RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI

7.2.2014 - (COM(2013)0173 – C7-0094/2013 – 2013/0091(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra


Proċedura : 2013/0091(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0096/2014
Testi mressqa :
A7-0096/2014
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI

(COM(2013)0173 – C7-0094/2013 – 2013/0091(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0173),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0521/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0096/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jisħaq fuq il-fatt li l-punt 31 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[1] għandu japplika għall-estensjoni tal-mandat tal-Europol; jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva favur tali estensjoni għandha tkun bla ħsara għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, ladarba jintlaħaq qbil dwar ir-Regolament bejn il-Parlament Ewroew u l-Kunsill, tqis il-ftehim fl-intier tiegħu sabiex tissodisfa r-rekwiżiti baġitarji u tal-persunal tal-Europol u l-kompiti ġodda tiegħu, b'mod partikolari ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3), b'konformità mal-paragrafu 42 tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta' Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI

dwar l-istabbiliment tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur jifhem li mhix applikabbli l-fużjoni bejn l-Europol-Cepol. Għalkemm it-tnejn jinsabu fil-qasam tal-pulizija, huma għandhom għanijiet u kompiti differenti ħafna fil-kooperazzjoni fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Din l-ispjegazzjoni tapplika għall-emendi kollha minn hawn 'il quddiem li jħassru t-test.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 88 u l-Artikolu 87(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea, u b'mod partikolari l-Artikolu 88 tiegħu,

Ġustifikazzjoni

Qed titħassar kwalunkwe referenza għas-Cepol, peress li r-rapporteur jifhem li mhux se jkun hemm fużjoni bejn il-Europol u s-Cepol.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Artikolu 88 tat-Trattat jipprevedi li l-Europol ikun irregolat b'regolament li għandu jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Dan jirrikjedi wkoll l-istabbiliment ta' proċeduri għall-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali. Għaldaqstant, huwa neċessarju li d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI tinbidel b'regolament li jistipula r-regoli dwar l-iskrutinju parlamentari.

(2) L-Artikolu 88 tat-Trattat jipprevedi li l-Europol ikun irregolat b'regolament li għandu jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Dan jirrikjedi wkoll l-istabbiliment ta' proċeduri għall-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-parlamenti nazzjonali skont l-Artikolu 12(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, sabiex jittejbu l-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà tal-Europol u ċ-ċittadini Ewropej. Għaldaqstant, huwa neċessarju li d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI tinbidel b'regolament li jistipula r-regoli dwar l-iskrutinju parlamentari.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġu enfasizzati l-għanijiet speċifiċi tal-iskrutinju parlamentari tal-Europol. L-Artikolu 12 tat-TUE jirreferi għall-kontribut attiv tal-parlamenti nazzjonali għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni u l-Protokoll (Nru 1) u l-Artikolu 9 tiegħu jistipulaw li l-parlamenti nazzjonali flimkien mal-Parlament Ewropew huma responsabbli għall-organizzazzjoni u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni interparlamentari fl-Unjoni. Iż-żewġ Artikoli jeħtieġ li jissemmew, peress li jikkostitwixxu liġi Primarja tal-UE li tikkonċerna l-kooperazjoni interparlamentari.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-Kulleġġ tal-Pulizija Ewropew ('CEPOL') ġie stabbilit skont id-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI sabiex jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-forzi tal-pulizija nazzjonali billi jorganizza u jikkoordina attivitajiet ta' taħriġ b'dimensjoni ta' ħidma tal-pulizija Ewropea.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Qed titħassar kwalunkwe referenza għas-Cepol, peress li r-rapporteur jifhem li mhux se jkun hemm fużjoni bejn il-Europol u s-Cepol.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-"Programm ta' Stokkolma - Ewropa miftuħa u sikura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini" jitlob li l-Europol jevolvi u jsir ċentru "għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, fornitur ta' servizzi u pjattaforma għas-servizzi tal-infurzar tal-liġi". Abbażi ta' valutazzjoni tal-funzjonament tal-Europol, huwa meħtieġ tisħiħ ulterjuri tal-effikaċja operazzjonali tiegħu sabiex jintlaħaq dan l-għan. Il-Programm ta' Stokkolma jistipula wkoll il-mira li tinħoloq kultura Ewropea ġenwina tal-infurzar tal-liġi billi jiġu stabbiliti skemi ta' taħriġ u programmi ta' skambju Ewropej għall-professjonisti tal-infurzar tal-liġi rilevanti kollha fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni.

(4) Il-"Programm ta' Stokkolma - Ewropa miftuħa u sikura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini" jitlob li l-Europol jevolvi u jsir ċentru "għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, fornitur ta' servizzi u pjattaforma għas-servizzi tal-infurzar tal-liġi". Abbażi ta' valutazzjoni tal-funzjonament tal-Europol, huwa meħtieġ tisħiħ ulterjuri tal-effikaċja operazzjonali tiegħu sabiex jintlaħaq dan l-għan.

Ġustifikazzjoni

Qed titħassar kwalunkwe referenza għas-Cepol, peress li r-rapporteur jifhem li mhux se jkun hemm fużjoni bejn il-Europol u s-Cepol.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Netwerks kriminali u terroristiċi fuq skala kbira huma ta' theddida sinifikanti għas-sigurtà interna tal-Unjoni u għas-sigurtà u l-għajxien taċ-ċittadini tagħha. Il-valutazzjonijiet disponibbli tat-theddidiet juru li l-gruppi kriminali qed isiru dejjem aktar polikriminali u transfruntieri fl-attivitajiet tagħhom. L-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi għalhekk għandhom bżonn jikkooperaw dejjem iżjed mill-qrib mal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħra. F'dan il-kuntest, huwa meħtieġ li l-Europol jiġi mgħammar biex jappoġġja aktar lill-Istati Membri fil-prevenzjoni, l-analiżi u l-investigazzjonijiet tal-kriminalità madwar l-Unjoni kollha. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-evalwazzjonijiet tad-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI.

(5) Netwerks kriminali u terroristiċi fuq skala kbira huma ta' theddida sinifikanti għas-sigurtà interna tal-Unjoni u għas-sigurtà u l-għajxien taċ-ċittadini tagħha. Il-valutazzjonijiet disponibbli tat-theddidiet juru li l-gruppi kriminali qed isiru dejjem aktar polikriminali u transfruntieri fl-attivitajiet tagħhom. L-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi għalhekk għandhom bżonn jikkooperaw dejjem iżjed mill-qrib mal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħra. F'dan il-kuntest, huwa meħtieġ li l-Europol jiġi mgħammar biex jappoġġja aktar lill-Istati Membri fil-prevenzjoni, l-analiżi u l-investigazzjonijiet tal-kriminalità madwar l-Unjoni kollha. Dan ġie kkonfermat ukoll fl-evalwazzjoni tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

Ġustifikazzjoni

Qed titħassar kwalunkwe referenza għas-CEPOL, peress li r-rapporteur jifhem li mhux se jkun hemm fużjoni bejn il-Europol u s-CEPOL.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Fid-dawl tar-rabtiet bejn il-kompiti tal-Europol u s-CEPOL, l-integrazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-funzjonijiet taż-żewġ aġenziji jsaħħu l-effettività tal-attività operazzjonali, ir-rilevanza tat-taħriġ u l-effiċjenza tal-kooperazzjoni tal-pulizija fl-Unjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Qed titħassar kwalunkwe referenza għas-CEPOL, peress li r-rapporteur jifhem li mhux se jkun hemm fużjoni bejn il-Europol u s-CEPOL.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI għandhom għalhekk jitħassru u jiġu ssostitwiti b'dan ir-Regolament, li jislet fuq it-tagħlimiet miksuba mill-implimentazzjoni taż-żewġ Deċiżjonijiet. L-Europol kif stabbilit b'dan ir-regolament għandu jissostitwixxi u jassumi l-funzjonijiet tal-Europol u s-CEPOL kif stabbiliti miż-żewġ Deċiżjonijiet imħassra.

(7) Id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b'dan ir-Regolament, li jislet fuq it-tagħlimiet miksuba mill-implimentazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni. ġenzija Europol kif stabbilita b'dan ir-regolament għandha tissosstitwixxi u tassumi l-funzjonijiet tal-Europol maħluqa permezz tad-Deċiżjoni mħassra.

Ġustifikazzjoni

Qed titħassar kwalunkwe referenza għas-Cepol, peress li r-rapporteur jifhem li mhux se jkun hemm fużjoni bejn il-Europol u s-Cepol.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Peress li l-kriminalità ħafna drabi sseħħ bejn il-fruntieri interni, l-Europol għandu jgħin u jsaħħaħ l-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar. Peress li t-terroriżmu huwa wieħed mit-theddidiet l-aktar importanti għas-sigurtà tal-Unjoni, l-Europol għandu jgħin lill-Istati Membri jaffrontaw l-isfidi komuni f'dan ir-rigward. Bħala l-aġenzija tal-UE għall-infurzar tal-liġi, l-Europol għandu jappoġġja u saħħaħ ukoll l-azzjonijiet u l-kooperazzjoni fl-indirizzar tal-forom ta' kriminalità li jaffettwaw l-interessi tal-UE. Għandu wkoll joffri appoġġ fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati kriminali relatati li jitwettqu sabiex jinkisbu l-mezzi, jiġu ffaċilitati, jitwettqu jew tiġi żgurata l-impunità ta' atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol.

(8) L-Europol għandu jgħin u jsaħħaħ l-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar. Peress li t-terroriżmu jippreżenta theddida għas-sigurtà tal-Unjoni, l-Europol għandu jgħin lill-Istati Membri jaffrontaw l-isfidi komuni f'dan ir-rigward. Bħala l-aġenzija tal-UE għall-infurzar tal-liġi, l-Europol għandu jappoġġja u saħħaħ ukoll l-azzjonijiet u l-kooperazzjoni fl-indirizzar tal-forom ta' kriminalità li jaffettwaw l-interessi tal-UE. Għandu wkoll joffri appoġġ fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati kriminali relatati li jitwettqu sabiex jinkisbu l-mezzi, jiġu ffaċilitati, jitwettqu jew tiġi żgurata l-impunità ta' atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-Europol għandu jiżgura taħriġ ta' kwalità aħjar, koerenti u konsistenti għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fil-gradi kollha fi ħdan qafas ċar skont bżonnijiet identifikati ta' taħriġ.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Qed titħassar kwalunkwe referenza għas-Cepol, peress li r-rapporteur jifhem li mhux se jkun hemm fużjoni bejn il-Europol u s-Cepol.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-Europol għandu jkun jista' jitlob lill-Istati Membri jiftħu, iwettqu jew jikkoordinaw investigazzjonijiet kriminali f'każijiet speċifiċi meta l-kooperazzjoni transfruntiera tkun ta' valur miżjud. L-Europol għandu jinforma lill-Eurojust b'dawn it-talbiet.

(10) L-Europol għandu jkun jista' jitlob lill-Istati Membri jiftħu, iwettqu jew jikkoordinaw investigazzjonijiet kriminali f'każijiet speċifiċi meta l-kooperazzjoni transfruntiera tkun ta' valur miżjud. L-Europol għandu jinforma lill-Eurojust b'dawn it-talbiet. L-Europol għandu jiġġustifika t-talba.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) L-Europol għandu jżomm ir-rekords tal-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' timijiet konġunti ta' investigazzjoni, li jieħdu ħsieb il-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt il-kompetentza tiegħu.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b) Kull meta tkun ġiet stabilita kooperazzjoni bejn l-Europol u l-Istati Membri dwar investigazzjoni speċifika, għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet ċari bejn l-Europol u dawk l-Istati Membri involuti, b'dettalji tal-kompiti speċifiċi li għandhom jitwettqu, il-livell ta' parteċipazzjoni fil-proċeduri investigattivi jew ġudizzjarji tal-Istati Membri, u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet u l-liġi applikabbli għall-finijiet tas-sorveljanza ġudizzjarja.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Biex tiżdied l-effettività tal-Europol bħala ċentru għall-iskambju tal-informazzjoni fl-Unjoni, għandhom jiġu stipulati obbligi ċari għall-Istati Membri biex jipprovdu lill-Europol bid-dejta neċessarja biex ikun jista' jissodisfa l-għanijiet tiegħu. Meta jimplimentaw dawn l-obbligi, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari li jipprovdu dejta rilevanti għall-ġlieda kontra kriminalità meqjusa bħala strateġika u ta' prijorità operazzjonali fl-istrumenti ta' politika rileventi tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu lill-Europol b'kopja tal-iskambji bilaterali u multilaterali ta' informazzjoni ma' Stati Membri oħra dwar kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tal-Europol. Fl-istess ħin, l-Europol għandu jżid il-livell tal-appoġġ tiegħu lill-Istati Membri, sabiex jitjiebu l-kooperazzjoni reċiproka u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni. L-Europol għandu jissottometti rapport annwali lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni u lill-Parlamenti nazzjonali dwar sa liema punt l-Istati Membri individwali jipprovdulu informazzjoni.

(11) Biex tiżdied l-effettività tal-Europol bħala ċentru għall-iskambju tal-informazzjoni fl-Unjoni, għandhom jiġu stipulati obbligi ċari għall-Istati Membri biex jipprovdu lill-Europol bid-dejta neċessarja biex ikun jista' jissodisfa l-għanijiet tiegħu. Meta jimplimentaw dawn l-obbligi, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari li jipprovdu biss id-dejta rilevanti għall-ġlieda kontra kriminalità meqjusa bħala strateġika u ta' prijorità operazzjonali fl-istrumenti ta' politika rileventi tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu lill-Europol b'kopja tal-iskambji bilaterali u multilaterali ta' informazzjoni ma' Stati Membri oħra dwar kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tal-Europol u fl-istess ħin jindikaw ukoll mil-liema sorsi toriġina d-dejta. Fl-istess ħin, l-Europol għandu jżid il-livell tal-appoġġ tiegħu lill-Istati Membri, sabiex jitjiebu l-kooperazzjoni reċiproka u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni. L-Europol irid jissottometti rapport annwali lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni u lill-parlamenti nazzjonali dwar sa liema punt l-Istati Membri individwali jipprovdulu informazzjoni.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex tkun żgurata kooperazzjoni effikaċi bejn l-Europol u l-Istati Membri, għandha titwaqqaf unità nazzjonali f'kull Stat Membru. Għandha tkun il-kollegament prinċipal bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u l-istituti tat-taħriġ u l-Europol. Sabiex ikun żgurat skambju ta' informazzjoni effettiv u kontinwu bejn l-Europol u l-unitajiet nazzjonali u tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni bejniethom, kull unità nazzjonali għandha tissekonda mill-inqas uffiċjal ta' kollegament wieħed għall-Europol.

(12) Sabiex tkun żgurata kooperazzjoni effikaċi bejn l-Europol u l-Istati Membri, għandha titwaqqaf unità nazzjonali f'kull Stat Membru. F'dan ir-Regolament għandu jiġi ppreservat ir-rwol tal-unità nazzjonali tal-Europol bħala gwardjan u difensur tal-interessi nazzjonali fl-Aġenzija. nità nazzjonali għandha tinżamm bħala punt ta' kuntatt bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti, li tiggarantixxi b'dan il-mod rwol ċentralizzat u fl-istess waqt tkun koordinatur tal-kooperazzjoni kollha tal-Istati Membri mal-Europol u permezz tal-Europol, b'hekk tiżgura risposta unitarja mill-Istat Membru għall-appelli tal-Europol. Sabiex ikun żgurat skambju ta' informazzjoni effettiv u kontinwu bejn l-Europol u l-unitajiet nazzjonali u tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni bejniethom, kull unità nazzjonali għandha tissekonda mill-inqas uffiċjal ta' kollegament wieħed għall-Europol.

Ġustifikazzjoni

Qed titħassar kwalunkwe referenza għas-Cepol, peress li r-rapporteur jifhem li mhux se jkun hemm fużjoni bejn il-Europol u s-Cepol.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Biex jiġi żgurat li t-taħriġ tal-infurzar tal-liġi fil-livell tal-Unjoni jkun ta' kwalità għolja, koerenti u konsistenti, l-Europol għandu jaġixxi f'konformità mal-politika għat-taħriġ dwar l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni. It-taħriġ fil-livell tal-Unjoni għandu jkun disponibbli għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi ta' kull grad. L-Europol għandu jiżgura li t-taħriġ jiġi evalwat u li l-konklużjonijiet mill-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet tat-taħriġ ikunu parti mill-ippjanar ħalli titnaqqas d-duplikazzjoni. L-Europol għandu jippromwovi r-rikonoxximent fl-Istati Membri tat-taħriġ ipprovdut fil-livell tal-Unjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Qed titħassar kwalunkwe referenza għas-Cepol, peress li r-rapporteur jifhem li mhux se jkun hemm fużjoni bejn il-Europol u s-Cepol.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rrappreżentati fuq il-Bord tal-Maniġment tal-Europol sabiex jagħmlu superviżjoni ta' ħidmietu b'mod effikaċi. Sabiex jirriflettu l-mandat doppju tal-aġenzija ġdida, l-appoġġ operazzjonali u t-taħriġ dwar l-infurzar tal-liġi, il-membri sħaħ tal-Bord tal-Maniġment għandhom jinħatru abbażi tal-għarfien tagħhom tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, filwaqt li l-membri supplenti għandhom jinħatru abbażi tal-għarfien tagħhom tat-taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. Il-membri supplenti għandhom jaġixxu bħala membri sħaħ fin-nuqqas tal-membru sħiħ u fi kwalunkwe każ meta jkun qed jiġi diskuss jew deċiżi taħriġ. Il-Bord tal-Maniġment għandu jingħata pariri dwar kwistjonijiet ta' taħriġ tekniku minn kumitat xjentifiku.

(16) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rrappreżentati fuq il-Bord tal-Maniġment tal-Europol sabiex jagħmlu superviżjoni ta' ħidmietu b'mod effikaċi. Il-membri tal-Bord tal-Maniġment għandhom jinħatru abbażi tal-għarfien tagħhom tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi.

Ġustifikazzjoni

Qed titħassar kwalunkwe referenza għas-Cepol, peress li r-rapporteur jifhem li mhux se jkun hemm fużjoni bejn il-Europol u s-Cepol.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-Bord tal-Maniġment għandu jingħata s-setgħat meħtieġa, sabiex b'mod partikolari jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji u d-dokumenti tal-ippjanar xierqa, jistabbilixxi proċeduri trasparenti ta' ħidma għat-teħid tad-deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Europol u jadotta r-rapport tal-attività annwali. Għandu jeżerċita l-poteri ta' awtorità li taħtar fil-konfront tal-persunal tal-aġenzija, inkluż id-Direttur Eżekuttiv. Sabiex jiġi rrazzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u biex tissaħħaħ is-superviżjoni amministrattiva u tal-immaniġġjar tal-baġit, il-Bord tal-Maniġment għandu jkun jista' jistabbilixxi Bord Eżekuttiv.

(17) Il-Bord tal-Maniġment għandu jingħata s-setgħat meħtieġa, sabiex b'mod partikolari jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji u d-dokumenti tal-ippjanar xierqa, jadotta miżuri għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u għall-ġlieda kontra l-frodi, kif ukoll jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, jistabbilixxi proċeduri trasparenti ta' ħidma għat-teħid tad-deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Europol u jadotta r-rapport tal-attività annwali. Għandu jeżerċita l-poteri ta' awtorità li taħtar fil-konfront tal-persunal tal-aġenzija, inkluż id-Direttur Eżekuttiv. Sabiex jiġi rrazzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u biex tissaħħaħ is-superviżjoni amministrattiva u tal-immaniġġjar tal-baġit, il-Bord tal-Maniġment għandu jkun jista' jistabbilixxi Bord Eżekuttiv.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur kontra d-dispożizzjoni li qed issir għall-ħolqien ta' bord eżekuttiv li jiggarantixxi li l-Europol jaħdem b'mod trasparenti u demokratiku.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li jaqgħu taħt l-għanijiet tiegħu, huwa meħtieġ li l-Europol ikollu l-informazzjoni l-iktar sħiħa u aġġornata possibbli. Għalhekk, l-Europol għandu jkun jista' jipproċessa dejta pprovduta mill-Istati Membri, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, korpi tal-Unjoni kif ukoll dik li tiġi minn sorsi disponibbli għall-pubbliku biex jiżviluppa fehim tal-fenomeni u x-xejriet kriminali, jiġbor informazzjoni dwar in-netwerks kriminali u jiskopri rabtiet bejn reati differenti.

(19) Għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li jaqgħu taħt l-għanijiet tiegħu, huwa meħtieġ li l-Europol ikollu l-informazzjoni l-iktar sħiħa u aġġornata possibbli. Għalhekk, l-Europol għandu jkun jista' jipproċessa dejta pprovduta mill-Istati Membri, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, korpi tal-Unjoni kif ukoll dik li tiġi minn sorsi disponibbli għall-pubbliku, sakemm l-Europol jista' jitqies li huwa riċevitur legali ta' dik id-dejta, biex jiżviluppa fehim tal-fenomeni u x-xejriet kriminali, jiġbor informazzjoni dwar in-netwerks kriminali u jiskopri rabtiet bejn reati.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Sabiex tittejjeb l-effettività tal-Europol fil-forniment ta' analiżi preċiża dwar il-kriminalità lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, għandu juża teknoloġiji ġodda biex jipproċessa d-dejta. L-Europol għandu jkun jista' jiskopri malajr konnessjonijiet bejn investigazzjonijiet u modi operandi komuni bejn gruppi kriminali differenti, jikkontrolla kontrokonkordji ta' dejta u jkollu ħarsa ġenerali ċara tax-xejriet, filwaqt li jżomm livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta personali għall-individwi. Għalhekk, il-bażijiet tad-dejta tal-Europol ma għandhomx ikunu predefiniti, ħalli l-Europol ikun jista' jagħżel l-aktar struttura tal-IT effiċjenti. Sabiex ikunu żgurati standards ta' livell għoli għall-protezzjoni tad-dejta, għandhom jiġu stipulati l-għan tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar u d-drittijiet tal-aċċess kif ukoll salvagwardji speċifiċi addizzjonali.

(20) Sabiex tittejjeb l-effettività tal-Europol fil-forniment ta' analiżi preċiża dwar il-kriminalità lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, għandu juża teknoloġiji ġodda biex jipproċessa d-dejta. L-Europol għandu jkun jista' jiskopri malajr konnessjonijiet bejn investigazzjonijiet u modi operandi komuni bejn gruppi kriminali differenti, jikkontrolla kontrokonkordji ta' dejta u jkollu ħarsa ġenerali ċara tax-xejriet, filwaqt li jżomm livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta personali għall-individwi. Sabiex ikunu żgurati standards ta' livell għoli għall-protezzjoni tad-dejta, għandhom jiġu stipulati l-għan tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar u d-drittijiet tal-aċċess kif ukoll salvagwardji speċifiċi addizzjonali. Il-prinċipju tad-delimitazzjoni u l-prinċipju tal-proporzjonalità għandhom jiġu osservati fl-ipproċessar ta' dejta personali.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex jiġu rrispettati s-sjieda tad-dejta u l-protezzjoni tal-informazzjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet f'pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw l-iskop li għalih l-Europol jista' jipproċessa d-dejta li jipprovdu u jirrestrinġu d-drittijiet tal-aċċess.

(21) Sabiex jiġu rrispettati s-sjieda tad-dejta u l-protezzjoni tal-informazzjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet f'pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw l-iskop li għalih l-Europol jista' jipproċessa d-dejta li jipprovdu u jirrestrinġu d-drittijiet tal-aċċess. Il-limitazzjoni tal-iskop tikkontribwixxi għat-trasparenza, iċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà u hija b'mod speċjali ta' importanza kbira fil-qasam tal-kooperazzjoni mal-pulizija, fejn is-suġġetti tad-dejta normalment ma jkunux jafu meta d-dejta personali tagħhom qed tinġabar u tiġi proċessata u fejn l-użu tad-dejta prsonali jista' jkollu impatt sinifikanti kbir fuq il-ħajja u l-libertajiet tan-nies.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Biex titjieb il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-aġenziji, u b'mod partikolari biex jiġu stabbiliti rabtiet bejn id-dejta diġà fil-pussess tal-aġenziji differenti, l-Europol għandu jippermetti lill-Eurojust u lill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) aċċess għal, u li jkunu jistgħu jfittxu fid-dejta disponibbli għand l-Europol.

(23) Biex titjieb il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-aġenziji, u b'mod partikolari biex jiġu stabbiliti rabtiet bejn id-dejta diġà fil-pussess tal-aġenziji differenti, l-Europol għandu jippermetti lill-Eurojust aċċess għal, u li jkunu jistgħu jfittxu fid-dejta disponibbli għand l-Europol, abbażi ta' salvagwardji speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 88(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirreferi għar-relazzjoni speċjali bejn l-Europol u l-Eurojust. Hawn mhux xieraq li jiddaħħal ukoll l-OLAF.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-Europol għandu jżomm relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' korpi oħra tal-UE, awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u istituti tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati, sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(24) L-Europol għandu jżomm relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' korpi oħra tal-UE u awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati, sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Qed titħassar kwalunkwe referenza għas-Cepol, peress li r-rapporteur jifhem li mhux se jkun hemm fużjoni bejn il-Europol u s-Cepol.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Sabiex jiżgura l-effikaċja operazzjonali, l-Europol għandu jkun jista' jiskambja l-informazzjoni kollha, bl-eċċezzjoni ta' dejta personali, ma' korpi oħra tal-Unjoni, awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u istituti tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, sa punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. Peress li kumpaniji, ditti, assoċjazzjonijiet kummerċjali, organizazzjonijiet mhux governattivi u partijiet privati oħra jkollhom għarfien espert u dejta b'rilevanza diretta mal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, l-Europol għandu jkun jista' jiskambja tali dejta ma' partijiet privati. Biex ikun hemm prevenzjoni taċ-ċiberkriminalità u tiġi miġġielda, fir-rigward ta' inċidenti fis-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, l-Europol għandu, skont id-Direttiva [isem tad-Direttiva adottata] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri biex jiġi żgurat livell komuni għoli ta' sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni madwar l-Unjoni, jikkoopera u jiskambja informazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' dejta personali, mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-sigurtà tas-sistemi tan-networks u l-informazzjoni.

(25) Sabiex jiżgura l-effikaċja operazzjonali, l-Europol għandu jkun jista' jiskambja l-informazzjoni kollha, bl-eċċezzjoni ta' dejta personali, ma' korpi oħra tal-Unjoni, awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, sa punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. Biex ikun hemm prevenzjoni taċ-ċiberkriminalità u tiġi miġġielda, fir-rigward ta' inċidenti fis-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, l-Europol għandu, skont id-Direttiva [isem tad-Direttiva adottata] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri biex jiġi żgurat livell komuni għoli ta' sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni madwar l-Unjoni, jikkoopera u jiskambja informazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' dejta personali, mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-sigurtà tas-sistemi tan-networks u l-informazzjoni.

____________________________

___________________________

31 Tiddaħħal referenza tad-Direttiva adottata (Proposta: COM (2013) 48 final).

31 Tiddaħħal referenza għad-Direttiva adottata (Proposta: COM (2013) 48 final).

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) L-Europol għandu jkun jista' jiskambja dejta personali ma' korpi oħra tal-Unjoni sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(26) L-Europol għandu jkun jista' jiskambja dejta personali ma' korpi oħra tal-Unjoni sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta jappoġġja l-limitazzjoni ta' dan l-iskambju ta' informazzjoni għal dawk is-suġġetti li kkommettew jew li huwa suspettat li jistgħu jikkommettu reat fuq dawk li huma fil-ġurisdizzjoni tal-Europol.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li jiġi limitat il-poter tal-Europol għall-iskambju ta' informazzjoni ta' dejta personali ma' korpi oħra tal-Unjoni, u jiġi limitat biss għal dawk is-suġġetti li kkommettew jew li huwa suspettat li jistgħu jikkommettu reati fuq dawk li huma fil-ġurisdizzjoni tal-Europol.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Ir-reati serji u t-terroriżmu ħafna drabi jkollhom rabtiet lil hinn mit-territorju tal-UE. L-Europol għandu għalhekk ikun jista' jiskambja dejta personali mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Interpol sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(27) Ir-reati serji u t-terroriżmu ħafna drabi jkollhom rabtiet lil hinn mit-territorju tal-UE. L-Europol għandu għalhekk ikun jista' jiskambja dejta personali mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Interpol sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. Fl-iskambju ta' dejta personali ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, għandu jinżamm bilanċ xieraq bejn il-ħtieġa għal infurzar effikaċi tal-liġi u l-protezzjoni tad-dejta.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Kwalunkwe informazzjoni minn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li b'mod ċar tkun inkisbet bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem ma għandhiex tiġi pproċessata.

(31) Kwalunkwe informazzjoni li b'mod ċar tkun inkisbet bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem ma għandhiex tiġi pproċessata.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta fl-Europol għandhom jissaħħu u jisiltu mill-prinċipji sottostanti r-Regolament (KE) Nru 45/200132 biex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-proċessar ta' dejta personali. Peress li d-Dikjarazzjoni 21 mehmuża mat-Trattat tirrikonoxxi l-ispeċifiċità tal-proċessar tad-dejta personali fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi, ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta tal-Europol għandhom ikunu awtonomi u allinjati ma' strumenti rilevanti oħra tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija fl-Unjoni, b'mod partikolari l-Konvenzjoni Nru 10833 u r-Rakkomandazzjoni Nru R(87) tal-Kunsill tal-Ewropa34 u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali35 [tinbidel mad-Direttiva rileventi fis-seħħ fi żmien l-adozzjoni].

(32) Ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta fl-Europol għandhom jissaħħu u jiġu allinjati ma' strumenti rilevanti oħra tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli għall-proċessar tad-dejta personali fil-qasam tal-kooperazzjoni mal-pulizija fl-Unjoni biex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-iproċessar ta' dejta personali. Filwaqt li d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI tipprovdi għal reġim robust dwar il-protezzjoni tad-dejta għall-Europol, għandha tiġi elaborata iżjed biex tallinja l-Europol mar-rekwiżiti tat-Trattat ta' Lisbona, tirrifletti r-rwol jikber tal-Europol, ittejjeb id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u ttejjeb iżjed il-fiduċja bejn l-Istati Membri u l-Europol li hija meħtieġa għal skambju ta' informazzjoni b'suċċess. Ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta fl-Europol għandhom jissaħħu u jisiltu mill-prinċipji sottostanti r-Regolament (KE) Nru 45/200132 jew l-istrument li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 45/2001 biex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali, kif ukoll minn prinċipji oħra dwar il-protezzjoni tad-dejta, inkluż il-prinċipju tal-kontabilità, il-valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta, il-privatezza mit-tfassil u prestabbilità u n-notifika dwar il-ksur tad-dejta personali. Hekk kif jiġi adottat il-qafas il-ġdid dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, għandu jkun applikabbli għall-Europol. Kif tirrikonoxxi d-Dikjarazzjoni 21 mehmuża mat-Trattat, in-natura speċifika tal-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi toħloq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-dejta personali u l-moviment liberu ta' din id-dejta għall-Europol abbażi tal-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u allinjati ma' strumenti rilevanti oħra tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija fl-Unjoni, b'mod partikolari l-Konvenzjoni Nru 10833 u l-Protokoll Addizzjonali tagħha tat-8 ta' Novembru 2001 u r-Rakkomandazzjoni Nru R(87) tal-Kunsill tal-Ewropa34 u r-reġim robust għall-protezzjoni tad-dejta stipulat fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali35 [tinbidel mad-Direttiva rileventi fis-seħħ fi żmien l-adozzjoni]. It-trasparenza hija parti kruċjali mill-protezzjoni tad-dejta għaliex tippermetti li jiġu eżerċitati prinċipji u drittijiet oħra dwar il-protezzjoni tad-dejta. Sabiex titjieb it-trasparenza, l-Europol għandu jkollu politiki trasparenti dwar il-protezzjoni tad-dejta li għandu jagħmilhom disponibbli b'mod faċli għall-pubbliku billi jistabbilixxi f'forma komprensibbli u bl-użu ta' kliem ċar u sempliċi d-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-mezzi disponibbli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, kif ukoll jippubblika lista tal-ftehimiet internazzjonali u ta' kooperazzjoni li għandu ma' pajjiżi terzi, korpi tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali.

___________________________

_______________________

32 ĠU L 8, 12.1.2001, p.1.

32 ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

33 Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Proċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali, Strasburgu, 28.1.1981.

33 Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Proċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali, Strasburgu, 28.1.1981.

34 Ir-Rakkomandazzjoni Nru R(87)15 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri dwar ir-regolamentazzjoni tal-użu tad-dejta personali fis-settur tal-pulizija, 17.9.1987.

34 Ir-Rakkomandazzjoni Nru R(87)15 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri dwar ir-regolamentazzjoni tal-użu tad-dejta personali fis-settur tal-pulizija, 17.9.1987.

35 ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

35 ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Kemm jista' jkun, id-dejta personali għandha tiġi distinta skont il-grad ta' preċiżjoni u affidabbiltà tagħha. Il-fatti għandhom jiġu distinti mill-valutazzjonijiet personali, sabiex tiġi żgurta protezzjoni tal-individwi kif ukoll il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni proċessata mill-Europol.

(33) Id-dejta personali għandha tiġi distinta skont il-grad ta' preċiżjoni u affidabbiltà tagħha. Il-fatti jridu jiġu distinti mill-valutazzjonijiet personali, sabiex tiġi żgurta protezzjoni tal-individwi kif ukoll il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni proċessata mill-Europol.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a) Minħabba n-natura speċjali tal-Aġenzija, din għandu jkollha kondizzjonijiet proprji, speċjali u fl-istess waqt li jissalvagwardjaw il-protezzjoni tad-dejta, li fl-ebda każ m'għandhom ikunu inferjuri għall-arranġamenti ġenerali applikabbli għall-Unjoni u l-Aġenziji tagħha. F'dan is-sens, ir-riformi li jseħħu fir-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dejta għandhom japplikaw għall-Europol mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn sentejn minn meta r-regoli ġenerali l-ġodda jidħlu fis-seħħ; l-allinjament regolatorju bejn l-arranġamenti speċjali tal-Europol u partikolari tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta għandu jsir qabel jgħaddu sentejn minn meta tiġi approvata kwalunkwe regola għal dan il-għan.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Dejta personali relatata ma' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-dejta tiġi pproċessata fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija. L-Europol għandu jagħmel id-distinzjonijiet, bejn id-dejta personali ta' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-dejta, ċari kemm jista' jkun. Dejta personali ta' persuni bħal vittmi, xhieda, persuni b'informazzjoni rilevanti kif ukoll dejta personali ta' minuri għandha tiġi protetta b'mod partikolari. Għalhekk, l-Europol ma għandux jipproċessaha sakemm ma jkunx strettament meħtieġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tiegħu, u jekk din id-dejta tissupplimenta dejta personali oħra diġà proċessata mill-Europol.

(34) Dejta personali relatata ma' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-dejta tiġi pproċessata fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija. L-Europol għandu jagħmel id-distinzjonijiet, bejn id-dejta personali ta' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-dejta, ċari kemm jista' jkun. Dejta personali ta' persuni bħal vittmi, xhieda, persuni b'informazzjoni rilevanti kif ukoll dejta personali ta' minuri għandha tiġi protetta b'mod partikolari. Għalhekk, l-Europol ma għandux ikun jista' jipproċessaha.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Fid-dawl tad-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali, l-Europol ma għandux jaħżen dejta personali għal aktar żmien milli huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(35) Fid-dawl tad-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali, l-Europol ma għandux jaħżen dejta personali għal aktar żmien milli huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. Mhux aktar tard minn tliet snin minn meta tiddaħħal id-dejta, għandu jitqies jekk ikunx meħtieġ li din id-dejta tkompli tinħażen.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Sabiex tiġi żgurta s-sigurtà tad-dejta personali, l-Europol għandu jimplimenta miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa.

(36) Sabiex tiġi żgurta s-sigurtà tad-dejta personali, l-Europol irid jimplimenta l-miżuri kollha neċessarji.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Kwalunkwe persuna għandha jkollha d-dritt ta' aċċess għad-dejta personali li tikkonċernaha, li dejta mhux preċiża li tikkonċernaha tiġi rrettifikata u li tħassar jew timblokka dejta li tikkonċernaha, jekk id-dejta ma tkunx għadha meħtieġa. Id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta u l-eżerċizzju tagħhom ma għandhomx jaffettwaw l-obbligazzjonijiet imqiegħda fuq l-Europol u għandhom ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(37) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt ta' aċċess għad-dejta personali li tikkonċernaha, li dejta mhux preċiża li tikkonċernaha tiġi rrettifikata u li tħassar jew timblokka dejta li tikkonċernaha.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta teħtieġ attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-preċiżjoni u ż-żamma aġġornata tad-dejta li jkunu ttrasferew lill-Europol u għal-legalità ta' dan it-trasferiment. L-Europol għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni u biex iżomm aġġornata d-dejta provduta minn fornituri oħra ta' dejta. L-Europol għandu wkoll jiżgura li d-dejta tiġi pproċessata b'mod ġust u legali, tinġabar u tiġi pproċessata għal skop speċifiku, li hija adegwata, rilevanti, mhux iżżejjed f'relazzjoni mal-iskopijiet li tkun qed tiġi pproċessata għalihom u maħżuna għal mhux aktar żmien milli huwa neċessarju għal dak l-iskop.

(38) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta teħtieġ attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-preċiżjoni u ż-żamma aġġornata tad-dejta li jkunu ttrasferew lill-Europol u għal-legalità ta' dan it-trasferiment. L-Europol għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni u biex iżomm aġġornata d-dejta provduta minn fornituri oħra ta' dejta. L-Europol irid ukoll jiżgura li d-dejta tiġi pproċessata b'mod ġust u legali, tinġabar u tiġi pproċessata għal skop speċifiku, li hija adegwata, rilevanti, mhux iżżejjed f'relazzjoni mal-iskopijiet li tkun qed tiġi pproċessata għalihom u maħżuna għal mhux aktar żmien milli huwa neċessarju għal dak l-iskop.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-proċessar tad-dejta, l-awtomonitoraġġ u l-iżgurar tal-integrità u s-sigurtà xierqa tad-dejta, l-Europol għandu jżomm rekords tal-ġbir, l-alterazzjonijiet, l-aċċess, l-iżvelar, il-kombinazzjoni jew it-tħassir ta' dejta personali. L-Europol għandu jkun obbligat jikkoopera mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u meta jintalab, għandu jpoġġi r-reġistrazzjonijet tal-aċċess jew id-dokumentazzjoni għad-dispożizzjoni, ħalli jkunu jistgħu jintużaw f'operazzjonijiet ta' monitoraġġ tal-proċessar.

(39) Għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-proċessar tad-dejta, l-awtomonitoraġġ u l-iżgurar tal-integrità u s-sigurtà xierqa tad-dejta, l-Europol għandu jżomm rekords tal-ġbir, l-alterazzjonijiet, l-aċċess, l-iżvelar, il-kombinazzjoni jew it-tħassir ta' dejta personali. L-Europol huwa obbligat jikkoopera mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u meta jintalab, għandu jpoġġi r-reġistrazzjonijet tal-aċċess jew id-dokumentazzjoni għad-dispożizzjoni, ħalli jkunu jistgħu jintużaw f'operazzjonijiet ta' monitoraġġ tal-proċessar.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) L-Europol għandu jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta biex jgħinu fil-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandu jkun f'pożizzjoni li jwettaq dmirijietu u l-kompiti tiegħu b'mod indipendenti u effettiv.

(40) L-Europol għandu jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta biex jgħinu fil-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandu jkun f'pożizzjoni li jwettaq dmirijietu u l-kompiti tiegħu b'mod indipendenti u effettiv. L-uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta għandu jkollu r-riżorsi kollha neċessarji għall-qadi ta' dmirijietu.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-proċessar tad-dejta personali għandhom jimmonitorjaw il-legalità tal-proċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jimmonitorja l-legalità tal-proċessar tad-dejta mill-Europol billi jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu b'indipendenza sħiħa.

(41) Hija meħtieġa struttura ta' superviżjoni indipendenti, b'biżżejjed setgħat, trasparenti, responsabbli u effettiva għall-protezzjoni tan-nies fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali kif mitlub mill-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-proċessar tad-dejta personali għandhom jimmonitorjaw il-legalità tal-proċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jimmonitorja l-legalità tal-proċessar tad-dejta mill-Europol billi jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu b'indipendenza sħiħa.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jikkooperaw ma' xulxin fuq kwistjonijiet speċifiċi li jkunu jeħtieġu involviment nazzjonali u biex jiżguraw l-applikazzjoni koerenti ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha.

(42) Huwa importanti li tiġi żgurata superviżjoni msaħħa u effettiva tal-Europol, filwaqt li jsir użu ottimali tar-riżorsi u l-kompetenzi akkumulati kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jikkooperaw ma' xulxin fuq kwistjonijiet speċifiċi li jkunu jeħtieġu involviment nazzjonali u biex jiżguraw l-applikazzjoni koerenti ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha. Fejn meħtieġ, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista' juża l-kompetenza u l-esperjenza tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta fit-twettiq ta' dmirijietu, inkluż it-twettiq tal-awditjar u l-ispezzjonijiet fuq il-post.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Peress li l-Europol qiegħed jipproċessa wkoll dejta personali mhux operazzjonali, li ma tkun relatata ma' l-ebda investigazzjoni kriminali, il-proċessar ta' din id-dejta għandu jkun suġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(43) Peress li l-Europol qiegħed jipproċessa wkoll dejta personali mhux operazzjonali, li ma tkun relatata mal-ebda investigazzjoni kriminali, bħad-dejta personali tal-persunal tal-Europol, il-fornituri tas-servizzi jew il-viżitaturi, l-ipproċessar ta' din id-dejta għandu jkun suġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jisma' u jinvestiga l-ilmenti mressqa mis-suġġetti tad-dejta. L-investigazzjoni li ssegwi l-ilment għandha titwettaq, soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju, sa fejn dan ikun xieraq fil-każ speċifiku. L-awtorità superviżorja għandha tinforma lis-suġġett tad-dejta dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli.

(44) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jisma' u jinvestiga l-ilmenti mressqa mis-suġġetti tad-dejta. L-investigazzjoni b'segwitu ta' lment għandha titwettaq, soġġetta għal analiżi ġudizzjarja, sal-punt meħtieġ għal kjarifika komprensiva fil-każ speċifiku. L-awtorità superviżorja għandha tinforma lis-suġġett tad-dejta dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment immedjatament.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) Biex jiġi żgurat li l-Europol tkun organizzazzjoni responsabbli u trasparenti bis-sħiħ, huwa meħtieġ, fid-dawl tal-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jiġu stabbiliti proċeduri għall-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew flimkien mal-Parlamenti nazzjonali, fejn titqies kif dovut il-ħtieġa li tiġi ssalvagwardjata l-konfidenzjalità tal-informazzjoni operazzjonali.

(48) Sabiex jiġi rispettat ir-rwol tal-parlamenti fil-monitoraġġ tal-ispazju Ewropew ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u r-responsabbiltajiet politiċi tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew fir-rispett u l-eżerċizzju tas-setgħat rispettivi tagħhom fil-proċess ta' leġiżlazzjoni, huwa meħtieġ li l-Europol tkun organizzazzjoni responsabbli u trasparenti bis-sħiħ. Għal dak l-għan, fid-dawl tal-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għall-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew flimkien mal-parlamenti nazzjonali b'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni interparlamentari stabbiliti fit-Titolu II tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li titqies kif dovut il-ħtieġa li tiġi ssalvagwardjata l-konfidenzjalità tal-informazzjoni operazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jeżerċitaw kooperazzjoni parlamentari aktar profonda u mill-qrib fil-qasam tal-attivitajiet tal-Europol, il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew flimkien għandhom jiddeterminaw proċeduri speċifiċi skont it-Titolu II tal-Protokoll 1 tat-Trattat ta' Lisbona dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50) Minħabba n-natura tad-dmirijiet tal-Europol u l-irwol tad-Direttur Eżekuttiv, qabel il-ħatra tiegħu, kif ukoll qabel kwalunkwe estensjoni tal-mandat tiegħu, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi mistieden jagħmel stqarrija quddiem u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta wkoll ir-rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew għandu jkun jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(50) Minħabba n-natura tad-dmirijiet tal-Europol u l-irwol tad-Direttur Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi mistieden jagħmel stqarrija quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt qabel il-ħatra tiegħu u jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħu, kif ukoll qabel kwalunkwe estensjoni tal-mandat tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta wkoll ir-rapport annwali lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt msemmi u lill-Kunsill. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew għandu jkun jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-iskrutinju parlamentari mill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jrid jiddaħħal fir-Regolament. Għalhekk jinħoloq il-grupp ta' skrutinju parlamentari konġunt, li se jkun rregolat mill-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56) Id-dispożizzjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-akkomodazzjoni tal-Europol fl-Istat Membru fejn għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu, il-Pajjiżi l-Baxxi, u r-regoli speċifiċi applikabbli għall-persunal kollu tal-Europol u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim dwar l-uffiċċju prinċipali. Barra minn hekk, l-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jiżgura l-funzjonament korrett tal-Europol, inklużi l-iskejjel għat-tfal u t-trasport, sabiex jiġu attirati riżorsi umani ta' kwalità għolja minn firxa ġeografika wiesgħa kemm jista' jkun.

imħassar

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57) L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament jissostitwixxi u jissuċċedi l-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u s-CEPOL kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI. Għandu għalhekk ikun suċċessur ġuridiku tal-kuntratti kollha tagħhom, inklużi l-kuntratti tax-xogħol,l-obbligazzjonijiet u l-proprjetajiet miksuba. Ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Europol kif stabbiliti abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u s-CEPOL kif stabbilit abbażi tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI għandhom jibqgħu fis-seħħ, bl-eċċezzjoni tal-ftehim dwar l-uffiċċju prinċipali konkluż mis-CEPOL.

(57) L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament jissostitwixxi u jissuċċedi l-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI. Għandu għalhekk ikun suċċessur ġuridiku tal-kuntratti kollha tagħhom, inklużi l-kuntratti tax-xogħol,l-obbligazzjonijiet u l-proprjetajiet miksuba. Il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Europol kif stabbilit abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandhom jibqgħu fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Titneħħa r-referenza kollha dwar is-CEPOL, peress li r-rapporteur iqis li l-fużjoni bejn l-Europol u s-CEPOL mhix applikabbli.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58) Sabiex l-Europol ikun jista' jkompli jaqdi l-kompiti tal-Europol kif stabbiliti abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u tas-CEPOL kif stabbiliti abbażi tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI skont l-aħjar ħiliet tiegħu, għandhom jiġu stipulati miżuri tranżizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-Bord tal-Maniġiment, id-Direttur Eżekuttiv u d-delimitazzjoni ta' parti mill-baġit tal-Europol għat-taħriġ għal tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(58) Sabiex l-Europol ikun jista' jkompli jaqdi l-kompiti tal-Europol kif stabbilit abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI, skont l-aħjar ħiliet tiegħu, għandhom jiġu stipulati miżuri tranżizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-Bord tal-Maniġiment u d-Direttur Eżekuttiv.

Ġustifikazzjoni

Titneħħa r-referenza kollha dwar is-CEPOL, peress li r-rapporteur iqis li l-fużjoni bejn l-Europol u s-CEPOL mhix applikabbli.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(59) Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' entità responsabbli għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u t-taħriġ fil-livell tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista', għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn dak li huwa neċessarju biex dak l-objettiv jintlaħaq.

(59) Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' entità responsabbli għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi fil-livell tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri imma, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn dak li huwa neċessarju biex dak l-objettiv jintlaħaq.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stabbiliment tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi

Stabbiliment tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. B'dan qed tiġi stabbilita Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) biex ittejjeb il-kooperazzjoni reċiproka bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Unjoni Ewropea, biex issaħħaħ u tappoġġja l-azzjonijiet tagħhom kif ukoll tpoġġi fis-seħħ politika Ewropea koerenti għat-taħriġ.

1. B'dan qed tiġi stabbilita Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) biex ittejjeb il-kooperazzjoni reċiproka bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Unjoni Ewropea u ssaħħaħ u tappoġġja l-azzjonijiet tagħhom.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament jissostitwixxi u jissuċċedi l-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u s-CEPOL kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI.

2. L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament jissostitwixxi u jissuċċedi l-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

Ġustifikazzjoni

Titneħħa r-referenza kollha dwar is-CEPOL, peress li r-rapporteur iqis li l-fużjoni bejn l-Europol u s-CEPOL mhix applikabbli.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Europol għandu jżomm kuntatt ma' unità nazzjonali waħda f'kull Stat Membru, li għandha tiġi stabbilita jew maħtura skont l-Artikolu 7.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri" tfisser l-awtoritajiet kollha tal-pulizija u servizzi oħra tal-infurzar tal-liġi li jeżistu fl-Istati Membri li huma responsabbli skont il-liġi nazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-reati kriminali;

(a) "l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri" tfisser l-awtoritajiet pubbliċi kollha li jeżistu fl-Istati Membri li, b'konformità mad-dritt nazzjonali, huma responsabbli għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-reati kriminali li fir-rigward tagħhom l-Europol huwa kompetenti;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "analiżi" tfisser il-ġbir, il-proċessar jew l-użu ta' dejta bl-għan li tingħata għajnuna f'investigazzjonijiet kriminali;

(b) "analiżi" tfisser l-eżami bir-reqqa tal-informazzjoni biex tinkixef it-tifsira speċifika tagħha u fatturi partikolari bil-għan li jiġu assistiti l-investigazzjonijiet kriminali u jitwettaq kwalunkwe wieħed mill-kompiti l-oħra elenkati fl-Artikolu 4.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) "dejta personali" tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli minn hawn ‘il quddiem imsejħa "suġġett tad-dejta"; persuna identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal numru ta' identifikazzjoni jew għal xi fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tal-persuna;

(i) "dejta personali" tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli ("suġġett tad-dejta"); persuna identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal identifikatur, bħall-isem, numru ta' identifikazzjoni, dejta dwar il-post, identifikatur uniku jew għal xi fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali jew tal-ġeneru ta' dik il-persuna;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) "riċevitur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li lilu tiġi żvelata d-dejta, kemm jekk parti terza jew le; madankollu, awtoritajiet li jistgħu jirċievu dejta fil-qafas ta' inkjesta partikolari ma għandhomx jitqiesu bħala riċevituri;

(k) "riċevitur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li lilu tiġi żvelata d-dejta, kemm jekk parti terza jew le;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n) "il-kunsens tas-suġġett tad-dejta" tfisser kwalunkwe indikazzjoni speċifika u infurmata tax-xewqa tas-suġġett tad-dejta, mogħtija liberament, li permezz tagħha s-suġġett tad-dejta juri l-qbil tiegħu li tiġi pproċessata dejta personali marbuta miegħu;

(n) "il-kunsens tas-suġġett tad-dejta" tfisser kwalunkwe indikazzjoni speċifika, espliċita u infurmata tax-xewqa tas-suġġett tad-dejta, mogħtija liberament b'mod ċar u espliċitu, li permezz tagħha s-suġġett tad-dejta juri l-qbil tiegħu li tiġi pproċessata dejta personali marbuta miegħu;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Europol għandu jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u l-forom ta' kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, kif speċifikat fl-Anness 1;

1. L-Europol għandu jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħra ta' kriminalità serja, kif speċifikat fl-Anness I u li jolqtu żewġ Stati Membri jew aktar b'mod li jkun meħtieġ approċċ komuni mill-Istati Membri meta jitqiesu l-iskala, is-sinifikat u l-konsegwenzi tar-reati.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jkollna deskrizzjoni ċara tal-għanijiet tal-Europol. Ir-rabta proposta bejn il-ħtieġa għal approċċ komuni u l-interess komuni permezz tal-politika tal-Unjoni, tista' tillimita l-kompetenza tal-Europol f'dawk il-każijiet fejn m'hemmx politika tal-Unjoni jew m'hemmx politika espliċita tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, billi m'hemmx definizzjoni ta' x'għandu jitqies bħala kriminalità serja, il-kompetenza tal-Europol tista' titkabbar sakemm il-kriminalità taffettwa żewġ Stati Membri jew aktar.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Europol għandu wkoll jassisti, jiżviluppa, iwettaq u jikkoordina attivitajiet ta' taħriġ għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Titneħħa r-referenzi kollha għat-taħriġ, peress li r-rapporteur iqis li l-fużjoni bejn l-Europol u s-CEPOL mhix applikabbli.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jinnotifika lill-Istati Membri mingħajr dewmien b'informazzjoni li tikkonċernahom u bi kwalunkwe konnessjonijiet bejn reati kriminali;

(b) jinnotifika lill-Istati Membri mingħajr dewmien, permezz tal-unitajiet nazzjonali tal-Europol, kif imsemmi fl-Artikolu 7, bl-informazzjoni li tikkonċernahom u bi kwalunkwe konnessjonijiet bejn reati kriminali;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) imwettqa b'mod konġunt mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri; or

(i) imwettqa b'mod konġunt mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fl-investigazzjonijiet li diġà nbdew mill-Istati Membri jew b'riżultat ta' talba mill-Europol lil Stat Membru biex jibda investigazzjoni kriminali; or

Ġustifikazzjoni

Il-qafas legali li fih l-Europol jista' jwettaq dan il-kompitu għandu jkun espliċitu, jiġifieri taħt ir-responsabbiltà ta' min jitwettqu dawn l-azzjonijiet u l-konsegwenzi tar-responsabbiltajiet dwar il-protezzjoni tad-dejta għad-dejta proċessata.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) jipprovdi appoġġ tekniku u finanzjarju għal operazzjonijiet u investigazzjonijiet transfruntiera tal-Istati Membri, inklużi timijiet investigattivi konġunti;

(h) jipprovdi appoġġ tekniku u finanzjarju għal operazzjonijiet u investigazzjonijiet transfruntiera tal-Istati Membri, inklużi permezz ta' timijiet investigattivi konġunti b'konformità mal-Artikolu 5;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) jappoġġa, jiżviluppa, iwettaq, jikkoordina u jimplimenta taħriġ għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi b'kooperazzjoni man-netwerk tal-istituti tat-taħriġ tal-Istati Membri kif stipulat fil-Kapitolu III;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Titneħħa r-referenzi kollha għat-taħriġ, peress li r-rapporteur iqis li l-fużjoni bejn l-Europol u s-CEPOL mhix applikabbli.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) jipprovdi lill-korpi tal-Unjoni stabbiliti abbażi tat-Titolu V tat-Trattat u lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) b'intelligence kriminali u appoġġ analitiku fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom;

imħassar

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(la) jgħin investigazzjonijiet fl-Istati Membri, b'mod partikolari billi jgħaddi l-informazzjoni rilevanti kollha lill-unitajiet nazzjonali.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Europol ma għandux japplika miżuri koerżivi.

Ġustifikazzjoni

Din ir-regola (mill-Artikolu 88 tat-TFUE) tikkonċerna l-attivitajiet kollha tal-Europol u b'hekk trid tissemma' hawn minflok fl-Artikolu ta' wara li jittratta biss it-timijiet ta' investigazzjoni konġunti.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Europol jista', fil-limiti previsti mil-liġi tal-Istati Membri li fih ikun qed jopera t-tim investigattiv konġunt, jassisti fl-attivitajiet kollha u jiskambja informazzjoni mal-membri kollha tat-tim investigattiv konġunt.

2. L-Europol jista', fil-limiti previsti mil-liġi tal-Istati Membri li fih ikun qed jopera t-tim investigattiv konġunt, jassisti fl-attivitajiet kollha u jiskambja informazzjoni mal-membri kollha tat-tim investigattiv konġunt. L-uffiċjali tal-Europol mhumiex se jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-infurzar tal-liġi.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-parteċipazzjoni tal-Europol f'tim investigattiv konġunt se jkollha tikkonforma mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jiffurmawh u se jidher f'dokument, iffirmat minn qabel mid-Direttur tal-Europol, li se jiġi anness mal-ftehim korrespondenti tal-ħolqien tat-tim investigattiv konġunt.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. L-anness imsemmi fil-paragrafu 3a se jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-uffiċjali tal-Europol fit-tim investigattiv konġunt, inklużi r-regolamenti dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' dawn l-uffiċjali u r-responsabilitajiet li jirriżultaw minn azzjonijiet irregolari possibbli tagħhom stess.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c. L-uffiċjali tal-Europol li jipparteċipaw f'tim investigattiv konġunt se jkunu suġġetti, fir-rigward tal-ksur li tiegħu jistgħu jkunu suġġetti jew li jistgħu jwettqu, għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li fih ikun qed jaġixxi t-tim investigattiv konġunt u li tkun tapplika għall-membri tal-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta li jwettqu rwoli simili f'dan l-Istat Membru.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 5 -paragrafu 3d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3d. L-uffiċjali tal-Europol li jipparteċipaw f'tim investigattiv konġunt jistgħu jiskambjaw informazzjoni li ġejja mis-sistemi ta' ħżin tad-dejta tal-Europol mal-membri tat-tim. Peress li dan jinvolvi kuntatt dirett kif regolat fl-Artikolu 7, il-Europol se jinforma simultanjament lill-unitajiet nazzjonali tal-Eurool fl-istati Membri rrappreżentati fit-tim investigattiv konġunt u l-unitajiet nazzjonali tal-Europel fl-Istati membri li jipprovdu l-informazzjoni.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 3e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3e. L-informazzjoni li jikseb uffiċjali tal-Europol waqt li jipparteċipa f'tim investigattiv konġunt tista' tiġi inkorporati fis-sistemi ta' ħżin tad-dejta tal-Europol, permezz tal-unitajiet nazzjonali tal-Europeolk, bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti li tipprovdi dik l-informazzjoni u taħt ir-responsabilità tagħha.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F'każijiet speċifiċi fejn l-Europol iqis li investigazzjoni kriminali għandha tinbeda fir-rigward ta' reat li jaqa' taħt l-għanijiet tiegħu, għandu jinforma lill-Eurojust.

1. F'każijiet fejn l-Europol iqis li investigazzjoni kriminali għandha tinbeda fir-rigward ta' reat li jaqa' taħt l-għanijiet tiegħu, għandu jinforma lill-Eurojust.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fl-istess ħin, l-Europol għandu jitlob lill-Unitajiet Nazzjonali tal-Istati Membri konċernati stabbiliti abbażi tal-Artikolu 7(2) biex tinbeda, titwettaq jew tiġi kkoordinata investigazzjoni kriminali.

2. Fl-istess ħin, l-Europol jista' jitlob lill-Unitajiet Nazzjonali tal-Istati Membri konċernati stabbiliti abbażi tal-Artikolu 7(2) biex tinbeda, titwettaq jew tiġi kkoordinata investigazzjoni kriminali.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. F'każ ta' suspett ta' attakk malizzjuż fuq in-netwerk jew is-sistema tal-informazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew korpi tal-Unjoni jew aktar, imwettaq minn attur statali jew mhux statali li jinsab f'pajjiż terz, l-Europol għandu jibda investigazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess.

Ġustifikazzjoni

Dan biex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn ir-rapporti tal-attakki malizzjużi ma jittiħdux mill-Istati Membri u allura jibqgħu mhux investigati.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Unitajiet Nazzjonali għandhom jinformaw lill-Europol mingħajr dewmien dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni.

3. L-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq dawn it-talbiet u għandhom, permezz tal-Unitajiet Nazzjonali tagħhom, jinformaw lill-Europol mingħajr dewmien dwar jekk hux se tinfetaħ investigazzjoni.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Europol fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.

1. L-Istati Membri u l-Europol għandhom jikkooperaw fit-twettiq tal-kompiti tal-Europol.

 

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jaħtar Unità Nazzjonali li għandha tkun il-korp ta' kollegament bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif ukoll mal-istituti tat-taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. Kull Stat Membru għandu jappunta kap tal-Unità Nazzjonali.

2. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jaħtar Unità Nazzjonali li għandha tkun l-organu ta' kollegament bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jaħtar uffiċjal tal-Unità Nazzjonali.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Europol jista' jikkoopera direttament mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward ta' investigazzjonijiet individwali. F'dan il-każ, l-Europol għandu jinforma lill-Unità Nazzjonali mingħajr dewmien u jipprovdi kopja ta' kwalunkwe informazzjoni skambjata matul il-kuntatti diretti bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti rispettivi.

4. L-unità nazzjonali għandha tkun l-uniku korp ta' kollegament bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Madankollu, l-Europol jista' jikkoopera direttament mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qafas tal-investigazzjonijiet individwali li dawn l-awtoritajiet ikunu qed jagħmlu sakemm dan il-kuntatt dirett jagħti valur miżjud għall-konklużjoni b'suċċess tal-investigazzjoni u b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-Europol għandu jinforma lill-Unità Nazzjonali bil-ħtieġa għal dan il-kuntatt minn qabel. L-Europol għandu jipprovdi, kemm jista' jkun malajr, kopja tal-informazzjoni skambjata permezz ta' dawn il-kuntatti diretti.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom, permezz tal-Unità Nazzjonali tagħhom jew awtorità kompetenti ta' Stat Membru, b'mod partikolari:

5. L-Istati Membri għandhom, permezz tal-Unità Nazzjonali tagħhom, b'mod partikolari:

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jipprovdu lill-Europol bl-informazzjoni meħtieġa għalih biex jilħaq l-għanijiet tiegħu. Dan jinkludi li jipprovdu lill-Europol mingħajr dewmien b'informazzjoni marbuta mal-oqsma kriminali li huma meqjusa ta' prijorità mill-Unjoni. Dan jinkludi wkoll li tingħata kopja tal-iskambji bilaterali jew multilaterali ma' Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra sakemm l-iskambju jirreferi għal reat li jaqa' taħt l-għanijiet tal-Europol;

(a) jipprovdu lill-Europol fuq inizjattiva proprja l-informazzjoni u d-dejta neċessarja għat-twettiq tar-rwoli tiegħu u jirrispondu għat-talbiet ta' informazzjoni, provvista ta' dejta u assistenza provduta mill-Europol;

 

Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet imposti fuq l-Istati Membri fir-rigward taż-żamma tal-ordni skont il-liġi u s-salvagwardja tas-sigurtà interna, l-unità nazzjonali m'għandhiex tkun obbligata f'każ partikolari li tipprovdi informazzjoni u intelligence jekk dan ifisser:

 

(i) ħsara għall-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali;

 

(ii) li jiġi pperikolat is-suċċess ta' investigazzjoni attwali jew is-sikurezza ta' individwi; or

 

(iii) li tiġi żvelata informazzjoni relatata għal organizzazzjonijiet jew għal attivitajiet speċifiċi ta' intelligence fil-qasam tas-sigurtà statali.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jiżguraw komunikazzjoni u kooperazzjoni effettivi tal-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tat-taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri, mal-Europol;

(b) jiżguraw komunikazzjoni u kooperazzjoni effettivi tal-awtoritajiet kompetenti kollha mal-Europol;

Ġustifikazzjoni

Titneħħa r-referenzi kollha għat-taħriġ, peress li r-rapporteur iqis li l-fużjoni bejn l-Europol u s-CEPOL mhix applikabbli.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jissensibilizzaw dwar l-attivitajiet tal-Europol.

imħassar

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) l-Europol tintalab tagħti l-informazzjoni rilevanti li tista' tiffaċilita l-investigazzjonijiet li jwettqu l-awtoritajiet kompetenti nominati.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tiġi inkluża bħala funzjoni tal-unitajiet nazzjonali s-setgħa li jitolbu informazzjoni rilevanti għall-investigazzjonijiet tagħhom lill-Europol, b'hekk tissaħaħ il-kooperazzjoni reċiproka bejn l-Europol u l-Istati Membri.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) ji żguraw komunikazzjoni u kooperazzjoni effikaċi mal-awtoritajiet kompetenti

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 7.4, l-Unitajiet Nazzjonali għandhom jiżguraw komunikazzjoni u kooperazzjoni effikaċi mal-awtoritajiet kompetenti, dan għaliex huma l-punt ta' kuntatt tal-Europol mal-Istati Membri.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc) jiżguraw konformità mal-liġi f'kull skambju ta' informazzjoni bejniethom u l-Europol.

Ġustifikazzjoni

Din il-kompetenza ġdida tgħin sabiex issaħħaħ is-sistema soda ta' protezzjoni tad-dejta li jistabbilixxi dan ir-Regolament.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw livell minimu ta' sigurtà tas-sistemi kollha użati biex jagħmlu konnessjoni mal-Europol.

9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ogħla livell possibbli ta' sigurtà tas-sistemi kollha użati biex jagħmlu konnessjoni mal-Europol.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-uffiċjali ta' kollegament għandhom jassistu fl-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Europol u l-Istati Membri tagħhom.

3. L-uffiċjali ta' kollegament għandhom jittrasmettu l-informazzjoni tal-unitajiet nazzjonali tagħhom lill-Europol, u l-Europol lill-unitajiet nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikoli l-oħra, huwa neċessarju li f'dan l-Artikolu jiġi ċċarat li l-punt ta' kuntatt bejn l-Istati Membri u l-Europol huma l-Unitajiet Nazzjonali.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-uffiċjali ta' kollegament għandhom jassistu fl-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri tagħhom u l-uffiċjali ta' kollegament ta' Stati Membri oħra skont il-liġi nazzjonali. L-infrastruttura tal-Europol tista' tintuża, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex dawn l-iskambji bilaterali jkopru wkoll reati lil hinn mill-għanijiet tal-Europol. Il-Bord tal-Maniġment għandu jiddetermina d-drittijiet u l-obbligi tal-uffiċjali ta' kollegament fir-rigward tal-Europol.

4. L-uffiċjali ta' kollegament għandhom jassistu fl-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri tagħhom u l-uffiċjali ta' kollegament ta' Stati Membri oħra skont il-liġi nazzjonali. L-infrastruttura tal-Europol tista' tintuża, b'konformità mal-liġi nazzjonali, biex dawn l-iskambji bilaterali jkopru wkoll reati lil hinn mill-għanijiet tal-Europol. Il-Bord tal-Maniġment għandu jiddetermina d-drittijiet u l-obbligi tal-uffiċjali ta' kollegament fir-rigward tal-Europol. Dawn l-iskambji kollha ta' informazzjoni għandhom ikunu skont il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali, b'mod partikolari d-Deċiżjoni 2008/977/ĠAI jew id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif applikabbli. L-Europol għandu jipproċessa d-dejta riċevuta skont din id-dispożizzjoni biss meta jista' jitqies bħala riċevitur legali skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Kapitolu III

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

KOMPITI RELATATI MAT-TAĦRIĠ GĦALL-UFFIĊJALI TAL-INFURZAR TAL-LIĠI

imħassar

Artikolu 9

 

Akkademja tal-Europol

 

1. Dipartiment fi ħdan l-Europol, imsejjaħ l-Akkademja tal-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament, għandu jappoġġja, jiżviluppa, iwettaq u jikkoordina taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi b'mod partikolari fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar u t-terroriżmu, l-immaniġġjar tal-ordni pubblika b'riskju kbir u avvenimenti sportivi, pjanar strateġiku u l-kmand ta' missjonijiet mhux militari tal-Unjoni, kif ukoll it-tmexxija tal-infurzar tal-liġi u l-ħiliet lingwistiċi u b'mod partikolari għal:

 

(a) sensibilizzazzjoni u l-għarfien ta':

 

i) strumenti internazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi;

 

ii) il-korpi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Europol, l-Eurojust u l-Frontex, il-funzjonament u r-rwol tagħhom;

 

iii) aspetti ġudizzjarji ta' kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u għarfien prattiku dwar l-aċċess għal kanali ta' informazzjoni;

 

(b) jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' kooperazzjoni reġjonali u bilaterali fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi;

 

(c) jindirizza oqsma tematiċi speċifiċi ta' reati jew pulizija fejn taħriġ fil-livell tal-Unjoni jista' jżid il-valur;

 

(d) ifassal kurrikuli komuni speċifiċi għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi biex iħarriġhom għal parteċipazzjoni f'missjonijiet ċivili tal-Unjoni;

 

(e) jappoġġja lill-Istati Membri fl-attivitajiet bilaterali ta' bini ta' kapaċità fl-infurzar tal-liġi f'pajjiżi terzi;

 

(f) iħarreġ lil min iħarreġ u jgħin fit-titjib u l-iskambju tal-aħjar prassi ta' tagħlim.

 

2. L-Akkademja tal-Europol għandha tiżviluppa u regolarment taġġorna l-għodod u l-metodoloġiji tat-tagħlim u tapplikahom f'perspettiva ta' tagħlim matul il-ħajja sabiex jissaħħu l-ħiliet tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. L-Akkademja tal-Europol għandha tevalwa r-riżultati ta' dawk l-azzjonijiet bil-ħsieb li ttejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effikaċja ta' azzjonijiet futuri.

 

Artikolu 10

 

Kompiti tal-Akkademja tal-Europol

 

1. L-Akkademja tal-Europol għandha tħejji analiżi strateġika multiannwali tal-ħtiġijiet tat-taħriġ u programmi ta' tagħlim multiannwali.

 

2. L-Akkademja tal-Europol għandha tiżviluppa u timplimenta attivitajiet ta' taħriġ u prodotti ta' tagħlim li jistgħu jinkludu:

 

(a) korsijiet, seminars, konferenzi, attivitajiet bl-internet u ta' tagħlim-e;

 

(b) kurrikuli komuni ta' sensibilizzazzjoni, tindirizza laguni u/jew tiffaċilita approċċ komuni fir-rigward ta' fenomeni kriminali transfruntieri;

 

(c) moduli ta' taħriġ iggradati skont stadji progressivi jew livelli ta' kumplessità tal-ħiliet meħtieġa mill-grupp rilevanti fil-mira, u ffukati jew fuq reġjun ġeografiku definit jew fuq qasam tematiku speċifiku ta' attività kriminali jew fuq sett speċifiku ta' ħiliet professjonali;

 

(d) programmi ta' skambju u sekondar ta' uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fil-kuntest ta' approċċ ta' taħriġ fuq bażi operazzjonali.

 

3. Sabiex tiġi żgurata politika koerenti tat-taħriġ Ewropew b'sostenn għall-missjonijiet ċivili u l-bini tal-kapaċità f'pajjiżi terzi, l-Akkademja tal-Europol għandha:

 

(a) tivvaluta l-impatt tal-politiki u l-inizjattivi eżistenti tal-Unjoni relatati mat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi;

 

(b) tiżviluppa u tipprovdi taħriġ sabiex tipprepara uffiċjali tal-infurzar tal-liġi mill-Istati Membri għal parteċipazzjoni f'missjonijiet ċivili, inkluż biex tippermettilhom jiksbu ħiliet lingwistiċi rilevanti;

 

(c) tiżviluppa u tipprovdi taħriġ għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari mill-pajjiżi li huma kandidati għall-adeżjoni fl-Unjoni;

 

(d) timmaniġġja fondi tal-Unjoni ddedikati għall-Assistenza Esterna biex tgħin pajjiżi terzi jibnu l-kapaċità tagħhom fl-oqsma ta' politika rilevanti, f'konformità mal-prijoritajiet stabbiliti tal-Unjoni.

 

4. L-Akkademja tal-Europol għandha tippromwovi r-rikonoxximent reċiproku tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri u l-istandards ta' kwalità Ewropej eżistenti relatati.

 

Artikolu 11

 

Riċerka rilevanti għat-taħriġ

 

1. L-Akkademja tal-Europol għandha tikkontribwixxi lejn l-iżvilupp ta' riċerka rilevanti għall-attivitajiet ta' taħriġ koperti minn dan il-Kapitolu.

 

2. L-Akkademja tal-Europol għandha tippromwovi u tistabbilixxi sħubija ma' korpi tal-Unjoni kif ukoll ma' istituti akkademiċi pubbliċi u privati u għandha tħeġġeġ l-ħolqien ta' sħubijiet iktar b'saħħithom bejn l-universitajiet u l-istituti tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri.

 

Ġustifikazzjoni

Titneħħa r-referenza kollha dwar it-taħriġ, peress li r-rapporteur iqis li l-fużjoni bejn l-Europol u s-CEPOL mhix applikabbli, għalhekk jitneħħa il-Kapitolu III kollu.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Kumitat xjentifiku għat-Taħriġ skont l-Artikolu 20;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ladarba l-Kumitat Xjentifiku jinħoloq minħabba l-fużjoni bejn l-Europol-CEPOL, u r-rapporteur jikkunsidra li din il-fużjoni mhix applikabbli, għandu jitħassar dan il-punt c.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jekk xieraq, Bord Eżekuttiv skont l-Artikoli 21 u 22.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur ma jqisx li l-possibilità li jiġi stabbilit Bord Eżekuttiv, fl-interess tal-garanzija tat-trasparenza u d-demokrazija interna tal-Europol hija konvenjenti.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Bord tal-Maniġment għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bid-dritt tal-vot.

1. Il-Bord tal-Maniġment għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni, kollha bid-dritt tal-vot.

Ġustifikazzjoni

Kull Stat Membru hu rrappreżentat minn membru wieħed fil-Bord tal-Maniġment, għalhekk hu kkunsidrat konvenjenti li jinżamm rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni, għaliex b'dan il-mod huwa aktar ġust.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Rappreżentant tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu jkun awtorizzat li jattendi l-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment bi status ta' osservatur. Dan ir-rappreżentant m'għandux ikun intitolat li jivvota.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull membru tal-Bord tal-Maniġment jista' jkun rappreżentat minn membru supplenti li għandu jinħatar abbażi tal-esperjenza tiegħu fl-immaniġġjar ta' organizzazzjonijiet mis-settur pubbliku u privat u l-għarfien tal-politika nazzjonali dwar it-taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. Il-membru supplenti għandu jaġixxi bħala membru fil-kwistjonijiet kollha relatati mat-taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. Il-membru supplenti għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu. Il-membru għandu jirrappreżenta lill-membru supplenti fi kwalunkwe kwistjoni relatata mat-taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fl-assenza tiegħu.

3. Kull membru tal-Bord tal-Maniġment jista' jkun rappreżentat minn membru supplenti li għandu jinħatar mill-membru abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 13.2. Il-membru supplenti għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Huwa aktar operattiv li l-membru proprju tal-Bord tal-Maniġment jaħtar lill-membru supplenti.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-partijiet kollha rappreżentati fil-Bord tal-Maniġment għandhom jagħmlu sforzi biex jillimitaw id-dawran tar-rappreżentanti tagħhom, biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-Bord tal-Maniġment. Il-partijiet kollha għandhom ifittxu li jilħqu rappreżentanza bilanċjata bejn irġiel u nisa fil-Bord tal-Maniġment.

4. Il-partijiet kollha rappreżentati fil-Bord tal-Maniġment għandhom ifittxu li jilħqu rappreżentanza bilanċjata bejn irġiel u nisa fil-Bord tal-Maniġment.

Ġustifikazzjoni

Titneħħa l-elezzjoni tal-Istat tal-membru tal-Bord tal-Maniġment, għalhekk hija neċessarja t-tneħħija tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-mandat tal-membri u tal-membri supplenti għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġi estiż. Mal-iskadenza tal-mandat tagħhom jew fil-każ tar-riżenja tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fl-uffiċċju sakemm jiġġeddu l-ħatriet tagħhom jew sakemm jiġu ssostitwiti.

5. Il-mandat tal-membri u tal-membri supplenti għandu jdum skont iż-żmien li jingħata mill-Istat Membru li pprovdieh.

Ġustifikazzjoni

Kull Stat jaħtar il-membru tiegħu fil-Bord tal-Maniġment u sabiex tiġi mgħammra din is-sistema ta' koerenza, it-tul tal-mandat għandu jkun suġġett għaż-żmien li jingħatalu mill-Istat Membru li pprovdieh.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-President għandu jkollu l-appoġġ tas-Segretarjat tal-Bord tal-Maniġment. Is-Segretarjat għandu b'mod partikolari:

 

(a) ikun involut mill-qrib u kontinwament fl-organizzazzjoni, il-koordinazzjoni u l-iżgurar tal-koerenza tal-ħidma tal-Bord tal-Maniġment. Filwaqt li jaġixxi taħt ir-responsabilità u b'konformità mal-linji gwida tal-President,

 

(b) jipprovdi lill-Bord tal-Maniġment bl-appoġġ amministrattiv meħtieġ biex iwettaq id-doveri tiegħu.

Ġustifikazzjoni

L-eperjenza wriet l-utilità tas-segretarjat tal-Bord tal-Maniġment, għal din ir-raġuni għandu jinżamm.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. Kull membru tal-Bord tal-Maniġment għandu jressaq dikjarazzjoni tal-interessi tiegħu jew tagħha fil-bidu tal-mandat tiegħu jew tagħha.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jadotta rapport konsolidat tal-attività annwali tal-attivitajiet tal-Europol u jibagħtu, sal-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u l-Parlamenti nazzjonali. Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali għandu jsir pubbliku;

(d) jadotta rapport konsolidat tal-attività annwali tal-attivitajiet tal-Europol u jibagħtu u jippreżentah quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u jippreżentah lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-Data sal-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara. Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali għandu jsir pubbliku;

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta' frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;

imħassar

Ġustifikazzjoni

M'għandhomx jiġu limitati żżejjed il-kompetenzi tal-Europol u jingħaqdu ma' dawk tal-OLAF.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu, kif ukoll il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ;

(h) jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu;

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) f'konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Europol, is-setgħat mogħtija lill-Awtorità tal-Ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra lill-Awtorità bis-Setgħa biex Tikkonkludi Kuntratti ta' Impjieg ("setgħat tal-awtorità li taħtar");

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan jikkorrispondi mal-emenda tal-Artikolu 19 punt (ka) (ġdid).

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa biex jimplimenta r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(j) fuq proposta tad-Direttur, jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa biex jimplimenta r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n) jaħtar lill-membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ladarba l-Kumitat Xjentifiku jinħoloq minħabba l-fużjoni bejn l-Europol-CEPOL, u r-rapporteur jikkunsidra li din il-fużjoni mhix applikabbli, għandu jitħassar dan il-punt n.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o) jiżgura segwitu xieraq tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF);

(o) jiżgura segwitu xieraq tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p) jieħu d-deċiżjoni kollha dwar il-ħolqien tal-istrutturi interni tal-Europol u fejn meħtieġ, il-modifiki tagħhom;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan jikkorrispondi mal-emenda għall-Artikolu 19 punt (kb) (ġdid).

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt qa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(qa) jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, li għandu jkun indipendenti fil-funzjonijiet tiegħu mill-Bord tal-Maniġment u għandu jkun responsabbli biex jistabbilixxi u jimmaniġġja s-sistemi tal-ipproċessar tad-dejta;

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Bord tal-Maniġment jista', fuq rakkomandazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 46(3)(f) u b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, jimponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar.

Ġustifikazzjoni

Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 46(3)(f) li skontu l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun intitolat għad-dritt għal proposta għal projbizzjoni temporanja jew definittiva tal-ipproċessar;

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Bord tal-Maniġment għandu, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, jadotta deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra, li tiddelega s-setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet skont liema minn dawn il-delegi ta' setgħat jistgħu jiġu sospiżi. Id-Direttur Eżekuttiv huwa awtorizzat li jissottodelega dawn is-setgħat.

imħassar

Fejn ikun meħtieġ minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord tal-Maniġment jista', permezz ta' deċiżjoni, temporanjament jissospendi d-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati mid-Direttur Eżekuttiv u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelega dawk is-setgħat lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhuwiex id-Direttur Eżekuttiv.

 

Ġustifikazzjoni

Dan jikkorrispondi mal-emendi għall-Artikolu 19 punt (ka) (ġdid) kif ukoll għall-Artikolu 22(3). imħassar

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Bord tal-Maniġiment għandu jadotta il-programm ta' ħidma annwali l-aktar tard sat-30 ta' Novembru kull sena, abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni. Għandu jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti nazzjonali.

1. Il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta il-programm ta' ħidma annwali l-aktar tard sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv u preżentat lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni. Dan għandu jibagħtu lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinkludi miri dettaljati u r-riżultati mistennija inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li se jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, skont il-prinċipji tal-baġit u tal-immaniġġjar abbażi tal-attivitajiet. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta' ħidma multiannwali msemmi fil-paragrafu 4. Għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li ġew miżjuda, mibdula jew imħassra b'paragun mas-sena finanzjarja preċedenti.

2. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinkludi miri dettaljati u r-riżultati mistennija inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li se jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, skont il-prinċipji tal-baġit u tal-immaniġġjar abbażi tal-attivitajiet. Il-programm ta' ħidma annwali se jkun soġġett għall-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 4. Għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li ġew miżjuda, mibdula jew imħassra b'paragun mas-sena finanzjarja preċedenti.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali għandha tkun addottata bl-istess proċedura tal-programm ta' ħidma annwali inizjali. Il-Bord tal-Maniġiment jista' jiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali.

L-emendi, fil-programm ta' ħidma annwali, għandhom ikunu adottati bl-istess proċedura tal-programm ta' ħidma annwali inizjali. Il-Bord tal-Maniġiment jista' jiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programm ta' ħidma multiannwali adottat għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti nazzjonali.

Il-programm ta' ħidma multiannwali adottat għandu jiġi ppreżentat lill-Grupp ta' Skruntinju Parlamentari Konġunt, u għandu jintbagħat lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord tal-Maniġment għandu wkoll jadotta l-programm ta' ħidma multiannwali u jaġġornah sat-30 ta' Novembru kull sena, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u mal-Parlamenti nazzjonali.

Il-Bord tal-Maniġment għandu wkoll jadotta l-programm ta' ħidma multiannwali u jaġġornah sat-30 ta' Novembru kull sena, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u mal-parlamenti nazzjonali, kif ukoll mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-mandat tal-President u l-Viċi President għandu jkun ta' erba' snin. Il-mandat tagħhom jista' jiġġedded darba. Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord tal-Maniġment tintemm fi kwalunkwe waqt tul it-terminu tagħhom bħala President jew Viċi President, it-terminu tagħhom għandu awtomatikament jiskadi f'dik id-data.

2. Il-mandat tal-President u l-Viċi President għandu jkun ta' ħames snin. Il-mandat tagħhom jista' jiġġedded darba. Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord tal-Maniġment tintemm fi kwalunkwe waqt tul it-terminu tagħhom bħala President jew Viċi President, it-terminu tagħhom għandu awtomatikament jiskadi f'dik id-data.

Ġustifikazzjoni

Hu aktar konsistenza u aħjar li l-mandat ikun ta' ħames snin, bħall-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, peress li r-relazzjoni tagħhom għandha tkun kostanti sabiex ikun żgurat li l-Europel jiffunzjona bla problemi.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 17 - paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Rappreżentant tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu jkun awtorizzat li jattendi l-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment bi status ta' osservatur.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14(1)(a), (b) u (c), l-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 56(8), il-Bord tal-Maniġment għandu jieħu d-deċiżjonijiet permezz tal-maġġoranza tal-membri.

1. Mingħajr preġudizju għall-Artikoli 14(1) (1)(a), (b) u (c), l-Artikolu 14(1)(1a), l-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 56(8), il-Bord tal-Maniġment għandu jieħu d-deċiżjonijiet permezz tal-maġġoranza tal-membri.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 18 - paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Ir-rappreżentant tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt ma għandux jipparteċipa fil-votazzjonijiet.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta għand il-Parlament Ewropew dwar il-prestazzjoni ta' dmirijietu meta jiġi mistieden jagħmel hekk. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar il-prestazzjoni ta' dmirijietu.

3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jidher quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġut u jirrapporta lilu regolarment dwar il-qadi ta' dmirijietu meta jiġi mistieden jagħmel hekk. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar il-qadi ta' dmirijietu.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) it-tħejjija tal-programm ta' ħidma annwali u l-programm ta' ħidma multiannwali u jressaqhom quddiem il-Bord tal-Maniġment wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni

(c) it-tħejjija tal-programm ta' ħidma annwali u l-programm ta' ħidma multiannwali u jressaqhom quddiem il-Bord tal-Maniġment, filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Kummissjoni;

Ġustifikazzjoni

Il-konsultazzjoni preċedenti mal-Kumissjoni titwettaq b'opinjoni, kif huwa stabbilit ukoll fl-Artikoli 15(1) u 15(4) ta' dan ir-Regolament.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) it-tħejjija ta' strateġija kontra l-frodi għall-Europol u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord tal-Maniġiment għall-approvazzjoni;

(h) it-tħejjija ta' analiżi kontra l-frodi u strateġija għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess għall-Europol u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord tal-Maniġiment għall-approvazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Ikkonsulta r-referenzi interni.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) it-tħejjija ta' abbozz ta' pjan ta' politika multiannwali għall-persunal u jippreżentah lill-Bord tal-Maniġment wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(k) it-tħejjija ta' abbozz ta' pjan ta' politika multiannwali għall-persunal u jippreżentah lill-Bord tal-Maniġment filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Kummissjoni;

Ġustifikazzjoni

Il-konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni jitwettqu b'opinjoni.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5 - punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka) l-eżerċitar, fir-rigward tal-persunal tal-Europol, ta' dawk is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej lill-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet lill-Awtorità bis-Setgħa biex Tikkonkludi l-Kuntratti ta' Impjieg (‘setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra'), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(1)(j);

Ġustifikazzjoni

Is-setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra għandhom, kif previst skont id-dispożizzjonijiet qafas attawli, jibqgħu f'idejn id-Direttur Eżekuttiv b'konformità mad-dispożizzjonijiet emendati tal-Artikolu 14(i) u l-Artikolu 14(2).

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5 – punt kb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(kb) it-teħid tad-deċiżjonijiet kollha dwar il-ħolqien tal-istrutturi interni tal-Europol u fejn meħtieġ, il-modifiki tagħhom;

Ġustifikazzjoni

B'konformità mad-dispożizzjonijiet emendati tal-Artikolu 14(1)(p).

Emenda    125

Proposta għal regolament

Taqsima 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

TAQSIMA 3

imħassar

KUMITAT XJENTIFIKU GĦAT-TAĦRIĠ

 

Artikolu 20

 

Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ

 

1. Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jkun korp konsultattiv indipendenti li jiżgura u jiggwida l-kwalità xjentifika tal-ħidma tal-Europol dwar it-taħriġ. Għal dan il-għan, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinvolvi lill-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ minn kmieni fit-tħejjija tad-dokumenti kollha msemmija fl-Artikolu 14 sakemm dawn ikunu relatati mat-taħriġ.

 

2. Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jkun magħmul minn ħdax-il (11) persuna tal-ogħla stima akkademika jew professjonali fis-suġġetti koperti mill-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament. Il-Bord tal-Maniġiment għandu jaħtar lill-membri wara sejħa trasparenti għall-applikazzjonijiet u l-proċedura tal-għażla, li tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-membri tal-Bord tal-Maniġment ma għandhomx ikunu membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ. Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandhom ikunu indipendenti. Huma la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi korp ieħor.

 

3. Il-lista tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandha tkun pubblika u għandha tiġi aġġornata mill-Europol fil-websajt tiegħu.

 

4. Il-mandat tal-membri tal-Bord Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jkun ta' ħames snin. Ma għandux jiġi mġedded u l-membri tiegħu jistgħu jitneħħew mill-kariga jekk ma jissodisfawx il-kriterji tal-indipendenza.

 

5. Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jeleġġi l-President u l-Viċi President tiegħu għal terminu ta' ħames snin. Għandu jadotta pożizzjonijiet b'maġġoranza sempliċi. Għandu jitlaqqa' mill-President sa erba' darbiet fis-sena. Jekk meħtieġ, il-President għandu jsejjaħ laqgħat straordinarji fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta' mill-inqas erba' membri tal-Kumitat.

 

6. Id-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv għat-Taħriġ jew ir-rappreżentanti rispettivi tagħhom għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat bħala osservaturi li ma jivvutax.

 

7. Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jkun mgħejjun minn segretarju/a li għandu/ha j/tkun membru tal-persunal tal-Europol magħżul mill-Kumitat u maħtur mid-Direttur Eżekuttiv.

 

8. Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu, b'mod partikolari:

 

(a) jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Viċi Direttur Eżekuttiv għat-Taħriġ fl-abbozzar tal-programm ta' ħidma annwali u dokumenti strateġiċi oħra, biex jiżgura l-kwalità xjentifika tagħhom u l-koerenza tagħhom mal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni għas-settur;

 

(b) jipprovdi opinjoni u pariri indipendenti lill-Bord tal-Maniġment dwar kwistjonijiet marbuta mal-mandat tiegħu;

 

(c) jipprovdi opinjoni u pariri indipendenti dwar l-kwalità tal-kurrikula, il-metodi ta' tagħlim applikati, l-alternattiv ta' tagħlim u l-iżviluppi xjentifiċi;

 

(d) iwettaq kwalunkwe kompitu ieħor ta' konsulenza relatat mal-aspetti xjentifiċi tal-ħidma tal-Europol b'rabta ma' taħriġ fuq talba tal-Bord tal-Maniġment jew mid-Direttur Eżekuttiv jew mill-Viċi Direttur Eżekuttiv għat-Taħriġ.

 

9. Il-baġit annwali tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jiġi allokat taħt intestitura baġitarja individwali tal-Europol.

 

Ġustifikazzjoni

Peress li l-Kumitat Xjentifiku jinħoloq minħabba tal-għaqda bejn l-Europol u CEPOL, u r-rapporteur iqis li din l-għaqda mhux meħtieġa, għandu jitħassar l-Arikolu 20.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Taqsima 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

TAQSIMA 4

imħassar

BORD EŻEKUTTIV

 

Artikolu 21

 

Stabbiliment

 

Il-Bord tal-Manġiment jista' jistabbilixxi Bord Eżekuttiv.

 

Artikolu 22

 

Funzjonijiet u organizzazzjoni

 

1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jassisti lill-Bord tal-Maniġment.

 

2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:

 

(a) iħejji deċiżjonijiet biex jiġu adottati mill-Bord tal-Maniġment;

 

(b) jiżgura, flimkien mal-Bord tal-Maniġment, segwitu xieraq tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll minn rapporti tal-investigazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF);

 

(c) mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv, kif stabbilit fl-Artikolu 19, jassisti u jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Maniġment bil-għan li tissaħħaħ is-superviżjoni tal-maniġment amministrattiv.

 

3. Meta meħtieġ, minħabba l-urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista' jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f'isem il-Bord tal-Maniġment, b'mod partikolari dwar kwistjonijiet ta' maniġment amministrattiv, inkluż is-sospensjoni tad-delega ta' setgħat ta' awtorità tal-ħatra.

 

4. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President tal-Bord tal-Maniġment, rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni fil-Bord tal-Maniġment u tliet membri oħra maħtura mill-Bord tal-Maniġment minn fost il-membri tiegħu. Il-President tal-Bord tal-Maniġment għandu wkoll jkun il-President tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu dritt tal-vot.

 

5. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta' erba' snin. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jintemm meta tispiċċa s-sħubija tagħhom fil-Bord tal-Maniġment.

 

6. Il-Bord Eżekuttiv għandu jagħmel mill-inqas laqgħa ordinarja waħda kull tliet xhur. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq talba tal-membri tiegħu.

 

7. Il-Bord Eżekuttiv għandu jikkonforma mar-regoli ta' proċedura stabbiliti mill-Bord tal-Maniġment.

 

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur ma jqisx li hija xierqa l-possibiltà li jinħoloq Kumitat Eżekuttiv, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u d-demokrazija interna tal-Europol.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Europol jista' jiġbed u jipproċessa informazzjoni, inkluża dejta personali, minn sistemi tal-informazzjoni, ta' natura nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali, inkluż permezz ta' aċċess dirett kompjuterizzat, sa fejn awtorizzat minn strumenti ġuridiċi tal-Unjoni, internazzjonali jew nazzjonali. Id-dispożizzjonijiet applikabbli ta' dawn l-istrumenti ġuridiċi tal-Unjoni, internazzjonali jew nazzjonali għandhom jirregolaw l-aċċess għal din id-dejta u l-użu tagħha mill-Europol, sakemm dawn jipprevedu regoli, dwar l-aċċess u l-użu, li jkunu aktar stretti minn dawk ta' dan ir-Regolament. L-aċċess għal dawn is-sistemi ta' informazzjoni għandu jingħata biss lil persunal tal-Europol awtorizzat kif dovut sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

3. L-Europol jista' jiġbed u jipproċessa informazzjoni, inkluża dejta personali, minn sistemi tal-informazzjoni, ta' natura nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali, inkluż permezz ta' aċċess dirett kompjuterizzat, sakemm ikun awtorizzat minn strumenti ġuridiċi tal-Unjoni, internazzjonali jew nazzjonali u meta jkunu jistgħu jintwerew il-ħtieġa u l-proporzjonalità ta' dan l-aċċess għat-twettiq ta' xi kompitu li jaqa' taħt il-mandat tal-Europol. Id-dispożizzjonijiet applikabbli ta' dawn l-istrumenti ġuridiċi tal-Unjoni, internazzjonali jew nazzjonali għandhom jirregolaw l-aċċess għal din id-dejta u l-użu tagħha mill-Europol, sakemm dawn jipprevedu regoli, dwar l-aċċess u l-użu, li jkunu aktar stretti minn dawk ta' dan ir-Regolament.

 

Dawn għandhom jistabbilixxu l-objettivi, il-kategoriji tad-dejta personali u l-iskopijiet, il-mezzi u l-proċedura li għandha tiġi segwita biex tinġibed u tiġi proċessata l-informazzjoni, b'osservanza tal-leġiżlazzjoni u l-prinċipji applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-aċċess għal dawn is-sistemi ta' informazzjoni għandu jingħata biss lil persunal tal-Europol awtorizzat kif dovut sakemm dan ikun strettament meħtieġ u proporzjonat għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa fejn ikun meħtieġ sabiex jikseb l-għanijiet tiegħu kif stipulati fl-Artikolu 3(1) u (2), l-Europol għandu jipproċessa informazzjoni, inkluż dejta personali għal dawn il-finijiet biss:

1. Sa fejn ikun meħtieġ sabiex jikseb l-għanijiet tiegħu kif stipulati fl-Artikolu 3, l-Europol jista' jipproċessa informazzjoni, inkluż dejta personali.

 

Id-dejta personali tista' tiġi pproċessata għal dawn il-finijiet biss:

(a) kontroverifika li għandha l-għan li tidentifika konnessjonijiet bejn informazzjoni;

(a) kontroverifika li għandha l-għan li tidentifika konnessjonijiet jew assoċjazzjonijiet oħra rilevanti bejn l-iinformazzjoni limitati għal;

 

(i) persuni li huma suspettati li wettqu jew ħadu sehem f'reat kriminali li fir-rigward tiegħu huwa kompetenti l-Europol, jew li jkunu nstabu ħatja ta' reat bħal dan,

 

(ii) persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet raġonevoli li se jwettqu reati kriminali;

(b) analiżi ta' natura strateġika jew tematika;

(b) analiżi ta' natura strateġika jew tematika;

c) analiżi operazzjonali f'każijiet speċifiċi:

(c) analiżi operazzjonali f'każijiet speċifiċi:

 

It-twettiq ta' dawk il-kompiti għandhom jitwettqu skont il-kriterji li ġejjin:

 

– il-verifiki skont il-punt (a) għandhom jitwettqu b'konformita mal-garanziji neċessarji tal-protezzjoni tad-dejta, u għandhom, speċjalment, jipprovdu ġustifikazzjoni suffiċjenti għat-talba għad-dejta u l-iskop tagħha. Għandhom ukoll jittieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġi żgurat li dawk l-awtoritajiet biss li huma responsabbli inizjalment għall-ġbir tad-dejta jistgħu jbiddluhom sussegwentement;

 

– għal kull każ ta' analiżi operazzjonali msemmi fil-punt (c) għandhom japplikaw is-salvagwardji li ġejjin:

 

(i) għandu jiġi definit skop speċifiku; id-dejta personali tista' tiġi proċessata biss fejn hi rilevanti għal dan l-għan speċifiku;

 

(ii) l-operazzjonijiet kollha ta' tqabbil inkroċjat mill-persunal tal-Europol għandhom ikunu motivati b'mod speċifiku; il-ġbid tad-dejta wara l-konsultazzjoni għandu jkun limitat strettament għal minimu meħtieġ u għandu jkun motivat b'mod speċifiku;

 

(iii) il-persunal awtorizzat biss inkarigat mill-finijiet li għalihom inizjalment inġabret id-dejta li jista' jimmodifika dik id-dejta.

 

L-Europol għandu jiddokumenta kif xieraq dawn l-operazzjonijiet. Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli, fuq talba, għall-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-operazzjoni tal-ipproċessar.

2. Il-kategoriji ta' dejta personali u l-kategoriji ta' suġġetti tad-dejta li d-dejta tagħhom tista' tinġabar għal kull skop speċifiku msemmi fil-paragrafu 1 jinsabu elenkati fl-Anness 2.

2. Il-kategoriji ta' dejta personali u l-kategoriji ta' suġġetti tad-dejta li d-dejta tagħhom tista' tinġabar għal kull skop speċifiku msemmi fil-paragrafu 1 jinsabu elenkati fl-Anness 2.

 

2a. L-Europol jista' temporanjament, f'każijiet eċċezzjonali, jipproċessa d-dejta bil-għan li jiddetermina jekk tali dejta hiex rilevanti għall-kompiti tiegħu u għal-liema skopijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Il-Bord tal-Maniġment, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur u wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandu jiddetermina l-kundizzjonijiet relatati mal-ipproċessar tat-tali dejta, partikolarment fir-rigward tal-aċċess għad-dejta u l-użu tagħha, kif ukoll il-limiti ta' żmien għall-konservazzjoni u t-tħassir tad-dejta li ma jistgħux jaqbżu s-sitt xhur, wara li jittieħed kont dovut tal-prinċipji msemmijin fl-Artikolu 34.

 

2b. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jabbozza l-linji gwida li jispeċifikaw l-għanijiet elenkati fil-paragrafi 1(a), (b) u (c).

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li tipprovdi informazzjoni lill-Europol, tiddetermina l-iskop li għalih għandha tiġi pproċessata kif imsemmi fl-Artikolu 24. Jekk ma tkunx għamlet dan, l-Europol għandu jiddetermina r-rilevanza ta' din l-informazzjoni kif ukoll l-iskop li għalih għandha tiġi pproċessata. L-Europol jista' jipproċessa informazzjoni għal skop differenti mill-iskop li għalih ingħatat l-informazzjoni jekk jkun awtorizzat mill-fornitur tad-dejta biss.

1. Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li tipprovdi informazzjoni lill-Europol, tiddetermina l-iskop speċifiku u definit tajjeb li għalih għandha tiġi pproċessata kif imsemmi fl-Artikolu 24. L-Europol jista' jipproċessa informazzjoni għal skop speċifiku u espliċitu differenti mill-iskop li għalih ingħatat l-informazzjoni jekk ikun awtorizzat espliċitament mill-fornitur tad-dejta biss, skont il-liġi applikabbli għalih.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 25a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 25a

 

Valutazzjoni tal-impatt fuq il-Protezzjoni tad-Dejta

 

1. Qabel kwalunkwe sett ta' proċessar ta' dejta personali, l-Europol għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt tas-sistemi u l-proċeduri ta' proċessar previsti fuq il-protezzjoni tad-dejta personali u jinnotifikaha lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

 

2. Il-valutazzjoni għandha tinkludi mill-inqas deskrizzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet ta' proċessar previsti, valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet ta' suġġetti tad-dejta, il-miżuri previsti sabiex jindirizzaw dawk ir-riskji, salvagwardji, miżuri ta' sigurtà u mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni ta' dejta personali u li juru l-konformità mad-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-dejta u persuni oħrajn ikkonċernati.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess u għandhom ikunu jistgħu jfittxu fl-informazzjoni kollha li tkun ingħatat għall-iskopijiet tal-Artikolu 24(1)(a) u (b), mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri, korpi tal-UE u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jindikaw restrizzjonijiet għall-aċċess u l-użu ta' din id-dejta. L-Istati Membri għandhom jinnominaw dawk l-awtoritajiet kompetenti li jistgħu jwettqu tali riċerka.

1. L-Istati Membri, meta jkunu jistgħu jiġġustifikaw il-ħtieġa għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tagħhom, għandu jkollhom aċċess u għandhom ikunu jistgħu jfittxu fl-informazzjoni kollha li tkun ingħatat għall-iskopijiet tal-Artikolu 24(1)(a) u (b), mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri, korpi tal-UE u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jindikaw restrizzjonijiet għall-aċċess u l-użu ta' din id-dejta. L-Istati Membri għandhom jinnominaw dawk l-awtoritajiet kompetenti li jistgħu jwettqu tali riċerka.

2. L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess indirett abbażi ta' sistema hit/no hit għall-informazzjoni li ngħatat għall-iskopijiet tal-Artikolu 24(1)(c), bla preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata mill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li pprovdew l-informazzjoni, skont l-Artikolu 25(2). F'każ ta' hit, l-Europol għandu jibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-hit tkun tista' tiġi kondiviża, skont id-deċiżjoni tal-Istat Membru li ta l-informazzjoni lill-Europol.

2. L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess indirett abbażi ta' sistema hit/no hit għall-informazzjoni li ngħatat għal skop speċifiku skont l-Artikolu 24(1)(c), bla preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata mill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li pprovdew l-informazzjoni, skont l-Artikolu 25(2). F'każ ta' hit, l-Europol għandu jinforma lill-fornitur tal-informazzjoni u jibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-hit tkun tista' tiġi kondiviża, b'konformità mad-deċiżjoni tal-fornitur tal-informazzjoni lill-Europol u safejn ikun meħtieġ għat-twettiq leġittimu tal-kompitu tal-Istat Membru kkonċernat.

3. Il-persunal tal-Europol awtorizzat kif dovut mid-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni proċessata mill-Europol sal-punt meħtieġ għat-twettiq tad-doveri tiegħu.

3. Il-persunal tal-Europol awtorizzat kif dovut mid-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni proċessata mill-Europol sal-punt meħtieġ għat-twettiq tad-doveri tiegħu.

 

3a. L-Europol għandu jżomm rekords dettaljati tal-hits u l-informazzjoni kollha mdaħħla b'konformità mal-Artikolu 43.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aċċess għall-informazzjoni tal-Europol għall-Eurojust u l-OLAF

Aċċess għall-informazzjoni tal-Europol għall-Eurojust

1. L-Europol għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jippermetti lill-Eurojust u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (l-OLAF) li, fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom, ikollhom aċċess u jkunu jistgħu jfittxu fl-informazzjoni kollha li tkun ngħatat għall-iskopijiet tal-Artikolu 24(1)(a) u (b), mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-Istati Membri, korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jindikaw restrizzjonijiet għall-aċċess u l-użu ta' dik id-dejta. L-Europol għandu jiġi infurmat f'każ li tfittxija mill-Eurojust jew l-OLAF tiżvela l-eżistenza ta' konkordanza ma' informazzjoni proċessata mill-Europol.

1. L-Europol għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jippermetti lill-Eurojust li, fi ħdan il-mandat rispettiv tiegħu, ikollu aċċess u jkun jista' jfittex fl-informazzjoni kollha li tkun ngħatat għall-iskopijiet tal-Artikolu 24(1)(a) u (b), mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-Istati Membri, korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jindikaw restrizzjonijiet għall-aċċess u l-użu ta' dik id-dejta. L-Europol għandu jiġi infurmat f'każ li tfittxija mill-Eurojust tiżvela l-eżistenza ta' konkordanza ma' informazzjoni proċessata mill-Europol.

2. L-Europol għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jippermetti lill-Eurojust u lill-OLAF li, fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom, ikollhom aċċess indirett abbażi ta' sistema hit/no hit għall-informazzjoni li ngħatat għall-iskopijiet tal-Artikolu 24(1)(c), bla preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata mill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li pprovdew l-informazzjoni, skont l-Artikolu 25(2). F'każ ta' hit, l-Europol għandu jibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-hit tkun tista' tiġi kondiviża, skont id-deċiżjoni tal-Istat Membru, il-korp tal-Unjoni u l-pajjiżi terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li pprovdiet l-informazzjoni lill-Europol.

2. L-Europol għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jippermetti lill-Eurojust li, fi ħdan il-mandat tiegħu, ikollu aċċess indirett abbażi ta' sistema hit/no hit għall-informazzjoni li ngħatat għal skop speċifiku skont l-Artikolu 24(1)(c), bla preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata mill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li pprovdew l-informazzjoni, skont l-Artikolu 25(2). F'każ ta' hit, l-Europol għandu jibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-hit tkun tista' tiġi kondiviża, skont id-deċiżjoni tal-Istat Membru, il-korp tal-Unjoni u l-pajjiżi terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li pprovdiet l-informazzjoni lill-Europol. Fil-każ ta' hit, l-Eurojust għandha tispeċifika liema dejta teħtieġ u l-Europol jista' jikkondividi d-dejta biss sal-punt li d-dejta li qegħda tiġġenera l-hit hija meħtieġa għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tiegħu. L-Europol għandu jirreġistra liema informazzjoni ġiet aċċessata.

3. Tiftix ta' informazzjoni f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 għandu jsir biss għall-iskop li jiġi identifikat jekk l-informazzjoni disponibbli għand l-Eurojust jew l-OLAF, rispettivament, tikkonkordjax mal-informazzjoni proċessata fl-Europol.

3. Tiftix ta' informazzjoni b'konformità mal-paragrafi 1 u 2 għandu jsir biss għall-iskop li jiġi identifikat jekk l-informazzjoni disponibbli għand l-Eurojust tikkonkordjax mal-informazzjoni proċessata fl-Europol.

4. L-Europol għandu jippermetti tfittix skont il-paragrafi 1 u 2 wara li jkun kiseb mingħand l-Eurojust informazzjoni dwar liema l-Membri Nazzjonali, Deputati, Assistenti kif ukoll membri tal-persunal tal-Eurojust, u mingħand l-OLAF informazzjoni dwar liema membri tal-persunal ġew innominati bħala awtorizzati jwettqu dan it-tfittix.

4. L-Europol għandu jippermetti tfittix skont il-paragrafi 1 u 2 wara li jkun kiseb mingħand l-Eurojust informazzjoni dwar liema Membri Nazzjonali, Deputati, Assistenti kif ukoll membri tal-persunal tal-Eurojust, ġew innominati bħala awtorizzati biex iwettqu dan it-tfittix.

5. Jekk matul l-attivitajiet ta' proċessar ta' informazzjoni mill-Europol fir-rigward ta' investigazzjoni individwali, l-Europol jew Stat Membru jidentifika l-ħtieġa għal koordinazzjoni, kooperazzjoni jew appoġġ skont il-mandat tal-Eurojust jew l-OLAF, l-Europol għandu jinnotifikahom dwar dan u għandu jibda l-proċedura għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, f'konformità mad-deċiżjoni tal-Istat Membru li provda l-informazzjoni. F'dan il-każ l-Eurojust jew l-OLAF għandu jikkonsulta mal-Europol.

5. Jekk matul l-attivitajiet ta' proċessar ta' informazzjoni mill-Europol fir-rigward ta' investigazzjoni individwali, l-Europol jew Stat Membru jidentifika l-ħtieġa għal koordinazzjoni, kooperazzjoni jew appoġġ skont il-mandat tal-Eurojust, l-Europol għandu jinnotifikahom dwar dan u għandu jibda l-proċedura għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, b'konformità mad-deċiżjoni tal-Istat Membru li provda l-informazzjoni. F'dan il-każ l-Eurojust għandu jikkonsulta mal-Europol.

6. L-Eurojust, inkluż il-Kulleġġ, il-Membri Nazzjonali, id-Deputati u l-Assistenti, kif ukoll il-membri tal-persunal tal-Eurojust, u l-OLAF, għandhom jirrispettaw kwalunkwe restrizzjoni għall-aċċess jew l-użu, f'termini ġenerali jew speċifiċi, indikati mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali skont l-Artikolu 25(2).

6. L-Eurojust, inklużi l-Kulleġġ, il-Membri Nazzjonali, id-Deputati u l-Assistenti, kif ukoll il-membri tal-persunal tal-Eurojust, għandhom jirrispettaw kwalunkwe restrizzjoni għall-aċċess jew l-użu, f'termini ġenerali jew speċifiċi, indikata mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali skont l-Artikolu 25(2).

 

6a. L-Europol u l-Eurojust għandhom jinfurmaw lil xulxin jekk, wara konsultazzjoni tad-dejta ta' xulxin, ikun hemm indikazzjonijiet li d-dejta tista' tkun żbaljata jew tkun qed toħloq kunflitt ma' dejta oħra.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Jekk l-Europol, skont il-kompitu tiegħu skont l-Artikolu 4(1)(b), jeħtieġlu jinforma Stat Membru dwar informazzjoni li tikkonċernah, u dik l-informazzjoni hija soġġetta għal restrizzjonijiet tal-aċċess skont l-Artikolu 25(2), li jipprojbixxu l-kondiviżjoni tagħha, l-Europol għandu jikkonsulta mal-fornitur tad-dejta li stipula r-restrizzjonijiet tal-aċċess u jitlob il-kunsens tiegħu għall-kondiviżjoni.

1. Jekk l-Europol, skont il-kompitu tiegħu skont l-Artikolu 4(1)(b), jeħtieġlu jinforma Stat Membru dwar informazzjoni li tikkonċernah, u dik l-informazzjoni hija soġġetta għal restrizzjonijiet tal-aċċess skont l-Artikolu 25(2), li jipprojbixxu l-kondiviżjoni tagħha, l-Europol għandu jikkonsulta mal-fornitur tad-dejta li stipula r-restrizzjonijiet tal-aċċess u jitlob awtorizzazzjoni għall-kondiviżjoni.

Mingħajr din l-awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ma għandhiex tiġi kondiviża.

Mingħajr din l-awtorizzazzjoni espliċita, l-informazzjoni ma għandhiex tiġi kondiviża.

 

Jekk tali informazzjoni ma tkunx soġġetta għal restrizzjonijiet ta' aċċess taħt it-Taqsima 25, l-Europol għandu jinforma lill-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni bit-trasmissjoni tagħha.

Ġustifikazzjoni

L-Istat Membru li jkun ipprovda informazzjoni għandu jiġi infurmat dwar il-komunikazzjoni tiegħu anki jekk huwa ma għamel l-ebda restrizzjoni.

Emenda  134

Proposta għal regolament

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Europol jista' jistabbilixxi u jżomm relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' korpi tal-Unjoni skont l-għanijiet ta' dawn il-korpi, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi, istituti tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet u partijiet privati.

1. Sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Europol jista' jistabbilixxi u jżomm relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' korpi tal-Unjoni skont l-għanijiet ta' dawn il-korpi, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati.

2. Sal-punt rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu u soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni stipulata skont l-Artikolu 25(2), l-Europol jista' jiskambja direttament l-informazzjoni kollha, bl-eċċezzjoni ta' dejta personali, mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

2. Sal-punt rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu u soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni stipulata skont l-Artikolu 25(2), l-Europol jista' jiskambja direttament l-informazzjoni kollha, bl-eċċezzjoni ta' dejta personali, mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3. L-Europol jista' jirċievi u jipproċessa dejta personali mingħand l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ħlief minn partijiet privati, sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu u soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

3. L-Europol jista' jirċievi u jipproċessa dejta personali miżmuma mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ħlief minn partijiet privati, sal-punt strettament meħtieġ u proporzjonat għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tiegħu u soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36(4), dejta personali għandha tiġi trasmessa mill-Europol lil korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, biss jekk dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li jaqgħu taħt l-għanijiet tal-Europol u f'konformita ma' dan il-Kapitolu. Jekk id-dejta li se tiġi ttrasferita tkun ġiet ipprovduta minn Stat Membru, l-Europol għandu jitlob il-kunsens ta' dak l-Istat Membru, sakemm:

4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36(5), dejta personali għandha tiġi trasmessa mill-Europol lil korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, biss jekk dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li jaqgħu taħt il-kompiti tal-Europol u b'konformita ma' dan il-Kapitolu u jekk id-destinatarju jikkommetti ruħu espliċitament li d-dejta għandha tintuża biss għall-għan li għalih ġiet trasmessa. Jekk id-dejta li se tiġi ttrasferita tkun ġiet ipprovduta minn Stat Membru, l-Europol għandu jitlob il-kunsens espliċitu u minn qabel ta' dak l-Istat Membru, sakemm:

(a) l-awtorizzazzjoni tista' tiġi presunta għax l-Istat Membru ma llimitax espressament l-possibbiltà ta' trasferimenti ulterjuri; or

 

(b) l-Istat Membru ta l-kunsens tiegħu minn qabel għal tali trasferiment ulterjuri, jew f'termini ġenerali jew soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi. Tali kunsens jista' jiġi rtirat fi kwalunkwe waqt.

(b) l-Istat Membru ta l-kunsens tiegħu minn qabel għal tali trasferiment ulterjuri, jew f'termini ġenerali jew soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi. Tali kunsens jista' jiġi rtirat fi kwalunkwe waqt.

5. Trasferiment ulterjuri ta' dejta personali mill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu pprojbiti sakemm l-Europol ma jkunx ta l-kunsens espliċitu tiegħu.

5. It-trasferiment ulterjuri ta' dejta personali mill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu pprojbiti sakemm l-Europol ma jkunx ta l-kunsens espliċitu tiegħu minn qabel u d-destinatarju jikkommetti ruħu b'mod espliċitu li d-dejta għandha tintuża biss għall-għan li għalih ġiet trasmessa.

 

5a. L-Europol għandu jiżgura li rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha tad-dejta personali u r-raġunijiet għalihom jiġu rreġistrati b'konformità ma' dan ir-Regolament.

 

5b. Kwalunkwe informazzjoni li tkun inkisbet minn pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew parti privata bi ksur tad-drittijiet fundamentali, kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, m'għandhiex tiġi proċessata.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni possibbli stipulata skont l-Artikolu 25(2) jew (3), l-Europol jista' jittrasferixxi b'mod dirett dejta personali lil korpi tal-Unjoni sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu jew dawk tal-korp tal-Unjoni destinatarju.

Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni possibbli stipulata skont l-Artikolu 25(2) jew (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, l-Europol jista' jittrasferixxi b'mod dirett dejta personali lil korpi tal-Unjoni sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu jew dawk tal-korp tal-Unjoni destinatarju. L-Europol għandu jippubblika l-lista tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE li magħhom jikkondividi l-informazzjoni, billi jtella' din il-lista fuq il-websajt tiegħu.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawn il-ftehimiet ta' kooperazzjoni għandhom jiġu emendati fi żmien ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jiġu sostitwiti bi ftehim sussegwenti b'konformità mal-punt (b).

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 31 - paragrafu 1 - subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tali trasferimenti ma jeħtiġux awtorizzazzjoni ulterjuri.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi kkonsultat fiż-żmien xieraq qabel u matul in-negozjati ta' ftehim internazzjonali msemmi fil-punt f(b) u b'mod partikolari qabel l-adozzjoni tal-mandat tan-negozjar kif ukoll qabel il-finalizzazzjoni tal-ftehim;

 

L-Europol għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku lista aġġornata regolarment tal-ftehimijiet internazzjonali u ta' kooperazzjoni li għamel ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, billi jqiegħed din il-lista fil-websajt tiegħu.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B'deroga mill-paragrafu 1, id-Direttur Eżekuttiv jista' jawtorizza t-trasferiment ta' dejta personali lejn pajjiżi terzi jew lejn organizzazzjonijiet internazzjonali fuq bażi ta' każ b'każ jekk:

2. B'deroga mill-paragrafu 1, id-Direttur Eżekuttiv, filwaqt li jħares l-obbligi ta' diskrezzjoni, kunfidenzjalità u proporzjonalità, jista' jawtorizza t-trasferiment ta' dejta personali lejn pajjiżi terzi jew lejn organizzazzjonijiet internazzjonali fuq bażi ta' każ b'każ jekk:

(a) it-trasferiment tad-dejta jkun assolutament meħtieġ biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi essenzjali ta' Stat Membru wieħed jew aktar fl-ambitu tal-għanijiet tal-Europol;

(a) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta' persuna oħra; jew

(b) it-trasferiment tad-dejta jkun assolutament meħtieġ fl-interessi tal-prevenzjoni ta' perikolu imminenti assoċjat ma' reat jew reati terroristiċi;

(b) it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta meta l-liġi tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li jkun qiegħed jittrasferixxi d-dejta personali tiddisponi hekk; jew

(c) it-trasferiment huwa xort'oħra neċessarju jew legalment meħtieġ minħabba raġunijiet importanti ta' interess pubbliku, jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' pretensjonijet ġuridiċi; jew

(c) it-trasferiment tad-dejta jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz; jew

(d) it-trasferiment ikun neċessarju biex jiġu protetti interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew persuna oħra.

(d) it-trasferiment ikun meħtieġ f'każijiet individwali għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali; jew

 

(da) it-trasferiment ikun meħtieġ f'każijiet individwali għat-twaqqif, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reat kriminali speċifiku jew l-eżekuzzjoni ta' piena kriminali speċifika.

 

Id-Direttur Eżekuttiv għandu, fiċ-ċirkostanzi kollha, iqis il-livell tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli fil-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ikkonċernati, filwaqt illi jqis in-natura tad-dejta, l-għan li għalih hija intenzjonata d-dejta, it-tul ta' żmien tal-ipproċessar intenzjonat, id-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta ġenerali jew speċifiċi li japplikaw f'dak il-pajjiż, u jekk ġewx aċċettati jew le l-kundizzjonijiet speċifiċi dwar id-dejta meħtieġa mill-Europol.

 

Id-derogi ma jistgħux ikunu applikabbli għal trasferimenti sistematiċi, massivi jew strutturali.

Barra minn hekk, il-Bord tal-Maniġment jista', bi ftehim mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jawtorizza sett ta' trasferimenti f'konformità mal-punti (a) sa (d) ta' hawn fuq, filwaqt li jqis l-eżistenza ta' salvagwardji fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, għal perjodu ta' mhux aktar minn sena, li tista' tiġġedded.

Barra minn hekk, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, jawtorizza trasferiment jew sett ta' trasferimenti b'konformità mal-punti (a) sa (da) ta' hawn fuq, filwaqt illi joffri salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, għal perjodu ta' mhux aktar minn sena, li jista' jiġġedded.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Bord tal-Maniġment u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar każijiet fejn ikun applika l-paragrafu 2.

3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-Bord tal-Maniġment u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar każijiet fejn ikun applika l-paragrafu 2.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Europol għandu jżomm rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha skont dan l-Artikolu.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-punt meħtieġ biex l-Europol iwettaq il-kompiti tiegħu, l-Europol jista' jipproċessa dejta personali li toriġina minn partijiet privati bil-kundizzjoni li tasal permezz ta':

1. Sal-punt meħtieġ biex l-Europol iwettaq il-kompiti tiegħu, l-Europol jista' jipproċessa dejta personali li toriġina minn partijiet privati bil-kundizzjoni li ma tasalx direttament mill-partijiet privati iżda tasal biss permezz ta':

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Europol ma għandux jikkuntattja partijiet privati direttament sabiex jiġbed dejta personali.

3. L-Europol ma jikkuntattjax partijiet privati sabiex jiġbed dejta personali.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Europol ma jistax jikkuntattja direttament persuni privati sabiex jiġbed informazzjoni.

3. L-Europol ma jikkuntattjax persuni privati sabiex jiġbed informazzjoni.

Emenda  144

Proposta għal regolament

Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dejta personali għandha tkun:

1. Dejta personali għandha tkun:

(a) proċessata b'mod ġust u skont il-liġi;

(a) ipproċessata skont il-liġi, b'mod ġust u trasparenti u li jista' jiġi vverifikat fir-rigward tas-suġġett tad-dejta;

(b) miġbura għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u ma tiġix ipproċessata ulterjorment b'mod li ma jkunx kompatibbli ma' dawk il-finijiet. Proċessar ulterjuri ta' dejta personali għal skopijiet storiċi, statistiċi jew xjentifiċi ma għandux jitqies inkompatibbli sakemm l-Europol jipprovdi salvagwardji xierqa, b'mod partikolari biex jiżgura li d-dejta ma tiġix ipproċessata għal xi skop ieħor;

(b) miġbura għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u ma tiġix ipproċessata ulterjorment b'mod li ma jkunx kompatibbli ma' dawk il-finijiet;

(c) adegwata, rilevanti, u mhux eċċessiva b'rabta mal-finijiet li għalih qed tiġi pproċessata;

(c) adegwata, rilevanti u limitata għall-minimu meħtieġ fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun ipproċessata; din għandha tkun ipproċessata biss jekk, u sakemm, l-għanijiet ma setgħux jintlaħqu bl-ipproċessar ta' informazzjoni li ma tinvolvix dejta personali;

(d) eżatta u meta jkun meħtieġ, miżmuma aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun żgurat li dejta personali li ma tkunx eżatta, meħud kont tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tissewwa mingħajr dewmien;

(d) preċiża u tinżamm aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun żgurat li dejta personali li ma tkunx eżatta, meħud kont tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tissewwa mingħajr dewmien;

(e) tinżamm f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta u għal mhux iktar żmien milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-dejta personali tiġi pproċessata.

(e) miżmuma b'mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali;

 

(ea) ipproċessata b'mod li effettivament jippermetti li s-suġġett tad-dejta jeżerċita d-drittijiet tiegħu;

 

(eb) ipproċessata b'mod li jipproteġi minn ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali, bl-użu ta' miżuri tekniċi jew organizzativi xierqa;

 

(ec) ipproċessata biss minn dak il-persunal awtorizzat kif xieraq li jeħtieġha għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

 

1a. L-Europol għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dokument li jistabbilixxi f'forma komprensibbli d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-ipproċessar tad-dejta personali u l-mezzi disponibbli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-sors ta' informazzjoni li toriġina minn Stat Membru għandu jiġi vvalutat sal-punt possibbli mill-Istat Membru fornitur bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni tas-sors li ġejjin:

1. Is-sors ta' informazzjoni li toriġina minn Stat Membru għandu jiġi vvalutat mill-Istat Membru fornitur bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni tas-sors li ġejjin:

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Informazzjoni li toriġina minn Stat Membru għandha tiġi vvalutata sal-punt possibbli mill-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni abbażi tal-affidabbiltà tagħha bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni tal-informazzjoni li ġejjin:

2. Informazzjoni li toriġina minn Stat Membru għandha tiġi vvalutata mill-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni abbażi tal-affidabbiltà tagħha bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni tal-informazzjoni li ġejjin:

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk l-Europol jirċievi informazzjoni mhux ivvalutata mingħand Stat Membru, l-Europol għandu jipprova sal-punt possibbli jivvaluta l-affidabbiltà tas-sors jew tal-informazzjoni abbażi tal-informazzjoni diġà fil-pussess tiegħu. Il-valutazzjoni ta' dejta u informazzjoni speċifiċi għandha ssir bi qbil mal-Istat Membru fornitur. Stat Membru jista' wkoll jilħaq qbil mal-Europol f'termini ġenerali dwar il-valutazzjoni ta' tipi speċifikati ta' dejta u sorsi speċifikati. Jekk ma jintlaħaqx qbil f'każ speċifiku, jew ma jkunx jeżisti ftehim f'termini ġenerali, l-Europol għandu jevalwa l-informazzjoni jew id-dejta u għandu jattribwixxi lil din l-informazzjoni jew dejta l-kodiċi tal-evalwazzjoni (X) u (4), imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4. Jekk l-Europol jirċievi informazzjoni mhux ivvalutata mingħand Stat Membru, l-Europol għandu jivvaluta l-affidabbiltà tas-sors jew tal-informazzjoni abbażi tal-informazzjoni diġà fil-pussess tiegħu. Il-valutazzjoni ta' dejta u informazzjoni speċifiċi għandha ssir bi qbil mal-Istat Membru fornitur. Stat Membru jista' wkoll jilħaq qbil mal-Europol f'termini ġenerali dwar il-valutazzjoni ta' tipi speċifikati ta' dejta u sorsi speċifikati. Jekk ma jintlaħaqx qbil f'każ speċifiku, jew ma jkunx jeżisti ftehim f'termini ġenerali, l-Europol għandu jevalwa l-informazzjoni jew id-dejta u għandu jattribwixxi lil din l-informazzjoni jew dejta l-kodiċi tal-evalwazzjoni (X) u (4), imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Informazzjoni minn sorsi disponibbli pubblikament għandha tiġi vvalutata mill-Europol bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni stipulati fil-paragrafi 1 u 2.

6. Informazzjoni minn sorsi disponibbli pubblikament għandha tiġi vvalutata mill-Europol bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni (X) u (4).

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandu jkun ipprojbit il-proċessar ta' dejta personali dwar il-vittmi ta' reat kriminali, xhieda jew persuni oħra li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar reati kriminali u persuni taħt it-18-il sena, sakemm ma jkunx strettament meħtieġ għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tal-Europol.

1. Għandu jkun ipprojbit l-ipproċessar ta' dejta personali dwar il-vittmi ta' reat kriminali, xhieda jew persuni oħra li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar reati kriminali u persuni taħt it-18-il sena, sakemm ma jkunx strettament meħtieġ u ġustifikat kif dovut għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tal-Europol.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għandu jkun ipprojbit il-proċessar ta' dejta personali, proċessata b'mezzi awtomatizzati jew mezzi oħra, li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, sħubija fi trejdjunjin u dejta li tikkonċerna s-saħħa jew il-ħajja sesswali, sakemm ma jkunx strettament meħtieġ għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tal-Europol u jekk din id-dejta tissupplimenta dejta personali oħra diġà proċessata mill-Europol.

2. Għandu jkun ipprojbit l-ipproċessar ta' dejta personali, proċessata b'mezzi awtomatizzati jew mezzi oħra, li tiżvela l-oriġini razzjali, etnika jew soċjali, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, sħubija fi trejdjunjin u dejta li tikkonċerna s-saħħa jew il-ħajja sesswali, sakemm ma jkunx strettament meħtieġ u ġustifikat kif dovut għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tal-Europol u jekk din id-dejta tissupplimenta dejta personali oħra diġà proċessata mill-Europol.

Ġustifikazzjoni

Meħuda mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-ebda deċiżjoni li tħalli effetti legali li jikkonċernaw suġġett tad-dejta ma għandha tkun ibbażata biss fuq proċessar awtomatizzat tad-dejta msemmija fil-paragrafu 2, sakemm id-deċiżjoni ma tkunx espliċitament awtorizzata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni jew, jekk meħtieġ, mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

4. L-ebda deċiżjoni li tħalli effetti legali li jikkonċernaw suġġett tad-dejta ma għandha tkun ibbażata biss fuq proċessar awtomatizzat tad-dejta msemmija fil-paragrafu 2, sakemm id-deċiżjoni ma tkunx espliċitament awtorizzata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni jew mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Id-dejta personali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex tiġi trasmessa lill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali sakemm ma jkunx strettament meħtieġ f'każijiet individwali li jikkonċernaw reati li jaqgħu taħt l-għanijiet tal-Europol.

5. Id-dejta personali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex tiġi trasmessa lill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali sakemm ma jkunx strettament meħtieġ u ġustifikat kif dovut f'każijiet individwali li jikkonċernaw reati li jaqgħu taħt l-għanijiet tal-Europol. Din it-trasmissjoni għandha tkun skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu VI ta' dan ir-Regolament.

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dejta personali proċessata mill-Europol għandha tinħażen mill-Europol biss sakemm tkun meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet tiegħu.

1. Dejta personali proċessata mill-Europol għandha tinħażen mill-Europol biss sakemm tkun strettament meħtieġa għall-iskopijiet li għalihom qed tiġi proċessata d-dejta.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) dan ikun ta' dannu għall-interessi tas-suġġett tad-dejta li jkun jeħtieġ protezzjoni. F'dawn il-każijiet, id-dejta għandha tintuża biss bil-kunsens tas-suġġett tad-dejta.

(a) dan ikun ta' dannu għall-interessi tas-suġġett tad-dejta li jkun jeħtieġ protezzjoni. F'dawn il-każijiet, id-dejta għandha tintuża biss bil-kunsens espress u bil-miktub tas-suġġett tad-dejta.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 6 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) id-dejta personali tkun trid tinżamm għal finijiet ta' prova;

(c) id-dejta personali tkun trid tinżamm għal finijiet ta' prova jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' pretensjonijiet ġuridiċi;

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) jiżgura li jkun possibbli li jiġi verifikat u stabbilit liema dejta ġiet aċċessata minn liema membru tal-persunal u f'liema ħin (reġistru tal-aċċess);

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 38a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 38a

 

Protezzjoni tad-dejta awtomatikament mit-tfassil

 

1. L-Europol għandu jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b'tali mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

 

2. L-Europol għandu jimplimenta mekkaniżmi biex jiżgura li, b'mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss dik id-dejta personali li tkun meħtieġa għall-għanijiet tal-ipproċessar.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 38b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 38b

 

Notifika ta' ksur tad-dejta personali lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

 

1. Fil-każ ta' ksur ta' dejta personali, l-Europol għandu mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn possibbli, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkun sar jaf bih, jinnotifika l-ksur tad-dejta personali lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-Europol għandu jipprovdi, fuq talba, ġustifikazzjoni motivata f'każijiet fejn in-notifika ma ssirx fi żmien 24 siegħa.

 

2. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas:

 

(a) tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali, fosthom il-kategoriji u n-numru ta' suġġetti tad-dejta kkonċernati u l-kategoriji u n-numru ta' reġistri tad-dejta kkonċernati;

 

(b) tirrakkomanda miżuri sabiex itaffu l-effetti ħżiena possibbli tal-ksur tad-dejta personali;

 

(c) tiddeskrivi l-konsegwenzi possibbli tal-ksur tad-dejta personali;

 

(d) tiddeskrivi l-miżuri proposti jew meħuda mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur tad-dejta personali.

 

3. L-Europol għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur tad-dejta personali, inkluż il-fatti li jirrigwardaw il-ksur, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta' rimedju meħuda, sabiex il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkun jista' jivverifika konformità ma' dan l-Artikolu

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 38c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 38c

 

Komunikazzjoni ta' ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta

 

1. Meta ksur tad-dejta personali msemmi fl-Artikolu 38b x'aktarx jaffettwa ħażin il-protezzjoni tad-dejta personali jew il-privatezza tas-suġġett tad-dejta, l-Europol għandu jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien bla bżonn.

 

2. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali u tinkludi l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta msemmi fl-Artikolu 44.

 

3. Il-komunikazzjoni ta' ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta m'għandhiex tkun meħtieġa jekk l-Europol juri għas-sodisfazzjon tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li huwa jkun implimenta miżuri ta' protezzjoni teknoloġika xierqa, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-dejta personali kkonċernata mill-ksur tad-dejta personali. Dawn il-miżuri ta' protezzjoni teknoloġika għandhom jagħmlu d-dejta ma tinftihemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata b'aċċess għaliha.

 

4. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta tista' tiġi ttardjata, ristretta jew titħalla barra fejn tkun miżura meħtieġa u proporzjonata filwaqt illi jiġu kkunsidrati l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata:

 

(a) biex ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

 

(b) biex ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;

 

(c) biex tiġi mħarsa s-sigurtà pubblika u nazzjonali;

 

(d) tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet ta' partijiet terzi.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt, f'intervalli raġonevoli, li tikseb informazzjoni dwar jekk dejta personali dwaru hijiex qed tiġi pproċessata mill-Europol. Fejn tali dejta personali qed tiġi pproċessata, l-Europol għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lis-suġġett tad-dejta:

1. Kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt, f'intervalli raġonevoli, li tikseb informazzjoni dwar jekk dejta personali dwaru hijiex qed tiġi pproċessata mill-Europol. Meta tkun qed tiġi pproċessata tali data, l-Europol għandu jipprovdi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja lis-suġġett tad-dejta:

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) informazzjoni tal-anqas dwar l-għanijiet tal-operazzjoni tal-proċessar, il-kategoriji ta' dejta konċernati, u d-destinatarji għand min ġiet żvelata d-dejta;

(b) informazzjoni tal-anqas dwar l-għanijiet tal-operazzjoni tal-proċessar, il-kategoriji ta' dejta konċernati, il-perjodu li għalih id-dejta tkun se tinħażen, u d-destinatarji għand min ġiet żvelata d-dejta;

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) indikazzjoni tal-bażi legali li fuqha hija pproċessata d-dejta

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) eżistenza tad-dritt li jitlob mill-Europol rettifika, tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar tad-dejta personali li tikkonċerna s-suġġett tad-dejta;

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc) kopja tad-dejta li qed tiġi-pproċessata.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kwalunkwe suġġett tad-dejta li jixtieq jeżerċita d-dritt tal-aċċess għad-dejta personali jista' jagħmel talba għal dak l-għan mingħajr spejjeż eċċessivi, lill-awtorità maħtura għal dan l-iskop fl-Istat Membru tal-għażla tiegħu. Dik l-awtorità għandi tirriferi t-talba lill-Europol mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta tirċeviha.

2. Kwalunkwe suġġett tad-dejta li jixtieq jeżerċita d-dritt tal-aċċess għad-dejta personali jista' jagħmel talba għal dak l-għan bla ħlas, lill-awtorità maħtura għal dan l-iskop fl-Istat Membru tal-għażla tiegħu. Dik l-awtorità għandha tirriferi t-talba lill-Europol mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta tirċeviha. L-Europol għandu jikkonferma li rċieva t-talba.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Europol għandu jwieġeb it-talba mingħajr dewmien żejjed u f'kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur mill-wasla.

3. L-Europol għandu jwieġeb it-talba mingħajr dewmien żejjed u f'kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur mill-wasla tat-talba mill-awtorità nazzjonali.

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Aċċess għal dejta personali għandu jiġi rrifjutat jew ristrett, jekk dan jikkostitwixxi miżura neċessarja biex:

5. Il-provvediment ta' informazzjoni bħala tweġiba għal talba skont il-paragrafu 1 għandu jiġi rrifjutat sakemm tali rifjut parzjali jew komplet ikun miżura neċessarja biex:

Ġustifikazzjoni

Fejn tiġi applikata eżenzjoni, irid jintwera għal liema dejta tiġi applikata. F'każijiet fejn eżenzjoni tkun neċessarja biss għal parti mid-dejta pproċessata, għandu jkun obbligatorju aċċess parzjali.

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kwalunkwe deċiżjoni dwar ir-restrizzjoni jew ir-rifjut tal-informazzjoni mitluba għandha tqis id-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-dejta.

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kwalunkwe suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt jitlob lill-Europol jikkoreġi d-dejta personali dwaru jekk ma tkunx korretta u, fejn dan ikun possibbli u meħtieġ, biex jikkompleta jew jaġġornaha.

1. Kwalunkwe suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt jitlob lill-Europol jikkoreġi d-dejta personali dwaru jekk ma tkunx korretta u biex jikkompletaha jew jaġġornaha.

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk id-dejta kif deskritt fil-paragrafi 1, 2 u 3 miżmuma mill-Europol kienet ġiet ipprovduta lilha minn pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, jew hija r-riżultat ta' analiżi mwettqa mill-Europol stess, l-Europol għandu jikkoreġi, iħassar jew jimblokka din id-dejta.

4. Jekk id-dejta kif deskritt fil-paragrafi 1, 2 u 3 miżmuma mill-Europol kienet ġiet ipprovduta lilha minn pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, jew hija r-riżultat ta' analiżi mwettqa mill-Europol stess, l-Europol għandu jikkoreġi, iħassar jew jimblokka din id-dejta u jinforma, meta jkun rilevanti, lill-oriġinaturi tad-dejta.

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 41 - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Europol għandu jaħżen d-dejta personali b'tali mod li din tista' tiġi kkoreġuta u mħassra

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-responsabbiltà għall-kwalità tad-dejta personali kif imsemmi fl-Artikolu 34(d) għandha tkun tal-Istat Membru li pprovda d-dejta personali lill-Europol u tal-Europol għal dejta personali pprovduta minn korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll għal dejta personali li l-Europol jiġbed minn sorsi disponibbli b'mod pubbliku.

2. Ir-responsabbiltà għall-kwalità tad-dejta personali kif imsemmi fl-Artikolu 34(d) għandha tkun tal-Istat Membru li pprovda d-dejta personali lill-Europol u tal-Europol għal dejta personali pprovduta minn korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll għal dejta personali li l-Europol jiġbed minn sorsi disponibbli b'mod pubbliku. Il-korpi tal-Unjoni għandhom ikunu responsabbli għall-kwalità tad-dejta sa u inkluż il-mument tat-trasferiment.

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Ir-responsabbiltà għal-legalità ta' trasferiment għandha tkun ta':

4. Ir-responsabbiltà għall-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli għandha tkun ta':

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Europol għandu jivverifika l-kompetenza tad-destinatarju u jivvaluta n-neċessità għat-trasferiment tad-dejta. Jekk jinqala' dubju dwar din il-ħtieġa, l-Europol għandu jitlob aktar informazzjoni mingħand id-destinatarju. Id-destinatarju għandu jiżgura li tkun tista' tiġi verifikata l-ħtieġa għat-trasferiment tad-dejta. Id-destinatarju għandu jipproċessa d-dejta personali biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet trasmessa.

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-proċessar ta' dejta personali li ser jifforma parti minn sistema ġdida ta' fajling li se tinħoloq għandu jkun suġġett għal kontroll minn qabel meta:

1. L-ipproċessar ta' dejta personali fi kwalunkwe sett ta' operazzjonijiet tal-ipproċessar li jservi għan uniku jew diversi għanijiet relatati fir-rigward tal-attivitajiet ewlenin tiegħu għandu jkun suġġett għal kontroll minn qabel meta:

Ġustifikazzjoni

Suġġeriment mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahrejn wara li tasal in-notifika. Dan il-perjodu jista' jiġi sospiż sakemm il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkun kiseb aktar informazzjoni li jista' jkunu talab. Jekk il-komplessità tal-kwistjoni hekk teħtieġ, dan il-perjodu jista' jittawwal għal xahrejn oħra, b'deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Din id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-Europol qabel jiskadi l-perjodu inizjali ta' xahrejn.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahrejn wara li tasal in-notifika. Dan il-perjodu jista' jiġi sospiż fi kwalunkwe mument sakemm il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkun kiseb aktar informazzjoni li jista' jkun talab. Jekk il-komplessità tal-kwistjoni hekk teħtieġ, dan il-perjodu jista' jittawwal għal xahrejn oħra, b'deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Għandhom ikunu possibbli żewġ estensjonijiet biss. Din id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-Europol qabel jiskadi l-perjodu inizjali ta' xahrejn.

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-proċessar tad-dejta, l-awtomonitoraġġ u l-iżgurar tal-integrità u s-sigurtà xierqa tad-dejta, l-Europol għandu jżomm rekords tal-ġbir, l-alterazzjonijiet, l-aċċess, l-iżvelar, il-kombinazzjoni jew it-tħassir ta' dejta personali. Tali reġistri jew dokumentazzjoni għandha titħassar wara tliet snin, sakemm id-dejta ma tkunx meħtieġa aktar fit-tul minħabba kontroll fis-seħħ. Ma għandu jkun hemm l-ebda possibbiltà li r-reġistrazzjonijiet tal-aċċess jiġu mmodifikati.

1. Għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-proċessar tad-dejta, l-awtomonitoraġġ u l-iżgurar tal-integrità u s-sigurtà xierqa tad-dejta, l-Europol għandu jżomm rekords tal-ġbir, l-alterazzjonijiet, l-aċċess, il-ġbid, l-iżvelar, il-kombinazzjoni jew it-tħassir ta' dejta personali. Tali reġistri jew dokumentazzjoni għandha titħassar wara tliet snin, sakemm id-dejta ma tkunx meħtieġa aktar fit-tul minħabba kontroll fis-seħħ. Ma għandu jkun hemm l-ebda possibbiltà li r-reġistrazzjonijiet tal-aċċess jiġu mmodifikati.

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 7 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jiżgura, b'manjiera indipendenti, il-leġittimità u l-konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-proċessar ta' dejta personali;

(a) jiżgura, b'manjiera indipendenti, l-applikazzjoni interna tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-proċessar ta' dejta personali;

Emenda    179

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 7 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jikkoopera mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

(e) jikkoopera mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, b'mod speċjali fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar imsemmija fl-Artikolu 42;

Emenda    180

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 7 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) jaġixxi bħala punt ta' kuntatt għal talbiet għal aċċess skont l-Artikolu 39.

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 7 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb) iżomm reġistru dwar l-operazzjonijiet tal-ipproċessar kollha mwettqa mill-Europol, inkluż, fejn rilevanti, informazzjoni dwar l-għan, il-kategoriji tad-dejta, id-destinatarji, il-limiti ta' żmien għall-imblukkar u t-tħassir, it-trasferimenti lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali u miżuri ta' sigurtà;

Emenda    182

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 7 – punt fc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fc) iżomm reġistru dwar l-inċidenti u l-ksur ta' sigurtà li jaffettwaw id-dejta personali operattiva jew amministrattiva;

Emenda    183

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Barra minn hekk, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jwettaq il-funzjonijiet previsti mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tad-dejta personali tal-membri tal-persunal tal-Europol kif ukoll tad-dejta personali amministrattiva.

8. Barra minn hekk, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jwettaq il-funzjonijiet previsti mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tad-dejta personali amministrattiva.

Emenda    184

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Fil-qadi tal-kompiti tiegħu, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jkollu aċċess għad-dejta kollha proċessata mill-Europol u għall-postijiet kollha tal-Europol.

9. Fil-qadi tal-kompiti tiegħu, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jkollu aċċess għad-dejta kollha proċessata mill-Europol u għall-postijiet kollha tal-Europol. Tali aċċess għandu jkun possibbli fi kwalunkwe mument u mingħajr talba minn qabel.

Emenda    185

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta regoli ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta. Dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni għandhom b'mod partikolari jirrigwardaw il-proċedura tal-għażla għall-kariga tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta u t-tneħħija, il-kompiti, id-dmirijiet u s-setgħat tiegħu u s-salvagwardji għall-indipendenza tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta. L-Europol għandu jipprovdi lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta bil-persunal u r-riżorsi meħtieġa biex iwettaq dmirijietu. Dawn il-membri tal-persunal għandhom ikollhom aċċess għad-dejta personali proċessata fl-Europol u għall-postijiet tal-Europol biss sal-punt meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom.

11. Il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta regoli ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta. Dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni għandhom b'mod partikolari jirrigwardaw il-proċedura tal-għażla għall-kariga tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta u t-tneħħija, il-kompiti, id-dmirijiet u s-setgħat tiegħu u s-salvagwardji għall-indipendenza tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta. L-Europol għandu jipprovdi lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta bil-persunal u r-riżorsi meħtieġa biex iwettaq dmirijietu. Dawn il-membri tal-persunal għandhom ikollhom aċċess għad-dejta personali proċessata fl-Europol u għall-postijiet tal-Europol biss sal-punt meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom. Tali aċċess għandu jkun possibbli fi kwalunkwe mument u mingħajr talba minn qabel.

Emenda    186

Proposta għal regolament

Artikolu 44 - paragrafu 11 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

11a. Il-Kontrollur għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun ipprovdut bil-mezzi neċessarji għall-qadi ta' dmirijietu.

Emenda    187

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) iwettaq investigazzjonijiet jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq il-bażi ta' lment, u jinforma lis-suġġetti tad-dejta dwar ir-riżultat f'perjodu raġonevoli ta' żmien;

(b) iwettaq investigazzjonijiet jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq il-bażi ta' lment, u jinforma lis-suġġetti tad-dejta dwar ir-riżultat mingħajr dewmien;

Emenda    188

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jordna r-rettifika, l-imblukkar, it-tħassir jew id-distruzzjoni tad-dejta kollha meta din tkun ġiet ipproċessata bi ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċessar tad-dejta personali u n-notifikazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet lill-partijiet terzi li tkun ġiet żvelata d-dejta magħhom;

(e) jordna r-rettifika, l-imblukkar, it-tħassir jew id-distruzzjoni tad-dejta kollha li tkun ġiet ipproċessata bi ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċessar tad-dejta personali u n-notifikazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet lill-partijiet terzi li d-dejta tkun ġiet żvelata magħhom;

Emenda    189

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) jimponi l-projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq il-proċessar;

(f) jipproponi lill-Bord tal-Maniġment li tiġi imposta projbizzjoni temporanja jew definittiva parzjali jew totali fuq l-ipproċessar;

Ġustifikazzjoni

B'konsistenza mal-emenda għall-Artikolu 14(1)(1a)(ġdid).

Emenda    190

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jħejji rapport annwali dwar l-attivitajiet superviżorji dwar l-Europol. Dan ir-rapport għandu jkun parti mir-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data msemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

5. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jħejji rapport annwali dwar l-attivitajiet superviżorji dwar l-Europol. Dan ir-rapport għandu jkun parti mir-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data msemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

 

Dan ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni ta' statistika dwar l-ilmenti, l-inkjesti, l-investigazzjonijiet, l-ipproċessar ta' informazzjoni sensittiva, it-trasferimenti ta' dejta personali lejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kontroll minn qabel u notifiki, u l-użu tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 3.

 

Dan ir-rapport għandu jintbgħat u jiġi ppreżentat lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u għandu jintbgħat lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti nazzjonali. Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex iwettaq azzjoni addizzjonali biex jiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda    191

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jistgħu, filwaqt li jaġixxu fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jgħinu lil xulxin fit-twettiq ta' awditi u spezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet ta' interpretazzjoni jew applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistudjaw problemi fl-eżerċizzju ta' superviżjoni indipendenti jew fl-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, kif meħtieġ.

2. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, meta rilevanti, għandu juża l-kompetenzi u l-esperjenza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 46(2). Fit-twettiq tal-attivitajiet b'kooperazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-membri u l-persunal tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipji ta' solidarjetà u proporzjonalità, għandu jkollhom is-setgħat ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 46(4) u għandhom ikunu marbuta b'obbligu ekwivalenti kif stabbilit fl-Artikolu 46(6).Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta' verifiki u spezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet ta' interpretazzjoni jew applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistudjaw il-problemi relatati mal-eżerċizzju ta' sorveljanza indipendenti jew l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kull problema u jippromwovu kuxjenza dwar id-drittijiet ta' protezzjoni tad-data, skont il-ħtieġa.

Emenda    192

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jżomm lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali infurmati bis-sħiħ dwar il-kwistjonijiet kollha rilevanti għalihom.

Emenda    193

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. F'każijiet meta kwistjonijiet speċifiċi jikkonċernaw dejta minn Stat Membru wieħed jew iktar minn wieħed, il-Kontrollow Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkonsulta mal-awotritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati u kompetneti. Il-KEPD m'għandux jiddeċiedi dwar azzjoni ulterjuri li għandha tittieħed qabel ma l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u kompetenti jkunu infurmaw lill-KEPDdwar il-pożizzjoni tagħhom, sa skadenza speċifikata mill-KEPS li m'għandhiex tkun iqas minn xahrejn. Il-KEPD għandu jikkunsidra kemm jista' l-pożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati u kompetenti. Fil-każijiet meta l-KEPD jkollu l-intenzjoni ma jsegwix il-pożizzjonit agħhom, hu għandu jinformahom u jipprovdilhom ġustifikazzjoni. Fil-każijiet li l-KEPS jqis estremament urġenti, hu jista' jiddeċiedi li jieħu azzjoni immedjata. F'tali każijiet, il-KEPD għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet superiżorji nazzjonali kkonċernati u kompetenti u jiġġustifika n-natura urġenti tas-sitwazzjoni kif ukoll l-azzjoni li jkun ħa.

Emenda    194

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkonsulta mal-korpi superviżorji nazzjonali kkonċernati u kompetenti qabel ma jieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet stipulati fl-Artikolu 46(3)(e) sa (h). Il-KEPD għandu jikkunsidra kemm jista' l-pożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u kompetenti kkomunikata sa skadenza speċifikata minnu u li m'għandhiex tkun iqas minn xahrejn Fil-każijiet meta l-KEPD jkollu l-intenzjoni ma jsegwix il-pożizzjonit agħhom, hu għandu jinformahom u jipprovdilhom ġustifikazzjoni. Fil-każijiet li l-KEPS jqis estremament urġenti, hu jista' jiddeċiedi li jieħu azzjoni immedjata. F'tali każijiet, il-KEPD għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet superiżorji nazzjonali kkonċernati u kompetenti u jiġġustifika n-natura urġenti tas-sitwazzjoni kif ukoll l-azzjoni li jkun ħa. Il-KEPD m'għandux jieħu azzjoni jekk l-awtoritajiet superviżjorji nazzjonali kollha jkunu infurmaw lill-KEPD bil-pożizzjoni negattiva tagħhom.

Emenda    195

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu għal dak l-iskop, kif meħtieġ. L-ispiża ta' tali laqgħat għandha tiġġarrab mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jiġu adottati fl-ewwel laqgħa. Metodi ta' ħidma ulterjuri għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt skont il-bżonn.

3. Il-kapijiet tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu mill-inqas darba fis-sena biex jiddiskutu kwistjonijiet strateġiċi u ta' politika ġenerali jew kwistjonijiet oħra msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-ispiża ta' tali laqgħat għandha tiġġarrab mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jiġu adottati fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu żviluppati metodi ta' ħidma ulterjuri b'mod konġunt skont il-bżonn.

Emenda    196

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dejta personali amministrattiva u dejta dwar il-Persunal

Dejta personali amministrattiva

Emenda    197

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 huwa applikabbli għad-dejta personali kollha tal-membri tal-persunal tal-Europol kif ukoll għad-dejta personali amministrattiva miżmuma mill-Europol.

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 huwa applikabbli għad-dejta personali amministrattiva miżmuma mill-Europol.

Emenda    198

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta ilment ikun dwar deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 39 jew 40, il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data għandu jikkonsulta mal-korpi superviżorji nazzjonali jew mal-korp ġudizzjarju kompetenti fl-Istat Membru li kien is-sors tad-dejta jew mal-Istat Membru konċernat direttament. Id-deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data, li tista' twassal sa ċaħda li tiġi kkomunikata kwalunkwe informazzjoni, għandha tittieħed f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korp superviżorju nazzjonali jew mal-korp ġudizzjarju kompetenti.

2. Meta lment ikun dwar deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 39 jew 40, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkonsulta mal-korpi superviżorji nazzjonali jew mal-korp ġudizzjarju kompetenti fl-Istat Membru li kien is-sors tad-dejta jew mal-Istat Membru konċernat direttament.

Emenda    199

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn ilment jirrigwarda l-kontroll tad-dejta provduta minn Stat Membru lill-Europol, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li l-kontrolli neċessarji kienu twettqu b'mod korrett f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korp superviżorju nazzjonali tal-Istat Membru li provda d-dejta.

3. Fejn ilment jirrigwarda l-kontroll tad-dejta provduta minn Stat Membru lill-Europol, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korp superviżorju nazzjonali tal-Istat Membru li provda d-dejta, għandu jiżgura li l-ipproċessar tad-dejta fl-Istat Membru kkonċernat kien legali u li l-kontrolli neċessarji kienu twettqu b'mod korrett.

Emenda  200

Proposta għal regolament

Artikolu 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skrutinju Parlamentari

Skrutinju parlamentari konġunt

 

1. Il-mekkaniżmu għall-kontroll tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-parlamenti nazzjonali, għandhom jieħdu l-forma ta' Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, li għandu jiġi stabbilit fil-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew, li jkun jikkonsisti mill-Membri sħaħ tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u rappreżentant wieħed tal-kumitat kompetenti tal-parlament nazzjonali ta' kull Stat Membru u sostitut. L-Istati Membri b'sistemi ta' żewġ kmamar parlamentari jistgħu minflok jiġu rrappreżenati minn rappreżentant minn kull kamra.

 

2. Il-laqgħat tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu dejjem jitlaqqa' fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew mill-President tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Il-laqgħat għandhom jiġu kopreseduti mill-President tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u mir-rappreżentant mill-parlament nazzjonali tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill.

 

3. Il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu jimmonitorja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' persuni fiżiċi.

 

4. Għal dan l-għan, il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu jkollu d-dmirijiet li ġejjin:

1. Il-President tal-Bord tal-Maniġment u d-Direttur Eżekuttiv għandhom jidhru quddiem il-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali, fuq talba tagħhom biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-Europol, filwaqt li jitqiesu l-obbligi tad-diskrezzjoni u l-kunfidenzjalità.

(a) il-President tal-Bord tal-Maniġment, id-Direttur Eżekuttiv u r-rappreżenant tal-Kummissjoni għandhom jidhru quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt fuq talba tiegħu biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-Europol, filwaqt li jitqiesu, jekk ikun xieraq, l-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità. Il-Grupp jista' jiddeċiedi li jistieden għal-laqgħat tiegħu persuni rilevanti oħra, jekk ikun xieraq;

2. L-iskrutinju parlamentari mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali, tal-attivitajiet tal-Europol għandu jiġi eżerċitat skont dan ir-Regolament.

(b) il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jidher quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt fuq talba tiegħu u mill-inqas darba fis-sena biex jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, u b'mod partikolari l-protezzjoni tad-dejta personali, fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-Europol, filwaqt li jitqiesu, jekk ikun xieraq, l-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità.

 

Id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu preżentati u għandu jsir dibattitu dwarhom fil-laqgħat tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt:

 

– l-abbozzi ta' programmi ta' ħidma annwali u multi annwali, imsemmija fl-Artikolu 15;

 

– ir-rapport annwali ta' attività konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Europol, imsemmi fl-Artikolu 14;

 

– ir-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-attivitajiet superviżorji tal-Europol, imsemmi fl-Artikolu 46;

 

– ir-rapport ta' evalwazzjoni mħejji mill-Kummissjoni biex tirrevedi l-effettività u l-effiċjenza tal-Europol, imsemmi fl-Artikolu 70.

 

Il-persuni li ġejjin għandhom jidhru quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt fuq talba tiegħu:

 

– il-kandidati magħżula għall-karigi ta' Direttur Eżekuttiv, imsemmija fl-Artikolu 56(2);

 

– id-Direttur Eżekuttiv, li l-mandat tiegħu jkun maħsub li jiġi estiż, kif previst fl-Artikolu 56(5);

 

– id-Direttur Eżekuttiv, sabiex jirraporta dwar it-twettiq ta' dmirijietu.

 

Il-President tal-Bord tal-Maniġment għandu jinforma lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt qabel ma jneħħi lid-Direttur Eżekuttiv mill-kariga, kif ukoll dwar ir-raġunijiet għal tali deċiżjoni.

3. Minbarra l-obbligi ta' informazzjoni u konsultazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-Europol għandu jittrasmetti lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali, Management Board

5. Barra minn hekk, l-Europol għandu jittrasemtti lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, b'kunsiderazzjoni, jekk ikun xieraq, tal-obbligi ta' disrezzjoni u kunfidenzjalita, għal skopijiet ta' informazzjoni:

(a) il-valutazzjonijiet tat-theddid, l-analiżi strateġika u r-rapporti tas-sitwazzjoni ġenerali marbuta mal-għan tal-Europol kif ukoll ir-riżultati tal-istudji u tal-evalwazzjonijiet kummissjonati mill-Europol;

(a) il-valutazzjonijiet tat-theddid, l-analiżi strateġika u r-rapporti tas-sitwazzjoni ġenerali marbuta mal-għan tal-Europol kif ukoll ir-riżultati tal-istudji u tal-evalwazzjonijiet kummissjonati mill-Europol;

(b) l-arranġamenti ta' ħidma adottati skont l-Artikolu 31(1).

(b) l-arranġamenti ta' ħidma adottati skont l-Artikolu 31(1).

 

6. Il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt jista' jitlob kwalunkwe dokument rilevanti neċessarju biex iwettaq il-kompiti tiegħu, suġġett għar-Regolament (KE) Nru 1049/20011a kif ukoll ir-regoli li jirregolaw it-trattament tal-informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropew.

 

7. Il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu jħejji konklużjonijiet sommarji dwar l-attivitajiet superviżorji tal-Europol lill-Parlament Ewropew.

 

______________

 

1a Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

Emenda    201

Proposta għal regolament

Artikolu 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-fini tal-eżerċizzju ta' skrutinju parlamentari tal-attivitajiet tal-Europol skont l-Artikolu 53, jista' jingħata aċċess għal Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata proċessata mill-Europol jew permezz tiegħu lill-Parlament Ewropew u lir-rappreżentanti tiegħu fuq talba.

1. Għall-fini tal-eżerċizzju ta' skrutinju parlamentari tal-attivitajiet tal-Europol skont l-Artikolu 53, għandu jingħata aċċess għal Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata proċessata mill-Europol jew permezz tiegħu lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u lir-rappreżentanti tiegħu fuq talba u, fejn rilevanti, wara l-kunsens tal-fornitur tad-dejta.

2. Aċċess għal Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata għandu jkun f'konformità mal-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi kif imsemmi fl-Artikolu 69. Id-dettalji għandhom ikunu regolati b'arranġament dwar l-operat konkluż bejn l-Europol u l-Parlament Ewropew.

2. Fid-dawl tan-natura sensittiva u klassifikata ta' din l-informazzjoni, l-aċċess għal Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata għandu josserva r-regoli li jirregolaw it-trattament tal-informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropew1a. Aktar dettalji jistgħu jkunu regolati b'arranġament dwar l-operat konkluż bejn l-Europol u l-Parlament Ewropew.

 

____________

 

1a Kif stipulat fid-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropwe tal-15 ta' April 2013.

Emenda    202

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-awtorità tal-ħatra għandha tagħmel użu sħiħ mill-possibbiltajiet mogħtija mir-Regolament dwar il-Persunal u tipprovdi persunal speċjalizzat bħal esperti tat-tekonoloġija tal-informatika bi grupp ta' funzjoni u grad ogħla skont il-kwalifika tagħhom li jwettqu l-kompiti tal-Aġenzija skont l-Artikolu 4 b'mod ideali.

Ġustifikazzjoni

Livell tekniku għoli u li jevolvi malajr taċ-ċiberkriminalità u l-kriminalità faċilitata mill-internet jirrikjedi li l-Europol jimpjiega persunal imħarreġ sew u ddomandat ħafna. Il-benefiċċji għal aġenti kontraenti ma jirriflettux is-sitwazzjonijiet tas-suq għal eż. esperti tat-TI li huma meħtieġa fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità bħall-frodi tal-VAT, il-pornografija tat-tfal u l-kummerċ f'oġġetti illeċiti. L-Europol għandu jkun jista' jimla dawk il-postijiet sabiex jiġġieled il-kriminalità b'mod effettiv u jwassal valur miżjud Ewropew.

Emenda    203

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tal-Maniġment, minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tal-Maniġment, b'konformità ma' proċedura ta' kooperazzjoni, li għandha tkun kif ġej:

Għall-fini li jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Europol għandu jkun rappreżentat mill-President tal-Bord tal-Maniġment.

(a) fuq il-bażi ta' lista ta' mill-inqas tliet kandidati proposti minn kumitat magħmul mir-rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Bord tal-Maniġment u żewġ membri oħra tal-Bord tal-Maniġment, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti, l-applikanti se jkunu mitluba, qabel ma ssir il-ħatra, jindirizzaw lill-Kunsill u lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u jwieġbu għall-mistoqsijiet;

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord tal-Maniġiment jista' jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu.

(b) il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u l-Kunsill imbagħad jagħtu l-opinjonijiet tagħhom u jiddikjaraw l-ordnijiet ta' preferenza tagħhom;

 

(c) il-Bord tal-Maniġment jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv waqt li jikkunsidra dawn l-opinjonijiet.

Emenda    204

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Bord tal-Maniġment, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin.

4. Il-Bord tal-Maniġment, wara li jitlob l-opinjoni tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin.

Emenda    205

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Bord tal-Maniġiment għandu jinforma lill-Parlament Ewropew jekk ikollu l-intenzjoni li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fix-xahar ta' qabel kwalunkwe estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula mill-membri tiegħu.

5. Il-Bord tal-Maniġiment għandu jinforma lill-Parlament Ewropew jekk ikollu l-intenzjoni li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fix-xahar ta' qabel kwalunkwe estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula mill-membri tiegħu.

Emenda    206

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga unikament b'deċiżjoni tal-Bord tal-Maniġment li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.

7. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali, spjegata lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u lill-Kunsill.

Emenda    207

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Erba' Diretturi Deputati Eżekuttivi, inkluż wieħed responsabbli għat-taħriġ, għandhom jassistu lid-Direttur Eżekuttiv. Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għat-taħriġ għandu jkun responsabbli għall-immaniġġjar tal-Akkademja l-Europol u tal-attivitajiet tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddefinixxi l-kompiti tal-oħrajn.

1. Tliet Deputati Diretturi Eżekuttivi għandhom jassistu lid-Direttur Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddefinixxi l-kompiti tal-oħrajn.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tar-raba' Direttur Deputat Eżekuttiv kienet minħabba l-fużjoni bejn l-Europol u CEPOL, peress li r-rapporteur ma jqisx li dan huwa adattat, tinżamm is-sistema ta' tliet Diretturi Deputati.

Emenda    208

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Bord tal-Maniġment għandu, abbażi ta' dak l-abbozz, jipproduċi abbozz provviżorju tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol għas-sena finanzjarja ta' wara. L-abbozz provviżorju tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni kull sena sa [data stabbilita fir-Regolament Finanzjarju ta' qafas]. Il-Bord tal-Manaġiment għandu jibgħat abbozz finali tal-estimi, li għandu jinkludi abbozz ta' pjan ta' stabbiliment, lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Marzu.

2. Il-Bord tal-Maniġment għandu, abbażi ta' dak l-abbozz, jipproduċi abbozz provviżorju tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol għas-sena finanzjarja ta' wara. L-abbozz provviżorju tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni kull sena sa [data stabbilita fir-Regolament Finanzjarju ta' qafas]. Il-Bord tal-Maniġment għandu jibgħat u jippreżenta abbozz finali tal-esimi, li għandu jinkludi abbozz ta' pjan ta' stabbiliment, lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali sal-31 ta' Marzu.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-iskrutinju parlamentari mill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jrid jiddaħħal fir-Regolament. Għalhekk jinħoloq il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, li għandu jkun irregolat mill-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    209

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Europol għandu jibgħat ir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara.

2. L-Europol għandu jibgħat ir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju u jippreżentah lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-iskrutinju parlamentari mill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jrid jiddaħħal fir-Regolament. Għalhekk jinħoloq il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, li għandu jkun irregolat mill-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    210

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Id-Direttur Eżekuttiv, sal-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Parlamenti nazzjonali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tal-Maniġiment.

6. Id-Direttur Eżekuttiv, sal-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, għandu jibgħat u jippreżenta l-kontijiet finali lill-Grupp ta'; Skrutinju Parlamentari Konġunt, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tal-Maniġiment.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-iskrutinju parlamentari mill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jrid jiddaħħal fir-Regolament. Għalhekk jinħoloq il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, li għandu jkun irregolat mill-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    211

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol għandhom jiġu adottati mill-Bord tal-Maniġment wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ma għandhomx jitbiegħdu minn [ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas FFR] għajr jekk dan ikun meħtieġ speċifikament għall-operat tal-Europol u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

1. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol għandhom jiġu adottati mill-Bord tal-Maniġment wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ma għandhomx jitbiegħdu minn [ir-Regolament Finanzjarju qafas] għajr jekk dan ikun meħtieġ speċifikament għall-operat tal-Europol u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel; Il-Parlament Ewropew għandu jiġi nnotifikat bi kwalunkwe devjazzjoni ta' dan it-tip.

Emenda    212

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Minħabba l-ispeċifiċità tal-Membri tan-Netwerk tal-Istituti Nazzjonali tat-Taħriġ li huma l-uniċi korpi b'karatteristiċi speċifiċi u kompetenzi tekniċi biex iwettqu attivitajiet ta' taħriġ rilevanti, dawn il-membri jistgħu jirċievu għotjiet mingħajr sejħa għall-proposti skont l-Artikolu 190(1)(d) ta' Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/201241.

imħassar

_______________

 

41ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

 

Ġustifikazzjoni

Titneħħa r-referenzi kollha għat-taħriġ, peress li r-rapporteur iqis li l-fużjoni bejn l-Europol u s-CEPOL mhix applikabbli.

Emenda    213

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/200143 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Europol.

1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/200143 għandu japplika għad-dokumenti amministrattivi kollha miżmuma mill-Europol.

_______________

__________________

43 ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

43 ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

Emenda    214

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Europol għandu jippubblika fuq il-websajt tiegħu lista tal-membri tal-Bord tal-Maniġment, tal-esperti esterni u interni, flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta' interess u l-curricula vitae rispettivi tagħhom. Il-minuti tal-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment għandhom ikunu ppubblikati sistematikament. L-Europol jista' jillimita b'mod temporanju jew permanenti l-pubblikazzjoni ta' dokumenti jekk il-pubblikazzjoni tagħhom tkun tirrappreżenta riskju li tikkompremetti t-twettiq tal-kompiti tal-Europol, filwaqt li jqis l-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità.

Emenda    215

Proposta għal regolament

Artikolu 67a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 67a

 

Notifika minn qabel u mekkaniżmu tat-twissija

 

Il-Kummissjoni għandha tattiva sistema ta' twissija jekk ikollha tħassib serju li l-Bord tal-Maniġment ikun wasal biex jieħu deċiżjonijiet li ma jikkonformawx mal-mandat tal-Europol, jiksru l-liġi tal-Unjoni jew ikunu f'kontradizzjoni mal-objettivi tal-politika tal-Unjoni. F'dawn il-każijiet, il-Kummissjoni tqajjem formalment il-kwistjoni mal-Bord tal-Maniġment u titolbu jieqaf milli jadotta d-deċiżjoni kkonċernata. Jekk il-Bord tal- Maniġment jirrifjuta li jikkonforma mar-rikjesta, il-Kummissjoni għandha formalment tinforma lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, bl-għan li jkun hemm rispons rapidu. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Bord tal-Maniġment biex ma jimplimentax id-deċiżjoni kontroversjali sakemm ir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet ikunu għadhom qed jiddiskutu l-kwistjoni.

Ġustifikazzjoni

Ara l-punt 59 tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati.

Emenda    216

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni sabiex tivvaluta, b'mod partikolari, l-impatt, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Europol u l-prassi tal-ħidma tiegħu. L-evalwazzjoni għandha, b'mod partikolari, tindirizza l-possibbiltà tal-ħtieġa li jiġu mmodifikati l-għanijiet tal-Europol, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

1. Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni sabiex tivvaluta, b'mod partikolari, l-impatt, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Europol u l-prassi tal-ħidma tiegħu kif ukoll il-funzjonament tal-mekkaniżmi għall-kontroll tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew flimkien mal-parlamenti nazzjonali. L-evalwazzjoni għandha, b'mod partikolari, tindirizza l-possibbiltà tal-ħtieġa li jiġu mmodifikati l-għanijiet tal-Europol, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

Ġustifikazzjoni

Il-klawsola tal-evalwazzjoni u r-reviżjoni għandha tiġi estiża wkoll għall-mekkaniżmu tal-Europol tal-kontroll parlamentari.

Emenda    217

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Parlamenti nazzjonali u lill-Bord tal-Maniġment.

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat u tissottometti r-rapport tal-evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport, akkumpanjat jekk ikun xieraq minn proposta għal emenda ta' dan ir-Regolament, lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, lill-Kunsill, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Bord tal-Maniġment. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali kwalunkwe informazzjoni dwar l-evalwazzjoni, jekk mitluba.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-iskrutinju parlamentari mill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jrid jiddaħħal fir-Regolament. Għalhekk jinħoloq il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, li għandu jkun irregolat mill-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    218

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fl-okkażjoni ta' kull tieni evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta r-riżultati miksuba mill-Europol fir-rigward tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tiegħu.Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kontinwazzjoni tal-Europol ma għadhiex ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet assenjati lilu, tista' tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq jew jitħassar.

3. Fl-okkażjoni ta' kull tieni evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta r-riżultati miksuba mill-Europol fir-rigward tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tiegħu. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kontinwazzjoni tal-Europol ma għadhiex ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet assenjati lilu, tista' tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq jew jitħassar skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda    219

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament, għandu jkun is-suċċessur ġuridiku ġenerali fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi minn, obbligazzjonijiet preeżistenti, u l-proprjetajiet akkwistati mill-Europol, kif stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI, u s-CEPOL, kif stabbilit skont id-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI.

1. L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament, għandu jkun is-suċċessur ġuridiku ġenerali fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi, l-obbligazzjonijiet preeżistenti, u l-proprjetajiet akkwistati mill-Europol, kif stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

Ġustifikazzjoni

Titneħħa r-referenza kollha dwar is-CEPOL, peress li r-rapporteur iqis li l-fużjoni bejn l-Europol u s-CEPOL mhix applikabbli.

Emenda    220

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa s-saħħa ġuridika tal-ftehimiet konklużi mis-CEPOL kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Titneħħa r-referenza kollha dwar is-CEPOL, peress li r-rapporteur iqis li l-fużjoni bejn l-Europol u s-CEPOL mhix applikabbli.

Emenda    221

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. B'deroga mill-paragrafu 3, il-Ftehim dwar l-Uffiċċju Prinċipali konkluż abbażi tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI għandha tintemm fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Titneħħa r-referenza kollha dwar is-CEPOL, peress li r-rapporteur iqis li l-fużjoni bejn l-Europol u s-CEPOL mhix applikabbli.

Emenda    222

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. It-terminu tal-kariga tal-membri tal-Bord tal-Maniġment tas-CEPOL kif stabbilit abbażi tal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI għandu jintemm fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

imħassar

_

Ġustifikazzjoni

Titneħħa r-referenza kollha dwar is-CEPOL, peress li r-rapporteur iqis li l-fużjoni bejn l-Europol u s-CEPOL mhix applikabbli.

Emenda    223

Proposta għal regolament

Artikolu 74 - paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Il-Bord tal-Maniġment għandu jifformula dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw il-proċedura prevista fl-Artikolu 67a u jressaqhom lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

Emenda    224

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-Direttur Eżekuttiv tas-CEPOL maħtur abbażi tal-Artikolu 11(1) tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI għandu, għall-bqija tal-perjodi li jibqa' tal-mandat tiegħu, jingħata l-funzjonijiet tal-Viċi Direttur Eżekuttiv tat-taħriġ tal-Europol. Il-kondizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tiegħu ma jinbidlux. Jekk il-mandat jintemm wara [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] iżda qabel [id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], għandu jiġu estiż awtomatikament sa sena wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Titneħħa r-referenza kollha dwar is-CEPOL, peress li r-rapporteur iqis li l-fużjoni bejn l-Europol u s-CEPOL mhix applikabbli.

Emenda    225

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għal kull sena tat-tliet snin baġitarji wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, talanqas EUR 8 miljuni mill-infiq operazzjonali tal-Europol għandhom ikunu riżervati għat-taħriġ kif deskritt fil-Kapitolu III.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Titneħħa r-referenza kollha dwar is-Cepol, peress li r-rapporteur iqis li l-fużjoni bejn l-Europol u s-Cepol mhix applikabbli.

Emenda    226

Proposta għal regolament

Artikolu 77

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jissostitwixxi u jirrevoka d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u d-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI.

Dan ir-Regolament jissostitwixxi u jirrevoka d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

Referenzi għad-Deċiżjonijiet sostitwiti għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Referenzi għad-Deċiżjoni sostitwita għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Titneħħa r-referenza kollha dwar is-CEPOL, peress li r-rapporteur iqis li l-fużjoni bejn l-Europol u s-CEPOL mhix applikabbli.

Emenda    227

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-miżuri leġiżlattivi kollha li jimplimentaw id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u d-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI huma revokati b'effett mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1. Il-miżuri leġiżlattivi kollha li jimplimentaw id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI huma revokati b'effett mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2. Il-miżuri mhux leġiżlattivi kollha li jimplimentaw id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u d-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi s-CEPOL għandhom jibqgħu fis-seħħ wara [id-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Bord tal-Maniġment tal-Europol fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2. Il-miżuri mhux leġiżlattivi kollha li jimplimentaw id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għandhom jibqgħu fis-seħħ wara [id-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Bord tal-Maniġment tal-Europol fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Titneħħa r-referenza kollha dwar is-CEPOL, peress li r-rapporteur iqis li l-fużjoni bejn l-Europol u s-CEPOL mhix applikabbli.

Emenda    228

Proposta għal regolament

Anness 1 – inċiż 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– abbuż sesswali u esplojtazzjoni sesswali ta' nisa u tfal.

– abbuż sesswali u sfruttament sesswali ta' individwi, speċjalment nisa u tfal.

  • [1]   ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) inħoloq fl-ewwel istanza minn Konvenzjoni, fis-26 ta' Lulju 1995, l-unika għodda disponibbli fil-mument tal-ħolqien tiegħu taħt it-Trattat ta' Maastricht, li kien jeħtieġ ratifikazzjoni tal-Istati Membri kollha biex jidħol fis-seħħ. Tali mekkaniżmu kien jissoponi li kull modifika tal-Konvenzjoni Europol tista' ssir biss permezz ta' "protokoll", strument li kellu jiġi ppreżentat lill-Parlamenti Nazzjonali għar-ratifikazzjoni sussegwenti tiegħu.

Sabiex jittejjeb il-funzjonament tal-Europol, ġew ratifikati tliet protokolli, bejn l-2000 u l-2003. Dawn il-protokolli daħlu fis-seħħ bejn id-29 ta' Marzu u t-18 ta' April 2007. Din kienet proċedura partikolarment twila u kumplessa. Dan juri kemm kien diffiċli, jew kważi mpossibbli, li jiġi adattat malajr il-qafas globali tal-Europol sabiex jindirizza sitwazzjonijiet urġenti li kienu jeħtieġu l-attribuzzjoni ta' kompetenzi ġodda.

L-Europol kien jeħtieġ strument legali regolatorju aktar effettiv li jippermettilu kapaċità ta' rispons aħjar sabiex jiġġieled kontra l-kriminalità li kull darba jkun aktar globalizzat. Permezz tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam, l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija se jorganizza lilu nnifsu mill-ġdid bħala Aġenzija Ewropea, ipprovduta b'baġit u persunal komunitarji. Għal dan l-għan, fis-6 ta' April 2009, il-Kunsill approva d-Deċiżjoni li ħolqot l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, filwaqt li ħassar il-Konvenzjoni Europol ta' qabel.

Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, assuma r-rikonoxximent tad-dritt għall-kodeċiżjoni tal-Parlament Ewropew. L-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeterminaw, permezz ta' Regolament u skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, l-istruttura, l-funzjonament, il-qasam ta' azzjoni u l-kompetenzi tal-Europol.

Il-funzjoni tal-Europol, hekk kif jipprovdi l-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea hija: li tapp'2oġġja u ssaħħaħ l-azzjoni ta' l-awtoritajiet tal-pulizija u servizzi oħrajn ta' l-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri kif ukoll il-koperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot lil żewġ Stati Membri jew iktar, it-terroriżmu u l-forom ta' kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika ta' l-Unjoni. L-Europol jiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u jipprovdi analiżi tar-reati biex jgħin lill-forzi tal-pulizija nazzjonali jwettqu investigazzjonijiet trans-konfinali".

Il-Kunsill Ewropew, fil-"Programm ta' Stokkolma – Ewropa miftuħa u sikura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini" jitlob li l-Europol jevolvi u jsir "ċentru għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, fornitur ta' servizzi u pjattaforma għas-servizzi tal-infurzar tal-liġi". Bl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Programm ta' Stokkolma jista' jwettaq wieħed mill-għanijiet u l-prijoritajiet tiegħu.

Fid-dawl ta':

- L-opinjoni espressa ripetutament mill-maġġoranza tal-Gruppi Politiċi rrappreżentati fil-Parlament Ewropew.

- Il-komunikazzjonijiet orali fl-Uffiċċju Prinċipali Parlamentari u komunikazzjonijiet bil-miktub tal-Presidenti tal-Bordijiet tal-Maniġment tas-Cepol u l-Europol.

- L-opinjonijiet tad-Diretturi tal-Europol u s-Cepol fl-Uffiċċju Prinċipali Parlamentari.

- L-opinjoni tal-maġġoranza tal-Istati Membri espressa fil-Kunsill ĠAI tas-7 ta' Ġunju 2013.

Kollha kemm huma kontra l-fużjoni bejn l-Europol u s-Cepol.

Ir-rapporteur, filwaqt li jqassam l-opinjonijiet ta' referenza, jqis li r-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u t-taħriġ (Europol) li jħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI għandu jirreferi esklużivament għall-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija Europol, u għalhekk id-deroga tista' titqies biss f'din il-proposta leġiżlattiva għad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

Matul l-aħħar għaxar snin, l-UE rat żieda fil-kriminalità serja u organizzata kif ukoll xejriet aktar varji fil-kriminalità. Il-valutazzjoni tal-2013 tal-Europol tat-theddida tal-kriminalità serja u organizzata fl-UE (SOCTA 2013 għall-akronimu tagħha bl-Ingliż) sabet li "il-kriminalità serja u organizzata qiegħda ssir dejjem aktar fenomenu dinamiku u kumpless, u tibqa' ta' theddida sinifikanti għas-sigurtà u l-prosperità tal-UE." L-istudju jinnota wkoll li "l-effetti tal-globalizzazzjoni fuq is-soċjetà u n-negozju ffaċilitaw ukoll il-feġġ ta' varjazzjonijiet sinifikanti ġodda ta' attività kriminali, fejn netwerks kriminali jisfruttaw il-lakuni leġiżlattivi, l-internet, u l-kundizzjonijiet assoċjati mal-kriżi ekonomika biex jiġġeneraw profotti illeċiti b'riskju baxx." L-internet jintuża biex jiġu organizzati u jitwettqu attivitajiet kriminali, billi jservi ta' għodda ta' komunikazzjoni, suq, post ta' reklutaġġ u servizzi finanzjarji. Jiffaċilita wkoll forom ġodda ta' kriminalità ċibernetika, frodi ta' karti ta' pagament kif ukoll id-distribuzzjoni ta' materjal tal-abbuż sesswali fuq it-tfal.

Fir-rigward tal-bidla tal-mod ta' azzjoni tal-kriminalità organizzata fl-Unjoni Ewropea, huwa notevoli li wieħed jinnota li attwalment, il-gruppi tal-kriminalità organizzata jfittxu li jimmassimizzaw i-profitti tagħhom u għalhekk jikkommettu reati multipli bħat-traffikar tal-bniedem, it-traffikar tad-droga u armi tan-nar, reati finanzjarji bħall-korruzzjoni, l-frodi u l-ħasil tal-flus u l-kriminalità ċibernetika. Dawn ir-reati kollha mhux biss jheddu s-sikurezza personali u ekonomika tan-nies li jgħixu fl-Ewropa, iżda jiġġeneraw ukoll profitti kriminali kbar li jssaħħu s-setgħa tan-netwerks kriminali u jċaħħdu lill-awtoritajiet pubbliċi minn dħul tant meħtieġ. It-terroriżmu għadu theddida ewlenija għas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, peress li s-soċjetajiet fl-Ewropa għadhom vulnerabbli għall-attakki terroristiċi.

Il-kriminalità tinsab fil-ħames post fost l-elementi ta' tħassib ewlieni taċ-ċittadini tal-UE. Huma wkoll affettwati mill-kriminalità ċibernetika, li qed tiżdied b'rata mgħaġġla u tista' tnaqqas il-kunfidenza fis-servizzi tal-Internet u tikkawża ħsara sinifikanti lill-ekonomija tal-Unjoni Ewropea. Għal din ir-raġuni, fil-11 ta' Jannar 2013 tneda ċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità Ewropea KE3, taħt l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, bħala strument ta' koordinazzjoni fil-qasam tal-kriminalità ċibernetika.

Għar-raġunijiet kollha msemmija hawn fuq, huwa meħtieġ li jkun hemm Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija effettiv u effiċjenti fil-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni.

2. ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

Il-bażi legali għall-proposta hija l-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3. GĦANIJIET U KONTENUT

Il-proposta mwettqa tiddefinixxi b'mod ċar l-ambitu tal-azzjoni tal-Europol, il-funzjonijiet tiegħu u l-mod kif iwettaq il-kooperazzjoni mal-Istati Membri. Timmira wkoll li:

1. Tallinja l-Europol mar-rekwiżiti tat-Trattat ta' Lisbona billi toħloq il-qafas leġiżlattiv tal-Europol fir-Regolament u billi tintroduċi mekkaniżmu għall-kontroll tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew flimkien mal-Parlamenti Nazzjonali.

2. Ittejjeb il-governanza tal-Europol billi żżid l-effiċjenza tiegħu.

3. Tipprovdi l-Europol b'arkitettura aktar robusta fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta billi tafda s-superviżjoni tal-ipproċessar tad-dejta personali tal-Europol f'idejn il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta b'indipendenza sħiħa.

4. Ittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni.

Ir-Regolament jikseb dawn l-għanijiet kif ġej:

3.1. L-adattament tal-Europol għat-Trattat ta' Lisbona u l-kontroll Parlamentari

Ir-Regolament jiżgura li l-attivitajiet tal-Europol ikunu soġġetti għall-iskrutinju mir-rappreżentanti taċ-ċittadini tal-UE eletti demokratikament. Ir-regoli proposti jsegwu l-linja tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti Nazzjonali.

Dan il-kontroll Parlamentari huwa miġbur speċifikament fl-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament għalkemm jinsab ukoll f'diversi referenzi matul l-artikoli kollha.

Il-mekkaniżmu ta' kontroll tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti Nazzjonali għandu jitwettaq permezz tal-Unità ta' Kontroll Parlamentari bi struttura żgħira u speċjalizzata, iffurmata mill-Kummissjoni kompetenti tal-Parlament Ewropew (LIBE) flimkien ma' rappreżentant tal-Kumitat għall-Intern jew simili għal kull wieħed mill-Parlamenti Nazzjonali tal-Istati Membri. Dan il-kontroll dejjem għandu jitlaqqa' fl-Uffiċju Prinċipali tal-Parlament Ewropew, għandu jissejjaħħ mill-President tal-Kummissjoni kompetenti tal-parlament Ewropew (LIBE) u finalment, għandu jkun kopresedut mill-President tal-Kummissjoni LIBE u r-rappreżentant tal-Parlament nazzjonali Stat Membru tal-presidenza pro-tempore tal-Kunsill.

Għandu jiġi ppreżentat u diskuss quddiem l-Unità ta' Kontroll Paralamentari:

- ir-rapport annwali tal-attivitajiet ikkonsolidat dwar l-attivitajiet tal-Europol,

- il-programm ta' ħidma annwali u pluriennali u

- ir-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar l-attivitajiet ta' superviżjoni tal-Europol.

Barra minn hekk, din l-istess struttura tista' tistieden lill-kandidat maħtur biex isir Direttur Eżekuttiv tal-Europol sabiex jagħmel stqarrija u jirrapporta dwar it-twettiq ta' dmirijiethom.

Fl-Artikolu 53 msemmi hawn fuq jinkludi l-President tal-Bord tal-Maniġment u d-Direttur Eżekuttiv għandhom jidhru quddiem l-Unità ta' Kontroll Parlamentari fuq it-talba tagħha, biex jiddiskutu l-kwistjonijiet relatati mal-Europol. Bl-istess mod, anki l-Parlament Ewropew u l-Parlamenti Nazzjonali għandhom jirċievu, għall-informazzjoni tagħhom, il-valutazzjonijiet tat-theddid, l-analiżi strateġiċi u r-rapporti tas-sitwazzjoni ġenerali marbuta mal-għanijiet tal-Europol kif ukoll ir-riżultati tal-istudji u tal-evalwazzjonijiet kummissjonati mill-Europol.

Dan kollu mingħajr ma jintesa' li l-Parlament Ewropew għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-awtorità baġitarja tiegħu; b'mod partikolari jirċievi u għandhom jiġu ppreżentat fl-Uffiċċju Prinċipali tal-Parlament l-estimi u r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja u japprova l-kwittanza tad-Direttur Eżekuttiv fl-implimentazzjoni tal-baġit.

3.2. Governanza mtejba

Ir-Regolament itejjeb il-governanza tal-Europol, peress li jsaħħaħ l-effiċjenza tiegħu, jissimplifika l-proċeduri, speċjalment fir-rigward tal-Bord tal-Maniġment u d-Direttur Eżekuttiv. Barra minn hekk, sabiex tiżgura l-ħidma tajba tal-Bord tal-Maniġment, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, kull wieħed minnhom għandu jiġi rrappreżentat minn membru.

Minħabba l-effettività u l-effiċjenza operattiva li ntweriet bi snin ta' esperjenza, il-membri tal-Bord tal-Maniġment li kienu jirrappreżentaw lill-Istati Membri se jibqgħu Kapijiet tal-Pulizija ta' kull Stat Membru jew individwi nominati għal kull Stat Membru fuq il-bażi tal-esperjenza tiegħu fil-ġestjoni tal-unitajiet tal-pulizija u l-għarfien tiegħu dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija, bil-possibbiltà li dan jaħtar deputat biex jaġixxi bħala membru sħiħ fl-assenza tiegħu. Fost il-funzjonijiet tal-Bord tal-Maniġment hemm li kull sena jiġi adottat il-programm ta' ħidma għas-sena ta' wara, ix-xogħol pluriennali, il-baġit annwali tal-Ewropol, ir-rapport annwali tal-attivitajiet konsolidat u l-istandards finanzjarji applikabbli għall-Europol. Jenfasizza li għandu jkun responsabbli biex jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv minn lista ta' mill-inqas tliet kandidati proposta minn kumitat magħmul mir-rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Bord tal-Maniġment flimkien ma' żewġ membri oħra tal-Bord tal-Maniġment.

Barra minn hekk, il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza sempliċi, mingħajr eċċezzjoni, li għandha tiffaċilitahom u tipprovdihom b'aktar operattività u aġilità.

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti ta' kuljum tal-Europol, id-Direttur Eżekuttiv huwa r-rappreżentant ġuridiku u l-maniġer tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv huwa kompletament indipendenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u jiżgura li l-Europol qiegħed iwettaq l-kompiti previsti f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mill-preparazzjoni tal-baġit u d-dokumenti tal-ippjanar sottomessi għad-deċiżjoni tal-Bord tal-Maniġment, l-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali tal-Europol u dokumenti oħra ta' ppjanar.

Ir-Regolament jistabbilixxi li l-Unità Nazzjonali tal-Europol hija garanti u difensur tal-interessi nazzjonali fl-Europol, billi żżomm l-Unità Nazzjonali bħala l-punt ta' kuntat bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti, b'hekk tiżgura rwol ċentralizzat u koordinatur tal-kooperazzjoni kollha tal-Istati Membri ma' u permezz tal-Europol, li jiżgura risposta magħquda tal-Istat Membru għall-ħtiġijiet tal-Europol.

3.3. Arkitettura aktar robusta fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta

Jissaħħaħ ir-reġim tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli għall-attivitajiet tal-Europol.

•  Tidher il-figura tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, li għandu indipendenza sħiħa. Għandu kompetenzi importanti bħal jirċievi u jinvestiga l-ilmenti, jimmonitorja u jiżgura l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jagħti parir lill-Europol dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali, iżomm rekord tal-ħidmiet u jivverifika minn qabel l-ipproċessar li ġie nnotifikat bih.

•  Il-proċessar ta' dejta personali dwar vittmi, xhieda, persuni li mhumiex persuni suspettati, u minorenni huwa pprojbit sakemm ma jkunx strettament meħtieġ. Din il-limitazzjoni tapplika wkoll għal dejta li tiżvela l-oriġini razjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjonijiet jew twemmin, is-sħubija fi trejdjunjins u ta' dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali (dejta personali sensittiva). Barra minn hekk, dejta personali sensittiva tista' tiġi pproċessata biss meta din tkun tissupplimenta dejta personali oħra diġà proċessata mill-Europol.

•  L-aċċess mill-Istati Membri għad-dejta personali miżmuma mill-Europol u relata mal-analiżi operazzjonali huwa indirett abbażi ta' sistema hit/no hit. taqbil awtomatizzat jipproduċi "hit" anonima jekk id-dejta miżmuma mill-Istat Membru rikjedenti taqbel ma' dejta miżmuma mill-Europol. Id-dejta jew il-każ personali relatati jiġu pprovduti biss bi tweġiba għal talba ta' segwitu separata.

•  Biex tiżdied it-trasparenza qed jissaħħu d-drittijiet tal-individwi għall-aċċess għal dejta personali miżmuma mill-Europol. L-informazzjoni li l-Europol irid jipprovdi lil individwu li jitlob aċċess għad-dejta tiegħu hija elenkata fir-Regolament.

•  Il-proposta tistabbilixxi standards ċari dwar id-diviżjoni tar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta; speċifikament, l-Europol huwa responsabbli għar-reviżjoni perjodika tal-ħtieġa li tinżamm id-dejta personali.

•  L-obbligu ta' reġistrazzjoni tal-aċċess u dokumentazzjoni huwa estiż, iżda mhux limitat għall-aċċess u issa jkopri firxa usa' ta' attivitajiet tal-iproċessar tad-dejta: ġbir, alterazzjonijiet, aċċess, divulgazzjoni, tgħaqqid u tħassir. Sabiex jiġi żgurat kontroll aħjar tal-użu tad-dejta u aktar ċarezza dwar min kien qed jipproċessaha, ir-Regolament jipprojbixxi l-modifika tar-reġistrazzjonjiet tal-aċċess.

•  Sal-limitu fejn hu meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Europol ikun jista' jipproċessa d-dejta personali minn partijiet privati. Barra minn hekk, l-Europol jista' jirċievi direttament din id-dejta ta' individwi jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-parti privata tippermetti t-trasferiment dirett ta' din id-dejta lill-awtoritajiet tal-pulizija. F'dan il-każ, l-Europol għandu minnufih jgħaddi l-informazzjoni kollha, speċjalment id-dejta ta' natura personali lill-unitajiet nazzjonali kkonċernati.

•  Kwalunkwe individwu jista' jirrikorri għand l-Europol għal kumpens għal proċessar illegali ta' dejta jew azzjoni inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. F'dan il-każ, l-Europol u l-Istat Membru li fih ikun sar id-dannu jkunu responsabbli in solidum (l-Europol abbażi tal-Artikolu 340 tat-Trattat u l-Istat Membru abbażi tal-liġi nazzjonali tiegħu).

•  L-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta jibqgħu madankollu kompetenti għas-superviżjoni tal-input, il-ġbid u kwalunkwe komunikazzjoni lill-Europol ta' dejta personali mill-Istat Membru kkonċernat. Huma jibqgħu wkoll responsabbli biex jeżaminaw jekk tali input, ġbid jew komunikazzjoni jiksrux id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

•  Ir-Regolament jintroduċi elementi ta' "superviżjoni konġunta" tad-dejta trasferita lill-Europol u proċessata minnu. Fi kwistjonijiet speċifiċi li jkunu jeħtieġu l-involviment nazzjonali u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni koerenti ta' dan ir-regolament fl-Unjoni Ewropea kollha, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, filwaqt li jaġixxu fi ħdan il-kompetenzi tagħhom, għandhom jikkooperaw ma' xulxin.

3.4. Titjib fl-iskambju ta' informazzjoni

Ir-Regolament jimmira li jsaħħaħ l-għoti ta' informazzjoni tal-Istati Membri lill-Europol. Dan isir billi jissaħħaħ l-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu lill-Europol b'dejta rilevanti. Dan isir billi tintuża l-Unità Nazzjonali bħala punt a' kuntatt mal-Europol.

Permezz tas-sistema tal-iskambju ta' informazzjoni li jistabbilixxi r-Regolament jinkisbu standards għoljin ta' sigurtà u protezzjoni tad-dejta permezz ta' garanziji proċedurali applikabbli għal kull tip speċifiku ta' informazzjoni. Ir-Regolament jistipula fid-dettall l-għanijiet tal-attivitajiet tal-ipproċessar tad-dejta (kontroverifiki, analiżi strateġiċi jew ta' natura ġenerali oħra, analiżi operazzjonali f'każijiet speċifiċi), is-sorsi tal-informazzjoni u min jista' jaċċessa d-dejta. Jelenka wkoll il-kategoriji tad-dejta personali u tas-suġġetti tad-dejta li d-dejta tagħhom tista' tinġabar għal kull attività ta' proċessar ta' informazzjoni speċifika. Jiżguraw ukoll standards għoljin ta' protezzjoni għas-setgħat attribwiti mir-Regolament lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

4. VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Il-valutazzjoni tal-impatt dwar l-Europol ġiet ibbażata fuq żewġ għanijiet politiċi: li żżid l-informazzjoni li l-Istati Membri jipprovdu lill-Europol u tistabilixxi ambjent ta' proċessar tad-dejta li jippermetti lill-Europol tgħin bis-sħiħ lill-Istati Membri fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu. Fir-rigward tal-ewwel għan ġew ivvalutati żewġ alternattivi ta' politika: (i) kjarifika ta' obbligu legali tal-Istati Membri li jipprovdu dejta lill-Europol, provediment għal inċentivi u mekkaniżmu ta' rappurtar dwar il-prestazzjoni tal-Istati Membri individwali, u (ii) li l-Europol jingħata aċċess għall-bażijiet tad-dejta tal-infurzar tal-liġi nazzjonali rilevanti fuq bażi ta' hit-/no hit. Fir-rigward tal-għan ta' politika dwar l-ambjent tal-ipproċessar tad-dejta ġew ivvalutati żewġ alternattivi ta' politika: (i) il-fużjoni taż-żewġ Reġistri ta' Ħidma ta' Analiżi f'reġistru wieħed u (ii) ambjent ġdid għall-ipproċessar li jistabbilixxi salvagwardji proċedurali għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta b'enfasi partikolari fuq "privatezza integrata fid-disinn".

Skont il-metodoloġija stabbilita tal-Kummissjoni, l-alternattivi kollha ġew evalwati, bl-għajnuna ta' grupp ta' tmexxija bejn is-servizzi, filwaqt li ngħatat attenzjoni għall-impatt fis-sigurtà u fid-drittijiet fundamentali.

Skont il-valutazzjoni, l-implimentazzjoni tagħha se twassal għal aktar effikaċja tal-Europol bħala aġenzija li tipprovdi appoġġ komprensiv lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fl-Unjoni Ewropea.

5. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

L-għadd finali ta' karigi u l-baġit kumplessiv huma soġġetti għall-eżitu kemm ta' analiżi interna mill-Kummissjoni tal-ħtiġijiet tar-riżorsi tal-aġenziji deċentralizzati għall-perjodu 2014-2020 u n-negozjati tal-qafas finanzjarju pluriennali b'kunsiderazzjoni speċjali għal valutazzjoni tal-"ħtiġijiet reali" f'kuntest bħal dan, ikkaratterizzat minn domandi li jikkompetu għal riżorsi baġitarji limitati ħafna u l-obbligu tat-tnaqqis ta' 5 % mill-persunal fl-Aġenziji.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (12.7.2013)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI
(COM(2013)0173 – C7‑0094/2013 – 2013/0091(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni pproponiet Regolament Europol ġdid u li jiġu rrevokati d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill li joħolqu l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL). Dan iwassal biex il-funzjonijiet tas-CEPOL jiġu integrati fil-Europol u li l-operazzjonijiet kollha jiġu kkonċentrati fil-kwartieri eżistenti tal-Europol fl-Aja.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni ta' Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ se tkopri għalhekk il-ħidmiet eżistenti kollha taż-żewġ aġenziji biex tappoġġa l-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi tal-UE, l-iskambju ta' informazzjoni u t-taħriġ.

Il-proposta b'konformità mal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE, imħaddna mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fl-Lulju 2012, iddikjarat li "għandha titqies il-fużjoni ta' aġenziji f'każijiet fejn il-kompiti rispettivi tagħhom ikunu komuni, fejn jistgħu jiġu kkontemplati sinerġiji jew meta l-aġenziji jkunu aktar effiċjenti jekk ikunu parti minn struttura akbar". Anki jekk il-kompiti ewlenin taż-żewġ aġenziji ma jirkbux direttament fuq xulxin, hemm argument b'saħħtu biex dawn jingħaqdu. Il-kombinament tal-għarfien operattiv tal-Europol flimkien mal-għarfien ta' CEPOL fil-qasam tat-taħriġ u l-edukazzjoni se joħloq effetti konsekwenzjali u sinerġiji diretti u indiretti fi ħdan struttura konġunta. B'persunal ta' 43 u b'baġit ta' EUR 8.4 miljun għas-CEPOL hu evidenti aktar li l-gwadann fl-effiċjenza se jkun possibbli fi struttura ikbar bħal dik tal-Europol b'persunal ta' 592 u b'baġit ta' EUR 82.5 miljun, speċjalment fir-rigward ta' kompiti purament amministrattivi. Dan se jirriżulta fir-rilaxx ta' riżorsi għall-kompiti operattivi ewlenin.

ġenziji għandhom jikkonformaw ma' regolamenti speċifiċi bħal-pereżempju r-Regolament Finanzjarju tal-UE, ir-regoli ta' applikazzjoni, ir-Regolament Finanzjarju Qafas applikabbli għal aġenziji ta' deċentralizzati kif ukoll mar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE. B'mod speċjali, aġenziji żgħar iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet biex jikkonformaw ma' dawn ir-regolamenti u jaffrontaw ukoll il-problema ta' għadd kbir u sproporzjonat ta' funzjonijiet amministrattivi meta mqabbla mal-karigi li għandhom x'jaqsmu mal-kompiti reali tal-aġenziji kif definiti fil-mandat tagħhom.

Ir-Rapporteur għalhekk jappoġġa t-twaħħid tal-Europol u s-CEPOL, anki meta titqies is-sitwazzjoni baġitarja diffiċli fis-snin li ġejjin. Madankollu konxja mit-tħassib li tqajjem fir-rigward tar-rwol, fuq perjodu twil ta' żmien, tat-taħriġ fl-istruttura l-ġdida tal-Europol. Għalhekk issuġġerit li jinħolqu linji baġitarji dedikati kemm għall-kooperazzjoni tal-pulizija u għat-taħriġ, li jippermettu li l-awtoritá baġitarja tiddeċiedi fuq ammont ġenerali għat-taħriġ fi ħdan in-nefqa operattiva.

F'każ li l-proċedura leġiżlattiva ma twassalx għat-twaħħid tal-Europol u s-CEPOL, ir-Rapporteur xorta tappoġġa r-rilokazzjoni tas-CEPOL fil-kwartieri tal-Europol fl-Aja, meta jitqies li diġà tħabbar l-għeluq tas-sit ta' Bramshill mill-Gvern tar-Renju Unit. Billi l-implimentazzjoni tal-Iskema ta' Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi Ewropea mis-CEPOL tirrikjedi riżorsi addizzjonali, il-preżenza taż-żewġ aġenziji fl-istess sit tista' eventwalment twassal tal-anqas għal xi ffrankar u ċertament toħloq effetti konsekwenzjali permezz taż-żieda fil-kuntatti bejn il-persunal operattiv u ta' taħriġ.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a. Jisħaq fuq il-fatt li l-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba1 għandu japplika għall-estensjoni tal-mandat tal-Europol; jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva favur tali estensjoni għandha tkun bla ħsara għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali;

 

________________

 

1 ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Emenda    2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rendikont finanzjarju ġdid li jikkunsidra b'mod sħiħ ir-riżultat tal-ftehim leġiżlattiv bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jintlaħqu r-rekwiżiti baġitarji u tal-persunal tal-Europol u possibilment tas-servizzi tal-Kummissjoni;

Emenda    3

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1c (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1c. Ifakkar lill-Istat ospitanti dwar id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati u l-Anness tagħha, iffirmata fid-19 ta' Lulju 2012, b'mod partikulari l-paragrafi 8 u 9 tad-Dikjarazzjoni Konġunta;

Emenda    4

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1d (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1d. Sabiex l-awtorità baġitarja tkun tista' tistabbilixxi allokazzjonijiet separati kemm għall-infurzar tal-liġi kif ukoll għat-taħriġ, jindika li għandu jkun hemm linji baġitarji ddedikati għaż-żewġ kompiti indipendentement mir-riżultat tal-ftehim leġiżlattiv bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill;

Emenda    5

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1e (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1e. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex fid-dikjarazzjoni finanzjarja tagħha tirrifletti l-kompiti l-ġodda tal-Europol, b'mod partikolari ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3), b'konformità mal-Paragrafu 42 tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta' Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati1;

 

_____________

 

1 http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/12/st11/st11450.en12.pdf

Emenda    6

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1f (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1f. Jenfasizza li l-kostijiet tal-istabbiliment m'għandhomx jaqbżu l-iffrankar mistenni ta' fużjoni potenzjali;

Ġustifikazzjoni

B'referenza għall-istudju tal-24 ta' April 2012 dwar l-emenda għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) (p. 116).

Emenda    7

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1g (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1g. Jisħaq fuq il-fatt li l-akkomunament tal-kompitu amministrattiv intern bejn l-aġenziji jista' jkun għażla valida sabiex jinkiseb iffrankar ta' flus; jenfasizza, madankollu, li l-kompiti fundamentali tal-aġenziji bħat-taħriġ jew il-kompiti operattivi m'għandhomx jintlaqtu minn dan l-akkomunament;

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Sabiex l-awtorità baġitarja tkun tista' tistabbilixxi allokazzjonijiet separati kemm għall-infurzar tal-liġi kif ukoll għat-taħriġ, għandu jkun hemm linji baġitarji dedikati għaż-żewġ kompiti.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. nfiq tal-Europol għandu jinkludi r-rimunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u ta' infrastruttura u spejjeż operazzjonali.

5. nfiq tal-Europol għandu jinkludi r-rimunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u ta' infrastruttura u spejjeż operattivi. In-nefqa operattiva għall-attivitajiet relatati mal-Iskema ta' Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi Ewropea li taqa' taħt dan ir-Regolament għandha tiġi indirizzata separatament u għandu jkollha rappurtar baġitarju separat.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għal kull sena tat-tliet snin baġitarji wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, talanqas EUR 8 miljuni mill-infiq operazzjonali tal-Europol għandhom ikunu riżervati għat-taħriġ kif deskritt fil-Kapitolu III.

1. Għal kull sena tat-tliet snin baġitarji wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, talanqas EUR 8 miljuni mill-infiq operattiv tal-Europol għandhom ikunu riżervati għat-taħriġ kif deskritt fil-Kapitolu III u b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 59(5).

PROĊEDURA

Titolu

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u tħassir tad-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI

Referenzi

COM(2013)0173 – C7-0094/2013 – 2013/0091(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

21.5.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

21.5.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jutta Haug

15.4.2013

Data tal-adozzjoni

11.7.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Richard Ashworth, Zuzana Brzobohatá, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Lucas Hartong, Jutta Haug, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Claudio Morganti, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Andrej Plenković, Dominique Riquet, Alda Sousa, Oleg Valjalo, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Da Graça Carvalho, Edit Herczog, Paul Rübig, Catherine Trautmann

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Zdravka Bušić

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (8.10.2013)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI
(COM(2013)0173 – C7‑0094/2013 – 2013/0091(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Inés Ayala Sender

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-Bord tal-Maniġment għandu jingħata s-setgħat meħtieġa, sabiex b'mod partikolari jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji u d-dokumenti tal-ippjanar xierqa, jistabbilixxi proċeduri trasparenti ta' ħidma għat-teħid tad-deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Europol u jadotta r-rapport tal-attività annwali. Għandu jeżerċita l-poteri ta' awtorità li taħtar fil-konfront tal-persunal tal-aġenzija, inkluż id-Direttur Eżekuttiv. Sabiex jiġi rrazzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u biex tissaħħaħ is-superviżjoni amministrattiva u tal-immaniġġjar tal-baġit, il-Bord tal-Maniġment għandu jkun jista' jistabbilixxi Bord Eżekuttiv.

(17) Il-Bord tal-Maniġment għandu jingħata s-setgħat meħtieġa, sabiex b'mod partikolari jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji u d-dokumenti tal-ippjanar xierqa, jadotta miżuri għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u għall-ġlieda kontra l-frodi, kif ukoll jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, jistabbilixxi proċeduri trasparenti ta' ħidma għat-teħid tad-deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Europol u jadotta r-rapport tal-attività annwali. Għandu jeżerċita l-poteri ta' awtorità li taħtar fil-konfront tal-persunal tal-aġenzija, inkluż id-Direttur Eżekuttiv. Sabiex jiġi rrazzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u biex tissaħħaħ is-superviżjoni amministrattiva u tal-immaniġġjar tal-baġit, il-Bord tal-Maniġment għandu jkun jista' jistabbilixxi Bord Eżekuttiv.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-kompiti superfluwi mwettqa mill-Bord Eżekuttiv imqabbla ma' dawk imwettqa diġà mill-Bord tal-Maniġment, ir-rapporteur tikkunsidra li l-Bord Eżekuttiv mhuwiex neċessarju.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Biex titjieb il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-aġenziji, u b'mod partikolari biex jiġu stabbiliti rabtiet bejn id-dejta diġà fil-pussess tal-aġenziji differenti, l-Europol għandu jippermetti lill-Eurojust u lill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) aċċess għal, u li jkunu jistgħu jfittxu fid-dejta disponibbli għand l-Europol.

(23) Biex titjieb il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-aġenziji, l-Europol fejn meħtieġ għandu jaqbel mal-Eurojust u l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) dwar arranġamenti ta' kooperazzjoni fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikoli 13 u 8 tar-Regolament OLAF

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Akkademja tal-Europol għandha tressaq rapport annwali tal-attivitajiet u l-kisbiet tagħha, inkluża ħarsa ġenerali tal-kontijiet annwali tagħha, lill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.

 

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-mandat tal-membri u tal-membri supplenti għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġi estiż. Mal-iskadenza tal-mandat tagħhom jew fil-każ tar-riżenja tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fl-uffiċċju sakemm jiġġeddu l-ħatriet tagħhom jew sakemm jiġu ssostitwiti.

5. Il-mandat tal-membri u tal-membri supplenti għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat għandu jkun rinnovabbli. Mal-iskadenza tal-mandat tagħhom jew fil-każ tar-riżenja tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fl-uffiċċju sakemm jiġġeddu l-ħatriet tagħhom jew sakemm jiġu ssostitwiti.

Ġustifikazzjoni

Dan sabiex il-formulazzjoni tal-kliem tal-proposta tiġi allinjata mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati. (Ara punt 10)

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Kull membru tal-Bord tal-Maniġment għandu jressaq dikjarazzjoni tal-interessi tiegħu jew tagħha fil-bidu tal-mandat tiegħu jew tagħha.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o) jiżgura segwitu xieraq tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF);

(o) jiżgura segwitu xieraq tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti tal-awditjar intern jew estern tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u dawk li joħorġu mill-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), u jgħaddi lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill l-informazzjoni kollha rilevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta' evalwazzjoni;

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) it-tħejjija ta' strateġija kontra l-frodi għall-Europol u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord tal-Maniġiment għall-approvazzjoni;

(h) it-tħejjija ta' strateġija kontra l-frodi u strateġija għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess għall-Europol u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord tal-Maniġiment għall-approvazzjoni;

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a. Kull membru tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jressaq dikjarazzjoni tal-interessi tiegħu jew tagħha fil-bidu tal-mandat tiegħu jew tagħha.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 27a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27a

 

Kooperazzjoni tal-Europol mal-OLAF

 

1. L-Europol għandu jikkoopera mal-OLAF, kif meħtieġ, fi ħdan il-mandat tiegħu li jħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Meta meħtieġ sabiex tiġi faċilitata din il-kooperazzjoni u b'konformitá mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Europol għandu jaqbel mal-OLAF dwar arranġamenti amministrattivi. Tali arranġamenti ta' ħidma jistgħu jikkonċernaw l-iskambju ta' informazzjoni operazzjonali, strateġika jew teknika, inkluż dejta personali u informazzjoni kklassifikata u, fuq talba, rapporti ta' progress.

 

2. L-Europol mingħajr dewmien għandu jgħaddi lill-OLAF kull informazzjoni meqjusa pertinenti u li jkollu fil-pussess tiegħu, marbuta mal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kull attività oħra illegali li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

 

3. L-Europol għandu jinforma fil-ħin lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati b'dawk il-każijiet meta l-informazzjoni pprovduta minnhom tgħaddi mill-Europol għand l-OLAF.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikoli 13 u 8 tar-Regolament OLAF

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-arranġamenti ta' ħidma adottati skont l-Artikolu 31(1).

(b) l-arranġamenti ta' ħidma adottati skont l-Artikolu 31(1), u notifiki ta' każijiet meta d-Direttur Eżekuttiv japplika l-Artikolu 31(2).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol għandhom jiġu adottati mill-Bord tal-Maniġment wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ma għandhomx jitbiegħdu minn [ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas FFR] għajr jekk dan ikun meħtieġ speċifikament għall-operat tal-Europol u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

1. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol għandhom jiġu adottati mill-Bord tal-Maniġment wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ma għandhomx jitbiegħdu minn [ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas FFR] għajr jekk dan ikun meħtieġ speċifikament għall-operat tal-Europol u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel; il-Parlament Ewropew għandu jiġi nnotifikat b'kull devjazzjoni ta' dan it-tip.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Europol għandu jippubblika fuq il-websajt tiegħu lista tal-membri tal-Bord tal-Maniġment, tal-esperti esterni u interni, flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta' interess u l-curricula vitae rispettivi tagħhom. Il-minuti tal-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment għandhom ikunu ppubblikati sistematikament. L-Europol jista' jillimita b'mod temporanju jew permanenti l-pubblikazzjoni ta' dokumenti jekk il-pubblikazzjoni tagħhom tkun tirrappreżenta riskju li tikkompremetti t-twettiq tal-kompiti tal-Europol, filwaqt li jqis l-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 67a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 67a

 

Notifika minn qabel u mekkaniżmu tat-twissija

 

Il-Kummissjoni għandha tattiva sistema ta' twissija jekk ikollha tħassib serju li l-Bord tal-Maniġment ikun wasal biex jieħu deċiżjonijiet li ma jikkonformawx mal-mandat tal-Europol, jiksru l-liġi tal-Unjoni jew ikunu f'kontradizzjoni mal-objettivi tal-politika tal-Unjoni. F'dawn il-każijiet, il-Kummissjoni tqajjem formalment il-kwistjoni mal-Bord tal-Maniġment u titolbu jieqaf milli jadotta d-deċiżjoni kkonċernata. Jekk il-Bord tal- Maniġment jirrifjuta li jikkonforma mar-rikjesta, il-Kummissjoni għandha formalment tinforma lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, bl-għan li jkun hemm rispons rapidu. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Bord tal-Maniġment biex ma jimplimentax id-deċiżjoni kontroversjali sakemm ir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet ikunu għadhom qed jiddiskutu l-kwistjoni.

Ġustifikazzjoni

Ara punt 59 tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Parlamenti nazzjonali u lill-Bord tal-Maniġment.

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Parlamenti nazzjonali u lill-Bord tal-Maniġment. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali kwalunkwe informazzjoni dwar l-evalwazzjoni, jekk mitluba.

Ġustifikazzjoni

Ara punt 63 tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Il-Bord tal-Maniġment għandu jifformula dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw il-proċedura prevista fl-Artikolu 67a u jressaqhom lill-Kummissjoni għal approvazzjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u tħassir tad-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI

Referenzi

COM(2013)0173 – C7-0094/2013 – 2013/0091(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

21.5.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

21.5.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Inés Ayala Sender

1.7.2013

Data tal-adozzjoni

2.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Bogusław Liberadzki, Crescenzio Rivellini

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philip Bradbourn, Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Czesław Adam Siekierski, Barbara Weiler

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

María Auxiliadora Correa Zamora, Spyros Danellis, Wolf Klinz, Gesine Meissner

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (15.10.2013)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI
(COM(2013)0173 – C7‑0094/2013 – 2013/0091(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Alexandra Thein

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

SFOND

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL) beda bħala korp intergovernattiv irregolat minn Konvenzjoni konkluża bejn l-Istati Membri, li daħlet fis-seħħ fl-1999. Bis-saħħa ta' Deċiżjoni tal-Kunsill adottata fl-2009, l-EUROPOL sar aġenzija tal-UE ffinanzjata mill-baġit tal-UE. Ir-rwol tiegħu huwa li jagħti appoġġ lill-azzjoni tas-servizzi nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u lill-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu.

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) ġie stabbilit bħala aġenzija tal-UE fl-2005, u jieħu ħsieb attivitajiet relatati mat-taħriġ ta' uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. Għandu l-għan li jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-forzi tal-pulizija nazzjonali billi jorganizza korsijiet b'dimensjoni ta' pulizija Ewropea.

Sabiex jinkisbu ekonomiji ta' skala u minħabba l-interessi u l-kompiti sovrastanti ta' dawn iż-żewġ aġenziji tal-Komunità, il-fużjoni tagħhom ġiet ikkunsidrata bħala xierqa. Id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Approċċ Komuni għall-aġenziji deċentralizzati tal-UE approvata mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni f'Lulju 2012 tistabbilixxi prinċipji għall-arranġamenti ta' governanza ta' aġenziji bħall-Europol u s-CEPOL. Il-fużjoni tal-EUROPOL u s-CEPOL f'aġenzija waħda, li tkun ibbażata fil-kwartieri ġenerali attwali tal-Europol fl-Aja toħloq sinerġiji importanti u kisbiet fl-effiċjenza.

B'mod parallel u sabiex tiġi indirizzata ż-żieda qawwija fil-kriminalità serja u organizzata fl-Ewropa f'dawn l-aħħar 10 snin, pereżempju, fir-rigward tat-traffikar tal-bnedmin, ta' drogi illegali, u tal-armi tan-nar, il-kriminalità finanzjarja bħall-korruzzjoni, il-frodi u l-ħasil tal-flus, u ċ-ċiberkriminalità, jidher li huwa ta' importanza vitali li l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-kuntatti bejn il-persunal operattiv u tat-taħriġ jittejbu iżjed.

OBJETTIVI

Il-proposta tkopri għadd ta' objettivi:

•  tallinja l-EUROPOL mar-rekwiżiti tat-Trattat ta' Lisbona billi toħloq il-qafas leġiżlattiv tal-EUROPOL fir-regolament u billi tintroduċi mekkaniżmu għall-kontroll tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew flimkien mal-Parlamenti nazzjonali.

•  tistabbilixxi skemi ta' taħriġ u programmi ta' skambju Ewropej għall-professjonisti tal-infurzar tal-liġi rilevanti kollha fil-livell nazzjonali u tal-UE.

•  tagħti lill-EUROPOL responsabbiltajiet ġodda sabiex ikun jista' jipprovdi appoġġ aktar komprensiv lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri. Dan jinkludi li l-EUROPOL jieħu f'idejh il-kompiti attwali tas-CEPOL fil-qasam tat-taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u jiżviluppa Skema ta' Taħriġ dwar l-Infurzar tal-Liġi. Dan jinvolvi wkoll il-possibbiltà li l-EUROPOL jiżviluppa ċentri tal-UE ta' għarfien espert speċjalizzat għall-ġlieda kontra ċerti tipi ta' kriminalità li jaqgħu taħt l-għanijiet tal-EUROPOL, partikolarment iċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità.

•  tiżgura reġim robust għall-protezzjoni tad-dejta għall-EUROPOL, partikolarment biex jiġi żgurat li s-superviżur tal-protezzjoni tad-dejta tal-EUROPOL ikollu indipendenza sħiħa, ikun jista' jaġixxi b'mod effettiv u jkollu biżżejjed setgħat ta' intervent.

•  ittejjeb il-governanza tal-EUROPOL billi tfittex iżjed effiċjenza.

RESPONSABBILTÀ

Permezz tal-allinjament tal-EUROPOL mar-rekwiżiti tat-Trattat ta' Lisbona, u ż-żieda tar-responsabbiltà tiegħu, ir-Regolament futur jiżgura li l-attivitajiet tal-EUROPOL ikunu soġġetti għal skrutinju mir-rappreżentanti eletti b'mod demokratiku taċ-ċittadini tal-UE. Mil-lat prattiku, il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jkunu jistgħu jirċievu informazzjoni permezz ta' rapporti annwali dwar l-attivitajiet u kontijiet finali kull sena, u jkunu jistgħu jirċievu valutazzjonijiet ta' theddid għall-informazzjoni, analiżi strateġika u rapporti dwar is-sitwazzjoni ġenerali, eċċ.

Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew:

•  jissodisfa l-funzjonijiet tiegħu tal-awtorità baġitarja (jirċievi d-dikjarazzjoni tal-estimi, ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja, u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-proċedura ta' kwittanza);

•  jiġi kkonsultat dwar il-programm ta' ħidma pluriennali tal-EUROPOL u jirċievi għall-informazzjoni l-programm ta' ħidma annwali tal-EUROPOL;

•  jista' jistieden lill-kandidat għad-Direttur Eżekuttiv tal-EUROPOL għal seduta quddiem il-kumitat parlamentari kompetenti jew sabiex iwieġeb għall-mistoqsijiet tiegħu dwar il-prestazzjoni tiegħu/tagħha.

Sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jeżerċita l-iskrutinju iżda fl-istess ħin jiżgura l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni operazzjonali, l-EUROPOL u l-Parlament Ewropew jeħtiġilhom jikkonkludu arranġament ta' ħidma dwar l-aċċess għall-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata proċessata mill-EUROPOL jew permezz tiegħu.

L-EUROPOL bħala ċentru għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri. Dan isir billi jissaħħaħ l-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu lill-EUROPOL b'dejta rilevanati. Qed jiġi offrut inċentiv billi tiġi estiża l-possibbiltà għas-servizzi tal-infurzar tal-liġi li jirċievu appoġġ finanzjarju għal investigazzjonijiet transfruntiera f'oqsma oħra minbarra l-qasam tal-iffalsifikar tal-euro. Qed jiddaħħal mekkaniżmu ta' rappurtar għall-monitoraġġ tal-kontribuzzjoni tad-dejta mill-Istati Membri lill-EUROPOL.

TIBDIL MEĦTIEĠ

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, u r-rapporteur tiegħu permezz tal-emendi ssuġġeriti, xtaqu jenfasizzaw b'mod partikolari:

- ir-rwol tal-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali sabiex jiddeterminaw flimkien l-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta' kooperazzjoni interparlamentari effettiva u regolari fl-Unjoni, b'mod speċjali fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fejn l-Unjoni u l-Istati Membri jaqsmu bejniethom il-kompetenzi tagħhom;

- li l-fużjoni tal-Europol mas-CEPOL mhijiex is-soluzzjoni t-tajba għaż-żieda fl-effiċjenza tal-Europol;

- li r-Regoli fis-seħħ dwar il-protezzjoni tad-dejta kif stabbiliti mill-Parlament Ewropew iridu jiġu applikati.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Taqsima

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI

Ġustifikazzjoni

Il-fużjoni tal-Europol mas-CEPOL mhijiex is-soluzzjoni t-tajba għaż-żieda fl-effiċjenza tal-aġenzija. Dawn l-aġenziji huma pjuttost effettivi u l-kooperazzjoni bejniethom qiegħda tikber u diġà qiegħda titjieb sabiex tiżgura s-sikurezza Ewropea. Għall-kuntrarju, fużjoni tal-Europol u s-CEPOL tista' taffettwa l-indipendenza tagħhom, u dan mhuwiex mixtieq. Għaldaqstant it-Titolu tal-proposta għandu jsemmi biss l-Europol.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 88 u l-Artikolu 87(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 88 tiegħu,

Ġustifikazzjoni

Il-fużjoni tal-Europol mas-CEPOL mhijiex is-soluzzjoni t-tajba għaż-żieda fl-effiċjenza tal-aġenzija. Għaldaqstant il-kunsiderazzjoni trid tirreferi biss għall-Artikolu 88 tat-TFUE.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Artikolu 88 tat-Trattat jipprevedi li l-Europol ikun irregolat b'regolament li għandu jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Dan jirrikjedi wkoll l-istabbiliment ta' proċeduri għall-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali. Għaldaqstant, huwa neċessarju li d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI tinbidel b'regolament li jistipula r-regoli dwar l-iskrutinju parlamentari.

(2) L-Artikolu 88 tat-Trattat jipprevedi li l-Europol ikun irregolat b'regolament li għandu jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Dan jirrikjedi wkoll l-istabbiliment ta' proċeduri għall-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali b'konformità mal-Artikolu 12(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, sabiex jittejbu l-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà tal-Europol u ċ-ċittadini Ewropej. Għaldaqstant, huwa neċessarju li d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI tinbidel b'regolament li jistipula r-regoli dwar l-iskrutinju parlamentari.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġu enfasizzati l-għanijiet speċifiċi tal-iskrutinju parlamentari tal-Europol. L-Artikolu 12 tat-TUE jirreferi għall-kontribut attiv tal-parlamenti nazzjonali għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni u l-Protokoll (Nru 1) u l-Artikolu 9 tiegħu jistipulaw li l-parlamenti nazzjonali flimkien mal-Parlament Ewropew huma responsabbli għall-organizzazzjoni u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni interparlamentari fl-Unjoni. Iż-żewġ Artikoli jeħtieġ li jissemmew, peress li jikkostitwixxu liġi Primarja tal-UE li tikkonċerna l-kooperazjoni interparlamentari.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-Kulleġġ tal-Pulizija Ewropew ('CEPOL') ġie stabbilit skont id-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI sabiex jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-forzi tal-pulizija nazzjonali billi jorganizza u jikkoordina attivitajiet ta' taħriġ b'dimensjoni ta' ħidma tal-pulizija Ewropea.

(3) L-Europol, sabiex jippermetti l-missjoni tiegħu, jistabbilixxi wkoll kooperazzjoni speċjali mal-Kulleġġ tal-Pulizija Ewropew (‘CEPOL'), kif stabbilit skont id-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI, sabiex jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-forzi tal-pulizija nazzjonali billi jorganizza u jikkoordina attivitajiet ta' taħriġ b'dimensjoni ta' ħidma tal-pulizija Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Il-fużjoni tal-Europol mas-CEPOL mhijiex is-soluzzjoni t-tajba għaż-żieda fl-effiċjenza tal-aġenzija. Dawn l-aġenziji huma pjuttost effettivi u huwa importanti biss li tiżdied il-kooperazzjoni bejniethom sabiex tiġi żgurata s-sikurezza Ewropea.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Fid-dawl tar-rabtiet bejn il-kompiti tal-Europol u s-CEPOL, l-integrazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-funzjonijiet taż-żewġ aġenziji jsaħħu l-effettività tal-attività operazzjonali, ir-rilevanza tat-taħriġ u l-effiċjenza tal-kooperazzjoni tal-pulizija fl-Unjoni.

(6) Fid-dawl tar-rabtiet bejn il-kompiti tal-Europol u s-CEPOL, kooperazzjoni mill-qrib bejn iż-żewġ aġenziji ssaħħaħ l-effettività tal-attività operazzjonali, ir-rilevanza tat-taħriġ u l-effiċjenza tal-kooperazzjoni tal-pulizija fl-Unjoni. Jekk is-CEPOL ibiddel is-sede tiegħu, huwa rakkomandat li s-sede jkun jinsab qrib l-Europol.

Ġustifikazzjoni

Il-kooperazzjoni mill-qrib tal-Europol mas-CEPOL hija ħafna aktar prevista minflok fużjoni. Għalhekk, sabiex jinkiseb frankar fl-effiċjenza u tiżdied l-effettività, ir-rilokazzjoni tas-sede tas-CEPOL jeħtieġ li tkun stabbilita qrib l-Europol.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI għandhom għalhekk jitħassru u jiġu ssostitwiti b'dan ir-Regolament, li jislet fuq it-tagħlimiet miksuba mill-implimentazzjoni taż-żewġ Deċiżjonijiet. L-Europol kif stabbilit b'dan ir-regolament għandu jissostitwixxi u jassumi l-funzjonijiet tal-Europol u s-CEPOL kif stabbiliti miż-żewġ Deċiżjonijiet imħassra.

(7) Id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b'dan ir-Regolament, li jislet fuq it-tagħlimiet miksuba mill-implimentazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni. L-Europol kif stabbilit b'dan ir-regolament għandu jissostitwixxi u jassumi l-funzjonijiet tal-Europol kif stabbiliti mid-Deċiżjoni mħassra.

Ġustifikazzjoni

Il-fużjoni tal-Europol mas-CEPOL mhijiex is-soluzzjoni t-tajba għaż-żieda fl-effiċjenza tal-aġenzija. Għaldaqstant kwalunkwe referenza għall-Aġenzija CEPOL m'għadhiex meħtieġa.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) Biex jiġi żgurat li l-Europol tkun organizzazzjoni responsabbli u trasparenti bis-sħiħ, huwa meħtieġ, fid-dawl tal-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jiġu stabbiliti proċeduri għall-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew flimkien mal-Parlamenti nazzjonali, fejn titqies kif dovut il-ħtieġa li tiġi ssalvagwardjata l-konfidenzjalità tal-informazzjoni operazzjonali.

(48) Sabiex jiġi rispettat ir-rwol tal-parlamenti fil-Monitoraġġ tal-Ispazju Ewropew ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja u r-responsabbiltajiet politiċi tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew fir-rispett u l-eżerċizzju tas-setgħat rispettivi tagħhom fil-proċess ta' leġiżlazzjoni, huwa meħtieġ li l-Europol tkun organizzazzjoni responsabbli u trasparenti bis-sħiħ. Għal dak l-għan, fid-dawl tal-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għall-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew flimkien mal-Parlamenti nazzjonali b'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni interparlamentari stabbiliti fit-Titolu II tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li titqies kif dovut il-ħtieġa li tiġi ssalvagwardjata l-konfidenzjalità tal-informazzjoni operazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jeżerċitaw kooperazzjoni parlamentari aktar profonda u mill-qrib fil-qasam tal-attivitajiet tal-Europol, il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew flimkien għandhom jiddeterminaw proċeduri speċifiċi skont it-Titolu II tal-Protokoll 1 tat-Trattat ta' Lisbona dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 48a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48a) Is-sorveljanza parlamentari tal-Europol kondiviża mill-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali għandha titwettaq fil-qafas tal-istrutturi interparlamentari eżistenti mtejba bi skambju intensifikat ta' informazzjoni u dispożizzjonijiet għal laqgħat konġunti regolari.

Ġustifikazzjoni

Il-Kelliema tal-Parlamenti tal-UE fil-laqgħa msemmija hawn fuq fi Brussell fl-4 ul-5 ta' April 2011 iddiskutew u qablu dwar l-għamla ta' skrutinju għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57) L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament jissostitwixxi u jissuċċedi l-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u s-CEPOL kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI. Għandu għalhekk ikun suċċessur ġuridiku tal-kuntratti kollha tagħhom, inklużi l-kuntratti tax-xogħol,l-obbligazzjonijiet u l-proprjetajiet miksuba. Ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Europol kif stabbiliti abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u s-CEPOL kif stabbilit abbażi tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI għandhom jibqgħu fis-seħħ, bl-eċċezzjoni tal-ftehim dwar l-uffiċċju prinċipali konkluż mis-CEPOL.

(57) L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament, jissostitwixxi u jissuċċedi l-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI. Għandu għalhekk ikun suċċessur ġuridiku tal-kuntratti kollha tagħhom, inklużi l-kuntratti tax-xogħol,l-obbligazzjonijiet u l-proprjetajiet miksuba. Ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Europol kif stabbiliti abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandhom jibqgħu fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Il-fużjoni tal-Europol mas-CEPOL mhijiex is-soluzzjoni t-tajba għaż-żieda fl-effiċjenza tal-aġenzija. Għaldaqstant kwalunkwe referenza għas-CEPOL m'għadhiex meħtieġa.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58) Sabiex l-Europol ikun jista' jkompli jaqdi l-kompiti tal-Europol kif stabbiliti abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u tas-CEPOL kif stabbiliti abbażi tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI skont l-aħjar ħiliet tiegħu, għandhom jiġu stipulati miżuri tranżizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-Bord tal-Maniġiment, id-Direttur Eżekuttiv u d-delimitazzjoni ta' parti mill-baġit tal-Europol għat-taħriġ għal tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(58) Sabiex l-Europol ikun jista' jkompli jaqdi l-kompiti tal-Europol kif stabbiliti abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI skont l-aħjar ħiliet tiegħu, għandhom jiġu stipulati miżuri tranżizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-Bord tal-Maniġiment, id-Direttur Eżekuttiv u d-delimitazzjoni ta' parti mill-baġit tal-Europol għat-taħriġ għal tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-fużjoni tal-Europol mas-CEPOL mhijiex is-soluzzjoni t-tajba għaż-żieda fl-effiċjenza tal-aġenzija. Għaldaqstant kwalunkwe referenza għas-CEPOL m'għadhiex meħtieġa.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stabbiliment tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi

Stabbiliment tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. B'dan qed tiġi stabbilita Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) biex ittejjeb il-kooperazzjoni reċiproka bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Unjoni Ewropea, biex issaħħaħ u tappoġġja l-azzjonijiet tagħhom kif ukoll tpoġġi fis-seħħ politika Ewropea koerenti għat-taħriġ.

1. B'dan qed tiġi stabbilita Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) biex ittejjeb il-kooperazzjoni reċiproka bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Unjoni Ewropea u ssaħħaħ u tappoġġja l-azzjonijiet tagħhom.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament jissostitwixxi u jissuċċedi l-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u s-CEPOL kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI.

2. L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament jissostitwixxi u jissuċċedi l-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Europol għandu wkoll jassisti, jiżviluppa, iwettaq u jikkoordina attivitajiet ta' taħriġ għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi.

imħassar

Emenda    15

Proposta għal regolament

Kapitolu III - Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kapitolu III

imħassar

KOMPITI RELATATI MAT-TAĦRIĠ GĦALL-UFFIĊJALI TAL-INFURZAR TAL-LIĠI

 

Ġustifikazzjoni

Il-fużjoni tal-Europol mas-CEPOL mhijiex is-soluzzjoni t-tajba għaż-żieda fl-effiċjenza tal-aġenzija. Għaldaqstant kwalunkwe referenza għall-kompiti relatati mat-taħriġ mhijiex meħtieġa.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

imħassar

Akkademja tal-Europol

 

1. Dipartiment fi ħdan l-Europol, imsejjaħ l-Akkademja tal-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament, għandu jappoġġja, jiżviluppa, iwettaq u jikkoordina taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi b'mod partikolari fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar u t-terroriżmu, l-immaniġġjar tal-ordni pubblika b'riskju kbir u avvenimenti sportivi, pjanar strateġiku u l-kmand ta' missjonijiet mhux militari tal-Unjoni, kif ukoll it-tmexxija tal-infurzar tal-liġi u l-ħiliet lingwistiċi u b'mod partikolari għal:

 

(a) sensibilizzazzjoni u l-għarfien ta':

 

(i) strumenti internazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi;

 

(ii) il-korpi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Europol, l-Eurojust u l-Frontex, il-funzjonament u r-rwol tagħhom;

 

(iii) aspetti ġudizzjarji ta' kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u għarfien prattiku dwar l-aċċess għal kanali ta' informazzjoni;

 

(b) jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' kooperazzjoni reġjonali u bilaterali fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi;

 

(c) jindirizza oqsma tematiċi speċifiċi ta' reati jew pulizija fejn taħriġ fil-livell tal-Unjoni jista' jżid il-valur;

 

(d) ifassal kurrikuli komuni speċifiċi għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi biex iħarriġhom għal parteċipazzjoni f'missjonijiet ċivili tal-Unjoni;

 

(e) jappoġġja lill-Istati Membri fl-attivitajiet bilaterali ta' bini ta' kapaċità fl-infurzar tal-liġi f'pajjiżi terzi;

 

(f) iħarreġ lil min iħarreġ u jgħin fit-titjib u l-iskambju tal-aħjar prassi ta' tagħlim.

 

2. L-Akkademja tal-Europol għandha tiżviluppa u regolarment taġġorna l-għodod u l-metodoloġiji tat-tagħlim u tapplikahom f'perspettiva ta' tagħlim matul il-ħajja sabiex jissaħħu l-ħiliet tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. L-Akkademja tal-Europol għandha tevalwa r-riżultati ta' dawk l-azzjonijiet bil-ħsieb li ttejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effikaċja ta' azzjonijiet futuri.

 

Ġustifikazzjoni

Il-fużjoni tal-Europol mas-CEPOL mhijiex is-soluzzjoni t-tajba għaż-żieda fl-effiċjenza tal-aġenzija. Għaldaqstant kwalunkwe referenza għall-kompiti relatati mat-taħriġ mhijiex meħtieġa.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

imħassar

Kompiti tal-Akkademja tal-Europol

 

1. L-Akkademja tal-Europol għandha tħejji analiżi strateġika multiannwali tal-ħtiġijiet tat-taħriġ u programmi ta' tagħlim multiannwali.

 

2. L-Akkademja tal-Europol għandha tiżviluppa u timplimenta attivitajiet ta' taħriġ u prodotti ta' tagħlim li jistgħu jinkludu:

 

(a) korsijiet, seminars, konferenzi, attivitajiet bl-internet u ta' tagħlim-e;

 

(b) kurrikuli komuni ta' sensibilizzazzjoni, tindirizza laguni u/jew tiffaċilita approċċ komuni fir-rigward ta' fenomeni kriminali transfruntieri;

 

(c) moduli ta' taħriġ iggradati skont stadji progressivi jew livelli ta' kumplessità tal-ħiliet meħtieġa mill-grupp rilevanti fil-mira, u ffukati jew fuq reġjun ġeografiku definit jew fuq qasam tematiku speċifiku ta' attività kriminali jew fuq sett speċifiku ta' ħiliet professjonali;

 

(d) programmi ta' skambju u sekondar ta' uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fil-kuntest ta' approċċ ta' taħriġ fuq bażi operazzjonali.

 

3. Sabiex tiġi żgurata politika koerenti tat-taħriġ Ewropew b'sostenn għall-missjonijiet ċivili u l-bini tal-kapaċità f'pajjiżi terzi, l-Akkademja tal-Europol għandha:

 

(a) tivvaluta l-impatt tal-politiki u l-inizjattivi eżistenti tal-Unjoni relatati mat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi;

 

(b) tiżviluppa u tipprovdi taħriġ sabiex tipprepara uffiċjali tal-infurzar tal-liġi mill-Istati Membri għal parteċipazzjoni f'missjonijiet ċivili, inkluż biex tippermettilhom jiksbu ħiliet lingwistiċi rilevanti;

 

(c) tiżviluppa u tipprovdi taħriġ għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari mill-pajjiżi li huma kandidati għall-adeżjoni fl-Unjoni;

 

(d) timmaniġġja fondi tal-Unjoni ddedikati għall-Assistenza Esterna biex tgħin pajjiżi terzi jibnu l-kapaċità tagħhom fl-oqsma ta' politika rilevanti, f'konformità mal-prijoritajiet stabbiliti tal-Unjoni.

 

4. L-Akkademja tal-Europol għandha tippromwovi r-rikonoxximent reċiproku tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri u l-istandards ta' kwalità Ewropej eżistenti relatati.

 

Ġustifikazzjoni

Il-fużjoni tal-Europol mas-CEPOL mhijiex is-soluzzjoni t-tajba għaż-żieda fl-effiċjenza tal-aġenzija. Għaldaqstant kwalunkwe referenza għall-kompiti relatati mat-taħriġ mhijiex meħtieġa.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

imħassar

Riċerka rilevanti għat-taħriġ

 

1. L-Akkademja tal-Europol għandha tikkontribwixxi lejn l-iżvilupp ta' riċerka rilevanti għall-attivitajiet ta' taħriġ koperti minn dan il-Kapitolu.

 

2. L-Akkademja tal-Europol għandha tippromwovi u tistabbilixxi sħubija ma' korpi tal-Unjoni kif ukoll ma' istituti akkademiċi pubbliċi u privati u għandha tħeġġeġ l-ħolqien ta' sħubijiet iktar b'saħħithom bejn l-universitajiet u l-istituti tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri.

 

Ġustifikazzjoni

Il-fużjoni tal-Europol mas-CEPOL mhijiex is-soluzzjoni t-tajba għaż-żieda fl-effiċjenza tal-aġenzija. Għaldaqstant kwalunkwe referenza għall-kompiti relatati mat-taħriġ mhijiex meħtieġa.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta għand il-Parlament Ewropew dwar il-prestazzjoni ta' dmirijietu meta jiġi mistieden jagħmel hekk. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar il-prestazzjoni ta' dmirijietu.

3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta għand il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali dwar il-prestazzjoni ta' dmirijietu u jipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti dwar it-twettiq fil-fażi tat-tħejjija tal-programmi ta' ħidma annwali u waqt il-proċess ta' evalwazzjoni ex post, meta jiġi mistieden jagħmel hekk. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar il-prestazzjoni ta' dmirijietu.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Kapitolu 4 – taqsima 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

TAQSIMA 3

imħassar

KUMITAT XJENTIFIKU GĦAT-TAĦRIĠ

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 20

imħassar

Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ

 

1. Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jkun korp konsultattiv indipendenti li jiżgura u jiggwida l-kwalità xjentifika tal-ħidma tal-Europol dwar it-taħriġ. Għal dan il-għan, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinvolvi lill-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ minn kmieni fit-tħejjija tad-dokumenti kollha msemmija fl-Artikolu 14 sakemm dawn ikunu relatati mat-taħriġ.

 

2. Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jkun magħmul minn ħdax-il (11) persuna tal-ogħla stima akkademika jew professjonali fis-suġġetti koperti mill-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament. Il-Bord tal-Maniġiment għandu jaħtar lill-membri wara sejħa trasparenti għall-applikazzjonijiet u l-proċedura tal-għażla, li tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-membri tal-Bord tal-Maniġment ma għandhomx ikunu membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ. Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandhom ikunu indipendenti. Huma la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi korp ieħor.

 

3. Il-lista tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandha tkun pubblika u għandha tiġi aġġornata mill-Europol fil-websajt tiegħu.

 

4. Il-mandat tal-membri tal-Bord Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jkun ta' ħames snin. Ma għandux jiġi mġedded u l-membri tiegħu jistgħu jitneħħew mill-kariga jekk ma jissodisfawx il-kriterji tal-indipendenza.

 

5. Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jeleġġi l-President u l-Viċi President tiegħu għal terminu ta' ħames snin. Għandu jadotta pożizzjonijiet b'maġġoranza sempliċi. Għandu jitlaqqa' mill-President sa erba' darbiet fis-sena. Jekk meħtieġ, il-President għandu jsejjaħ laqgħat straordinarji fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta' mill-inqas erba' membri tal-Kumitat.

 

6. Id-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv għat-Taħriġ jew ir-rappreżentanti rispettivi tagħhom għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat bħala osservaturi li ma jivvutax.

 

7. Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jkun mgħejjun minn segretarju/a li għandu/ha j/tkun membru tal-persunal tal-Europol magħżul mill-Kumitat u maħtur mid-Direttur Eżekuttiv.

 

8. Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu, b'mod partikolari:

 

(a) jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Viċi Direttur Eżekuttiv għat-Taħriġ fl-abbozzar tal-programm ta' ħidma annwali u dokumenti strateġiċi oħra, biex jiżgura l-kwalità xjentifika tagħhom u l-koerenza tagħhom mal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni għas-settur;

 

(b) jipprovdi opinjoni u pariri indipendenti lill-Bord tal-Maniġment dwar kwistjonijiet marbuta mal-mandat tiegħu;

 

(c) jipprovdi opinjoni u pariri indipendenti dwar l-kwalità tal-kurrikula, il-metodi ta' tagħlim applikati, l-alternattiv ta' tagħlim u l-iżviluppi xjentifiċi;

 

(d) iwettaq kwalunkwe kompitu ieħor ta' konsulenza relatat mal-aspetti xjentifiċi tal-ħidma tal-Europol b'rabta ma' taħriġ fuq talba tal-Bord tal-Maniġment jew mid-Direttur Eżekuttiv jew mill-Viċi Direttur Eżekuttiv għat-Taħriġ.

 

9. Il-baġit annwali tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jiġi allokat taħt intestitura baġitarja individwali tal-Europol.

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Stati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jindikaw, fil-mument tat-trasferiment tal-informazzjoni, kwalunkwe restrizzjoni għall-aċċess jew l-użu, f'termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż rigward it-tħassir jew il-qerda. Fejn il-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir apparenti wara t-trasferiment, huma għandhom jinformaw lill-Europol b'dan. L-Europol għandu jikkonforma ma' dawn ir-restrizzjonijiet.

2. Stati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jindikaw, fil-mument tat-trasferiment tal-informazzjoni, kwalunkwe restrizzjoni għall-aċċess jew l-użu, f'termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż rigward it-tħassir jew il-qerda. Meta jistabbilixxu dawn ir-restrizzjonijiet, kemm jista' jkun possibbli għandhom joqogħdu lura milli jimpedixxu li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fl-eżerċizzju tal-iskrutinju parlamentari skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu IX ta' dan ir-Regolament. Meta l-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir apparenti wara t-trasferiment, huma għandhom jinformaw lill-Europol b'dan. L-Europol għandu jikkonforma ma' dawn ir-restrizzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tiġi kkunsidrata l-Kunfidenzjalità tad-dokumenti li jsiru disponibbli waqt l-iskrutinju Parlamentari.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-President tal-Bord tal-Maniġment u d-Direttur Eżekuttiv għandhom jidhru quddiem il-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali, fuq talba tagħhom biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-Europol, filwaqt li jitqiesu l-obbligi tad-diskrezzjoni u l-kunfidenzjalità.

1. Il-President tal-Bord tal-Maniġment u d-Direttur Eżekuttiv għandhom jidhru quddiem il-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali, fuq talba tagħhom, tal-inqas darbtejn f'sena, biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mad-dokumenti strateġiċi tal-Europol u/jew ir-rapporti ta' evalwazzjoni tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-obbligi tad-diskrezzjoni u l-kunfidenzjalità.

2. L-iskrutinju parlamentari mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali, tal-attivitajiet tal-Europol għandu jiġi eżerċitat skont dan ir-Regolament.

2. L-iskrutinju parlamentari mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali, tal-attivitajiet tal-Europol għandu jiġi eżerċitat skont id-deċiżjonijiet meħuda kemm mill-Parlamenti Ewropej kif ukoll minn dawk nazzjonali.

 

2a. Għal dan il-fini, dak l-iskrutinju għandu jiġi eżerċitat minn korp interparlamentari li fi ħdanu għandhom jiltaqgħu rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fuq bażi regolari u li l-modalitajiet tal-funzjonament tiegħu għandhom jiġu deċiżi bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali mhux iktar tard minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Dak l-iskrutinju għandu jiġi organizzat fil-qafas ta' strutturi interparlamentari eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Il-Kelliema tal-Parlamenti tal-UE fil-laqgħa msemmija hawn fuq fi Brussell tal-4 u l-5 ta' April 2011 iddiskutew u qablu dwar il-forma ta' skrutinju għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol). Il-modalitajiet prattiċi tal-funzjonament ta' dan il-korp Interparlamentari kellhom jiġu stabbiliti b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-fini tal-eżerċizzju ta' skrutinju parlamentari tal-attivitajiet tal-Europol skont l-Artikolu 53, jista' jingħata aċċess għal Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata proċessata mill-Europol jew permezz tiegħu lill-Parlament Ewropew u lir-rappreżentanti tiegħu fuq talba.

1. Għall-fini tal-eżerċizzju ta' skrutinju parlamentari tal-attivitajiet tal-Europol skont l-Artikolu 53, għandu jingħata aċċess għal Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata proċessata mill-Europol jew permezz tiegħu lill-Parlament Ewropew u lir-rappreżentanti tiegħu fuq talba, wara konsultazzjoni mal-fornitur tad-dejta u wara t-tħassir tad-dejta personali.

2. Aċċess għal Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata għandu jkun f'konformità mal-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi kif imsemmi fl-Artikolu 69. Id-dettalji għandhom ikunu regolati b'arranġament dwar l-operat konkluż bejn l-Europol u l-Parlament Ewropew.

2. Aċċess għal Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata għandu jkun f'konformità mal-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2013 dwar ir-regoli li jirregolaw it-trattament ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropew1. Id-dettalji għandhom ikunu regolati b'arranġament dwar l-operat konkluż bejn l-Europol u l-Parlament Ewropew abbażi tal-Anness II tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea.

 

_____________

 

1 Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regoli fis-seħħ dwar il-protezzjoni tad-dejta kif stabbiliti mill-Parlament Ewropew iridu jiġu applikati.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord tal-Maniġiment jista' jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu.

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord tal-Maniġiment għandu, jekk jiġi mistieden, jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu.

Ġustifikazzjoni

L-iskrutinju parlamentari Ewropew fuq id-Direttur Eżekuttuv jeħtieġ li jissaħħaħ fid-dawl ta' dan anke b'regoli ġodda applikabbli għal Aġenziji Ewropej (ENVI) oħra.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Erba' Diretturi Deputati Eżekuttivi, inkluż wieħed responsabbli għat-taħriġ, għandhom jassistu lid-Direttur Eżekuttiv. Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għat-taħriġ għandu jkun responsabbli għall-immaniġġjar tal-Akkademja l-Europol u tal-attivitajiet tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddefinixxi l-kompiti tal-oħrajn.

1. Tliet Deputati Diretturi Eżekuttivi għandhom jassistu lid-Direttur Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddefinixxi l-kompiti tagħhom.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni sabiex tivvaluta, b'mod partikolari, l-impatt, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Europol u l-prassi tal-ħidma tiegħu. L-evalwazzjoni għandha, b'mod partikolari, tindirizza l-possibbiltà tal-ħtieġa li jiġu mmodifikati l-għanijiet tal-Europol, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

1. Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni sabiex tivvaluta, b'mod partikolari, l-impatt, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Europol u l-prassi tal-ħidma tiegħu kif ukoll il-funzjonament tal-mekkaniżmi għall-kontroll tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew flimkien mal-parlamenti nazzjonali. L-evalwazzjoni għandha, b'mod partikolari, tindirizza l-possibbiltà tal-ħtieġa li jiġu mmodifikati l-għanijiet tal-Europol, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Parlamenti nazzjonali u lill-Bord tal-Maniġment.

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport, jekk ikun xieraq akkumpanjat minn proposta għall-emenda ta' dan ir-Regolament, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Parlamenti nazzjonali u lill-Bord tal-Maniġment.

Ġustifikazzjoni

Il-klawżola tal-evalwazzjoni u r-reviżjoni għandha tiġi estiża wkoll għall-mekkaniżmu tal-Europol tal-kontroll parlamentari.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament, għandu jkun is-suċċessur ġuridiku ġenerali fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi minn, obbligazzjonijiet preeżistenti, u l-proprjetajiet akkwistati mill-Europol, kif stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI, u s-CEPOL, kif stabbilit skont id-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI.

1. L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament, għandu jkun is-suċċessur ġuridiku ġenerali fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi, l-obbligazzjonijiet preeżistenti, u l-proprjetajiet akkwistati mill-Europol, kif stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-Direttur Eżekuttiv tas-CEPOL maħtur abbażi tal-Artikolu 11(1) tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI għandu, għall-bqija tal-perjodi li jibqa' tal-mandat tiegħu, jingħata l-funzjonijiet tal-Viċi Direttur Eżekuttiv tat-taħriġ tal-Europol. Il-kondizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tiegħu ma jinbidlux. Jekk il-mandat jintemm wara [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] iżda qabel [id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], għandu jiġu estiż awtomatikament sa sena wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 77

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jissostitwixxi u jirrevoka d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u d-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI.

Dan ir-Regolament jissostitwixxi u jirrevoka d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

Referenzi għad-Deċiżjonijiet sostitwiti għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Referenzi għad-Deċiżjoni sostitwita għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 78

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-miżuri leġiżlattivi kollha li jimplimentaw id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u d-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI huma revokati b'effett mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1. Il-miżuri leġiżlattivi kollha li jimplimentaw id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI huma revokati b'effett mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2. Il-miżuri mhux leġiżlattivi kollha li jimplimentaw id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u d-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi s-CEPOL għandhom jibqgħu fis-seħħ wara [id-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Bord tal-Maniġment tal-Europol fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2. Il-miżuri mhux leġiżlattivi kollha li jimplimentaw id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għandhom jibqgħu fis-seħħ wara [id-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Bord tal-Maniġment tal-Europol fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

PROĊEDURA

Titolu

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u tħassir tad-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI

Referenzi

COM(2013)0173 – C7-0094/2013 – 2013/0091(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

21.5.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

21.5.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Alexandra Thein

27.5.2013

Eżami fil-kumitat

17.6.2013

8.7.2013

16.9.2013

 

Data tal-adozzjoni

14.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfredo Antoniozzi, Andrew Henry William Brons, Zdravka Bušić, Carlo Casini, Andrew Duff, Ashley Fox, Roberto Gualtieri, Zita Gurmai, Gerald Häfner, Stanimir Ilchev, Constance Le Grip, Morten Messerschmidt, Sandra Petrović Jakovina, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, Søren Bo Søndergaard, Rafał Trzaskowski, Luis Yáñez-Barnuevo García

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Elmar Brok, David Campbell Bannerman, Dimitrios Droutsas, Isabelle Durant, Marietta Giannakou, Alain Lamassoure, Andrej Plenković, Alexandra Thein

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edward McMillan-Scott, Elisabeth Morin-Chartier, Michèle Striffler, Catherine Trautmann

PROĊEDURA

Titolu

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u tħassir tad-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI

Referenzi

COM(2013)0173 – C7-0094/2013 – 2013/0091(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.3.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

21.5.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

21.5.2013

CONT

21.5.2013

EMPL

21.5.2013

JURI

21.5.2013

 

AFCO

21.5.2013

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

EMPL

17.4.2013

JURI

15.4.2013

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Agustín Díaz de Mera García Consuegra

26.11.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

7.5.2013

8.7.2013

14.11.2013

30.1.2014

Data tal-adozzjoni

30.1.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Rita Borsellino, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Salvatore Caronna, Philip Claeys, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Svetoslav Hristov Malinov, Nuno Melo, Claude Moraes, Georgios Papanikolaou, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Renate Sommer, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Cashman, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Mariya Gabriel, Stanimir Ilchev, Iliana Malinova Iotova, Ulrike Lunacek, Marian-Jean Marinescu, Jan Mulder, Hubert Pirker, Raül Romeva i Rueda, Joanna Senyszyn

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Pablo Arias Echeverría, Zuzana Brzobohatá, Erik Bánki, Santiago Fisas Ayxela, Jens Geier, María Irigoyen Pérez, Edvard Kožušník, Evelyn Regner, Czesław Adam Siekierski, Bart Staes, Tadeusz Zwiefka

Data tat-tressiq

7.2.2014