danni relatati mal-istess ksur, irrispettivament jekk l-azzjoni tressqitx fl-Istat Membru fejn hemm l-awtorità jew il-qorti tal-appell. L-istess għandu japplika għal deċiżjoni li fiha ġie konkluż li d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni nkisru f'każijiet fejn il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni huma applikati fl-istess każ u b'mod parallel. Dan l-effett tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali u l-qrati tal-appell li jsibu ksur tar-regoli dwar il-kompetizzjoni għandu japplika għall-parti operattiva tad-deċiżjoni u l-premessi ta' appoġġ tagħha. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni billi tipprovdi b’mod trasparenti fil-qafas tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni gwida b’saħħitha lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali rigward id-deċiżjonijiet tagħhom. Dan huwa bla ħsara għad-drittijiet u l-obbligi tal-qrati nazzjonali skont l-Artikolu 267 TFUE.

(26)    Ir-regoli nazzjonali dwar il-bidu, it-tul, is-sospensjoni jew l-interruzzjoni tal-perjodi ta’ preskrizzjoni ma għandhomx ixekklu milli jitressqu azzjonijiet għad-danni. Dan huwa partikolarment importanti fir-rigward tal-azzjonijiet li jibnu fuq is-sejba ta’ ksur ta’ awtorità tal-kompetizzjoni jew ta’ qorti tal-appell. Għal dan il-għan, xorta tkun tista’ titressaq azzjoni għad-danni wara l-proċedimenti ta’ awtorità tal-kompetizzjoni, bil-għan li tiġi infurzata l-liġi nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu jew jintroduċu perjodi ta’ preskrizzjoni assoluti li jkunu ġeneralment applikabbli.

(27)    Meta bosta impriżi jiksru r-regoli dwar il-kompetizzjoni b'mod konġunt (bħal pereżempju fil-każ ta' kartell) huwa xieraq li jiġi previst li dawn il-kontraventuri konġunti jkunu responsabbli in solidum għall-ħsara kollha kkawżata mill-ksur. Fosthom, il-kontraventuri konġunti għandu jkollhom id-dritt li jiksbu kontribuzzjoni jekk waħda mill-impriżi li jkunu għamlu l-ksur tkun ħallset aktar mis-sehem tagħha. Id-determinazzjoni ta' dak is-sehem bħala r-responsabbiltà relattiva ta' kontraventur speċifiku u l-kriterji rilevanti, bħal pereżempju l-fatturat, is-sehem fis-suq, jew ir-rwol fil-kartell, hija kwistjoni għal-liġi nazzjonali applikabbli, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji tal-effettività u l-ekwivalenza.

(28)    L-impriżi li jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fi programm ta' klemenza għandhom rwol ewlieni fl-iskoperta ta' ksur ta' kartell sigriet u biex iwaqqfu dan il-ksur, u b'hekk ta' spiss inaqqsu l-ħsara li setgħet tiġi kkawżata li kieku kompla sar il-ksur. Għalhekk huwa xieraq li jiġi previst li l-impriżi li jkunu rċevew l-immunità minn multi minn awtorità tal-kompetizzjoni f'programm ta' klemenza jiġu protetti milli jiġu esposti mingħajr raġuni għall-pretensjonijiet għad-danni, filwaqt li jitqies li d-deċiżjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni li tkun sabet il-ksur tista' ssir finali għal dak li qed jirċievi l-immunità qabel ma ssir finali għal impriżi oħra li ma jkunux irċevew l-immunità. Għalhekk huwa xieraq li l-benefiċjarju tal-immunità jinħeles fil-prinċipju mill-obbligazzjoni in solidum għall-ħsara kollha u li l-kontribuzzjoni tiegħu ma jaqbiżx l-ammont tal-ħsara kkawżata lix-xerrejja diretti jew indiretti tiegħu stess jew, fil-każ ta' kartel għax-xiri, il-fornituri diretti jew indiretti tiegħu. Sal-punt fejn kartell ikun ikkawża ħsara lil oħrajn li mhumiex il-klijenti/il-fornituri tal-impriżi li jkunu wettqu l-ksur, il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju tal-immunità ma għandhiex taqbeż ir-responsabbiltà relattiva tiegħu għall-ħsara kkawżata mill-kartell. Dan is-sehem għandu jiġi determinat skont l-istess regoli li ntużaw biex jiġu determinati l-kontribuzzjonijiet fost l-impriżi li wettqu l-ksur. Il-benefiċjarju tal-immunità għandu jibqa' responsabbli bis-sħiħ għall-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara għajr ix-xerrejja jew il-fornituri diretti jew indiretti tiegħu biss meta dawn ma jkunux jistgħu jiksbu kumpens sħiħ minn impriżi oħra li wettqu ksur.

(29)    Il-konsumaturi u l-impriżi li jkunu ġarrbu ħsara minn ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni huma intitolati għal kumpens għat-telf reali u għat-telf mill-profitt. It-telf reali jista’ jirriżulta mid-differenza fil-prezz bejn dak li filfatt tħallas u dak li kellu jitħallas kieku ma kienx hemm il-ksur tal-liġi. Meta parti li tkun ġarrbet ħsara tkun naqqset it-telf reali tagħha billi tittrasferih kollu jew parzjalment lix-xerrejja tagħha stess, it-telf li jkun ġie trasferit ma jkunx jirrappreżanta aktar ħsara li għaliha l-parti li tkun ittrasferietu għandha tikseb kumpens. Għalhekk huwa xieraq fil-prinċipju li l-impriża li tkun wettqet il-ksur tiġi permessa li tinvoka t-trasferiment tat-telf reali bħala difiża kontra pretensjoni għad-danni. Huwa xieraq li jiġi previst li l-impriża li wettqet il-ksur, sakemm tinvoka d-difiża bbażata fuq it-trasferiment, trid tagħti prova tal-eżistenza u l-limitu tat-trasferiment tal-ispejjeż żejda.

(31)    Il-konsumaturi jew l-impriżi, li lilhom ġie trasferit it-telf reali ġarrbu ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. Filwaqt li tali ħsara għandha tiġi kkumpensata mill-impriża li tkun għamlet il-ksur, jista’ jkun partikolarment diffiċli għall-konsumaturi jew għall-impriżi li ma xtrawx huma stess mingħand dik l-impriża biex jippruvaw l-ambitu tal-ħsara. Sabiex tiġi ppruvata l-eżistenza ta’ trasferiment, ix-xerrej indirett għandu għalhekk tal-inqas juri li l-konvenut ikun wettaq ksur tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-kompetizzjoni, li l-ksur irriżulta fi spejjeż żejda għax-xerrej dirett tal-konvenut, li x-xerrej indirett ikun xtara l-oġġetti jew is-servizzi li kienu s-suġġett tal-ksur jew ikun xtara oġġetti jew servizzi li kienu rriżultaw minn jew kien fihom l-oġġetti jew is-servizzi li kienu s-suġġett tal-ksur u li x-xerrej indirett ikun xtara dawk l-oġġetti jew is-servizzi mingħand ix-xerrej dirett jew mingħand xerrej indirett ieħor li għandu rabta diretta mal-konvenut permezz tal-katina tal-provvista. Fir-rigward tal-kwantifikazzjoni tat-trasferiment, il-qorti nazzjonali għandu jkollha s-setgħa li tikkalkola liema sehem tal-ispejjeż żejda ġie ttrasferit għal-livell tax-xerrejja indiretti fit-tilwima pendenti quddiemha. ▐

(32)    Il-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni ta' spiss jirrigwarda l-kundizzjonijiet u l-prezz li bih jinbigħu l-oġġetti jew is-servizzi u jwassal għal spejjeż żejda u ħsara oħra għall-klijenti tal-impriżi li jkunu qed jagħmlu l-ksur. Il-ksur jista' wkoll jikkonċerna l-provvisti lill-impriża li tkun qed tagħmel il-ksur (pereżempju fil-każ ta' kartell tax-xerrej). Din id-Direttiva u b'mod partikolari r-regoli dwar it-trasferiment għandhom japplikaw kif xieraq.

(33)    L-azzjonijiet għad-danni jistgħu jitressqu kemm mill-partijiet li ġarrbu l-ħsara li xtraw l-oġġetti jew is-servizzi mingħand l-impriża li għamlet il-ksur kif ukoll minn xerrejja iktar l-isfel fil-katina tal-provvista. Fl-interess ta' konsistenza bejn is-sentenzi li jirriżultaw minn tali proċedimenti relatati u għalhekk biex ikun evitat li l-ħsara kkawżata mill-ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni ma tiġix kkumpensata kollha kemm hi jew li l-impriża li għamlet il-ksur tkun meħtieġa tħallas għall-ħsara li ma tkunx saret, il-qrati nazzjonali għandhom iqisu kif dovut, sakemm ikun permess skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, kwalunkwe azzjoni relatata u sentenza mogħtija, partikolarment fejn issib li kien hemm prova ta' trasferiment. Dan għandu jkun bla ħsara għad-drittijiet fundamentali tad-difiża u għal rimedju effettiv u proċess ġust ta' dawk li ma kinux partijiet f'dawn il-proċedimenti ġudizzjarji. Tali azzjonijiet pendenti quddiem il-qrati ta’ Stati Membri differenti, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8]. Taħt din id-dispożizzjoni, il-qrati nazzjonali ħlief dik imqabbda l-ewwel mill-każ, jistgħu jissospendu l-proċeduri jew, taħt ċerti ċirkustanzi, jirrifjutaw li jagħtu sentenza.

(34)    Parti li tkun ġarrbet ħsara li tkun tat prova li ġarrbet ħsara bħala riżultat minn ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, xorta trid tagħti prova tal-limitu tal-ħsara mġarrba sabiex tikseb id-danni. Il-kwantifikazzjoni tal-ħsara tal-antitrust hija proċess li jirrikjedi l-preżentazzjoni ta’ ħafna fatti u hemm il-possibbiltà li tkun meħtieġa l-applikazzjoni ta’ mudelli ekonomiċi kumplessi. Dan ta' spiss huwa proċess għali u jikkawża diffikultajiet għall-partijiet li ġarrbu ħsara fir-rigward tal-ksib tad-dejta meħtieġa biex isostnu l-pretensjonijiet tagħhom. Fil-fatt, il-kwantifikazzjoni tal-ħsara tal-antitrust tista' tikkostitwixxi ostakolu sostanzjali li jipprojbixxi lill-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara milli jiksbu d-danni ta' kumpens għall-ħsara mġarrba. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw ir-regoli tagħhom stess dwar il-kwantifikazzjoni. Sabiex ikunu żgurati regoli ċari u prevedibbiltà, il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida ulterjuri fil-livell tal-Unjoni.

(35)    Bħala rimedju ▌għal xi ftit mid-diffikultajiet assoċjati mal-kwantifikazzjoni tal-ħsara tal-antitrust, il-qrati nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu l-eżistenza u jikkalkulaw l-ammont ta’ ħsara billi jqisu l-evidenza ppreżentata mill-partijiet.

(36)    Fin-nuqqas ta' regoli tal-Unjoni dwar il-kwantifikazzjoni tal-ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, is-sistema legali domestika ta' kull Stat Membru u l-qrati nazzjonali għandhom jiddeterminaw liema rekwiżiti għandha tissodisfa l-parti li ġarrbet il-ħsara meta tagħti prova tal-ammont ta' ħsara li tkun ġarrbet, l-eżattezza li biha għandha tagħti prova ta' dak l-ammont, il-metodi li jistgħu jintużaw fil-kwantifikazzjoni tal-ammont u l-konsegwenzi ta' jekk ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha stabbiliti. Madankollu, dawn ir-rekwiżiti domestiċi ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw azzjonijiet domestiċi simili (il-prinċipju tal-ekwivalenza) u lanqas ma għandhom jagħmlu l-eżerċizzju tad-dritt tal-Unjoni għad-danni prattikament impossibbli jew diffiċli ħafna (il-prinċipju tal-effettività). F'dan ir-rigward għandhom jitqiesu l-asimmetriji tal-informazzjoni possibbli bejn il-partijiet u l-fatt li l-kwantifikazzjoni tal-ħsara tirrikjedi valutazzjoni ta' kif is-suq ikkonċernat kien jevolvi li kieku ma kienx sar ksur; Din il-valutazzjoni timplika paragun ma' sitwazzjoni li b'definizzjoni hija ipotetika u għalhekk ma tista' qatt issir b'eżattezza totali. Għalhekk huwa xieraq li l-qrati nazzjonali jingħataw is-setgħa li jagħmlu stima tal-ammont tal-ħsara kkawżata mill-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jintalbu, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jagħtu gwida dwar il-kwantifikazzjoni.

(37)    Il-partijiet li ġarrbu l-ħsara u l-impriżi li għamlu l-ħsara għandhom jiġu mħeġġa biex jaqblu fuq kumpens tal-ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni permezz ta' mekkaniżmi għas-soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim bħal pereżempju riżolvimenti barra mill-qorti, l-arbitraġġ u l-medjazzjoni. Fejn ikun possibbli, it-tali soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim għandha tkopri l-aktar partijiet li ġarrbu l-ħsara u impriżi li għamlu l-ksur possibbli. Id-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva dwar is-soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim għalhekk huma maħsuba biex jiffaċilitaw l-użu tat-tali mekkaniżmi u jżidu l-effettività tagħhom.

(38)    Il-perjodi ta' preskrizzjoni għat-tressiq ta' azzjoni għad-danni jistgħu jkunu b'mod li jimpedixxu lill-partijiet li ġarrbu l-ħsara u l-imprizi li għamlu l-ħsara milli jkollhom biżżejjed żmien biex jaslu għal qbil dwar il-kumpens li għandu jitħallas. Sabiex it-tnejn jingħataw l-opportunità ġenwina biex ifittxu soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim qabel ma jibdew il-proċedimenti quddiem il-qorti nazzjonali, il-perjodu ta' preskrizzjoni għalhekk għandu jiġi sospiż għat-tul ta' żmien tal-proċess ta' soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim.

(39)    Barra minn hekk, meta l-partijiet jiddeċiedu li jfittxu soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim wara li tkun tressqet azzjoni għad-danni quddiem il-qorti nazzjonali għall-istess pretensjoni, dik il-qorti għandha tkun tista' tissospendi l-proċedimenti li tressqu quddiemha għat-tul ta' żmien tal-proċess ta' soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim. Meta tqis jekk għandhomx jiġu sospiżi l-proċedimenti, il-qorti nazzjonali għandha tqis l-interess fi proċedura espedjenti.

(40)    Biex jitħeġġew ir-riżolvimenti kunsenswali, impriża li tkun għamlet ksur li tħallas id-danni permezz ta' soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim ma għandhiex titqiegħed f'pożizzjoni vis-à-vis il-ko-kontraventuri tagħha agħar minn dik li kienet tkun fiha mingħajr is-soluzzjoni kunsenswali. Dan jista' jseħħ jekk kontraventur fir-riżolviment għat-tilwim ikun baqa' responsabbli in solidum għall-ħsara kkawżata mill-ksur anke wara li jinsab riżolviment kunsenswali. Għalhekk kontraventur fir-riżolviment fil-prinċipju ma għandux jikkontribwixxi għall-ko-kontraventuri tiegħu mhux fir-riżolviment meta dawn tal-aħħar ikunu ħallsu d-danni lill-parti li tkun ġarrbet il-ħsara li magħha l-ewwel kontraventur ikun sab soluzzjoni qabel. Il-konnessjoni ta' din ir-regola ta' nonkontribuzzjoni hija li l-pretensjoni tal-parti li ġarrbet il-ħsara titnaqqas bis-sehem tal-kontraventur fir-riżolviment tal-ħsara kkawżata lilha. Dan is-sehem għandu jiġi determinat skont l-istess regoli li ntużaw biex jiġu determinati l-kontribuzzjonijiet fost l-impriżi li wettqu l-ksur. Mingħajr it-tali tnaqqis, il-kontraventuri mhux fir-riżolviment jkunu affettwati mingħajr bżonn mir-riżolviment li fih ma kinux parti. Il-ko-kontraventur fir-riżolviment xorta jkollu jħallas għad-danni jekk din tkun l-unika possibbiltà għall-parti li tkun ġarrbet il-ħsara li tikseb kumpens sħiħ.

(41)    Meta l-ko-kontraventuri fir-riżolviment jintalbu biex jikkontribwixxu għad-danni li jkunu tħallsu sussegwentement mill-ko-kontraventuri mhux fir-riżolviment, il-qorti nazzjonali għandha tqis id-danni li diġà jkunu tħallsu permezz tar-riżolviment kunsenswali, u b'hekk tkun qed iżżomm f'moħħha li mhux il-ko-kontraventuri kollha huma neċessarjament involuti b'mod ugwali fl-ambitu sostantiv, temporali u ġeografiku sħiħ tal-ksur.

(42)    Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta.

(43)    Peress li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tistabbilixxi regoli dwar azzjonijiet għad-danni għal ksur tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni sabiex jiġi żgurat l-effett sħiħ tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern għall-impriżi u l-konsumaturi, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-effettività u l-konsistenza meħtieġa fl-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(44)    F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011[9], l-Istati Membri impenjaw ruħhom li f’każijiet ġustifikati jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument jew bosta dokumenti li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' tali dokumenti hija ġġustifikata.

(44a)  Peress li din id-Direttiva se tibdel b’mod sostanzjali l-liġijiet ta’ bosta Stati Membri dwar il-litigazzjoni ċivili, b’mod partikolari rigward id-divulgazzjoni ta’ evidenza, għandu jiġi stabbilit reġim tranżitorju xieraq għall-pretensjonijiet għad-danni li jkunu pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Għaldaqstant il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri adottati għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jappikaw biss għal kwistjonijiet imressqa quddiem qorti nazzjonali wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva

1.          Din id-Direttiva tistipula ċerti regoli meħtieġa biex ikun żgurat li kwalunkwe persuna li ġarrbet ħsara kkawżata minn ksur tal-Artikolu 101 jew 102 TFUE jew tal-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni minn impriża jew grupp ta’ impriżi, tista’ b’mod effettiv teżerċita d-dritt ta’ pretensjoni għal kumpens sħiħ għal dik il-ħsara mingħand dik l-impriża jew dak il-grupp. Tistabbilixxi wkoll regoli li jrawmu l-kompetizzjoni mhux imxekkla fis-suq intern u li jneħħu l-ostakoli għall-funzjonament tajjeb tagħha billi jiżguraw protezzjoni ekwivalenti fl-Unjoni kollha għal dawk li jkunu ġarrbu tali ħsara.

2.          Din id-Direttiva tistipula wkoll regoli għall-koordinazzjoni bejn l-infurzar tar-regoli dwar il-kompetizzjoni mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-infurzar ta' dawn ir-regoli f'azzjonijiet għad-danni quddiem il-qrati nazzjonali.

Artikolu 2

Dritt għal kumpens sħiħ

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna li tkun ġarrbet ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni tkun tista’ titlob u tikseb kumpens sħiħ għal dik il-ħsara.

2.          Kumpens sħiħ għandu jqiegħed lil persuna li tkun ġarrbet il-ħsara fil-pożizzjoni li kienet tkun fiha li kieku l-ksur ma sarx. Għandu ▌jinkludi kumpens għat-telf reali u għat-telf ta’ profitt, u l-ħlas tal-imgħax ▌.

2a.        Kumpens sħiħ ma għandux jinkludi danni oħra bħal danni punittivi jew danni multipli, u penali li jwasslu għal kumpens eċċessiv.

3.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara jistgħu jeżerċitaw b'mod effettiv il-pretensjonijiet tagħhom għad-danni.

3a.        Il-livell totali tal-multi u d-danni mħallsa ma għandux jiġi affettwat minn proċedimenti min-naħa tal-awtorità tal-kompetizzjoni li jsegwu jew jippreċedu azzjoni privata. L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni għandhom jorbtu flimkien il-livell totali ta’ multi u danni mħallsa, pereżempju permezz tad-differiment ta’ parti mill-multa meta x’aktarx ikunu se jinbdew proċedimenti. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan la jirriżulta f’inċertezza dejjiema rigward il-ftehim finali għall-impriża li tkun wettqet il-ksur, u lanqas ma jaffettwa d-dritt tal-individwi u l-impriżi li jiġu kkumpensati għall-ħsara li jkunu ġarrbu.

Artikolu 3

Prinċipji ta’ effettività u ekwivalenza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli u l-proċeduri nazzjonali kollha rigward azzjonijiet għad-danni jkunu mfassla u applikati b'mod li jiżgura li kull parti li tkun ġarrbet il-ħsara tkun tista' teżerċita b'mod effettiv id-dritt tal-Unjoni għal kumpens sħiħ għall-ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. Kwalunkwe regola jew proċedura nazzjonali rigward azzjonijiet għad-danni li jirriżultaw minn ksur tal-Artikolu 101 jew 102 TFUE ma għandhiex tkun inqas favorevoli għall-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara milli għal dawk li jirregolaw azzjonijiet għad-danni li jirriżultaw minn ksur tal-liġi nazzjonali.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)         “ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni” tfisser ksur tal-Artikolu 101 jew 102 TFUE jew tal-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni;

(2)         “il-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni” tfisser id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li b'mod predominanti jsegwu l-istess għanijiet bħal dawk tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u li huma applikati għall-istess każ u b'mod parallel mal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, iżda ma tinkludix id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimponu pieni kriminali fuq persuni fiżiċi ħlief safejn dawn il-pieni huma l-mezz li bih hija infurzata l-liġi dwar il-kompetizzjoni.

(3)         “azzjoni għad-danni” tfisser azzjoni skont il-liġi nazzjonali li biha parti li tkun ġarrbet ħsara titlob kumpens għad-danni quddiem qorti nazzjonali u din tista’ wkoll tkopri azzjonijiet li bihom xi ħadd li jaġixxi f'isem ta’ parti jew bosta partijiet li jkunu ġarrbu ħsara tressaq talba għad-danni quddiem qorti nazzjonali, meta l-liġi nazzjonali tipprevedi din il-possibbiltà;

(4)         “talba għad-danni” tfisser talba għal kumpens għal ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni;

(5)         “parti li ġarrbet ħsara” tfisser kull min ikun ġarrab ħsara minħabba ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni;

(6)         “awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni” tfisser awtorità nnominata minn Stat Membru skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni;

(7)         “awtorità tal-kompetizzjoni” tfisser il-Kummissjoni jew awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni;

(8)         “qorti nazzjonali” tfisser kwalunkwe qorti jew tribunal ta' Stat Membru skont it-tifsira tal-Artikolu 267 tat-Trattat;

(9)         “qorti tal-appell” tfisser qorti nazzjonali li għandha s-setgħa tirrevedi d-deċiżjonijiet ta' awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, li fil-kuntest tagħha jista' jkun ukoll li jkollha s-setgħa li ssib ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni;

(10)       “deċiżjoni dwar ksur” tfisser deċiżjoni ta’ awtorità tal-kompetizzjoni jew qorti tal-appell li ssib ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni;

(11)       “deċiżjoni ta’ ksur finali” tfisser deċiżjoni dwar ksur li ma tistax tiġi appellata;

(12)       “kartell” tfisser żewġ kompetituri orizzontali jew iżjed li jikkoordinaw l-imġiba tagħhom f’suq biex jiggwadanjaw kirjiet ogħla minn dawk possibbli f’kompetizzjoni normali, jew li jikkoordinaw l-imġiba ▌tagħhom f’suq biex jeskludu impriżi li joperaw f’kundizzjonijiet normali ta’ suq milli jiksbu sehem mis-suq, permezz ta’ prattiki bħal, fost l-oħrajn, l-iffissar jew il-koordinazzjoni tal-prezzijiet tal-bejgħ jew tax-xiri jew ta’ kundizzjonijiet kummerċjali oħrajn, prattiki abużivi ta’ għoti ta’ liċenzji, l-allokazzjoni tal-kwoti tal-produzzjoni jew tal-bejgħ, il-kondiviżjoni tas-swieq u l-klijenti inklużi l-immanuvrar tal-offerti, ir-restrizzjonijiet tal-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet ▌jew l-azzjonijiet antikompetittivi kontra kompetituri oħra;

(13)       “programm ta’ klemenza” tfisser programm li jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE jew id-dispożizzjoni korrispondenti skont il-liġi nazzjonali li fuq il-bażi tiegħu parteċipant f’kartell sigriet, b’mod indipendenti mill-impriżi l-oħra involuti fil-kartell, jikkoopera ma’ investigazzjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni, billi jipprovdi b’mod volontarju preżentazzjonijiet tal-għarfien tiegħu tal-kartell u r-rwol tiegħu fih, u bħala skambju għal dan il-parteċipant jirċievi l-immunità minn kwalunkwe multa li għandha tiġi imposta għall-kartell jew tnaqqis tat-tali multa;

(14)       “dikjarazzjoni▐ ta’ klemenza” tfisser preżentazzjoni orali jew bil-miktub ipprovduta b’mod volontarju minn, jew f’isem, impriża lil awtorità tal-kompetizzjoni, jew rekord tagħha, li tiddeskrivi l-għarfien tal-impriża dwar kartell sigriet u r-rwol tagħha fih, li tkun tfasslet speċifikament biex titressaq lill-awtorità bil-għan li tinkiseb immunità jew tnaqqis tal-multi taħt programm ta’ klemenza rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE jew id-dispożizzjoni korrispondenti skont il-liġi nazzjonali; dan ma jinkludix dokumenti jew informazzjoni li teżisti irrispettivament mill-proċedimenti ta' awtorità tal-kompetizzjoni ("informazzjoni pre-eżistenti");

(15)       “sottomissjoni ta' ftehim” tfisser preżentazzjoni pprovduta b'mod volontarju minn, jew f’isem impriża lil awtorità tal-kompetizzjoni li tiddeskrivi l-għarfien mill-impriża tas-sehem tagħha fil-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni u r-responsabbiltà tagħha f'dak il-ksur, li tkun tfasslet speċifikament bħala talba formali sabiex l-awtorità tapplika proċedura mħaffa;

(16)       “spejjeż żejda” tfisser id-differenza▐ bejn il-prezz imħallas realment minħabba ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni u l-prezz li kellu jitħallas fin-nuqqas ta’ tali ksur;

(17)       “riżolviment kunsenswali” tfisser ftehim li bih jitħallsu d-danni wara soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim;

(17a)     “xerrej dirett” tfisser klijent dirett ta’ impriża li tkun wettqet ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni;

(17b)     “xerrej indirett” tfisser xerrej ta’ prodotti jew servizzi ta’ impriża li tkun wettqet ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, li ma jkunx xtara dawk il-prodotti direttament mill-impriża li tkun wettqet il-ksur.

KAPITOLU II

DIVULGAZZJONI TA’ EVIDENZA

Artikolu 5

Divulgazzjoni ta’ evidenza

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi proċedimenti relatati ma’ azzjoni għad-danni quddiem qorti nazzjonali fl-Unjoni fuq talba ta’ pretendent li jkun ippreżenta ġustifikazzjoni motivata li jkun fiha biżżejjed fatti u evidenza disponibbli biex jappoġġjaw il-plawsibbiltà tal-pretensjoni tiegħu għad-danni, il-qrati nazzjonali jistgħu jordnaw lill-konvenut jew lil parti terza jiddivulgaw l-evidenza rilevanti, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jkunu jistgħu wkoll jordnaw lill-pretendent jew parti terza biex jiddivulgaw l-evidenza fuq talba tal-konvenut.

Dan il-paragrafu huwa bla ħsara għad-drittijiet u l-obbligi tal-qrati nazzjonali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001.

1a.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jitolbu d-divulgazzjoni tal-evidenza mingħand l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni meta l-konvenut ma jipprovdix l-evidenza mitluba.

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jkunu jistgħu jordnaw id-divulgazzjoni ta’ partijiet speċifikati tal-evidenza jew kategoriji tagħha, limitati bl-aktar mod preċiż u bl-idjaq mod possibbli abbażi ta’ fatti disponibbli b’mod raġonevoli fil-ġustifikazzjoni motivata, li jkunu fil-kontroll tal-parti l-oħra jew ta’ parti terza, u li huma meħtieġa biex tiġi stmata l-ħsara kkawżata, skont l-Artikolu 2.

3.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jillimitaw id-divulgazzjoni tal-evidenza għal dak li huwa proporzjonat u li huwa marbut ma' azzjoni għad-danni fl-Unjoni. Meta jiddeterminaw jekk kwalunkwe divulgazzjoni mitluba minn parti hijiex proporzjonata, il-qrati nazzjonali għandhom iqisu l-interessi pubbliċi involuti u l-interessi leġittimi tal-partijiet privati u l-partijiet terzi kollha kkonċernati. Partikolarment għandhom jikkunsidraw:

(a)     il-possibbiltà li l-ksur allegat tal-liġi dwar il-kompetizzjoni jkun sar;

(aa)     il-ħtieġa li tiġi salvagwardjata l-effikaċja tal-infurzar pubbliku tal-liġi dwar il-kompetizzjoni;

(b)       l-ambitu u l-ispiża tad-divulgazzjoni, speċjalment jekk hemm partijiet terzi involuti, anke bil-ħsieb li jiġi evitat tiftix għal ġbir ta’ informazzjoni;

(c)       jekk l-evidenza li għandha tiġi divulgata fihiex informazzjoni kunfidenzjali, speċjalment li tikkonċerna l-partijiet terzi, u l-arranġamenti għall-protezzjoni tat-tali informazzjoni kunfidenzjali; kif ukoll

(d)       fil-każijiet fejn il-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni qed jiġi jew ġie investigat minn awtorità tal-kompetizzjoni, jekk it-talba ġietx ifformulata speċifikament fir-rigward tan-natura, is-suġġett jew il-kontenut tat-tali dokumenti▐ sottomessi lil awtorità tal-kompetizzjoni jew miżmuma fil-fajl tat-tali awtorità tal-kompetizzjoni.

4.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jkollhom is-setgħa li jordnaw id-divulgazzjoni ta’ evidenza rilevanti li jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali meta jikkunsidrawha rilevanti għall-azzjoni għad-danni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jordnaw id-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni, il-qrati nazzjonali jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom miżuri effettivi biex tiġi protetta informazzjoni bħal din▐.

5.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jagħtu effett sħiħ lill-privileġġ professjonali legali applikabbli skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni meta jordnaw id-divulgazzjoni tal-evidenza.

L-interess tal-impriżi li jevitaw azzjonijiet għad-danni wara ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni ma għandux jikkostitwixxi interess li jistħoqqlu protezzjoni.

5a.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet interessati li jkollhom fil-pussess tagħhom dokument li jintalab għad-divulgazzjoni jinstemgħu qabel ma qorti nazzjonali tordna d-divulgazzjoni skont dan l-Artikolu fir-rigward tal-informazzjoni li tirriżulta mid-dokumenti speċifikati.

6.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, safejn il-qrati tagħhom ikollhom is-setgħat biex jordnaw id-divulgazzjoni mingħajr is-smigħ tal-persuna li mingħandha qed tintalab id-divulgazzjoni, l-ebda penalità għan-nuqqas ta' konformità ma' tali ordni ma tkun tista' tiġi imposta sakemm id-destinatarju tat-tali ordni ma jkunx ingħata l-possibbiltà li jinstema' mill-qorti nazzjonali.

7.          L-evidenza għandha tinkludi kull tip ta’ evidenza ammissibbli quddiem il-qorti nazzjonali vestita, partikolarment dokumenti u kull oġġett ieħor li jkun jinkludi informazzjoni irrispettivament mill-mezz fejn l-informazzjoni hija maħżuna.

8.          Bla ħsara għall-obbligu stipulat fil-paragrafu 4 u l-limiti stipulati fl-Artikolu 6, dan l-Artikolu ma għandux jostakola lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu regoli li jistgħu jwasslu għal divulgazzjoni usa’ ta’ evidenza.

Artikolu 6

▐ Divulgazzjoni tal-evidenza inkluża fil-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-fini tal-azzjonijiet għad-danni, meta l-qrati nazzjonali ▌jordnaw id-divulgazzjoni tal-evidenza inkluża fil-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin, soġġett għall-Artikolu 5.

Dan il-Kapitolu huwa bla ħsara għar-regoli u l-prattiki skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-aċċess għad-dokumenti.

1a.        Fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità ta’ ordni ta’ divulgazzjoni ta’ informazzjoni, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(3), il-qrati nazzjonali għandhom iqisu jekk it-talba tkunx ġiet ifformulata speċifikament fir-rigward tan-natura, l-iskop jew il-kontenut tad-dokumenti pjuttost milli permezz ta’ applikazzjoni mhux speċifika li tikkonċerna dokumenti sottomessi lil awtorità tal-kompetizzjoni u jekk il-parti li titlob id-divulgazzjoni tkunx qed tagħmel dan b’rabta ma’ azzjoni għad-danni quddiem qorti nazzjonali.

Fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità ta’ ordni ta’ divulgazzjoni ta’ evidenza skont il-paragrafi 2 u 2a, il-qrati nazzjonali għandhom iqisu l-interess ta’ infurzar pubbliku effettiv tal-liġi dwar il-kompetizzjoni.

2.          ▐ Il-qrati nazzjonali jistgħu jordnaw id-divulgazzjoni tal-kategoriji ta' evidenza li ġejjin biss wara li awtorità tal-kompetizzjoni tkun temmet, bi kwalunkwe mezz, il-proċedimenti tagħha:

(a)       l-informazzjoni li tħejjiet minn persuna fiżika jew ġuridika speċifikament għall-proċedimenti ta' awtorità tal-kompetizzjoni;

(b)       l-informazzjoni li tfasslet u ntbagħtet lill-partijiet minn awtorità tal-kompetizzjoni matul il-proċedimenti tagħha;

(ba)     offerti ta’ riżolviment kunsenswali li ġew irtirati.

2a.        Bħala regola ġenerali, il-qrati nazzjonali ma jistgħu fl-ebda mument jordnaw lil parti jew parti terza biex tiddivulga xi waħda mill-kategoriji ta’ evidenza li ġejjin, fi kwalunkwe forma:

(a)       dikjarazzjonijiet ta’ klemenza; jew

(b)       sottomissjonijiet ta' ftehim.

2b.        Meta pretendent ikun ippreżenta fatti u evidenza disponibbli b’mod raġonevoli li jagħtu biżżejjed provi li ċerta dejta jew informazzjoni li tappartjeni għal dokument imdaħħal fil-fajl ta’ awtorità tal-kompetizzjoni u li ma tistax tingħata mod ieħor tkun neċessarja biex jiġi determinat id-dannu u tiġi appoġġjata l-pretensjoni tiegħu, il-qrati nazzjonali, meta l-argumenti tal-pretendent prima facie jkollhom bażi soda, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 5 jistgħu:

(a)       jikkonsultaw u janalizzaw dan id-dokument;

(b)       jisimgħu lill-partijiet interessati li jkunu fil-pussess tiegħu; kif ukoll

(c)       jordnaw id-divulgazzjoni limitata tad-dejta jew tal-partijiet rilevanti tad-dokument ikkonċernat li jkunu strettament meħtieġa biex ir-rikorrent jiġi pprovdut bil-livell ta’ informazzjoni meħtieġ għal dak il-għan skont kundizzjonijiet xierqa li jħarsu l-interess pubbliku u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni.

3.          Id-divulgazzjoni tal-evidenza fil-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni li ma taqax taħt waħda mill-kategoriji elenkati f’dan l-Artikolu tista’ tiġi ordnata fl-azzjonijiet għad-danni fi kwalunkwe mument bla ħsara għal dan l-Artikolu.

3a.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jew il-partijiet interessati li jkollhom fil-pussess tagħhom dokument rilevanti għal azzjoni għad-danni jinstemgħu qabel ma qorti nazzjonali tordna d-divulgazzjoni ta’ dak id-dokument jew tal-informazzjoni li tirriżulta minnu skont dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Limiti għall-użu tal-evidenza miksuba biss permezz tal-aċċess għall-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-evidenza elenkata fl-Artikolu 6(2) li tinkiseb minn persuna fiżika jew ġuridika biss permezz tal-aċċess għall-fajl ta’ awtorità tal-kompetizzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha tad-difiża skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003, jew id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-liġi nazzjonali ma tkunx ammissibbli fl-azzjonijiet għad-danni sakemm dik l-awtorità tal-kompetizzjoni tkun temmet il-proċedimenti tagħha jew tkun ħadet deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 5 jew fil-Kapitolu III tar-Regolament Nru 1/2003.

3.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-evidenza li tinkiseb minn persuna fiżika jew ġuridika biss permezz tal-aċċess għall-fajl ta’ awtorità tal-kompetizzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha tad-difiża skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003 jew id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-liġi nazzjonali, u li mhijiex inadmissibbli skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, tkun tista’ tintuża biss f'azzjoni għad-danni minn dik il-persuna jew mill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun is-suċċessur tad-drittijiet tagħha, inkluża l-persuna li xtrat il-pretensjoni tagħha.

Artikolu 8

Sanzjonijiet

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali ▌jimponu effettivament sanzjonijiet fuq partijiet, partijiet terzi u r-rappreżentanti legali tagħhom fil-każ ta’:

(a)       nuqqas jew rifjut li jikkonformaw ma’ ordni ta’ divulgazzjoni ta’ qorti nazzjonali;

(b)       id-distruzzjoni ta’ evidenza rilevanti meta:▐

(i)     il-parti li tkun qed tagħmel id-distruzzjoni kienet parti fil-proċedimenti ta' awtorità tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-imġiba sottostanti fl-azzjoni għad-danni; jew

(ii)    il-parti li tkun qed tagħmel id-distruzzjoni kienet taf jew kellha b'mod raġonevoli tkun taf li kienet tressqet azzjoni għad-danni quddiem il-qorti nazzjonali u li l-evidenza kienet rilevanti biex tissustanzja l-pretensjoni għad-danni jew difiża kontriha; jew

(iii)    il-parti li tkun qed tagħmel id-distruzzjoni kienet taf li l-evidenza kienet rilevanti għall-azzjonijiet pendenti jew prospettivi għad-danni mressqa minnha jew kontriha;

(c)       in-nuqqas jew ir-rifjut li wieħed jikkonforma ruħu mal-obbligi imposti minn ordni ta’ qorti nazzjonali biex tipproteġi informazzjoni kunfidenzjali; jew

(d)       l-abbuż tad-drittijiet relatati mad-divulgazzjoni tal-evidenza previsti f'dan il-Kapitolu, u tal-evidenza u l-informazzjoni miksuba taħtu, b'mod partikolari, meta l-informazzjoni miksuba permezz tad-divulgazzjoni tiġi kkomunikata lil partijiet terzi jew tintuża fi proċedimenti oħrajn bi ksur tal-Artikolu 5(2)(bb).

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti mill-qrati nazzjonali jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi. Is-sanzjonijiet disponsibbli għall-qrati nazzjonali għandhom jinkludu, safejn għandha x’taqsam l-imġiba ta’ parti involuta fi proċedimenti ta’ azzjoni għad-danni, il-possibbiltà li jikkonkludu l-kontra bħal pereżempju l-preżunzjoni li l-kwistjoni rilevanti kienet ippruvata jew ma jilqgħux talbiet u difiżi kollha jew in parti, u l-possibbiltà li jordnaw il-ħlas tal-ispejjeż.

KAPITOLU III

EFFETT TAD-DEĊIŻJONIJIET NAZZJONALI, IL-PERJODI TA' PRESKRIZZJONI, L-OBBLIGAZZJONI IN SOLIDUM

Artikolu 9

Effett tad-deċiżjonijiet nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn qrati nazzjonali jiddeċiedu, f’azzjonijiet għad-danni, dwar ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki skont l-Artikolu 101 jew 102 tat-Trattat jew skont il-liġi dwar il-kompetizzjoni li jkunu diġà s-suġġett ta’ deċiżjoni finali dwar ksur minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni jew minn qorti nazzjonali, dawn il-qrati ma jkunux jistgħu jieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra t-tali sejba ta' ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. Dan l-obbligu huwa bla ħsara għad-drittijiet u l-obbligi skont l-Artikolu 267 TFUE, għad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, u d-dritt għad-difiża, skont l-Artikoli 47 u 48 tal-Karta, u għad-dritt għal smigħ ġust skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

Artikolu 10

Perjodi ta' preskrizzjoni

1.          L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli applikabbli għall-perjodi ta' preskrizzjoni għat-tressiq tal-azzjonijiet għad-danni skont dan l-Artikolu. Dawk ir-regoli għandhom jiddeterminaw meta jibda l-perjodu ta' preskrizzjoni, it-tul ta' żmien tal-perjodu u ċ-ċirkustanzi li taħthom il-perjodu jista' jiġi interrott jew sospiż.

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta’ preskrizzjoni jibda fid-data l-aktar tard wara li parti li tkun ġarrbet il-ħsara tkun taf, jew jista’ jkun raġonevolment mistenni li tkun taf:

(a)    bl-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni;

(b)    bil-kwalifikazzjoni tat-tali imġiba bħala ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni;

(c)    bil-fatt li l-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni kkawża ħsara lilha; kif ukoll

(d)    bl-identità tal-kontraventur li wettaq il-ksur.

3.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta’ preskrizzjoni ma jibdiex jgħodd qabel il-jum meta l-ksur kontinwu jew ripetut tal-liġi dwar il-kompetizzjoni jkun waqaf.

4.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' preskrizzjoni għat-tressiq ta' azzjoni għad-danni huwa mill-inqas ħames snin.

5.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta’ preskrizzjoni jiġi sospiż jekk awtorità tal-kompetizzjoni tieħu azzjoni għall-fini tal-investigazzjoni jew il-proċedimenti fir-rigward ta’ ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni li miegħu tkun relatata l-azzjoni għad-danni. Is-sospensjoni għandha tintemm mhux qabel sentejn wara li d-deċiżjoni, li permezz tagħha tkun ingħalqet il-proċedura dwar il-ksur jew l-allegat ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tkun saret finali. ▐

Artikolu 11

Obbligazzjoni in solidum

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li kisru l-liġi dwar il-kompetizzjoni permezz ta' imġiba konġunta huma responsabbli in solidum għall-ħsara kkawżata mill-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni: kull waħda minn dawk l-impriżi hija obbligata tagħti kumpens sħiħ għall-ħsara u l-parti li tkun ġarrbet il-ħsara għandha d-dritt titlob kumpens sħiħ minn kwalunkwe waħda minnhom sakemm tkun ġiet ikkumpensata bis-sħiħ.

Meta l-impriża tkun intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju skont id-definizzjoni fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2003)1422[10], ma tkunx ikkawżat jew wasslet għall-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni minn impriżi oħra u tkun uriet li r-responsabbiltà relattiva tagħha għad-dannu kkawżat mill-ksur ikun inqas minn 5 % tat-total, l-obbligazzjoni tagħha għandha tkun biss lejn ix-xerrejja diretti u indiretti tagħha.

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriża li tkun ingħatat l-immunità minn multi minn awtorità tal-kompetizzjoni taħt programm ta' klemenza tkun obbligata lejn il-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara għajr ix-xerrejja jew il-fornituri diretti jew indiretti tagħha biss meta t-tali partijiet li ġarrbu l-ħsara juru li ma jistgħux jiksbu kumpens bis-sħiħ mill-impriżi l-oħra li kienu involuti fl-istess ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni.

3.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriża li tkun wettqet ksur tista' tirkupra kontribuzzjoni minn kwalunkwe impriża oħra li wettqet ksur u l-ammont ta' din il-kontribuzzjoni jkun iddeterminat fid-dawl tar-responsabbiltà relattiva tagħhom għall-ħsara kkawżata mill-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. L-ammont tal-kontribuzzjoni ta' impriża li tkun ingħatat immunità mill-multi minn awtorità tal-kompetizzjoni taħt programm ta' klemenza ma għandhiex taqbeż l-ammont tal-ħsara li tkun ikkawżat lix-xerrejja jew lill-fornituri diretti jew indiretti tagħha stess.

4.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sal-punt fejn il-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni kkawża ħsara lill-partijiet li ġarrbu ħsara għajr ix-xerrejja jew il-fornituri diretti jew indiretti tal-impriżi li wettqu l-ksur, l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju tal-immunità jkun iddeterminat fid-dawl tar-responsabbiltà relattiva tiegħu għal dik il-ħsara.

KAPITOLU IV

TRASFERIMENT TAL-ISPEJJEŻ ŻEJDA

Artikolu 12

Difiża bbażata fuq it-trasferiment

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konvenut f'azzjoni għad-danni jista' jinvoka, bħala difiża kontra talba għad-danni, il-fatt li l-pretendent ittrasferixxa l-ispejjeż żejda kollha jew parti minnhom li rriżultaw mill-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, sakemm il-pretendent ma jkunx ġarrab telf ta’ profitt. Il-piż tal-provi li l-ispejjeż żejda ġew trasferiti għandu jkun tal-konvenut, li jista’, b’mod raġonevoli, jitlob divulgazzjoni mingħand il-pretendent. Il-konvenut ma għandux ikun obbligat iħallas aktar mill-valur tal-ammont totali tal-ħsara kkawżata mill-ksur.

1a.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qorti nazzjonali jkollha s-setgħa li tikkalkula liema sehem ta' dawk l-ispejjeż żejda ġie trasferit.

2.          Sakemm l-ispejjeż żejda ġew trasferiti lil persuni fil-livell li jmiss tal-katina tal-provvista li għalihom huwa legalment impossibbli li jitolbu għal kumpens għall-ħsara tagħhom, il-konvenut ma għandux ikun jista' jinvoka d-difiża msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 13

Xerrejja indiretti

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta f’azzjoni għad-danni l-eżistenza ta’ talba għad-danni jew l-ammont tal-kumpens li għandu jingħata jiddependu fuq jekk — jew sa liema punt — ġewx trasferiti l-ispejjeż żejda lill-pretendent, bla ħsara għas-suppożizzjoni kummerċjali li ż-żidiet fil-prezzijiet jiġu ttrasferiti tul il-katina tal-provvista, il-piż tal-prova tal-eżistenza u l-ambitu tat-tali trasferiment jaqa’ fuq il-pretendent li jista’ jirrikjedi b’mod raġonevoli divulgazzjonijiet mill-konvenut.

2.          Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ix-xerrej indirett għandu jitqies li jkun ta prova li sar trasferiment fuqu meta jkun wera li:

(a)         il-konvenut kiser il-liġi dwar il-kompetizzjoni;

(b)         il-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni irriżulta fi spejjeż żejda għax-xerrej dirett tal-konvenut; kif ukoll

(c)         huwa jkun xtara l-oġġetti jew is-servizzi li kienu s-suġġett tal-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni jew xtara oġġetti jew servizzi mnisslin minn jew li kien fihom l-oġġetti jew is-servizzi li kienu s-suġġett tal-ksur.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali tagħhom ikollhom is-setgħa li jikkalkolaw liema sehem tal-ispejjeż żejda ġie trasferit lix-xerrej indirett. Il-qrati nazzjonali għandhom ikunu megħjuna minn linji gwida ċari, sempliċi u komprensivi maħruġa mill-Kummissjoni.

Dan il-paragrafu huwa bla ħsara għad-dritt tal-impriża li tkun wettqet il-ksur li turi li l-ispejjeż żejda ma kinux ġew trasferiti, jew mhux kollha, lix-xerrej indirett.

Artikolu 14

Telf ta’ profitt u ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni fil-livell tal-provvista

1.          Ir-regoli stabbiliti f’dan il-Kapitolu huma bla ħsara għad-dritt ta’ kwalunkwe parti li tkun ġarrbet ħsara li titlob kumpens għal telf ta’ profitt, telf reali, u ħlas ta’ imgħax.

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli stipulati f’dan l-Artikolu japplikaw fejn il-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni għandu x’jaqsam mal-provvista tal-impriża li tkun wettqet il-ksur.

Artikolu 15

Azzjonijiet għad-danni mill-pretendenti f’livelli differenti tal-katina tal-provvista

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-valutazzjoni ta' jekk il-piż tal-prova li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 ikunx issodisfat, il-qrati nazzjonali li quddiemhom tkun tressqet azzjoni għad-danni jqisu kif dovut

(a)       l-azzjonijiet għad-danni li huma relatati mal-istess ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, iżda li jitressqu mill-pretendenti minn livell oħra tal-katina tal-provvista; jew

(b)       is-sentenzi li jirriżultaw mit-tali azzjonijiet;

(ba)     kwalunkwe eżitu rilevanti minn każijiet dwar il-kompetizzjoni fil-livell pubbliku.

2.          Dan l-Artikolu huwa bla ħsara għad-drittijiet u l-obbligi tal-qrati nazzjonali skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012.

KAPITOLU V

KWANTIFIKAZZJONI TAL-ĦSARA

Artikolu 16

Kwantifikazzjoni tal-ħsara

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta’ ksur ta’ kartell, jiġi preżunt li l-ksur ikkawża ħsara fis-suq. L-impriża li wettqet il-ksur għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta din il-preżunzjoni.

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-piż u l-istandard tal-provi ▌meħtieġa għall-kwantifikazzjoni tal-ħsara ma tagħmilx l-eżerċizzju tad-dritt ▌għad-danni prattikament impossibbli jew diffiċli ħafna. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-qorti tingħata s-setgħa li tagħmel stima tal-ammont ta’ ħsara jekk il-pretendent ma jkunx jista’ jipprova direttament l-ammont ta’ ħsara mġarrba. Meta jintalbu, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni għandhom jagħtu gwida dwar il-kwantifikazzjoni tal-ħsara.

KAPITOLU VI

SOLUZZJONI KUNSENSWALI GĦAT-TILWIM

Artikolu 17

Effett sospensiv tas-soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' preskrizzjoni għat-tressiq ta' azzjoni għad-danni jkun sospiż għat-tul ta' żmien tal-proċess ta' soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim. Is-sospensjoni tal-perjodu ta' preskrizzjoni japplika biss fir-rigward ta' dawk il-partijiet li huma jew kienu involuti fis-soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim.

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali li quddiemhom tkun tressqet azzjoni għad-danni jkunu jistgħu jissospendu l-proċedimenti jekk il-partijiet f'dawk il-proċedimenti jkunu involuti f'soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim fir-rigward tal-pretensjoni koperta minn dik l-azzjoni għad-danni.

2a.        Is-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex tkun itwal minn sena.

2b.        Wara riżolviment kunsenswali, awtorità tal-kompetizzjoni tista’ tqis il-kumpens imħallas qabel id-deċiżjoni bħala fattur mitiganti meta tiffissa l-multi.

Artikolu 18

Effett tar-riżolvimenti kunsenswali fuq azzjonijiet għad-danni sussegwenti

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li wara riżolviment kunsenswali, is-sehem tal-ħsara, li l-ksur ikkawża lill-parti li ġarrbet il-ħsara, tal-ko-kontraventur fir-riżolviment, jitnaqqas mill-pretensjoni tal-parti fir-riżolviment li tkun ġarrbet il-ħsara. Il-ko-kontraventuri barra mir-riżolviment ma jistgħux jirkupraw il-kontribuzzjoni mill-ko-kontraventur fir-riżolviment għall-pretensjoni li jkun għad fadal. Huwa biss meta l-ko-kontraventuri barra mir-riżolviment ma jkunux jistgħu jħallsu d-danni li jikkorrispondu għall-pretensjoni li jkun għad fadal, li l-ko-kontraventur fir-riżolviment jiġi obbligat li jħallas id-danni lill-parti fir-riżolviment li tkun ġarrbet il-ħsara, sakemm dan ma jkunx eskluż espressament fil-kundizzjonijiet tar-riżolviment kunsenswali.

2.          Fid-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni ta' kull ko-kontraventur, il-qrati nazzjonali għandhom iqisu kif dovut kwalunkwe riżolviment kunsenswali preċedenti li jinvolvi il-ko-kontraventur rilevanti.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 19

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha teżamina din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa ...* ▌[ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.]

Fejn xieraq, dak ir-rieżami għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva. Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni hija mistiedna tqis li offerti bikrin ta’ riżolviment tal-pretensjonijiet għal ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, qabel ma awtorità tal-kompetizzjoni tkun sabet ksur, li jiġu kkomunikati f’waqthom lill-awtorità tal-kompetizzjoni kkonċernata jistgħu jikkostitwixxu fattur mitiganti fil-kalkolu tal-pieni skont il-liġi dwar il-kompetizzjoni.

Artikolu 20

Traspożizzjoni

1.          L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikun hemm konformità ma' din id-Direttiva mhux aktar tard minn ...* [ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif issir din ir-referenza.

2.          L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin fil-liġi nazzjonali li jkunu adottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 20a

Perjodu tranżitorju

Il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 20 ma għandhomx japplikaw għal ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni li jkun is-suġġett ta’ azzjoni għad-danni pendenti quddiem qorti nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva jew qabel.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ u dispożizzjoni tranżitorja għal każijiet pendenti

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi [...],

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

  • [1]           L-opinjoni tas-16 ta' Ottubru 2013 (Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
  • [2] *          Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [3]           L-opinjoni tas-16 ta' Ottubru 2013 (ĠU C , , p. ).
  • [4]           Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' ...
  • [5]           Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.
  • [6]           ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.
  • [7]           Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1.).
  • [8]           Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, ĠU L 351, 20.12.2012, p. 78.
  • [9]           ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
  • [10]           Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2003)1422 tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali(*) (27.1.2014)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea
(COM(2013)0404 – C7‑0170/2013 – 2013/0185(COD))

Rapporteur: Bernhard Rapkay

(*)       Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-introduzzjoni possibbli ta' regoli komuni dwar l-azzjonijiet għad-danni insegwitu ta' ksur tal-liġi relatata mal-kompetizzjoni ilha tal-anqas għaxar snin tiġi vvalutata. Il-proposta tal-Kummissjoni għal din id-Direttiva hija għaldaqstant milqugħa b'mod pożittiv, peress li tista' tgħin lill-konsumaturi u lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal kumpens tad-dannu kkawżat minn ksur tal-liġi relatata mal-kompetizzjoni. In-nuqqas ta' regoli nazzjonali li jirregolaw b'mod adegwat l-azzjonijiet għad-danni jew, min-naħa l-oħra, id-diverġenza bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali jqiegħdu mhux biss il-vittmi, iżda wkoll dawk responsabbli mill-ksur tal-liġi relatata mal-kompetizzjoni f'pożizzjoni ta' inugwaljanza. Din is-sitwazzjoni tista' wkoll tagħti vantaġġ kompetittiv lill-impriżi li kisru l-Artikoli 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, iżda li l-kwartieri ġenerali tagħhom ma jinstabux fi Stat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu tkun tiffavorixxi lir-rikorrenti jew li ma jwettqux attività f'tali Stat Membru. Dawn id-differenzi fir-regoli relatati mar-responsabbiltà jistgħu jkunu ta' ħsara għall-kompetizzjoni u jostakolaw il-funzjonament stess tas-suq intern. Ir-rapporteur għalhekk jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja u li tippermetti l-vittmi jiksbu kumpens.

Ir-rapporteur jappoġġa b'mod ġenerali l-programmi ta' klemenza, peress li dawn jistgħu jagħmulha possibbli li jiġi identifikat ksur u huwa tal-opinjoni li l-impriżi ma għandhomx jiġu skoraġġuti milli jikkoooperaw. Madankollu, tali programmi ma għandhomx jipproteġu l-impriżi aktar milli huwa neċessarju. B'mod partikolari, dawn ma għandhomx jassolvu dawk responsabbli mill-ksur milli jħallsu danni lill-vittmi, u lanqas ma jwasslu għal protezzjoni eċċessiva tal-informazzjoni meħtieġa mir-rikorrenti bħala evidenza sabiex iressqu azzjoni għal danni.

Bl-istess mod, ir-rapporteur jappoġġa l-inkoraġġiment tar-riżolviment kunsenswali, filwaqt li jenfasizza li dan għandu jkun ta' natura ġenwinament volontarja. Sabiex jiġi ffaċlitat ir-riżolviment ekwu, ir-rikorrenti għandhom ikollhom il-possibbiltà li jiksbu informazzjoni ta' qabel il-kontenzjuż mill-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej responsabbli mill-kompetizzjoni dwar il-portata tad-dannu jew telf imġarrab.

Il-ksib ta' evidenza huwa fattur kruċjali għall-eżerċitar tad-dritt ta' appell. Għalhekk ir-rapporteur iqis essenzjali li jissaħħu aktar id-dispożizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni sabiex ikun hemm aċċess proporzjonat, taħt superviżjoni ġudizzjarja, għall-informazzjoni li hija rilevanti u neċessarja għall-azzjoni. Filwaqt li ċerti tipi ta' dokumenti, jew ċertu tip ta' informazzjoni li jinsabu f'dawn jistgħu jirrikjedu l-kunfidenzjalità, ir-rapporteur iqis li l-ebda kategorija ta' dokumenti ma għandha tiġi eskluża, bħala tali, minn evalwazzjoni ta' jekk dawn għandhomx jiġu żvelati jew le.

Matul id-dikussjonijiet preċedenti dwar kif tista' tissaħħaħ il-pożizzjoni tar-rikorrenti, ir-rimedju kollettiv ġie ppreżentat bħala mod ta' kif titjieb l-ugwaljanza tal-istrumenti tal-partijiet fil-kontroversji għad-danni. Filwaqt li jqis li ż-żamma jew l-introduzzjoni ta' tali mekkaniżmi għandha tiġi inkoraġġuta, anki jekk mhux reżi obbligatorji għall-Istati Membri, ir-rapporteur iqis li jkun importanti li jiġu evitati ċerti prattiki, bħal pereżempju l-ħtieġa li l-vittmi jirrinunzjaw għal azzjoni kollettiva jew il-possibbiltà ta' ħlas ta’ kontinġenza jew danni punittivi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Id-dritt tal-Unjoni għall-kumpens għall-ħsara tal-antitrust jirrikjedi li kull Stat Membru jkollu regoli proċedurali li jiżguraw l-eżerċizzju effettiv ta' dak id-dritt. Il-ħtieġa għal rimedji proċedurali effettivi tirriżulta wkoll mid-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif stipulat fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea53 u fl-Artikolu 19(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(4) Id-dritt tal-Unjoni għall-kumpens għall-ħsara tal-antitrust jirrikjedi li kull Stat Membru jkollu regoli proċedurali li jiżguraw l-eżerċizzju effettiv ta' dak id-dritt. Il-ħtieġa għal rimedji proċedurali effettivi tirriżulta wkoll mid-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif stipulat fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea53 u fl-Artikolu 19(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri għandhom jiżguraw protezzjoni ġuridika effikaċi fl-oqsma koperti mil-liġi tal-Unjoni

__________________

__________________

53 ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.

53 ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Sabiex jiġi żgurat l-infuzar pubbliku u privat effettiv tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, huwa meħtieġ li jiġi rregolat il-mod kif iż-żewġ forom ta' infurzar huma kkoordinati, pereżempju l-arranġamenti għall-aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni. Tali koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni tevita wkoll id-diverġenza tar-regoli applikabbli, li tista' tfixkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(5) Huwa meħtieġ li jiġi rregolat il-mod kif iż-żewġ forom ta infurzar huma kkoordinati, pereżempju l-arranġamenti għall-aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni. Tali koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni tevita wkoll id-diverġenza tar-regoli applikabbli, li tista' tfixkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

 

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-impriżi stabbiliti u li qegħdin jaħdmu fi Stati Membri differenti huma soġġetti għal regoli proċedurali li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-punt sa liema jkunu jistgħu jitqiesu responsabbli għall-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. Dan l-infurzar mhux indaqs tad-dritt tal-Unjoni għall-kumpens jista' jirriżulta f'vantaġġ kompetittiv għal xi impriżi li kisru l-Artikoli 101 jew 102 tat-Trattat, u nuqqas ta' inċentiv għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta' stabbiliment u l-provvista ta' oġġetti jew servizzi f'dawk l-Istati Membri fejn id-dritt għal kumpens huwa infurzat b'mod aktar effettiv. Għaldaqstant, id-differenzi fir-reġimi ta’ responsabbiltà applikabbli fl-Istati Membri jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-kompetizzjoni kif ukoll il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(7) L-impriżi stabbiliti u li qegħdin jaħdmu fi Stati Membri differenti huma soġġetti għal regoli proċedurali li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-punt sa liema jkunu jistgħu jitqiesu responsabbli għall-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. Dan l-infurzar mhux omoġenju tad-dritt tal-Unjoni għall-kumpens jista' jirriżulta f'vantaġġ kompetittiv għal xi impriżi li kisru l-Artikoli 101 jew 102 tat-Trattat, u nuqqas ta' inċentiv għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta' stabbiliment u l-provvista ta' oġġetti jew servizzi f'dawk l-Istati Membri fejn id-dritt għal kumpens huwa infurzat b'mod aktar effettiv. Għaldaqstant, peress li d-differenzi fir-reġimi ta’ responsabbiltà applikabbli fl-Istati Membri jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-kompetizzjoni kif ukoll il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, huwa xieraq li d-Direttiva tiġi bbażata fuq il-bażi ġuridika dupliċi tal-Artikolu 103 u 114 TFUE..

Ġustifikazzjoni

L-argumenti ppreżentati fil-premessa loġikament iwasslu għall-konklużjoni tal-bżonn li d-Direttiva tiġi bbażata fuq il-bażi ġuridika dupliċi tal-Artikolu 103 u 114 TFUE. Għal skopijiet ta' ċarezza tali konklużjoni għandha tiġi formulata b'mod espliċitu.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu żgurati kundizzjonijiet aktar indaqs għall-impriżi li jaħdmu fis-suq intern u li jittejbu l-kundizzjonijiet għall-konsumaturi biex jeżerċitaw id-drittijiet li jiksbu mis-suq intern. Għalhekk huwa wkoll xieraq li tiżdied iċ-ċertezza legali u li jitnaqqsu d-differenzi bejn l-Istati Membri fir-regoli nazzjonali li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni għall-ksur tal-liġi tal-UE dwar il-kompetizzjoni u, meta tkun applikata flimkien ma' din tal-aħħar, il-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni. Approssimazzjoni ta' dawn ir-regoli tgħin ukoll biex tiġi evitata l-emerġenza ta' differenzi usa' bejn ir-regoli tal-Istati Membri li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni fil-każijiet ta' kompetizzjoni.

(8) Għalhekk huwa meħtieġ, filwaqt li titqies ukoll in-natura ta' spiss transkonfinali tal-ksur fuq skala kbira tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, li jiġu żgurati kundizzjonijiet aktar indaqs għall-impriżi li jaħdmu fis-suq intern u li jittejbu l-kundizzjonijiet għall-konsumaturi biex jeżerċitaw id-drittijiet li jiksbu mis-suq intern. Għalhekk huwa wkoll xieraq li tiżdied iċ-ċertezza legali u li jitnaqqsu d-differenzi bejn l-Istati Membri fir-regoli nazzjonali li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni għall-ksur tal-liġi tal-UE dwar il-kompetizzjoni u, meta tkun applikata flimkien ma' din tal-aħħar, il-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni. Approssimazzjoni ta' dawn ir-regoli tgħin ukoll biex jiġi evitat it-tfaċċar ta' differenzi usa' bejn ir-regoli tal-Istati Membri li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni fil-każijiet ta' kompetizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Ksur fuq skala kbira tal-liġi dwar il-kompetizzjoni mhux se jkun ristrett għal Stat Membru wieħed iżda jkollu effetti transkonfinali, li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u b'hekk il-funzjonament tas-suq intern.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-evidenza hija element importanti għat-tressiq ta' azzjonijiet għad-danni għal ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. Madankollu, billi l-litigazzjoni tal-antitrust hija kkaratterizzata minn asimmetrija tal-informazzjoni, huwa xieraq li jiġi żgurat li l-partijiet li jkunu ġarrbu ħsara jkollhom id-dritt li jiksbu d-divulgazzjoni tal-evidenza li tirrigwarda l-pretensjoni tagħhom, mingħajr ma jkun meħtieġ li jispeċifikaw il-partijiet speċifiċi tal-evidenza. Sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-mezzi, dawn tal-aħħar għandhom ikunu wkoll disponibbli għall-konvenuti fl-azzjonijiet għad-danni, sabiex ikunu jistgħu jitolbu għad-divulgazzjoni tal-evidenza minn dawk il-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara. Il-qrati nazzjonali jistgħu wkoll jordnaw id-divulgazzjoni tal-evidenza minn partijiet terzi. Meta l-qorti nazzjonali tkun tixtieq tordna d-divulgazzjoni tal-evidenza mill-Kummissjoni, il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri (l-Artikolu 4(3) TUE) u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1/2003 fir-rigward tat-talbiet għall-informazzjoni, huma applikabbli.

(13) L-evidenza hija element importanti għat-tressiq ta' azzjonijiet għad-danni għal ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. Madankollu, billi l-litigazzjoni tal-antitrust hija kkaratterizzata minn asimmetrija tal-informazzjoni, huwa xieraq li jiġi żgurat li l-partijiet li jkunu ġarrbu ħsara jkollhom id-dritt li jiksbu d-divulgazzjoni tal-evidenza li tirrigwarda l-pretensjoni tagħhom. Sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-mezzi, dawn tal-aħħar għandhom ikunu wkoll disponibbli għall-konvenuti fl-azzjonijiet għad-danni, sabiex ikunu jistgħu jitolbu d-divulgazzjoni tal-evidenza minn dawk il-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara. Il-qrati nazzjonali jistgħu wkoll jordnaw id-divulgazzjoni tal-evidenza minn partijiet terzi. Meta l-qorti nazzjonali tkun tixtieq tordna d-divulgazzjoni tal-evidenza mill-Kummissjoni, il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri (l-Artikolu 4(3) TUE) u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1/2003 fir-rigward tat-talbiet għall-informazzjoni, huma applikabbli.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-evidenza rilevanti għandha tiġi divulgata b'deċiżjoni tal-qorti u taħt il-kontroll strett tagħha, speċjalment rigward il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-miżura tad-divulgazzjoni. Mir-rekwiżit tal-proporzjonalità jirriżulta li t-talbiet għad-divulgazzjoni jistgħu jinbdew biss ladarba parti li tkun ġarrbet il-ħsara tistabbilixxi b'mod kredibbli, fuq il-bażi ta' fatti li huma disponibbli għaliha b'mod raġonevoli, li l-parti tkun ġarrbet ħsara li ġiet ikkawżata mill-konvenut. It-talba għad-divulgazzjoni għandha tirreferi għal kategoriji ta' evidenza li jkunu preċiżi u stretti kemm jista' jkun fuq il-bażi ta' fatti disponibbli b'mod raġonevoli.

(14) L-evidenza rilevanti għandha tiġi divulgata b'deċiżjoni tal-qorti u taħt il-kontroll strett tagħha, speċjalment rigward il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-miżura tad-divulgazzjoni. Mir-rekwiżit tal-proporzjonalità jirriżulta li t-talbiet għad-divulgazzjoni jistgħu jinbdew biss ladarba parti li tkun ġarrbet il-ħsara tistabbilixxi b'mod kredibbli, fuq il-bażi ta' fatti li huma disponibbli għaliha b'mod raġonevoli, li l-parti tkun ġarrbet ħsara li ġiet ikkawżata mill-konvenut.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Ir-rekwiżit tal-proporzjonalità għandu jiġi vvalutat b'attenzjoni wkoll meta jkun hemm riskju li d-divulgazzjoni tikxef l-istrateġija ta' investigazzjoni ta' awtorità tal-kompetizzjoni billi jiġi divulgat liema dokumenti huma parti mill-fajl jew jikkawża effett negattiv fuq il-mod li bih il-kumpaniji jikkooperaw mal-awtorità tal-kompetizzjoni. Għalhekk it-talba għad-divulgazzjoni ma għandhiex titqies proporzjonata meta tirreferi għad-divulgazzjoni ġenerika tad-dokumenti fil-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni relatati ma' każ speċifiku, jew tad-dokumenti kollha sottomessi minn parti fil-kuntest ta' każ speċifiku. Barra minn hekk, tali talbiet wesgħin għad-divulgazzjoni ma jkunux kompatibbli mad-dmir tal-parti li qed tagħmel it-talba li tispeċifika l-kategoriji tal-evidenza b'mod l-aktar preċiż u strett possibbli.

(15) Ir-rekwiżit tal-proporzjonalità għandu jiġi vvalutat b'attenzjoni wkoll meta jkun hemm riskju li d-divulgazzjoni tikxef l-istrateġija ta' investigazzjoni ta' awtorità tal-kompetizzjoni billi jiġi divulgat liema dokumenti huma parti mill-fajl jew li tikkawża effett negattiv fuq il-mod li bih il-kumpaniji jikkooperaw mal-awtorità tal-kompetizzjoni.

 

Għandha tingħata attenzjoni speċjali sabiex jiġi evitat kwalunkwe tip ta' talbiet li jikkonċernaw tiftix għal ġbir ta’ informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiġġustifika lilha nnifisha.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Filwaqt li l-evidenza rilevanti li jkun fiha sigrieti kummerċjali jew informazzjoni oħra kunfidenzjali għandha fil-prinċipju tkun disponibbli fl-azzjonijiet għad-danni, it-tali informazzjoni kunfidenzjali għandha tiġi protetta kif xieraq. Il-qrati nazzjonali għalhekk għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom firxa ta' miżuri biex it-tali informazzjoni kunfidenzjali ma tiġix divulgata matul il-proċedimenti. Dawn jistgħu jinkludu l-possibbiltà ta smigħ provat, jillimitaw l-għadd ta’ persuni bi dritt li jaraw l-evidenza, u istruzzjoni lill-esperti biex jipproduċu sintesi tal-informazzjoni b’mod aggregat jew f’forma mhux kunfidenzjali. Miżuri li jipproteġu s-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra ma jistgħux fil-livell prattiku jimpedixxu l-eżerċizzju tad-dritt għall-kumpens.

(17) Filwaqt li l-evidenza rilevanti li jkun fiha sigrieti kummerċjali jew informazzjoni oħra kunfidenzjali għandha fil-prinċipju tkun disponibbli fl-azzjonijiet għad-danni, it-tali informazzjoni kunfidenzjali għandha tiġi protetta kif xieraq. Il-qrati nazzjonali għalhekk għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom firxa ta' miżuri biex it-tali informazzjoni kunfidenzjali ma tiġix divulgata matul il-proċedimenti. Dawn jistgħu jinkludu l-possibbiltà li jinħbew il-partijiet sensittivi ta' dokument, smigħ in camera, il-limitu tal-għadd ta’ persuni bi dritt li jaraw l-evidenza, u istruzzjoni lill-esperti biex jipproduċu sintesi tal-informazzjoni b’mod aggregat jew f’forma mhux kunfidenzjali. Miżuri li jipproteġu s-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra ma għandhomx, madankollu, jimpedixxu l-eżerċizzju tad-dritt għall-kumpens.

Ġustifikazzjoni

Jekk id-dokumenti fihom dettalji sensittivi, bħala data dwar terzi li mhijiex rilevanti għall-proċedura dawn jistgħu jinħbew. Jekk meħtieġ, il-proċedimenti jistgħu jinżammu in camera sabiex tiġi protetta informazzjoni partikolarment sensittiva.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-programmi ta' klemenza u l-proċeduri ta' riżolviment huma għodda importanti għall-infurzar pubbliku tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni minħabba li jikkontribwixxu għall-iskoperta, il-prosekuzzjoni effiċjenti u s-sanzjonar tal-aktar ksur serju tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. L-impriżi jistgħu jaqtgħu qalbhom milli jikkooperaw f'dan il-kuntest jekk id-divulgazzjoni tad-dokumenti li jipproduċu biss għal dan l-għan jesponihom għal responsabbiltà ċivili f'kundizzjonijiet agħar milli dawk tal-ko-kontraventuri li ma jikkooperawx mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni. Sabiex ikun żgurat li l-impriżi huma lesti li jipproduċu dikjarazzjonijiet minn jeddhom li jirrikonoxxu s-sehem tagħhom fi ksur tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-kompetizzjoni lil awtorità tal-kompetizzjoni f'programm ta’ klemenza jew proċedura ta’ riżolviment, tali dikjarazzjonijiet għandhom jitħallew barra mid-divulgazzjoni tal-evidenza.

(19) Il-programmi ta' klemenza u l-proċeduri ta' riżolviment huma għodda importanti għall-infurzar pubbliku tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni minħabba li jikkontribwixxu għall-iskoperta, il-prosekuzzjoni effiċjenti u s-sanzjonar tal-aktar ksur serju tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. L-impriżi jistgħu jaqtgħu qalbhom milli jikkooperaw f'dan il-kuntest jekk id-divulgazzjoni tad-dokumenti li jipproduċu biss għal dan l-għan jesponihom għal responsabbiltà ċivili f'kundizzjonijiet agħar milli dawk tal-koawturi tal-ksur li ma jikkooperawx mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni. Sabiex ikun żgurat li l-impriżi huma lesti li jipproduċu dikjarazzjonijiet minn jeddhom li jirrikonoxxu s-sehem tagħhom fi ksur tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-kompetizzjoni lil awtorità tal-kompetizzjoni fprogramm ta’ klemenza jew proċedura ta’ riżolviment, il-qrati għandhom jivvalutaw jekk tali dikjarazzjonijiet għandhomx jitħallew barra mid-divulgazzjoni tal-evidenza.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Ir-regoli nazzjonali dwar il-bidu, it-tul, is-sospensjoni jew l-interruzzjoni tal-perjodi ta’ preskrizzjoni ma għandhomx ixekklu milli jitressqu azzjonijiet għad-danni. Dan huwa partikolarment importanti fir-rigward tal-azzjonijiet li jibnu fuq is-sejba ta’ ksur ta’ awtorità tal-kompetizzjoni jew ta’ qorti tal-appell. Għan dan l-għan, il-partijiet li jkunu ġarrbu ħsara xorta għandhom ikunu jistgħu jressqu azzjoni għad-danni wara l-proċedimenti ta' awtorità tal-kompetizzjoni, li jkollhom l-għan li jinfurzaw il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

(26) Ir-regoli nazzjonali dwar il-bidu, it-tul, is-sospensjoni jew l-interruzzjoni tal-perjodi ta’ preskrizzjoni ma għandhomx ixekklu milli jitressqu azzjonijiet għad-danni. Dan huwa partikolarment importanti fir-rigward tal-azzjonijiet li jibnu fuq is-sejba ta’ ksur ta’ awtorità tal-kompetizzjoni jew ta’ qorti tal-appell. Għan dan l-għan, il-partijiet li jkunu ġarrbu ħsara xorta għandhom ikunu jistgħu jressqu azzjoni għad-danni wara l-proċedimenti ta' awtorità tal-kompetizzjoni, li jkollhom l-għan li jinfurzaw il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. L-Istati Membri għandhom ikunu permessi jżommu jew jintroduċu perjodi ta’ preskrizzjoni assoluti li huma ġeneralment applikabbli.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) L-impriżi li jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fi programm ta' klemenza għandhom rwol ewlieni fl-iskoperta ta' ksur ta' kartell sigriet u biex iwaqqfu dan il-ksur, u b'hekk ta' spiss inaqqsu l-ħsara li setgħet tiġi kkawżata li kieku kompla sar il-ksur. Għalhekk huwa xieraq li jiġi previst li l-impriżi li jkunu rċevew l-immunità minn multi minn awtorità tal-kompetizzjoni f'programm ta' klemenza jiġu protetti milli jiġu esposti mingħajr raġuni għall-pretensjonijiet għad-danni, filwaqt li jitqies li d-deċiżjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni li tkun sabet il-ksur tista' ssir finali għal dak li qed jirċievi l-immunità qabel ma ssir finali għal impriżi oħra li ma jkunux irċevew l-immunità. Għalhekk huwa xieraq li l-benefiċjarju tal-immunità jinħeles fil-prinċipju mill-obbligazzjoni in solidum għall-ħsara kollha u li l-kontribuzzjoni tiegħu ma jaqbiżx l-ammont tal-ħsara kkawżata lix-xerrejja diretti jew indiretti tiegħu stess jew, fil-każ ta' kartel għax-xiri, il-fornituri diretti jew indiretti tiegħu. Sal-punt fejn kartell ikun ikkawża ħsara lil oħrajn li mhumiex il-klijenti/il-fornituri tal-impriżi li jkunu wettqu l-ksur, il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju tal-immunità ma għandhiex taqbeż ir-responsabbiltà relattiva tiegħu għall-ħsara kkawżata mill-kartell. Dan is-sehem għandu jiġi determinat skont l-istess regoli li ntużaw biex jiġu determinati l-kontribuzzjonijiet fost l-impriżi li wettqu l-ksur (il-premessa (27) hawn fuq). Il-benefiċjarju tal-immunità għandu jibqa' responsabbli bis-sħiħ għall-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara għajr ix-xerrejja jew il-fornituri diretti jew indiretti tiegħu biss meta dawn ma jkunux jistgħu jiksbu kumpens sħiħ minn impriżi oħra li wettqu ksur.

(28) L-impriżi li jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fi programm ta' klemenza għandhom rwol ewlieni fl-iskoperta ta' ksur ta' kartell sigriet u biex iwaqqfu dan il-ksur, u b'hekk ta' spiss inaqqsu l-ħsara li setgħet tiġi kkawżata li kieku kompla sar il-ksur. Sal-punt fejn kartell ikun ikkawża ħsara lil oħrajn li mhumiex il-klijenti/il-fornituri tal-impriżi li jkunu wettqu l-ksur, il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju tal-immunità ma għandhiex taqbeż ir-responsabbiltà relattiva tiegħu għall-ħsara kkawżata mill-kartell. Dan is-sehem għandu jiġi determinat skont l-istess regoli li ntużaw biex jiġu determinati l-kontribuzzjonijiet fost l-impriżi li wettqu l-ksur (il-premessa (27) hawn fuq). Il-benefiċjarju tal-immunità għandu jibqa' responsabbli bis-sħiħ għall-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara għajr ix-xerrejja jew il-fornituri diretti jew indiretti tiegħu biss meta dawn ma jkunux jistgħu jiksbu kumpens sħiħ minn impriżi oħra li wettqu ksur.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva tistipula ċerti regoli meħtieġa biex ikun żgurat li kwalunkwe persuna li ġarrbet ħsara kkawżata minn ksur tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat jew tal-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni, tista' b'mod effettiv teżerċita d-dritt għal kumpens sħiħ għal dik il-ħsara. Tistabbilixxi wkoll regoli li jrawmu l-kompetizzjoni mhux imxekkla fis-suq intern u li jneħħu l-ostakoli għall-funzjonament tajjeb tagħha billi jiżguraw protezzjoni ekwivalenti fl-Unjoni kollha għal dawk li jkunu ġarrbu tali ħsara.

1. Din id-Direttiva tistipula ċerti regoli meħtieġa biex ikun żgurat li kwalunkwe persuna li ġarrbet ħsara kkawżata minn ksur tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat jew tal-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni minn impriża jew grupp ta’ impriżi, tista’ b’mod effettiv teżerċita d-dritt ta’ pretensjoni għal kumpens sħiħ għal dik il-ħsara mingħand dawk il-partijiet li jkunu wettqu l-ksur. Tistabbilixxi wkoll regoli li jrawmu l-kompetizzjoni mhux imxekkla fis-suq intern u li jneħħu l-ostakoli għall-funzjonament tajjeb tagħha billi jiżguraw protezzjoni ekwivalenti fl-Unjoni kollha għal dawk li jkunu ġarrbu tali ħsara.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kwalunkwe wieħed li jkun ġarrab ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni għandu jkun jista' jitlob kumpens sħiħ għal dik il-ħsara.

1. Kwalunkwe wieħed li jkun ġarrab ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni għandu jkun jista jitlob kumpens sħiħ għal dik il-ħsara mingħand il-partijiet li jkunu wettqu l-ksur f’każ privat dirett jew ta’ segwitu.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. "il-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni" tfisser id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li b'mod predominanti jsegwu l-istess għanijiet bħal dawk tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat u li huma applikati għall-istess każ u b'mod parallel mal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003;

2. "il-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni" tfisser id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li bmod predominanti jsegwu l-istess għanijiet bħal dawk tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat u li huma applikati għall-istess każ u bmod parallel mal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Din id-definizzjoni ma tapplikax għal-liġijiet nazzjonali li jimponu sanzjonijiet kriminali fuq persuni fiżiċi ħlief jekk dawn is-sanzjonijiet huma l-mezz li bihom jiġu infurzati r-regoli dwar il-kompetizzjoni li japplikaw għall-impriżi.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġu kkunsidrati dispożizzjonijiet dwar il-liġi dwar il-kompetizzjoni li hemm f’uħud mill-Istati Membri. Hawnhekk, għalhekk għandha tapplika wkoll hawnhekk il-formulazzjoni ta’ Premessa 8 tar-Regolament 1/2003.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Divulgazzjoni ta’ evidenza

Divulgazzjoni ta’ evidenza

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta pretendent ikun ippreżenta fatti u evidenza raġonevolment disponibbli li jagħtu biżżejjed provi biex wieħed jissospetta li hu, jew dawk li qed jirrappreżenta, ikunu ġarrbu ħsara kkawżata mill-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni mill-konvenut, il-qrati nazzjonali jistgħu jordnaw li l-konvenut jew parti terza jiddivulgaw l-evidenza, irrispettivament minn jekk din l-evidenza hijiex ukoll inkluża fil-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni jew le, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jkunu jistgħu wkoll jordnaw lill-pretendent jew parti terza biex jiddivulgaw l-evidenza fuq talba mill-konvenut.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi proċedimenti li jirrigwardaw azzjoni għad-danni quddiem qorti nazzjonali fl-Unjoni fuq talba tal-attur li ppreżenta ġustifikazzjoni raġjonevoli li fiha fatti u provi disponibbli suffiċjenti sabiex tiġi sostnuta l-plawsibbiltà tat-talba tiegħu għad-danni, il-qrati nazzjonali jistgħu jordnaw il-konvenut jew parti terza jiddivulgaw l-evidenza rilevanti, [...] prevja l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jkunu jistgħu wkoll jordnaw lill-attur jew parti terza jiddivulgaw l-evidenza fuq talba tal-konvenut.

Din id-dispożizzjoni hija bla ħsara għad-drittijiet u l-obbligi tal-qrati nazzjonali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001.

Din id-dispożizzjoni tapplika bla ħsara għad-drittijiet u l-obbligi tal-qrati nazzjonali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001.

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jistgħu jitolbu d-divulgazzjoni tal-evidenza lill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni meta l-konvenut ma pprovdiex l-evidenza mitluba.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jordnaw id-divulgazzjoni tal-evidenza msemmija fil-paragrafu 1 meta l-parti li titlob id-divulgazzjoni

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jistgħu jordnaw id-divulgazzjoni ta' provi speċifiċi jew kategoriji ta' provi, billi jiddefinixxuhom bl-aktar mod preċiż u limitat abbażi tal-fatti raġonevolment disponibbli fil-ġustifikazzjoni motivata, li huma taħt il-kontroll tal-parti oħra jew ta' parti terza u huma neċessarji għall-valutazzjoni tad-danni kkawżati, bi qbil mal-Artikolu 2 taʼ din id-Direttiva.

(a) uriet li l-evidenza fil-kontroll tal-parti l-oħra jew ta’ parti terza hija rilevanti biex tissostanza t-talba jew id-difiża tagħha; kif ukoll

 

(b) speċifikat partijiet minn din l-evidenza jew kategoriji ta' din l-evidenza definiti b'mod kemm jista’ jkun preċiż jew strett fuq il-bażi ta’ fatti raġonevolment disponibbli;

 

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jillimitaw id-divulgazzjoni tal-evidenza għal dak li huwa proporzjonat. Fid-determinazzjoni ta' jekk kwalunkwe divulgazzjoni mitluba minn parti hijiex proporzjonata, il-qrati nazzjonali għandhom iqisu l-interessi leġittimi tal-partijiet u l-partijiet terzi kollha kkonċernati. Partikolarment għandhom jikkunsidraw:

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jillimitaw id-divulgazzjoni tal-evidenza għal dak li huwa proporzjonat u li jirrigwarda azzjoni għad-danni fl-Unjoni. Fid-determinazzjoni dwar jekk kwalunkwe divulgazzjoni mitluba minn parti hijiex proporzjonata, il-qrati nazzjonali għandhom iqisu l-interessi pubbliċi involuti u l-interessi leġittimi tal-partijiet privati u t-terzi kollha kkonċernati. Partikolarment għandhom jikkunsidraw:

(a) il-possibbiltà li l-ksur allegat tal-liġi dwar il-kompetizzjoni jkun sar;

(a) il-possibbiltà li l-ksur allegat tal-liġi dwar il-kompetizzjoni jkun sar;

 

(aa) Il-bżonn li tiġi salvagwardjata l-effikaċja tal-infurzar pubbliku tal-liġi dwar il-kompetizzjoni;

(b) l-għan u l-ispiża biex issir id-divulgazzjoni, speċjalment jekk hemm partijiet terzi involuti;

(b) l-għan u l-ispiża biex issir id-divulgazzjoni, speċjalment għal kwalunkwe terz involut u bil-ħsieb li jiġi evitat tiftix għal ġbir ta’ informazzjoni;

(c) jekk l-evidenza li għandha tiġi divulgata fihiex informazzjoni kunfidenzjali, speċjalment li tikkonċerna l-partijiet terzi, u l-arranġamenti għall-protezzjoni tat-tali informazzjoni kunfidenzjali; kif ukoll

(c) jekk l-evidenza li għandha tiġi divulgata fihiex informazzjoni kunfidenzjali, speċjalment li tikkonċerna l-partijiet terzi, u l-arranġamenti għall-protezzjoni tat-tali informazzjoni kunfidenzjali; kif ukoll

(d) fil-każijiet fejn il-ksur qed jiġi jew ġie investigat minn awtorità tal-kompetizzjoni, jekk it-talba ġietx ifformulata speċifikament fir-rigward tan-natura, is-suġġett jew il-kontenut tat-tali dokumenti aktar milli talba mhux speċifika li tikkonċerna d-dokumenti sottomessi lil awtorità tal-kompetizzjoni jew miżmuma fil-fajl tat-tali awtorità tal-kompetizzjoni.

(d) fil-każijiet fejn il-ksur qed jiġi jew ġie investigat minn awtorità tal-kompetizzjoni, jekk it-talba ġietx ifformulata speċifikament fir-rigward tan-natura, is-suġġett jew il-kontenut tat-tali dokumenti [...] sottomessi lil awtorità tal-kompetizzjoni jew miżmuma fil-fajl tat-tali awtorità tal-kompetizzjoni.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom miżuri effettivi biex jiġu protetti s-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra kemm jista' jkun sabiex jiġi garantit livell xieraq ta' protezzjoni ta' informazzjoni bħal din u tkun disponibbli evidenza rilevanti li tkun fiha tali informazzjoni fl-azzjoni għad-danni.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jkollhom is-setgħa li jordnaw id-divulgazzjoni ta' evidenza rilevanti li fiha informazzjoni kunfidenzjali meta jikkunsidrawha rilevanti għall-azzjoni għad-danni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jordnaw id-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni, il-qrati nazzjonali jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom miżuri effettivi biex tiġi protetta tali informazzjoni.

5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jagħtu effett sħiħ lill-privileġġi legali u drittijiet oħra biex ma jkunux obbligati jiddivulgaw l-evidenza.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jagħtu effett sħiħ lill-privileġġi professjonali legali applikabbli skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni meta jitolbu id-divulgazzjoni tal-evidenza.

 

L-interess li l-impriżi għandhom li jevitaw azzjonijiet għad-danni wara ksur m’għandux jikkostitwixxi interess kummerċjali li jistħoqqlu protezzjoni.

 

5a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet interessati li għandhom fil-pussess tagħhom dokument li huwa s-suġġett ta' talba ta' divulgazzjoni jinstemgħu qabel ma qorti nazzjonali tordna d-divulgazzjoni taħt dan l-Artikolu fir-rigward tal-informazzjoni li ġejja mid-dokumenti speċifikati.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, safejn il-qrati tagħhom ikollhom is-setgħat biex jordnaw id-divulgazzjoni mingħajr is-smigħ tal-persuna li mingħandha qed tintalab id-divulgazzjoni, l-ebda penalità għan-nuqqas ta' konformità ma' tali ordni ma tkun tista' tiġi imposta sakemm id-destinatarju tat-tali ordni ma jkunx instema' mill-qorti.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, safejn il-qrati tagħhom ikollhom is-setgħat biex jordnaw id-divulgazzjoni mingħajr is-smigħ tal-persuna li mingħandha qed tintalab id-divulgazzjoni, l-ebda penalità għan-nuqqas ta' konformità ma' tali ordni ma tkun tista' tiġi imposta sakemm id-destinatarju tat-tali ordni ma jkunx ingħata l-possibbiltà li jinstema' mill-qorti nazzjonali.

7. L-evidenza għandha tinkludi kull tip ta’ evidenza ammissibbli quddiem il-qorti nazzjonali vestita , partikolarment dokumenti u kull oġġett ieħor li jkun jinkludi informazzjoni irrispettivament mill-mezz fejn l-informazzjoni hija maħżuna.

7. L-evidenza għandha tinkludi kull tip ta’ evidenza ammissibbli quddiem il-qorti nazzjonali adita, partikolarment dokumenti u kull oġġett ieħor li jkun jinkludu informazzjoni irrispettivament mill-mezz li fuqu l-informazzjoni hija maħżuna.

8. Bla ħsara għall-obbligu stipulat fil-paragrafu 4 u l-limiti stipulati fl-Artikolu 6, dan l-Artikolu ma għandux jostakola lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu regoli li jistgħu jwasslu għal divulgazzjoni usa’ ta’ evidenza.

8. Bla ħsara għall-obbligu stipulat fil-paragrafu 4 u l-limiti stipulati fl-Artikolu 6, dan l-Artikolu ma għandux jostakola lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu regoli li jistgħu jwasslu għal divulgazzjoni usa’ ta’ evidenza.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet tal-azzjonijiet għad-danni, il-qrati nazzjonali ma jkunux jistgħu fi kwalunkwe mument jordnaw lil parti jew parti terza biex tiddivulga kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' evidenza li ġejjin:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet tal-azzjonijiet għad-danni, il-qrati nazzjonali, b’mod ġenerali, m’għandhomx jordnaw lil awtorità tal-kompetizzjoni biex tiddivulga kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta evidenza li ġejjin:

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

id-dokumenti interni tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, il-korrispondenza bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jew bejn dawn tal-aħħar fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni;

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-fini tal-azzjonijiet għad-danni, il-qrati nazzjonali jkunu jistgħu jordnaw id-divulgazzjoni tal-kategoriji ta' evidenza li ġejjin biss wara li awtorità tal-kompetizzjoni tkun temmet il-proċedimenti tagħha jew tkun ħadet deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1/2003 jew fil-Kapitolu III tar-Regolament Nru 1/2003:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-fini tal-azzjonijiet għad-danni, il-qrati nazzjonali jkunu jistgħu jordnaw id-divulgazzjoni li ġejja biss wara li awtorità tal-kompetizzjoni tkun temmet il-proċedimenti tagħha jew tkun ħadet deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1/2003 jew fil-Kapitolu III tar-Regolament Nru 1/2003:

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. id-divulgazzjoni tal-evidenza fil-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni li ma taqax taħt waħda mill-kategoriji elenkati fil-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jista' jiġi ordnat fl-azzjonijiet għad-danni fi kwalunkwe mument.

3. Id-divulgazzjoni tal-evidenza fil-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni li ma taqax taħt waħda mill-kategoriji elenkati fil-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu tista' tiġi ordnata fl-azzjonijiet għad-danni fi kwalunkwe mument. L-Artikolu 5(3) sa (7) għandu japplika mutatis mutandis.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

imħassar

Limiti għall-użu tal-evidenza miksuba biss permezz tal-aċċess għall-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-evidenza li taqa' taħt waħda mill-kategoriji elenkati fl-Artikolu 6(1) li tinkiseb minn persuna fiżika jew ġuridika biss permezz tal-aċċess għall-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha ta' difiża skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003 jew id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-liġi nazzjonali, ma tkunx ammissibbli fl-azzjonijiet għad-danni.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-evidenza li taqa' taħt waħda mill-kategoriji elenkati fl-Artikolu 6(2) li tinkiseb minn persuna fiżika jew ġuridika biss permezz tal-aċċess għall-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha tad-difiża skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003, jew id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-liġi nazzjonali ma tkunx ammissibbli fl-azzjonijiet għad-danni sakemm dik l-awtorità tal-kompetizzjoni tkun temmet il-proċedimenti tagħha jew tkun ħadet deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1/2003 jew fil-Kapitolu III tar-Regolament Nru 1/2003.

 

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-evidenza li tinkiseb minn persuna fiżika jew ġuridika biss permezz tal-aċċess għall-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha tad-difiża skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003 jew id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-liġi nazzjonali, u li mhijiex inadmissibbli skont il-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu, tkun tista' tintuża biss f'azzjoni għad-danni minn dik il-persuna jew mill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun is-suċċessur tad-drittijiet tagħha, inkluża l-persuna li xtrat il-pretensjoni tagħha.

 

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-distruzzjoni ta' evidenza rilevanti, bil-kundizzjoni li, fil-mument tad-distruzzjoni:

(b) id-distruzzjoni ta evidenza rilevanti;

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) il-parti li tkun qed tagħmel id-distruzzjoni kienet parti fil-proċedimenti ta' awtorità tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-imġiba sottostanti fl-azzjoni għad-danni; or

imħassar

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) il-parti li tkun qed tagħmel id-distruzzjoni kienet taf jew kellha b'mod raġonevoli tkun taf li kienet tressqet azzjoni għad-danni quddiem il-qorti nazzjonali u li l-evidenza kienet rilevanti biex tissustanzja l-pretensjoni għad-danni jew difiża kontriha; or

imħassar

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) il-parti li tkun qed tagħmel id-distruzzjoni kienet taf li l-evidenza kienet rilevanti għall-azzjonijiet pendenti jew prospettivi għad-danni mressqa minnha jew kontriha;

imħassar

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti mill-qrati nazzjonali jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi. Is-sanzjonijiet disponsibbli għall-qrati nazzjonali għandhom jinkludu, safejn għandha x’taqsam l-imġiba ta’ parti involuta fi proċedimenti ta’ azzjoni għad-danni, il-possibbiltà li jikkonkludu l-kontra bħal pereżempju l-preżunzjoni li l-kwistjoni rilevanti kienet ippruvata jew ma jilqgħux talbiet u difiżi kollha jew in parti, u l-possibbiltà li jordnaw il-ħlas tal-ispejjeż.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti mill-qrati nazzjonali jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi fil-każ ta’ falliment jew rifjut ta’ konformità ma’ kwalunkwe ordni ta’ divulgazzjoni tal-qorti jew ordni li tipproteġi informazzjoni kunfidenzjali.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' preskrizzjoni ma jibdiex jgħodd qabel ma parti li tkun ġarrbet il-ħsara tkun taf, jew jista' jkun raġonevolment mistenni li tkun taf:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta preskrizzjoni jibda jidekorri mid-data l-aktar tard li fiha l-parti li tkun ġarrbet il-ħsara tkun taf, jew jista jkun raġonevolment mistenni li tkun taf:

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' preskrizzjoni ma jibdiex jgħodd qabel ma parti li tkun ġarrbet il-ħsara tkun taf, jew jista' jkun raġonevolment mistenni li tkun taf:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta preskrizzjoni ma jibdiex jiddekorri qabel ma l-ksur ikun waqaf, parti li tkun ġarrbet il-ħsara tkun taf, jew jista jkun raġonevolment mistenni li tkun taf:

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' preskrizzjoni jiġi sospiż jekk awtorità tal-kompetizzjoni tieħu azzjoni għall-fini tal-investigazzjoni jew il-proċedimenti fir-rigward ta' ksur li miegħu tkun relatata l-azzjoni għad-danni. Is-sospensjoni għandha tintemm l-aktar kmieni sena wara li d-deċiżjoni tal-ksur tkun saret finali jew wara li l-proċedimenti jkunu ntemmu mod ieħor.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' preskrizzjoni jiġi sospiż jekk awtorità tal-kompetizzjoni tieħu azzjoni għall-fini tal-investigazzjoni jew il-proċedimenti fir-rigward ta' ksur li miegħu tkun relatata l-azzjoni għad-danni. Is-sospensjoni għandha tintemm l-aktar kmieni sentejn wara li d-deċiżjoni tal-għeluq tal-proċedura relatata mal-ksur jew mal-ksur allegat issir definittiva.

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu ta' preskrizzjoni għandu jkun biżżejjed twil sabiex jippermetti aċċess ġenwin għall-ġustizzja.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriża li tkun ingħatat l-immunità minn multi minn awtorità tal-kompetizzjoni taħt programm ta' klemenza tkun obbligata lejn il-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara għajr ix-xerrejja jew il-fornituri diretti jew indiretti tagħha biss meta t-tali partijiet li ġarrbu l-ħsara juru li ma jistgħux jiksbu kumpens bis-sħiħ mill-impriżi l-oħra li kienu involuti fl-istess ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni.

imħassar

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ix-xerrej indirett għandu jitqies li jkun ta prova li sar trasferiment fuqu meta jkun wera li:

Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta dan l-Artikolu, ix-xerrej indirett għandu jipprova li sar trasferiment fuqu meta jkun wera li tal-inqas:

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-regoli stabbiliti f'dan il-Kapitolu huma bla ħsara għad-dritt ta' parti li tkun ġarrbet ħsara li titlob għal kumpens għat-telf ta' profitt.

1. Ir-regoli stabbiliti fdan il-Kapitolu japplikaw bla ħsara għad-dritt ta parti li tkun ġarrbet ħsara li titlob għal kumpens għat-telf ta' profitt, telf reali, kif ukoll l-imgħax miż-żmien li fih tkun twettqet il-ħsara sa meta jitħallas il-kumpens relatat ma' dik il-ħsara.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) kwalunkwe riżultat rilevanti minn każijiet ta’ kompetizzjoni pubbliċi li jgħin fl-ilħuq tal-kriterji fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 13.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta' ksur ta' kartell, jiġi preżunt li l-ksur ikkawża ħsara. L-impriża li wettqet il-ksur għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta din il-preżunzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta ksur ta kartell, jiġi preżunt li l-ksur ikkawża ħsara fis-suq. L-impriża li wettqet il-ksur għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta din il-preżunzjoni.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

Artikolu 17

Effett sospensiv tas-soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim

Effett sospensiv tas-soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' preskrizzjoni għat-tressiq ta' azzjoni għad-danni jkun sospiż għat-tul ta' żmien tal-proċess ta' soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim. Is-sospensjoni tal-perjodu ta' preskrizzjoni japplika biss fir-rigward ta' dawk il-partijiet li huma jew kienu involuti fis-soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' preskrizzjoni għat-tressiq ta' azzjoni għad-danni jkun sospiż għat-tul ta' żmien tal-proċess ta' soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim. Is-sospensjoni tal-perjodu ta' preskrizzjoni japplika biss fir-rigward ta' dawk il-partijiet li huma jew kienu involuti fis-soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali li quddiemhom tkun tressqet azzjoni għad-danni jkunu jistgħu jissospendu l-proċedimenti jekk il-partijiet f'dawk il-proċedimenti jkunu involuti f'soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim fir-rigward tal-pretensjoni koperta minn dik l-azzjoni għad-danni.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali li quddiemhom tkun tressqet azzjoni għad-danni jkunu jistgħu jissospendu l-proċedimenti jekk il-partijiet f'dawk il-proċedimenti jkunu involuti f'soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim fir-rigward tal-pretensjoni koperta minn dik l-azzjoni għad-danni.

 

2a. Is-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu madankollu ma tistax iddum aktar minn sena.

 

2b. Wara ftehim kunsenswali, awtorità tal-kompetizzjoni tista' tikkunsidra l-kumpens imħallas qabel id-deċiżjoni bħala fattur ta’ mitigazzjoni meta qed tiffissa l-multi.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li wara riżolviment kunsenswali, is-sehem tal-ħsara, li l-ksur ikkawża lill-parti li ġarrbet il-ħsara, tal-ko-kontraventur fir-riżolviment, jitnaqqas mill-pretensjoni tal-parti fir-riżolviment li tkun ġarrbet il-ħsara. Il-ko-kontraventuri barra mir-riżolviment ma jistgħux jirkupraw il-kontribuzzjoni mill-ko-kontraventur fir-riżolviment għall-pretensjoni li jkun għad fadal. Biss meta l-ko-kontraventuri barra mir-riżolviment ma jkunux jistgħu jħallsu d-danni li jikkorrispondu għall-pretensjoni li jkun għad fadal, il-ko-kontraventur fir-riżolviment jiġi obbligat li jħallas id-danni lill-parti fir-riżolviment li tkun ġarrbet il-ħsara.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li wara riżolviment kunsenswali, is-sehem tal-ħsara, li l-ksur ikkawża lill-parti li ġarrbet il-ħsara, tal-koawtur fir-riżolviment, jitnaqqas mill-pretensjoni tal-parti fir-riżolviment li tkun ġarrbet il-ħsara. Il-koawturi barra mir-riżolviment ma jistgħux jirkupraw il-kontribuzzjoni mill-koawtur fir-riżolviment għall-pretensjoni li jkun għad fadal. Meta l-koawturi barra mir-riżolviment ma jkunux jistgħu jħallsu d-danni li jikkorrispondu għall-pretensjoni li jkun għad fadal biss, il-koawturi fir-riżolviment jiġi obbligat li jħallas id-danni lill-parti fir-riżolviment li tkun ġarrbet il-ħsara, sakemm dan ma ġiex espliċitament eskluż mill-kundizzjonijiet tar-riżolviment.

PROĊEDURA

Titolu

Regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-UE

Referenzi

COM(2013)0404 – C7-0170/2013 – 2013/0185(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

1.7.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

1.7.2013

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

12.12.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Bernhard Rapkay

19.6.2013

Eżami fil-kumitat

16.12.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.1.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Eva Lichtenberger, Angelika Niebler, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

María Irigoyen Pérez

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (9.01.2014)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea
(COM(2013)0404 – C7 ‑ 0170/2013 – 2013/0185(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Olle Schmidt

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Wara kważi deċennju ta' deliberazzjoni, ir-rapporteur jilqa' bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni għal din id-direttiva. Fil-preżent, kemm il-konsumaturi kif ukoll l-impriżi żgħar u ta' daqs medju qed ikunu mfixkla fl-eżerċitar tad-drittijiet fil-livell tal-Unjoni biex jiksbu kumpens għal dannu kkawżat minn ksur fil-liġi tal-kompetizzjoni.

Fir-rigward tal-infurzar privat, ir-rapporteur jixtieq jara li jiġu introdotti mekkaniżmi ta' rimedju kollettiv u rappreżentattiv. Fid-dikjarazzjoni ta' segwitu tiegħu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew (P6_TA(2009)0187), il-Kummissjoni qablet li għandu jkun hemm approċċ integrat għal rimedju kollettiv biex jiġi żgurat trattament konsistenti ta' pretensjonijiet għad-danni fil-qasam tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni. Il-miżuri orizzontali vinkolanti għal rimedju kollettiv għadhom mhumiex realtà. L-azzjonijiet kollettivi jistgħu jippermettu lil entitajiet ġenwini u kwalifikati, bħall-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jew l-organizzazzjonijiet tal-kummerċ biex iressqu azzjonijiet f'isem il-pretendent individwali. Madankollu, ir-rapporteur jitlob li jkun hemm biss grupp ta' nies li jkun identifikat b'mod ċar li jkun jista' jaġixxi ta' rappreżentant u li jieħu sehem fil-pretensjoni. Din l-identifikazzjoni għandha tkun ikkompletata qabel il-preżentazzjoni tal-pretensjoni, li għaliha r-rapporteur jissuġġerixxi li jkun segwit mudell fakultattiv. Peress li 25 % biss tal-każijiet ta' kartell iwasslu għal azzjonijiet għal danni fi ħdan l-Unjoni, għandu jsir sforz akbar biex il-konsumaturi jiġu inkoraġġiti jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

Ir-rapporteur jirrikonoxxi li l-applikazzjoni ta' programm ta' klemenza tagħti kontribut importanti biex jinkixfu l-kartelli, billi qabel xejn isir possibbli li jsiru pretensjonijiet għad-danni. Madankollu, ir-rapporteur ma jaqbilx mal-proposta tal-Kummissjoni li tiġi introdotta lista griża ta' limiti dwar l-iżvelar tal-evidenza wara li awtorità tal-kompetizzjoni tkun għalqet il-proċedimenti tagħha. L-evidenza kollha mill-applikanti għal klemenza għandha tkun koperta mir-regoli fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6, irrispettivament minn jekk kinux irċevuti fl-applikazzjoni għal klemenza jew wara t-talba mill-awtorità tal-kompetizzjoni.

Għalkemm xi drabi l-każijiet ta' kompetizzjoni jsiru possibbli permezz ta' informatur, m'hemmx referenza speċifika għal dan fil-proposta tal-Kummissjoni. Il-protezzjoni tal-informaturi tikkonċerna biss l-identità tal-informatur, u mhux l-informazzjoni pprovduta. L-identità ma hija ta' ebda importanza għad-danni jew għall-valur tad-danni. Illum, l-identità tal-informaturi tiġi protetta skont il-liġi tal-Istati Membri. Biex jiġu żgurati l-prevedibbiltà u deċiżjonijiet ekwivalenti, id-dejta personali għandha tiġi miżjuda mal-proposta tal-Kummissjoni.

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li l-oneru tal-provi għandu jitqiegħed fuq l-informatur. Dan jista' jagħmilha aktar faċli biex il-pretendenti jistabbilixxu l-pretensjonijiet tagħhom. In-nuqqasijiet fl-evidenza jistgħu jiffavorixxu lill-pretendent u jistgħu jkunu ta' benefiċċju ċar għax-xerrejja diretti. Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, ix-xerrejja indiretti għandhom ikunu intitolati wkoll għat-tressiq tal-azzjonijiet. Madankollu, ir-regoli proposti jinkludu kemm suppożizzjoni tal-assenza kif ukoll l-eżistenza ta' trasferiment ta' spejjeż żejda għal xerrejja indiretti. Dan x'aktarx se jwassal għal pretensjonijiet kemm mill-pretendenti diretti kif ukoll mingħand dawk indiretti. Ir-rapporteur mhuwiex favur tali sistema duwali u jissuġġerixxi li meta ma jkunx hemm evidenza biżżejjed biex tipprova t-trasferiment, l-oneru tal-provi jkun f'idejn ix-xerrej indirett. Permezz ta' dan, tinħoloq sistema ta' pilastru wieħed li sservi ta' gwida ċara għall-qrati nazzjonali.

Għandu jingħata kumpens għad-dannu mġarrab. Dan huwa vitali sabiex il-kartelli jħossu d-dannu reali li kkawżaw fis-swieq u lill-konsumaturi. Sabiex tiżdied il-protezzjoni tal-parti li tkun ġarrbet dannu minħabba ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, huwa importanti li jkun żgurat li din ikollha vuċi qawwija fil-proċedimenti tal-qorti. Ir-rapporteur, għalhekk, jissuġġerixxi li l-parti li ġarrbet id-dannu għandu jkollha vantaġġ fl-istima, u għalhekk jixtieq li l-istima tkun ibbażata fuq l-istima tal-parti li ġarrbet id-dannu. Barra minn hekk, dan ikompli jiskoraġġixxi l-parteċipazzjoni fil-kartell minħabba li l-influwenza fil-proċedimenti tal-qorti ta' min jikser il-liġi titnaqqas.

Fil-każ ta' konsumatur, organizzazzjoni tal-konsumaturi jew impriża żgħira, ir-riskju li jkollhom iħallsu l-ispejjeż tal-qorti f'każ ta' telf jista' jiskoraġġihom milli jressqu pretensjonijiet għad-danni. Sabiex titjieb il-possibilità li jitressqu tali pretensjonijiet, ir-rapporteur jissuġġerixxi li jitwaqqaf fond iffinanzjat mill-multi mħallsa minn każijiet ta' ksur tal-kompetitizzjoni. Dan il-fond jista' jiffinanzja l-ewwel verdett indikattiv ta' każ potenzjali abbażi ta' evidenza provduta minn pretendent potenzjali. Dan jista' jnaqqas il-valur limitu għall-pretensjonijiet għad-danni u jnaqqas pretensjonijiet mhux meħtieġa quddiem il-qrati. Finalment, għandu jkun innutat li għandha tinżamm ir-regola li 't-telliefa jħallsu'.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkludi l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) L-infurzar privat huwa mekkaniżmu importanti ħafna għall-infurzar effettiv tal-liġi tal-kompetizzjoni. Madankollu, azzjonijiet individwali biss mhumiex se jkunu sodisfaċenti u għalhekk, jeħtieġ li jiġu permessi azzjonijiet kollettivi f'din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm approċċ integrat għal rimedju kollettiv biex ikun żgurat trattament konsistenti tad-danni, bħal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Peress li tali miżuri orizzontali għadhom mhumiex realtà, ir-rapporteur jixtieq jintroduċihom f'din id-Direttiva. Minħabba n-numru baxx ta' azzjonijiet għal danni għandu jsir sforz akbar biex jinkoraġġixxi l-konsumaturi jasserixxu d-dritijiet tagħhom. L-azzjonijiet kollettivi se jbaxxu l-valur limitu għall-konsumaturi biex jersqu lejn il-qrati nazzjonali.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) Rigward il-prerogattiva tal-Istati Membri li jintroduċu skemi differenti ta’ rimedju kollettiv, l-Istati Membri, meta jwaqqfu tali skemi, għandhom jintroduċu biss sistema ta’ inklużjoni fakultattiva u ma jipprevedux l-użu ta’ multa ta’ kontinġenza, il-possibbiltà li jingħata kumpens punittiv għad-dannu mġarrab u l-finanzjament minn partijiet terzi fejn il-fornitur tal-fondi jingħata rimunerazzjoni abbażi tar-riżolviment milħuq jew il-kumpens li ngħata.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Mezzi effettivi għall-konsumaturi u l-impriżi biex jiksbu kumpens għad-danni jiskoraġġixxu l-impriżi milli jwettqu ksur u jiżguraw konformità akbar mar-regoli dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni. Fid-dawl ta’ dan, fl-interess tat-titjib tal-infurzar pubbliku tar-regoli dwar il-kompetizzjoni fl-Unjoni, għandu jiġi mħeġġeġ il-kumpens kosteffikaċi, f’waqtu u effiċjenti tal-vittmi tal-ksur ta’ dawk ir-regoli. It-tħeġġiġ ta’ kumpens kunsenswali għall-vittmi għandu jkun mingħajr ħsara għall-ħtieġa għal armonizzazzjoni tar-regoli fl-azzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri għad-danni għall-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess tal-konsumaturi u tal-impriżi, il-kumpens għad-danni għandu jkun kosteffikaċi, f’waqtu u effiċjenti. Għalhekk hemm bżonn li tiġi inkoraġġita riżoluzzjoni konsenswali bikrija tat-tilwim billi jingħata inċentiv marbut mal-multa stabbilita mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni biex jiġi żgurat kumpens kosteffikaċi, f’waqtu u effiċjenti.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Din id-Direttiva tafferma mill-ġdid l-acquis communautaire dwar id-dritt tal-Unjoni għall-kumpens għall-ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-locus standi u d-definizzjoni tad-dannu, kif kien iddikjarat fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u ma tantiċipa l-ebda żvilupp ulterjuri tiegħu. Kull individwu li ġarrab xi ħsara kkawżata minn ksur jista’ jagħmel talba għal kumpens għat-telf reali (damnum emergens), għall-profitt li ġie miċħud lilu (telf ta' profitt jew lucrum cessans) u għall-ħlas ta’ imgħax li jakkumula miż-żmien meta saret il-ħsara sakemm jitħallas il-kumpens. Dan id-dritt huwa rikonoxxut għal kull persuna fiżika jew ġuridika għall-konsumaturi, għall-impriżi u għall-awtoritajiet pubbliċi bl-istess mod irrispettivament jekk teżistix relazzjoni kuntrattwali diretta mal-impriża ħatja tal-ksur, u mingħajr kunsiderazzjoni jekk jinstabx jew le li kien hemm ksur fil-passat minn awtorità tal-kompetizzjoni. Din id-Direttiva ma għandhiex tirrikjedi li l-Istati Membri jintroduċu mekkaniżmi ta' rimedju kollettiv għall-infurzar tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat.

(11) Din id-Direttiva tafferma mill-ġdid l-acquis communautaire dwar id-dritt tal-Unjoni għall-kumpens għall-ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-locus standi u d-definizzjoni tad-dannu, kif kien iddikjarat fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u ma tantiċipa l-ebda żvilupp ulterjuri tiegħu. Kull individwu li ġarrab xi ħsara kkawżata minn ksur jista’ jagħmel talba għal kumpens għat-telf reali (damnum emergens), għall-profitt li ġie miċħud lilu (telf ta’ profitt jew lucrum cessans) u għall-ħlas ta’ imgħax li jakkumula miż-żmien meta saret il-ħsara sakemm jitħallas il-kumpens, mingħajr preġudizzju għat-tip ta’ imgħax rikonoxxut skont il-liġi nazzjonali. Dan id-dritt huwa rikonoxxut għal kull persuna fiżika jew ġuridika - għall-konsumaturi, għall-impriżi u għall-awtoritajiet pubbliċi bl-istess mod - irrispettivament jekk teżistix relazzjoni kuntrattwali diretta mal-impriża ħatja tal-ksur, u mingħajr kunsiderazzjoni jekk jinstabx jew le li kien hemm ksur fil-passat minn awtorità tal-kompetizzjoni.

 

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) L-infurzar korrett tal-liġi dwar il-kompetizzjoni u l-eżerċizzju effettiv kemm min-negozju u kemm mill-konsumaturi tad-dritt tagħhom għall-kumpens huma marbutin mill-qrib ħafna ma’ xulxin u huma essenzjali biex jinkiseb it-tkabbir kompetittiv. Dritt Ewropew għal rimedju kollettiv, f’dan ir-rigward, jikkontribwixxi għat-tlestija tas-suq intern u l-iżvilupp ta’ qasam ġenwin ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

Ġustifikazzjoni

Fi Frar 2012 il-Parlament Ewropew adotta r-riżoluzzjoni ‘Lejn Approċċ Ewropew Koerenti għal Rimedju Kollettiv’, li fiha talab għal kwalunkwe proposta fil-qasam tar-rimedju kollettiv inkluż grupp komuni ta’ prinċipji li jipprovdu aċċess uniformi għall-ġustizzja permezz ta’ rimedju kollettiv fl-Unjoni li jittratta l-ksur tad-drittijiet tal-konsumaturi. Mekkaniżmu ta’ rimedju kollettiv jista’ jtejjeb ħafna l-infurzar effettiv tal-liġi dwar il-kompetizzjoni u jżid il-ħarsien tal-konsumaturi.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-evidenza hija element importanti għat-tressiq ta' azzjonijiet għad-danni għal ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. Madankollu, billi l-litigazzjoni tal-antitrust hija kkaratterizzata minn asimmetrija tal-informazzjoni, huwa xieraq li jiġi żgurat li l-partijiet li jkunu ġarrbu ħsara jkollhom id-dritt li jiksbu d-divulgazzjoni tal-evidenza li tirrigwarda l-pretensjoni tagħhom, mingħajr ma jkun meħtieġ li jispeċifikaw il-partijiet speċifiċi tal-evidenza. Sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-mezzi, dawn tal-aħħar għandhom ikunu wkoll disponibbli għall-konvenuti fl-azzjonijiet għad-danni, sabiex ikunu jistgħu jitolbu għad-divulgazzjoni tal-evidenza minn dawk il-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara. Il-qrati nazzjonali jistgħu wkoll jordnaw id-divulgazzjoni tal-evidenza minn partijiet terzi. Meta l-qorti nazzjonali tkun tixtieq tordna d-divulgazzjoni tal-evidenza mill-Kummissjoni, il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri (l-Artikolu 4(3) TUE) u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1/2003 fir-rigward tat-talbiet għall-informazzjoni, huma applikabbli.

(13) L-evidenza hija element importanti għat-tressiq ta' azzjonijiet għad-danni għal ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. Madankollu, billi l-litigazzjoni tal-antitrust hija kkaratterizzata minn asimmetrija tal-informazzjoni, huwa xieraq li jiġi żgurat li l-partijiet li jkunu ġarrbu ħsara jkollhom id-dritt li jiksbu d-divulgazzjoni tal-evidenza li tirrigwarda l-pretensjoni tagħhom. Sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-mezzi, dawn tal-aħħar għandhom ikunu wkoll disponibbli għall-konvenuti fl-azzjonijiet għad-danni, sabiex ikunu jistgħu jitolbu għad-divulgazzjoni tal-evidenza minn dawk il-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara. Il-qrati nazzjonali jistgħu wkoll jordnaw id-divulgazzjoni tal-evidenza minn partijiet terzi. Meta l-qorti nazzjonali tkun tixtieq tordna d-divulgazzjoni tal-evidenza mill-Kummissjoni, il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri (l-Artikolu 4(3) TUE) u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1/2003 fir-rigward tat-talbiet għall-informazzjoni, huma applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li l-evidenza tiġi speċifikata b’mod preċiż u restrittiv kemm jista’ jkun sabiex jiġi evitat tiftix għal ġbir ta’ informazzjoni, li jista’ jkun fuq kollox ta’ ħsara għall-funzjonament effiċjenti u ġust tas-suq intern.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Huwa importanti li informazzjoni mogħtija minn applikanti għal klemenza tkun protetta peress li dan itejjeb l-inċentiv għal kartellisti biex jippreżentaw ruħhom u jipparteċipaw fi programmi ta' klemenza. Għalhekk, ir-restrizzjoni fuq l-iżvelar tal-evidenza minn awtorità tal-kompetizzjoni għandha tkun estiża biex tinkludi l-informazzjoni kollha mogħtija mill-applikant ta' klemenza, irrispettivament minn jekk l-informazzjoni ngħatatx fuq l-inizjattiva tal-kartellist innifsu jew fuq talba mill-awtorità tal-kompetizzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-applikazzjonijiet għal programmi ta' klemenza jagħtu kontribut ewlieni biex jikxfu l-kartelli u b'hekk jiffaċilitaw il-prosekuzzjonijiet privati. L-evidenza kollha mill-applikanti għal klemenza għandha tkun koperta mir-regoli fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6, irrispettivament minn jekk ġewx irċevuti mal-applikazzjoni għal klemenza jew wara t-talba mill-awtorità tal-kompetizzjoni.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Minkejja li r-rwol tal-informaturi individwali s'issa kien wieħed żgħir, il-protezzjoni tal-individwi li jipprovdu informazzjoni għandu jiġi inkluż espliċitament fid-direttiva. Dejta personali u l-informazzjoni marbuta magħha biss għandhom jiġu inklużi fl-informazzjoni li l-qrati nazzjonali ma jistgħu jitlobu fl-ebda ħin l-iżvelar tagħha lil parti jew parti terza.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm jeżistu każijiet ta' kompetizzjoni li jsiru possibbli permezz ta' informatur, m'hemmx referenza speċifika għal dan fid-direttiva proposta. Il-protezzjoni tal-informaturi tikkonċerna biss l-identità tal-informatur, u mhux l-informazzjoni pprovduta. Biex jiġu żgurati l-prevedibbiltà u deċiżjonijiet ekwivalenti, id-dejta personali għandha tiġi miżjuda mad-direttiva. Illum, l-identità tal-informaturi hija protetta skont il-liġi tal-Istat Membru.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Li ssir pretensjoni għad-danni, jew il-bidu ta’ investigazzjoni minn awtorità tal-kompetizzjoni, jinvolvi riskju li l-impriżi kkonċernati jistgħu jeqirdu jew jaħbu l-evidenza li tista' tkun utli biex tiġi sostanzjata pretensjoni għad-danni ta' parti li ġarrbet ħsara. Sabiex l-evidenza rilevanti ma tiġix distrutta u biex ikun żgurat li ordnijiet tal-qorti li jitolbu d-divulgazzjoni ta’ evidenza jitwettqu, il-qrati għandu jkollhom is-saħħa li jimponu sanzjonijiet suffiċjentement deterrenti. Safejn jirrigwarda l-partijiet fil-proċedimenti, ir-riskju li jsiru inferenzi negattivi fil-proċedimenti għad-danni jista' jkun sanzjoni partikolarment effettiva u jista' jevita dewmien żejjed. Għandu jkun hemm ukoll sanzjonijiet għal min ma jonorax l-obbligu ta' protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali u għal użu abbużiv minn informazzjoni li tkun divulgata. B'mod simili, is-sanzjonijiet għandhom ikunu disponibbli jekk l-informazzjoni miksuba permezz tal-aċċess għall-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni bl-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża fir-rigward tal-investigazjonijiet ta' dik l-awtorità tal-kompetizzjoni, tintuża b'mod abbużiv f'azzjonijiet għad-danni.

(24) Li ssir pretensjoni għad-danni, jew il-bidu ta’ investigazzjoni minn awtorità tal-kompetizzjoni, jinvolvi riskju li l-impriżi kkonċernati jistgħu jeqirdu jew jaħbu l-evidenza li tista' tkun utli biex tiġi sostanzjata pretensjoni għad-danni ta' parti li ġarrbet ħsara. Sabiex l-evidenza rilevanti ma tiġix distrutta u biex ikun żgurat li ordnijiet tal-qorti li jitolbu d-divulgazzjoni ta’ evidenza jitwettqu, il-qrati għandhom jimponu sanzjonijiet suffiċjentement u effettivament deterrenti. Safejn jirrigwarda l-partijiet fil-proċedimenti, ir-riskju li jsiru inferenzi negattivi fil-proċedimenti għad-danni jista' jkun sanzjoni partikolarment effettiva u jista' jevita dewmien żejjed. Għandu jkun hemm ukoll sanzjonijiet għal min ma jonorax l-obbligu ta' protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali u għal użu abbużiv minn informazzjoni li tkun divulgata. B'mod simili, is-sanzjonijiet għandhom ikunu disponibbli jekk l-informazzjoni miksuba permezz tal-aċċess għall-fajl ta' awtorità tal-kompetizzjoni bl-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża fir-rigward tal-investigazjonijiet ta' dik l-awtorità tal-kompetizzjoni, tintuża b'mod abbużiv f'azzjonijiet għad-danni.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) L-impriżi li jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fi programm ta' klemenza għandhom rwol ewlieni fl-iskoperta ta' ksur ta' kartell sigriet u biex iwaqqfu dan il-ksur, u b'hekk ta' spiss inaqqsu l-ħsara li setgħet tiġi kkawżata li kieku kompla sar il-ksur. Għalhekk huwa xieraq li jiġi previst li l-impriżi li jkunu rċevew l-immunità minn multi minn awtorità tal-kompetizzjoni f'programm ta' klemenza jiġu protetti milli jiġu esposti mingħajr raġuni għall-pretensjonijiet għad-danni, filwaqt li jitqies li d-deċiżjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni li tkun sabet il-ksur tista' ssir finali għal dak li qed jirċievi l-immunità qabel ma ssir finali għal impriżi oħra li ma jkunux irċevew l-immunità. Għalhekk huwa xieraq li l-benefiċjarju tal-immunità jinħeles fil-prinċipju mill-obbligazzjoni in solidum għall-ħsara kollha u li l-kontribuzzjoni tiegħu ma jaqbiżx l-ammont tal-ħsara kkawżata lix-xerrejja diretti jew indiretti tiegħu stess jew, fil-każ ta' kartel għax-xiri, il-fornituri diretti jew indiretti tiegħu. Sal-punt fejn kartell ikun ikkawża ħsara lil oħrajn li mhumiex il-klijenti/il-fornituri tal-impriżi li jkunu wettqu l-ksur, il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju tal-immunità ma għandhiex taqbeż ir-responsabbiltà relattiva tiegħu għall-ħsara kkawżata mill-kartell. Dan is-sehem għandu jiġi determinat skont l-istess regoli li ntużaw biex jiġu determinati l-kontribuzzjonijiet fost l-impriżi li wettqu l-ksur (il-premessa (27) hawn fuq). Il-benefiċjarju tal-immunità għandu jibqa' responsabbli bis-sħiħ għall-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara għajr ix-xerrejja jew il-fornituri diretti jew indiretti tiegħu biss meta dawn ma jkunux jistgħu jiksbu kumpens sħiħ minn impriżi oħra li wettqu ksur.

(28) L-impriżi li jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fi programm ta' klemenza għandhom rwol ewlieni fl-iskoperta ta' ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki antikompetittivi u biex iwaqqfu dan il-ksur, u b'hekk ta' spiss inaqqsu l-ħsara li setgħet tiġi kkawżata li kieku kompla sar il-ksur. Għalhekk huwa xieraq li jiġi previst li l-impriżi li jkunu rċevew l-immunità minn multi minn awtorità tal-kompetizzjoni f'programm ta' klemenza jiġu protetti milli jiġu esposti mingħajr raġuni għall-pretensjonijiet għad-danni, filwaqt li jitqies li d-deċiżjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni li tkun sabet il-ksur tista' ssir finali għal dak li qed jirċievi l-immunità qabel ma ssir finali għal impriżi oħra li ma jkunux irċevew l-immunità. Għalhekk huwa xieraq li l-benefiċjarju tal-immunità jinħeles fil-prinċipju mill-obbligazzjoni in solidum għall-ħsara kollha u li l-kontribuzzjoni tiegħu ma jaqbiżx l-ammont tal-ħsara kkawżata lix-xerrejja diretti jew indiretti tiegħu stess jew, fil-każ ta' kartel għax-xiri, il-fornituri diretti jew indiretti tiegħu. Sal-punt fejn kartell ikun ikkawża ħsara lil oħrajn li mhumiex il-klijenti/il-fornituri tal-impriżi li jkunu wettqu l-ksur, il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju tal-immunità ma għandhiex taqbeż ir-responsabbiltà relattiva tiegħu għall-ħsara kkawżata mill-kartell. Dan is-sehem għandu jiġi determinat skont l-istess regoli li ntużaw biex jiġu determinati l-kontribuzzjonijiet fost l-impriżi li wettqu l-ksur (il-premessa (27) hawn fuq). Il-benefiċjarju tal-immunità għandu jibqa' responsabbli bis-sħiħ għall-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara għajr ix-xerrejja jew il-fornituri diretti jew indiretti tiegħu biss meta dawn ma jkunux jistgħu jiksbu kumpens sħiħ minn impriżi oħra li wettqu ksur.

Ġustifikazzjoni

It-terminu magħżul huwa restrittiv wisq u ma jqisx ir-realtajiet tas-suq intern.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Madankollu, f'sitwazzjoni fejn l-ispejjeż żejda ġew trasferiti lil persuni li legalment ma jkunux jistgħu jitolbu għal kumpens, mhuwiex xieraq li l-impriża li wettqet il-ksur tiġi permessa li tinvoka d-difiża bbażata fuq it-trasferiment, billi din teħlisha mir-responsabbiltà għall-ħsara li kkawżat. Il-qort li quddiemha tkun tressqet l-azzjoni għalhekk għandha tivvaluta, meta tiġi invokata d-difiża bbażata fuq it-trasferiment, jekk il-persuni li lilhom ġew allegatament trasferiti l-ispejjeż żejda jistgħux legalement jitolbu għal kumpens. Filwaqt li x-xerrejja indiretti huma intitolati li jitolbu għal kumpens, ir-regoli nazzjonali tal-kawżalità (inklużi r-regoli dwar il-previdibbiltà u t-tbegħid ġeografiku), applikati skont il-prinċipji tal-liġi tal-Unjoni, jistgħu jfissru li ċerti persuni (pereżempju f'livell tal-katina tal-provvista li huwa 'l bogħod mill-ksur) legalment ma jkunux jistgħu jitolbu għal kumpens f'każ speċifiku. Biss meta l-qorti ssib li l-persuna li lilha ġew allegatament trasferiti l-ispejjeż żejda tkun tista' titlob għal kumpens legalment, din tkun tista' tavvaluta l-merti tad-difiża bbażata fuq it-trasferiment.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Tħassir b'konsegwenza tal-Artikolu 12(2).

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Parti li tkun ġarrbet ħsara li tkun tat prova li ġarrbet ħsara bħala riżultat ta' ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, xorta trid tagħti prova tal-limitu tal-ħsara mġarrba sabiex tikseb id-danni. Il-kwantifikazzjoni tal-ħsara tal-antitrust hija proċess li jirrikjedi l-preżentazzjoni ta’ ħafna fatti u hemm il-possibbiltà li tkun meħtieġa l-applikazzjoni ta’ mudelli ekonomiċi kumplessi. Dan ta' spiss huwa proċess għali u jikkawża diffikultajiet għall-partijiet li ġarrbu ħsara fir-rigward tal-ksib tad-dejta meħtieġa biex isostnu l-pretensjonijiet tagħhom. Fil-fatt, il-kwantifikazzjoni tal-ħsara tal-antitrust tista' tikkostitwixxi ostakolu sostanzjali li jipprojbixxi lill-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara milli jiksbu d-danni ta' kumpens għall-ħsara mġarrba.

(34) Parti li tkun ġarrbet ħsara li tkun tat prova li ġarrbet ħsara bħala riżultat ta' ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, xorta trid tagħti prova tal-limitu tal-ħsara mġarrba sabiex tikseb id-danni. Il-kwantifikazzjoni tal-ħsara tal-antitrust hija proċess li jirrikjedi l-preżentazzjoni ta’ ħafna fatti u hemm il-possibbiltà li tkun meħtieġa l-applikazzjoni ta’ mudelli ekonomiċi kumplessi. Dan ta' spiss huwa proċess għali u jikkawża diffikultajiet għall-partijiet li ġarrbu ħsara fir-rigward tal-ksib tad-dejta meħtieġa biex isostnu l-pretensjonijiet tagħhom. Fil-fatt, il-kwantifikazzjoni tal-ħsara tal-antitrust tista' tikkostitwixxi ostakolu sostanzjali li jipprojbixxi lill-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara milli jiksbu d-danni ta' kumpens għall-ħsara mġarrba. Il-proċess tal-kwantifikazzjoni tad-dannu jista' jvarja bejn ġurisdizzjonijiet nazzjonali differenti. Sabiex ikunu żgurati regoli ċari u prevedibbiltà, il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida ulterjuri fil-livell tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li jkunu garantiti l-effikaċja u l-armonizzazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-qrati nazzjonali rigward l-azzjonijiet għad-danni li jirriżultaw mill-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida ulterjuri fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-kwantifikazzjoni tad-danni. Dan jista' jissemplifika l-proċess difficli tal-istima tad-dannu kkawżat mill-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni u jtejjeb il-prevedibbiltà u l-armonizzazzjoni tal-proċess.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Bħala rimedju għall-asimmetrija tal-informazzjoni u għal xi ftit mid-diffikultajiet assoċjati mal-kwantifikazzjoni tal-ħsara tal-antitrust u sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-pretensjonijiet għad-danni, huwa xieraq li wieħed jissoponi li fil-każ ta' ksur ta' kartell, il-ksur ikkawża ħsara, b'mod partikolari, permezz ta' effett fuq il-prezz. Skont il-fatti tal-każ dan ifisser li l-kartell wassal għal żieda fil-prezz jew impedixxa li jkun hemm tnaqqis tal-prezzijiet li kien iseħħ li kieku ma sarx il-ksur. L-impriża li wettqet il-ksur għandha tkun libera li tirrifjuta t-tali suppożizzjoni. Huwa xieraq li tiġi limitata din is-suppożizzjoni konfutabbli għall-kartelli, minħabba n-natura sigrieta ta' kartell, li żżid l-asimmetrija tal-informazzjoni msemmija u tagħmilha aktar diffiċli għall-parti li ġarrbet il-ħsara biex tikseb l-evidenza meħtieġa biex tagħti prova tal-ħsara.

(35) Bħala rimedju għall-asimmetrija tal-informazzjoni u għal xi ftit mid-diffikultajiet assoċjati mal-kwantifikazzjoni tal-ħsara tal-antitrust u sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-pretensjonijiet għad-danni, huwa xieraq li wieħed jissoponi li fil-każ ta' ksur ta' kartell, il-ksur ikkawża ħsara, b'mod partikolari, permezz ta' effett fuq il-prezz. Skont il-fatti tal-każ dan ifisser li l-kartell wassal għal żieda fil-prezz jew impedixxa li jkun hemm tnaqqis tal-prezzijiet li kien iseħħ li kieku ma sarx il-ksur. L-impriża li wettqet il-ksur għandha tkun libera li tirrifjuta t-tali suppożizzjoni. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-qrati nazzjonali jingħataw is-setgħa li jagħmlu stima tal-ammont ta’ dannu waqt li jqisu l-preżentazzjoni tal-evidenza mill-partijiet.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Fin-nuqqas ta' regoli tal-Unjoni dwar il-kwantifikazzjoni tal-ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, is-sistema legali domestika ta' kull Stat Membru u l-qrati nazzjonali għandhom jiddeterminaw liema rekwiżiti għandha tissodisfa l-parti li ġarrbet il-ħsara meta tagħti prova tal-ammont ta' ħsara li tkun ġarrbet, l-eżattezza li biha għandha tagħti prova ta' dak l-ammont, il-metodi li jistgħu jintużaw fil-kwantifikazzjoni tal-ammont u l-konsegwenzi ta' jekk ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha stabbiliti. Madankollu, dawn ir-rekwiżiti domestiċi ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw azzjonijiet domestiċi simili (il-prinċipju tal-ekwivalenza) u lanqas ma għandhom jagħmlu l-eżerċizzju tad-dritt tal-Unjoni għad-danni prattikament impossibbli jew diffiċli ħafna (il-prinċipju tal-effettività). F'dan ir-rigward għandhom jitqiesu l-asimmetriji tal-informazzjoni possibbli bejn il-partijiet u l-fatt li l-kwantifikazzjoni tal-ħsara tirrikjedi valutazzjoni ta' kif is-suq ikkonċernat kien jevolvi li kieku ma kienx sar ksur; Din il-valutazzjoni timplika paragun ma' sitwazzjoni li b'definizzjoni hija ipotetika u għalhekk ma tista' qatt issir b'eżattezza totali. Għalhekk huwa xieraq li l-qrati nazzjonali jingħataw is-setgħa li jagħmlu stima tal-ammont tal-ħsara kkawżta mill-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni.

(36) Fin-nuqqas ta' regoli tal-Unjoni dwar il-kwantifikazzjoni tal-ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, is-sistema legali domestika ta' kull Stat Membru u l-qrati nazzjonali għandhom jiddeterminaw liema rekwiżiti għandha tissodisfa l-parti li ġarrbet il-ħsara meta tagħti prova tal-ammont ta' ħsara li tkun ġarrbet, l-eżattezza li biha għandha tagħti prova ta' dak l-ammont, il-metodi li jistgħu jintużaw fil-kwantifikazzjoni tal-ammont u l-konsegwenzi ta' jekk ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha stabbiliti. Madankollu, dawn ir-rekwiżiti domestiċi ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw azzjonijiet domestiċi simili (il-prinċipju tal-ekwivalenza) u lanqas ma għandhom jagħmlu l-eżerċizzju tad-dritt tal-Unjoni għad-danni prattikament impossibbli jew diffiċli ħafna (il-prinċipju tal-effettività). F'dan ir-rigward għandhom jitqiesu l-asimmetriji tal-informazzjoni possibbli bejn il-partijiet u l-fatt li l-kwantifikazzjoni tal-ħsara tirrikjedi valutazzjoni ta' kif is-suq ikkonċernat kien jevolvi li kieku ma kienx sar ksur; Din il-valutazzjoni timplika paragun ma' sitwazzjoni li b'definizzjoni hija ipotetika u għalhekk ma tista' qatt issir b'eżattezza totali. Għalhekk huwa xieraq li l-qrati nazzjonali jingħataw is-setgħa li jagħmlu stima tal-ammont tal-ħsara kkawżata mill-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. Fl-ambitu ta' din l-istima, għandha tingħata attenzjoni lill-istima tad-dannu tal-parti li ġarrbet id-dannu.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiżdied il-protezzjoni tal-parti li tkun ġarrbet id-dannu minħabba ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, huwa importanti li jkun żgurat li din ikollha vuċi qawwija fil-proċedimenti tal-qorti. Billi tkun enfasizzata l-istima tad-dannu tal-partijiet affettwati, huwa żgurat li l-parti l-aktar dgħajfa tiġi protetta. Minbarra dan, tkompli sservi ta' diżinċentiv għall-parteċipazzjoni fil-kartell għax titnaqqas is-setgħa ta' min jikser il-liġi fil-proċedimenti tal-qorti.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Il-partijiet li ġarrbu l-ħsara u l-impriżi li għamlu l-ħsara għandhom jiġu mħeġġa biex jaqblu fuq kumpens tal-ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni permezz ta' mekkaniżmi għas-soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim bħal pereżempju riżolvimenti barra mill-qorti, l-arbitraġġ u l-medjazzjoni. Fejn ikun possibbli, it-tali soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim għandha tkopri l-aktar partijiet li ġarrbu l-ħsara u impriżi li għamlu l-ksur possibbli. Id-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva dwar is-soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim għalhekk huma maħsuba biex jiffaċilitaw l-użu tat-tali mekkaniżmi u jżidu l-effettività tagħhom.

(37) Jinnota li l-qrati nazzjonali spiss ikollhom piż kbir ta' xogħol u l-azzjonijiet għad-danni jistgħu jirrappreżentaw proċess li jieħu l-ħin. Għalhekk, il-partijiet li ġarrbu l-ħsara u l-impriżi li għamlu l-ħsara għandhom jiġu mħeġġa biex jaqblu fuq kumpens tal-ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni permezz ta' mekkaniżmi għas-soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim bħal pereżempju riżolvimenti barra mill-qorti, l-arbitraġġ u l-medjazzjoni. Fejn ikun possibbli, it-tali soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim għandha tkopri l-aktar partijiet li ġarrbu l-ħsara u impriżi li għamlu l-ksur possibbli. Peress li l-azzjonijiet individwali jistgħu ma jkunux biżżejjed, l-azzjonijiet kollettivi mressqa minn entitajiet ġenwini u kwalifikati, bħall-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jew l-organizzazzjonijiet tal-kummerċ li jaġixxu f'isem pretendent individwali għandhom jiġu inklużi b'mod espliċitu f'din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-azzjonijiet kollettivi jistgħu jippermettu lil entitajiet ġenwini u kwalifikati, bħall-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jew l-organizzazzjonijiet tal-kummerċ biex iressqu azzjonijiet f'isem il-pretendent individwali. Madankollu, huwa biss grupp ta' nies identifikat b'mod ċar li jkun jista' jaġixxi ta' rappreżentant u jieħu sehem fil-pretensjoni. Din l-identifikazzjoni għandha ssir qabel il-preżentazzjoni tal-pretensjoni, li għaliha r-rapporteur jissuġġerixxi li jkun segwit mudell fakultattiv.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 41a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(41a) L-ispejjeż tal-proċeduri legali m'għandhomx jiskoraġġixxu lill-pretendenti milli jippreżentaw rikorsi li jkollhom bażi soda quddiem il-qorti. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jipprovdu lill-partijiet li ġarrbu d-dannu aċċess għal finanzjament biex jitlobu pretensjoni għad-danni. Dan jista' jsir permezz ta' fond li jkun ffinanzjat mill-multi mħallsa minn persuni li kisru l-liġi.

Ġustifikazzjoni

Ir-riskju li jkollhom iħallsu l-ispejjeż tal-qorti jista' jiskoraġġixxi lil konsumatur, organizzazzjoni tal-konsumaturi jew kumpanija żgħira milli titlob pretensjoni. Fond iffinanzjat minn multi mħallsa minn każijiet preċedenti ta' ksur tal-kompetizzjoni jista' jtejjeb il-possibbiltà tal-preżentazzjoni ta' talbiet ta' pretensjoni. Dan jista' jiffinanzja l-ewwel verdett indikattiv ta' każ potenzjali abbażi ta' evidenza pprovduta minn pretendent potenzjali. Għandu jkun innutat li għandha tinżamm ir-regola li 't-telliefa jħallsu'.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kwalunkwe wieħed li jkun ġarrab ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni għandu jkun jista' jitlob kumpens sħiħ għal dik il-ħsara.

1. Kull min ikun ġarrab ħsara kkawżata minn ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni għandu jkun jista’ jitlob kumpens sħiħ għal dik il-ħsara, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali li tiġi stabbilita r-responsabbiltà.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jintalab kumpens, iridu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi eskluż kumpens żejjed.

Ġustifikazzjoni

Il-kumpens żejjed għandu jiġi evitat minħabba li dan ikun ta’ ħsara għall-oġġettiv ta’ kundizzjonijiet ekwi ta’ kompetizzjoni fis-suq intern.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara jistgħu jeżerċitaw b'mod effettiv il-pretensjonijiet tagħhom għad-danni.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet li jkunu ġarrbu l-ħsara jistgħu jeżerċitaw b’mod effettiv il-pretensjonijiet tagħhom għad-danni u jiksbu infurzar reali tar-rimedju.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. "azzjoni għad-danni" tfisser azzjoni skont il-liġi nazzjonali li biha parti li tkun ġarrbet ħsara titlob kumpens għad-danni quddiem qorti nazzjonali; din tista' wkoll tkopri azzjonijiet li bihom xi ħadd li jaġixxi f'isem ta' parti jew bosta partijiet li jkunu ġarrbu ħsara tressaq talba għad-danni quddiem qorti nazzjonali, meta l-liġi nazzjonali tipprevedi din il-possibbiltà;

3. "azzjoni għad-danni" tfisser azzjoni skont il-liġi nazzjonali li biha parti li tkun ġarrbet ħsara titlob kumpens għad-danni individwalment jew b’mod konġunt quddiem qorti nazzjonali; din tkopri wkoll azzjonijiet li bihom xi ħadd li jaġixxi f’isem ta’ parti jew bosta partijiet li jkunu ġarrbu ħsara jressaq talba għad-danni quddiem qorti nazzjonali. Il-liġi nazzjonali għandha tipprevedi din il-possibbiltà speċjalment fir-rigward tar-rimedju kollettiv. Meta jistabbilixxu skemi differenti ta’ rimedju kollettiv, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu biss sistema ta’ inklużjoni fakultattiva u ma jipprevedux l-użu ta’ multa ta’ kontinġenza, il-possibbiltà li jingħata kumpens punittiv għad-dannu mġarrab u l-finanzjament minn partijiet terzi fejn il-fornitur tal-fondi jingħata rimunerazzjoni abbażi tar-riżolviment milħuq jew il-kumpens li ngħata;

 

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. ‘rimedju kollettiv’ tfisser: (i) mekkaniżmu legali li jiżgura possibbiltà li jintalab li tieqaf imġiba illegali b’mod kollettiv minn żewġ persuni naturali jew ġuridiċi jew iżjed jew minn entità intitolata li tressaq azzjoni rappreżentattiva (rimedju kollettiv inġuntiv); (ii) mekkaniżmu legali li jiżgura possibbiltà li jintalab kumpens b’mod kollettiv minn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iżjed li jsostnu li jkunu ġarrbu dannu f’sitwazzjoni ta’ dannu ta’ massa jew minn entità intitolata li tressaq azzjoni rappreżentattiva (rimedju kollettiv kumpensatorju);

Ġustifikazzjoni

Fi Frar 2012 il-Parlament Ewropew adotta r-riżoluzzjoni ‘Lejn Approċċ Ewropew Koerenti għal Rimedju Kollettiv’, li fiha talab għal kwalunkwe proposta fil-qasam tar-rimedju kollettiv inkluż grupp komuni ta’ prinċipji li jipprovdu aċċess uniformi għall-ġustizzja permezz ta’ rimedju kollettiv fl-Unjoni li jittratta l-ksur tad-drittijiet tal-konsumaturi. Mekkaniżmu ta’ rimedju kollettiv itejjeb l-infurzar effettiv tal-liġi dwar il-kompetizzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13. "programm ta' klemenza" tfisser programm li fuq il-bażi tiegħu parteċipant f'kartell sigriet, b'mod indipendenti mill-impriżi l-oħra involuti fil-kartell, jikkoopera ma' investigazzjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni, billi jipprovdi b'mod volontarju preżentazzjonijiet tal-għarfien tiegħu tal-kartell u r-rwol tiegħu fih, u bħala skambju għal dan il-parteċipant jirċievi l-immunità minn kwalunkwe multa li għandha tiġi imposta għall-kartell jew tnaqqis tat-tali multa;

13. "programm ta’ klemenza" tfisser programm li fuq il-bażi tiegħu parteċipant fi ftehim, deċiżjoni jew prattika antikompetittiva, b’mod indipendenti mill-impriżi l-oħra involuti f’dak il-ftehim, deċiżjoni jew prattika, jikkoopera ma’ investigazzjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni, billi jipprovdi b’mod volontarju preżentazzjonijiet tal-għarfien tiegħu tal-ftehim, deċiżjoni jew prattika u r-rwol tiegħu fih, u bħala skambju għal dan il-parteċipant jirċievi l-immunità minn kwalunkwe multa li għandha tiġi imposta għall-ftehim, deċiżjoni jew prattika jew tnaqqis tat-tali multa;

Ġustifikazzjoni

It-terminu magħżul huwa restrittiv wisq u ma jqisx ir-realtajiet tas-suq intern.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17. "riżolviment kunsenswali" tfisser ftehim li bih jitħallsu d-danni wara soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim.

17. "riżolviment kunsenswali" tfisser ftehim li bih jitħallsu d-danni wara soluzzjoni kunsenswali għat-tilwim inkluż ftehim li bih impriża timpenja ruħha li tħallas id-danni lill-vittmi ta’ ksur tar-regoli dwar il-kompetizzjoni minn fond ta’ kumpens iggarantit;

Ġustifikazzjoni

Il-possibbiltà li jinħoloq fond ta’ kumpens iggarantit għandha ssaħħaħ id-dritt tal-partijiet li ssirilhom ħsara għal kumpens.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) uriet li l-evidenza fil-kontroll tal-parti l-oħra jew ta’ parti terza hija rilevanti biex tissostanza t-talba jew id-difiża tagħha; kif ukoll

(a) speċifikat evidenza li taqa’ fil-kontroll tal-parti l-oħra jew ta’ parti terza u li hija rilevanti biex tissostanza t-talba jew id-difiża tagħha;

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea tiddikjara fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha tal-proposta leġiżlattiva li t-talbiet għal dokumenti għal divulgazzjoni globali għandhom normalment jitqiesu mhux proporzjonati u mhux konformi mad-dmir tal-parti li qed tagħmel it-talba li tispeċifika (kategoriji ta’) evidenza b’mod kemm jista’ jkun preċiż u restrittiv. Sabiex jiġi evitat ‘tiftix għal ġbir ta’ informazzjoni’, evidenza jew kategoriji ta’ evidenza għandhom jiġu definiti kemm jista’ jkun b’mod preċiż u restrittiv mill-pretendent.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) uriet li qed teżerċita t-talba għal divulgazzjoni ta’ evidenza għal azzjoni identifikata għad-danni li ġiet introdotta quddiem qorti nazzjonali fl-Unjoni; kif ukoll

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 5 ma jipprovdi l-ebda gwida fir-rigward ta’ talbiet għad-divulgazzjoni tal-evidenza minn barra l-UE. Madankollu, l-evidenza ta’ ftehim jew arranġament antikompetittiv tal-UE m’għandhiex tintuża bħala sostituzzjoni għal azzjonijiet (fi grupp) barra l-ġurisdizzjoni tal-UE. L-emenda hija mfassla biex tindirizza din il-kwistjoni b’mod adegwat u tevita tali effett.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jkunu jistgħu jordnaw id-divulgazzjoni ta’ partijiet speċifikati ta’ dik l-evidenza jew kategoriji minnha, ċirkoskritta kemm jista’ jkun b’mod preċiż u kemm jista’ jkun abbażi ta’ fatti disponibbli b’mod raġonevoli.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea tiddikjara fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha tal-proposta leġiżlattiva li t-talbiet għal dokumenti għal divulgazzjoni globali għandhom normalment jitqiesu mhux proporzjonati u mhux konformi mad-dmir tal-parti li qed tagħmel it-talba li tispeċifika (kategoriji ta’) evidenza b’mod kemm jista’ jkun preċiż u restrittiv. Sabiex jiġi evitat ‘tiftix għal ġbir ta’ informazzjoni’, evidenza jew kategoriji ta’ evidenza għandhom jiġu definiti kemm jista’ jkun b’mod preċiż u restrittiv mill-pretendent.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jillimitaw id-divulgazzjoni tal-evidenza għal dak li huwa proporzjonat. Fid-determinazzjoni ta' jekk kwalunkwe divulgazzjoni mitluba minn parti hijiex proporzjonata, il-qrati nazzjonali għandhom iqisu l-interessi leġittimi tal-partijiet u l-partijiet terzi kollha kkonċernati. Partikolarment għandhom jikkunsidraw:

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jillimitaw id-divulgazzjoni tal-evidenza għal dak li huwa proporzjonat u li jirrigwarda azzjoni għad-danni fl-Unjoni. Fid-determinazzjoni ta’ jekk kwalunkwe divulgazzjoni mitluba minn parti hijiex proporzjonata, il-qrati nazzjonali għandhom iqisu l-interessi pubbliċi involuti u l-interessi leġittimi tal-partijiet privati kollha kkonċernati. Partikolarment għandhom jikkunsidraw:

Ġustifikazzjoni

Is-salvagwardja ta’ biżżejjed inċentivi tal-programm ta’ klemenza hija ta’ importanza kbira biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq intern. Il-programmi ta’ klemenza huma l-għodda l-aktar effiċjenti fid-detezzjoni ta’ ftehimiet antikompetittivi. Jekk ma tiġi individwata l-ebda mġiba antikompetittiva jew ikun hemm ftit wisq, fl-aħħar nett ma jkun hemm l-ebda vittma biex tiġi kkumpensata. Għalhekk, hemm bżonn li d-dokumenti li jitressqu mill-applikant jiġu protetti filwaqt li l-provvediment ta’ protezzjoni per se huwa inkompatibbli mal-liġi primarja (Donau Chemie).

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) il-bżonn li tiġi ssalvagwardjata l-effettività tal-infurzar pubbliku tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, partikolarment fir-rigward tar-riskji li d-divulgazzjoni tad-dokumenti toħloq għal:

 

(i) programmi ta’ klemenza operati mill-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni;

 

(ii) programmi ta’ riżolviment operati mill-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni;

 

(iii) il-proċeduri interni għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan awtorità dwar il-kompetizzjoni u fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni;

Ġustifikazzjoni

Is-salvagwardja ta’ biżżejjed inċentivi tal-programm ta’ klemenza hija ta’ importanza kbira biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq intern. Il-programmi ta’ klemenza huma l-għodda l-aktar effiċjenti fid-detezzjoni ta’ ftehimiet antikompetittivi. Jekk ma tiġi individwata l-ebda mġiba antikompetittiva jew ikun hemm ftit wisq, fl-aħħar nett ma jkun hemm l-ebda vittma biex tiġi kkumpensata. Din l-importanza hemm bżonn tiġi kkunsidrata mill-imħallfin nazzjonali meta jordnaw divulgazzjoni.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom miżuri effettivi biex jiġu protetti s-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra kemm jista' jkun sabiex jiġi garantit livell xieraq ta' protezzjoni ta' informazzjoni bħal din u tkun disponibbli evidenza rilevanti li tkun fiha tali informazzjoni fl-azzjoni għad-danni.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom miżuri effettivi biex jiġu protetti s-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra kemm jista' jkun sabiex jiġi garantit livell xieraq ta' protezzjoni ta' informazzjoni bħal din u tkun disponibbli evidenza rilevanti li tkun fiha tali informazzjoni fl-azzjoni għad-danni fi ħdan l-Unjoni. L-interess li l-impriżi għandhom jevitaw azzjonijiet għad-danni wara ksur m’għandux jikkostitwixxi interess kummerċjali li jistħoqqlu protezzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-interess li jiġu evitati azzjonijiet għad-danni għal ksur tar-regoli dwar il-kompetizzjoni ma jikkostitwixxix interess kummerċjali li jistħoqqlu protezzjoni, minħabba li jmur direttament kontra d-dritt effettiv għal kumpens (cf. CDC Hydrogen Peroxide v Il-Kummissjoni (T-437/08) )

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Bla ħsara għall-obbligu stipulat fil-paragrafu 4 u l-limiti stipulati fl-Artikolu 6, dan l-Artikolu ma għandux jostakola lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu regoli li jistgħu jwasslu għal divulgazzjoni usa’ ta’ evidenza.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Is-salvagwardja ta’ inċentivi biżżejjed tal-programm ta’ klemenza hija ta’ importanza kbira biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq intern. Il-programmi ta’ klemenza huma l-għodda l-aktar effiċjenti fl-iskoperta ta’ ftehimiet antikompetittivi. Jekk ma tiġi individwata l-ebda mġiba antikompetittiva jew ikun hemm ftit wisq, fl-aħħar nett ma jkun hemm l-ebda vittma biex tiġi kkumpensata. Għandhom jiġu żgurati l-istess livelli ta’ protezzjoni biex tinżamm l-effettività tal-programm ta’ klemenza.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) dikjarazzjonijiet korporattivi ta' klemenza; kif ukoll

(a) id-dokumenti inkriminanti kollha li jiġu prodotti mill-ġdid ipprovduti minn applikant għal klemenza; kif ukoll

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Żvelar ("whistleblowing")

 

1. Kwalunkwe persuna li għandha bażi raġonevoli biex temmen li persuna kkommettiet jew għandha l-intenzjoni li tikkommetti reat taħt din id-Direttiva, tista' tinnotifika l-awtorità tal-kompetizzjoni dwar id-dettalji tal-kwistjoni u tista' titlob li l-identità tiegħu jew tagħha tinżamm kunfidenzjali fir-rigward tan-notifika.

 

2. L-awtorità tal-kompetizzjoni għandha żżomm kunfidenzjali l-identità tal-persuna li nnotifikat lill-awtorità tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 7(1) u li ngħatatilha assigurazzjoni ta' kunfidenzjalità.

Ġustifikazzjoni

Sabiex il-membri tal-pubbliku jiġu inkoraġġuti jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, din id-Direttiva għandha tinkludi protezzjoni espliċita tal-identità tal-informatur. Anki jekk l-informazzjoni mhux se tkun suffiċjenti bħala evidenza f'każ ta' kartell, l-awtorità tal-kompetizzjoni tkun tista' tibda investigazzjoni.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jkunu jistgħu jimponu sanzjonijiet fuq partijiet, partijiet terzi u r-rappreżentanti legali tagħhom fil-każ ta’:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jimponu effettivament sanzjonijiet fuq partijiet, partijiet terzi u r-rappreżentanti legali tagħhom fil-każ ta’:

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) il-parti li tkun qed tagħmel id-distruzzjoni kienet taf li l-evidenza kienet rilevanti għall-azzjonijiet pendenti jew prospettivi għad-danni mressqa minnha jew kontriha;

(iii) il-parti li tkun qed tagħmel id-distruzzjoni kienet taf jew setgħet tinferixxi b’mod raġonevoli li l-evidenza kienet rilevanti għall-azzjonijiet pendenti jew prospettivi għad-danni mressqa minnha jew kontriha;

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn qrati nazzjonali jiddeċiedu, f’azzjonijiet għad-danni, dwar ftehimiet, deċiżjonijiet jew prassi skont l-Artikoli 101 jew 102 tat-Trattat jew skont il-liġi dwar il-kompetizzjoni li jkunu diġà s-suġġett ta’ deċiżjoni finali dwar ksur minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni jew minn qorti tal-appell, dawn il-qrati ma jkunux jistgħu jieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra t-tali sejba ta' ksur. Dan l-obbligu huwa bla ħsara għad-drittijiet u l-obbligi skont l-Artikolu 267 tat-Trattat.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn qrati nazzjonali jiddeċiedu, f’azzjonijiet għad-danni, dwar ftehimiet, deċiżjonijiet jew prassi skont l-Artikoli 101 jew 102 tat-Trattat jew skont il-liġi dwar il-kompetizzjoni li jkunu diġà s-suġġett ta’ deċiżjoni finali dwar ksur minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni jew minn qorti tal-appell, dawn il-qrati ma jkunux jistgħu jieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra t-tali sejba ta' ksur. Dan l-obbligu huwa bla ħsara għad-drittijiet u l-obbligi skont l-Artikolu 267 tat-Trattat, għad-dritt għal rimedju effettiv u proċess ġust, u d-dritt għal difiża, skont l-Artikoli 47 u 48 tal-Karta, u għad-dritt għal smigħ ġust skont l-Artikolu 6 tal-QEDB. Fid-dawl ta’ dan, id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali u tal-qrati tal-kompetizzjoni għandhom ikunu vinkolanti bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm żbalji evidenti fl-investigazzjoni u bil-kundizzjoni li d-drittijiet tad-difiża jkunu ġew osservati.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu żgurati d-drittijiet ta’ difiża għall-konsumaturi u l-impriżi, l-effett vinkolanti m’għandux japplika meta dawn ma jkunux ġew rispettati.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) bil-kwalifikazzjoni tat-tali imġiba bħala ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni;

(ii) fatti li jikkwalifikaw tali mġiba bħala ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni;

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' preskrizzjoni jiġi sospiż jekk awtorità tal-kompetizzjoni tieħu azzjoni għall-fini tal-investigazzjoni jew il-proċedimenti fir-rigward ta' ksur li miegħu tkun relatata l-azzjoni għad-danni. Is-sospensjoni għandha tintemm l-aktar kmieni sena wara li d-deċiżjoni tal-ksur tkun saret finali jew wara li l-proċedimenti jkunu ntemmu mod ieħor.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' preskrizzjoni jiġi sospiż jekk awtorità tal-kompetizzjoni tieħu azzjoni għall-fini tal-investigazzjoni jew il-proċedimenti fir-rigward ta' ksur li miegħu tkun relatata l-azzjoni għad-danni. Is-sospensjoni għandha tintemm l-aktar kmieni sentejn wara li d-deċiżjoni tal-ksur tkun saret finali jew wara li l-proċedimenti jkunu ntemmu mod ieħor.

Ġustifikazzjoni

Meta titqies in-natura ekonomika kumplessa u d-diffikultà biex jitressqu fil-ħin pretensjonijiet għad-danni li ġejjin minn imġiba antikompetittiva, minħabba l-asimmetriji tal-informazzjoni speċjalment għall-konsumaturi, huwa xieraq li l-perjodu ta’ sospensjoni jiġi estiż b’sena, sabiex jiġi ggarantit b’mod effettiv id-dritt tal-pretendenti għal kumpens sħiħ.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Minkejja l-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, l-azzjonijiet għad-danni għandhom jinbdew fi żmien 10 snin mill-avvenimenti li jkunu wasslu għalihom.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qorti jkollha s-setgħa li tikkalkola liema sehem ta' dawk l-ispejjeż żejda ġie trasferit.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn jiġi ċċarat li l-qorti nazzjonali għandha s-setgħa li tikkalkola s-sehem tal-ispejjeż żejda li ġie trasferit biex jiġu risolti problemi bħall-asimmetrija tal-informazzjoni.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sakemm l-ispejjeż żejda ġew trasferiti lil persuni fil-livell li jmiss tal-katina tal-provvista li għalihom huwa legalment impossibbli li jitolbu għal kumpens għall-ħsara tagħhom, il-konvenut ma għandux ikun jista' jinvoka d-difiżia msemmija fil-paragrafu preċedenti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Huwa diffiċli li wieħed jevalwa xi tkun id-definizzjoni ta’ “impossibbiltà legali”. Barra minn hekk, ostakli legali li kieku jagħmluha “legalment impossibbli” għall-konsumaturi indiretti biex jitolbu kumpens għad-dannu li ġarrbu jiksru l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ara Courage u Crehan; Manfredi) u għalhekk m'għandhomx jiġru mill-ewwel. Il-formulazzjoni proposta tista’ twassal għall-għoti ta’ kumpens lill-pretendenti li ma ġarrbu l-ebda dannu u/jew għall-għoti ta’ kumpens żejjed.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qorti jkollha s-setgħa li tikkalkola liema sehem ta' dawk l-ispejjeż żejda ġie trasferit.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qorti jkollha s-setgħa li tikkalkola liema sehem ta' dawk l-ispejjeż żejda ġie trasferit. Il-qrati għandhom ikunu megħjuna permezz ta' linji gwida ċari, sempliċi u komprensivi mill-Kummissjoni.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex jiġi evitat li azzjonijiet għal danni minn pretendenti minn livelli differenti tal-katina ta' provvista jwasslu għal responsabbiltà multipla ta' min jikser il-liġi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'każijiet fejn ġie ppruvat li kien hemm trasferiment sħiħ jew parzjali tal-ispejjeż żejda, il-qrati nazzjonali li quddiemhom tkun tressqet azzjoni għad-danni ma jistgħux jattribwixxu d-danni lill-pretendent għal dik il-parti ta' spiża żejda. Il-qorti għandha s-setgħa li tagħmel stima ta' liema sehem tal-ispejjeż żejda ġġarrab mix-xerrej dirett jew indirett.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta' ksur ta' kartell, jiġi preżunt li l-ksur ikkawża ħsara. L-impriża li wettqet il-ksur għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta din il-preżunzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta' ksur ta' kartell, jiġi preżunt li l-ksur ikkawża ħsara. L-impriża li wettqet il-ksur għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta din il-preżunzjoni. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-qrati nazzjonali jingħataw is-setgħa li jagħmlu stima tal-ammont ta' dannu.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-piż u l-livell tal-provi u d-determinazzjoni tal-fatti meħtieġa għall-kwantifikazzjoni tal-ħsara ma tagħmilx l-eżerċizzju tad-dritt tal-parti li ġarrbet il-ħsara għad-danni prattikament impossibbli jew diffiċli ħafna. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-qorti tingħata s-setgħa li tagħmel stima tal-ammont ta' ħsara.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-piż u l-livell tal-provi u d-determinazzjoni tal-fatti meħtieġa għall-kwantifikazzjoni tal-ħsara ma tagħmilx l-eżerċizzju tad-dritt tal-parti li ġarrbet il-ħsara għad-danni prattikament impossibbli jew diffiċli ħafna.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni li jiffurmaw parti min-netwerk ta’ awtoritajiet pubbliċi li japplikaw ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni jistgħu jissospendu proċedimenti fejn il-partijiet ta’ dawk il-proċeduri huma involuti fi proċeduri ta’ riżolviment konsenswali tat-tilwim dwar pretensjoni għal danni.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess tal-konsumaturi u tal-impriżi, il-kumpens għad-danni għandu jkun kosteffikaċi, f’waqtu u effiċjenti. Għalhekk hemm bżonn li tiġi inkoraġġita riżoluzzjoni konsenswali bikrija tat-tilwim billi jingħata inċentiv marbut mal-multa stabbilita mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni biex jiġi żgurat kumpens kosteffikaċi, f’waqtu u effiċjenti. Jekk l-awtorità kompetenti tikkunsidra l-kumpens imħallas bħala preċiż u legali, għandha sussegwentement tqis dan meta tiddefinixxi l-multa tagħha.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha teżamina din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa [...] mill-aktar tard [għandha tkun ikkalkulata bħala 5 snin wara d-data ffissata bħala skadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva]

Il-Kummissjoni għandha teżamina din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa [...] mill-aktar tard [għandha tkun ikkalkulata bħala 5 snin wara d-data ffissata bħala skadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva]

 

Ir-Rapport għandu jiġi akkumpanjat minn valutazzjoni koerenti ta’ wara l-implimentazzjoni tal-funzjonament tar-rimedju kollettiv u tal-mekkaniżmi kollettivi tal-ADR fi ħdan is-settur tal-kompetizzjoni, b’evalwazzjoni partikolari tal-essenza tat-twessigħ tal-applikazzjoni ta’ tali mekkaniżmi f’setturi oħra wkoll jew l-istabbiliment ta’ tali mekkaniżmu fil-livell tal-UE, biex jiġu assigurati protezzjoni effettiva tal-konsumatur u operazzjoni bbilanċjata tas-suq intern.

PROĊEDURA

Titolu

Regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-UE

Referenzi

COM(2013)0404 – C7-0170/2013 – 2013/0185(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

1.7.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

1.7.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Olle Schmidt

9.7.2013

Eżami fil-kumitat

14.10.2013

27.11.2013

16.12.2013

 

Data tal-adozzjoni

17.12.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Preslav Borissov, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Vicente Miguel Garcés Ramón, Małgorzata Handzlik, Philippe Juvin, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jürgen Creutzmann, Ildikó Gáll-Pelcz, Roberta Metsola, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Olle Schmidt, Jutta Steinruck, Marc Tarabella, Kerstin Westphal

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Luis Manuel Capoulas Santos

PROĊEDURA

Titolu

Regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-UE

Referenzi

COM(2013)0404 – C7-0170/2013 – 2013/0185(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

11.6.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

1.7.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

1.7.2013

IMCO

1.7.2013

JURI

1.7.2013

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

8.7.2013

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i)

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

12.12.2013

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Andreas Schwab

18.6.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

17.10.2013

25.11.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

27.1.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

3

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marino Baldini, Burkhard Balz, Jean-Paul Besset, Sharon Bowles, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Liem Hoang Ngoc, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Ivana Maletić, Alfredo Pallone, Antolín Sánchez Presedo, Peter Simon, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Zdravka Bušić, Sari Essayah, Robert Goebbels, Olle Ludvigsson, Andreas Schwab

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Alejandro Cercas, António Fernando Correia de Campos, Jürgen Creutzmann, Andrew Duff, Richard Howitt, Tunne Kelam, Eduard Kukan, Verónica Lope Fontagné, George Lyon, Emma McClarkin, Evelyn Regner, Alda Sousa, Alf Svensson

Data tat-tressiq

4.2.2014