RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru
10.2.2014 - (COM(2013)0409 – C7‑0169/2013 – 2013/0187(COD)) - ***I
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: David-Maria Sassoli
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru
(COM(2013)0409 – C7‑0169/2013 – 2013/0187(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0409),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0169/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Kamra tad-Deputati Maltija, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013[1],
– wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0098/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(2) L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM jirrikjedu azzjonijiet regolatorji f'varjetà wiesgħa ta' suġġetti tal-avjazzjoni. L-Aġenzija, fl-appoġġ tagħha lill-Kummissjoni fejn jidħol l-abbozzar ta' regoli tekniċi, għandha tadotta approċċ bilanċjat għar-regolazzjoni tal-attivitajiet differenti abbażi tal-karatteristiki speċifiċi tagħhom, il-livelli aċċettabbli marbuta mas-sikurezza u ta' ġerarkija definita ta' riskji għall-utenti biex tiżgura l-iżvilupp komprensiv u koordinat tal-avjazzjoni. |
(2) L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM jirrikjedu azzjonijiet regolatorji f'varjetà wiesgħa ta' suġġetti tal-avjazzjoni. L-Aġenzija, fl-appoġġ tagħha lill-Kummissjoni fejn jidħol l-abbozzar ta' regoli tekniċi, għandha, filwaqt li tevita l-kunflitti ta' interess, tadotta approċċ bilanċjat'għar-regolazzjoni tal-attivitajiet differenti abbażi tal-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, il-livelli aċċettabbli marbuta mas-sikurezza, is-sostenibbiltà fil-qasam tal-klima u tal-ambjent u 'ġerarkija definita ta' riskji għall-utenti biex tiżgura l-iżvilupp komprensiv u koordinat tal-avjazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3a) Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija u lill-esperti mill-Istati votanti rrappreżentati fil-Bord Amministrattiv. Għandha tqis l-opinjoni espressa minn dawk il-korpi konsultattivi u toqgħod lura milli tadotta att delegat f'każijiet fejn il-maġġoranza tal-esperti u tal-Aġenzija joġġezzjonaw. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din id-dispożizzjoni tippermetti kontroll aktar strett tad-delegazzjoni mogħtija mill-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni u tagħti garanziji dwar l-aċċettabbiltà teknika tal-atti delegati adottati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 3b (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3b) Sabiex tiffaċilita l-ħolqien ta' qafas regolatorju, proporzjonali u sostenibbli bbażat fuq ir-riskju, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi ulterjuri dwar il-ħtieġa li r-Regolament (KE) Nru 216/2008 jiġi adattat għal żviluppi ġodda. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din il-miżura tippermetti proċess ta' leġiżlazzjoni aħjar fil-każ ta' rieżami tar-Regolament. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3c (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3c) L-Aġenzija, bħala ċ-ċentru tas-sistema tal-avjazzjoni tal-Unjoni, għandha taqdi rwol ta' tmexxija wkoll fi ħdan l-istrateġija esterna tal-avjazzjoni tal-Unjoni. B'mod partikolari, bil-għan li tilħaq wieħed mill-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-Aġenzija, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandha tagħti kontribut kbir biex tesporta l-istandards tal-avjazzjoni tal-Unjoni u biex tippromwovi l-moviment tal-prodotti, professjonisti u servizzi ajrunawtiċi tal-Unjoni fid-dinja kollha, sabiex tiffaċilita l-aċċess tagħhom għal swieq ġodda li qed jikbru. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-rwol internazzjonali tal-Aġenzija jeħtieġlu jissaħħaħ. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 3d (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3d) L-għoti ta' ċertifikati u approvazzjonijiet u l-forniment ta' servizzi oħra għandhom rwol essenzjali fil-forniment tas-servizzi mill-Aġenzija lill-industrija, u għalhekk għandhom jikkontribwixxi għall-kompetittività tas-settur ajrunawtiku tal-Unjoni. L-Aġenzija għandha tkun f'pożizzjoni li tirrispondi għad-domanda tas-suq, li tista' tvarja. Konsegwentement, in-numru tal-membri tal-persunal ffinanzjati minn dħul iġġenerat minn ħlasijiet jew imposti għandu jkun adattabbli u m'għandux ikun iffissat fit-tabella tal-persunal. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Jeħtieġ li l-Aġenzija żżomm flessibbiltà reali fir-rigward tal-ġestjoni tal-persunal li jaħdem għall-attività tagħha, marbuta mill-qrib mad-domandi tas-suq. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 3e (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3e) Dan ir-Regolament għandu l-għan li jissodisfa r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 65a tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 billi jneħħi t-trikkib bejn ir-Regolament (KE) Nru 594/2004 u r-Regolament (KE) Nru 216/2008, jadatta dak tal-ewwel għal dan tal-aħħar u jiżgura allokazzjoni ċara tal-kompiti bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Eurocontrol, sabiex il-Kummissjoni tiffoka fuq ir-regolament ekonomiku u tekniku, l-Aġenzija taġixxi bħala l-aġent tagħha fejn jidħlu l-abbozzar u s-sorveljanza tar-regolamentazzjoni teknika u l-Eurocontrol tiffoka fuq il-kompiti operattivi, b'mod partikolari dawk relatati mal-kunċett tal-maniġer tan-netwerk skont ir-Regolament (KE) 550/2004 li fih ġiet stabbilita skema komuni ta' talbiet għall-ħlas għas-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru, inkluż għas-sorveljanza, biex tilħaq aktar trasparenza u kosteffiċjenza għall-benefiċċju tal-utenti tal-ispazju tal-arju. F'dak il-kuntest, u bil-għan li jonqsu l-ispejjeż ġenerali tal-attivitajiet ta' sorveljanza fil-qasam tal-ATM/ANS, jeħtieġ ukoll li l-iskema attwali ta’ talbiet għall-ħlas għas-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru tiġi emendata b'tali mod li tkopri b'mod xieraq il-kompetenzi ta' sorveljanza tal-Aġenzija fil-qasam tal-ATM/ANS. Din l-emenda tiżgura li l-Aġenzija jkollha r-riżorsi meħtieġa biex twettaq il-kompiti ta’ sorveljanza tas-sikurezza assenjati lilha mill-approċċ ta' sistema totali tal-Unjoni fis-sikurezza tal-avjazzjoni, tikkontribwixxi għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru aktar trasparenti, kosteffiċjenti u effikaċi għall-utenti tal-ispazju tal-ajru li jiffinanzjaw is-sistema u tistimula l-forniment ta' servizz integrat. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-prinċipju ta' riżorsi finanzjarji adegwati għar-rwol il-ġdid tal-Aġenzija fil-kompiti ta' sorveljanza tas-sikurezza fir-rigward tal-ATM/ANS għandu jissemma b'mod ċar. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5a) Sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tat-teknoloġiji użati madwar id-dinja kollha, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jinkoraġġixxu approċċ koordinat fil-livell internazzjonali fir-rigward tal-isforzi ta' standardizzazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 6 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(6) Ċerti prinċipji fir-rigward tal-governanza u l-operat tal-Aġenzija għandhom ikunu adattati għall-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE approvati mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni f'Lulju 2012. |
(6) Abbażi ta' analiż każ b'każ, u billi titqies in-natura speċifika tal-Aġenzija, ċerti prinċipji fir-rigward tal-governanza u l-operat tagħha għandhom ikunu adattati għall-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE approvati mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni f'Lulju 2012. B'mod partikolari, il-kompożizzjoni tal-Bord Eżekuttiv għandha tqis l-importanza tal-avjazzjoni fi Stati Membri differenti u tiżgura rappreżentazzjoni xierqa tal-għarfien espert meħtieġ. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Permezz tad-daqs attwali, il-missjonijiet u r-rwol tagħha bħala element ċentrali fis-sistema tas-sikurezza tal-avjazzjoni Ewropea, l-Aġenzija għandha speċifiċità unika. Il-prinċipju ta' analiżi każ b'każ jippermetti li mhux dejjem jiġu segwiti l-adattamenti kollha rrakkomandati fl-Approċċ Komuni. Dan il-ftehim bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea jistqarr li l-ispeċifiċitajiet ta' kull Aġenzija għandhom jitqiesu meta ssir ir-riforma tal-governanza u tal-funzjonament ta' dawn il-korpi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt a Direttiva (KE) Nru 216/2008 Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt h | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Is-sikurezza tal-avjazzjoni għandha tibqa' l-missjoni prijoritarja tal-Aġenzija, anke jekk huwa magħruf li hija responsabbli għal missjonijiet oħra. Għal din ir-raġuni, "is-sikurezza" għandha titpoġġa l-ewwel fil-lista tal-punti msemmija. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 17 – sottopunt f Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 14 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:2008R0216:20130129:MT:HTML) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 18 Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 15 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:2008R0216:20130129:MT:HTML) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 20 – sottopunt b Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 17 – paragrafu 2 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Anke bil-modifiki u bil-kompiti l-ġodda miżjuda, is-sikurezza għandha tibqa' l-missjoni prijoritarja tal-Aġenzija. Dan għandu jkun enfasizzat. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 20 – sottopunt ca (ġdid) Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 17 – paragrafu 2g (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-rwol internazzjonali tal-Aġenzija huwa essenzjali u għandu jiġi msaħħaħ. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 21 Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 29 – sottopunt b Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt c | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għandu jintuża l-isem uffiċjali legali tal-istituzzjonijiet. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 29 – sottopunt e Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 33 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-deċiżjoni li tissospendi d-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minnu għandha konsegwenzi serji fuq il-funzjonament tal-Aġenzija. Għalhekk, jeħtieġ li aktar minn nofs il-membri tal-Bord Amministrattiv jaqblu fuqha. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 31 – inċiż 1 Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 37 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Skont l-Approċċ Komuni, il-Punt 13. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 32 Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 37a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li jiġu żgurati l-ftuħ u t-trasparenza għal kull Stat Membru meta jittieħdu deċiżjonijiet fil-Bord Amministrattiv tal-EASA. L-Istati Membri kollha ddelegaw kompiti lill-Aġenzija sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom bħala firmatarji tal-Konvenzjoni ta' Chicago u jeħtieġu li jkunu kapaċi jassiguraw ruħhom li dawn l-obbligi tal-ICAO qed jiġu sodisfatti b'mod effikaċi u effiċjenti. Assigurazzjoni bħal din ikun diffiċli li tinkiseb permezz ta' Bord Eżekuttiv elett. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 35 Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 39a – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fid-dawl tar-rwol tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur u bħala awtorità baġitarja, jeħtieġ li jsiru tali dikjarazzjoni u tali skambju tal-fehmiet mal-kumitat kompetenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 35 Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 3a – paragrafu 39 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 35 Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 39a – paragrafu 5 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fid-dawl tar-rwol tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur u bħala awtorità baġitarja, jeħtieġ li jsiru tali dikjarazzjoni u tali skambju tal-fehmiet mal-kumitat kompetenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 35 Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 39b – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-organizzazzjoni tal-Aġenzija ma tiġġustifikax numru mhux limitat ta' Viċi Diretturi Eżekuttivi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 41 Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt f | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 41 Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dan jippermetti li l-Aġenzija tirċievi għotjiet skont l-Atikolu 7 tar-Regolament Finanzjarju Qafas ġdid. Dawn l-għotjiet jikkostitwixxu parti indispensabbli tal-baġit tal-Aġenzija, u jippermettulha twettaq proġetti varji relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni, primarjament ma' pajjiżi terzi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1a (ġdid) Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 61a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda toffri l-bażi ġuridika sabiex l-Aġenzija timplimenta ġabra kompleta ta' regoli biex jiġu ġestiti u evitati l-kunflitti ta' interess. Il-korpi ta' tmexxija tal-Aġenzija għandhom ikunu responsabbli mill-iżvilupp u mill-implimentazzjoni ta' din il-politika filwaqt li jqisu l-partikolaritajiet tal-Aġenzija, sabiex jiksbu l-aħjar għarfien tekniku kif ukoll l-informazzjoni sensittiva, klassifikata u kummerċjali li tista' tkun involuta. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 43 – sottopunt da (ġdid) Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 64 – paragrafu 6 (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Jeħtieġ li l-Aġenzija żżomm flessibbiltà reali fir-rigward tal-ġestjoni tal-persunal li jaħdem f'attività marbuta mill-qrib mad-domandi tas-suq. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 46 Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 65b – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din id-dispożizzjoni tippermetti kontroll aktar strett tad-delega mogħtija mill-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1a (ġdid) Regolament (KE) Nru 216/2008 Artikolu 65d (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din il-miżura tippermetti proċess ta' leġiżlazzjoni ta' kwalità ogħla. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 49 Regolament (KE) Nru 216/2008 Anness V – punt 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
- [1] Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru huwa parti mill-istess pakkett tal-Ajru Uniku Ewropew u jindirizza l-kwistjoni relatata mas-sikurezza tal-ajru u mas-setgħat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.
Huwa regolament importanti ħafna għal żewġ raġunjiet: l-ewwel minħabba l-adattament għar-regoli l-ġodda tal-Ajru Uniku Ewropew, u t-tieni minħabba r-riforma fil-governanza, imfassla biex timplimenta l-ftehim istituzzjonali dwar l-Aġenziji Ewropej iffirmat f'Lulju 2012.
Skont dan il-ftehim, il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar Approċċ Komuni dwar l-Aġenziji Ewropej. Huwa ftehim li, għalkemm ma jorbotx legalment, huwa bbażat fuq approċċ ‘każ b'każ', u jagħmel progress fuq ħafna aspetti (l-istabbiliment tal-Aġenziji, l-għażla tal-kwartieri ġenerali, il-governanza, il-funzjonament, l-użu tar-riżorsi jew tal-mekkaniżi ta' kontroll).
L-għan prinċipali ta' dan ir-regolament huwa li jistabbilixxi u jżomm livell għoli u uniformi tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa u jistabbilixxi l-istruttura (il-governanza) tal-Aġenzija għall-Avjazzjoni Ewropea.
Ir-regolament japplika, skont l-Artikolu 1, għad-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni, u aspetti operattivi oħra ta' prodotti ajrunawtiċi, għall-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn u l-manutenzjoni, għall-persunal involut f'operazzjonijiet tat-titjir, għad-disinn, il-manutenzjoni tal-ajruporti u l-persunal involut u, finalment, għall-ġestjoni tat-traffiku tal-arju u għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ATM/ANS) (servizzi tat-traffiku tal-ajru, servizzi ta' meteoroloġija ajrunawtika, servizzi ta' informazzjoni ajrunawtika, servizzi ta' komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza).
It-test jista' jinqasam f'żewġ partijiet:
– fl-ewwel parti, teknika, jiġu stabbiliti sensiela sħiħa ta' definizzjonijiet, prinċipji, regoli u kategoriji ta' organizzazzjonijiet responsabbli għas-sikurezza tal-avjazzjoni, sabiex jiġu stabbiliti kriterji u standards Ewropej ta' sikurezza;
– fit-tieni parti, iddedikata għall-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA), jiġu stabbiliti r-regoli dwar il-governanza tal-Aġenzija u s-setgħat tagħha.
Fir-rigward tal-ewwel parti, ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li l-kwistjoni tas-sikurezza tista' tkun imsaħħa billi l-livelli ta' sikurezza fiċ-ċertifikazzjoni tal-komponenti, tal-inġenji tal-ajru u tal-partijiet tekniċi u t-taħriġ tal-piloti u l-membri tal-ekwipaġġ jinżammu għolja.
Huwa importanti li dawn iċ-ċertifikati jibqgħu jinħarġu minn korpi kwalifikati u li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u l-awtoritajiet ajrunawtiċi nazzjonali sabiex dawn il-kwistjonijiet ikunu kkoordinati bl-aħjar mod possibbli.
L-Istati Membri wkoll għandhom rwol importanti f'dan il-qasam, u jistgħu jieħdu azzjoni immedjata hekk kif tiġi identifikata kwistjoni ta' sikurezza fir-rigward ta' xi aspett minn dan ir-regolament (prodott, persuna, organizzazzjoni).
Fir-rigward tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru (ATM/ANS), ir-rapporteur jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-disinn, mal-manifattura u mal-manutenzjoni tas-sistemi u l-kostitwenti tal-ATM/ANS li s-sikurezza tiddependi minnhom.
It-tieni parti tar-regolament tistabbilixxi r-regoli dwar il-governanza tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Ajru. L-EASA hija fil-fatt l-organu li jikkontrolla s-settur ajrunawtiku tal-Unjoni Ewropea.
Is-settur tal-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa għadu sal-lum il-ġurnata frammentat ħafna. Bl-istabbiliment tal-Aġenzija (fil-15 ta' Lulju 2012) l-Istati Membri tal-UE qablu fuq l-għan li jippromwovu mudell regolatorju komuni Ewropew, li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni u tar-regoli dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni.
L-Aġenzija, minħabba l-kompiti tagħha u l-impatt li dawn għandhom fuq l-Istati Membri, hija waħda mill-akbar Aġenziji Ewropej u għandha l-aktar kompetenzi tekniċi kumplessi.
Il-Kummissjoni Ewropea riedet tidentifika u tiddistingwi bejn is-setgħat tal-EASA u dawk tal-Eurocontrol, billi tistabbilixxi li l-EASA għandha tikkonċentra fuq l-abbozzar u s-sorveljanza tar-regolamentazzjoni teknika, filwaqt li l-Kummissjoni għandha tikkonċentra fuq ir-regolamentazzjoni ekonomika u l-Eurocontrol fuq il-kompiti operattivi.
Madankollu, huwa neċessarju li t-tisħiħ tas-setgħat u tal-effikaċja tal-Aġenzija ma jkunx ta' detriment għas-sikurezza fis-settur tal-avjazzjoni. Din fil-fatt għandha tibqa' l-missjoni prijoritarja tal-Aġenzija.
Barra minn dan, il-Kummissjoni, dejjem fl-ambitu ta' dan il-ftehim, tipproponi li tibdel l-isem tal-Aġenzija minn EASA (Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni) għal Aġenzija għall-Avjazzjoni.
Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li huwa importanti li l-aspett ta' ‘sikurezza' jibqa' ankrat fis-sod mar-rwol u mal-isem tal-Aġenzija. Għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma tneħħix il-kelma ‘sikurezza' mill-isem tal-Aġenzija, għaliex s'issa din kienet karrateristika li tidentifikaha.
Fl-aħħar, huwa importanti li wieħed jifhem x'inhu r-rwol li għandha tkopri l-Aġenzija fix-xena internazzjonali. Huwa ċar li l-għoti tas-setgħat kollha fuq l-avjazzjoni lill-Aġenzija jfisser li hemm bżonn li jsir ħsieb fuq ir-rwol tal-Aġenzija fuq livell internazzjonali.
L-Aġenzija, attwalment, għandha relazzjonijiet bilaterali ma' xi pajjiżi importanti fid-dinja (il-Kanada, Singapor, l-Iżrael) li jikkonsistu fl-iskambju ta' informazzjoni (pereżempju fir-rigward tal-kumpaniji tal-linji tal-ajru dinjija li jinsabu mniżżla fuq "listi suwed") u skambju ta' prattiki tajba.
Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li huwa importanti li jkompli jsir progress fuq din il-linja, bil-għan li s-sikurezza tal-ajru tkompli tikber dejjem aktar u li jinżammu relazzjonijiet internazzjonali effikaċi fis-settur tal-avjazzjoni.
Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li t-tisħiħ tar-rwol tal-EASA jista' jwassal għall-ħolqien ta' organu kompetenti u rikonoxxut fuq livell dinji.
Madankollu, huwa importanti li jkun żgurat li l-kompetenzi l-ġodda li ħa jiżdiedu mal-kompiti tal-Aġenzija ma jinvolvux żieda fil-baġit tagħha, għaliex dan jerġa' jifatħ il-kwistjoni u magħha sensiela sħiħa ta' mistoqsijiet relatati mal-baġit tal-Aġenziji Ewropej.
Għalhekk ikun importanti li, kull meta jkun neċessarju, jinstabu strumenti esterni li jistgħu jgħinu fit-tkabbir tal-baġit tal-Aġenzija bil-għan li jippermettulha timplimenta s-setgħat il-ġodda assenjati lilha.
L-idea tar-rapporteur, wara li sema' lill-partijiet interessati ewlenin tal-avjazzjoni Ewropea u lil ħafna fost dawk li jiġu affettwati b'dan ir-regolament, hija li l-parti tar-regolament li tirrigwarda s-sikurezza ma għandhiex tiġi emendata, peress li l-partijiet interessati kollha tawh garanziji suffiċjenti dwar l-effikaċja tar-regoli proposti.
Madankollu, ir-rapporteur jieħu pożizzjoni differenti rigward ir-rwol tal-Aġenzija.
L-isfida vera tar-regolament hija li jidentifika r-rwol il-ġdid tal-Aġenzija u jifhem id-direzzjoni futura li għandha tieħu.
Għalhekk, ir-rapporteur identifika numru ta' punti, partikolarment rigward ir-rwol tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija u dak tal-Bord Eżekuttiv, bil-għan li jiġi rispettat il-ftehim interistituzzjonali l-ġdid dwar l-Aġenziji u biex jiġi żgurat li l-Parlament ikollu rwol importanti fil-monitoraġġ tax-xogħol tal-Aġenzija.
Huwa importanti wkoll li tinstab formulazzjoni tajba dwar l-istruttura tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Aġenzija biex l-ebda pajjiż ma jkun f'vantaġġ jew fi żvantaġġ meta mqabbel ma' pajjiżi oħra u biex l-Istati Membri kollha jkunu rappreżentati.
Ir-rapporteur jagħraf li din hija opportunità importanti għall-Parlament biex jiddeċiedi liema rwol internazzjonali jagħti lill-Aġenzija, bil-ħsieb li jsir tqassim mill-ġdid tas-setgħat fl-ambitu tal-avjazzjoni Ewropea u dinjija.
Fir-rigward tal-atti delegati, ir-rapporteur jaqbel mal-implimentazzjoni ta' tali atti, li prinċipalment għandhom x'jaqsmu ma' aspetti tekniċi mhux essenzjali li jeħtiġilhom jiġu aġġornati regolarment biex ilaħħqu mal-iżviluppi tekniċi internazzjonali.
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru |
||||
Referenzi |
COM(2013)0409 – C7-0169/2013 – 2013/0187(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
11.6.2013 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 1.7.2013 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
David-Maria Sassoli 10.7.2013 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
14.11.2013 |
20.1.2014 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
30.1.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
28 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Saïd El Khadraoui, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Dominique Riquet, David-Maria Sassoli, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Artur Zasada |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Phil Bennion, Spyros Danellis, Michel Dantin, Rosa Estaràs Ferragut, Michael Gahler, Bernadette Vergnaud, Janusz Władysław Zemke |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Charalampos Angourakis, Jens Geier |
||||
Data tat-tressiq |
10.2.2014 |
||||