RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni

12.2.2014 - (COM(2013)0048 – C7‑0035/2013 – 2013/0027(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Andreas Schwab
Rapporteurs għal opinjoni (*):
Pilar del Castillo Vera, Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,
Carl Schlyter, Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2013/0027(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0103/2014
Testi mressqa :
A7-0103/2014
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni

(COM(2013)0048 – C7‑0035/2013 – 2013/0027(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0048),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0035/2013),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Mejju 2013[1],

–       wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2013 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà: Ċiberspazju miftuħ u sikur[2],

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0103/2014),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Is-sistemi u s-servizzi tan-netwerks u tal-informazzjoni jaqdu rwol importanti ħafna fis-soċjetà. L-affidabbiltà u s-sigurtà tagħhom huma essenzjali għall-attivitajiet ekonomiċi u l-benesseri soċjali, u b’mod partikolari għall-funzjonament tas-suq intern.

(1) Is-sistemi u s-servizzi tan-netwerks u tal-informazzjoni jaqdu rwol importanti ħafna fis-soċjetà. L-affidabbiltà u s-sigurtà tagħhom huma essenzjali għal-libertà u s-sigurtà ġenerali taċ-ċittadini tal-Unjoni kif ukoll għall-attivitajiet ekonomiċi u l-benesseri soċjali, u b’mod partikolari għall-funzjonament tas-suq intern

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-kobor u l-frekwenza ta’ inċidenti deliberati jew aċċidentali ta’ sigurtà qegħdin jiżdiedu u jirrappreżentaw theddida kbira għall-funzjonament tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni. Inċidenti bħal dawn jistgħu jxekklu l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi, jiġġeneraw telf finanzjarju sostanzjali, jimminaw il-fiduċja tal-utenti u jikkawżaw ħsara kbira fl-ekonomija tal-Unjoni.

(2) Il-kobor, il-frekwenza u l-impatt ta’ inċidenti ta’ sigurtà qegħdin jiżdiedu u jirrappreżentaw theddida kbira għall-funzjonament tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni. Dawk is-sistemi jistgħu jsiru wkoll mira faċli għall-azzjonijiet deliberatament dannużi bil-ħsieb li jikkawżaw ħsara jew jinterrompu t-tħaddim tas-sistemi. Inċidenti bħal dawn jistgħu jxekklu l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi, jiġġeneraw telf finanzjarju sostanzjali, jimminaw il-fiduċja tal-utenti u tal-investituri u jikkawżaw ħsara kbira fl-ekonomija tal-Unjoni u, fl-aħħar mill-aħħar jipperikolaw il-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-kapaċità tal-Istati Membri li jipproteġu lilhom infushom u jiżguraw is-sigurtà ta' infrastrutturi kritiċi.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) Peress illi l-kawżi komuni ta' ħsarat fis-sistema jibqgħu mhux intenzjonati, bħal kawżi naturali jew żball uman, l-infrastruttura għandha tkun kapaċi tiflaħ għal ħsarat kemm intenzjonati kif ukoll mhux intenzjonati, u l-operaturi ta' infrastruttura kritika għandhom ifasslu sistemi bbażati fuq il-flessibbiltà.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni li jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni u l-iskoperta u r-rispons ikkoordinati rigward is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni (“NIS”). Biex dak il-mekkaniżmu jkun effettiv u inklużiv, huwa essenzjali li l-Istati Membri kollha jkollhom kapaċitajiet minimi u strateġija li tiżgura livell għoli tal-NIS fit-territorju tagħhom. Rekwiżiti minimi ta’ sigurtà għandhom japplikaw ukoll għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi ta’ infrastruttura kruċjali tal-informazzjoni sabiex jippromovu kultura ta’ ġestjoni tar-riskju u jiżguraw li l-inċidenti l-aktar serji jiġu rrapportati.

(4) Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni li jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni u l-prevenzjoni, l-iskoperta u r-rispons ikkoordinati rigward is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni (“NIS”). Biex dak il-mekkaniżmu jkun effettiv u inklużiv, huwa essenzjali li l-Istati Membri kollha jkollhom kapaċitajiet minimi u strateġija li tiżgura livell għoli tal-NIS fit-territorju tagħhom. Rekwiżiti minimi ta’ sigurtà għandhom japplikaw ukoll tal-anqas għal ċerti operaturi tas-suq ta’ infrastruttura tal-informazzjoni sabiex jippromovu kultura ta’ ġestjoni tar-riskju u jiżguraw li l-inċidenti l-aktar serji jiġu rrapportati. Il-kumpaniji elenkati fuq is-swieq tal-ekwità għandhom jiġu mħeġġa jippubblikaw l-inċidenti fir-rapporti finanzjarji tagħhom fuq bażi volontarja. Il-qafas legali għandu jkun ibbażat fuq il-ħtieġa li jiġu ssalvagwardati l-privatezza u l-integrità taċ-ċittadini. In-Netwerk ta’ Informazzjoni ta’ Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN) għandu jiġi estiż għall-operaturi tas-suq koperti minn din id-Direttiva.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Filwaqt li l-amministrazzjonijiet pubbliċi, minħabba l-missjoni pubblika tagħhom, għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta fil-ġestjoni u l-protezzjoni tas-sistemi tagħhom tan-netwerks u tal-informazzjoni, din id-Direttiva għandha tiffoka fuq infrastruttura kruċjali essenzjali għaż-żamma ta’ attivitajiet ekonomiċi u soċjetali vitali fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport, il-banek, l-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji jew is-saħħa. L-iżviluppaturi tas-softwer u l-manifatturi tal-ħardwer għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b) Il-kooperazzjoni u l-koordinament bejn l-awtoritajiet rilevanti Ewropej u r-Rappreżentant Għoli/il-Viċi President, bir-responsabbiltà għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u għall-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, kif ukoll il-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu għandhom ikunu garantiti fil-każijiet kollha fejn ir-riskji jistgħu jitqiesu li huma ta' natura esterna u terroristika.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-kapaċitajiet eżistenti mhumiex suffiċjenti biżżejjed sabiex jiżguraw livell għoli tal-NIS fl-Unjoni. L-Istati Membri għandhom livelli differenti ħafna ta’ tħejjija li jwasslu għal approċċi frammentati madwar l-Unjoni. Dan iwassal għal livelli differenti ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u tan-negozji, u jdgħajjef il-livell ġenerali tal-NIS fl-Unjoni. Nuqqas ta’ rekwiżiti minimi komuni fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq min-naħa tiegħu jagħmilha impossibbli li jitwaqqaf mekkaniżmu globali u effettiv għal kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

(6) Il-kapaċitajiet eżistenti mhumiex suffiċjenti biżżejjed sabiex jiżguraw livell għoli tal-NIS fl-Unjoni. L-Istati Membri għandhom livelli differenti ħafna ta’ tħejjija li jwasslu għal approċċi frammentati madwar l-Unjoni. Dan iwassal għal livelli differenti ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u tan-negozji, u jdgħajjef il-livell ġenerali tal-NIS fl-Unjoni. Nuqqas ta’ rekwiżiti minimi komuni fuq l-operaturi tas-suq min-naħa tiegħu jagħmilha impossibbli li jitwaqqaf mekkaniżmu globali u effettiv għal kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni. L-universitajiet u ċ-ċentri tar-riċerka għandhom rwol deċiżiv fil-promozzjoni tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni f'dawn l-oqsma u għandhom jingħataw finanzjament adegwat.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Għalhekk rispons effettiv għall-isfidi tas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni jeħtieġ approċċ globali fil-livell tal-Unjoni li jkopri rekwiżiti minimi komuni ta’ bini ta’ kapaċità u ppjanar, skambju tal-informazzjoni u koordinazzjoni tal-azzjonijiet, u rekwiżiti minimi komuni ta’ sigurtà għall-operaturi tas-suq kollha u l-amministrazzjonijiet pubbliċi.

(7) Għalhekk rispons effettiv għall-isfidi tas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni jeħtieġ approċċ globali fil-livell tal-Unjoni li jkopri rekwiżiti minimi komuni ta’ bini ta’ kapaċità u ppjanar, żvilupp ta’ ħiliet suffiċjenti fil-qasam taċ-ċibersigurtà skambju tal-informazzjoni u koordinazzjoni tal-azzjonijiet, u rekwiżiti minimi komuni ta’ sigurtà. Għandhom jiġu applikati standards minimi komuni skont rakkomandazzjonijiet xierqa mill-Gruppi ta’ Koordinament taċ-Ċibersigurtà (CSGC).

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li kull Stat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura l-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà essenzjali tiegħu, jissalvagwardja l-politika pubblika u s-sigurtà pubblika, u jippermetti l-investigazzjoni, l-iskoperta u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali. Skont l-Artikolu 346 tat-TFUE, l-ebda Stat Membru m’għandu jkun obbligat li jipprovdi informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqisha kuntrarju għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.

(8) Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li kull Stat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura l-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà essenzjali tiegħu, jissalvagwardja l-politika pubblika u s-sigurtà pubblika, u jippermetti l-investigazzjoni, l-iskoperta u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali. Skont l-Artikolu 346 tat-TFUE, l-ebda Stat Membru m’għandu jkun obbligat li jipprovdi informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqisha kuntrarju għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu. L-ebda Stat Membru ma għandu l-obbligu li jiżvela informazzjoni klassifikata tal-UE skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2011/292/UE), informazzjoni soġġetta għal ftehimiet ta' kunfidenzjalità jew ftehimiet informali ta' kunfidenzjalità, bħall-Protokoll dwar id-Dwal tat-Traffiku.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara t-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali fl-ambitu ta’ din id-Direttiva.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Biex jikseb u jżomm livell għoli komuni ta’ sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni, kull Stati Membru għandu jkollu strateġija nazzjonali dwar il-NIS li tiddefinixxi l-għanijiet strateġiċi u l-azzjonijiet politiċi konkreti li għandhom ikunu implimentati. Jeħtieġu li jiġu żviluppati pjanijiet ta’ kooperazzjoni tal-NIS fil-livell nazzjonali li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali sabiex jintlaħqu livelli ta’ rispons ta’ kapaċità li jippermettu kooperazzjoni effettiva u effiċjenti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni f’każ ta’ inċidenti.

(9) Biex jikseb u jżomm livell għoli komuni ta’ sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni, kull Stati Membru għandu jkollu strateġija nazzjonali dwar il-NIS li tiddefinixxi l-għanijiet strateġiċi u l-azzjonijiet politiċi konkreti li għandhom ikunu implimentati. Jeħtieġu li jiġu żviluppati pjanijiet ta’ kooperazzjoni tal-NIS fil-livell nazzjonali li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali, abbażi ta’ rekwiżiti minimi stabbiliti f’din id-Direttiva, sabiex jintlaħqu livelli ta’ rispons ta’ kapaċità li jippermettu kooperazzjoni effettiva u effiċjenti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni f’każ ta’ inċidenti li jirrispettaw u jipproteġu l-ħajja privata u d-dejta personali. Kull Stat Membru għaldaqstant għandu jiġi obbligat jilħaq standards komuni dwar il-format tad-dejta u l-possibilità għal skambju tad-dejta li għandha tiġi kondiviża u evalwata. L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) fl-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali tal-NIS tagħhom, abbażi ta’ pjan dettaljat ta’ strateġija ta’ NIS minima komuni.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a) Fid-dawl tad-differenzi fl-istrutturi nazzjonali ta’ governanza u sabiex jiġu salvagwardjati arranġamenti settorjali jew korpi superviżorji u regolatorji tal-Unjoni diġà eżistenti u biex jiġi evitat xogħol doppju, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jaħtru aktar minn awtorità nazzjonali kompetenti waħda responsabbli għat-twettiq tal-kompiti marbuta mas-sistemi tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni tal-operaturi tas-suq skont din id-Direttiva. Madankollu, sabiex jiġu żgurati kooperazzjoni u komunikazzjoni transkonfinali mingħajr problemi, huwa meħtieġ li kull Stat Membru, mingħajr ħsara għall-arranġamenti regolatorji settorjali, jaħtar punt ta’ kuntatt nazzjonali wieħed biss inkarigat mill-kooperazzjoni transkonfinali fil-livell tal-Unjoni. Meta l-istruttura kostituzzjonali tiegħu jew arranġamenti oħrajn jeħtieġu dan, Stat Membru għandu jkun kapaċi jaħtar awtorità waħda biss sabiex twettaq il-kompiti tal-awtorità kompetenti u l-punt ta’ kuntatt uniku. L-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt uniċi għandhom ikunu entitajiet ċivili, suġġetti għal sorveljanza demokratika sħiħa u ma għandhom iwettqu ebda kompitu fil-qasam tal-intelligence, l-infurzar tal-liġi jew id-difiża jew li jkunu marbutin b'mod organizzattiv fi kwalunkwe forma ma' entitajiet attivi f'dawn l-oqsma.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-Istati Membri kollha għandhom ikunu mgħammra b’mod adegwat, kemm f’dak li jirrigwarda l-kapaċitajiet tekniċi kif ukoll dawk organizzattivi, sabiex jipprevjeni, jiskopri, jirreaġixxi għal u jnaqqas l-inċidenti u r-riskji tas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni. Għalhekk f’kull Stat Membru għandhom ikunu stabbiliti Gruppi ta’ Rispons ta’ Emerġenza tal-Kompjuters li jaħdmu tajjeb u li jikkonformaw ma’ rekwiżiti essenzjali sabiex ikunu garantiti kapaċitajiet effettivi u kompatibbli li jindirizzaw l-inċidenti u r-riskji u jiżguraw kooperazzjoni effiċjenti fil-livell tal-Unjoni.

(11) L-Istati Membri u l-operaturi tas-suq kollha għandhom ikunu mgħammra b’mod adegwat, kemm f’dak li jirrigwarda l-kapaċitajiet tekniċi kif ukoll dawk organizzattivi, sabiex jipprevjenu, jiskopru, jirreaġixxu għal u jnaqqsu l-inċidenti u r-riskji tas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni fi kwalunkwe mument. Is-sistemi ta’ sigurtà tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom ikunu sikuri u soġġetti għal kontroll u skrutinju demokratiku. It-tagħmir u l-kapaċitajiet li jkunu meħtieġa b’mod komuni għandhom jikkonformaw ma’ standards tekniċi li dwarhom ikun intlaħaq ftehim komuni kif ukoll proċeduri operattivi standard (SPO). Għalhekk f’kull Stat Membru għandhom ikunu stabbiliti Skwadri ta' rispons f'emerġenza relatata mal-kompjuters (CERTs) li jaħdmu tajjeb u li jikkonformaw ma’ rekwiżiti essenzjali sabiex ikunu garantiti kapaċitajiet effettivi u kompatibbli li jindirizzaw l-inċidenti u r-riskji u jiżguraw kooperazzjoni effiċjenti fil-livell tal-Unjoni. Dawn is-CERTs għandhom jitħallew jinteraġixxu abbażi ta’ standards tekniċi komuni u SPOs. Fid-dawl tal-karatteristiċi differenti tas-CERTs eżistenti, li jirrispondu għal ħtiġijiet u parteċipanti differenti, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li kull wieħed mis-setturi msemmija fil-lista tal-operaturi tas-suq stipulati f'din id-Direttiva jiġi pprovdut servizzi minn, tal-inqas, CERT waħda. Rigward il-kooperazzjoni tas-CERT transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-CERTs ikollhom biżżejjed mezzi biex jipparteċipaw fin-netwerks internazzjonali u tal-Unjoni eżistenti.

Ġustifikazzjoni

L-interoperabbiltà għandha tiġi żgurata.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Permezz tal-bini fuq il-progress sinifikanti fi ħdan il-Forum Ewropew tal-Istati Membri (“EFMS”) fit-trawwim ta’ diskussjonijiet u skambji ta’ prattiki tajba ta’ politika inkluż l-iżvilupp ta’ prinċipji għall-kooperazzjoni Ewropea fil-kriżi ċibernetika, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiffurmaw netwerk li jġibhom f’komunikazzjoni permanenti u jappoġġja l-kooperazzjoni tagħhom. Dan il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni sigur u effettiv għandu jippermetti skambju ta’ informazzjoni, skoperta u rispons strutturati u kkoordinati fil-livell tal-Unjoni.

(12) Permezz tal-bini fuq il-progress sinifikanti fi ħdan il-Forum Ewropew tal-Istati Membri (“EFMS”) fit-trawwim ta’ diskussjonijiet u skambji ta’ prattiki tajba ta’ politika inkluż l-iżvilupp ta’ prinċipji għall-kooperazzjoni Ewropea fil-kriżi ċibernetika, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiffurmaw netwerk li jġibhom f’komunikazzjoni permanenti u jappoġġja l-kooperazzjoni tagħhom. Dan il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni sigur u effettiv, inkluża l-parteċipazzjoni tal-operaturi tas-suq, fejn xieraq, għandu jippermetti skambju ta’ informazzjoni, skoperta u rispons strutturati u kkoordinati fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (“ENISA”) għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni billi tipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tagħha u billi tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki. B’mod partikolari, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-ENISA. Biex tkun żgurata informazzjoni effettiva u fil-ħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, twissijiet bikrija dwar inċidenti u riskji għandhom ikunu nnotifikati fin-netwerk ta’ kooperazzjoni. Biex jikbru l-kapaċità u l-għarfien fost l-Istati Membri, in-netwerk ta’ kooperazzjoni għandu jservi wkoll bħala strument għall-iskambju tal-aħjar prattiki, jassisti lill-membri tiegħu fil-bini tal-kapaċità, imexxi l-organizzazzjoni ta’ evalwazzjonijiet reċiproċi u ta’ eżerċizzji tal-NIS.

(13) L-ENISA għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni billi tipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tagħha u billi tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki. B’mod partikolari, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mal-ENISA. Biex tkun żgurata informazzjoni effettiva u fil-ħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, twissijiet bikrija dwar inċidenti u riskji għandhom ikunu nnotifikati fin-netwerk ta’ kooperazzjoni. Biex jikbru l-kapaċità u l-għarfien fost l-Istati Membri, in-netwerk ta’ kooperazzjoni għandu jservi wkoll bħala strument għall-iskambju tal-aħjar prattiki, jassisti lill-membri tiegħu fil-bini tal-kapaċità, imexxi l-organizzazzjoni ta’ evalwazzjonijiet reċiproċi u ta’ eżerċizzji tal-NIS.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a) Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu jużaw jew jadattaw strutturi jew strateġiji organizzattivi eżistenti meta japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Infrastruttura sigura għall-qsim tal-informazzjoni għandha tkun stabbilita sabiex tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali fin-netwerk ta’ kooperazzjoni. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tagħhom li jinnotifikaw inċidenti u riskji ta’ dimensjoni Ewropea lin-netwerk ta’ kooperazzjoni, l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali minn Stati Membri oħrajn għandu jingħata biss lill-Istati Membri wara li dawn juru li r-riżorsi u l-proċessi tekniċi, finanzjarji u umani tagħhom, kif ukoll l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tagħhom, tiggarantixxi l-parteċipazzjoni effettiva, effiċjenti u sigura tagħhom fin-netwerk.

(14) Infrastruttura sigura għall-qsim tal-informazzjoni għandha tkun stabbilita sabiex tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali fin-netwerk ta’ kooperazzjoni. L-istrutturi eżistenti fi ħdan l-Unjoni għandhom jintużaw bis-sħiħ għal dak il-għan. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tagħhom li jinnotifikaw inċidenti u riskji ta’ dimensjoni Ewropea lin-netwerk ta’ kooperazzjoni, l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali minn Stati Membri oħrajn għandu jingħata biss lill-Istati Membri wara li dawn juru li r-riżorsi u l-proċessi tekniċi, finanzjarji u umani tagħhom, kif ukoll l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tagħhom, tiggarantixxi l-parteċipazzjoni effettiva, effiċjenti u sigura tagħhom fin-netwerk, bl-użu ta' metodi trasparenti.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Peress li l-parti l-kbira tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni huma operati mill- privat, il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat hija essenzjali. L-operaturi tas-suq għandhom ikunu mħeġġa jsegwu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni informali tagħhom stess sabiex jiżguraw il-NIS. Għandhom jikkooperaw ukoll mas-settur pubbliku u jaqsmu informazzjoni u prattiki tajba filwaqt li huma jingħataw appoġġ operattiv f’każ ta’ inċidenti.

(15) Peress li l-parti l-kbira tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni huma operati mill- privat, il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat hija essenzjali. L-operaturi tas-suq għandhom ikunu mħeġġa jsegwu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni informali tagħhom stess sabiex jiżguraw il-NIS. Għandhom jikkooperaw ukoll mas-settur pubbliku u reċiprokament jaqsmu informazzjoni u prattiki tajba, inkluż l-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni rilevanti u appoġġ operattiv u informazzjoni analizzata strateġikament f’każ ta’ inċidenti. Sabiex jiġi mħeġġeġ b’mod effettiv il-qsim tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-operaturi tas-suq, li jipparteċipaw f’dawn l-iskambji, ma jkunux żvantaġġjati bħala riżultat tal-kooperazzjoni tagħhom. Huma meħtieġa salvagwardji adegwati sabiex jiġi żgurat li din il-kooperazzjoni ma tesponix lil dawn l-operaturi għal riskju ogħla ta’ konformità jew responsabbiltajiet ġodda skont, fost l-oħrajn, il-liġi dwar il-kompetizzjoni, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni tad-dejta jew iċ-ċiberkriminalità u lanqas ma tesponihom għal riskji operattivi jew ta’ sigurtà ulterjuri.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Biex jiżguraw trasparenza u jinformaw tajjeb liċ-ċittadini tal-UE u lill-operaturi tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħolqu sit elettroniku komuni sabiex jippubblikaw informazzjoni mhux kunfidenzjali dwar l-inċidenti u r-riskji.

(16) Biex jiżguraw trasparenza u jinformaw tajjeb liċ-ċittadini tal-UE u lill-operaturi tas-suq, il-punti ta' kuntatt uniċi għandhom joħolqu sit elettroniku komuni madwar l-Unjoni sabiex jippubblikaw informazzjoni mhux kunfidenzjali dwar l-inċidenti, ir-riskji u l-modi kif jistgħu jitnaqqsu r-riskji, u biex eventwalment jagħtu parir dwar miżuri xierqa ta’ manutenzjoni. L-informazzjoni fuq il-websajt għandha tkun aċċessibbli irrispettivament mit-tagħmir użat. Kwalunkwe dejta personali li tiġi ppubblikata fuq din il-websajt għandha tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ biss u għandha tkun anonima kemm jista' jkun.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fuq il-bażi b’mod partikolari ta’ esperjenzi nazzjonali ta’ ġestjoni tal-kriżi u f’kooperazzjoni mal-ENISA, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw pjan ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni dwar il-NIS li jiddefinixxi l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni li jilqgħu għar-riskji u għall-inċidenti. Dak il-pjan għandu jkun debitament ikkunsidrat fit-tħaddim ta’ twissijiet bikrija fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni.

(18) Fuq il-bażi b’mod partikolari ta’ esperjenzi nazzjonali ta’ ġestjoni tal-kriżi u f’kooperazzjoni mal-ENISA, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw pjan ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni dwar l-NIS li jiddefinixxi l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni, l-aħjar prattiki u x-xejriet operattivi li jipprevjenu, jiskopru, jirrapportaw, u jilqgħu għar-riskji u għall-inċidenti. Dak il-pjan għandu jkun debitament ikkunsidrat fit-tħaddim ta’ twissijiet bikrija fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) In-notifika ta’ twissija bikrija fi ħdan in-netwerk għandha tkun meħtieġa biss fejn l-iskala u s-severità tal-inċident jew riskju kkonċernat ikunu jew jistgħu jsiru tant sinifikanti li tkun meħtieġa l-informazzjoni jew il-koordinazzjoni tar-rispons fil-livell tal-Unjoni. It-twissijiet bikrija għaldaqstant għandhom ikunu limitati għal inċidenti jew riskji reali jew potenzjali li jikbru malajr, jiżbqu l-kapaċità tar-rispons nazzjonali jew jaffettwaw aktar minn Stat Membru wieħed. Biex issir evalwazzjoni xierqa, kull informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju jew tal-inċident għandha tkun ikkomunikata lin-netwerk ta’ kooperazzjoni.

(19) In-notifika ta’ twissija bikrija fi ħdan in-netwerk għandha tkun meħtieġa biss fejn l-iskala u s-severità tal-inċident jew riskju kkonċernat ikunu jew jistgħu jsiru tant sinifikanti li tkun meħtieġa l-informazzjoni jew il-koordinazzjoni tar-rispons fil-livell tal-Unjoni. It-twissijiet bikrija għaldaqstant għandhom ikunu limitati għal inċidenti jew riskji li jikbru malajr, jiżbqu l-kapaċità tar-rispons nazzjonali jew jaffettwaw aktar minn Stat Membru wieħed. Biex issir evalwazzjoni xierqa, kull informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju jew tal-inċident għandha tkun ikkomunikata lin-netwerk ta’ kooperazzjoni.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Malli jirċievi twissija bikrija u jagħmlu valutazzjoni tagħha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiftiehmu rigward rispons ikkoordinat taħt il-pjan ta’ kooperazzjoni tal-NIS tal-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti kif ukoll il-Kummissjoni għandhom ikunu informati dwar il-miżuri adottati fil-livell nazzjonali bħala riżultat tar-rispons ikkoordinat.

(20) Malli jirċievi twissija bikrija u jagħmlu valutazzjoni tagħha, il-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom jiftiehmu rigward rispons ikkoordinat taħt il-pjan ta’ kooperazzjoni tal-NIS tal-Unjoni. Il-punti ta’ kuntatt uniċi, l-ENISA kif ukoll il-Kummissjoni għandhom ikunu informati dwar il-miżuri adottati fil-livell nazzjonali bħala riżultat tar-rispons ikkoordinat.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Minħabba n-natura globali tal-problemi tal-NIS, teħtieġ kooperazzjoni internazzjonali aktar mill-qrib sabiex jittejbu l-istandards tas-sigurtà u l-iskambju tal-informazzjoni, u jiġi promoss approċċ globali komuni lejn il-kwistjonijiet tal-NIS.

(21) Minħabba n-natura globali tal-problemi tal-NIS, teħtieġ kooperazzjoni internazzjonali aktar mill-qrib sabiex jittejbu l-istandards tas-sigurtà u l-iskambju tal-informazzjoni, u jiġi promoss approċċ globali komuni lejn il-kwistjonijiet tal-NIS. Kwalunkwe qafas għal tali kooperazzjoni internazzjonali għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Ir-responsabbiltajiet tal-iżgurar tal-NIS jaqgħu fil-parti l-kbira tagħhom taħt l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq. Kultura ta’ ġestjoni tar-riskju, li tinvolvi valutazzjoni tar-riskju u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà xierqa għar-riskji ffaċċjati għandha tkun promossa u żviluppata permezz ta’ rekwiżiti regolatorji xierqa u prattiki industrijali volontarji. L-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet indaqs huwa wkoll essenzjali għall-funzjonament effettiv tan-netwerk ta’ kooperazzjoni biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni effettiva mill-Istati Membri kollha.

(22) Ir-responsabbiltajiet tal-iżgurar tal-NIS jaqgħu fil-parti l-kbira tagħhom taħt l-operaturi tas-suq. Kultura ta’ ġestjoni tar-riskju, kooperazzjoni mill-qrib u fiduċja, li tinvolvi valutazzjoni tar-riskju u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà xierqa għar-riskji u l-inċidenti ffaċċjati, kemm jekk intenzjonati jew aċċidentali, għandha tkun promossa u żviluppata permezz ta’ rekwiżiti regolatorji xierqa u prattiki industrijali volontarji. L-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet indaqs affidabbli huwa wkoll essenzjali għall-funzjonament effettiv tan-netwerk ta’ kooperazzjoni biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni effettiva mill-Istati Membri kollha.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Dawn l-obbligi għandhom ikunu estiżi lil hinn mis-settur tal-komunikazzjoni elettronika għal fornituri ewlenin ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, kif imfissra fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika27, li jenfasizzaw is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni downstream jew l-attivitajiet onlajn, bħall-pjattaformi tal-kummerċ elettroniku, portali ta’ ħlasijiet tal-Internet, netwerks soċjali, magni tat-tiftix, servizzi ta’ cloud computing, ħwienet ta’ applikazzjoni. It-tfixkil ta’ dawn is-servizzi li jippermettu lis-soċjetà tal-informazzjoni jipprevjeni l-provvista ta servizzi oħra tas-soċjetà tal-informazzjoni li jiddependu fuqhom bħala inputs ewlenin. L-iżviluppaturi tas-softwer u l-manifatturi tal-ħardwer mhumiex fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u għaldaqstant huma esklużi. Dawk l-obbligi għandhom ikunu estiżi wkoll għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, u l-operaturi ta’ infrastruttura kruċjali li jiddependu ħafna fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u huma essenzjali għaż-żamma ta’ funzjonijiet ekonomiċi jew soċjetali bħall-elettriċità u l-gass, it-trasport, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-boroż u s-saħħa. It-tfixkil ta’ dawn is-sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni jaffettwa lis-suq intern.

(24) Dawn l-obbligi għandhom ikunu estiżi lil hinn mis-settur tal-komunikazzjoni elettronika għal operaturi ta’ infrastruttura li jiddependu ħafna fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u huma essenzjali għaż-żamma ta’ funzjonijiet ekonomiċi jew soċjetali bħall-elettriku u l-gass, it-trasport, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji u s-saħħa. It-tfixkil ta’ dawn is-sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni jaffettwa lis-suq intern. Filwaqt li l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva ma għandhomx ikunu estiżi għal fornituri ewlenin ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, kif imfissra fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika27, li jenfasizzaw is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni downstream jew l-attivitajiet onlajn, bħall-pjattaformi tal-kummerċ elettroniku, portali ta’ ħlasijiet tal-Internet, netwerks soċjali, magni tat-tiftix, servizzi ta’ cloud computing b'mod ġenerali jew ħwienet tal-applikazzjonijiet, dawn jistgħu, fuq bażi volontarja, jinfurmaw lill-awtorità kompetenti jew lill-punt ta' kuntatt uniku dwar dawk l-inċidenti tas- sigurtà tan-netwerks li jqisu xierqa. L-awtorità kompetenti jew il-punt ta’ kuntatt uniku għandhom, jekk ikun raġonevolment possibbli, jippreżentaw lill-operaturi tas-suq li kienu infurmati bl-inċident binformazzjoni analizzata strateġikament li se tgħinhom jegħlbu t-theddida għas-sigurtà.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24a) Filwaqt li l-fornituri tal-ħardwer u tas-softwer ma jistgħux jitqiesu bħala operaturi tas-suq kumparabbli ma' dawk koperti f'din id-Direttiva, il-prodotti tagħhom jiffaċilitaw is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni. Għalhekk huma għandhom rwol importanti li jippermetti lill-operaturi tas-suq biex jagħmlu l-infrastrutturi tan-netwerk u tal-informazzjoni tagħhom siguri. Peress li l-prodotti tal-ħardwer u tas-softwer diġà huma soġġetti għal regoli eżistenti dwar ir-responsabbiltà tal-prodott, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu infurzati.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Il-miżuri tekniċi u organizzattivi imposti fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi u fuq l-operaturi tas-suq m’għandhomx jeħtieġu li xi prodott partikolari teknoloġiku kummerċjali tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jiġi mfassal, żviluppat jew immanifatturat b’xi mod partikolari.

(25) Il-miżuri tekniċi u organizzattivi imposti fuq l-operaturi tas-suq m’għandhomx jeħtieġu li xi prodott partikolari teknoloġiku kummerċjali tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jiġi mfassal, żviluppat jew immanifatturat b’xi mod partikolari.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) L-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq għandhom jiżguraw is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi li jkunu taħt il-kontroll tagħhom. Dawn ikunu primarjament netwerks u sistemi privati ġestiti kemm mill-persunal intern tagħhom tal-IT jew mis-sigurtà tagħhom li tkun ġiet esternalizzata. L-obbligi ta’ sigurtà u notifika għandhom japplikaw għall-operaturi tas-suq relevanti u l-amministrazzjonijiet pubbliċi irrispettivament minn jekk huma jwettqu l-manutenzjoni tan-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni tagħhom internament jew jesternalizzawha.

(26) L-operaturi tas-suq għandhom jiżguraw is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi li jkunu taħt il-kontroll tagħhom. Dawn ikunu primarjament netwerks u sistemi privati ġestiti kemm mill-persunal intern tagħhom tal-IT jew mis-sigurtà tagħhom li tkun ġiet esternalizzata. L-obbligi ta’ sigurtà u notifika għandhom japplikaw għall-operaturi tas-suq relevanti irrispettivament minn jekk huma jwettqu l-manutenzjoni tan-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni tagħhom internament jew jesternalizzawha.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni dovuta lill-preservazzjoni tal-kanali informali u fdati ta’ qsim ta’ informazzjoni bejn l-operaturi tas-suq u bejn is-settur pubbliku u privat. Ix-xandir tal-inċidenti rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti għandu jsib bilanċ xieraq bejn l-interess tal-pubbliku li jkun informat dwar it-theddid u l-ħsarat possibbli tar-reputazzjoni u tal-kummerċ għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq li jirrapportaw l-inċidenti. Fl-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ notifika, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-ħtieġa li jżommu informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet tal-prodott strettament kunfidenzjali qabel ma joħorġu xi soluzzjonijiet ta’ sigurtà xierqa.

(28) L-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom jagħtu attenzjoni dovuta lill-preservazzjoni tal-kanali informali u fdati ta’ qsim ta’ informazzjoni bejn l-operaturi tas-suq u bejn is-settur pubbliku u privat. L-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt uniċi għandhom jinfurmaw lill-manifatturi u l-fornituri tas-servizz ta' prodotti tal-ICT affettwati dwar inċidenti notifikati lilhom u li jkollhom impatt sinifikanti. Ix-xandir tal-inċidenti rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-punti ta’ kuntatt uniċi għandu jsib bilanċ xieraq bejn l-interess tal-pubbliku li jkun informat dwar it-theddid u l-ħsarat possibbli tar-reputazzjoni u tal-kummerċ għall-operaturi tas-suq li jirrapportaw l-inċidenti. Fl-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ notifika, l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-ħtieġa li jżommu informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet tal-prodott strettament kunfidenzjali qabel ma jintużaw xi soluzzjonijiet ta’ sigurtà xierqa. Bħala regola ġenerali, il-punti ta’ kuntatt uniċi m’għandhomx jiżvelaw id-dejta personali ta’ individwi involuti f’inċidenti. Il-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom jiżvelaw dejta personali biss meta l-iżvelar ta’ tali dejta jkun meħtieġ u proporzjonat fid-dawl tal-għan segwit.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom il-mezzi meħtieġa sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, inklużi setgħat sabiex jiksbu biżżejjed informazzjoni mingħand l-operaturi tas-suq u l-amministrazzjonijiet pubbliċi sabiex jivvalutaw il-livell ta’ sigurtà ta’ sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni kif ukoll dejta affidabbli u komprensiva dwar inċidenti reali li kellhom impatt fuq it-tħaddim tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni.

(29) L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom il-mezzi meħtieġa sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, inklużi setgħat sabiex jiksbu biżżejjed informazzjoni mingħand l-operaturi tas-suq u l-amministrazzjonijiet pubbliċi sabiex jivvalutaw il-livell ta’ sigurtà ta’ sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni, ikejlu l-għadd, l-iskala u l-ambitu tal-inċidenti, kif ukoll dejta affidabbli u komprensiva dwar inċidenti reali li kellhom impatt fuq it-tħaddim tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-attivitajiet kriminali f’bosta każijiet huma sottostanti għall-inċidenti. In-natura kriminali tal-inċidenti tista’ tkun issuspettata anki jekk l-evidenza li tappoġġjaha tista’ ma tkunx ċara biżżejjed mill-bidu. F’dan il-kuntest, il-kooperazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandha tifforma parti minn rispons effettiv u komprensiv għat-theddid tal-inċidenti tas-sigurtà. B’mod partikolari, il-promozzjoni ta’ ambjent bla periklu, sigur u aktar flessibbli teħtieġ rapportar sistematiku lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-inċidenti ssuspettati li huma ta’ natura kriminali serja. In-natura kriminali serja tal-inċidenti għandha tkun ivvalutata fid-dawl tal-liġijiet tal-UE dwar il-kriminalità ċibernetika.

(30) L-attivitajiet kriminali f’bosta każijiet huma sottostanti għall-inċidenti. In-natura kriminali tal-inċidenti tista’ tkun issuspettata anki jekk l-evidenza li tappoġġjaha tista’ ma tkunx ċara biżżejjed mill-bidu. F’dan il-kuntest, il-kooperazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-punti ta' kuntatt uniċi u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kif ukoll il-kooperazzjoni mal-EC3 (iċ-Ċentru taċ-Ċiberkriminalità Ewropew fi ħdan l-Europol) u l-ENISA għandha tifforma parti minn rispons effettiv u komprensiv għat-theddid tal-inċidenti tas-sigurtà. B’mod partikolari, il-promozzjoni ta’ ambjent bla periklu, sigur u aktar flessibbli teħtieġ rapportar sistematiku lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-inċidenti ssuspettati li huma ta’ natura kriminali serja. In-natura kriminali serja tal-inċidenti għandha tkun ivvalutata fid-dawl tal-liġijiet tal-UE dwar il-kriminalità ċibernetika.

Emenda  31

Proposta għal Direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Id-dejta personali f’ħafna każijiet hi kompromessa b’riżultat ta’ inċidenti. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jikkooperaw u jiskambjar l-informazzjoni dwar il-kwistjoijiet rilevanti kollha biex jiġu ttrattati l-ksur fir-rigward tad-dejta personali li jirriżultaw minn inċidenti. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-obbligu li jinnotifikaw l-inċidenti ta’ sigurtà b’mod li jonqos il-piż amministrattiv fil-każ li l-inċident tas-sigurtà jkun ukoll ksur tad-dejta personali f’konformità mar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta. B’ħidma konġunta mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta, l-ENISA tista’ tgħin billi tiżviluppaw mekkaniżmi tal-iskambju tal-informazzjoni u mudelli li jevitaw il-bżonn ta’ żewġ mudelli ta’ notifika. Dan il-mudell ta’ notifika uniku jkun jiffaċilita r-rappurtar ta’ inċidenti li jikkompromettu d-dejta personali biex b’hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi.

(31) Id-dejta personali f’ħafna każijiet hi kompromessa b’riżultat ta’ inċidenti. L-Istati Membri u l-operaturi tas-suq għandhom jipproteġu d-dejta personali maħżuna, ipproċessata jew trażmessa kontra l-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf jew l-alterazzjoni aċċidentali, u l-ħżin, l-aċċess, l-iżvelar jew it-tixrid mhux awtorizzat jew illegali; u jassiguraw l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ sigurtà fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni, inkluż, fejn xieraq, mal-operaturi tas-suq, biex jiġi ttrattat il-ksur fir-rigward tad-dejta personali li jirriżulta minn inċidenti, b’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-obbligu li jinnotifikaw l-inċidenti ta’ sigurtà għandu jitwettaq b’mod li jonqos il-piż amministrattiv fil-każ li l-inċident tas-sigurtà jkun ukoll ksur tad-dejta personali li jeħtieġ li jiġi nnotifikat skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-ENISA għandha tgħin billi tiżviluppa mekkaniżmi tal-iskambju tal-informazzjoni u mudell ta’ notifika uniku li jkun jiffaċilita r-rappurtar ta’ inċidenti li jikkompromettu d-dejta personali biex b’hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) L-istandardizzazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà hija proċess immexxi mis-suq. Biex jassiguraw applikazzjoni konverġenti tal-istandards tas-sigurtà, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-osservanza jew il-konformità ma’ standards speċifikati sabiex jassiguraw livell għoli ta’ sigurtà fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, jista’ jkun meħtieġ li jabbozzaw standards armonizzati, li għandhom isiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassru d-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29.

(32) L-istandardizzazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà hija proċess immexxi mis-suq ta’ natura volontarja li għandu jippermetti lill-operaturi tas-suq jużaw mezzi alternattivi għall-kisba ta’ riżultati li mill-inqas ikunu simili. Biex jassiguraw applikazzjoni konverġenti tal-istandards tas-sigurtà, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-osservanza jew il-konformità ma’ standards interoperabbli speċifikati sabiex jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, għandha tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali miftuħa dwar is-sigurtà tal-informazzjoni tan-netwerks jew it-tfassil ta’ dawn l-għodod. Pass ieħor ’il quddiem neċessarju jista’ jkun li jabbozzaw standards armonizzati, li għandhom isiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassru d-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B’mod partikolari, l-ETSI, iċ-CEN u ċ-CENELEC għandhom jingħataw il-mandat li jissuġġerixxu standards ta’ sigurtà miftuħa tal-UE li jkunu effettivi u effiċjenti, fejn il-preferenzi teknoloġiċi jiġu evitati kemm jista’ jkun, u li għandhom ikunu magħmula b’mod li jkunu jistgħu jiġu mmaniġġjati faċilment minn operaturi tas-suq żgħar u ta’ daqs medju. L-istandards internazzjonali marbuta mas-sigurtà ċibernetika għandhom jiġu eżaminati b’attenzjoni sabiex jiġi żgurat li ma jkunux ġew kompromessi u li jipprovdu livelli adegwati ta’ sigurtà, u b’hekk jiġi ssalvagwardat il-fatt li l-konformità awtorizzata mal-istandards tas-sigurtà ċibernetika ttejjeb il-livell ġenerali tas-sigurtà ċibernetika tal-Unjoni u mhux il-kuntrarju.

__________________

__________________

29 ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

29 ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva minn żmien għal żmien, b’mod partikolari bl-għan li tiddetermina l-ħtieġa ta’ modifikazzjonijiet fid-dawl ta’ kundizzjonijiet teknoloġiċi jew tas-suq li jkunu nbidlu.

(33) Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva minn żmien għal żmien, f’konsultazzoni mal-partijiet interessati kollha, b’mod partikolari bl-għan li tiddetermina l-ħtieġa ta’ modifikazzjonijiet fid-dawl ta’ kundizzjonijiet soċjetali, politiċi, teknoloġiċi jew tas-suq li jkunu nbidlu.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Sabiex in-netwerk ta’ kooperazzjoni jiffunzjona tajjeb, il-Kummissjoni għandha tkun iddelegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-definizzjoni tal-kriterji li għandhom jiġu sodisfatti sabiex Stat Membru jiġi awtorizzat biex jipparteċipa fis-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni sigura, tal-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-avvenimenti ta’ attivazzjoni għat-twissija bikrija, u d-definizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom l-operaturi tas-suq u l-amministrazzjonijiet pubbliċi jkunu meħtieġa li jinnotifikaw l-inċidenti.

(34) Sabiex in-netwerk ta’ kooperazzjoni jiffunzjona tajjeb, il-Kummissjoni għandha tkun iddelegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ġabra komuni ta' standards ta' interkonnessjoni u ta' sigurtà għall-infrastruttura ta’ skambju ta’ informazzjoni sigura, u tal-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-avvenimenti ta’ attivazzjoni għat-twissija bikrija

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniform għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni rigward tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni, l-aċċess għall-infrastruttura sigura tal-qsim tal-informazzjoni, il-pjan ta’ kooperazzjoni tal-NIS fl-Unjoni, il-formati u l-proċeduri applikabbli għall-infurmar lill-pubbliku dwar l-inċidenti, u l-istandards u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti għall-NIS. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

(36) Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt uniċi u l-Kummissjoni fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni eżistenti fil-livell nazzjonali, l-aċċess għall-infrastruttura sigura tal-qsim tal-informazzjoni, il-pjan ta’ kooperazzjoni tal-NIS fl-Unjoni, u l-formati u l-proċeduri applikabbli għall-infurmar ta' inċidenti li jkollhom impatt sinifikanti. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tissostitwixxi l-emenda 20. L-emenda għandha l-għan li tikkoreġi żball fil-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kontenut tal-att implimentattiv ippjanat u tirrifletti l-emenda l-ġdida proposta għall-Artikolu 9 paragrafu 3.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tikkomunika kif xieraq mal-kumitati settorjali rilevanti u l-korpi rilevanti stabbiliti fil-livell tal-UE b’mod partikolari fil-qasam tal-enerġija, tat-trasport u tas-saħħa.

(37) Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tikkomunika kif xieraq mal-kumitati settorjali rilevanti u l-korpi rilevanti stabbiliti fil-livell tal-UE b’mod partikolari fil-qasam tal-gvern elettroniku, tal-enerġija, tat-trasport, tas-saħħa u tad-difiża.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) L-informazzjoni li titqies kunfidenzjali minn awtorità kompetenti, skont ir-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju, għandha tkun skambjata mal-Kummissjoni u ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn biss fejn skambju bħal dan ikun strettament meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-informazzjoni skambjata għandha tkun limitata għal dak li huwa rilevanti u proporzjonat għall-għan tat-tali skambju.

(38) L-informazzjoni li titqies kunfidenzjali minn awtorità kompetenti jew punt ta’ kuntatt uniku, skont ir-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju, għandha tkun skambjata mal-Kummissjoni, l-aġenziji rilevanti tagħha, il-punti ta kuntatt uniċi u/jew awtoritajiet kompetenti nazzjonali oħrajn biss fejn skambju bħal dan ikun strettament meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-informazzjoni skambjata għandha tkun limitata għal dak li huwa rilevanti, meħtieġ u proporzjonat għall-għan tat-tali skambju, u għandha tirrispetta kriterji predefiniti għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-UE (2011/292/UE), informazzjoni suġġetta għal ftehimiet ta' ta' kunfidenzjalità u ftehimiet informali ta' ta' kunfidenzjalità, bħall-Protokoll dwar id-Dwal tat-Traffiku.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-qsim tal-informazzjoni dwar ir-riskji u l-inċidenti fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni u l-konformità mar-rekwiżiti ta’ notifika tal-inċidenti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jista’ jkun jeħtieġ l-ipproċessar ta’ dejta personali. Tali pproċessar ta’ dejta personali huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess pubbliku segwiti minn din id-Direttiva u għaldaqstant huwa leġittimu taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE. Ma jikkostitwixxix, b’rabta ma’ dawn l-għanijiet leġittimi, intervent sproporzjonat u intollerabbli li jolqot is-sustanza stess tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali ggarantit mill-Artikolu 8 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali. Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu japplika kif xieraq ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Meta dejta tkun ipproċessata mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, dan l-ipproċessar għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu josserva r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta.

(39) Il-qsim tal-informazzjoni dwar ir-riskji u l-inċidenti fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni u l-konformità mar-rekwiżiti ta’ notifika tal-inċidenti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew lill-punti ta’ kuntatt uniċi jista’ jkun jeħtieġ l-ipproċessar ta’ dejta personali. Tali pproċessar ta’ dejta personali huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess pubbliku segwiti minn din id-Direttiva u għaldaqstant huwa leġittimu taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE. Ma jikkostitwixxix, b’rabta ma’ dawn l-għanijiet leġittimi, intervent sproporzjonat u intollerabbli li jolqot is-sustanza stess tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali ggarantit mill-Artikolu 8 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali. Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu japplika kif xieraq ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Meta dejta tkun ipproċessata mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, dan l-ipproċessar għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu josserva r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Premessa 41a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41a) F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni tat-28 ta' Settembru 2011, l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom ma' dokument wieħed jew aktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis it-trażmissjoni ta’ dokumenti bħal dawn bħala ġustifikata.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) toħloq il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex tassigura applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fl-Unjoni u, fejn ikun meħtieġ, indirizzar ikkoordinat u effiċjenti ta’ u r-rispons għar-riskji u l-inċidenti li jaffettwaw is-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni;

(b) toħloq il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex tassigura applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fl-Unjoni u, fejn ikun meħtieġ, indirizzar ikkoordinat, effiċjenti u effikaċi ta’ u r-rispons għar-riskji u l-inċidenti li jaffettwaw is-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni bil-parteċipazzjoni ta’ partijiet interessati rilevanti;

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ sigurtà għall-operaturi tas-suq u l-amministrazzjonijiet pubbliċi.

(c) tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ sigurtà għall-operaturi tas-suq.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Din id-Direttiva għandha wkoll tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta, u għad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta.

5. Din id-Direttiva għandha wkoll tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta, u għad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta. Kwalunkwe użu tad-dejta personali użata għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament neċessarju għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, u din id-dejta għandha tkun anonima kemm jista’ jkun, jekk mhux kompletament anonima.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1a

Protezzjoni u pproċessar ta' dejta personali

1. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali fl-Istati Membri skont din id-Direttiva għandu jitwettaq skont id-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE.

2. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali mill-Kummissjoni u mill-ENISA skont dan ir-Regolament għandu jitwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

3. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali miċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità fi ħdan l-Europol għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandu jitwettaq skont id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

4. L-ipproċessar ta' dejta personali għandu jkun ġust u legali u strettament limitat għall-informazzjoni minima meħtieġa għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipproċessata. Għandha tinżamm f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux iktar tard milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-dejta personali tkun ġiet ipproċessata.

5. Notifiki ta' inċidenti msemmija fl-Artikolu 14 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet u l-obbligi fir-rigward ta' notifiki dwar ksur ta' dejta personali stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/58/KE u fir-Regolament (UE) Nru 611/2013.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 1 – sottopunt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) kull apparat jew grupp ta’ apparati interkonnessi jew relatati, li wieħed jew iktar minnhom, skont programm, iwettaq ipproċessar awtomatiku ta’ dejta tal-kompjuter, kif ukoll

(b) kull apparat jew grupp ta’ apparati interkonnessi jew relatati, li wieħed jew iktar minnhom, skont programm, iwettaq ipproċessar awtomatiku ta’ dejta diġitali, kif ukoll

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 1 – sottopunt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) dejta tal-kompjuter maħżuna, ipproċessata, miġbura jew mibgħuta minn elementi koperti taħt punt (a) u (b) għall-finijiet tal-operazzjoni, l-użu, il-protezzjoni u ż-żamma tagħha.

(c) dejta diġitali maħżuna, ipproċessata, miġbura jew mibgħuta minn elementi koperti taħt punt (a) u (b) għall-finijiet tal-operazzjoni, l-użu, il-protezzjoni u ż-żamma tagħha.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) “sigurtà” tfisser l-abbiltà ta’ sistema ta’ netwerks u ta’ informazzjoni li tirreżisti, f’livell partikolari ta’ fiduċja, għal aċċidenti jew azzjonijiet malizzjużi li jikkompromettu d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità ta’ dejta maħżuna jew mibgħuta jew tas-servizzi relatati offruti minn jew aċċessibbli permezz ta’ dik is-sistema ta’ netwerks u informazzjoni;

(2) “sigurtà” tfisser l-abbiltà ta’ sistema ta’ netwerks u ta’ informazzjoni li tirreżisti, f’livell partikolari ta’ fiduċja, għal aċċidenti jew azzjonijiet malizzjużi li jikkompromettu d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità ta’ dejta maħżuna jew mibgħuta jew tas-servizzi relatati offruti minn jew aċċessibbli permezz ta’ dik is-sistema ta’ netwerks u informazzjoni; "sigurtà" tinkludi tagħmir tekniku xieraq, soluzzjonijiet u proċeduri operattivi li jiggarantixxu r-rekwiżiti ta' sigurtà stipulati f'din id-Direttiva.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) “riskju” tfisser kwalunkwe ċirkostanza jew avveniment li jista’ jkollu effett negattiv fuq is-sigurtà;

(3) “riskju” tfisser kwalunkwe ċirkostanza jew avveniment raġonevolment identifikabbli li jista’ jkollu effett negattiv fuq is-sigurtà;

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) "inċident" tfisser kwalunkwe ċirkostanza jew avveniment li jkollu effett negattiv reali fuq is-sigurtà;

(4) ‘inċident’ tfisser kwalunkwe avveniment li jkollu effett negattiv reali fuq is-sigurtà;

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) "servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni" tfisser servizz fit-tifsira tal-punt (2) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE;

imħassar

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) “l-indirizzar tal-inċidenti” tfisser il-proċeduri kollha li jappoġġjaw l-analiżi, il-konteniment u r-rispons għal xi inċident;

(7) “l-indirizzar tal-inċidenti” tfisser il-proċeduri kollha li jappoġġjaw l-iskoperta, il-prevenzjoni, l-analiżi, il-konteniment u r-rispons għal xi inċident;

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 8 – sottopunt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fornitur ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jippermettu l-forniment ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni oħrajn, li lista mhux eżawrjenti tagħhom tinsab fl-Anness II;

imħassar

Emenda  52

Proposal for a Directive

Artikolu 3 – punt 8 – sottopunt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) operatur ta’ infrastruttura kruċjali li hija essenzjali għaż-żamma ta’ attivitajiet ekonomiċi u soċjetali vitali fl-oqsma tal-enerġija, tat-trasport, tal-banek, tal-boroż u tas-saħħa, li lista mhux eżawrjenti tagħhom tinsab fl-Anness II.

(b) operatur ta’ infrastruttura li hija essenzjali għaż-żamma ta’ attivitajiet ekonomiċi u soċjetali vitali fl-oqsma tal-enerġija, tat-trasport, tal-banek, tal-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji, punti ta' skambju tat-traffiku tal-internet, tal-katina ta' provvista tal-ikel u tas-saħħa, u li t-tfixkil jew il-qerda tagħha jkollhom impatt sinifikanti fi Stat Membru bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ żamma ta’ dawk il-funzjonijiet, li lista mhux eżawrjenti tagħhom tinsab fl-Anness II sakemm is-sistemi tan-netwerk u tal-informazzjoni kkonċernati jkollhom rabta mas-servizzi ewlenin tiegħu.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a) "inċident li jkollu impatt sinifikanti" tfisser inċident li jaffettwa s-sigurtà u l-kontinwità tan-netwerk jew tas-sistema ta' informazzjoni li twassal għal dinteruzzjoni serja fil-funzjonijiet ekonomiċi jew soċjetali ewlenin;

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) “suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a;

________________

1a Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (ĠU L 45, 16.2.2005, p. 18.)

Ġustifikazzjoni

Allinjament tad-definizzjoni mar-Regolament li għad irid jiġi adottat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament [EMIR] dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet..

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11b) "faċilità multilaterali tan-negozjar (MTF)" tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar kif definita fl-Artikolu 4(15) tad-Direttiva 2004/39/KE;

Ġustifikazzjoni

Allinjament tad-definizzjoni mar-Regolament li għad irid jiġi adottat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament [EMIR] dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet..

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 11c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11c) “faċilità organizzata tan-negozjar” tfisser sistema jew faċilità multilaterali, li mhijiex suq regolat, faċilità multilaterali tan-negozjar jew kontroparti ċentrali, operata minn ditta tal-investimenti jew operatur tas-suq, li fiha, interessi multipli ta’ xiri u bejgħ ta’ partijiet terzi f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet jew derivati jistgħu jinteraġixxu fis-sistema b’mod li jirriżulta f’kuntratt skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tad-Direttiva 2004/39/KE;

Ġustifikazzjoni

Introduzzjoni tad-definizzjoni f’konformità mar-Regolament li għad irid jiġi adottat u li hija soġġetta għall-eżitu tiegħu tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament [EMIR] dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-assistenza tal-ENISA fl-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali tal-NIS tagħhom u tal-pjanijiet nazzjonali ta' kooperazzjoni tal-NIS, abbażi ta' strateġija minima komuni tal-NIS.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-pjan ta’ valutazzjoni tar-riskju sabiex jiġu identifikati r-riskji u jiġu vvalutati l-impatti ta’ inċidenti potenzjali;

(a) Qafas ta’ ġestjoni tar-riskju li jistabbilixxi metodoloġija għall-identifikazzjoni, il-prijoritizzazzjoni, l-evalwazzjoni u t-trattament tar-riskji, il-valutazzjoni tal-impatti ta’ inċidenti potenzjali, għażliet ta’ prevenzjoni u kontroll, u d-definizzjoni ta’ kriterji għall-għażla ta’ kontromiżuri possibbli;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tissostitwixxi l-emenda 29. Il-proposta tal-Kummissjoni kien ikollha ambitu wiesa’ wisq fir-rigward tal-kwistjonijiet tas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri u kienet tagħmel il-pjan ta’ kooperazzjoni mhux prattiku u wisq kumpless biex ikun effettiv.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Id-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi varji involuti fl-implimentazzjoni tal-pjan;

(b) Id-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet varji u atturi oħrajn involuti fl-implimentazzjoni tal-qafas;

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-istrateġija nazzjonali tal-NIS u l-pjan ta’ kooperazzjoni nazzjonali tal-NIS għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom.

3. L-istrateġija nazzjonali tal-NIS u l-pjan ta’ kooperazzjoni nazzjonali tal-NIS għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tagħhom.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità nazzjonali kompetenti dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni (l-"awtorità kompetenti").

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti ċivili waħda jew aktar dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-‘awtorità/awtoritajiet kompetenti).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tissostitwixxi l-emenda 32 u għandha l-għan li tkompli tispeċifika liema tip ta’ istituzzjoni għandha taqdi r-rwol ta' awtorità kompetenti nazzjonali.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Meta Stat Membru jaħtar aktar minn awtorità kompetenti waħda, għandu jaħtar awtorità nazzjonali ċivili, pereżempju awtorità kompetenti, bħala punt ta’ kuntatt uniku nazzjonali dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “punt ta’ kuntatt uniku”). Meta Stat Membru jaħtar awtorità kompetenti waħda biss, dik l-awtorità kompetenti għandha tkun ukoll il-punt ta’ kuntatt uniku.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tissostitwixxi l-emenda 33 u tkun allinjata mal-emenda ġdida għall-Artikolu 6 Paragrafu 1 mir-Rapporteur. Għandha l-għan li tkompli tispeċifika liema tip ta’ istituzzjoni għandha taqdi r-rwol ta’ punt ta’ kuntatt uniku.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. L-awtoritajiet kompetenti u l-punt ta’ kuntatt uniku tal-istess Stat Membru għandhom jikkooperaw mill-qrib fir-rigward tal-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2c. Il-punt ta’ kuntatt uniku għandu jiżgura kooperazzjoni transkonfinali ma’ punti ta’ kuntatt uniċi oħrajn.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati sabiex iwettqu b’mod effettiv u effiċjenti l-kompiti assenjati lilhom u b’hekk jilħqu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-kooperazzjoni effettiva, effiċjenti u sigura tal-awtoritajiet kompetenti permezz tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 8.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi jkollhom riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati sabiex iwettqu b’mod effettiv u effiċjenti l-kompiti assenjati lilhom u b’hekk jilħqu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kooperazzjoni effettiva, effiċjenti u sigura tal-punti ta’ kuntatt uniċi permezz tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 8.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu n-notifiki tal-inċidenti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq kif speċifikat taħt l-Artikolu 14(2) u jingħataw is-setgħat ta’ implimentazzjoni u ta’ infurzar imsemmija taħt l-Artikolu 15.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi, fejn applikabbli skont il-paragrafu 2a ta’ dan l-Artikolu, jirċievu n-notifiki tal-inċidenti mill-operaturi tas-suq kif speċifikat taħt l-Artikolu 14(2) u jingħataw is-setgħat ta’ implimentazzjoni u ta’ infurzar imsemmija taħt l-Artikolu 15.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tissostitwixxi l-emenda 37. Għandha l-għan li tiċċara r-rwol tal-awtoritajiet differenti sabiex jiġi evitat li jkun hemm notifiki doppji kemm għall-awtoritajiet kompetenti u kif ukoll għall-punti ta’ kuntatt uniċi. Peress li f’xi setturi n-notifiki tal-inċidenti huma diġà provduti lill-korpi tal-Unjoni, id-duplikazzjoni għandha tiġi evitata.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Meta l-liġi tal-Unjoni tipprevedi korp superviżorju jew regolatorju tal-Unjoni speċifiku għas-settur, inter alia dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni, dak il-korp għandu jirċievi notifiki ta' inċidenti bi qbil mal-Artikolu 14(2) mill-operaturi tas-suq ikkonċernati f'dak is-settur u għandu jingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni u ta' infurzar msemmija fl-Artikolu 15. Dan il-korp tal-Unjoni għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti u l-punt ta’ kuntatt uniku tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta’ dawn l-obbligi. Il-punt ta’ kuntatt uniku tal-Istat Membru ospitanti għandu jirrappreżenta l-korp tal-Unjoni fir-rigward tal-obbligi tal-Kapitolu III.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw, kull meta jkun xieraq, mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta.

5. L-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw, kull meta jkun xieraq, mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien rigward il-ħatra tal-awtorità kompetenti, il-kompiti tagħha, u kwalunkwe bidla sussegwenti fiha. Kull Stat Membru għandu jippubblika l-ħatra tal-awtorità kompetenti tiegħu.

6. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien rigward il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti u l-punt ta’ kuntatt uniku, il-kompiti tagħhom, u kwalunkwe bidla sussegwenti fihom. Kull Stat Membru għandu jippubblika l-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Gruppi ta’ Rispons ta’ Emerġenza tal-Kompjuters (minn hawnil quddiem: “CERT” (Computer Emergency Response Team)) li jkun responsabbli għall-indirizzar tal-inċidenti u tar-riskji skont proċess iddefinit tajjeb, li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (1) tal-Anness I. CERT jista’ jkun stabbilit fi ħdan l-awtorità kompetenti.

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi tal-inqas Grupp ta’ Rispons ta’ Emerġenza tal-Kompjuters wieħed (minn hawn 'il quddiem: “CERT”) għal kull wieħed mis-setturi stabbiliti fl-Anness II, li jkun responsabbli għall-indirizzar tal-inċidenti u tar-riskji skont proċess iddefinit tajjeb, li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (1) tal-Anness I. CERT jista’ jkun stabbilit fi ħdan l-awtorità kompetenti.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Is-CERT għandu jaġixxi taħt is-sorveljanza tal-awtorità kompetenti, li għandha tirrevedi b’mod regolari l-adegwatezza tar-riżorsi tiegħu, il-mandat tiegħu u l-effettività tal-proċess ta’ indirizzar tal-inċidenti tiegħu.

5. Is-CERTs għandhom jaġixxu taħt is-sorveljanza tal-awtorità kompetenti jew il-punt ta’ kuntatt uniku, li għandha tirrevedi b’mod regolari l-adegwatezza tar-riżorsi tagħhom, il-mandati u l-effettività tal-proċess ta’ indirizzar tal-inċidenti tagħhom.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-CERTs ikollhom riżorsi umani u finanzjarji adegwati sabiex jipparteċipaw b'mod attiv f'netwerks ta' kooperazzjoni internazzjonali u b'mod partikolari tal-Unjoni.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5b. Is-CERTs għandhom jitħallew u jiġu mħeġġa biex jagħtu bidu u jipparteċipaw f’eżerċizzji konġunti ma’ CERTs oħrajn, mas-CERTs tal-Istati Membri kollha, u ma’ istituzzjonijiet xierqa tal-Istati mhux Membri kif ukoll ma’ CERTs ta’ istituzzjonijiet multinazzjonali u internazzjonali bħan-NATO u n-NU.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5c. L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-ENISA jew ta’ Stati Membri oħra biex jiżviluppaw is-CERTs nazzjonali tagħhom.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jifformaw netwerk ("netwerk ta' kooperazzjoni") sabiex jikkooperaw kontra r-riskji u l-inċidenti li jaffettwaw is-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni.

1. Il-punti ta’ kuntatt uniċi u l-Kummissjoni u l-ENISAgħandhom jifformaw netwerk (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘netwerk ta kooperazzjoni) sabiex jikkooperaw kontra r-riskji u l-inċidenti li jaffettwaw is-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni.

Emenda 77

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-netwerk ta’ kooperazzjoni għandu joħloq komunikazzjoni permanenti bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti. Meta tintalab, l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (“ENISA”) għandha tassisti lin-netwerk ta’ kooperazzjoni billi tipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tagħha.

2. In-netwerk ta’ kooperazzjoni għandu joħloq komunikazzjoni permanenti bejn il-Kummissjoni u l-punti ta’ kuntatt uniċi. Meta tintalab, l-ENISA għandha tassisti lin-netwerk ta’ kooperazzjoni billi tipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tagħha. Meta jkun xieraq, l-operaturi tas-suq u l-fornituri tas-soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà jistgħu jiġu mistiedna wkoll biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tan-netwerk ta’ kooperazzjoni msemmija fil-punti (g), (h), (i) tal-paragrafu 3.

Fejn ikun xieraq, in-netwerk ta' kooperazzjoni għandu jikkoopera mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta.

Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment in-netwerk ta' kooperazzjoni ta' sigurtà u riċerka u programmi rilevanti oħrajn tal-Orizzont 2020.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

3. Fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni l-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom:

(a) jiċċirkolaw twissijiet bikrija dwar ir-riskji u l-inċidenti skont l-Artikolu 10;

(a) jiċċirkolaw twissijiet bikrija dwar ir-riskji u l-inċidenti skont l-Artikolu 10;

(b) jiżguraw rispons koordinat skont l-Artikolu 11;

(b) jiżguraw rispons koordinat skont l-Artikolu 11;

(c) jippubblikaw fuq bażi regolari informazzjoni mhux kunfidenzjali dwar twissijiet bikrija li jkunu għaddejjin u rispons koordinat fuq sit elettroniku komuni;

(c) jippubblikaw fuq bażi regolari informazzjoni mhux kunfidenzjali dwar twissijiet bikrija li jkunu għaddejjin u rispons koordinat fuq sit elettroniku komuni;

(d) jiddiskutu u jivvalutaw b’mod konġunt, fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni, strateġija nazzjonali waħda jew aktar dwar il-NIS u dwar pjanijiet ta’ kooperazzjoni nazzjonali tal-NIS imsemmija fl-Artikolu 5, fl-ambitu ta’ din id-Direttiva.

(d) jiddiskutu u jivvalutaw b’mod konġunt strateġija nazzjonali waħda jew aktar dwar il-NIS u dwar pjanijiet ta’ kooperazzjoni nazzjonali tal-NIS imsemmija fl-Artikolu 5, fl-ambitu ta’ din id-Direttiva.

(e) jiddiskutu u jivvalutaw b’mod konġunt, fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni, l-effettività tas-CERTs, b’mod partikolari meta l-eżerċizzji tal-NIS jitwettqu fil-livell tal-Unjoni;

(e) jiddiskutu u jivvalutaw b’mod konġunt l-effettività tas-CERTs, b’mod partikolari meta l-eżerċizzji tal-NIS jitwettqu fil-livell tal-Unjoni;

(f) jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni dwar kwistjonijiet rilevanti kollha maċ-Ċentru Ewropew tal-Kriminalità Ċibernetika fi ħdan l-Europol, u ma' korpi Ewropej oħrajn rilevanti b'mod partikolari fl-oqsma tal-protezzjoni tad-dejta, tal-enerġija, tat-trasport, tal-banek, tal-boroż u tas-saħħa;

(f) jikkooperaw u jiskambjaw kompetenza dwar il-kwistjonijiet rilevanti għas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, b’mod partikolari fl-oqsma tal-protezzjoni tad-dejta, tal-enerġija, tat-trasport, tal-banek, tas-swieq finanzjarji u tas-saħħa maċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità fi ħdan l-Europol, u ma’ korpi Ewropej oħrajn rilevanti;

(fa) fejn xieraq, jinforma lill-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, permezz tar-rappurtar, u jistgħu jitolbu għajnuna għall-analiżi, ħidma preparatorja u azzjonijiet tan-netwerk ta' kooperazzjoni;

(g) jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prassi bejniethom u mal-Kummissjoni, u jassistu lil xulxin fil-bini tal-kapaċità dwar il-NIS;

(g) jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prassi bejniethom u mal-Kummissjoni, u jassistu lil xulxin fil-bini tal-kapaċità dwar il-NIS;

(h) jorganizzaw analiżijiet inter pares regolari dwar il-kapaċitajiet u t-tħejjija;

(i) jorganizzaw eżerċizzji tal-NIS fil-livell tal-Unjoni u jipparteċipaw, kif xieraq, f’eżerċizzji internazzjonali tal-NIS.

(i) jorganizzaw eżerċizzji tal-NIS fil-livell tal-Unjoni u jipparteċipaw, kif xieraq, f’eżerċizzji internazzjonali tal-NIS.

(ia) jinkludu, jikkonsultaw u jiskambjaw, fejn xieraq, informazzjoni mal-operaturi tas-suq fir-rigward tar-riskji u inċidenti li jaffettwaw in-netwerk u s-sistemi tal-informazzjoni tagħhom;

(ib) jiżviluppaw, b’kooperazzjoni mal-ENISA, linji gwida għal kriterji speċifiċi skont is-settur għan-notifika ta’ inċidenti sinifikanti, flimkien mal-parametri stabbiliti fl-Artikolu 14(2), għal interpretazzjoni komuni, applikazzjoni konsistenti u implimentazzjoni armonjuża fi ħdan l-Unjoni.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. In-netwerk ta' kooperazzjoni għandu jippubblika rapport annwali, dwar l-attivitajiet tan-netwerk u dwar ir-rapport sommarju mressaq skont l-Artikolu 14(4) ta' din id-Direttiva, għat-12-il xahar preċedenti.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-modalitajiet meħtieġa sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).

4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-modalitajiet meħtieġa sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-punti ta' kuntatt uniċi, il-Kummissjoni u l-ENISA msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(3).

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Il-parteċipanti tal-infrastruttura tas-sigurtà għandhom jikkonformaw, inter alia, mal-miżuri ta' kunfidenzjalità u ta' sigurtà adegwati skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 f'kull stadju tal-ipproċessar.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 18 rigward id-definizzjoni tal-kriterji li għandhom ikunu ssodisfati biex Stat Membru jkun awtorizzat jipparteċipa fis-sistema sigura ta’ qsim ta’ informazzjoni rigward:

imħassar

(a) id-disponibbiltà ta’ infrastruttura sigura u flessibbli ta’ komunikazzjoni u informazzjoni fil-livell nazzjonali, kompatibbli u interoperabbli mal-infrastruttura sigura tan-netwerk ta’ kooperazzjoni f’konformità mal-Artikolu 7(3), u

(b) l-eżistenza ta’ riżorsi u proċessi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati għall-awtorità kompetenti u s-CERT tiegħu li jippermettu parteċipazzjoni effettiva, effiċjenti u sigura fis-sistema sigura ta’ qsim ta’ informazzjoni taħt l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 7(3).

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, deċiżjonijiet dwar l-aċċess tal-Istati Membri għal din l-infrastruttura sigura, skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(3).

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati, sett komuni ta’ standards ta’ interkonnessjoni u sigurtà li l-punti ta’ kuntatti uniċi għandhom jilħqu qabel jiskambjaw informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali fin-netwerk ta’ kooperazzjoni.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kompetenti jew il-Kummissjoni għandhom jipprovdu twissijiet bikrija fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni dwar dawk ir-riskji u l-inċidenti li jissodisfaw mill-inqas waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

1. Il-punti ta’ kuntatt uniċi jew il-Kummissjoni għandhom jipprovdu twissijiet bikrija fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni dwar dawk ir-riskji u l-inċidenti li jissodisfaw mill-inqas waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a) jikbru malajr jew jistgħu jikbru malajr fl-iskala tagħhom;

(b) jiżbqu jew jistgħu jiżbqu l-kapaċità nazzjonali tar-rispons;

(b) il-punt ta’ kuntatt uniku jivvaluta li r-riskju jew l-inċident potenzjalment jeċċedi l-kapaċità nazzjonali tar-rispons;

(c) jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw aktar minn Stat Membru wieħed.

(c) il-punti ta’ kuntatt uniċi jew il-Kummissjoni jivvaluta li r-riskju jew l-inċident jaffettwaw aktar minn Stat Membru wieħed;

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fit-twissijiet bikrija, l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti fil-pussess tagħhom li tista’ tkun utli għall-valutazzjoni tar-riskju jew tal-inċident.

2. Fit-twissijiet bikrija, il-punti ta’ kuntatt uniċi u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe informazzjoni rilevanti fil-pussess tagħhom li tista’ tkun utli għall-valutazzjoni tar-riskju jew tal-inċident.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fuq talba ta’ Stat Membru, jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru jipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar riskju jew inċident speċifiku.

imħassar

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta r-riskju jew l-inċident soġġett għal twissija bikrija jkun ta’ natura kriminali ssuspettata, l-awtoritajiet kompetenti jew il-Kummissjoni għandhom jinformaw liċ-Ċentru Ewropew tal-Kriminalità Ċibernetika fi ħdan il-Europol.

4. Meta r-riskju jew l-inċident soġġett għal twissija bikrija jkun ta’ natura kriminali ssuspettata u meta l-operatur tas-suq ikun irrapporta inċidenti ta’ natura kriminali serja ssuspettata kif imsemmi fl-Artikolu 15(4), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità fi ħdan l-Europol ikun infurmat, fejn adegwat.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Il-membri tan-netwerk ta' kooperazzjoni m'għandhom jippubblikaw ebda informazzjoni li taslilhom dwar riskji u inċidenti msemmija fil-paragrafu 1 jekk ma jkunux irċevew l-approvazzjoni minn qabel tal-punt ta' kuntatt uniku notifikanti.

Barra minn hekk, qabel il-qsim tal-informazzjoni fin-netwerk ta' kooperazzjoni, il-punt ta' kuntatt uniku għandu jinforma lill-operatur tas-suq li għalih tirreferi l-informazzjoni rigward l-intenzjoni tiegħu, u meta jqisuh xieraq, għandu jara li l-informazzjoni kkonċernata tkun anonima.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4b. Meta r-riskju jew l-inċident suġġett għal twissija bikrija jkun ta' natura teknika transkonfinali gravi ssusspettata, il-punt ta' kuntatt uniku jew il-Kummissjoni għandhom jinformaw lill-ENISA.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Wara t-twissija bikrija msemmija fl-Artikolu 10 l-awtoritajiet kompetenti għandhom, wara li jivvalutaw l-informazzjoni rilevanti, jaqblu rigward rispons ikkoordinat skont il-pjan ta’ kooperazzjoni dwar il-NIS fl-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12.

1. Wara t-twissija bikrija msemmija fl-Artikolu 10, il-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom, wara li jivvalutaw l-informazzjoni rilevanti, jaqblu mingħajr dewmien żejjed rigward rispons ikkoordinat skont il-pjan ta’ kooperazzjoni dwar il-NIS fl-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– definizzjoni tal-format u l-proċeduri għall-ġbir u l-qsim ta' informazzjoni kompatibbli u komparabbli dwar ir-riskji u l-inċidenti mill-awtoritajiet kompetenti,

– definizzjoni tal-format u l-proċeduri għall-ġbir u l-qsim ta informazzjoni kompatibbli u komparabbli dwar ir-riskji u l-inċidenti mill-punti ta’ kuntatt uniċi,

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-pjan ta’ kooperazzjoni dwar il-NIS fl-Unjoni għandu jkun adottat sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u għandu jkun rivedut b’mod regolari.

3. Il-pjan ta’ kooperazzjoni dwar l-NIS fl-Unjoni għandu jkun adottat sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u għandu jkun rivedut b’mod regolari. Ir-riżultati ta’ kull reviżjoni għandhom jiġu rrapportati lill-Parlament Ewropew.

Emenda  93

Proposta għal Direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Għandha tkun assigurata l-koerenza bejn il-pjan ta' kooperazzjoni tal-Unjoni dwar l-NIS u l-istrateġiji nazzjonali u l-pjanijiet ta' kooperazzjoni tal-NIS, kif previst fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li n-netwerk ta’ kooperazzjoni jkollu kooperazzjoni internazzjonali informali, l-Unjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jippermettu u jorganizzaw il-parteċipazzjoni tagħhom f’xi attivitajiet tan-netwerk ta’ kooperazzjoni. Tali ftehim għandu jqis il-ħtieġa li tiġi żgurata protezzjoni adegwata tad-dejta personali li tkun tidher fuq in-netwerk ta’ kooperazzjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li n-netwerk ta’ kooperazzjoni jkollu kooperazzjoni internazzjonali informali, l-Unjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jippermettu u jorganizzaw il-parteċipazzjoni tagħhom f’xi attivitajiet tan-netwerk ta’ kooperazzjoni. Tali ftehim għandu jqis il-ħtieġa li tiġi żgurata protezzjoni adegwata tad-dejta personali li tkun tidher fuq in-netwerk ta’ kooperazzjoni u għandu jfassal il-proċedura ta' monitoraġġ li għandha tkun segwita biex tkun assigurata l-protezzjoni ta' din id-dejta personali. Il-Parlament Ewropew għandu jkun informat dwar in-negozjar ta' dawn il-ftehimiet. Kwalunkwe trasferiment ta’ dejta personali lil riċevituri li jinsabu f’pajjiżi barra mill-Unjoni għandu jitwettaq f’konformità mal-Artikoli 25 u 26 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13a

Livell ta’ kritiċità tal-operaturi tas-suq

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-livell ta’ kritiċità tal-operaturi tas-suq, filwaqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi, parametri li jinkludu l-importanza tal-operatur tas-suq partikolari għaż-żamma ta’ livell suffiċjenti tas-servizz settorjali, in-numru ta’ partijiet provduti mill-operatur tas-suq, u l-perjodu taż-żmien sakemm in-nuqqas ta’ kontinwità tas-servizzi ewlenin tal-operatur tas-suq ikollu impatt negattiv fuq iż-żamma ta’ attivitajiet ekonomiċi u soċjetali essenzjali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija parti mill-Kapitolu IV u għandha tippreċedi l-Artikolu 14 ta’ hawn taħt. Dan l-Artikolu għandu l-għan li jippermetti klassifikazzjoni aktar divrenzjata tal-Anness II u bħala konsegwenza l-obbligi stipulati fil-Kapitolu IV. In-notifika tal-inċident għandha ssir mill-operaturi tas-suq kollha irrispettivament mil-livell ta' kritiċità tagħhom, filwaqt li l-forma ta' awditi tas-sigurtà tista' tkun adattata għal-livell ta' kritiċità speċifika tal-operatur tas-suq.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jindirizzaw ir-riskji maħluqa għas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni li huma jikkontrollaw u jużaw fl-operazzjonijiet tagħhom. Wara li jikkunsidraw l-aħħar teknoloġiji, dawn il-miżuri għandhom jiggarantixxu livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskju ppreżentat. B’mod partikolari, għandhom jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-impatt tal-inċidenti li jaffettwaw is-sistema tan-netwerks u tal-informazzjoni tagħhom fuq is-servizzi ewlenin li jipprovdu u b’hekk jassiguraw il-kontinwità tas-servizzi msejsa fuq dawk is-sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-operaturi tas-suq jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa u proporzjonali sabiex jindividwaw u jindirizzaw b’mod effettiv ir-riskji maħluqa għas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni li huma jikkontrollaw u jużaw fl-operazzjonijiet tagħhom. Wara li jikkunsidraw l-aħħar teknoloġiji, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskju ppreżentat. B’mod partikolari, għandhom jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni tal-inċidenti li jaffettwaw is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni u t-tnaqqis tal-impatt tagħhom fuq is-servizzi ewlenin li jipprovdu u b’hekk jassiguraw il-kontinwità tas-servizzi msejsa fuq dawk is-sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar inċidenti li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-sigurtà tas-servizzi ewlenin li huma jipprovdu.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-operaturi tas-suq jinnotifikaw, mingħajr dewmien, lill-awtorità kompetenti jew lill-punt ta' kuntatt uniku dwar inċidenti li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kontinwità tas-servizzi ewlenin li huma jipprovdu. In-notifika m'għandhiex tesponi lill-parti notifikanti għal iktar responsabbiltà.

Biex jiġi ddeterminat il-kobor tal-impatt ta’ inċident, għandhom jitqiesu fost l-oħrajn il-parametri li ġejjin:

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) in-numru ta’ utenti li s-servizz ewlieni tagħhom huwa affettwat;

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 ‑ paragrafu 2 ‑ punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) it-tul tal-inċident;

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 ‑ paragrafu 2 ‑ punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-firxa ġeografika fir-rigward taż-żona affettwata mill-inċident.

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk il-parametri għandhom jiġu speċifikati iżjed skont il-punt (ib) tal-Artikolu 8(3).

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. L-operaturi tas-suq għandhom jinnotifikaw l-inċidenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-awtorità kompetenti jew lill-punt ta’ kuntatt uniku fl-Istat Membru fejn is-servizz ewlieni huwa affettwat. Meta servizzi ewlenin f’aktar minn Stat Membru wieħed huma affettwati, il-punt ta’ kuntatt uniku li jkun irċieva n-notifika għandu, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-operatur tas-suq, iwissi lill-punti ta’ kuntatt uniċi l-oħrajn ikkonċernati. L-operatur tas-suq għandu jiġi mgħarraf, mill-iktar fis possibbli, dwar liema punti ta’ kuntatt uniċi oħra jkunu ġew mgħarrfa bl-inċident, kif ukoll bi kwalunkwe pass li jittieħed, ir-riżultati miksuba jew kwalunkwe informazzjoni b’rilevanza għall-inċident.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. Meta n-notifika tinkludi dejta personali, din għandha tkun żvelata biss lir-riċevituri fi ħdan awtorità kompetenti notifikata jew punt ta' kuntatt uniku li jkunu jridu jipproċessaw dik id-dejta biex jaqdu l-kompiti tagħhom skont ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta. Id-dejta żvelata għandha tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom.

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2c. L-operaturi tas-suq li mhumiex koperti mill-Anness II jistgħu jirrapportaw l-inċidenti kif speċifikat fl-Artikolu 14(2) fuq bażi volontarja.

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtorità kompetenti tista’ tinforma lill-pubbliku, jew teżiġi li l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq jagħmlu dan, meta tiddeċiedi li l-iżvelar tal-inċident ikun fl-interess pubbliku. Darba fis-sena, l-awtorità kompetenti għandha tissottometti rapport fil-qosor lin-netwerk ta’ kooperazzjoni dwar in-notifiki li tkun irċeviet u l-azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu.

4. Wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u l-operatur tas-suq ikkonċernat, il-punt ta’ kuntatt uniku jista’ jinforma lill-pubbliku dwar inċidenti individwali, meta s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku tkun meħtieġa għall-prevenzjoni ta’ inċident jew l-ittrattar ta’ inċident li jkun għaddej, jew meta l-operatur tas-suq, soġġett għal inċident, ikun irrifjuta li jindirizza vulnerabbiltà strutturali serja marbuta ma’ dak l-inċident mingħajr dewmien żejjed.

Qabel kwalunkwe żvelar pubbliku, l-awtorità kompetenti notifikata għandha tiżgura li l-operatur tas-suq ikkonċernat ikollu l-possibbiltà li jinstema' u li d-deċiżjoni dwar l-iżvelar pubbliku tkun ibbilanċjata kif xieraq fl-interess pubbliku.

Meta l-informazzjoni dwar inċidenti individwali ssir pubblika, l-awtorità kompetenti notifikata jew il-punt ta' kuntatt uniku għandu jiżgura li din tkun anonima kemm jista' jkun.

L-awtorità kompetenti jew il-punt ta' kuntatt uniku għandu, jekk ikun raġonevolment possibbli, jipprovdi lill-operatur tas-suq b'informazzjoni li tappoġġa t-trattament effikaċi tal-inċident notifikat.

Darba fis-sena, l-awtorità kompetenti għandha tissottometti rapport fil-qosor lin-netwerk ta’ kooperazzjoni dwar in-notifiki li tkun irċeviet u l-azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu.

Darba fis-sena, il-punt ta' kuntatt uniku għandu jissottometti rapport fil-qosor lin-netwerk ta’ kooperazzjoni dwar in-notifiki li jkun irċieva, inkluż in-numru ta' notifiki u skont il-parametri tal-inċident kif elenkati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, u l-azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu.

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-operaturi tas-suq biex jinkludu, fuq bażi volontarja, l-inċidenti pubbliċi li jinvolvu n-negozji tagħhom fir-rapporti finanzjarji tagħhom.

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 18 rigward id-definizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq ikunu meħtieġa jinnotifikaw l-inċidenti.

imħassar

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Soġġett għal kwalunkwe att iddelegat adottat taħt il-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jadottaw linji gwida u, fejn ikun meħtieġ, joħorġu struzzjonijiet rigward iċ-ċirkostanzi li fihom l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq ikunu meħtieġa jinnotifikaw l-inċidenti.

6. L-awtoritajiet kompetenti jew il-punti ta’ kuntatt uniċi jistgħu jadottaw linji gwida rigward iċ-ċirkostanzi li fihom l-operaturi tas-suq ikunu meħtieġa jinnotifikaw l-inċidenti.

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għall-intrapriżi mikro kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju35.

8. Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għall-intrapriżi mikro kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju35, sakemm l-intrapriża mikro taġixxi bħala sussidjarja għall-operatur tas-suq kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(8).

_____________

_____________

35 ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

35 ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8a. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw dan l-Artikolu u l-Artikolu 15 għal amministrazzjonijiet pubbliċi mutatis mutandis.

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa sabiex jinvestigaw każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità min-naħa tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tal-operaturi tas-suq mal-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 14 u l-effetti ta’ dan fuq is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt uniċi jkollhom is-setgħat meħtieġa sabiex jassiguraw konformità mal-obbligi taħt l-Artikolu 14 u l-effetti ta’ dan fuq is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni.

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jeżiġu li l-operaturi tas-suq u l-amministrazzjonijiet pubbliċi:

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi jkollhom is-setgħa li jeżiġu li l-operaturi tas-suq:

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) issirilhom verifika tas-sigurtà li titwettaq minn korp indipendenti jew awtorità nazzjonali kkwalifikata u jagħmlu r-riżultati tagħha disponibbli għall-awtorità kompetenti.

(b) jipprovdu evidenza ta’ implimentazzjoni effettiva ta’ politiki tas-sigurtà, bħar-riżultati ta’ verifika tas-sigurtà li titwettaq minn awdituri interni, korp indipendenti jew awtorità nazzjonali kkwalifikata, u jagħmlu l-evidenza disponibbli għall-awtorità kompetenti jew il-punt ta’ kuntatt uniku.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jibagħtu dik it-talba, l-awtoritajiet kompetenti jew il-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom jiddikjaraw l-għan tat-talba u jispeċifikaw b’mod suffiċjenti liema informazzjoni hija meħtieġa.

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li joħorġu struzzjonijiet vinkolanti lill-operaturi tas-suq u lill-amministrazzjonijiet pubbliċi.

3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi jkollhom is-setgħa li joħorġu struzzjonijiet vinkolanti lill-operaturi tas-suq.

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 ‑ paragrafu 3a u 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. B’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-awtoritajiet kompetenti jew il-punti ta’ kuntatt uniċi, skont il-każ, għandhom japplikaw proċedura differenti għal operaturi tas-suq partikolari, ibbażata fuq il-livell tal-kritiċità tagħhom determinat skont l-Arikolu 13a. Fil-każ li l-Istati Membri jiddeċiedu hekk:

(a) l-awtoritajiet kompetenti jew il-punti ta’ kuntatt uniċi, kif applikabbli, għandu jkollhom is-setgħa li jissottomettu talba speċifika biżżejjed lill-operaturi tas-suq fejn jitolbuhom biex jipprovdu evidenza ta’ implimentazzjoni effettiva ta’ politiki tas-sigurtà, bħar-riżultati ta’ awditu tas-sigurtà mwettaq minn awdituri interni, korp indipendenti jew awtorità nazzjonali kkwalifikata, u jagħmlu l-evidenza disponibbli għall-awtorità kompetenti jew il-punt ta’ kuntatt uniku.

(b) fejn meħtieġ, wara s-sottomissjoni mill-operatur tas-suq tat-talba msemmija fil-punt (a), l-awtorità kompetenti jew il-punt ta’ kuntatt uniku jistgħu jitolbu iżjed provi jew li jitwettaq awditu addizzjonali minn korp indipendenti kwalifikat jew minn awtorità nazzjonali.

3b. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu n-numru u l-intensità tal-awditi għal operatur tas-suq ikkonċernat, meta l-awditu tas-sigurtà jkun indika konformità konsistenti mal-Kapitolu IV.

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw l-inċidenti ta’ natura kriminali serja ssuspettata lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

4. L-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt uniċi għandhom jinformaw lill-operaturi tas-suq ikkonċernati dwar il-possibbiltà li jirrapportaw inċidenti ta’ natura kriminali serja ssuspettata lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta personali meta jindirizzaw inċidenti li jirriżultaw fi ksur ta’ dejta personali.

5. Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta personali meta jindirizzaw inċidenti li jirriżultaw fi ksur ta’ dejta personali. Il-punti ta’ kuntatt uniċi u l-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-dejta għandhom jiżviluppaw, permezz tal-kooperazzjoni mal-ENISA, mekkaniżmi ta’ skambju tal-informazzjoni u mudell uniku li għandu jintuża kemm għal notifiki taħt l-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva kif ukoll għal kwalunkwe liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  119

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe obbligi imposti fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq taħt dan il-Kapitolu jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe obbligi imposti fuq l-operaturi tas-suq taħt dan il-Kapitolu jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja.

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l-Artikolu 14 u dan l-Artikolu għal amministrazzjonijiet pubbliċi mutatis mutandis.

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Biex tkun żgurata implimentazzjoni konverġenti tal-Artikolu 14(1), l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta’ standards u/jew speċifikazzjonijiet rilevanti għas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni.

1. Biex tkun żgurata implimentazzjoni konverġenti tal-Artikolu 14(1), mingħajr ma jordnaw l-użu ta’ xi teknoloġija partikolari, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta’ standards u/jew speċifikazzjonijiet Ewropej jew interoperabbli għas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni.

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tfassal, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni lista tal-istandards imsemmija fil-paragrafu 1. Il-lista għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2. Il-Kummissjoni għandha tagħti mandat lil korp Ewropew ta' standardizzazzjoni rilevanti, b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati, biex ifassal lista tal-istandards u/jew l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Il-lista għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  123

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu japplikaw biss meta l-operatur tas-suq ikun naqas milli jonora l-obbligi tiegħu skont il-Kapitolu IV b’intenzjoni jew bħala riżultat ta’ negliġenza kbira.

Emenda  124

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delegazzjoni tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 9(2), 10(5) u 14(5) tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat diġà fis-seħħ.

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 9(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda  125

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-att iddelegat adottat skont l-Artikoli 9(2), 10(5) u 14(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  126

Proposta għal Direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minn żmien għal żmien il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-ewwel rapport għandu jkun ippreżentat sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data ta’ traspożizzjoni msemmija fl-Artikolu 21. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri jipprovdu informazzjoni mingħajr dewmien bla bżonn.

Minn żmien għal żmien il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta’ din id-Direttiva, partikolarment il-lista inkluża fl-Anness II u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-ewwel rapport għandu jkun ippreżentat sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data ta’ traspożizzjoni msemmija fl-Artikolu 21. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri jipprovdu informazzjoni mingħajr dewmien bla bżonn.

Emenda  127

Proposta għal direttiva

Anness 1 - intestatura 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rekwiżiti u l-kompiti tal-Grupp ta’ Rispons ta’ Emerġenza tal-Kompjuters (CERT)

Ir-rekwiżiti u l-kompiti tal-Gruppi ta’ Rispons ta’ Emerġenza tal-Kompjuters (CERTs)

Emenda  128

Proposta għal direttiva

Anness 1 ‑ paragrafu 1 ‑ punt 1 ‑ sottopunt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Is-CERT għandu jassigura disponibbiltà għolja tas-servizzi ta’ komunikazzjoni tiegħu billi jevita punti ta’ ħsara waħdanin u jkollu bosta mezzi biex ikun ikkuntattjat u biex jikkuntattja lill-oħrajn. Barra minn hekk, il-kanali ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu speċifikati b’mod ċar u magħrufa sew mal-kostitwenza u mal-imsieħba kooperattivi.

(a) Is-CERTs għandhom jassiguraw disponibbiltà għolja tas-servizzi ta’ komunikazzjoni tiegħu billi jevita punti ta’ ħsara waħdanin u jkollu bosta mezzi biex ikun ikkuntattjat u biex jikkuntattja lill-oħrajn fi kwalunkwe mument. Barra minn hekk, il-kanali ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu speċifikati b’mod ċar u magħrufa sew mal-kostitwenza u mal-imsieħba kooperattivi.

Emenda  129

Proposta għal direttiva

Anness 1 ‑ paragrafu 1 ‑ punt 1 ‑ sottopunt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) L-uffiċċji tas-CERT u s-sistemi ta’ informazzjoni ta’ appoġġ għandhom jinstabu f’siti siguri.

(c) L-uffiċċji tas-CERTs u s-sistemi ta’ informazzjoni ta’ appoġġ għandhom jinstabu f’siti siguri b’sistemi ta’ informazzjoni tan-netwerks siguri.

Emenda  130

Proposta għal direttiva

Anness 1 – paragrafu 1 – punt 2 – sottopunt a – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-monitoraġġ tal-inċidenti fil-livell nazzjonali,

– L-identifikazzjoni u l-monitoraġġ tal-inċidenti fil-livell nazzjonali,

Emenda  131

Proposta għal direttiva

Anness 1 – paragrafu 1 – punt 2 – sottopunt a – inċiż 5 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- Il-parteċipazzjoni attiva fin-netwerks ta’ kooperazzjoni bejn is-CERTs tal-Unjoni u dawk Internazzjonali

Emenda  132

Proposta għal Direttiva

Anness II – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-lista ta’ operaturi tas-suq

Il-lista ta’ operaturi tas-suq

Imsemmija fl-Artikolu 3(8) a):

1. pjattaformi ta’ kummerċ elettroniku

2. portali ta’ ħlas fuq l-Internet

3. netwerks soċjali

4. magni tat-tiftix

5. servizzi ta’ cloud computing

6. imħażen tal-applikazzjonijiet

Imsemmija fl-Artikolu (3(8) b):

Emenda  133

Proposta għal Direttiva

Anness II – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-lista ta’ operaturi tas-suq

Il-lista ta’ operaturi tas-suq

1. L-enerġija (is-suq tal-elettriku u s-suq tal-gass)

1. L-enerġija (is-suq tal-elettriku u s-suq tal-gass)

(a) Elettriku

Fornituri tal-elettriku u tal-gass

- Fornituri

Operaturi tas-sistemi tal-elettriku u/jew tat-tqassim tal-gass u l-bejjiegħa bl-imnut għall-konsumaturi finali

- Operaturi tas-sistemi ta’ tqassim u l-bejjiegħa bl-imnut għall-konsumaturi finali

Operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni fil-gass naturali, inkluża l-ħażna, l-importazzjoni fil-pajjiż

Operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni fl-elettriku

- Operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni fl-elettriku

(b) Żejt

Linja ta’ pajpijiet għat-trażmissjoni taż-żejt u ħżin taż-żejt

- Linja ta’ pajpijiet għat-trażmissjoni taż-żejt u ħżin taż-żejt

L-operaturi ta’ faċilitajiet tal-produzzjoni, ir-raffinar u t-trattament taż-żejt, il-ħżin u t-trażmissjoni

(c) Gass

Operaturi tas-swieq tal-elettriku u tal-gass

- Fornituri

- Operaturi tas-sistemi ta’ tqassim u l-bejjiegħa bl-imnut għall-konsumaturi finali

- Operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni fil-gass naturali, operaturi tas-sistemi ta’ ħżin, u operaturi tas-sistemi tal-LNG

Operaturi ta’ faċilitajiet tal-produzzjoni, ir-raffinar u t-trattament taż-żejt u l-gass naturali

- Operaturi ta’ faċilitajiet tal-produzzjoni, ir-raffinar, it-trattament taż-żejt, il-faċilitajiet tal-ħżin u tat-trażmissjoni

- Operaturi fis-swieq tal-gass

Emenda  134

Proposta għal Direttiva

Anness II – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-trasport

2. It-trasport

Trasportaturi tal-ajru (it-trasport tal-ajru tal-merkanzija u tal-passiġġieri)

(a) Trasport bit-triq

Trasportaturi marittimi (il-kumpaniji tat-trasport marittimu tal-passiġġieri marittimi tal-baħar u tal-kosta u l-kumpaniji tat-trasport marittimu tal-merkanzija tal-baħar u tal-kosta)

(i) Operaturi tal-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku

Ferroviji (il-maniġers tal-infrastruttura, il-kumpaniji integrati u l-operaturi tat-trasport bil-ferrovija)

(ii) Servizzi loġistiċi awżiljarji:

Ajruporti

- magazzinaġġ u l-ħżin,

Portijiet

immaniġġjar tal-merkanzija, u

Operaturi tal-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku

- attivitajiet oħrajn ta’ sostenn tat-trasport

Servizzi loġistiċi awżiljarji (a) magazzinaġġ u ħażna, b) immaniġġjar tal-merkanzija u c) attivitajiet oħrajn ta’ sostenn tat-trasport)

(b) Trasport bil-ferrovija

(i) Ferroviji (il-maniġers tal-infrastruttura, il-kumpaniji integrati u l-operaturi tat-trasport bil-ferrovija)

(ii) Operaturi tal-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku

(iii) Servizzi loġistiċi awżiljarji:

- magazzinaġġ u l-ħżin,

- immaniġġjar tal-merkanzija, u

- attivitajiet oħrajn ta’ sostenn tat-trasport

(c) Trasport bl-ajru

(i) Trasportaturi tal-ajru (it-trasport bl-ajru tal-merkanzija u tal-passiġġieri)

(ii) Ajruporti

(iii) operaturi tal-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku

(iv) Servizzi loġistiċi awżiljarji:

- magazzinaġġ,

- immaniġġjar tal-merkanzija, u

- attivitajiet oħrajn ta’ sostenn tat-trasport

(d) Trasport marittimu

(i) Trasportaturi marittimi (il-kumpaniji tat-trasport marittimu tal-passiġġieri marittimi tal-baħar u tal-kosta u l-kumpaniji tat-trasport marittimu tal-merkanzija lejn l-art, tal-baħar u tal-kosta)

Emenda  135

Proposta għal Direttiva

Anness II – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-boroż stock exchanges and central counterparty clearing houses

4. L-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji: swieq irregolati, faċilitajiet multilaterali tan-negozjar, faċilitajiet organizzati tan-negozjar u stabbilimenti ċentrali tar-rilaxx tal-kontroparti

Emenda  136

Proposta għal Direttiva

Anness II – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Il-produzzjoni u l-provvista tal-ilma

Emenda  137

Proposta għal Direttiva

Anness II – punt 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5b. Il-katina tal-provvista tal-ikel

Emenda  138

Proposta għal Direttiva

Anness II – punt 5c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5c. Il-punti ta' skambju tat-traffiku tal-internet

  • [1]  ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0/Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
  • [2]  Testi adottati, P7_TA(2013)0376.

NOTA SPJEGATTIVA

1. L-isfond

Fl-2010, l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa kienet diġà talbet l-introduzzjoni ta’ strumenti leġiżlattivi mmirati lejn politika tas-sigurtà ta’ livell għoli dwar in-netwerks u l-informazzjoni. Minħabba l-interkonnettività tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni, tfixkil sinifikanti ta’ dawn fi Stat Membru wieħed jista’ jaffettwa Stati Membri oħrajn u lill-Unjoni kollha. Ir-reżiljenza u l-istabbiltà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni kif ukoll il-kontinwità ta’ servizzi ewlenin huma essenzjali għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, b’mod partikolari għall-iżvilupp ulterjuri tas-suq uniku diġitali.

Fid-dawl tal-livelli differenti ta’ kapaċitajiet u approċċi frammentati madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea fil-proposta preżenti tagħha għal Direttiva dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni għandha l-għan li ttejjeb is-sigurtà tal-Internet u s-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni privati li jappoġġaw il-funzjonament tas-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni teħtieġ li l-Istati Membri jtejbu l-istat ta’ tħejjija tagħhom u l-kooperazzjoni tagħhom ma’ xulxin. Għal dan il-għan, l-operaturi ta’ infrastrutturi kritiċi, bħall-enerġija, it-trasport u fornituri ewlenin ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni kif ukoll l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jiġġestixxu r-riskji ta’ sigurtà u jirrapportaw inċidenti serji lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

2. L-Abbozz ta’ Rapport

Ir-Rapporteur jappoġġa l-objettiv ġenerali tad-Direttiva proposta, jiġifieri l-iżgurar ta’ livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni. Sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-miżuri proposti, ir-Rapporteur iqis li din id-Direttiva bħala punt tat-tluq għandha tkun limitata għal ċerti operaturi, għandha tissalvagwardja l-investimenti fis-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni li diġà saru u għandha tevita strutturi istituzzjonali u obbligi doppji imposti fuq l-operaturi tas-suq. Barra minn hekk, ir-Rapporteur hu tal-opinjoni li din id-Direttiva għandha tappoġġa l-iżvilupp ta' relazzjonijiet ta' fiduċja u ta' skambji bejn l-atturi pubbliċi u privati, u li jiġu evitati reazzjonijiet negattivi fil-għamla ta’ sempliċi ‘kultura tal-konformità’ minflok il-‘kultura tal-ġestjoni tar-riskju’ mixtieqa. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-Rapporteur jipproponi t-tisħiħ tal-impatt ta’ din id-Direttiva bil-modifiki ewlenin li ġejjin.

A. Il-kamp ta’ applikazzjoni

L-abbozz ta’ Direttiva għandu l-għan li jimponi obbligi fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq, inklużi l-infrastrutturi kritiċi u s-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. Sabiex jinkisbu proporzjonalità u riżultati fil-pront mid-Direttiva, ir-Rapporteur iqis li l-miżuri obbligatorji stabbiliti fil-Kapitolu IV għandhom ikunu limitati għall-infrastrutturi li huma kruċjali f’sens iktar strett. Huwa tal-fehma li s-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni għaldaqstant m’għandhomx jiġu inklużi fl-Anness II ta’ din id-Direttiva. Minflok, din id-Direttiva għandha tiffoka fuq operaturi tas-suq li jipprovdu servizzi, fost l-oħrajn, fis-setturi tal-enerġija u t-trasport kif ukoll dawk relatati mas-saħħa u l-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji.

Fid-dawl tal-missjoni pubblika tagħhom, l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta fil-ġestjoni tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni tagħhom. Għaldaqstant, ir-Rapporteur ma jqisx li huwa proporzjonat li jiġu imposti fuqhom l-istess obbligi bħall-operaturi tas-suq.

Minbarra l-modifiki fil-kamp ta’ applikazzjoni, ir-Rapporteur jappoġġa n-natura mhux eżawrjenti tal-Anness II u jaqbel ma’ rieżami perjodiku ta’ din id-Direttiva, anke fid-dawl ta’ żviluppi teknoloġiċi ġodda.

B. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

Il-proposta għal Direttiva tipprevedi l-ħatra ta’ awtorità nazzjonali kompetenti waħda għal kull Stat Membru, li tkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-Direttiva. Ir-Rapporteur iqis li dan ma jikkunsidrax b’mod adegwat l-istrutturi diġà eżistenti.

F’ċerti setturi koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-operaturi tas-suq diġà jinnotifikaw b’mod formali jew informali lill-awtorità regolatorja speċifika għas-settur tagħhom dwar ċerti inċidenti tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni. Minħabba r-rabta diretta u r-relazzjonijiet mill-qrib mas-setturi rispettivi tagħhom, dawn l-awtoritajiet għandhom għarfien fil-fond dwar it-theddid u l-vulnerabbiltajiet, partikolari għas-settur tagħhom, u għaldaqstant jinsabu f’pożizzjoni unika li jivvalutaw l-impatt ta’ inċidenti potenzjali jew attwali għas-settur tagħhom.

Minbarra l-investimenti settorjali eżistenti, xi Stati Membri jistgħu jkollhom bżonn jaħtru aktar minn awtorità nazzjonali kompetenti waħda minħabba l-istruttura kostituzzjonali tagħhom jew minħabba kunsiderazzjonijiet oħrajn. Għaldaqstant, ir-Rapporteur jipproponi emenda għad-Direttiva sabiex tkun permessa l-ħatra ta’ aktar minn awtorità nazzjonali waħda għal kull Stat Membru. Madankollu, sabiex tiġi żgurata applikazzjoni koerenti fl-Istat Membru u sabiex tiġi permessa kooperazzjoni effettiva u simplifikata fil-livell tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta’ kuntatt uniku wieħed li jkun responsabbli, fost l-oħrajn, għall-parteċipazzjoni fin-netwerk ta’ kooperazzjoni tal-Artikolu 8 u s-sottomissjoni ta’ twissijiet bikrija f’konformità mal-Artikolu 10.

C. In-netwerk ta’ kooperazzjoni

Sabiex jissaħħu l-attivitajiet tan-netwerk ta’ kooperazzjoni, ir-Rapporteur huwa tal-fehma li n-netwerk għandu jikkunsidra li jistieden lill-operaturi tas-suq jipparteċipaw, fejn ikun xieraq. Aktar minn hekk, rapport annwali dwar l-attivitajiet tan-netwerk jipprovdi informazzjoni ta’ valur dwar il-progress fl-iskambju tal-aħjar prattika fost l-Istati Membri u l-iżvilupp ta’ notifiki ta’ inċidenti madwar l-Unjoni.

D. Ir-rekwiżiti ta’ sigurtà u n-notifika tal-inċidenti

Bħala innovazzjoni ewlenija, il-proposta għal Direttiva tintroduċi n-notifika obbligatorja mill-operaturi tas-suq ta’ inċidenti li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-sigurtà tas-servizzi ewlenin. Għar-raġuni ta’ kjarifika tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi u t-tinqix tagħhom fl-att bażiku, ir-Rapporteur jipproponi bidla fl-atti delegati tal-Artikolu 14(5), bi kriterji ċari li jiddeterminaw il-kobor tal-inċidenti li se jiġu rrapportati. Fid-dawl tal-allinjament maħsub mad-Direttiva 2009/140/KE, indikaturi simili għal dawk stabbiliti fil-Linji Gwida Tekniċi tal-ENISA dwar ir-rapportar ta’ inċidenti għad-Direttiva 2009/140/KE jiċċaraw il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kriterji għan-notifika. Aktar minn hekk, ir-Rapporteur jirrakkomanda t-tisħiħ tas-salvagwardji fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni relatata ma’ inċidenti u jiċċara l-applikabbiltà tal-liġi, f’każ li inċident jaffettwa s-servizzi ewlenin f’diversi Stati Membri, sabiex ma jiġux imposti obbligi ta’ notifika multipli jew mhux ċari.

E. L-implimentazzjoni u l-infurzar

Ir-Rapporteur iqis li huwa essenzjali li titrawwem kultura tal-ġestjoni tar-riskju u li wieħed jibni fuq l-isforzi eżistenti mill-operaturi tas-suq. F’dan ir-rigward, huwa tal-fehma li aktar milli l-forma tal-provvediment ta’ informazzjoni dwar l-attivitajiet konkreti ta’ ġestjoni tar-riskju, huma kruċjali l-kooperazzjoni kumplessiva u l-miżuri konkreti meħuda mill-operaturi tas-suq.

Għaldaqstant fil-kuntest tal-Artikolu 15, huwa meħtieġ li tiġi permessa flessibbiltà rigward l-evidenza għal konformità mar-rekwiżiti ta’ sigurtà imposti fuq l-operaturi tas-suq. Prova ta’ konformità pprovduta f’forma oħra għajr awditjar ta’ sigurtà għandha tkun ammissibbli.

F. Is-sanzjonijiet

Filwaqt li r-Rapporteur jara l-ħtieġa li jiġu previsti sanzjonijiet għall-operaturi tas-suq mhux konformi sabiex tissaħħaħ l-effettività ta’ din id-Direttiva, huwa tal-fehma li s-sanzjonijiet li jista' jkun hemm m’għandhomx ineħħu l-inċentiv għan-notifika ta’ inċidenti u joħolqu effetti negattivi. Għandu jiġi evitat li n-notifika fil-pront ta’ inċidenti tiddgħajjef mir-riskju ta’ sanzjonijiet, fost l-oħrajn, fuq sempliċi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti proċedurali. Għaldaqstant, ir-Rapporteur jipproponi kjarifika li meta l-operatur tas-suq ikun naqas milli jikkonforma mal-obbligi taħt il-Kapitolu IV iżda ma jkunx aġixxa b’intenzjoni jew traskuraġni serja, ma tiġi imposta l-ebda sanzjoni.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (19.12.2013)

għall-Kumitat tas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni
(COM(2013)0048 – C7‑0035/2013 – 2013/0027(COD))

Rapporteur għal opinjoni: del Pilar del Castillo Vera

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fi Frar tal-2013 il-Kummissjoni Ewropea, fuq talba tal-Parlament Ewropew fir-rapport ta’ inizjattiva tiegħu stess dwar l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, ippreżentat proposta għal Direttiva dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni, flimkien mal-ewwel strateġija tal-UE dwar iċ-ċibersigurtà. Meta jitqies li skont l-analiżi tad-dejta disponibbli jista’ jiġi stmat li l-inċidenti relatati mal-ICT ta’ natura malizzjuża jistgħu jġarrbu spejjeż diretti ta’ iżjed minn EUR 560 miljun fis-sena għall-SMEs biss, u li t-tipi kollha ta’ inċidenti (inkluż problemi upstream ambjentali jew fiżiċi bħad-diżastri naturali) jistgħu jġarrbu spejjeż diretti ta’ iżjed minn 2.3 biljun, ir-Rapporteur tilqa’ b’mod tajjeb din il-proposta.

Fir-rigward tal-istruttura tagħha, ir-Rapporteur taqbel ma’ numru mill-miżuri proposti, bħall-estensjoni tad-dispożizzjonijiet tar-rappurtar ta’ inċidenti ta’ sigurtà li attwalment huwa limitat għall-fornituri tat-telekomunikazzjonijiet skont l-Artikolu 13a tad-Direttiva Qafas tal-2009 għal setturi oħra kritiċi tal-infrastruttura. Għalhekk, il-proposti li pereżempju jeħtieġu li l-Istati Membri kollha għandu jkollhom gruppi ta’ rispons ta’ emerġenza tal-kompjuters li jaħdmu tajjeb u li għandhom jaħtru awtorità kompetenti biex tkun parti minn netwerk sigur pan-Ewropew elettroniku ta’ skambju tad-dejta li jippermetti l-kondiviżjoni sigura u l-iskambju ta’informazzjoni relatata maċ-ċibersigurtà, huma milqugħin tajjeb u għandhom il-potenzjal biex jikkontribwixxu bil-kbir lejn l-objettiv tad-Direttiva proposta, jiġifieri li tiżgura livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni.

Ir-Rapporteur madankollu hija tal-opinjoni li għad hemm fejn titjieb il-proposta, bl-applikazzjoni tal-priżma ta’ żewġ prinċipji ewlenin: l-Effiċjenza u l-Fiduċja.

L-Ewwel Prinċipju - l-Effiċjenza

Fir-rigward tal-obbligi tal-Istati Membri li jaħtru awtorità kompetenti responsabbli mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-Direttiva għas-setturi kollha preżenti fl-Anness II tal-proposta, ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li kull Stat Membru mhux biss għandu jkun liberu li jagħżel il-mudell tal-governanza taċ-ċibersigurtà li jqis l-iżjed adatt, imma wkoll li jkun essenzjali li tiġi evitata d-duplikazzjoni fl-istrutturi istituzzjonali li potenzjalment twassal għal konflitti ta’ kompetenza u tfixkil fil-komunikazzjonijiet. Għalhekk ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li l-istrutturi nazzjonali eżistenti li diġà huma fis-seħħ b’mod effiċjenti u jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri u r-rekwiżiti kostituzzjonali m’għandhomx jiġu mfixkla. Hija temmen madankollu li sabiex jiġi ggarantit l-iskambju tal-informazzjoni fil-livell tal-Unjoni, in-notifika ta’ theddid ta’ twissija bikrija u l-parteċipazzjoni fin-Netwerk ta’ Kooperazzjoni b’mod effiċjenti, kull Stat Membru għandu jaħtar Punt ta’ Kuntatt Uniku.

Fl-istess spirtu ta’ massimizzazzjoni tal-effiċjenza tad-Direttiva proposta r-Rapporteur hija tal-opinjoni li l-miżuri proposti rigward l-istabbiliment ta’ Skwadra ta' Rispons f'Emerġenza Relatata mal-Kompjuters nazzjonali jistgħu ma jkunux fil-verità r-rekwiżit l-iżjed adegwat, minħabba li dan ma jqisx in-naturi differenti u l-kompożizzjonijiet tas-CERTs eżistenti. Mhux biss li ħafna Stati Membri għandhom iżjed minn CERT waħda, imma dawn jittrattaw ukoll tipi differenti ta’ inċidenti. Il-kwantità u l-kwalità tal-attivitajiet ivarjaw ukoll skont jekk humiex qed jiġu ospitati u operati mill-istituzzjonijiet akkademiċi jew tar-riċerka, mill-gvernijiet jew mis-settur privat. Barra minn hekk il-proposta attwali se tfixkel in-netwerks ta’ kooperazzjoni internazzjonali u Ewropej eżistenti, li għalihom diġà jappartjenu s-CERTs eżistenti, li fil-verità kienu effiċjenti fil-koordinament ta’ rispons internazzjonali u Ewropew għall-inċidenti. Konsegwentement, ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li minflok issir referenza għal CERT nazzjonali unika, id-Direttiva għandha tkun immirata lejn dawk is-CERTs li jipprovdu s-servizzi tagħhom lis-setturi fl-Anness II, u konsegwentement jippermettu pereżempju li CERT waħda tipprovdi s-servizzi lis-setturi kollha fl-Anness II jew li diversi CERTs jipprovdu s-servizzi lill-istess settur. Ir-Rapporteur hija madankollu tal-opinjoni li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-operabbiltà sħiħa l-ħin kollu tas-CERTs tagħhom u jiggarantixxu li għandhom biżżejjed riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani biex joperaw kif suppost u jipparteċipaw fin-netwerks ta’ kooperazzjoni internazzjonali u tal-unjoni.

Il-prinċipju tal-effiċjenza barra minn hekk jitlob tibdil għad-Direttiva proposta rigward il-kamp ta’ applikazzjoni. Filwaqt li r-Rapporteur taqbel li hija meħtieġa estensjoni tal-obbligi tas-sistema tar-rappurtar għas-setturi tal-enerġija, it-trasport, is-saħħa u dak finanzjarju, il-proposta biex jiġu estiżi l-miżuri obbligatorji stabbiliti fil-Kapitolu IV għall-operaturi kollha tas-suq fl-“ekonomija tal-Internet” hija sproporzjonata u inkontrollabbli. Hija sproporzjonata għaliex l-impożizzjoni indiskriminata ta’ obbligi ġodda għal kategorija miftuħa u mhux definita bħal kull “fornitur tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jippermettu l-forniment ta’ servizzi oħra tas-soċjetà tal-informazzjoni” mhux biss ma tistax tinftiehem imma wkoll mhix debitament ġustifikata fir-rigward tal-ħsara possibbli li tista’ tirriżulta minn inċident tas-sigurtà, u ġġorr magħha l-potenzjal li jiżdied saff ieħor ta’ burokrazija fis-settur industrijali tagħna u b’mod partikolari għall-SMEs. Hija inkontrollabbli, għaliex iqumu dubji serji dwar jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunux kapaċi jlaħħqu man-notifiki potenzjali kollha b’mod proattiv li jinkoraġġixxi djalogu bidirezzjonali mal-operaturi tas-suq sabiex tissolva t-theddida għas-sigurtà.

Fir-rigward tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, id-Direttiva għandha tibbilanċja l-bżonn għal iżjed żvilupp tas-servizzi elettroniċi tal-Gvern mal-obbligi tad-diliġenza diġà eżistenti fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi rigward il-ġestjoni u l-protezzjoni tan-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni tagħhom. Konsegwentement, ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li filwaqt li r-rekwiżiti għall-iskambju tal-informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14 għandhom japplikaw bis-sħiħ għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, m’għandhomx ikunu suġġetti għall-obbligi tal-Artikolu 15.

It-Tieni Prinċipju - il-Fiduċja

L-opinjoni tar-Rapporteur hija li parti kbira mis-suċċess tad-Direttiva tinsab fil-kapaċità tagħha li tinċentiva l-parteċipazzjoni tal-operaturi tas-suq, biex twassal għall-ħolqien ta’ ambjent tal-NIS affidabbli fejn dawk li huma involuti jkunu ħerqana li jipparteċipaw b’mod proattiv. Jekk ma tiksibx dan, id-Direttiva tfalli. F’dan ir-rigward ir-Rapporteur tipproponi li tiggarantixxi li l-parteċipazzjoni u n-notifika tal-operaturi tas-suq ma tiġix influwenzata b’mod negattiv minn pubblikazzjonijiet mhux meħtieġa ta’ inċidenti tas-sigurtà li jkunu nnotifikaw, jew li jistgħu jinżammu responsabbli għat-telf tal-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-punti ta’ kuntatt uniċi. Barra minn hekk id-djalogu bidirezzjonali għandu jkun miftuħ bejn l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti u l-parteċipazzjoni tal-operaturi tas-suq għandha tkun inkoraġġita fil-fora kollha, inkluż in-netwerk ta’ kooperazzjoni.

Ir-Rapporteur temmen ukoll li l-fiduċja għandha tkun il-pilastru tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u/jew tal-punti ta’ kuntatt uniċi, b’mod speċjali fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni. Sabiex dan jiġi ggarantit, id-dispożizzjonijiet rigward ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà tan-netwerk għandhom jiġu riflessi fid-Direttiva.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Is-sistemi u s-servizzi tan-netwerks u tal-informazzjoni jaqdu rwol importanti ħafna fis-soċjetà. L-affidabbiltà u s-sigurtà tagħhom huma essenzjali għall-attivitajiet ekonomiċi u l-benesseri soċjali, u b’mod partikolari għall-funzjonament tas-suq intern.

(1) Is-sistemi u s-servizzi tan-netwerks u tal-informazzjoni jaqdu rwol importanti ħafna fis-soċjetà. L-affidabbiltà u s-sigurtà tagħhom huma essenzjali għal-libertà u s-sigurtà ġenerali taċ-ċittadini tal-UE kif ukoll għall-attivitajiet ekonomiċi u l-benesseri soċjali, u b’mod partikolari għall-funzjonament tas-suq intern

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-kobor u l-frekwenza ta’ inċidenti deliberati jew aċċidentali ta’ sigurtà qegħdin jiżdiedu u jirrappreżentaw theddida kbira għall-funzjonament tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni. Inċidenti bħal dawn jistgħu jxekklu l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi, jiġġeneraw telf finanzjarju sostanzjali, jimminaw il-fiduċja tal-utenti u jikkawżaw ħsara kbira fl-ekonomija tal-Unjoni.

(2) Il-kobor, il-frekwenza u l-impatt ta’ inċidenti ta’ sigurtà qegħdin jiżdiedu u jirrappreżentaw theddida kbira għall-funzjonament tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni. Dawn is-sistemi jistgħu jsiru wkoll mira faċli għall-azzjonijiet deliberati u ta’ ħsara bil-ħsieb li jagħmlu ħsara jew jinterrompu l-operazzjoni tas-sistemi. Inċidenti bħal dawn jistgħu jheddu s-saħħa u s-sikurezza tal-popolazzjoni, ixekklu l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi, jiġġeneraw telf finanzjarju sostanzjali, jimminaw il-fiduċja tal-utenti u tal-investituri u jikkawżaw ħsara kbira fl-ekonomija tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-attakki ċibernetiċi fuq il-kumpaniji elenkati fil-Borża huma mifruxa u jinkludu s-serq ta’ assi finanzjarji, attakki kontra l-proprjetà intellettwali, jew it-tfixkil ta’ operazzjonijiet tal-klijenti jew tas-sħab fin-negozju tagħhom u jista’ jkollhom impatt fuq ir-relazzjonijiet tal-partijiet interessati kif ukoll fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ investituri potenzjali.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Bħala strument ta’ komunikazzjoni mingħajr fruntieri, is-sistemi ta’ informazzjoni diġitali, u l-aktar l-Internet għandhom rwol essenzjali fl-iffaċilitar tal-moviment transkonfinali ta’ oġġetti, servizzi u persuni. Minħabba din in-natura transnazzjonali, tfixkil sostanzjali ta’ dawn is-sistemi fi Stat Membru wieħed jista’ jaffettwa wkoll lil Stati Membri oħrajn u lill-Unjoni inġenerali. Il-flessibbiltà u l-istabbiltà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni għaldaqstant hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(3) Bħala strument ta’ komunikazzjoni mingħajr fruntieri tradizzjonali, is-sistemi ta’ informazzjoni diġitali, u l-aktar l-Internet għandhom rwol essenzjali fl-iffaċilitar tal-moviment transkonfinali ta’ oġġetti, servizzi, ideat u persuni. Minħabba din in-natura transnazzjonali, tfixkil sostanzjali ta’ dawn is-sistemi fi Stat Membru wieħed jista’ jaffettwa wkoll lil Stati Membri oħrajn u lill-Unjoni inġenerali. Il-flessibbiltà u l-istabbiltà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni għaldaqstant hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u barra dan għall-funzjonament tas-swieq esterni wkoll.

Ġustifikazzjoni

Il-flessibbiltà u l-istabbiltà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni tas-suq intern huma importanti wkoll għall-interazzjoni ma’ swieq globali u reġjonali bħal dawk tal-Amerika ta’ Fuq jew tal-Asja eċċ..

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni li jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni u l-iskoperta u r-rispons ikkoordinati rigward is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni (“NIS”). Biex dak il-mekkaniżmu jkun effettiv u inklużiv, huwa essenzjali li l-Istati Membri kollha jkollhom kapaċitajiet minimi u strateġija li tiżgura livell għoli tal-NIS fit-territorju tagħhom. Rekwiżiti minimi ta’ sigurtà għandhom japplikaw ukoll għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi ta’ infrastruttura kruċjali tal-informazzjoni sabiex jippromovu kultura ta’ ġestjoni tar-riskju u jiżguraw li l-inċidenti l-aktar serji jiġu rrapportati.

(4) Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni li jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni u l-prevenzjoni, l-iskoperta u r-rispons ikkoordinati rigward is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni (“NIS”). Biex dak il-mekkaniżmu jkun effettiv u inklużiv, huwa essenzjali li l-Istati Membri kollha jkollhom kapaċitajiet minimi u strateġija li tiżgura livell għoli tal-NIS fit-territorju tagħhom. Rekwiżiti minimi ta’ sigurtà għandhom japplikaw ukoll għall-operaturi pubbliċi u privati ta’ infrastruttura tal-informazzjoni u kumpaniji elenkati fil-Borża sabiex jippromovu kultura ta’ ġestjoni tar-riskju u jiżguraw li l-inċidenti l-aktar serji jiġu rrapportati. Il-qafas legali għandu jkun ibbażat fuq il-ħtieġa li jiġu ssalvagwardati l-privatezza u l-integrità taċ-ċittadini. In-Netwerk ta’ Informazzjoni ta’ Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN) għandu jiġi estiż għal dawn l-operaturi partikolari.

Ġustifikazzjoni

Vjolazzjonijiet tas-sigurtà tal-kumpaniji elenkati fil-Borża jistgħu jaffettwaw b’mod materjali l-prodotti, is-servizz u r-relazzjonijiet mal-klijenti jew mal-fornituri tal-kumpanija kif ukoll il-kundizzjonijiet kompetittivi globali u għaldaqstant jista’ jkollhom impatti kbar fuq il-funzjonament tas-suq intern (u estern). Għaldaqstant il-kumpaniji elenkati fil-Borża għandhom ikunu koperti minn din id-Direttiva wkoll.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Din id-Direttiva għandha tiffoka fuq infrastruttura kritika essenzjali għaż-żamma tal-attivitajiet ekonomiċi u soċjetali vitali fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport, il-banek, l-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji jew is-saħħa.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b) Biex jiġi żgurat li l-gvernijiet ma jmorrux lil hinn miis-setgħat tagħhom jew jużawhom ħażin, huwa ta’ importanza vitali li s-sistemi ta’ informazzjoni u ta’ sigurtà tal-awtoritajiet pubbliċi jkunu trasparenti, leġittimi, iddefiniti tajjeb u adottati b’mod trasparenti permezz ta’ proċess demokratiku.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-kapaċitajiet eżistenti mhumiex suffiċjenti biżżejjed sabiex jiżguraw livell għoli tal-NIS fl-Unjoni. L-Istati Membri għandhom livelli differenti ħafna ta’ tħejjija li jwasslu għal approċċi frammentati madwar l-Unjoni. Dan iwassal għal livelli differenti ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u tan-negozji, u jdgħajjef il-livell ġenerali tal-NIS fl-Unjoni. Nuqqas ta’ rekwiżiti minimi komuni fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq min-naħa tiegħu jagħmilha impossibbli li jitwaqqaf mekkaniżmu globali u effettiv għal kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

(6) Il-kapaċitajiet eżistenti mhumiex suffiċjenti biżżejjed sabiex jiżguraw livell għoli tal-NIS fl-Unjoni. L-Istati Membri għandhom livelli differenti ħafna ta’ tħejjija li jwasslu għal approċċi frammentati madwar l-Unjoni. Dan iwassal għal livelli differenti ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u tan-negozji, u jdgħajjef il-livell ġenerali tal-NIS fl-Unjoni. Nuqqas ta’ rekwiżiti minimi komuni fuq l-operaturi tas-suq min-naħa tiegħu jagħmilha impossibbli li jitwaqqaf mekkaniżmu globali u effettiv għal kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, li barra minn hekk jagħmel ħsara għall-effettività tal-kooperazzjoni internazzjonali u konsegwentament il-ġlieda kontra l-isfidi tas-sigurtà globali, u jdgħajjef ir-rwol mexxej tal-Unjoni fil-livell internazzjonali fis-salvagwardja u l-promozzjoni ta’ Internet ħieles, effiċjenti u sigur.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Għalhekk rispons effettiv għall-isfidi tas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni jeħtieġ approċċ globali fil-livell tal-Unjoni li jkopri rekwiżiti minimi komuni ta’ bini ta’ kapaċità u ppjanar, skambju tal-informazzjoni u koordinazzjoni tal-azzjonijiet, u rekwiżiti minimi komuni ta’ sigurtà għall-operaturi tas-suq kollha kkonċernati u l-amministrazzjonijiet pubbliċi.

(7) Għalhekk rispons effettiv għall-isfidi tas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni jeħtieġ approċċ globali fil-livell tal-Unjoni li jkopri rekwiżiti minimi komuni ta’ bini ta’ kapaċità u ppjanar, żvilupp ta’ ħiliet suffiċjenti fil-qasam tas-sigurtà ċibernetika, skambju tal-informazzjoni u koordinazzjoni tal-azzjonijiet, u rekwiżiti minimi komuni ta’ sigurtà. Għandhom jiġu applikati standards minimi komuni skont rakkomandazzjonijiet xierqa mill-Gruppi ta’ Koordinazzjoni tas-Sigurtà Ċibernetika (CSGC).

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Biex jikseb u jżomm livell għoli komuni ta’ sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni, kull Stati Membru għandu jkollu strateġija nazzjonali dwar il-NIS li tiddefinixxi l-għanijiet strateġiċi u l-azzjonijiet politiċi konkreti li għandhom ikunu implimentati. Jeħtieġu li jiġu żviluppati pjanijiet ta’ kooperazzjoni tal-NIS fil-livell nazzjonali li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali sabiex jintlaħqu livelli ta’ rispons ta’ kapaċità li jippermettu kooperazzjoni effettiva u effiċjenti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni f’każ ta’ inċidenti.

(9) Biex jikseb u jżomm livell għoli komuni ta’ sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni, kull Stat Membru għandu jkollu strateġija nazzjonali dwar il-NIS li tiddefinixxi l-għanijiet strateġiċi u l-azzjonijiet politiċi konkreti li għandhom ikunu implimentati. Jeħtieġu li jiġu żviluppati pjanijiet ta’ kooperazzjoni tal-NIS fil-livell nazzjonali li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali, abbażi ta’ rekwiżiti minimi stabbiliti f’din id-Direttiva, sabiex jintlaħqu livelli ta’ rispons ta’ kapaċità li jippermettu kooperazzjoni effettiva u effiċjenti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni f’każ ta’ inċidenti. Kull Stat Membru għaldaqstant għandu jiġi obbligat jilħaq standards komuni dwar il-format tad-dejta u l-possibilità ta' skambju ta’ dejta li għandha tiġi kondiviża u evalwata. L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (“ENISA”) fl-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali tal-NIS tagħhom, abbażi ta’ pjan dettaljat ta’ strateġija ta’ NIS minima komuni.

Ġustifikazzjoni

L-ENISA diġà hija rikonoxxuta minn partijiet interessati rilevanti bħala ċentru ta’ eċċellenza kompetenti ħafna u għodda affidabbli għall-promozzjoni tas-sigurtà ċibernetika fl-UE. Għaldaqstant l-UE għandha tevita d-duplikazzjoni tal-isforzi u l-istrutturi billi tkompli tibni fuq l-għarfien tal-ENISA u tesiġi li l-ENISA toffri sevizzi ta’ konsulenza lil dawk l-Istati Membri li ma għandhomx istituzzjonijiet u għarfien espert ta’ NIS u jressqu talba għal dan it-tip ta’ appoġġ.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Biex ikun hemm implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, f’kull Stat Membru għandu jkun stabbilit jew identifikat korp responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kwistjonijiet tal-NIS u li jaġixxi bħala punt fokali għall-kooperazzjoni transkonfinali fil-livell tal-Unjoni. Dawn il-korpi għandhom jingħataw ir-riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati sabiex ikun żgurat li jistgħu jwettqu b’mod effettiv u effiċjenti l-kompiti assenjati lilhom u b’hekk jilħqu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

(10) Biex ikun hemm implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, f’kull Stat Membru għandu jkun stabbilit jew identifikat korp responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kwistjonijiet tal-NIS u li jaġixxi bħala punt fokali uniku kemm għall-koordinazzjoni interna u kemm għall-kooperazzjoni transkonfinali fil-livell tal-Unjoni. Dawn il-punti ta’ kuntatt nazzjonali uniċi għandhom jinħatru mingħajr preġudizzju għal kull Stat Membru li jaħtar iktar minn awtorità kompetenti nazzjonali waħda li tkun responsabbli għas-sigurtà tal-informazzjoni tan-netwerk, skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali, ġurisdizzjonali jew amministrattivi tagħhom, iżda madankollu għandhom jiġu assenjati b’mandat ta’ koordinazzjoni fil-livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni. Dawn il-korpi għandhom jingħataw ir-riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati sabiex ikun żgurat li jistgħu jwettqu b’mod kontinwu, effettiv u effiċjenti l-kompiti assenjati lilhom u b’hekk jilħqu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a) Fid-dawl tad-differenzi fl-istrutturi nazzjonali ta’ governanza u sabiex jiġu salvagwardjati arranġamenti settorjali diġà eżistenti u jiġi evitat xogħol doppju, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jaħtru aktar minn awtorità nazzjonali kompetenti waħda responsabbli għat-twettiq tal-kompiti marbuta mas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni tal-operaturi tas-suq skont din id-Direttiva. Madankollu, sabiex jiġu żgurati l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni transkonfinali bla xkiel, huwa meħtieġ li kull Stat Membru jaħtar punt ta’ kuntatt nazzjonali uniku wieħed biss li jkun responsabbli għall-kooperazzjoni transkonfinali fil-livell tal-Unjoni. Meta l-istruttura kostituzzjonali tiegħu jew arranġamenti oħrajn jeħtieġu dan, Stat Membru għandu jkun kapaċi jaħtar awtorità waħda biss sabiex twettaq il-kompiti tal-awtorità kompetenti u l-punt ta’ kuntatt uniku.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-Istati Membri kollha għandhom ikunu mgħammra b’mod adegwat, kemm f’dak li jirrigwarda l-kapaċitajiet tekniċi kif ukoll dawk organizzattivi, sabiex jipprevjeni, jiskopri, jirreaġixxi għal u jnaqqas l-inċidenti u r-riskji tas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni. Għalhekk f’kull Stat Membru għandhom ikunu stabbiliti Gruppi ta’ Rispons ta’ Emerġenza tal-Kompjuters li jaħdmu tajjeb u li jikkonformaw ma’ rekwiżiti essenzjali sabiex ikunu garantiti kapaċitajiet effettivi u kompatibbli li jindirizzaw l-inċidenti u r-riskji u jiżguraw kooperazzjoni effiċjenti fil-livell tal-Unjoni.

(11) L-Istati Membri u l-operaturi tas-suq kollha għandhom ikunu mgħammra b’mod adegwat, kemm f’dak li jirrigwarda l-kapaċitajiet tekniċi kif ukoll dawk organizzattivi, sabiex jipprevjenu, jiskopru, jirreaġixxu għal u jnaqqsu l-inċidenti u r-riskji tas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni fi kwalunkwe mument. Is-sistemi ta’ sigurtà tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom ikunu siguri u soġġetti għal kontroll u skrutinju demokratiku. It-tagħmir u l-kapaċitajiet li jkunu meħtieġa b’mod komuni għandhom jikkonformaw ma’ standards tekniċi li dwarhom ikun intlaħaq ftehim komuni kif ukoll proċeduri operattivi standard (SPO). Għalhekk f’kull Stat Membru għandhom ikunu stabbiliti Skwadri ta' rispons f'emerġenza relatata mal-kompjuters (CERTs) li jaħdmu tajjeb u li jikkonformaw ma’ rekwiżiti essenzjali sabiex ikunu garantiti kapaċitajiet effettivi u kompatibbli li jindirizzaw l-inċidenti u r-riskji u jiżguraw kooperazzjoni effiċjenti fil-livell tal-Unjoni. Dawn is-CERTs għandhom jitħallew jinteraġixxu abbażi ta’ standards tekniċi komuni u SPO. Fid-dawl tal-karatteristiċi differenti tas-CERTs eżistenti, li jirrispondu għal ħtiġijiet u parteċipanti differenti, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li kull wieħed mis-setturi koperti mill-Anness II jiġi pprovdut servizzi b’mill-inqas CERT waħda. Rigward il-kooperazzjoni tas-CERT transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-CERTs ikollhom biżżejjed mezzi biex jipparteċipaw fin-netwerks internazzjonali u Ewropej eżistenti li hemm diġà fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

L-interoperabbiltà għandha tiġi żgurata.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Permezz tal-bini fuq il-progress sinifikanti fi ħdan il-Forum Ewropew tal-Istati Membri (“EFMS”) fit-trawwim ta’ diskussjonijiet u skambji ta’ prattiki tajba ta’ politika inkluż l-iżvilupp ta’ prinċipji għall-kooperazzjoni Ewropea fil-kriżi ċibernetika, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiffurmaw netwerk li jġibhom f’komunikazzjoni permanenti u jappoġġja l-kooperazzjoni tagħhom. Dan il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni sigur u effettiv għandu jippermetti skambju ta’ informazzjoni, skoperta u rispons strutturati u kkoordinati fil-livell tal-Unjoni.

(12) Permezz tal-bini fuq il-progress sinifikanti fi ħdan il-Forum Ewropew tal-Istati Membri (“EFMS”) fit-trawwim ta’ diskussjonijiet u skambji ta’ prattiki tajba ta’ politika inkluż l-iżvilupp ta’ prinċipji għall-kooperazzjoni Ewropea fil-kriżi ċibernetika, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiffurmaw netwerk li jġibhom f’komunikazzjoni permanenti u jappoġġja l-kooperazzjoni tagħhom. Dan il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni sigur u effettiv, fejn il-parteċipazzjoni tal-operaturi tas-suq tkun żgurata, għandu jippermetti skambju ta’ informazzjoni, skoperta u rispons strutturati u kkoordinati fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (“ENISA”) għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni billi tipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tagħha u billi tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki. B’mod partikolari, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-ENISA. Biex tkun żgurata informazzjoni effettiva u fil-ħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, twissijiet bikrija dwar inċidenti u riskji għandhom ikunu nnotifikati fin-netwerk ta’ kooperazzjoni. Biex jikbru l-kapaċità u l-għarfien fost l-Istati Membri, in-netwerk ta’ kooperazzjoni għandu jservi wkoll bħala strument għall-iskambju tal-aħjar prattiki, jassisti lill-membri tiegħu fil-bini tal-kapaċità, imexxi l-organizzazzjoni ta’ evalwazzjonijiet reċiproċi u ta’ eżerċizzji tal-NIS.

(13) L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (“ENISA”) għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni billi tipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tagħha u billi tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki. B’mod partikolari, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mal-ENISA. Biex tkun żgurata informazzjoni effettiva u fil-ħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, twissijiet bikrija dwar inċidenti u riskji għandhom ikunu nnotifikati fin-netwerk ta’ kooperazzjoni. Biex jikbru l-kapaċità u l-għarfien fost l-Istati Membri, in-netwerk ta’ kooperazzjoni għandu jservi wkoll bħala strument għall-iskambju tal-aħjar prattiki, jassisti lill-membri tiegħu fil-bini tal-kapaċità, imexxi l-organizzazzjoni ta’ evalwazzjonijiet reċiproċi u ta’ eżerċizzji tal-NIS.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Infrastruttura sigura għall-qsim tal-informazzjoni għandha tkun stabbilita sabiex tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali fin-netwerk ta’ kooperazzjoni. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tagħhom li jinnotifikaw inċidenti u riskji ta’ dimensjoni Ewropea lin-netwerk ta’ kooperazzjoni, l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali minn Stati Membri oħrajn għandu jingħata biss lill-Istati Membri wara li dawn juru li r-riżorsi u l-proċessi tekniċi, finanzjarji u umani tagħhom, kif ukoll l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tagħhom, tiggarantixxi l-parteċipazzjoni effettiva, effiċjenti u sigura tagħhom fin-netwerk.

(14) Infrastruttura sigura għall-qsim tal-informazzjoni għandha tkun stabbilita, taħt is-sorveljanza tal-ENISA, sabiex tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali fin-netwerk ta’ kooperazzjoni. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tagħhom li jinnotifikaw inċidenti u riskji ta’ dimensjoni Ewropea lin-netwerk ta’ kooperazzjoni, l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali minn Stati Membri oħrajn għandu jingħata biss lill-Istati Membri wara li dawn juru li r-riżorsi u l-proċessi tekniċi, finanzjarji u umani tagħhom, kif ukoll l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tagħhom, tiggarantixxi l-parteċipazzjoni effettiva, effiċjenti u sigura tagħhom fin-netwerk. Sabiex in-netwerk ta’ kooperazzjoni jkun kapaċi jilħaq il-missjoni tiegħu b’mod effiċjenti, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi intestatura baġitarja għan-netwerk.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a) Fejn ikun xieraq, l-operaturi tas-suq jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fl-attivitajiet tan-netwerk ta’ kooperazzjoni.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Peress li l-parti l-kbira tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni huma operati mill- privat, il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat hija essenzjali. L-operaturi tas-suq għandhom ikunu mħeġġa jsegwu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni informali tagħhom stess sabiex jiżguraw il-NIS. Għandhom jikkooperaw ukoll mas-settur pubbliku u jaqsmu informazzjoni u prattiki tajba filwaqt li huma jingħataw appoġġ operattiv f’każ ta’ inċidenti.

(15) Peress li l-parti l-kbira tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni huma operati mill-privat, il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat hija essenzjali. L-operaturi tas-suq għandhom ikunu mħeġġa jsegwu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni informali tagħhom stess sabiex jiżguraw il-NIS. Għandhom jikkooperaw ukoll mas-settur pubbliku u reċiprokament jaqsmu informazzjoni u prattiki tajba, inkluż l-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni rilevanti u appoġġ operattiv u informazzjoni analizzata strateġikament f’każ ta’ inċidenti. Sabiex jiġi mħeġġeġ b’mod effettiv il-qsim tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-operaturi tas-suq, li jipparteċipaw f’dawn l-iskambji, ma jkunux żvantaġġjati bħala riżultat tal-kooperazzjoni tagħhom. Huma meħtieġa salvagwardji adegwati sabiex jiġi żgurat li din il-kooperazzjoni ma tesponix lil dawn l-operaturi għal riskju ogħla ta’ konformità jew responsabbiltajiet ġodda skont, fost l-oħrajn, il-liġi dwar il-kompetizzjoni, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni tad-dejta jew il-kriminalità ċibernetika, u lanqas ma tesponihom għal riskji operattivi jew ta’ sigurtà ulterjuri.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Biex jiżguraw trasparenza u jinformaw tajjeb liċ-ċittadini tal-UE u lill-operaturi tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħolqu sit elettroniku komuni sabiex jippubblikaw informazzjoni mhux kunfidenzjali dwar l-inċidenti u r-riskji.

(16) Biex jiżguraw trasparenza u jinformaw tajjeb liċ-ċittadini tal-UE u lill-operaturi tas-suq, il-punti ta' kuntatt uniċi għandhom joħolqu sit elettroniku komuni madwar l-Unjoni sabiex jippubblikaw informazzjoni mhux kunfidenzjali dwar l-inċidenti, ir-riskji u l-modi kif jistgħu jitnaqqsu r-riskji, u biex eventwalment jagħtu parir dwar miżuri xierqa ta’ manutenzjoni.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Meta l-informazzjoni titqies kunfidenzjali skont ir-regoli tal-Unjoni u r-regoli nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju, din il-kunfidenzjalità għandha tkun assigurata waqt it-twettiq tal-attivitajiet u l-issodisfar tal-għanijiet stipulati f’din id-Direttiva.

(17) Il-politika ta’ klassifikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-Premessa 14 għandha ssegwi l-Protokoll dwar id-Dwal tat-Traffiku għall-Qsim tal-Informazzjoni rrakkomandat mill-ENISA. Kwalunkwe skambju ta’ informazzjoni għandu jkun klassifikat u mmaniġġjat skont il-livell ta’ sensittività tagħha, kif determinat mis-sors tal-informazzjoni. Meta l-informazzjoni titqies kunfidenzjali skont ir-regoli tal-Unjoni u r-regoli nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju, din il-kunfidenzjalità għandha tkun żgurata waqt it-twettiq tal-attivitajiet u l-issodisfar tal-għanijiet stipulati f’din id-Direttiva.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fuq il-bażi b’mod partikolari ta’ esperjenzi nazzjonali ta’ ġestjoni tal-kriżi u f’kooperazzjoni mal-ENISA, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw pjan ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni dwar il-NIS li jiddefinixxi l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni li jilqgħu għar-riskji u għall-inċidenti. Dak il-pjan għandu jkun debitament ikkunsidrat fit-tħaddim ta’ twissijiet bikrija fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni.

(18) Fuq il-bażi b’mod partikolari ta’ esperjenzi nazzjonali ta’ ġestjoni tal-kriżi u f’kooperazzjoni mal-ENISA, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw pjan ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni dwar l-NIS li jiddefinixxi l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni, l-aħjar prattiki u x-xejriet operattivi li jipprevjenu, jiskopru, jirraportaw, u jilqgħu għar-riskji u għall-inċidenti. Dak il-pjan għandu jkun debitament ikkunsidrat fit-tħaddim ta’ twissijiet bikrija fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) In-notifika ta’ twissija bikrija fi ħdan in-netwerk għandha tkun meħtieġa biss fejn l-iskala u s-severità tal-inċident jew riskju kkonċernat ikunu jew jistgħu jsiru tant sinifikanti li tkun meħtieġa l-informazzjoni jew il-koordinazzjoni tar-rispons fil-livell tal-Unjoni. It-twissijiet bikrija għaldaqstant għandhom ikunu limitati għal inċidenti jew riskji reali jew potenzjali li jikbru malajr, jiżbqu l-kapaċità tar-rispons nazzjonali jew jaffettwaw aktar minn Stat Membru wieħed. Biex issir evalwazzjoni xierqa, kull informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju jew tal-inċident għandha tkun ikkomunikata lin-netwerk ta’ kooperazzjoni.

(19) In-notifika ta’ twissija bikrija fi ħdan in-netwerk għandha tkun meħtieġa biss fejn l-iskala u s-severità tal-inċident jew riskju kkonċernat ikunu jew jistgħu jsiru tant sinifikanti li tkun meħtieġa l-informazzjoni jew il-koordinazzjoni tar-rispons fil-livell tal-Unjoni. It-twissijiet bikrija għaldaqstant għandhom ikunu limitati għal inċidenti jew riskji li jikbru malajr, jiżbqu l-kapaċità tar-rispons nazzjonali jew jaffettwaw aktar minn Stat Membru wieħed. Biex issir evalwazzjoni xierqa, kull informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju jew tal-inċident għandha tkun ikkomunikata lin-netwerk ta’ kooperazzjoni.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Malli jirċievi twissija bikrija u jagħmlu valutazzjoni tagħha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiftiehmu rigward rispons ikkoordinat taħt il-pjan ta’ kooperazzjoni tal-NIS tal-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti kif ukoll il-Kummissjoni għandhom ikunu informati dwar il-miżuri adottati fil-livell nazzjonali bħala riżultat tar-rispons ikkoordinat.

(20) Malli jirċievu twissija bikrija u jagħmlu valutazzjoni tagħha, il-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom jiftiehmu rigward rispons ikkoordinat skont il-pjan ta’ kooperazzjoni tal-NIS tal-Unjoni. Il-punti ta’ kuntatt uniċi, l-ENISA kif ukoll il-Kummissjoni għandhom ikunu informati dwar il-miżuri adottati fil-livell nazzjonali bħala riżultat tar-rispons ikkoordinat.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Ir-responsabbiltajiet tal-iżgurar tal-NIS jaqgħu fil-parti l-kbira tagħhom taħt l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq. Kultura ta’ ġestjoni tar-riskju, li tinvolvi valutazzjoni tar-riskju u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà xierqa għar-riskji ffaċċjati għandha tkun promossa u żviluppata permezz ta’ rekwiżiti regolatorji xierqa u prattiki industrijali volontarji. L-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet indaqs huwa wkoll essenzjali għall-funzjonament effettiv tan-netwerk ta’ kooperazzjoni biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni effettiva mill-Istati Membri kollha.

(22) Ir-responsabbiltajiet tal-iżgurar tal-NIS jaqgħu fil-parti l-kbira tagħhom taħt l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq. Kultura ta’ ġestjoni tar-riskju, kooperazzjoni mill-qrib u fiduċja, li tinvolvi valutazzjoni tar-riskju u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà xierqa għar-riskji ffaċċjati għandha tkun promossa u żviluppata permezz ta’ rekwiżiti regolatorji xierqa u prattiki industrijali volontarji. L-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet indaqs affidabbli huwa wkoll essenzjali għall-funzjonament effettiv tan-netwerk ta’ kooperazzjoni biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni effettiva mill-Istati Membri kollha.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Dawn l-obbligi għandhom ikunu estiżi lil hinn mis-settur tal-komunikazzjoni elettronika għal fornituri ewlenin ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, kif imfissra fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika27, li jenfasizzaw is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni downstream jew l-attivitajiet onlajn, bħall-pjattaformi tal-kummerċ elettroniku, portali ta’ ħlasijiet tal-Internet, netwerks soċjali, magni tat-tiftix, servizzi ta’ cloud computing, ħwienet ta’ applikazzjoni. It-tfixkil ta’ dawn is-servizzi li jippermettu lis-soċjetà tal-informazzjoni jipprevjeni l-provvista ta’ servizzi oħra tas-soċjetà tal-informazzjoni li jiddependu fuqhom bħala inputs ewlenin. L-iżviluppaturi tas-softwer u l-manifatturi tal-ħardwer mhumiex fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u għaldaqstant huma esklużi. Dawk l-obbligi għandhom ikunu estiżi wkoll għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, u l-operaturi ta’ infrastruttura kruċjali li jiddependu ħafna fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u huma essenzjali għaż-żamma ta’ funzjonijiet ekonomiċi jew soċjetali bħall-elettriċità u l-gass, it-trasport, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-boroż u s-saħħa. It-tfixkil ta’ dawn is-sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni jaffettwa lis-suq intern.

(24) Dawn l-obbligi għandhom ikunu estiżi lil hinn mis-settur tal-komunikazzjoni elettronika għal operaturi ta’ infrastrutturi li jiddependu ħafna fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u huma essenzjali għaż-żamma ta’ funzjonijiet ekonomiċi jew soċjetali bħall-elettriku u l-gass, it-trasport, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji u s-saħħa. It-tfixkil ta’ dawn is-sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni jaffettwa lis-suq intern. Filwaqt li l-obbligi stabbiliti fid-direttiva ma jestendux għal fornituri ewlenin ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, kif imfissra fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika27, li jenfasizzaw is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni downstream jew l-attivitajiet onlajn, bħall-pjattaformi tal-kummerċ elettroniku, portali ta’ ħlasijiet tal-Internet, netwerks soċjali, magni tat-tiftix, servizzi ta’ cloud computing inġenerali jew ħwienet ta’ applikazzjoni, dawn jistgħu fuq bażi volontarja, jinfurmaw lill-awtorità kompetenti jew punt ta’ kuntatt uniku b’dawk l-inċidenti dwar is-sigurtà tan-netwerk li jidhrulhom xierqa, u l-awtorità kompetenti jew il-punt ta’ kuntatt uniku għandhom, jekk ikun raġonevolment possibbli, jippreżentaw lill-operaturi tas-suq li infurmaw dwar l-inċident b’informazzjoni analizzata strateġikament li tgħin biex tingħeleb it-theddida ta’ sigurtà.

__________________

__________________

27 ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

27 ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Il-miżuri tekniċi u organizzattivi imposti fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi u fuq l-operaturi tas-suq m’għandhomx jeħtieġu li xi prodott partikolari teknoloġiku kummerċjali tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jiġi mfassal, żviluppat jew immanifatturat b’xi mod partikolari.

(25) Il-miżuri tekniċi u organizzattivi imposti fuq l-operaturi tas-suq m’għandhomx jeħtieġu li xi prodott partikolari teknoloġiku kummerċjali tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jiġi mfassal, żviluppat jew immanifatturat b’xi mod partikolari. Min-naħa l-oħra, għandu jiġi meħtieġ l-użu ta’ standards internazzjonali li jappartjenu għall-qasam tas-sigurtà ċibernetika.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni dovuta lill-preservazzjoni tal-kanali informali u fdati ta’ qsim ta’ informazzjoni bejn l-operaturi tas-suq u bejn is-settur pubbliku u privat. Ix-xandir tal-inċidenti rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti għandu jsib bilanċ xieraq bejn l-interess tal-pubbliku li jkun informat dwar it-theddid u l-ħsarat possibbli tar-reputazzjoni u tal-kummerċ għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq li jirrapportaw l-inċidenti. Fl-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ notifika, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-ħtieġa li jżommu informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet tal-prodott strettament kunfidenzjali qabel ma joħorġu xi soluzzjonijiet ta’ sigurtà xierqa.

(28) L-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom jagħtu attenzjoni dovuta lill-preservazzjoni tal-kanali informali u fdati ta’ qsim ta’ informazzjoni bejn l-operaturi tas-suq u bejn is-settur pubbliku u privat. Vulnerabbiltajiet jew inċidenti li preċedentement ma kinux magħrufa u li jiġu rraportati lill-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu nnotifikati lill-manifatturi u l-fornituri tas-servizzi tal-prodotti u s-servizzi tal-ICT affettwati. Ix-xandir tal-inċidenti rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-punti ta’ kuntatt uniċi għandu jsib bilanċ xieraq bejn l-interess tal-pubbliku li jkun informat dwar it-theddid u l-ħsarat possibbli tar-reputazzjoni u tal-kummerċ għall-operaturi tas-suq li jirrapportaw l-inċidenti. Sabiex jiġu salvagwardjati l-fiduċja u l-effiċjenza, il-pubbliċità tal-inċidenti għandha sseħħ biss wara konsultazzjoni ma’ dawk li rrapurtaw l-inċident u biss meta jkun strettament meħtieġ għall-kisba tal-għanijiet ta’ din id-Direttiva. Fl-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ notifika, l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt uniċi għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-ħtieġa li jżommu informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet tal-prodott strettament kunfidenzjali qabel ma jvaraw xi soluzzjonijiet ta’ sigurtà xierqa għalkemm ma għandhom idewmu l-ebda notifika iżjed minn dak li jkun obligatorjament meħtieġ. Bħala regola ġenerali, il-punti ta’ kuntatt uniċi m’għandhomx jiżvelaw dejta personali ta’ individwi involuti f’inċidenti. Il-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom jiżvelaw dejta personali biss meta l-iżvelar ta’ tali dejta jkun meħtieġ u proporzjonat fid-dawl tal-għan segwit.

Ġustifikazzjoni

F’każ li l-awtoritajiet ikunu konxji tal-vulnerabbiltajiet ta’ ċerti prodotti jew servizzi tal-ICT, għandhom jinnotifikaw lill-manifatturi u l-fornituri tas-servizzi sabiex dawn ikunu jistgħu jadattaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom b’mod f’waqtu.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom il-mezzi meħtieġa sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, inklużi setgħat sabiex jiksbu biżżejjed informazzjoni mingħand l-operaturi tas-suq u l-amministrazzjonijiet pubbliċi sabiex jivvalutaw il-livell ta’ sigurtà ta’ sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni kif ukoll dejta affidabbli u komprensiva dwar inċidenti reali li kellhom impatt fuq it-tħaddim tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni.

(29) L-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt uniċi għandu jkollhom il-mezzi meħtieġa sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, inklużi setgħat sabiex jiksbu biżżejjed informazzjoni mingħand l-operaturi tas-suq sabiex jivvalutaw il-livell ta’ sigurtà ta’ sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni, ikejlu l-għadd, l-iskala u l-ambitu tal-inċidenti, kif ukoll dejta affidabbli u komprensiva dwar inċidenti reali li kellhom impatt fuq it-tħaddim tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-attivitajiet kriminali f’bosta każijiet huma sottostanti għall-inċidenti. In-natura kriminali tal-inċidenti tista’ tkun issuspettata anki jekk l-evidenza li tappoġġjaha tista’ ma tkunx ċara biżżejjed mill-bidu. F’dan il-kuntest, il-kooperazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandha tifforma parti minn rispons effettiv u komprensiv għat-theddid tal-inċidenti tas-sigurtà. B’mod partikolari, il-promozzjoni ta’ ambjent bla periklu, sigur u aktar flessibbli teħtieġ rapportar sistematiku lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-inċidenti ssuspettati li huma ta’ natura kriminali serja. In-natura kriminali serja tal-inċidenti għandha tkun ivvalutata fid-dawl tal-liġijiet tal-UE dwar il-kriminalità ċibernetika.

(30) L-attivitajiet kriminali jew ta’ gwerra ċibernetika f’bosta każijiet huma sottostanti għall-inċidenti. In-natura kriminali tal-inċidenti tista’ tkun issuspettata anki jekk l-evidenza li tappoġġjaha tista’ ma tkunx ċara biżżejjed mill-bidu. F’dan il-kuntest, il-kooperazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-punti ta' kuntatt uniċi u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kif ukoll il-kooperazzjoni mal-EC3 (Ċentru taċ-Ċiberkriminalità Europol) u l-ENISA għandha tifforma parti minn rispons effettiv u komprensiv għat-theddid tal-inċidenti tas-sigurtà. B’mod partikolari, il-promozzjoni ta’ ambjent bla periklu, sigur u aktar flessibbli teħtieġ rappurtar sistematiku lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-inċidenti ssuspettati li huma ta’ natura kriminali serja. In-natura kriminali serja tal-inċidenti għandha tkun ivvalutata fid-dawl tal-liġijiet tal-UE dwar il-kriminalità ċibernetika.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Id-dejta personali f’ħafna każijiet hi kompromessa b’riżultat ta’ inċidenti. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jikkooperaw u jiskambjar l-informazzjoni dwar il-kwistjoijiet rilevanti kollha biex jiġu ttrattati l-ksur fir-rigward tad-dejta personali li jirriżultaw minn inċidenti. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-obbligu li jinnotifikaw l-inċidenti ta’ sigurtà b’mod li jonqos il-piż amministrattiv fil-każ li l-inċident tas-sigurtà jkun ukoll ksur tad-dejta personali f’konformità mar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta28. B’ħidma konġunta mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta, l-ENISA tista’ tgħin billi tiżviluppaw mekkaniżmi tal-iskambju tal-informazzjoni u mudelli li jevitaw il-bżonn ta’ żewġ mudelli ta’ notifika. Dan il-mudell ta’ notifika uniku jkun jiffaċilita r-rappurtar ta’ inċidenti li jikkompromettu d-dejta personali biex b’hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi.

(31) Id-dejta personali f’ħafna każijiet hi kompromessa b’riżultat ta’ inċidenti. L-Istati Membri u l-operaturi tas-suq għandhom jipproteġu d-dejta personali maħżuna, ipproċessata jew trażmessa kontra l-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf jew l-alterazzjoni aċċidentali, u l-ħżin, l-aċċess jew l-iżvelar, u t-tixrid mhux awtorizzat jew illegali; u jassiguraw l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ sigurtà fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet kompetenti, il-punti ta’ kuntatt uniċi u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet rilevanti kollha biex jiġi ttrattat il-ksur fir-rigward tad-dejta personali li jirriżulta minn inċidenti. L-obbligu li jinnotifikaw l-inċidenti ta’ sigurtà għandu jitwettaq b’mod li jonqos il-piż amministrattiv fil-każ li l-inċident tas-sigurtà jkun ukoll ksur tad-dejta personali li jeħtieġ li jiġi nnotifikat skont il-liġi applikabbli. L-ENISA għandha tgħin billi tiżviluppa mekkaniżmi tal-iskambju tal-informazzjoni u mudell ta’ notifika uniku li jkun jiffaċilita r-rappurtar ta’ inċidenti li jikkompromettu d-dejta personali biex b’hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi.

__________________

28 SEC(2012)72 finali

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-abbozz tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) L-istandardizzazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà hija proċess immexxi mis-suq. Biex jassiguraw applikazzjoni konverġenti tal-istandards tas-sigurtà, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-osservanza jew il-konformità ma’ standards speċifikati sabiex jassiguraw livell għoli ta’ sigurtà fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, jista’ jkun meħtieġ li jabbozzaw standards armonizzati, li għandhom isiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassru d-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29.

(32) L-istandardizzazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà hija proċess immexxi mis-suq ta’ natura volontarja li għandu jippermetti lill-operaturi tas-suq jużaw mezzi alternattivi għall-kisba ta’ riżultati li mill-inqas ikunu simili. Biex jassiguraw applikazzjoni konverġenti tal-istandards tas-sigurtà, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-osservanza jew il-konformità ma’ standards interoperabbli speċifikati sabiex jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, għandha tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali miftuħa dwar is-sigurtà tal-informazzjoni tan-netwerks jew it-tfassil ta’ dawn l-għodod. Pass ieħor ’il quddiem neċessarju jista’ jkun li jabbozzaw standards armonizzati, li għandhom isiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassru d-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29. B’mod partikolari, l-ETSI, iċ-CEN u ċ-CENELEC għandhom jingħataw il-mandat li jissuġġerixxu standards ta’ sigurtà miftuħa tal-UE li jkunu effettivi u effiċjenti, fejn il-preferenzi teknoloġiċi jiġu evitati kemm jista’ jkun possibbli, u li għandhom ikunu magħmula b’mod li jkunu jistgħu jiġu mmaniġġjati faċilment minn operaturi tas-suq żgħar u ta’ daqs medju. L-istandards internazzjonali marbuta mas-sigurtà ċibernetika għandhom jiġu eżaminati b’attenzjoni sabiex jiġi żgurat li ma jkunux ġew kompromessi u li jipprovdu livelli adegwati ta’ sigurtà, u b’hekk jiġi ssalvagwardat il-fatt li l-konformità awtorizzata mal-istandards tas-sigurtà ċibernetika ttejjeb il-livell ġenerali tas-sigurtà ċibernetika tal-Unjoni u mhux il-kuntrarju.

__________________

__________________

29 ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

29 ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva minn żmien għal żmien, b’mod partikolari bl-għan li tiddetermina l-ħtieġa ta’ modifikazzjonijiet fid-dawl ta’ kundizzjonijiet teknoloġiċi jew tas-suq li jkunu nbidlu.

(33) Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva minn żmien għal żmien, f’konsultazzoni mal-partijiet interessati kollha, b’mod partikolari bl-għan li tiddetermina l-ħtieġa ta’ modifikazzjonijiet fid-dawl ta’ kundizzjonijiet soċjetali, politiċi, teknoloġiċi jew tas-suq li jkunu nbidlu.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Sabiex in-netwerk ta’ kooperazzjoni jiffunzjona tajjeb, il-Kummissjoni għandha tkun iddelegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-definizzjoni tal-kriterji li għandhom jiġu sodisfatti sabiex Stat Membru jiġi awtorizzat biex jipparteċipa fis-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni sigura, tal-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-avvenimenti ta’ attivazzjoni għat-twissija bikrija, u d-definizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom l-operaturi tas-suq u l-amministrazzjonijiet pubbliċi jkunu meħtieġa li jinnotifikaw l-inċidenti.

imħassar

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma ta’ preparazzjoni tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tassigura trażmissjoni simultanja, f’ħinha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(35) Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma ta’ preparazzjoni tagħha, inkluż mal-partijiet interessati kollha u b’mod partikolari fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniform għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni rigward tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni, l-aċċess għall-infrastruttura sigura tal-qsim tal-informazzjoni, il-pjan ta’ kooperazzjoni tal-NIS fl-Unjoni, il-formati u l-proċeduri applikabbli għall-infurmar lill-pubbliku dwar l-inċidenti, u l-istandards u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti għall-NIS. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni30.

(36) Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt uniċi u l-Kummissjoni fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni eżistenti fil-livell nazzjonali, is-sett komuni ta’ standards ta’ interkonnessjoni u tas-sigurtà għall-qsim tal-informazzjoni, il-pjan ta’ kooperazzjoni tal-NIS fl-Unjoni, u l-formati u l-proċeduri applikabbli għan-notifika ta' inċidenti sinifikanti. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni30.

__________________

__________________

30 ĠU L 55, 28.2.2011, p.13.

30 ĠU L 55, 28.2.2011, p.13.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tikkomunika kif xieraq mal-kumitati settorjali rilevanti u l-korpi rilevanti stabbiliti fil-livell tal-UE b’mod partikolari fil-qasam tal-enerġija, tat-trasport u tas-saħħa.

(37) Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tikkomunika kif xieraq mal-kumitati settorjali rilevanti u l-korpi rilevanti stabbiliti fil-livell tal-UE b’mod partikolari fil-qasam tal-gvern elettroniku, tal-enerġija, tat-trasport u tas-saħħa.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) L-informazzjoni li titqies kunfidenzjali minn awtorità kompetenti, skont ir-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju, għandha tkun skambjata mal-Kummissjoni u ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn biss fejn skambju bħal dan ikun strettament meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-informazzjoni skambjata għandha tkun limitata għal dak li huwa rilevanti u proporzjonat għall-għan tat-tali skambju.

(38) L-informazzjoni li titqies kunfidenzjali minn awtorità kompetenti jew punt ta’ kuntatt uniku, skont ir-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju, għandha tkun skambjata mal-Kummissjoni, l-aġenziji rilevanti tagħha, il-punti ta’ kuntatt uniċi u/jew awtoritajiet kompetenti nazzjonali oħrajn biss fejn skambju bħal dan ikun strettament meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-informazzjoni skambjata għandha tkun limitata għal dak li huwa rilevanti, neċessarju u proporzjonat għall-għan tat-tali skambju, filwaqt li jiġu rrispettati kriterji predefiniti għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà u l-protokolli ta’ klassifikazzjoni, li jirregolaw il-proċedura tal-qsim ta’ informazzjoni.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-qsim tal-informazzjoni dwar ir-riskji u l-inċidenti fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni u l-konformità mar-rekwiżiti ta’ notifika tal-inċidenti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jista’ jkun jeħtieġ l-ipproċessar ta’ dejta personali. Tali pproċessar ta’ dejta personali huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess pubbliku segwiti minn din id-Direttiva u għaldaqstant huwa leġittimu taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE. Ma jikkostitwixxix, b’rabta ma’ dawn l-għanijiet leġittimi, intervent sproporzjonat u intollerabbli li jolqot is-sustanza stess tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali ggarantit mill-Artikolu 8 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali. Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu japplika kif xieraq ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni31. Meta dejta tkun ipproċessata mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, dan l-ipproċessar għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu josserva r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta.

(39) Il-qsim tal-informazzjoni dwar ir-riskji u l-inċidenti fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni u l-konformità mar-rekwiżiti ta’ notifika tal-inċidenti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew lill-punti ta’ kuntatt uniċi jista’ jkun jeħtieġ l-ipproċessar ta’ dejta personali. Tali pproċessar ta’ dejta personali huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess pubbliku segwiti minn din id-Direttiva u għaldaqstant huwa leġittimu taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE. Ma jikkostitwixxix, b’rabta ma’ dawn l-għanijiet leġittimi, intervent sproporzjonat u intollerabbli li jolqot is-sustanza stess tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali ggarantit mill-Artikolu 8 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali. Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu japplika kif xieraq ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni31. Meta dejta tkun ipproċessata mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, dan l-ipproċessar għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu josserva r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta.

__________________

__________________

31 ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

31 ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Premessa 41a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41a) B'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar dokumenti ta’ spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom ma’ wieħed jew aktar dokumenti li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis it-trażmissjoni ta’ dokumenti bħal dawn bħala ġustifikata.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) toħloq il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex tassigura applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fl-Unjoni u, fejn ikun meħtieġ, indirizzar ikkoordinat u effiċjenti ta’ u r-rispons għar-riskji u l-inċidenti li jaffettwaw is-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni;

(b) toħloq il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fl-Unjoni u, fejn ikun meħtieġ, indirizzar ikkoordinat u effiċjenti ta’ u r-rispons għar-riskji u l-inċidenti li jaffettwaw is-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni bil-parteċipazzjoni ta’ partijiet interessati rilevanti;

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-qsim tal-informazzjoni fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni taħt il-Kapitolu III u n-notifiki tal-inċidenti tal-NIS taħt l-Artikolu 14 jistgħu jkunu jeħtieġu l-ipproċessar ta’ dejta personali. Tali pproċessar, li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-interess pubbliku segwiti minn din id-Direttiva, għandu jkun awtorizzat mill-Istat Membru skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE, kif implimentat fil-liġi nazzjonali.

6. Il-qsim tal-informazzjoni fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni taħt il-Kapitolu III u n-notifiki tal-inċidenti tal-NIS taħt l-Artikolu 14 jistgħu jkunu jeħtieġu l-komunikazzjoni lil partijiet terzi ta' fiduċja u l-ipproċessar ta’ dejta personali. Tali pproċessar, li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-interess pubbliku segwiti minn din id-Direttiva, għandu jkun awtorizzat mill-Istat Membru skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE, kif implimentat fil-liġi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri leġiżlattivi skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE biex jiġi żgurat li l-amministrazzjonijiet pubbliċi, l-operaturi tas-suq u l-awtoritajiet kompetenti ma jinżammux responsabbli għall-ipproċessar ta’ dejta personali, meħtieġa għall-qsim ta’ informazjoni fin-netwerk ta’ kooperazzjoni u n-notifika ta’ inċidenti.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jitħallew jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li jassiguraw livell ogħla ta’ sigurtà, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jitħallew jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li jiżguraw livell ogħla ta’ sigurtà, f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Id-diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri dwar is-sigurtà għandha tkun kondizzjonali fuq ir-rispett għad-drittijiet rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u b’mod partikolari fost oħrajn, id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-komunikazzjonijiet, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għal-libertà tal-intrapriża u d-dritt għal rimedju effettiv.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) kull apparat jew grupp ta’ apparati interkonnessi jew relatati, li wieħed jew iktar minnhom, skont programm, iwettaq ipproċessar awtomatiku ta’ dejta tal-kompjuter, kif ukoll

(b) kull apparat jew grupp ta’ apparati interkonnessi jew relatati, li wieħed jew iktar minnhom, skont programm, iwettaq ipproċessar awtomatiku ta’ dejta diġitali, kif ukoll

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 –punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) dejta tal-kompjuter maħżuna, ipproċessata, miġbura jew mibgħuta minn elementi koperti taħt punt (a) u (b) għall-finijiet tal-operazzjoni, l-użu, il-protezzjoni u ż-żamma tagħha.

(c) dejta diġitali maħżuna, ipproċessata, miġbura jew mibgħuta minn elementi koperti taħt punt (a) u (b) għall-finijiet tal-operazzjoni, l-użu, il-protezzjoni u ż-żamma tagħha.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) “sigurtà” tfisser l-abbiltà ta’ sistema ta’ netwerks u ta’ informazzjoni li tirreżisti, f’livell partikolari ta’ fiduċja, għal aċċidenti jew azzjonijiet malizzjużi li jikkompromettu d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità ta’ dejta maħżuna jew mibgħuta jew tas-servizzi relatati offruti minn jew aċċessibbli permezz ta’ dik is-sistema ta’ netwerks u informazzjoni;

(2) “sigurtà” tfisser l-abbiltà ta’ sistema ta’ netwerks u ta’ informazzjoni li tirreżisti, f’livell partikolari ta’ fiduċja, għal aċċidenti jew azzjonijiet malizzjużi li jikkompromettu d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità ta’ dejta maħżuna jew mibgħuta jew tas-servizzi relatati offruti minn jew aċċessibbli permezz ta’ dik is-sistema ta’ netwerks u informazzjoni; “sigurtà” kif definita hawnhekk tinkludi apparati tekniċi, soluzzjonijiet u proċeduri operattivi xierqa li jiżguraw ir-rekwiżiti ta’ sigurtà stabbiliti f’din id-Direttiva.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) “inċident” tfisser kwalunkwe ċirkostanza jew avveniment li jkollu effett negattiv reali fuq is-sigurtà;

(4) “inċident” tfisser kwalunkwe ċirkostanza jew avveniment raġonevolment identifikabbli li jkollu effett negattiv reali fuq is-sigurtà;

Ġustifikazzjoni

Il-kliem oriġinali kien wiesgħa wisq u seta’ jikkomplika l-applikazzjoni tad-definizzjoni.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) “servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni” tfisser servizz fit-tifsira tal-punt (2) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE;

imħassar

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fornitur ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jippermettu l-forniment ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni oħrajn, li lista mhux eżawrjenti tagħhom tinsab fl-Anness II;

imħassar

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) “l-indirizzar tal-inċidenti” tfisser il-proċeduri kollha li jappoġġjaw l-analiżi, il-konteniment u r-rispons għal xi inċident;

(7) “l-indirizzar tal-inċidenti” tfisser il-proċeduri kollha li jappoġġjaw l-iskoperta, il-prevenzjoni, l-analiżi, il-konteniment u r-rispons għal xi inċident;

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fornitur ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jippermettu l-forniment ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni oħrajn, li lista mhux eżawrjenti tagħhom tinsab fl-Anness II;

(b) operatur ta’ infrastruttura kruċjali li hija essenzjali għaż-żamma ta’ attivitajiet ekonomiċi u soċjetali vitali fl-oqsma tal-enerġija, tat-trasport, tal-banek, tal-boroż u tas-saħħa, li lista mhux eżawrjenti tagħhom tinsab fl-Anness II.

(b) operatur pubbliku jew privat ta’ infrastruttura li hija essenzjali għaż-żamma ta’ attivitajiet ekonomiċi u soċjetali vitali fl-oqsma tal-enerġija, tat-trasport, tal-banek, tas-swieq finanzjarji u tas-saħħa, u li t-tfixkil jew il-qerda tagħha jkollhom impatt negattiv sinifikanti fi Stat Membru bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ żamma ta’ dawk il-funzjonijiet, li lista mhux eżawrjenti tagħhom tinsab fl-Anness II.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a) “inċident li jkollu impatt sinifikanti” tfisser inċident li jaffettwa s-sigurtà u l-kontinwità ta’ netwerk jew sistema tal-informazzjoni li jwassal għal tfixkil sinifikanti ta’ funzjonijiet ekonomiċi jew soċjetali ta’ importanza vitali;

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8b) “servizz” tfisser is-servizz ipprovdut minn operatur tas-suq, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe servizz ieħor tal-istess entità.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) “suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28a;

__________________

28a Id- Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (ĠU L 45, 16.2.2005, p. 18).

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11b) “faċilità multilaterali tan-negozjar (MTF)” tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar kif definita fil-punt 15 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/39/KE;

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 11c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11c) “faċilità organizzata tan-negozjar” tfisser sistema jew faċilità multilaterali, li mhijiex suq regolat, faċilità multilaterali tan-negozjar jew kontroparti ċentrali, operata minn ditta tal-investimenti jew operatur tas-suq, li fiha interessi multipli ta’ xiri u bejgħ ta’ partijiet terzi f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet jew derivati jistgħu jinteraġixxu fis-sistema b’mod li jirriżulta f’kuntratt skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tad-Direttiva 2004/39/KE;

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni fit-territorji tagħhom skont din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw livell għoli kontinwu u sostenut ta’ sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni fit-territorji tagħhom skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u skont din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Id-diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri dwar is-sigurtà għandha tkun kondizzjonali fuq ir-rispett għad-drittijiet rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u b’mod partikolari fost oħrajn, id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-komunikazzjonijiet, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għal-libertà tal-intrapriża u d-dritt għal rimedju effettiv.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) L-Istati Membri jistgħu jitolbu għall-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (“ENISA”) fl-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali tal-NIS u l-pjanijiet ta’ kooperazzjoni nazzjonali tal-NIS tagħhom, abbażi ta’ pjan dettaljat ta’ strateġija ta’ NIS minima komuni.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-pjan ta’ valutazzjoni tar-riskju sabiex jiġu identifikati r-riskji u jiġu vvalutati l-impatti ta’ inċidenti potenzjali;

(a) Il-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju li jinkludi l-identifikazzjoni, il-prijoritizzazzjoni, l-evalwazzjoni u t-trattament tar-riskji, il-valutazzjoni tal-impatti ta’ inċidenti potenzjali, il-possibilitajiet ta’ prevenzjoni u kontroll, u l-kriterji għall-għażla ta’ kontromiżuri possibbli;

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Id-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi varji involuti fl-implimentazzjoni tal-pjan;

(b) Id-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet varji u atturi oħrajn involuti fl-implimentazzjoni tal-qafas;

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità nazzjonali kompetenti dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni (l-“awtorità kompetenti”).

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew aktar dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“awtorità kompetenti”).

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Meta Stat Membru jaħtar aktar minn awtorità kompetenti waħda, għandu jaħtar awtorità nazzjonali, pereżempju awtorità kompetenti, bħala punt ta’ kuntatt uniku nazzjonali dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “punt ta’ kuntatt uniku”). Meta Stat Membru jaħtar awtorità kompetenti waħda biss, dik l-awtorità kompetenti għandha tkun ukoll il-punt ta’ kuntatt uniku.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. L-awtoritajiet kompetenti u l-punt ta’ kuntatt uniku tal-istess Stat Membru għandhom jikkooperaw mill-qrib fir-rigward tal-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2c. Il-punt ta’ kuntatt uniku għandu jiżgura kooperazzjoni transkonfinali ma’ punti ta’ kuntatt uniċi oħrajn.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati sabiex iwettqu b’mod effettiv u effiċjenti l-kompiti assenjati lilhom u b’hekk jilħqu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-kooperazzjoni effettiva, effiċjenti u sigura tal-awtoritajiet kompetenti permezz tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 8.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi jkollhom riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati sabiex iwettqu b’mod effettiv u effiċjenti l-kompiti assenjati lilhom u b’hekk jilħqu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kooperazzjoni effettiva, effiċjenti u sigura tal-punti ta’ kuntatt uniċi permezz tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 8.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu n-notifiki tal-inċidenti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq kif speċifikat taħt l-Artikolu 14(2) u jingħataw is-setgħat ta’ implimentazzjoni u ta’ infurzar imsemmija taħt l-Artikolu 15.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi jirċievu n-notifiki tal-inċidenti mill-operaturi tas-suq kif speċifikat taħt l-Artikolu 14(2) u jingħataw is-setgħat ta’ implimentazzjoni u ta’ infurzar imsemmija taħt l-Artikolu 15.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw, kull meta jkun xieraq, mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta.

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta bħala proċedura normali u jikkooperaw, kull meta jkun xieraq, mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-infurzar tal-liġi.

Ġustifikazzjoni

L-eżistenza ta’ awtorità kompetenti waħda biex teżerċita kontroll fuq livell nazzjonali mingħajr il-kollaborazzjoni ta’ korp ta’ kumpens ieħor, mhix proporzjonali fil-bilanċ bejn is-salvagwardja tas-sigurtà u tal-libertà.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw, kull meta jkun xieraq, mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta.

5. L-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw, kull meta jkun xieraq, mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien rigward il-ħatra tal-awtorità kompetenti, il-kompiti tagħha, u kwalunkwe bidla sussegwenti fiha. Kull Stat Membru għandu jippubblika l-ħatra tal-awtorità kompetenti tiegħu.

6. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien rigward il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti u l-punt ta’ kuntatt uniku, il-kompiti tagħhom, u kwalunkwe bidla sussegwenti fihom. Kull Stat Membru għandu jippubblika l-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Grupp ta’ Rispons ta’ Emerġenza tal-Kompjuters wieħed (minn hawn 'il quddiem: “CERT”) li jkun responsabbli għall-indirizzar tal-inċidenti u tar-riskji skont proċess iddefinit tajjeb, li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (1) tal-Anness I. CERT jista’ jkun stabbilit fi ħdan l-awtorità kompetenti.

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mill-inqas Skwadra ta' Rispons f'Emerġenza Relatata mal-Kompjuters waħda (minn hawn 'il quddiem: “CERT”) għal kull wieħed mis-setturi stabbiliti fl-Anness II, li tkun responsabbli għall-indirizzar tal-inċidenti u tar-riskji skont proċess iddefinit tajjeb, li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (1) tal-Anness I. CERT tista’ tkun stabbilita fi ħdan l-awtorità kompetenti.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Is-CERT għandu jaġixxi taħt is-sorveljanza tal-awtorità kompetenti, li għandha tirrevedi b’mod regolari l-adegwatezza tar-riżorsi tiegħu, il-mandat tiegħu u l-effettività tal-proċess ta’ indirizzar tal-inċidenti tiegħu.

5. Is-CERTs għandhom jaġixxu taħt is-sorveljanza tal-awtorità kompetenti jew il-punt ta’ kuntatt uniku, li għandhom jirrevedu b’mod regolari l-adegwatezza tar-riżorsi tagħhom, il-mandat tiegħu u l-effettività tal-proċess ta’ indirizzar tal-inċidenti tagħhom.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-CERTs ikollhom riżorsi umani u finanzjarji adegwati sabiex jipparteċipaw b’mod attiv f’netwerks ta’ kooperazzjoni internazzjonali, u b’mod partikolari tal-Unjoni.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Is-CERTs għandhom jitħallew u jitħeġġu biex jagħtu bidu u jipparteċipaw f’eżerċizzji konġunti ma’ CERTs oħrajn, mas-CERTs tal-Istati Membri kollha, u ma’ istituzzjonijiet xierqa tal-Istati mhux Membri kif ukoll ma’ CERTs ta’ istituzzjonijiet multinazzjonali u internazzjonali bħan-NATO u n-NU.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (“ENISA”) jew ta’ Stati Membri oħra biex jiżviluppaw is-CERTs nazzjonali tagħhom.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jifformaw netwerk (“netwerk ta’ kooperazzjoni”) sabiex jikkooperaw kontra r-riskji u l-inċidenti li jaffettwaw is-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni.

1. Il-punti ta' kuntatt uniċi, l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (“ENISA”) u l-Kummissjoni għandhom jifformaw netwerk (“netwerk ta’ kooperazzjoni”) fejn għandhom jikkooperaw kontra r-riskji u l-inċidenti li jaffettwaw is-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni.

2. In-netwerk ta’ kooperazzjoni għandu joħloq komunikazzjoni permanenti bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti. Meta tintalab, l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (“ENISA”) għandha tassisti lin-netwerk ta’ kooperazzjoni billi tipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tagħha.

2. In-netwerk ta’ kooperazzjoni għandu joħloq komunikazzjoni permanenti bejn il-Kummissjoni u l-punti ta’ kuntatt uniċi. L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (“ENISA”) għandha tassisti lin-netwerk ta’ kooperazzjoni billi tipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tagħha. Fejn ikun xieraq, in-netwerk ta' kooperazzjoni għandu jikkoopera mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta.

3. Fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

3. Fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni l-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom:

(a) jiċċirkolaw twissijiet bikrija dwar ir-riskji u l-inċidenti skont l-Artikolu 10;

(a) jiċċirkolaw twissijiet bikrija dwar ir-riskji u l-inċidenti skont l-Artikolu 10;

(b) jiżguraw rispons koordinat skont l-Artikolu 11;

(b) jiżguraw rispons koordinat skont l-Artikolu 11;

(c) jippubblikaw fuq bażi regolari informazzjoni mhux kunfidenzjali dwar twissijiet bikrija li jkunu għaddejjin u rispons koordinat fuq sit elettroniku komuni;

(c) jippubblikaw fuq bażi regolari informazzjoni mhux kunfidenzjali dwar twissijiet bikrija li jkunu għaddejjin u rispons koordinat fuq sit elettroniku komuni;

(ca) jiddiskutu u jaqblu b’mod konġunt dwar interpretazzjoni komuni, applikazzjoni konsistenti u koordinazzjoni tal-miżuri tagħhom dwar ir-rekwiżiti ta’ sigurtà u n-notifika ta’ inċidenti msemmija fl-Artikolu 14 u dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 15;

(d) jiddiskutu u jivvalutaw b’mod konġunt, fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni, strateġija nazzjonali waħda jew aktar dwar il-NIS u dwar pjanijiet ta’ kooperazzjoni nazzjonali tal-NIS imsemmija fl-Artikolu 5, fl-ambitu ta’ din id-Direttiva.

(d) jiddiskutu u jivvalutaw b’mod konġunt strateġija nazzjonali waħda jew aktar dwar il-NIS u dwar pjanijiet ta’ kooperazzjoni nazzjonali tal-NIS imsemmija fl-Artikolu 5, fl-ambitu ta’ din id-Direttiva.

(e) jiddiskutu u jivvalutaw b’mod konġunt, fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni, l-effettività tas-CERTs, b’mod partikolari meta l-eżerċizzji tal-NIS jitwettqu fil-livell tal-Unjoni;

(e) jiddiskutu u jivvalutaw b’mod konġunt, fuq talba tal-ENISA, ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni, l-effettività tas-CERTs, b’mod partikolari meta l-eżerċizzji tal-NIS jitwettqu fil-livell tal-Unjoni u jimplimentaw miżuri biex isolvu d-dgħufijiet identifikati mingħajr dewmien bla bżonn;

(f) jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni dwar il-kwistjonijiet rilevanti kollha maċ-Ċentru Ewropew tal-Kriminalità Ċibernetika fi ħdan il-Europol, u ma’ korpi Ewropej oħrajn rilevanti b’mod partikolari fl-oqsma tal-protezzjoni tad-dejta, tal-enerġija, tat-trasport, tal-banek, tal-boroż u tas-saħħa;

(f) jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni dwar il-kwistjonijiet rilevanti kollha dwar is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni ma’ korpi Ewropej oħrajn rilevanti b’mod partikolari fl-oqsma tal-enerġija, tat-trasport, tal-banek, tas-swieq finanzjarji u tas-saħħa;

(fa) jiddiskutu u jaqblu b’mod konġunt dwar l-interpretazzjoni komuni, l-applikazzjoni konsistenti u l-implimentazzjoni armonijuża fi ħdan l-Unjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV;

(g) jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prassi bejniethom u mal-Kummissjoni, u jassistu lil xulxin fil-bini tal-kapaċità dwar il-NIS;

(g) jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prassi bejniethom u mal-Kummissjoni, u jassistu lil xulxin fil-bini tal-kapaċità dwar il-NIS;

(h) jorganizzaw analiżijiet inter pares regolari dwar il-kapaċitajiet u t-tħejjija;

(h) jorganizzaw analiżijiet inter pares regolari dwar il-kapaċitajiet u t-tħejjija;

(i) jorganizzaw eżerċizzji tal-NIS fil-livell tal-Unjoni u jipparteċipaw, kif xieraq, f’eżerċizzji internazzjonali tal-NIS.

(i) jorganizzaw eżerċizzji tal-NIS fil-livell tal-Unjoni u jipparteċipaw, kif xieraq, f’eżerċizzji internazzjonali tal-NIS.

(ia) attivament jippromwovu l-involviment tal-operaturi tas-suq, u jikkonsultaw u jiskambjaw informazzjoni magħhom.

Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment in-netwerk ta' kooperazzjoni ta' sigurtà u riċerka u programmi rilevanti oħrajn tal-Orizzont 2020.

3a. Fejn ikun xieraq, l-amministrazzjoni pubblika u l-operaturi tas-suq għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fl-attivitajiet tan-netwerk ta’ kooperazzjoni msemmija fil-punti (c), (g), (h) u (i) tal-paragrafu 3.

3b. Meta informazzjoni, twissijiet bikrija jew l-aħjar prattiki li joriġinaw minn operaturi tas-suq jew amministrazzjonijiet pubbliċi jiġu kondiviżi fi ħdan, jew jiġu żvelati min-netwerk ta’ kooperazzjoni, din il-kondiviżjoni jew dan l-iżvelar għandhom ikunu konformi mal-klassifikazzjoni tal-informazzjoni kif iddeterminat mis-sors oriġinali skont l-Artikolu 9(1).

3c. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport darba fis-sena, ibbażat fuq l-attivitajiet tan-netwerk u r-rapport fil-qosor ippreżentat f’konformità mal-Artikolu 14(4) ta’ din id-Direttiva, għat-12-il xahar preċedenti. Ix-xandir ta’ kwalunkwe inċident individwali rrapportat lill-awtoritajiet kompetenti u lill-punti ta’ kuntatt uniċi għandu jsib bilanċ xieraq bejn l-interess tal-pubbliku li jkun informat dwar it-theddid u l-ħsarat possibbli tar-reputazzjoni u tal-kummerċ għall-operaturi tas-suq li jkunu rrapportawhom u jistgħu jseħħu biss wara konsultazzjoni bil-quddiem.

4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-modalitajiet meħtieġa sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).

4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-modalitajiet meħtieġa sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt uniċi, l-ENISA u l-Kummissjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni għandu jsir permezz ta’ infrastruttura sigura.

L-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni għandu jsir permezz ta’ infrastruttura sigura mħaddma taħt is-sorveljanza tal-ENISA. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni sensittiva jew sigrieta, kondiviża minn Stati oħrajn jew mill-Kummissjoni ma tiġix kondiviża jew użata b’mod mhux xieraq, pereżempju għal attivitajiet relatati ma’ operazzjonijiet sigrieta jew teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 18 rigward id-definizzjoni tal-kriterji li għandhom ikunu ssodisfati biex Stat Membru jkun awtorizzat jipparteċipa fis-sistema sigura ta’ qsim ta’ informazzjoni rigward:

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 19 rigward id-definizzjoni tal-kriterji li għandhom ikunu ssodisfati biex punt ta’ kuntatt uniku jkun awtorizzat jipparteċipa fis-sistema sigura ta’ qsim ta’ informazzjoni rigward:

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, deċiżjonijiet dwar l-aċċess tal-Istati Membri għal din l-infrastruttura sigura, skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(3).

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, sett komuni ta’ interkonnessjonijiet u standards tas-sigurtà li l-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom jilħqu sabiex jiskambjaw l-informazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(3).

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kompetenti jew il-Kummissjoni għandhom jipprovdu twissijiet bikrija fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni dwar dawk ir-riskji u l-inċidenti li jissodisfaw mill-inqas waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

1. Il-punti ta’ kuntatt uniċi jew il-Kummissjoni għandhom jipprovdu twissijiet bikrija fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni dwar dawk ir-riskji u l-inċidenti li jissodisfaw mill-inqas waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a) jikbru malajr jew jistgħu jikbru malajr fl-iskala tagħhom;

(b) jiżbqu jew jistgħu jiżbqu l-kapaċità nazzjonali tar-rispons;

(b) il-punt ta’ kuntatt uniku jevalwa li r-riskju jew l-inċident jikber rapidament jew jista' jikber rapidament fl-iskala u jiżboq il-kapaċità nazzjonali tar-rispons;

(c) jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw aktar minn Stat Membru wieħed.

(c) il-punti ta’ kuntatt uniċi jew il-Kummissjoni jevalwaw li r-riskju jew l-inċident jaffetwaw aktar minnn Stat Membru wieħed.

2. Fit-twissijiet bikrija, l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti fil-pussess tagħhom li tista’ tkun utli għall-valutazzjoni tar-riskju jew tal-inċident.

2. Fit-twissijiet bikrija, il-punti ta’ kuntatt uniċi u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe informazzjoni rilevanti mhux klassifikata fil-pussess tagħhom li tista’ tkun utli għall-valutazzjoni tar-riskju jew tal-inċident. Informazzjoni li l-operatur tas-suq ikkonċernati iqis bħala kklassifikata jew kunfidenzjali u l-identità tal-operatur tas-suq għandhom jingħataw sal-grad meħtieġ għall-valutazzjoni tar-riskju jew tal-inċident.

3. Fuq talba ta’ Stat Membru, jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru jipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar riskju jew inċident speċifiku.

3. Fuq talba ta’ Stat Membru, jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru jipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti mhux klassifikata dwar riskju jew inċident speċifiku.

4. Meta r-riskju jew l-inċident soġġett għal twissija bikrija jkun ta’ natura kriminali ssuspettata, l-awtoritajiet kompetenti jew il-Kummissjoni għandhom jinformaw liċ-Ċentru Ewropew tal-Kriminalità Ċibernetika fi ħdan il-Europol.

4. Meta r-riskju jew l-inċident soġġett għal twissija bikrija jkun ta’ natura kriminali ssuspettata serja, il-punti ta' kuntatt uniċi jew il-Kummissjoni għandhom, fejn ikun xieraq, jikkoordinaw mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kriminalità ċibernetika biex ikunu jistgħu jikkooperaw u jaqsmu informazzjoni maċ-Ċentru Ewropew tal-Kriminalità Ċibernetika fi ħdan il-Europol mingħajr dewmien żejjed.

4 a. Il-membri tan-netwerk ta' kooperazzjoni m’għandhom jippubblikaw l-ebda informazzjoni li jkunu rċevew dwar ir-riskji u l-inċidenti skont il-paragrafu 1 mingħajr ma jirċievu l-approvazzjoni bil-quddiem tal-punt ta’ kuntatt uniku li jinnotifikahom.

4b. Meta r-riskju jew l-inċident soġġett għal twissija bikrija jkun ta’ natura teknika transkonfinali ssuspettata serja, il-punti ta' kuntatt uniċi jew il-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lill-ENISA;

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 18, rigward l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tar-riskji u tal-inċidenti li jwasslu għat-twissija bikrija msemmija fil-paragrafu 1.

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 19, rigward l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tar-riskji u tal-inċidenti li jwasslu għat-twissija bikrija msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll il-proċeduri għall-qsim ta’ informazzjoni sensittiva għal operaturi tas-suq.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Wara t-twissija bikrija msemmija fl-Artikolu 10 l-awtoritajiet kompetenti għandhom, wara li jivvalutaw l-informazzjoni rilevanti, jaqblu rigward rispons ikkoordinat skont il-pjan ta’ kooperazzjoni dwar il-NIS fl-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12.

1. Wara t-twissija bikrija msemmija fl-Artikolu 10, il-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom, wara li jivvalutaw l-informazzjoni rilevanti, jaqblu mingħajr dewmien żejjed rigward rispons ikkoordinat skont il-pjan ta’ kooperazzjoni dwar l-NIS fl-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– definizzjoni tal-format u l-proċeduri għall-ġbir u l-qsim ta’ informazzjoni kompatibbli u komparabbli dwar ir-riskji u l-inċidenti mill-awtoritajiet kompetenti,

– definizzjoni tal-format u l-proċeduri għall-ġbir u l-qsim ta’ informazzjoni kompatibbli u komparabbli dwar ir-riskji u l-inċidenti mill-punti ta’ kuntatt uniċi,

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-pjan ta’ kooperazzjoni dwar il-NIS fl-Unjoni għandu jkun adottat sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u għandu jkun rivedut b’mod regolari.

3. Il-pjan ta’ kooperazzjoni dwar il-NIS fl-Unjoni għandu jkun adottat sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u għandu jkun rivedut b’mod regolari. Ir-riżultati ta’ kull reviżjoni għandhom jiġu rraportati lill-Parlament Ewropew.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi baġit għall-iżvilupp tal-pjan ta’ kooperazzjoni dwar il-NIS tal-Unjoni.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li n-netwerk ta’ kooperazzjoni jkollu kooperazzjoni internazzjonali informali, l-Unjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jippermettu u jorganizzaw il-parteċipazzjoni tagħhom f’xi attivitajiet tan-netwerk ta’ kooperazzjoni. Tali ftehim għandu jqis il-ħtieġa li tiġi żgurata protezzjoni adegwata tad-dejta personali li tkun tidher fuq in-netwerk ta’ kooperazzjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li n-netwerk ta’ kooperazzjoni jkollu kooperazzjoni internazzjonali informali, l-Unjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jippermettu u jorganizzaw il-parteċipazzjoni tagħhom f’xi attivitajiet tan-netwerk ta’ kooperazzjoni. Dawn il-ftehimiet għandhom jispeċifikaw il-proċedura ta’ monitoraġġ li għandha tiġi segwita għall-garanzija tal-protezzjoni tad-dejta personali li tkun tidher fuq in-netwerk ta’ kooperazzjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar in-negozjati tal-ftehimiet, li t-trasparenza tagħhom għandha tkun garantita. Kwalunkwe trasferiment ta’ dejta personali lil riċevituri li jinsabu f’pajjiżi barra mill-Unjoni għandu jitwettaq f’konformità mal-Artikoli 25 u 26 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Ġustifikazzjoni

Il-ftehim internazzjonali konkluż ma’ pajjiżi oħra jew aġenziji tas-sigurtà huma obbligati li jipprovdu mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-osservanza tad-drittijiet ċivili. Għandu wkoll jiġi eżerċitat kontroll demokratiku effettiv tal-ftehim mill-Parlament Ewropew, li għandu jiġi infurmat fi żmien xieraq dwar il-kontenut tan-negozjati tal-ftehim.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jindirizzaw ir-riskji maħluqa għas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni li huma jikkontrollaw u jużaw fl-operazzjonijiet tagħhom. Wara li jikkunsidraw l-aħħar teknoloġiji, dawn il-miżuri għandhom jiggarantixxu livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskju ppreżentat. B’mod partikolari, għandhom jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-impatt tal-inċidenti li jaffettwaw is-sistema tan-netwerks u tal-informazzjoni tagħhom fuq is-servizzi ewlenin li jipprovdu u b’hekk jassiguraw il-kontinwità tas-servizzi msejsa fuq dawk is-sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-suq jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jindividwaw u jindirizzaw b’mod effettiv ir-riskji maħluqa għas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni li huma jikkontrollaw u jużaw fl-operazzjonijiet tagħhom. Wara li jikkunsidraw l-iżvilupp teknoloġiku, dawn il-miżuri xierqa għandhom jiggarantixxu livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskju ppreżentat. B’mod partikolari, għandhom jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni ta' inċidenti li jaffettwaw is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni u t-tnaqqis tal-impatt tagħhom fuq is-servizzi ewlenin li jipprovdu u b’hekk jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi msejsa fuq dawk is-sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar inċidenti li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-sigurtà tas-servizzi ewlenin li huma jipprovdu.

2. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi biex jiżguraw li l-operaturi tas-suq jinnotifikaw mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti jew lill-punt ta’ kuntatt uniku dwar inċidenti li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-sigurtà jew il-kontinwità tas-servizzi ewlenin li huma jipprovdu. In-notifika m'għandhiex tesponi lill-parti notifikanti għal iktar responsabbiltà. Biex jiġi ddeterminat il-kobor tal-impatt ta’ inċident, għandhom jitqiesu fost l-oħrajn il-parametri li ġejjin:

(a) in-numru ta’ utenti li s-servizz ewlieni tagħhom huwa affettwat;

(b) it-tul tal-inċident;

(c) il-firxa ġeografika fir-rigward taż-żona affettwata mill-inċident.

Dawn il-kriterji għandhom ikomplu jiġu speċifikati skont l-Artikolu 8 paragrafu 3 punt (ca)(ġdid).

2a. L-entitajiet mhux koperti bl-Anness II jistgħu jirrapportaw inċidenti kif speċifikat fl-Artikolu 14(2) fuq bażi volontarja.

2b. Ir-riċevituri ta' rapport ta' inċident għandhom, mill-iktar fis possibbli, jirrapportaw lura lill-entità li tkun irrapportat inċident, l-azzjonijiet jew id-deċiżjonijiet meħuda jew ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija, kif ukoll bi kwalunkwe parti terza infurmata, u l-protokolli ta’ sigurtà u kunfidenzjalità li jirregolaw il-qsim ta’ informazzjoni.

3. Il-ħtiġijiet skont il-paragrafi 1 u 2 japplikaw għall-operaturi tas-suq kollha li jipprovdu servizzi kruċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

3. Il-ħtiġijiet skont il-paragrafi 1 u 2 japplikaw għall-operaturi tas-suq kollha li jipprovdu servizzi kruċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea. L-operaturi tas-suq li ma jipprovdux servizzi fl-Unjoni Ewropea jistgħu jirrapportaw l-inċidenti fuq bażi volontarja.

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-suq jinnotifikaw l-inċidenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-awtorità kompetenti jew lill-punt ta’ kuntatt uniku fl-Istat Membru fejn is-servizz ewlieni huwa affettwat. Meta servizzi ewlenin f’aktar minn Stat Membru wieħed huma affettwati, il-punt ta’ kuntatt uniku li jkun irċieva n-notifika għandu, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-operatur tas-suq, iwissi lill-punti ta’ kuntatt uniċi l-oħrajn ikkonċernati. L-operatur tas-suq għandu jiġi mgħarraf, mill-iktar fis possibbli, dwar liema punti ta’ kuntatt uniċi oħra jkunu ġew mgħarrfa bl-inċident, kif ukoll bi kwalunkwe pass li jittieħed, ir-riżultati miksuba jew kwalunkwe informazzjoni b’rilevanza għall-inċident.

4. L-awtorità kompetenti tista’ tinforma lill-pubbliku, jew teżiġi li l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq jagħmlu dan, meta tiddeċiedi li l-iżvelar tal-inċident ikun fl-interess pubbliku. Darba fis-sena, l-awtorità kompetenti għandha tissottometti rapport fil-qosor lin-netwerk ta’ kooperazzjoni dwar in-notifiki li tkun irċeviet u l-azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu.

4. Wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u l-operatur tas-suq ikkonċernat, il-punt ta’ kuntatt uniku għandu jinforma lill-pubbliku dwar inċidenti individwali, meta jiddetermina li s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku tkun meħtieġa għall-prevenzjoni ta’ inċident jew l-ittrattar ta’ inċident li jkun għaddej, sabiex il-membri tal-publiku jkunu jistgħu jimmitigaw ir-riskji għalihom infushom li jirriżultaw mill-inċident jew meta l-operatur tas-suq, soġġett għal inċident, ikun irrifjuta li jindirizza vulnerabbiltà strutturali serja marbuta ma’ dak l-inċident mingħajr dewmien żejjed. Il-punt ta’ kuntatt uniku għandu jiġġustifika tali deċiżjoni kif meħtieġ. L-awtorità kompetenti jew il-punt ta’ kuntatt uniku għandhom, jekk ikun raġonevolment possibbli, jippreżenta lill-operaturi tas-suq li kienu infurmati bl-inċident b’informazzjoni analizzata strateġikament li se tgħinhom jegħlbu t-theddida għas-sigurtà. Darbtejn fis-sena, il-punt ta’ kuntatt uniku għandu jissottometti rapport fil-qosor lin-netwerk ta’ kooperazzjoni dwar in-notifiki li jkun irċieva u l-azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu. Ix-xandir ta’ kwalunkwe inċident individwali rrapportat lill-awtoritajiet kompetenti u lill-punti ta’ kuntatt uniċi għandu jsib bilanċ xieraq bejn l-interess tal-pubbliku li jkun informat dwar it-theddid u l-ħsarat possibbli tar-reputazzjoni u tal-kummerċ għall-operaturi tas-suq li jkunu rrapportawhom u jistgħu jseħħu biss wara konsultazzjoni bil-quddiem.

F’każ ta’ inċidenti nnotifikati lin-netwerk ta’ kooperazzjoni msemmi fl-Artikolu 8, awtoritajiet kompetenti nazzjonali oħra ma għandhom jippubblikaw l-ebda informazzjoni rċevuta dwar riskji jew inċidenti mingħajr l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti tan-notifika.

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 18 rigward id-definizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq ikunu meħtieġa jinnotifikaw l-inċidenti.

6. Soġġett għal kwalunkwe att iddelegat adottat taħt il-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jadottaw linji gwida u, fejn ikun meħtieġ, joħorġu struzzjonijiet rigward iċ-ċirkostanzi li fihom l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq ikunu meħtieġa jinnotifikaw l-inċidenti.

6. L-awtoritajiet kompetenti jew il-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom jadottaw linji gwida rigward iċ-ċirkostanzi li fihom l-operaturi tas-suq ikunu meħtieġa jinnotifikaw l-inċidenti.

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tiddefinixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-formati u l-proċeduri applikabbli għall-fini tal-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(3).

8. Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għall-intrapriżi mikro kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju35.

_______________

______________

35 ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

35 ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minbarra li jirraportaw lill-awtorità kompetenti, l-operaturi tas-suq għandhom jiġu mħeġġa jħabbru inċidenti li jinvolvu l-korporazzjoni tagħhom fir-rapporti finanzjarji tagħhom, fuq bażi volontarja.

Ġustifikazzjoni

L-inċidenti ċibernetiċi jistgħu jimplikaw telf finanzjarju kbir u kostijiet sostanzjali. Il-partijiet interessati u l-investituri għandhom jiġu infurmati dwar il-konsegwenzi ta’ dawn l-inċidenti. Il-fatt li l-kumpaniji jiġu mħeġġa jippubblikaw l-inċidenti ċibernetiċi fuq bażi volontarja jista’ jistimolata d-diskussjoni transsettorjali dwar il-probabbiltà ta’ inċidenti futuri, id-dimensjoni ta’ dawk ir-riskji, kif ukoll l-adattezza ta’ azzjonijiet preventivi meħuda għat-tnaqqis tal-vjolazzjonijiet tas-sigurtà ċibernetika.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa sabiex jinvestigaw każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità min-naħa tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tal-operaturi tas-suq mal-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 14 u l-effetti ta’ dan fuq is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt uniċi jkollhom is-setgħat meħtieġa sabiex jiżguraw konformità mal-obbligi skont l-Artikolu 14 u l-effetti ta’ dan fuq is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jeżiġu li l-operaturi tas-suq u l-amministrazzjonijiet pubbliċi:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi jkollhom is-setgħa li jeżiġu li l-operaturi tas-suq:

(a) jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni tagħhom, inklużi l-politiki ta’ sigurtà ddokumentati;

(a) jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni tagħhom, inklużi l-politiki ta’ sigurtà ddokumentati;

(b) issirilhom verifika tas-sigurtà li titwettaq minn korp indipendenti jew awtorità nazzjonali kkwalifikata u jagħmlu r-riżultati tagħha disponibbli għall-awtorità kompetenti.

(b) jipprovdu evidenza ta’ implimentazzjoni effettiva ta’ politiki tas-sigurtà, bħar-riżultati ta’ verifika tas-sigurtà li titwettaq minn awdituri interni, korp indipendenti kkwalifikat jew awtorità nazzjonali, u jagħmlu l-evidenza disponibbli għall-awtorità kompetenti jew għall-punt ta’ kuntatt uniku. Fejn ikun meħtieġ, l-awtorità kompetenti jew il-punt ta’ kuntatt uniku jistgħu jeħtieġu evidenza addizzjonali jew eċċezzjonalment, u billi jipprovdu ġustifikazzjoni dovuta, iwettqu verifika addizzjonali.

Meta jibagħtu dik it-talba, l-awtoritajiet kompetenti jew il-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom jiddikjaraw l-għan tat-talba u jispeċifikaw b’mod suffiċjenti liema informazzjoni hija meħtieġa.

3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li joħorġu struzzjonijiet vinkolanti lill-operaturi tas-suq u lill-amministrazzjonijiet pubbliċi.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi jkollhom is-setgħa li joħorġu struzzjonijiet vinkolanti lill-operaturi tas-suq kollha stipulati fl-Anness II.

4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw l-inċidenti ta’ natura kriminali serja ssuspettata lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

4. L-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom jinformaw lill-operaturi tas-suq ikkonċernati dwar il-possibbiltà li jitressqu akkużi kriminali lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi f’każ ta’ inċidenti ta’ natura kriminali serja.

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta personali meta jindirizzaw inċidenti li jirriżultaw fi ksur ta’ dejta personali.

5. Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt uniċi għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta personali meta jindirizzaw inċidenti li jirriżultaw fi ksur ta’ dejta personali. Il-punti ta’ kuntatt uniċi u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jiżviluppaw, f’kooperazzjoni mal-ENISA, mekkaniżmi ta’ skambju ta’ informazzjoni u mudell uniku li għandhom jintużaw kemm għan-notifiki skont l-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva kif ukoll ir-Regolament 95/46 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data.

Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni u filwaqt li tqis kemm jista' jkun kwalunkwe mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni u mudell uniku żviluppat mill-punti ta' kuntatt uniċi u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta, b'kooperazzjoni mal-ENISA, proċeduri għall-mekkaniżmi tal-iskambju tad-dejta u l-format tal-mudell uniku.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe obbligi imposti fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq taħt dan il-Kapitolu jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe obbligu impost fuq l-operaturi tas-suq taħt skont dan il-Kapitolu jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja.

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Biex tkun żgurata implimentazzjoni konverġenti tal-Artikolu 14(1), l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta’ standards u/jew speċifikazzjonijiet rilevanti għas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni.

1. Biex tkun żgurata implimentazzjoni konverġenti tal-Artikolu 14(1), mingħajr ma jiġi preskritt l-użu ta’ xi teknoloġija partikolari, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta’ standards u/jew speċifikazzjonijiet internazzjonali miftuħa u interoperabbli rilevanti għas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE.

2. Il-Kummissjoni għandha tfassal, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni lista tal-istandards imsemmija fil-paragrafu 1. Il-lista għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2. Il-Kummissjoni għandha tagħti mandat lil korp Ewropew ta' standardizzazzjoni rilevanti, b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati, biex ifassal lista tal-istandards u/jew l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Il-lista għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mid-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien rigward kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur negliġenti u intenzjonat tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mid-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien rigward kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar li l-penali jistgħu jiġu applikati biss għal ksur meta l-operaturi tas-suq ikunu naqsu milli jieħdu l-miżuri kollha li seta’ jkun mistenni li jieħdu b’mod raġonevoli. Inkella l-operaturi tas-suq jistgħu jiġu skoraġġati milli jirraportaw l-inċidenti.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu japplikaw biss meta l-operatur tas-suq ikun naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-Kapitolu IV b’intenzjoni jew minħabba negliġenza kbira.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18

imħassar

L-eżerċizzju tad-delegazzjoni

1. Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 9(2), 10(5) u 14(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin.. Id-delegazzjoni tas-setgħa għandha tkun estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix it-tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3. Id-delegazzjoni tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 9(2), 10(5) u 14(5) tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat diġà fis-seħħ.

4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. L-att iddelegat adottat skont l-Artikoli 9(2), 10(5) u 14(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minn żmien għal żmien il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-ewwel rapport għandu jkun ippreżentat sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data ta’ traspożizzjoni msemmija fl-Artikolu 21. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri jipprovdu informazzjoni mingħajr dewmien bla bżonn.

Kull tliet snin il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-ewwel rapport għandu jkun ippreżentat sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data ta’ traspożizzjoni msemmija fl-Artikolu 21. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri jipprovdu informazzjoni mingħajr dewmien bla bżonn.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġu indirizzati t-theddid u l-kundizzjonijiet li kontinwament jinbidlu fil-qasam tas-sigurtà ċibernetika, l-Anness II għandu jiġi rivedut u editjat b’mod regolari.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Anness I – intestatura 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rekwiżiti u l-kompiti tal-Grupp ta’ Rispons ta’ Emerġenza tal-Kompjuters (CERT)

Ir-rekwiżiti u l-kompiti tal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza Relatata mal-Kompjuters (CERTs)

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rekwiżiti u l-kompiti tas-CERT għandhom ikunu definiti b’mod adegwat u ċar u appoġġjati mill-politika u/jew mir-regolamenti nazzjonali. Dawn għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

Ir-rekwiżiti u l-kompiti tas-CERTs għandhom ikunu definiti b’mod adegwat u ċar u appoġġjati mill-politika u/jew mir-regolamenti nazzjonali. Dawn għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu tal-anness 1)

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Is-CERT għandu jassigura disponibbiltà għolja tas-servizzi ta’ komunikazzjoni tiegħu billi jevita punti ta’ ħsara waħdanin u jkollu bosta mezzi biex ikun ikkuntattjat u biex jikkuntattja lill-oħrajn. Barra minn hekk, il-kanali ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu speċifikati b’mod ċar u magħrufa sew mal-kostitwenza u mal-imsieħba kooperattivi.

(a) Is-CERTs għandhom jassiguraw disponibbiltà għolja tas-servizzi ta’ komunikazzjoni tagħhom billi jevitaw punti ta’ ħsara waħdanin u jkollhom bosta mezzi biex ikunu kkuntattjati u biex jikkuntattjaw lill-oħrajn f’kull ħin. Barra minn hekk, il-kanali ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu speċifikati b’mod ċar u magħrufa sew mal-kostitwenza u mal-imsieħba kooperattivi.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) L-uffiċċji tas-CERT u s-sistemi ta’ informazzjoni ta’ appoġġ għandhom jinstabu f’siti siguri.

(c) L-uffiċċji tas-CERTs u s-sistemi ta’ informazzjoni ta’ appoġġ għandhom jinstabu f’siti siguri b’sistemi ta’ informazzjoni tan-netwerks sigurizzati.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Anness 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– Il-monitoraġġ tal-inċidenti fil-livell nazzjonali,

L-identifikazzjoni u l-monitoraġġ tal-inċidenti fil-livell nazzjonali,

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Anness 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – inċiż 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- Il-parteċipazzjoni b’mod attiv fin-netwerks ta’ kooperazzjoni bejn is-CERTs tal-Unjoni u dawk Internazzjonali

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-lista ta’ operaturi tas-suq

Il-lista ta’ operaturi tas-suq

1. L-enerġija (is-suq tal-elettriku u s-suq tal-gass)

1. L-enerġija (is-suq tal-elettriku u s-suq tal-gass)

(a) L-elettriku

- Il-fornituri

- L-operaturi ta' sistemi ta’ distribuzzjoni u l-bejjiegħa bl-imnut għall-konsumaturi finali

- L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni fl-elettriku

- L-operaturi fis-swieq tal-elettriku

(b) Iż-żejt

- Is-sistemi ta’ pajpijiet għat-trażmissjoni taż-żejt u l-ħżin taż-żejt

- L-operaturi ta’ faċilitajiet ta' produzzjoni, raffinar u trattament taż-żejt, il-ħżin u t-trażmissjoni

(c) Il-gass

- Il-fornituri

- L-operaturi ta' sistemi ta’ distribuzzjoni u l-bejjiegħa bl-imnut għall-konsumaturi finali

- L-operaturi ta' sistemi ta’ trażmissjoni ta' gass naturali, l-operaturi ta' sistemi ta’ ħżin, u l-operaturi ta' sistemi tal-LNG

- L-operaturi ta’ faċilitajiet ta' produzzjoni, raffinar u trattament tal-gass naturali, faċilitajiet ta' ħżin u t-trażmissjoni

- L-operaturi fis-swieq tal-gass

2. It-trasport

2. It-trasport

(a) It-trasport bit-triq

(i) L-operaturi tal-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku

(ii) Is-servizzi loġistiċi awżiljarji:

- il-magazzinaġġ u l-ħżin,

- l-immaniġġjar tal-merkanzija, u

- l-attivitajiet oħrajn ta’ sostenn għat-trasport

(b) It-transport bil-ferrovija

(i) Il-ferroviji (il-maniġers tal-infrastruttura, il-kumpaniji integrati u l-operaturi tat-trasport bil-ferrovija)

(ii) L-operaturi fil-qasam tal-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku

(iii) Is-servizzi ta' loġistika awżiljarji:

- il-magazzinaġġ u l-ħżin,

- l-immaniġġjar tal-merkanzija, u

- l-attivitajiet oħrajn ta’ sostenn għat-trasport

(c) It-trasport bl-ajru

(i) It-trasportaturi tal-ajru (it-trasport tal-ajru tal-merkanzija u tal-passiġġieri)

(ii) L-ajruporti

(iii) L-operaturi fil-qasam tal-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku

(iv) Is-servizzi loġistiċi awżiljarji:

- il-magazzinaġġ,

- l-immaniġġjar tal-merkanzija, u

- l-attivitajiet oħrajn ta’ sostenn għat-trasport

(d) It-trasport marittimu

(i) It-trasportaturi marittimi (kumpaniji tat-trasport marittimu tal-passiġġieri interni, bil-baħar u kostali u kumpaniji tat-trasport marittimu tal-merkanzija tal-baħar u kostali)

(ii) Il-portijiet

(iii) L-operaturi fil-qasam tal-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku

(iv) Is-servizzi loġistiċi awżiljarji:

- il-magazzinaġġ u l-ħżin,

- l-immaniġġjar tal-merkanzija, u

- l-attivitajiet oħrajn ta’ sostenn għat-trasport

2a. Is-servizzi tal-ilma

3. Il-banek: istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 4.1 tad-Direttiva 2006/48/KE.

3. Il-banek: istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 4.1 tad-Direttiva 2006/48/KE.

4. Il-Boroż.

4. L-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji: swieq regolati, faċilitajiet multilaterali tan-negozjar, faċilitajiet organizzati tan-negozjar, servizzi li jipprovdu l-possibilità ta' ħlas bl-internet u kmamar tal-ikklerjar tal-kontropartijiet ċentrali.

5. Is-settur tas-saħħa: postijiet tal-kura tas-saħħa (inklużi l-isptarijiet u l-kliniċi privati) u entitajiet oħrajn involuti fil-provvista tal-kura tas-saħħa.

5. Is-settur tas-saħħa: postijiet tal-kura tas-saħħa (inklużi l-isptarijiet u l-kliniċi privati) u entitajiet oħrajn involuti fil-provvista tal-kura tas-saħħa.

6. It-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni: Servizzi ta' informatika fuq il-cloud li jintużaw minn operatur biex jipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi elenkati fil-punti 1-5.

Din il-lista għandha tiġi eżaminati mill-ġdid kull sentejn.

PROĊEDURA

Titolu

Livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni

Referenzi

COM(2013)0048 – C7-0035/2013 – 2013/0027(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.4.2013

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.4.2013

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

12.9.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Pilar del Castillo Vera

23.5.2013

Eżami fil-kumitat

14.10.2013

4.11.2013

Data tal-adozzjoni

16.12.2013

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Bendt Bendtsen, Fabrizio Bertot, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Vicky Ford, Adam Gierek, Norbert Glante, Robert Goebbels, Fiona Hall, Romana Jordan, Philippe Lamberts, Marisa Matias, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Caspary, António Fernando Correia de Campos, Françoise Grossetête, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Seán Kelly, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Zofija Mazej Kukovič, Silvia-Adriana Ţicău, Lambert van Nistelrooij

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

María Auxiliadora Correa Zamora

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (15.1.2014)

għall-Kumitat tas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni
(COM(2013)0048 – C7‑0035/2013 – 2013/0027(COD))

Rapporteur għal opinjoni(*): Carl Schlyter

(*) Kumitat Assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-għan tal-proposta huwa li jinkiseb livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni fi ħdan l-UE. Ir-rapporteur jappoġġa l-objettivi tal-proposta, u jirrakkomanda emendi li jtejbu ċ-ċertezza legali u jsaħħu s-salvagwardji u l-protezzjoni tal-individwi u l-privatezza tagħhom, sabiex jiġi żgurat li l-individwi jkollhom kontroll tad-dejta personali tagħhom u fiduċja fl-ambjent diġitali, u sabiex tinħoloq kultura ta’ ġestjoni tar-riskji u jsir titjib fl-iskambju tal-informazzjoni bejn il-partijiet privati u pubbliċi.

L-emendi proposti jikkonċernaw it-tisħiħ tar-referenza għal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, u jikkjarifikaw li dik ‘l-infrastruttura kritika’ m’għandhiex tinkludi netwerks soċjali u s-siti tal-bejgħ ta’ applikazzjonijiet (ara l-lista emendata fl-Anness II), filwaqt li jiżguraw ir-rispett tal-proporzjonalità billi jenfasizzaw l-aspett ċivili tal-impriża: il-biċċ l-kbira tat-tfixkil u l-kawżi komuni tal-ħsarat fis-sistemi mhumiex ċiberattakki intenzjonati minn terroristi, kriminali jew spjuni barranin, iżda huma żbalji umani u kawżi naturali mhux intenzjonati. Huwa ta’ importanza kruċjali li l-UE tiddistingwi l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni proposta minn kwalunkwe militarizzazzjoni tas-suġġett, filwaqt li jiġu esklużi l-għanijiet tal-industrija tas-sigurtà u s-sorveljanza, billi jittieħed inkonsiderazzjoni l-kuntest ta’ suq diġitali globalizzat.

Tħassib kbir li għad baqa’ jirrigwarda r-relazzjoni tas-sistema proposta mas-sistema ta’ notifika proposta fir-Regolament dwar il-protezzjoni ta’ dejta ġenerali, u l-koeżistenza effettiva tagħhom, li hija waħda mir-raġunijiet għalfejn qed jiġi enfasizzat il-fatt li kwalunkwe leġiżlazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà tal-UE għandha ssegwi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali, mhux tippreċedih. Barra minn hekk, l-implikazzjonijiet finanzjarji u amministrattivi reali għandhom jiġu kkunsidrati, inklużi l-ispejjeż totali għas-soċjetà u mhux biss l-ispejjeż biex issir notifika. Kumpaniji tas-softwer li jagħmlu programmar bi traskuraġni, u b’hekk jiffrankaw il-flus billi jesponu l-konsumaturi tagħhom, mhux fil-każijiet kollha jkunu jistgħu jiġu protetti mill-istandard fil-kundizzjonijiet tal-utenti li jiċħdu kwalunkwe responsabbiltà għall-funzjonament ħażin tas-softwer tagħhom. Għandu jkollhom inċentivi biex ikunu żguri li huma raġonevolment sikuri. Fl-aħħar nett, il-kunċetti prinċipali għandhom jiġu kkjarifikati u ma jitħallewx miftuħa għall-interpretazzjoni mill-Istati Membri (bħat-tifsira ta’ ‘amministrazzjonijiet pubbliċi’, ‘impatt sinifikanti’ u definizzjoni konkreta ta’ ‘ċiberkriminalità’).

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Is-sistemi u s-servizzi tan-netwerks u tal-informazzjoni jaqdu rwol importanti ħafna fis-soċjetà. L-affidabbiltà u s-sigurtà tagħhom huma essenzjali għall-attivitajiet ekonomiċi u l-benesseri soċjali, u b’mod partikolari għall-funzjonament tas-suq intern.

(1) Is-sistemi u s-servizzi tan-netwerks u tal-informazzjoni jaqdu rwol importanti ħafna fis-soċjetà. L-affidabbiltà u s-sigurtà tagħhom huma essenzjali għall-attivitajiet ekonomiċi, għall-benesseri soċjali, u għal komunikazzjonijiet u skambji bejn in-nies, l-organizzazzjonijiet u l-impriżi tas-soċjetà ċivili, kif ukoll il-protezzjoni u r-rispett għall-ħajja privata u tad-dejta personali.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-kobor u l-frekwenza ta’ inċidenti deliberati jew aċċidentali ta’ sigurtà qegħdin jiżdiedu u jirrappreżentaw theddida kbira għall-funzjonament tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni. Inċidenti bħal dawn jistgħu jxekklu l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi, jiġġeneraw telf finanzjarju sostanzjali, jimminaw il-fiduċja tal-utenti u jikkawżaw ħsara kbira fl-ekonomija tal-Unjoni.

(2) Il-kobor u l-frekwenza ta’ inċidenti deliberati jew aċċidentali ta’ sigurtà qegħdin jiżdiedu u jirrappreżentaw theddida kbira għall-funzjonament tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni. Inċidenti bħal dawn jistgħu jxekklu l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi, jiġġeneraw telf finanzjarju sostanzjali, jimminaw il-fiduċja tal-utenti u jikkawżaw ħsara kbira fl-ekonomija tal-Unjoni. Kien hemm rikonoxximent dejjem jikber li s-sistemi ta' kontroll huma vulnerabbli għal attakki ċibernetiċi minn diversi sorsi, inklużi gvernijiet ostili, gruppi terroristiċi u deffisin malizzjużi oħra. Attakki intelliġenti u attakki koordinati jista' jkollhom impatti serji għall-istabbiltà, il-prestazzjoni, u l-ekonomija tal-infrastruttura.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Bħala strument ta’ komunikazzjoni mingħajr fruntieri, is-sistemi ta’ informazzjoni diġitali, u l-aktar l-Internet għandhom rwol essenzjali fl-iffaċilitar tal-moviment transkonfinali ta’ oġġetti, servizzi u persuni. Minħabba din in-natura transnazzjonali, tfixkil sostanzjali ta’ dawn is-sistemi fi Stat Membru wieħed jista’ jaffettwa wkoll lil Stati Membri oħrajn u lill-Unjoni inġenerali. Il-flessibbiltà u l-istabbiltà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni għaldaqstant hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(3) Bħala strument ta’ komunikazzjoni mingħajr fruntieri, is-sistemi ta’ informazzjoni diġitali, u l-aktar l-Internet għandhom rwol essenzjali fl-iffaċilitar tal-moviment transkonfinali ta’ oġġetti, servizzi u persuni. Minħabba din in-natura transnazzjonali, tfixkil sostanzjali ta’ dawn is-sistemi fi Stat Membru wieħed jista’ jaffettwa wkoll lil Stati Membri oħrajn u lill-Unjoni inġenerali. Il-flessibbiltà u l-istabbiltà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni għaldaqstant hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u għall-komunikazzjonijiet u l-iskambji bejn in-nies, l-organizzazzjonijiet u l-impriżi tas-soċjetà ċivili.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) Minħabba li l-iktar kawżi komuni tal-ħsarat fis-sistemi jibqgħu jkunu mhux intenzjonati, bħal kawżi naturali jew żbalji umani, l-infrastruttura għandha tkun flessibbli kemm għat-tfixkil intenzjonat kif ukoll għal dak mhux intenzjonat, u l-operaturi tal-infrastruttura kritika għandhom jiddisinjaw sistemi bbażati fuq il-flessibbiltà li joperaw anke meta jkun hemm ħsarat f’sistemi oħra lil hinn mill-kontroll tagħhom.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Huwa vitali li tiġi rikonoxxuta l-inċertezza inerenti fis-sistemi kumplessi li jsostnuna. Dan jeħtieġ fehim kondiviż aħjar ta' dak li huwa kritiku bejn dawk li jipproteġu organizzazzjoni u dawk li jistabbilixxu d-direzzjoni strateġika tagħha.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li kull Stat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura l-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà essenzjali tiegħu, jissalvagwardja l-politika pubblika u s-sigurtà pubblika, u jippermetti l-investigazzjoni, l-iskoperta u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali. Skont l-Artikolu 346 tat-TFUE, l-ebda Stat Membru m’għandu jkun obbligat li jipprovdi informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqisha kuntrarju għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.

(8) Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li kull Stat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura l-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà essenzjali tiegħu, jissalvagwardja l-politika pubblika u s-sigurtà pubblika, u jippermetti l-investigazzjoni, l-iskoperta u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, bil-kundizzjoni li ma għandhomx jużaw dan bħala skuża biex jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi aktar ġenerali tagħhom rigward ir-rispett għall-protezzjoni tal-ħajja privata u tad-dejta personali. Skont l-Artikolu 346 tat-TFUE, l-ebda Stat Membru m’għandu jkun obbligat li jipprovdi informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqisha kuntrarju għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Biex jikseb u jżomm livell għoli komuni ta’ sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni, kull Stati Membru għandu jkollu strateġija nazzjonali dwar il-NIS li tiddefinixxi l-għanijiet strateġiċi u l-azzjonijiet politiċi konkreti li għandhom ikunu implimentati. Jeħtieġu li jiġu żviluppati pjanijiet ta’ kooperazzjoni tal-NIS fil-livell nazzjonali li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali sabiex jintlaħqu livelli ta’ rispons ta’ kapaċità li jippermettu kooperazzjoni effettiva u effiċjenti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni f’każ ta’ inċidenti.

(9) Biex jikseb u jżomm livell għoli komuni ta’ sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni, kull Stati Membru għandu jkollu strateġija nazzjonali dwar il-NIS li tiddefinixxi l-għanijiet strateġiċi u l-azzjonijiet politiċi konkreti li għandhom ikunu implimentati. Jeħtieġu li jiġu żviluppati pjanijiet ta’ kooperazzjoni tal-NIS fil-livell nazzjonali li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali sabiex jintlaħqu livelli ta’ rispons ta’ kapaċità li jippermettu kooperazzjoni effettiva u effiċjenti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni f’każ ta’ inċidenti, b'rispett u protezzjoni għall-ħajja privata u d-dejta personali.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Biex ikun hemm implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, f’kull Stat Membru għandu jkun stabbilit jew identifikat korp responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kwistjonijiet tal-NIS u li jaġixxi bħala punt fokali għall-kooperazzjoni transkonfinali fil-livell tal-Unjoni. Dawn il-korpi għandhom jingħataw ir-riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati sabiex ikun żgurat li jistgħu jwettqu b’mod effettiv u effiċjenti l-kompiti assenjati lilhom u b’hekk jilħqu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

(10) Biex ikun hemm implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, f'kull Stat Membru għandha tiġi stabbilita jew identifikata awtorità kompetenti nazzjonali taħt kontroll civili b'sorveljanza demokratika u bi trasparenza sħiħa fl-operazzjonijiet tagħhom li tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kwistjonijiet tal-NIS u li taġixxi bħala punt fokali għall-kooperazzjoni transkonfinali fil-livell tal-Unjoni. Dawn il-korpi għandhom jingħataw ir-riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati sabiex ikun żgurat li jistgħu jwettqu b’mod effettiv u effiċjenti l-kompiti assenjati lilhom u b’hekk jilħqu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a) Aktar setturi li jadottaw servizzi cloud fl-ambjent informatiku tagħhom bħal servizzi tal-IT li joperaw infrastruttura kritika. Miżuri suffiċjenti ta' sigurtà jeħtieġu li jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tad-dejta fil-cloud. L-ospitar ta' servizzi infrastrutturali, u l-ħżin ta' dejta sensittiva fl-ambjent cloud iġib miegħu rekwiżiti ta' sigurtà u flessibbiltà li servizzi cloud eżistenti mhumiex f'pożizzjoni li jindirizzawhom. Għalhekk, hemm bżonn li jkun hemm assigurazzjoni li l-ambjent tal-cloud computing jista' jipprovdi protezzjoni profiċjenti tal-infrastruttura kritika tad-dejta sensittiva.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Peress li l-parti l-kbira tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni huma operati mill- privat, il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat hija essenzjali. L-operaturi tas-suq għandhom ikunu mħeġġa jsegwu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni informali tagħhom stess sabiex jiżguraw il-NIS. Għandhom jikkooperaw ukoll mas-settur pubbliku u jaqsmu informazzjoni u prattiki tajba filwaqt li huma jingħataw appoġġ operattiv f’każ ta’ inċidenti.

(15) Peress li l-parti l-kbira tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni huma operati mill- privat, il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat hija essenzjali. L-operaturi tas-suq għandhom ikunu mħeġġa jsegwu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni informali tagħhom stess sabiex jiżguraw il-NIS. Għandhom jikkooperaw ukoll mas-settur pubbliku u jaqsmu b'mod reċiproku informazzjoni u prattiki tajba kif ukoll appoġġ operattiv reċiproku kif meħtieġ f’każ ta’ inċidenti.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mekkaniżmi ta' kooperazzjoni nazzjonali diġà eżistenti bejn operaturi pubbliċi u privati ​​għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ meta jkun possibbli u f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE u d-dispożizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva m'għandhomx jimminaw tali arranġamenti ta' kooperazzjoni stabbiliti.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Biex jiżguraw trasparenza u jinformaw tajjeb liċ-ċittadini tal-UE u lill-operaturi tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħolqu sit elettroniku komuni sabiex jippubblikaw informazzjoni mhux kunfidenzjali dwar l-inċidenti u r-riskji.

(16) Biex jiżguraw trasparenza u jinformaw tajjeb liċ-ċittadini tal-UE u lill-operaturi tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħolqu sit elettroniku komuni sabiex jippubblikaw, fil-pront, informazzjoni komprensiva mhux kunfidenzjali dwar l-inċidenti u r-riskji.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Minħabba n-natura globali tal-problemi tal-NIS, teħtieġ kooperazzjoni internazzjonali aktar mill-qrib sabiex jittejbu l-istandards tas-sigurtà u l-iskambju tal-informazzjoni, u jiġi promoss approċċ globali komuni lejn il-kwistjonijiet tal-NIS.

(21) Minħabba n-natura globali tal-problemi tal-NIS, teħtieġ kooperazzjoni internazzjonali aktar mill-qrib sabiex jittejbu l-istandards tas-sigurtà u l-iskambju tal-informazzjoni, u jiġi promoss approċċ globali komuni lejn il-kwistjonijiet tal-NIS, bil-kundizzjoni li l-Istati li din il-kooperazzjoni tiġi ppjanata magħhom ikollhom strumenti għall-kontroll u l-protezzjoni tad-dejta li jiżguraw l-istess livell ta' sigurtà bħal dawk tal-UE.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Ir-responsabbiltajiet tal-iżgurar tal-NIS jaqgħu fil-parti l-kbira tagħhom taħt l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq. Kultura ta’ ġestjoni tar-riskju, li tinvolvi valutazzjoni tar-riskju u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà xierqa għar-riskji ffaċċjati għandha tkun promossa u żviluppata permezz ta’ rekwiżiti regolatorji xierqa u prattiki industrijali volontarji. L-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet indaqs huwa wkoll essenzjali għall-funzjonament effettiv tan-netwerk ta’ kooperazzjoni biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni effettiva mill-Istati Membri kollha.

(22) Ir-responsabbiltajiet tal-iżgurar tal-NIS jaqgħu fil-parti l-kbira tagħhom taħt l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-impriżi. Kultura ta’ ġestjoni tar-riskju, li tinvolvi valutazzjoni tar-riskju u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà li jfittxu li jantiċipaw inċidenti ta' sigurtà, kemm jekk intenzonali kif ukoll jekk aċċidentali, għandha tkun promossa u żviluppata permezz ta’ rekwiżiti regolatorji xierqa u prattiki industrijali volontarji. Fejn tali kultura ta' ġestjoni tar-riskju diġà teżisti, u, b'mod partikolari, meta tiddependi fuq prattiki volontarji, din għandha tiġi appoġġata, msaħħa u kondiviża. L-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet indaqs huwa wkoll essenzjali għall-funzjonament effettiv tan-netwerk ta’ kooperazzjoni biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni effettiva mill-Istati Membri kollha.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a) Amministrazzjonijiet pubbliċi u impriżi privati​​, inklużi l-fornituri tas-servizzi tan-netwerk u l-fornituri ta' informazzjoni u softwer, għandhom iqisu l-protezzjoni tas-sistemi ta' informazzjoni tagħhom u tad-dejta li jkun fihom bħala li tagħmel parti mill-obbligu tagħhom ta' diliġenza. Livelli xierqa ta' protezzjoni għandhom jiġu pprovduti kontra theddid raġonevolment identifikabbli u oqsma ta' vulnerabbiltà. L-ispiża u l-piż ta' tali protezzjoni għandhom jirriflettu d-dannu probabbli li attakk cibernetiku jikkaġuna lil dawk affettwati.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26a) It-tfal huma esposti għall-internet u għal teknoloġija moderna oħra minn meta jkunu żgħar ħafna kif ukoll għat-theddidiet li jiġu magħha. Regolazzjoni soda ta' spazju onlajn tajjeb għat-tfal hija kruċjali biex ittaffi l-ħsara u tiżgura li l-protezzjoni tat-tfal u tad-drittijiet tagħhom ma jiġux kompromessi;

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni dovuta lill-preservazzjoni tal-kanali informali u fdati ta’ qsim ta’ informazzjoni bejn l-operaturi tas-suq u bejn is-settur pubbliku u privat. Ix-xandir tal-inċidenti rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti għandu jsib bilanċ xieraq bejn l-interess tal-pubbliku li jkun informat dwar it-theddid u l-ħsarat possibbli tar-reputazzjoni u tal-kummerċ għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq li jirrapportaw l-inċidenti. Fl-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ notifika, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-ħtieġa li jżommu informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet tal-prodott strettament kunfidenzjali qabel ma joħorġu xi soluzzjonijiet ta’ sigurtà xierqa.

(28) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni dovuta lill-preservazzjoni tal-kanali informali u fdati ta’ qsim ta’ informazzjoni bejn l-operaturi tas-suq u bejn is-settur pubbliku u privat. Ix-xandir tal-inċidenti rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti għandu jagħti preċedenza lill-interess tal-pubbliku li jkun informat dwar it-theddid aktar milli lil kunsiderazzjonijiet ekonomiċi fuq żmien qasir.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29a) Użu frodulenti tal-internet jagħti l-opportunità lill-kriminalità organizzata tespandi l-attivitajiet onlajn tagħha għall-iskopijiet ta' ħasil tal-flus, l-iffalsifikar u għal prodotti u servizzi oħra li jmorru kontra d-DPI, kif ukoll biex tesperimenta b'attivitajiet kriminali ġodda, biex b'hekk tinkixef kapaċità tal-biża' biex tadatta għat-teknoloġija moderna;

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30a) Iċ-ċiberkriminalità kull ma tmur dejjem qiegħda toħloq danni soċjali u ekonomiċi sinifikanti li jaffettwaw miljuni ta' konsumaturi u qed tikkaġuna telf annwali stmat għal EUR 290 biljun4a;

__________________

4a Skont ir-Rapport Norton Cybercrime 2012.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva minn żmien għal żmien, b’mod partikolari bl-għan li tiddetermina l-ħtieġa ta’ modifikazzjonijiet fid-dawl ta’ kundizzjonijiet teknoloġiċi jew tas-suq li jkunu nbidlu.

(33) Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva minn żmien għal żmien, b’mod partikolari bl-għan li tiddetermina l-ħtieġa ta’ modifikazzjonijiet fid-dawl ta’ kundizzjonijiet teknoloġiċi jew tas-suq li jkunu nbidlu u tal-obbligi mmirati għall-ogħla livell ta' sigurtà u integrità tan-netwerks u l-informazzjoni u l-protezzjoni tal-ħajja privata u tad-dejta personali.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-qsim tal-informazzjoni dwar ir-riskji u l-inċidenti fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni u l-konformità mar-rekwiżiti ta’ notifika tal-inċidenti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jista’ jkun jeħtieġ l-ipproċessar ta’ dejta personali. Tali pproċessar ta’ dejta personali huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess pubbliku segwiti minn din id-Direttiva u għaldaqstant huwa leġittimu taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE. Ma jikkostitwixxix, b’rabta ma’ dawn l-għanijiet leġittimi, intervent sproporzjonat u intollerabbli li jolqot is-sustanza stess tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali ggarantit mill-Artikolu 8 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali. Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu japplika kif xieraq ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Meta dejta tkun ipproċessata mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, dan l-ipproċessar għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu josserva r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta.

(39) Il-qsim tal-informazzjoni dwar ir-riskji u l-inċidenti fi ħdan in-netwerk ta’ kooperazzjoni u l-konformità mar-rekwiżiti ta’ notifika tal-inċidenti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jista’ jkun jeħtieġ l-ipproċessar ta’ dejta personali. Fejn tali pproċessar ta’ dejta personali huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess pubbliku segwiti minn din id-Direttiva, jista' jkun leġittimu taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE. Madanakollu, ma jeżonerax lill-awtoritajiet kompetenti mill-obbligu li jaġixxu b'mod porporzjonali, b'mod li x'aktarx mhux se jfixkel id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali ggarantit mill-Artikolu 8 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali. Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu japplika kif xieraq ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Meta dejta tkun ipproċessata mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, dan l-ipproċessar għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu josserva r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta.

__________________

__________________

31 ĠU L 145, 31.05.01, p. 43.

31 ĠU L 145, 31.05.01, p. 43.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 41a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ tal-miżuri kollha, id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, partikolarment dawk imsemmija fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (Atrikolu 8, ir-rispett għall-ħajja privata), għandhom ikunu protetti u l-prinċipju ta' proporzjonalità għandu jiġi rispettat.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Din id-Direttiva għandha wkoll tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta, u għad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta.

5. Din id-Direttiva għandha tirrispetta bis-sħiħ id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta, u għad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jitħallew jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li jassiguraw livell ogħla ta’ sigurtà, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jitħallew jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li jassiguraw livell ogħla ta’ sigurtà, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni, iżda tali disposizzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-aspettattivi minimi komuni applikabbli f'dan il-każ, stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) “sigurtà” tfisser l-abbiltà ta’ sistema ta’ netwerks u ta’ informazzjoni li tirreżisti, f’livell partikolari ta’ fiduċja, għal aċċidenti jew azzjonijiet malizzjużi li jikkompromettu d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità ta’ dejta maħżuna jew mibgħuta jew tas-servizzi relatati offruti minn jew aċċessibbli permezz ta’ dik is-sistema ta’ netwerks u informazzjoni;

(2) "sigurtà” tfisser l-abbiltà ta’ sistema ta’ netwerks u ta’ informazzjoni li tirreżisti aċċidenti jew azzjonijiet malizzjużi li jikkompromettu d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità ta’ dejta maħżuna jew mibgħuta jew tas-servizzi relatati offruti minn jew aċċessibbli permezz ta’ dik is-sistema ta’ netwerks u informazzjoni;

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“flessibbiltà ċibernetika” tfisser il-kapaċità ta’ netwerk u ta’ sistema ta’ informazzjoni li jirreżistu u jirkupraw il-kapaċità operattiva sħiħa wara l-inċidenti, inklużi iżda mhux biss; ħsara teknika, qtugħ tal-elettriku jew inċidenti ta’ sigurtà;

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“inċident” tfisser kwalunkwe ċirkostanza jew avveniment li jkollu effett negattiv reali fuq is-sigurtà;

“inċident” tfisser kwalunkwe ċirkostanza jew avveniment li jkollu effett negattiv reali fuq is-sigurtà u l-forniment ta' servizzi ewlenin;

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 8 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) operatur ta’ infrastruttura kruċjali li hija essenzjali għaż-żamma ta’ attivitajiet ekonomiċi u soċjetali vitali fl-oqsma tal-enerġija, tat-trasport, tal-banek, tal-boroż u tas-saħħa, li lista mhux eżawrjenti tagħhom tinsab fl-Anness II.

(b) operatur ta’ infrastruttura kruċjali li hija essenzjali għaż-żamma ta’ attivitajiet soċjetali u ekonomiċi vitali fl-oqsma tal-enerġija, tat-trasport, tal-banek, tal-boroż tal-katina alimentari u tas-saħħa, li lista mhux eżawrjenti tagħhom tinsab fl-Anness II.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-pjan ta’ valutazzjoni tar-riskju sabiex jiġu identifikati r-riskji u jiġu vvalutati l-impatti ta’ inċidenti potenzjali;

(a) Qafas għall-ġestjoni tar-riskju li jinkorpora, mill-anqas, valutazzjoni regolari sabiex jiġu identifikati r-riskji u jiġu vvalutati l-impatti ta’ inċidenti potenzjali, u miżuri li jippreżervaw is-sigurtà u l-integrità tal-informazzjoni, inkluża twissija bikrija;

Ġustifikazzjoni

Pjan ta' valutazzjoni mhuwiex suffiċjenti, u ma jinkludix miżuri oħra meħtieġa għall-għan ta' network ta' ġestjoni u r-riskji tas-sigurtà tal-informazzjoni. Il-KEPD jirrakkomanda l-isabbiliment ta' qafas għall-ġestjoni tar-riskju li jinkludi valutazzjoni tar-riskju.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-istrateġija nazzjonali tal-NIS u l-pjan ta’ kooperazzjoni nazzjonali tal-NIS għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom.

3. L-istrateġija nazzjonali tal-NIS u l-pjan ta’ kooperazzjoni nazzjonali tal-NIS għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom, li ma għandux ikun aktar tard minn 12-il xhar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) Il-Kummissjoni għandha tfisser fil-qosor l-istrateġiji tal-NIS tal-Istati Membri kollha u tressaqhom lill-Istati Membri kollha f'forma organizzata.

Ġustifikazzjoni

Ikun utli jekk l-Istati Membri jkunu jafu bil-pjanijiet ta' xulxin. Din tgħinhom biex jiddeterminaw l-approċċi tagħhom, u jista' jkun hemm saħansitra opportunitajiet għall-iskambji tal-aħjar prattiki.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3b) Fi żmien sitt xhur wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tiġbor gwida għall-istruttura tal-istrateġija NIS. L-għan tagħha għandu jkun li tgħin lill-Istati Membri jabbozzaw u jadottaw dokumenti bi kważi l-istess struttura.

Ġustifikazzjoni

Il-ħidma ta' organizzazzjoni u ġbir fil-qosor fil-livell Komunitarju tista' tkun aktar effettiva jekk it-28 dokument li fuqhom hija bbażata jaderixxu ma' ċerta struttura ġenerali. Għalkemm il-gwida tal-Kummissjoni ma tkunx vinkolanti, xorta jkollha l-effett li tipperswadi lill-Istati Membri jaderixxu ma' dan il-mudell jew ma' din l-istrauttura rakkomandat/a meta jkunu qegħdin jabbozzaw l-istrateġiji nazzjonali proprji.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni (l-“awtorità kompetenti”).

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti ċivili dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni (l-“awtorità kompetenti”).

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw, kull meta jkun xieraq, mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta.

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti kompetenti tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta, kull fejn ikun xieraq u għandhom iqisu wkoll il-prinċipju tal-proporzjonalità.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw, fir-rigward tal-informazzjoni miġbura, proċessata u skambjata, mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-dejta personali kif stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 95/46/KE.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Grupp ta’ Rispons ta’ Emerġenza tal-Kompjuters (minn hawn ‘il quddiem: “CERT”) li jkun responsabbli għall-indirizzar tal-inċidenti u tar-riskji skont proċess iddefinit tajjeb, li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (1) tal-Anness I. CERT jista’ jkun stabbilit fi ħdan l-awtorità kompetenti.

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Gruppi ta’ Rispons ta’ Emerġenza tal-Kompjuters (minn hawn ‘il quddiem: “CERTs”) li jkun responsabbli għall-indirizzar tal-inċidenti u tar-riskji skont proċess iddefinit tajjeb, li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (1) tal-Anness I. Fejn ikun xieraq, CERT għandu jkun stabbilit fi ħdan l-awtorità kompetenti.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-netwerk ta’ kooperazzjoni għandu joħloq komunikazzjoni permanenti bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti. Meta tintalab, l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni (“ENISA”) għandha tassisti lin-netwerk ta’ kooperazzjoni billi tipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tagħha.

2. In-netwerk ta’ kooperazzjoni għandu joħloq komunikazzjoni permanenti bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti. Meta tintalab, l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni (“ENISA”) għandha tassisti lin-netwerk ta’ kooperazzjoni billi tipprovdi gwida independenti mit-teknoloġija b'miżuri sostenibbli kemm għas-settur pubbliku kif ukoll għal dak privat.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) il-kriterji għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fis-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni sikura biex jiġi żgurat li livell għoli ta’ sikurezza u flessibbiltà jiġi garantit mill-parteċipanti kollha fl-istadji kollha tal-ipproċessar, anke permezz ta’ miżuri adegwati ta’ kunfidenzjalità u sikurezza f’konformità mal-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 95/46/KE u mal-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, deċiżjonijiet dwar l-aċċess tal-Istati Membri għal din l-infrastruttura sigura, skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(3).

imħassar

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–definizzjoni tal-proċeduri u l-kriterji għall-valutazzjoni tar-riskji u l-inċidenti min-netwerk ta’ kooperazzjoni.

– definizzjoni tal-kriterji għall-valutazzjoni tar-riskji u l-inċidenti min-netwerk ta’ kooperazzjoni.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li n-netwerk ta’ kooperazzjoni jkollu kooperazzjoni internazzjonali informali, l-Unjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jippermettu u jorganizzaw il-parteċipazzjoni tagħhom f’xi attivitajiet tan-netwerk ta’ kooperazzjoni. Tali ftehim għandu jqis il-ħtieġa li tiġi żgurata protezzjoni adegwata tad-dejta personali li tkun tidher fuq in-netwerk ta’ kooperazzjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li n-netwerk ta’ kooperazzjoni jkollu kooperazzjoni internazzjonali informali, l-Unjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jippermettu u jorganizzaw il-parteċipazzjoni tagħhom f’xi attivitajiet tan-netwerk ta’ kooperazzjoni. Tali ftehim għandu jiġi konkluż biss jekk livell ta' protezzjoni tad-dejta personali li tkun tidher fuq in-netwerk ta’ kooperazzjoni tista' tiġi żgurata u li din tkun adegwata u komparabbli ma' dik tal-Unjoni.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jindirizzaw ir-riskji maħluqa għas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni li huma jikkontrollaw u jużaw fl-operazzjonijiet tagħhom. Wara li jikkunsidraw l-aħħar teknoloġiji, dawn il-miżuri għandhom jiggarantixxu livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskju ppreżentat. B’mod partikolari, għandhom jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-impatt tal-inċidenti li jaffettwaw is-sistema tan-netwerks u tal-informazzjoni tagħhom fuq is-servizzi ewlenin li jipprovdu u b’hekk jassiguraw il-kontinwità tas-servizzi msejsa fuq dawk is-sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jikxfu, iġestixxu b'mod effettiv u jillimitaw ir-riskji maħluqa għas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni li huma jikkontrollaw u jużaw fl-operazzjonijiet tagħhom. Wara li jikkunsidraw l-aħħar teknoloġiji, dawn il-miżuri għandhom jiggarantixxu livell ta’ sigurtà xieraq u proporzjonali għar-riskju ppreżentat. B’mod partikolari, għandhom jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-impatt tal-inċidenti li jaffettwaw is-sistema tan-netwerks u tal-informazzjoni tagħhom fuq is-servizzi ewlenin li jipprovdu u b’hekk jassiguraw il-kontinwità tas-servizzi u s-sigurtà tad-dejta msejsa fuq dawk is-sistemi ta’ netwerks u ta’ informazzjoni.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a (ġdid)

Emenda

(a) Il-produtturi ta' softwer kummerċjali għandhom jinżammu responsabbli minkejja klawsoli ta' ebda responsabbiltà fi ftehimiet ma' utenti fil-każ ta' negliġenza serja dwar sikurezza u s-sigurtà.

Ġustifikazzjoni

Fil-ftehim ta' liċenzja, il-produtturi ta' softwer kummerċjali jirrinunzjaw kull responsabbiltà li tista' tinqala' minħabba ħsieb fjakk fir-rigward tas-sigurtà u programmar inferjuri. Biex il-produtturi tas-softwer jinvestu f'miżuri tas-sigurtà, tinħtieġ kultura differenti. Din tista timmaterjalizza biss jekk il-produtturi tas-softwer jinżammu responsabbli għal kwalunkwe nuqqas fis-sigurtà.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-ħtiġijiet skont il-paragrafi 1 u 2 japplikaw għall-operaturi tas-suq kollha li jipprovdu servizzi kruċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

3. Ir-rekwiżiti skont il-paragrafi 1 u 2 japplikaw għall-operaturi tas-suq u għall-produtturi tas-softwer kollha li jipprovdu servizzi kruċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Soġġett għal kwalunkwe att iddelegat adottat taħt il-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jadottaw linji gwida u, fejn ikun meħtieġ, joħorġu struzzjonijiet rigward iċ-ċirkostanzi li fihom l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-operaturi tas-suq ikunu meħtieġa jinnotifikaw l-inċidenti.

imħassar

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa sabiex jinvestigaw każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità min-naħa tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tal-operaturi tas-suq mal-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 14 u l-effetti ta’ dan fuq is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa sabiex jinvestigaw każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità min-naħa tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tal-operaturi tas-suq mal-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 14 u l-effetti ta’ dan fuq is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta personali meta jindirizzaw inċidenti li jirriżultaw fi ksur ta’ dejta personali.

5. Mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta, u b'konsultazzjoni sħiħa mal-kontrolluri u l-proċessuri tad-dejta relevanti, l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt individwali għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta personali meta jindirizzaw inċidenti li jirriżultaw fi ksur ta’ dejta personali.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19a

Protezzjoni u pproċessar ta' dejta personali

1. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali fl-Istati Membri skont din id-Direttiva għandu jitwettaq skont id-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE.

2. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali mill-Kummissjoni u mill-ENISA skont dan ir-Regolament għandu jitwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

3. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali miċ-Ċentru taċ-Ċiberkriminalità fi ħdan l-Europol għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandu jitwettaq skont id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

4. L-ipproċessar ta' dejta personali għandu jkun ġust u legali u strettament limitat għall-informazzjoni minima meħtieġa għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipproċessata. Għandha tinżamm f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux iktar tard milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-dejta personali tkun ġiet ipproċessata.

5. Notifiki ta' inċidenti msemmija fl-Artikolu 14 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet u l-obbligi fir-rigward ta' notifiki dwar ksur ta' dejta personali stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/58/KE u fir-Regolament (UE) Nru 611/2013.

6. Referenzi għad-Direttiva 95/46/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta (Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Dejta) ladarba jkun fis-seħħ.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minn żmien għal żmien il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-ewwel rapport għandu jkun ippreżentat sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data ta’ traspożizzjoni msemmija fl-Artikolu 21. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri jipprovdu informazzjoni mingħajr dewmien bla bżonn.

Minn żmien għal żmien il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-ewwel rapport għandu jkun ippreżentat sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data ta’ traspożizzjoni msemmija fl-Artikolu 21. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri jipprovdu informazzjoni mingħajr dewmien bla bżonn.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Anness 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Is-CERT għandu jimplimenta u jġestixxi miżuri ta’ sigurtà sabiex jassigura l-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u l-awtentiċità tal-informazzjoni li jirċievi u jittratta.

(b) Is-CERT għandu jimplimenta u jġestixxi miżuri ta’ sigurtà sabiex jassigura l-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u l-awtentiċità tal-informazzjoni li jirċievi u jittratta u tiżgura l-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Anness 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-lista ta’ operaturi tas-suq

Il-lista ta’ operaturi tas-suq

Imsemmija fl-Artikolu 3(8) a):

Imsemmija fl-Artikolu 3(8) a):

1. pjattaformi ta’ kummerċ elettroniku

1. Pjattaformi ta’ kummerċ elettroniku

2. portali ta’ ħlas fuq l-Internet

2. Portali ta’ ħlas fuq l-Internet

3. netwerks soċjali

4. magni tat-tiftix

3. Magni tat-tiftix

5. servizzi ta’ cloud computing

4. Servizzi ta' cloud computing li jaħżnu dejta kritika ta' infrastrattura tal-Unjoni Ewropea

6. Imħażen tal-applikazzjonijiet

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Anness 2 – paragrafu 2 – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Katina alimentari

PROĊEDURA

Titolu

Livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni

Referenzi

COM(2013)0048 – C7-0035/2013 – 2013/0027(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.4.2013

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.4.2013

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

12.9.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Carl Schlyter

7.3.2013

Eżami fil-kumitat

25.4.2013

18.9.2013

4.11.2013

13.1.2014

Data tal-adozzjoni

13.1.2014

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Roberta Angelilli, Edit Bauer, Rita Borsellino, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Philip Claeys, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Kinga Göncz, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu Houillon, Anthea McIntyre, Nuno Melo, Roberta Metsola, Claude Moraes, Jacek Protasiewicz, Carmen Romero López, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Monika Hohlmeier, Jean Lambert, Ulrike Lunacek, Jan Mulder, Carl Schlyter, Marco Scurria

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Katarína Neveďalová

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (6.12.2013)

għall-Kumitat tas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni
(COM(2013)0048 – C7‑0035/2013 – 2013/0027(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ana Gomes

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Is-sistemi u s-servizzi tan-netwerks u tal-informazzjoni jaqdu rwol importanti ħafna fis-soċjetà. L-affidabbiltà u s-sigurtà tagħhom huma essenzjali għall-attivitajiet ekonomiċi u l-benesseri soċjali, u b’mod partikolari għall-funzjonament tas-suq intern.

(1) Is-sistemi u s-servizzi tan-netwerks u tal-informazzjoni jaqdu rwol importanti ħafna fis-soċjetà. L-affidabbiltà u s-sigurtà tagħhom huma essenzjali għall-attivitajiet ekonomiċi u l-benesseri soċjali, u b’mod partikolari għall-funzjonament tas-suq intern, kif ukoll għas-sigurtà esterna tal-UE.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-kobor u l-frekwenza ta’ inċidenti deliberati jew aċċidentali ta’ sigurtà qegħdin jiżdiedu u jirrappreżentaw theddida kbira għall-funzjonament tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni. Inċidenti bħal dawn jistgħu jxekklu l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi, jiġġeneraw telf finanzjarju sostanzjali, jimminaw il-fiduċja tal-utenti u jikkawżaw ħsara kbira fl-ekonomija tal-Unjoni.

(2) Il-kobor u l-frekwenza ta’ inċidenti deliberati jew aċċidentali ta’ sigurtà qegħdin jiżdiedu u jirrappreżentaw theddida kbira għall-funzjonament tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni. Inċidenti bħal dawn jistgħu jxekklu l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi, jiġġeneraw telf finanzjarju sostanzjali, jimminaw il-fiduċja tal-utenti u jikkawżaw ħsara kbira fl-ekonomija tal-Unjoni u, fl-aħħar mill-aħħar jipperikolaw il-benesseri taċ-ċittadini tal-UE u l-kapaċità tal-Istati Membri tal-UE biex jipproteġu lilhom infushom u jiżguraw is-sigurtà ta' infrastrutturi kritiċi.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a) Il-klawżola ta' Solidarjetà, introdotta mill-Artikolu 222 tal-TFUE, tikkostitwixxi l-qafas adattat għall-assistenza u għal azzjoni miftiehma fost l-Istati Membri tal-UE, fil-każ ta' attakk terroristiku jew attività kriminali li jipperikolaw is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni. Bl-istess mod, il-klawżola ta' difiża reċiproka, stabbilita fl-Artikolu 47(7) tat-TUE, għandha tikkostitwixxi l-qafas għal azzjoni fl-UE jekk Stat Membru jisfa vittma ta' aggressjoni armata għad-danni tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni. F'każijiet rilevanti, l-Artikolu 222 tat-TFUE u l-Artikolu 42(7) tat-TUE għandhom jiġu implimentati b'mod komplementari.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a) Għadd kbir ta' inċidenti ċibernetiċi jseħħ minħabba nuqqas ta' reżiljenza u solidità tal-infrastruttura tan-netwerks privati u pubbliċi, databases bi protezzjoni jew sigurtà skarsa u lakuni oħra fl-infrastruttura ta' informazzjoni kritika; billi huma biss ftit dawk l-Istati Membri li jikkunsidraw li l-protezzjoni tan-netwerk u s-sistemi ta' informazzjoni tagħhom u tad-dejta assoċjata huma parti mid-dmir ta' diliġenza rispettiv tagħhom, fatt li jispjega n-nuqqas ta' investimenti fl-aktar teknoloġija ta' sigurtà moderna, f'taħriġ u fl-iżvilupp ta' linji gwida xierqa.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Bħala strument ta’ komunikazzjoni mingħajr fruntieri, is-sistemi ta’ informazzjoni diġitali, u l-aktar l-Internet għandhom rwol essenzjali fl-iffaċilitar tal-moviment transkonfinali ta’ oġġetti, servizzi u persuni. Minħabba din in-natura transnazzjonali, tfixkil sostanzjali ta’ dawn is-sistemi fi Stat Membru wieħed jista’ jaffettwa wkoll lil Stati Membri oħrajn u lill-Unjoni inġenerali. Il-flessibbiltà u l-istabbiltà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni għaldaqstant hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(3) Bħala strument ta’ komunikazzjoni mingħajr fruntieri, is-sistemi ta’ informazzjoni diġitali, u l-aktar l-Internet għandhom rwol essenzjali fl-iffaċilitar tal-moviment transkonfinali ta’ oġġetti, servizzi u persuni. Minħabba din in-natura transnazzjonali, tfixkil sostanzjali ta’ dawn is-sistemi fi Stat Membru wieħed jista’ jaffettwa wkoll lil Stati Membri oħrajn u lill-Unjoni inġenerali. Il-flessibbiltà u l-istabbiltà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni għaldaqstant hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u hija vitali għas-sigurtà interna kif ukoll dik esterna tal-UE. Il-ħtieġa biex titjieb is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, għalhekk għandha tkun enfasizzata b'mod xieraq fl-Istrateġija ta' Sigurtà Interna tal-Unjoni Ewropea u fl-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà, b'mod partikolari fid-dawl tar-reviżjoni futura ta' dawk id-dokumenti.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) Is-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni tal-utenti tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni dwar l-aħjar prattiki rigward l-iżgurar tad-dejta personali kif ukoll manutenzjoni sostenibbli tas-servizzi ta' komunikazzjoni għandhom jikkostitwixxu l-bażi ta’ kull strateġija komprensiva ta’ ċibersigurtà.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti Ewropej u r-RGħ/VP, bir-responsabbiltà għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u għall-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, kif ukoll il-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu għandhom ikunu garantiti fil-każijiet kollha fejn ir-riskji jistgħu jitqiesu li huma ta' natura esterna u terroristika.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b) Il-kondiviżjoni ta' intelliġenza u ta' informazzjoni sensittiva bejn l-istati membri u bejn l-istati membri u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-UE għandha tissaħħaħ, imsejsa fuq il-prinċipji ta' fiduċja, solidarjetà u kooperazzjoni. Kwalunkwe pjan ta' azzjoni biex titjieb is-sistema tas-sigurtà u tan-netwerks għandu għalhekk jagħmel użu sħiħ mill-istrutturi eżistenti diġà fl-UE, bħas-SitCen u l-IntCen, u jiżgura l-koordinazzjoni bejn l-istrutturi kollha rilevanti għas-sigurtà tal-informazzjoni sensittiva għas-sigurtà interna u esterna tal-UE.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4c) Kooperazzjoni u kondiviżjoni ta' informazzjoni f'livell globali, ma' sħab internazzjonali rilevanti, huma vitali għal strateġija ta' sigurtà ċibernetika effettiva u għal azzjoni raġonevoli u konvinċenti biex titjieb is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni fl-UE, fid-dawl tan-natura transnazzjonali tat-theddida.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a) Il-miżuri ta' sigurtà għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali inkombenti għall-UE u għall-Istati Membri tagħha f'konformità mal-Artikoli 2, 6 u 21 tat-TFUE, bħal-libertà ta' espressjoni, il-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza; billi d-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta huma stabbiliti fil-Karta tal-UE u fl-Artikolu 16 TFUE.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) L-Istati Membri kollha għandhom jiffokaw l-istrateġiji nazzjonali dwar iċ-ċibersigurtà fuq il-protezzjoni tas-sistemi ta' informazzjoni u d-dejta assoċjata u għandhom jikkunsidraw li l-protezzjoni ta' din l-infrastruttura kritika hi parti mid-dmir ta' diliġenza rispettiv tagħhom. L-Istati Membri kollha għandhom jadottaw u jimplimentaw strateġiji, linji gwida u strumenti li jipprovdu livelli raġonevoli ta' protezzjoni kontra l-livelli ta' theddid li jistgħu jiġu identifikati b'mod raġonevoli, filwaqt li l-ispejjeż u l-piżijiet tal-protezzjoni għandhom ikunu proporzjonati għad-dannu li jista' jsir lill-partijiet ikkonċernati. Barra minn hekk, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jobbligaw lill-persuni ġuridiċi fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom jipproteġu d-dejta personali li qed jieħdu ħsieb.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Biex jiżguraw trasparenza u jinformaw tajjeb liċ-ċittadini tal-UE u lill-operaturi tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħolqu sit elettroniku komuni sabiex jippubblikaw informazzjoni mhux kunfidenzjali dwar l-inċidenti u r-riskji.

(16) Biex jiżguraw trasparenza u jinformaw tajjeb liċ-ċittadini tal-UE u lill-operaturi tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħolqu sit elettroniku komuni sabiex jippubblikaw informazzjoni mhux kunfidenzjali dwar l-inċidenti u r-riskji. Kwalunkwe dejta personali li tiġi ppubblikata fuq dan is-sit għandha tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ biss u tkun kemm jista' jkun anonima.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30a) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-acquis tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta. Kwalunkwe dejta personali li tiġi użata skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandha tinżamm għal-livell minimu ta' dejta personali strettament meħtieġa u tiġi trażmessa biss lill-atturi strettament meħtieġa, u għandha tkun kemm jista' jkun anonima, jekk mhux kompletament anonima.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32a) Din id-direttiva (direttiva NIS) mhux se tkun ta' dannu għall-adozzjoni meħtieġa tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni ta' dejta ġenerali.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34a) Jeħtieġ li, fil-livell tal-UE, ikunu rregolati l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi ta’ tagħmir jew softwer intiżi primarjament għall-monitoraġġ jew l-interċettazzjoni tal-komunikazzjonijiet bl-internet u bit-telefon f’netwerks mobbli jew fissi, kif ukoll l-għoti ta’ assistenza għall-istallazzjoni, it-tħaddim jew l-aġġornament ta’ tali tagħmir jew softwer. Il-Kummissjoni għandha tħejji leġiżlazzjoni malajr kemm jista' jkun li tipprevjeni lill-kumpaniji Ewropej milli jesportaw tali oġġetti b'użu doppju lejn reġimi mhux demokratiċi, awtoritarji u ripressivi;

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) toħloq il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex tassigura applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fl-Unjoni u, fejn ikun meħtieġ, indirizzar ikkoordinat u effiċjenti ta’ u r-rispons għar-riskji u l-inċidenti li jaffettwaw is-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni;

(b) toħloq il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex tassigura applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fl-Unjoni u, fejn ikun meħtieġ, indirizzar ikkoordinat, effiċjenti u effettiv ta’ u r-rispons għar-riskji u l-inċidenti li jaffettwaw in-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni;

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) kull apparat jew grupp ta’ apparati interkonnessi jew relatati, li wieħed jew iktar minnhom, skont programm, iwettaq ipproċessar awtomatiku ta’ dejta tal-kompjuter, kif ukoll

(b) kull grupp ta’ apparati interkonnessi jew relatati, li wieħed jew iktar minnhom, skont programm, iwettaq ipproċessar awtomatiku ta’ dejta tal-kompjuter, kif ukoll

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) “reżiljenza ċibernetika” tfisser il-kapaċità ta’ netwerk u ta’ sistema ta’ informazzjoni li jirreżistu u jirkupraw il-kapaċità operattiva sħiħa wara l-inċidenti, inklużi iżda mhux biss: ħsara teknika, qtugħ tal-elettriku jew inċidenti ta’ sigurtà;

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 8 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) operatur ta’ infrastruttura kruċjali li hija essenzjali għaż-żamma ta’ attivitajiet ekonomiċi u soċjetali vitali fl-oqsma tal-enerġija, tat-trasport, tal-banek, tal-boroż u tas-saħħa, li lista mhux eżawrjenti tagħhom tinsab fl-Anness II.

(b) operatur ta’ infrastruttura kruċjali li hija essenzjali għaż-żamma ta’ attivitajiet ekonomiċi u soċjetali vitali fl-oqsma tal-enerġija, tat-trasport, tal-banek, tal-boroż, tas-saħħa, tas-sigurtà u tad-difiża, li lista mhux eżawrjenti tagħhom tinsab fl-Anness II.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 8 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) fornituri ta' apparati, netwerks u sistemi ta' informazzjoni kif imsemmi taħt il-punt (1), jew komponenti tagħhom, li huma kruċjali għal livell komuni għoli tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni (l-“awtorità kompetenti”).

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti ċivili dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni (l-“awtorità kompetenti”).

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Grupp ta’ Rispons ta’ Emerġenza tal-Kompjuters (minn hawn 'il quddiem: “CERT”) li jkun responsabbli għall-indirizzar tal-inċidenti u tar-riskji skont proċess iddefinit tajjeb, li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (1) tal-Anness I. CERT jista’ jkun stabbilit fi ħdan l-awtorità kompetenti.

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mill-inqas Grupp ta’ Rispons ta’ Emerġenza tal-Kompjuters wieħed (minn hawn 'il quddiem: “CERT” (Computer Emergency Response Team)) li jkun responsabbli għall-indirizzar tal-inċidenti u tar-riskji skont proċess iddefinit tajjeb, li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (1) tal-Anness I. CERT jista’ jkun stabbilit fi ħdan l-awtorità kompetenti.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa) meta jkun il-każ, meta titqies in-natura tar-riskju jew theddida, il-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu għandu jkun informat, permezz ta' rapportar, u jista' jiġi mitlub jassisti b'analiżi l-ħidmiet preparatorji u l-azzjoni tan-netwerk ta' kooperazzjoni;

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Id-dejta personali għandha tiġi żvelata biss lid-destinatarji li jeħtieġu jipproċessaw din id-dejta għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom f’konformità ma’ bażi legali adegwata. Id-dejta żvelata għandha tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom. Għandha tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop. Il-limitu ta’ żmien għaż-żamma ta’ din id-dejta għandu jiġi speċifikat għall-finijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fuq talba ta’ Stat Membru, jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru jipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar riskju jew inċident speċifiku.

3. Fuq talba ta’ Stat Membru, jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru jipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar riskju jew inċident speċifiku, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Ġenerali.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu -1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1a) Ir-RGħ/VP għandu jintegra l-aspetti tas-sigurtà ċibernetika fl-azzjonijiet esterni tal-UE (b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-pajjiżi terzi). L-għan għandu jkun l-intensifikazzjoni tal-iskambju ta' lezzjonijiet meħuda u l-kooperazzjoni dwar il-kwistjonijiet tas-sigurtà ċibernetika.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu -1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1b) Il-Kunsill u l-Kummissjoni, fil-qafas tar-relazzjonijiet u l-ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk li għandhom kooperazzjoni fuq it-teknoloġiji; għandhom jinsistu fuq l-istandards minimi fis-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-reviżjoni

Rapportar u Rieżami

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu -1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1a) Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport annwali dwar l-inċidenti u l-miżuri rrapportati lilha f'dan ir-rigward skont din id-direttiva lill-Parlament u lill-Kunsill.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Anness 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Is-CERT għandu jimplimenta u jġestixxi miżuri ta’ sigurtà sabiex jassigura l-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u l-awtentiċità tal-informazzjoni li jirċievi u jittratta.

(b) Is-CERT għandu jimplimenta u jimmaniġġja miżuri ta’ sigurtà sabiex jassigura l-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u l-awtentiċità tal-informazzjoni li jirċievi u jittratta, f’konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

ANNESS II – it-tieni sottotitolu (imsemmi fl-Artikolu (3(8) b) – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Is-settur tas-sigurtà u tad-difiża: l-operaturi ekonomiċi għal xogħlijiet u servizzi msemmija fid-Direttiva 2009/81/KE, b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 46 tagħha

PROĊEDURA

Titolu

Livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni

Referenzi

COM(2013)0048 – C7-0035/2013 – 2013/0027(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.4.2013

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.4.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ana Gomes

19.2.2013

Eżami fil-kumitat

18.9.2013

Data tal-adozzjoni

5.12.2013

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

3

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Elmar Brok, Jerzy Buzek, Mark Demesmaeker, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Anna Ibrisagic, Jelko Kacin, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Marusya Lyubcheva, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Norica Nicolai, Raimon Obiols, Kristiina Ojuland, Ria Oomen-Ruijten, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Mirosław Piotrowski, Bernd Posselt, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, Libor Rouček, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, György Schöpflin, Werner Schulz, Marek Siwiec, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Nikola Vuljanić, Boris Zala

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marije Cornelissen, Barbara Lochbihler, Doris Pack, Marietje Schaake, Indrek Tarand, Ivo Vajgl, Paweł Zalewski

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Hiltrud Breyer

PROĊEDURA

Taqsima

Livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni

Referenzi

COM(2013)0048 – C7-0035/2013 – 2013/0027(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

5.2.2013

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.4.2013

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.4.2013

INTA

15.4.2013

BUDG

15.4.2013

ECON

15.4.2013

ENVI

15.4.2013

ITRE

15.4.2013

TRAN

15.4.2013

JURI

15.4.2013

LIBE

15.4.2013

Not delivering opinions

Data tad-deċiżjoni

INTA

20.3.2013

BUDG

21.2.2013

ECON

18.6.2013

ENVI

19.2.2013

TRAN

18.3.2013

JURI

20.2.2013

Kumitat(i) assoċjat(i)

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.9.2013

LIBE

12.9.2013

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Andreas Schwab

20.3.2013

Eżami fil-kumitat

25.4.2013

18.6.2013

5.9.2013

4.11.2013

9.1.2014

Data tal-adozzjoni

23.1.2014

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Claudette Abela Baldacchino, Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Preslav Borissov, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Christian Engström, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Eduard-Raul Hellvig, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Franz Obermayr, Sirpa Pietikäinen, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Andreas Schwab, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Ashley Fox, María Irigoyen Pérez, Morten Løkkegaard, Tadeusz Ross, Marc Tarabella, Patricia van der Kammen, Sabine Verheyen, Josef Weidenholzer

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vital Moreira, Oreste Rossi

Data tat-tressiq 

12.2.2014