RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom jeħtieġ li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn tali rekwiżit
12.2.2014 - (COM(2013)0853 – C7‑0430/2013 – 2013/0415(COD)) - ***I
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Tanja Fajon
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom jeħtieġ li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn tali rekwiżit
(COM(2013)0853 – C7‑0430/2013 – 2013/0415(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0853),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 77(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0430/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0104/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
NOTA SPJEGATTIVA
L-objettiv ta' din il-proposta hu li jkunu emendati l-annessi għar-Regolament 539/2001 li jistabbilixxu elenku ta' pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom jeħtiġilhom li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni u elenku ta' pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dak ir-rekwiżit - it-trasferiment tar-Repubblika tal-Moldova mill-elenku negattiv (Anness I) għall-elenku pożittiv (Anness II). Il-bażi ġuridika għal Politika Komuni dwar il-Viżi hija l-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
L-elenki annessi mar-regolament imsemmi jeħtieġ li jkunu rieżaminati regolarment u meqjusin b'valutazzjoni każ każ tal-varjetà ta' kriterji marbutin inter alia mal-immigrazzjoni illegali, mal-politika u mas-sigurtà pubbliċi, u mar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea ma' pajjiżi terzi, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni wkoll għall-implikazzjonijiet tal-koerenza u reċiproċità reġjonali.
Il-proposta tal-Kummissjoni li jitneħħew l-obbligi tal-viżi għaċ-ċittadini tal-Moldova ġejja mill-progress konsiderevoli magħmul mill-Moldova matul l-aħħar tliet snin u nofs tad-djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viżi. Fis-Samit tas-Sħubija tal-Lvant (SL) f'Vilnius, li sar f'Novembru 2013, il-Moldova inizjalat il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tagħha mal-UE u saret l-ewwel pajjiż SL li ssodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viżi li jippermetti li titwettaq il-liberalizzazzjoni tal-viżi.
Sar sforz sinifikanti mill-Moldova fis-snin reċenti permezz tal-implementazzjoni ta' riformi diffiċli u l-proċess ta' bini ta' istituzzjonijiet. Ġiet segwita perspettiva Ewropea ċara bħala l-objettiv aħħari u l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viżi (VLAP) kien wieħed mill-aktar elementi koerenti tar-relazzjoni UE-Moldova.
Is-sinifikat tal-liberalizzazzjoni tal-viżi għan-nies ordinarji hu konsiderevoli billi din toffri benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini tal-Moldova, li bosta minnhom ġa għandhom passaport Rumen. Minkejja l-qagħda ġeopolitika tal-Moldova, id-diffikultajiet interni li joħolqu sfida, l-iżviluppi reċenti fil-viċinat tagħha, l-UE tibqa' alternattiva attraenti ħafna għall-Moldova. Min-naħa l-oħra, l-UE għandha opportunità kbira li tibgħat messaġġ politiku b'saħħtu lill-Moldova u li tgħin tittrasforma ħajjet miljuni ta' nies.
It-tneħħija tal-viżi tnaqqas il-ħin ta' stennija quddiem il-konsulati u l-kostijiet marbutin mal-ivvjaġġar lejn iż-żona Schengen. Tiffaċilita l-kuntatt bejn il-persuni - kondizzjoni essenzjali għall-iżvilupp bla intoppi tar-rabtiet ekonomiċi, kulturali, xjentifiċi u oħrajn kif ukoll billi se tintensifika l-kuntatti bejn in-nies. L-ivvjaġġar mingħajr viża fih innifsu jinkapsula l-libertà tal-moviment, li hu wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F’dan il-kuntest, il-proċess ta’ approfondiment tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Moldova indubbjament se jikkontribwixxi għal titjib fl-eżerċizzju tal-ġustizzja u għar-rispett tal-libertajiet fundamentali.
Mingħajr preġudizzju għall-istatus u għas-sitwazzjoni tat-Transnistrija, li r-rapporteur hi totalment konsapoveli dwarha, u filwaqt li jiġi sottolinjat li r-riżoluzzjoni tal-kwistjoni tat-Transnistrija mhux kondizzjoni għal-liberalizzazzjoni tal-viżi, il-liberalizzazzjoni tal-viżi tibbenefika liċ-ċittadini detenturi ta' passaport bijometriku tar-Repubblika tal-Moldova u l-perspettiva Ewropea tagħha se tikkontribwixxi għar-riżoluzzjoni paċifika tal-kwistjoni tat-Transnistrija.
Konsegwentement, filwaqt li titqies ir-relazzjoni kulma jmur aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Moldova, li tmur oltre l-partenarjat, għall-integrazzjoni ekonomika gradwali u r-relazzjonijiet kummerċjali mtejbin, approfondiment tal-koperazzjoni politika permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, wara li jkun hemm Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Viżi mtejjeb u implementat tajjeb mar-Repubblika tal-Moldova, wara l-eżiti pożittivi tad-Djalogu tal-Viżi, billi titqies l-adozzjoni reċenti tal-klawsola ta' sospensjoni permezz tal-emendar tar-Regolament 539/2001, billi jitqies li l-Moldova abolixxiet l-obbligi tal-viżi għaċ-ċittadini kollha tal-UE fl-2007, ir-rapporteur tilqa' l-proposta magħmula mill-Kummissjoni.
Ir-rapporteur ma tarax il-ħtieġa li jkun hemm emenda biex tiffaċilita l-proċess ta' adozzjoni bla intoppi u b'ħeffa fil-Parlament billi l-passi neċessarji kollha mistennija li jittieħdu f'dan ir-rigward u tittama b'saħħa li l-Kunsill ukoll huwa impenjat favur l-istess objettiv. Il-proposta tal-Kummissjoni bħala tali għandha għalhekk tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill qabel l-elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju 2014.
PROĊEDURA
Titolu |
Pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom jeħtieġ li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn tali rekwiżit |
||||
Referenzi |
COM(2013)0853 – C7-0430/2013 – 2013/0415(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
27.11.2013 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 13.1.2014 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 13.1.2014 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
AFET 21.1.2014 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Tanja Fajon 16.12.2013 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
17.12.2013 |
9.1.2014 |
12.2.2014 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
12.2.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
45 2 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Philipp Albrecht, Roberta Angelilli, Rita Borsellino, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Kinga Gál, Kinga Göncz, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu Houillon, Anthea McIntyre, Nuno Melo, Roberta Metsola, Claude Moraes, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Nils Torvalds, Kyriacos Triantaphyllides, Wim van de Camp, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Franco Frigo, Mariya Gabriel, Marian-Jean Marinescu, Siiri Oviir, Zuzana Roithová, Salvador Sedó i Alabart, Sir Graham Watson |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Françoise Castex, Knut Fleckenstein, Anne E. Jensen, Luis Yáñez-Barnuevo García |
||||
Data tat-tressiq |
13.2.2014 |
||||