RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar xi proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, fuq in-naħa l-oħra,
17.2.2014 - (17930/1/2013 – C7‑0028/2014 – 2011/0465(COD)) - ***II
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Iuliu Winkler
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar xi proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, fuq in-naħa l-oħra,
(17930/1/2013 – C7‑0028/2014 – 2011/0465(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17930/1/2013 – C7‑0028/2014),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0938),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat FUE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Procedura tieghu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7‑0116/2014),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat FUE;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
- [1] Testi adottati 25.10.2012, P7_TA(2012)0389.
NOTA SPJEGATTIVA
Fid-29 ta' April 2008 ġie ffirmat, f'Lussemburgu, Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra. Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013.
Bil-għan li l-FSA jiġi applikat b'mod effiċjenti, il-Kummissjoni proponiet Regolament dwar ċerti proċeduri sabiex jiġu applikati l-partijiet tal-FSA relatati mal-kummerċ.
Dan sar preċedentament għal FSA u Ftehimiet Interim oħra mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, b'mod partikolari permezz ta':
– ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 (FSA u Ftehim Interim KE/Kroazja),
– ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 (FSA u Ftehim Interim KE/Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja),
– ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 (FSA u Ftehim Interim KE/Albanija),
– ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 (FSA u Ftehim Interim KE/Montenegro) u
– ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 (FSA u Ftehim Interim KE/Bosnja‑Ħerzegovina).
Dawn ir-Regolamenti kienu parti mit-Trade Omnibus I (2011/0039(COD)), li jallinjaw regolamenti fil-qasam tal-kummerċ mas-sistema ta' wara Lisbona tal-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni. Fl-ewwel qari r-rapporteur ippropona emendi li jirriflettu l-bidliet proposti għall-ħames Regolamenti msemmija hawn fuq fit-Trade Omnibus I. In-negozjati dwar it-Trade Omnibus I kienu konklużi b'suċċess f'Lulju 2013.
Il-Parlament adotta l-pożizzjoni tal-ewwel qari tiegħu fil-plenarja tal-25 ta' Ottubru 2012. Minħabba l-konnessjoni tiegħu mat-Trade Omnibus I, in-negozjati informali bdew biss fil-ħarifa tal-2013, waqt il-Presidenza Litwana. It-tim tan-negozjati tal-Parlament u dak tal-Kunsill laħqu ftehim dwar il-fajl fis-26 ta' Novembru 2013. Il-ftehim kien jieħu kont tal-kompromess dwar t-Trade Omnibus I kif ukoll tad-dħul fis-seħħ tal-FSA UE/Serbja fl-1 ta' Settembru 2013.
L-eżitu tan-negozjati tressaq quddiem il-Kumitat INTA għal vot ta' approvazzjoni fis-17 ta' Diċembru 2013 u ġie approvat b'maġġoranza ferm wiesgħa. Abbażi tal-approvazzjoni tal-Kumitat, il-President tal-Kumitat, fl-ittra tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2013 lill-President tal-COREPER II, impenja ruħu li jirrakkomanda lill-plenarja biex tapprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mingħajr emendi. Wara verifika ġuridika-lingwistika, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tikkonferma l-ftehim fit-28 ta' Jannar 2014.
Fid-dawl ta' dan, ir-rapporteur jipproponi li l-pożizzjoni tal-Kunsill tiġi adottata mingħajr emendi.
PROĊEDURA
Titolu |
Proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Serbja u l-Ftehim Temporanju KE-Serbja |
||||
Referenzi |
17930/1/2013 – C7-0028/2014 – 2011/0465(COD) |
||||
Data tal-1 qari tal-PE - Numru P |
25.10.2012 T7-0389/2012 |
||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2011)0938 - C7-0010/2012 |
||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta' meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari |
6.2.2014 |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 6.2.2014 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Iuliu Winkler 12.2.2014 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
13.2.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Maria Badia i Cutchet, Nora Berra, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Andrea Cozzolino, George Sabin Cutaş, Marielle de Sarnez, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Robert Sturdy, Henri Weber, Jan Zahradil |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Peter Skinner, Jarosław Leszek Wałęsa |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Birgit Schnieber-Jastram, Czesław Adam Siekierski, Renate Sommer, Rainer Wieland, Joachim Zeller, Tadeusz Zwiefka |
||||
Data tat-tressiq |
17.2.2014 |
||||