RAPPORT dwar ir-rwol tad-drittijiet tal-proprjetà, is-sjieda tal-proprjetà u l-ħolqien tal-ġid fil-qerda tal-faqar u t-trawwim ta' żvilupp sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw
21.2.2014 - (2013/2026(INI))
Kumitat għall-Iżvilupp
Rapporteur: Nirj Deva
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar ir-rwol tad-drittijiet tal-proprjetà, is-sjieda tal-proprjetà u l-ħolqien tal-ġid fil-qerda tal-faqar u t-trawwim ta' żvilupp sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw
Il-Parlament Ewropew,
– wara lil kkunsidra l-Artikolu 17 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-dritt għall-proprjetà,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat- 8 ta' Settembru 2000 li tistabbilixxi l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs), bʼmod partikolari l-għanijiet 1, 3 u 7,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp: 'Il-Kunsens Ewropew' iffirmat fl-20 ta' Diċembru 2005, b'mod partikolari l-paragrafi 11 u 92 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kunsill tat-19 ta' Ottubru 2004 bit-titolu "Linji ta' gwida tal-UE biex jappoġġjaw l-ippjanar tal-politika agrarja u l-proċessi ta' riforma f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw" (COM(2004)0686),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-31 taʼ Marzu 2010 dwar "Qafas taʼ politika tal-UE biex jgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jindirizzaw l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel" (COM(2010)127),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ottubru 2011 bit-titolu "Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-bidla" (COM(2011)0637),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-27 ta' Frar 2013 bit-titolu "Ħajja diċenti għal kulħadd: Neqirdu l-faqar u nagħtu lid-dinja futur sostenibbli" (COM(2013)0092),
– wara li kkunsidra "Il-Linji Gwida tal-Politika tal-UE dwar l-Art: Linji gwida għall-appoġġ tat-tfassl tal-politika dwar l-art u l-proċessi taʼ riforma tal-politika dwar l-art fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw" adottati mill-Kummissjoni f'Novembru 2004,
– wara li kkunsidra l-istudju tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Insedjamenti Umani (UN-Habitat) tal-2008 bit-titolu "Drittijiet tal-Art Siguri għal Kulħadd" u l-gwida tal-UN-Habitat dwar "Kif Tiżviluppa Politika dwar l-Art Orjentata Lejn il-Fqar: Proċess, Gwida u Lezzjonijiet",
– wara li kkunsidra r-rapport tal-11 ta' Ġunju 2009 tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti, Olivier De Schutter, dwar id-Dritt għall-Ikel, bit-titolu "Akkwisti u kirjiet tal-art fuq skala kbira: Sett ta' prinċipji u miżuri fundamentali biex tiġi indirizzata l-isfida tad-drittijiet tal-bniedem",
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar "L-Isfidi tal-Urbanizzazzjoni u t-Tnaqqis tal-Faqar fil-Grupp ta' Stati AKP", adottata fʼNajrobi fil-Kenja fl-2009,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Summit Dinji dwar is-Sigurtà Alimentari, adottata fʼRuma fl-2010,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni bit-titolu "Noħorġu mill-faqar: Sfida mondjali għall-2020", adottata matul il-konferenza internazzjonali li saret f'Rabat, fil-Marokk, mis-26 sat-28 taʼ Novembru 2012,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar "L-Urbanizzazzjoni Sostenibbli bħala Tweġiba għall-Qerda tal-Faqar Urban", adottata matul it-Tieni Konferenza bejn tliet partijiet AKP-Kummissjoni Ewropea-UN-Habitat li saret fʼKigali, r-Rwanda, mit-3 sas-6 taʼ Settembru 2013,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjon tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, u l-Konvenzjoni dwar il-Popli Indiġeni u Tribali (nru 169) tal-1989 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO),
– wara li kkunsidra l-Prinċipji għal Investiment Agrikolu Responsabbli li Jirrispetta d-Drittijiet, l-Għajxien u r-Riżorsi (PRAI), il-Linji Gwida Volontarji tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u tal-Agrikoltura dwar il-Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art, is-Sajd u l-Foresti fil-Kuntest tas-Sigurtà Alimentari Nazzjonali, u l-Qafas tal-Unjoni Afrikana u l-Linji Gwida dwar il-Politika tal-Art fl-Afrika (ALPFG),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp taʼ Livell Għoli dwar l-Aġenda għall-Iżvilupp ta' Wara l-2015 biex jiġi inkluż objettiv dwar il-governanza tal-pussess tal-art għan-nisa u l-irġiel, u biex ikun rikonoxxut li n-nisa u l-bniet irid ikollhom, fost affarijiet oħra, "id-dritt ugwali biex ikunu proprjetarji taʼ artijiet u assi oħra",
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 dwar qafas ta' politika tal-UE biex tingħata għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jaffaċċjaw l-isfidi relatati mas-sigurtà tal-ikel[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7‑0118/2014),
A. billi d-drittijiet għall-proprjetà jistgħu jiġu definiti bħala r-regoli li jirregolaw it-kundizzjonijiet li bihom il-partijiet interessati individwali, il-komunitajiet u l-atturi pubbliċi u privati jiksbu u jżommu aċċess għal assi tanġibbli u mhux tanġibbli permezz ta' dispożizzjonijiet ġuridiċi formali jew konswetudinarji; billi skont il-UN-Habitat, il-pussess tal-art, b'mod speċifiku, jista' jkun formali (liberu u frank, fond miżmum b'kera, kiri pubbliku u privat), konswetudinarju jew reliġjuż fl-oriġini tiegħu; billi l-Linji Gwida tal-Politika tal-UE dwar l-Art jgħidu li d-drittijiet tal-art mhumiex dejjem limitati għal sjieda privata fis-sens strett tagħha, iżda jistgħu jirrikorru għal bilanċ bejn id-drittijiet u d-dmirijiet individwali, u regolamenti kollettivi f'livelli differenti;
B. billi 1.2 biljun persuna madwar id-dinja jgħixu fi proprjetà li għaliha mʼgħandhomx drittijiet formali u jgħixu mingħajr djar permanenti jew aċċess għall-art; billi, b'mod partikolari, iktar minn 90 % tal-popolazzjoni rurali fl-Afrika sub-Saħarjana (li minnhom 370 miljun persuna huma kkunsidrati fqar) jaċċedu għall-art u għar-riżorsi naturali permezz taʼ sistemi taʼ pussess informali legalment mhux siguri;
C. billi l-ġid totali extralegali u mhux reġistrat huwa stmat li huwa iżjed minn USD 9.3 triljun, li huwa 93 darba iżjed mill-ammont totali ta' għajnuna barranija mogħtija lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw f'dawn l-aħħar 30 sena;
D. billi, għalkemm l-MDG7 (Għan 11) – bl-għan li tittejjeb il-ħajja ta' 100 miljun persuna li jgħixu f'bassifondi sal-2020 – intlaħaq, in-numru ta' persuni li jgħixu f'dawn il-kundizzjonijiet (stmat għal 863 miljun fl-2012), f'termini assoluti, ikompli jikber; billi l-Programm l-UN-Habitat jistma li sa biljun persuna jgħixu f'bassifondi, u huwa maħsub li madwar tliet biljun persuna se jkunu jgħixu f'bassifondi sal-2050; billi l-Artikolu 11 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali jirrikonoxxi dritt universali għall-akkonmodazzjoni u għat-titjib kontinwu tal-kundizzjonijiet tal-għajxien;
E. billi fiż-żoni rurali, madwar 200 miljun persuna (kważi 20 % tal-faqar tad-dinja) mʼgħandhomx aċċess għal biżżejjed art biex jaqilgħu l-għajxien; iżda jinnota li l-art rurali qed taffronta diversi pressjonijiet, bħal tkabbir tal-popolazzjoni, konverżjoni tal-art, investimenti kummerċjali, degrad ambjentali minħabba nixfa, erożjoni tal-ħamrija u tnaqqis tan-nutrijenti, kif ukoll diżastri naturali u kunflitti; u billi l-iżgurar tad-drittijiet tal-art huwa meħtieġ biex tiġi promossa l-istabbiltà soċjali billi jitnaqqsu l-inċertezzi u l-kunflitti dwar l-artijiet;
F. billi l-investituri privati u l-gvernijiet urew interess dejjem akbar fl-akkwist jew il-kiri fit-tul taʼ porzjonijiet kbar taʼ rabaʼ, l-iktar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Afrika u fl-Amerika Latina;
G. billi bl-istabbiliment taʼ għanijiet obbligatorji u bl-għoti ta' sussidji tal-bijofjuwils, l-UE tikkontribwixxi, tal-inqas indirettament, għall-akkapparar tal-artijiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, peress li tinkoraġġixxi spekulazzjoni fuq ir-rabaʼ, partikolarment dik l-iktar fertili u dik li tinsab qrib portijiet jew toroq; billi, konsegwentament, it-theddid għas-sigurtà tal-pussess għad-detenturi żgħar baqa' jiżdied, bʼkonsegwenzi potenzjali negattivi fuq is-sigurtà tal-ikel taʼ komunitajiet lokali;
H. billi l-allokazzjoni arbitrarja tal-art minn awtoritajiet politiċi twassal għal korruzzjoni, nuqqas ta' sigurtà, faqar u vjolenza;
I. billi l-kwistjonijiet taʼ governanza tal-art huma korrelati mal-isfidi ewlenin tas-seklu 21, jiġifieri, is-sigurtà tal-ikel, l-iskarsità tal-enerġija, it-tkabbir urban u demografiku, id-degrad ambjentali, it-tibdil fil-klima, id-diżastri naturali kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, jirrinfurzaw il-ħtieġa li tingħata prijorità lil riforma komprensiva tal-art;
J. billi madwar 1.4 biljun ettaru fid-dinja huma rregolati permezz taʼ normi konswetudinarji; billi strutturi eżistenti tal-pussess tal-art fl-Afrika, fl-Asja u fl-Amerika Latina huma konsiderevolment differenti minn xulxin u l-arranġamenti lokali u konswetudinarji li żviluppaw, frank u liberu jew komunali, ma jistgħux jiġu injorati meta titwettaq il-formalizzazzjoni tal-art;
K. billi skont l-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kulħadd għandu d-dritt li jieħu l-pussess tar-riżorsi jew il-mezzi meħtieġa biex jipproduċi jew jikseb biżżejjed ikel għall-eżistenza tiegħu,
L. billi l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni taʼ Kull Forma taʼ Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW) tiddikjara li n-nisa u l-konjuġi għandu jkollhom drittijiet ugwali fir-rigward tal-pussess u l-akkwist tal-proprjetà; iżda, billi ħafna drittijiet tar-reġim tal-pussess tal-art u l-proprjetà jiddiskriminaw kontra n-nisa, kemm formalment u fil-prattika;
M. billi, f'bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw, id-drittijiet tal-proprjetà tan-nisa, l-aċċess garantit għall-art u l-aċċess għat-tfaddil u l-kreditu mhumiex rikonoxxuti soċjalment, billi, peress li l-punt tat-tluq huwa minn bażi diskriminatorja, huwa partikolarment diffiċli għan-nisa li jasserixxu d-drittijiet tagħhom tal-proprjetà, u speċjalment id-drittijiet tal-wirt, permezz tal-liġi,
N. billi, b'mod partikolari, id-drittijiet tal-proprjetà tan-nisa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw qed jinkisru permezz ta' frekwenza dejjem akbar ta' akkwisti ta' artijiet fuq skala kbira minn pajjiżi żviluppati għal finijiet kummerċjali jew strateġiċi, bħall-produzzjoni agrikola, is-sigurtà tal-ikel, u l-produzzjoni tal-enerġija u l-bijofjuwil, billi n-nisa spiss ma jkollhomx l-opportunità li jiksbu l-għajnuna u r-rappreżentanza legali biex jikkontestaw b'suċċess il-ksur tad-drittijiet tagħhom għall-proprjetà fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
O. billi huwa importanti li jingħataw drittijiet tal-fond siguri għan-nisa biex jitnaqqas il-faqar, minħabba r-rwol tan-nisa bħala produtturi tal-ikel fʼżoni rurali u periurbani u r-responsabbiltajiet tagħhom biex jitimgħu l-membri tal-familja; billi n-nisa, li jirrappreżentaw 70 % tal-bdiewa Afrikani, formalment għandhom biss 2 % tal-art; billi programmi reċenti fl-Indja, fil-Kenja, fil-Ħonduras, fil-Gana, fin-Nikaragwa u fin-Nepal sabu li l-unitajiet domestiċi mmexxija min-nisa għandhom iktar sigurtà tal-ikel, kura tas-saħħa aħjar u enfasi iktar qawwija fuq l-edukazzjoni minn unitajiet domestiċi mmexxija mill-irġiel;
P. billi aktar minn 60 % tal-persuni li jsofru ġuħ perenni huma nisa u tfajliet u, fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, 60-80 % tal-ikel jipproduċuh in-nisa[2];
Q. billi madwar 370 miljun persuna indiġena madwar id-dinja għandhom relazzjoni spiritwali, kulturali, soċjali u ekonomika bʼsaħħitha mal-artijiet tradizzjonali tagħhom, li t-tmexxija tagħhom normalment hija bbażata fil-komunità;
R. billi l-Artikolu 17 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem jirrikonoxxi d-drittijiet taʼ kulħadd biex ikun sid ta' proprjetà kemm waħdu jew fʼassoċjazzjoni maʼ oħrajn u li ħadd mʼgħandu jiġi mċaħħad mill-proprjetà tiegħu;
S. billi aċċess għall-art għal persuni indiġeni ġie mogħti forom speċifiċi taʼ protezzjoni fil-Konvenzjoni nru 169 tal-ILO u d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni;
T. billi l-Artikolu 10 tad-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni jiggarantixxi d-dritt li ma jiġux imneħħija bil-forza mill-artijiet u t-territorji tagħhom, u li l-ebda rilokazzjoni mʼgħandha titwettaq mingħajr il-kunses infurmat, liberu u minn qabel tal-popli indiġeni, u wara ftehim dwar kumpens ġust u ekwu kif ukoll, fejn possibbli, bil-possibbiltà taʼ ritorn;
Id-drittijiet tal-art, inklużi d-drittijiet għall-proprjetà, u l-ħolqien tal-ġid
1. Jikkunsidra d-drittijiet ta' proprjetà reġistrati u d-drittijiet tal-fond siguri bħala l-katalizzatur għat-tkabbir ekonomiku, bil-kundizzjoni li din l-art tkun tista' tintuża bħala kollateral u ttejjeb l-aċċess għall-kapital, u għalhekk tistimola l-produttività u l-investiment, filwaqt li tippromwovi wkoll l-koeżjoni soċjali u l-paċi;
2. Jenfasizza li l-iżgurar taʼ drittijiet tal-fond u ekwità akbar fl-aċċess għall-art jipprovdu bażi sigura għall-għajxien, opportunitajiet ekonomiċi, u fʼżoni rurali, għall-produzzjoni tal-ikel tal-unitajiet domestiċi;
3. Jenfasizza l-fatt li, kif imħeġġeġ mill-UN-Habitat, minbarra l-attribuzzjoni tat-titoli individwali tal-fondi, għandha tiġi rikonoxxuta varjetà ta' għażliet alternattivi taʼ pussess, inkluż l-iżvilupp taʼ sistemi taʼ pussess konswetudinarju biex jitħarsu ġuridikament id-drittijiet għall-artijiet li fuqhom jinbnew id-djar, għall-art agrikola u għar-riżorsi naturali, ;
4. Jenfasizza li s-sigurtà tal-pussess tal-art għas-sidien iż-żgħar, li jikkostitwixxu 95 % tas-sidien tal-art potenzjali f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, tistimula ekonomiji lokali, iżżid is-sigurtà tal-ikel, tnaqqas il-migrazzjoni u tnaqqas l-urbanizzazzjoni tal-bassifondi; jirrimarka li, pereżempju fl-Etjopja, fejn ġew introdotti d-drittijiet għall-proprjetà, il-produttività żdiedet sa massimu ta' 40 % għal kull acre fuq tliet snin, minħabba din il-bidla biss[3];
5. Jinnota bi tħassib li t-tradizzjonijiet kulturali taʼ spiss iħallu lin-nisa dipendenti fuq qraba rġiel għas-sigurtà tal-pussess tal-art u mingħajr protezzjoni ġuridika; jenfasizza l-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri biex jiżguraw drittijiet soċjali, ekonomiċi u kulturali minimi, li jinkludu l-obbligu tal-gvernijiet li jiżguraw il-ġestjoni tal-fondi ma tkunx diskriminatorja, partikolarment fir-rigward tan-nisa u l-fqar, u li ma tiksirx drittijiet oħra tal-bniedem;
6. Jenfasizza l-fatt li meta n-nies jingħataw is-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet dwar ir-riżorsi proprji tagħhom, ikkombinati maʼ dispożizzjonijiet formali dwar il-wirt, dan iħeġġeġ is-sidien iż-żgħar biex jinvestu sostenibbilment fl-art tagħhom, jipprattikaw it-titriġ tal-art u l-irrigazzjoni, u jnaqqsu l-effetti tat-tibdil fil-klima; jinnota, f'dan ir-rigward, li studji wrew li familja bʼart kompletament sigura u trasferibbli huwa stmat li hija 59,8 % iżjed probabbli li tinvesti f'art imtarrġa minn waħda li mistennija għar-ridistribuzzjoni fir-raħal fil-ħames snin li ġejjin;
7. Jinnota li b'kuntratt ta' provenjenza ta' fond persuna tistaʼ tissellef flus bʼrati tal-imgħax raġonevoli, li jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita u żviluppata impriża; jenfasizza li l-protezzjoni tad-drittijiet għall-proprjetà tista' tippromwovi ambjent taʼ impriża kompetittiva fejn jistaʼ jikber l-ispirtu imprenditorjali u innovattiv;
8. Jirrikonoxxi li l-isfida hija biex tingħeleb id-dikotomija bejn il-legalità, il-leġittimità u l-prattiki billi jinbnew mekkaniżmi tal-pussess tal-art ibbażati fuq normi komuni, li jibdew mir-rikonoxximent tad-drittijiet eżistenti, filwaqt li jiġi aċċertat li l-irġiel u n-nisa, kif ukoll il-komunitajiet vulnerabbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, għandhom drittijiet siguri fuq artijiet u assi, u li huma kompletament protetti kontra interessi vestiti li jistgħu jissekwestraw l-proprjetà tagħhom;
9. Jikkundanna bil-qawwa l-prattika tal-akkapparar tal-art li, bʼmod illegali, partikolarment billi l-fqar tal-kampanji u l-popolazzjoniet Nomadi tradizzjonali jġarrbu esproprju illegali mingħajr kumpens adegwat; jenfasizza l-fatt li mill-inqas 32 miljun ettaru madwar id-dinja kienu parti minn 886 ftehim transnazzjonali taʼ din ix-xorta dwar art fuq skala kbira bejn l-2000 u l-2013[4]; jenfasizza l-fatt li ċ-ċifra xʼaktarx tirrappreżenta sottovalutazzjoni sinifikanti tan-numru preċiż taʼ ftehimiet taʼ artijiet kbar konklużi;
10. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu kont, fil-politiki tagħhom ta' għajnuna għall-iżvilupp, tal-proċessi ta' akkwist ta' artijiet fuq skala kbira mill-investituri tal-pajjiżi żviluppati fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fil-kontinent Afrikan, li qed jaffettwaw lill-bdiewa lokali u li għandhom impatt devastanti fuq in-nisa u t-tfal, bl-għan li n-nisa u t-tfal ikunu mħarsa mit-tifqir, mill-karestija u t-tkeċċija furzata mill-villaġġi u l-artijiet tagħhom;
11. Jenfasizza li t-tneħħija tal-inċentivi pubbliċi għall-produzzjoni tal-bijofjuwils ibbażati fuq l-għelejjel u s-sussidji huwa mod kif jiġi miġġieled il-akkapparrar tal-art;
12. Ifakkar li meta d-drittijiet tal-fond ma jkunux siguri u l-governanza tkun dgħajfa, dawn iġibu riskji għolja għall-komunitajiet lokali fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel, bħar-riskju taʼ spustament u taʼ żgumbrament ta' bdiewa u rgħajja; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jappoġġjaw f'dan ir-rigward il-kapaċità nazzjonali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex isaħħu s-sistema taʼ governanza tagħhom;
13. Jenfasizza l-fatt li kemm il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u kif ukoll il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali jirrikonoxxu d-dritt għall-awtodeterminazzjoni, definit bħala d-dritt tan-nies kollha li jiddisponu liberament mill-ġid naturali u r-riżorsi tagħhom, u t-tnejn jistipulaw li l-ebda persuna ma tistaʼ tiġi mċaħħda mill-mezzi taʼ sussistenza tagħha stess; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li n-negozjar taʼ kirjiet u akkwisti ta' artijiet fuq skala kbira għandhom jirriflettu bʼmod xieraq id-dritt għall-iżvilupp, il-parteċipazzjoni adegwata u infurmata tal-komunitajiet lokali milquta mill-kirjiet jew mill-akkwist ta' artijiet u r-responsabbiltà fl-użu tad-dħul, li għandha tibbenefika minnu l-popolazzjoni lokali;
14. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw, permezz tan-NU, l-impatt li tali akkwisti għandhom fuq id-deżertifikazzjoni tal-art agrikola, fuq it-telf tad-drittijiet tan-nisa għal residenza u għal aċċess għall-proprjetà, b'referenza partikolari għal nisa li huma weħidhom jew li huma l-kap tal-familja, is-sigurtà tal-ikel u l-mezzi ta' għajxien tagħhom u ta' wliedhom jew tal-persuni li jiddependu fuqhom;
15. Jenfasizza li l-ftehimiet tal-investiment fuq l-akkwisti jew il-kirjiet ta' art fuq skala kbira għandhom jieħdu kont xieraq tad-dritt tal-utenti attwali tal-art, kif ukoll tad-drittijiet tal-ħaddiema impjegati fl-irziezet; huwa tal-fehma li l-obbligi tal-investituri għandhom ikunu definiti b'mod ċar u għandhom ikunu jistgħu jiġu infurzati, pereżempju bl-inklużjoni taʼ mekkaniżmi taʼ sanzjoni fʼkażijiet taʼ nuqqas taʼ konformità mad-drittijiet tal-bniedem; iqis li l-ftehimiet tal-art kollha għandhom jinkludu wkoll obbligu ġuridiku fejn perċentwal minimu tal-għelejjel prodott għandu jiġi mibjugħ fis-suq lokali;
Pjan direzzjonali biex ikunu żgurati d-drittijiet tal-art, inklużi d-drittijiet għall-proprjetà, u governanza tal-art sostenibbli f'dinja li qed tiżviluppa
16. Jenfasizza l-fatt li r-riforma tal-fondi tirrikjedi flessibbiltà, magħmula skont il-kundizzjonijiet lokali, soċjali u kulturali, bħal forom tradizzjonali ta' pussess tribali, u għandha tkun iffukata fuq l-għoti tas-setgħa lil dawk li huma l-iżjed vulnerabbli;
17. Jenfasizza l-fatt li l-koeżistenza taʼ reġimi konswetudinarji tal-fondi u ta' mudelli kolonjali imposti jirrappreżentaw waħda mir-raġunijiet ewlenin għan-nuqqas ta' sigurtà tal-art endemika fʼpajjiżi li qed jiżviluppaw; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li huwa imperattiv li tiġi rikonoxxuta l-leġittimità taʼ arranġamenti konswetudinarji taʼ pussess tal-fond li jipprovdu drittijiet statutorji għal individwi u komunitajiet u jipprevjenu esproprji u abbużi taʼ drittijiet tal-fond, li huma prevalenti speċjalment fost il-komunitajiet Afrikani u l-popolazzjonijiet indiġeni kbar fl-Amerika Latina;
18. Jenfasizza li r-regolamentazzjoni tas-sigurtà tal-pussess tal-art għal nies li jokkupaw art urbana għandha effett sinifikanti fuq l-investiment residenzjali, bi studji li juru r-rata tar-rinovazzjoni tad-djar tiżdied bʼiktar minn 66 %;
19. Jenfasizza li r-riforma dwar il-pussess tal-art għandha tibda bi ġbir taʼ dejta preċiża dwar l-art u bl-għoti sistematiku taʼ titli permezz taʼ mapep katastali bl-użu taʼ teknoloġiji bi spejjeż baxxi, bħat-teknoloġiji tal-mobajl, strumenti taʼ monitoraġġ GPS, GPRS u GIS; jitlob ftuħ sħiħ u jħeġġeġ l-iżvilupp u l-qsim reġjonali taʼ sistemi taʼ informazzjoni ġeografika, inkluż l-immaġini satellitari u mill-ajru, filwaqt li jitqiesu teknoloġiji għall-immappjar parteċipattiv; jifraħ lir-Rwanda tal-progress li għamlet fir-rigward tad-dejta tal-art, li ppermetta r-reġistrazzjoni tal-art kollha tal-pajjiż fi żmien notevolment qasir;
20. Iwissi kontra l-applikazzjoni taʼ approċċ ta' universalità biex tinkiseb is-sigurtà tal-fondi; jenfasizza l-fatt li s-servizzi formali tal-amministrazzjoni tal-artijiet huma l-iktar effikaċi meta jiġu pprovduti fil-livell lokali; huwa tal-fehma li t-twettiq effettiv taʼ drittijiet tal-fond siguri jistgħu għalhekk jiddependu fuq ir-riforma taʼ aġenziji ċentralizzati statali tal-fondi bil-ħsieb li r-responsabbiltajiet jingħataw lill-istituzzjonijiet lokali u konswetudinarji; iqis li r-reġistrazzjoni tal-art tistaʼ titjieb permezz tal-kompjuterizzazzjoni tar-reġistri tal-fondi u tas-sistemi katastali;
21. Ifakkar li l-agrikoltura tibqaʼ għajn fundamentali taʼ għajxien, sussistenza u sigurtà tal-ikel għal komunitajiet rurali; jinnota, madankollu, li l-art rurali qed taffaċċja pressjonijiet multipli minħabba t-tkabbir tal-popolazzjoni, il-konverżjoni tal-art, l-investimenti kummerċjali, id-degrad ambjentali minħabba nixfa, l-erożjoni tal-ħamrija u t-tnaqqis tan-nutrijenti, kif ukoll id-diżastri naturali u l-kunflitti; jemmen, fʼdan il-kuntest, li l-iżgurar tal-pussess tal-art għal komunitajiet rurali huwa essenzjali biex jinkisbu l-għanijiet ta' żvilupp tal-millennju (MDGs); huwa tal-opinjoni li firxa taʼ għodod politiċi jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, u għandhom jiġu adattati biex jintlaħqu kundizzjonijiet lokali;
22. Jemmen li l-uffiċjali tal-gvern għandhom l-ewwel jidentifikaw dawk is-sistemi ta' ġestjoni u pussess tal-art li diġà jeżistu u, imbagħad, għandhom jibnu fuq dawn is-sistemi għall-benefiċċju tal-fqar u tal-gruppi vulnerabbli;
23. Jafda li d-deċentralizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-art tagħti s-setgħa lill-komunitajiet lokali u lill-individwi, u jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu eliminati prattiki korrotti imposti minn mexxejja lokali permezz ta' ftehimiet milħuqa ma' investituri barranin u kwalunkwe talbiet għal porzjonijiet individwali ta' art mhux reġistrata;
24. Jenfasizza li kwalunkwe bidla fl-użu tal-art għandha ssir biss bil-kunsens liberu, minn qabel u infurmat tal-komunitajiet lokali konċernati; ifakkar li l-persuni indiġeni ġew mogħtija forom speċifiċi taʼ protezzjoni tad-drittijiet tagħhom fuq l-art fid-dritt internazzjonali; jinsisti li, fʼkonformità mad-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, l-Istati għandhom jipprovdu mekkaniżmi effikaċi għall-prevenzjoni u r-rimedju għal kwalunkwe azzjoni li għandha l-għan jew l-effett li tesproprja popli indiġeni mill-artijiet, mit-territorji jew mir-riżorsi tagħhom;
25. Jinnota li l-proporzjon limitat taʼ art li huwa rreġistrat fl-Afrika (10 %) huwa rreġistrat permezz taʼ sistemi żbaljati u antikwati; jenfasizza l-fatt li, skont l-istimi tal-Bank Dinji[5], is-27 ekonomija li mmodernizzaw ir-reġistri tagħhom fl-aħħar seba' snin qatgħu l-ħin medju għat-trasferiment tad-drittijiet għall-proprjetà bin-nofs, u b'hekk żiedu t-trasparenza, naqqsu l-korruzzjoni u ssemplifikaw il-ġbir tad-dħul; jenfasizza li politika taʼ żvilupp taʼ prijorità għolja għandha tkun waħda li tistabbilixxi u ttejjeb ir-reġistri tal-fondi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
26. Ifakkar li s-sigurtà tal-pussess tal-art tistaʼ tiġi salvagwardata fʼdiversi forom, sakemm id-drittijiet tal-utenti tal-artijiet u s-sidien ikunu ċari: ifakkar li minbarra t-titoli formali, is-sigurtà tistaʼ tinkiseb permezz taʼ kuntratti ċari taʼ kiri fit-tul, jew rikonoxximent formali taʼ drittijiet konswetudinarji u insedjamenti informali, bʼmekkaniżmi aċċessibbli u effikaċi għas-soluzzjoni tat-tilwim; jistieden lill-UE sabiex tagħti l-appoġġ tagħha lil programmi taʼ żvilupp taʼ kapaċità u taħriġ fil-ġestjoni tal-fondi, bl-għan li jiġu żgurati d-drittijiet tal-fond għall-gruppi fqar u vulnerabbli, inkluż permezz taʼ stħarriġ katastali, reġistrazzjoni, u sforzi sabiex jiġu mgħammra istituzzjonijiet edukattivi fʼpajjiżi li qed jiżviluppaw;
27. Jistieden lill-UE ssaħħaħ il-kapaċità tal-qrati fʼpajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex dawn jinfurzaw il-liġi tal-proprjetà bʼmod effikaċi, jirrisolvu tilwimiet dwar l-art u jimmaniġġjaw esproprji bħala parti minn approċċ olistiku mmirat biex jikkonsolida s-sistemi ġudizzjarji u l-Istat tad-dritt;
28. Jistieden lill-UE tappoġġja lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-implimentazzjoni tar-riformi tal-art tagħhom, partikolarment, sabiex jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha, u flimkien maʼ programmi ta' sensibilizzazzjoni, sabiex id-drittijiet tal-partijiet kollha involuti, bʼmod speċjali tal-fqar u l-vulnerabbli, jiġu rispettati bʼmod sħiħ; jikkwota l-eżempju tal-Madagaskar u tal-uffiċċji tal-artijiet lokali, fejn inizjattivi sempliċi u lokali ffaċilitaw bil-kbir ir-reġistrazzjoni taʼ titoli tal-fondi;
29. Jenfasizza l-fatt li l-ħolqien ta' politiki fiskali sodi f'pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz tat-tisħiħ tar-reġistrazzjoni tal-art u d-delineazzjoni ta' funzjonijiet ta' valutazzjoni, jżidu b'mod sinifikanti d-dħul annwali fuq tranżazzjonijiet tal-art, bħal fit-Tajlandja fejn żdied b'sitt darbiet fuq perjodu ta' 10 snin;
30. Jistieden lill-UE tagħti għajnuna b'saħħitha lil sidien li ngħatatilhom din is-setgħa ġdida sabiex jinvestu, permezz ta' mekkaniżmi ta' appoġġ awżiljarji, f'tagħmir ġdid, filwaqt li jiffaċilitaw it-trasferiment tat-teknoloġija u t-taħriġ ta' sidien tal-art ġodda fl-użu ta' tekniki innovattivi u tal-aħjar prattiki;
31. Jindika li r-rikonoxximent formali tad-drittijiet tal-art għan-nisa ma jinvolvix awtomatikament l-implimentazzjoni effikaċi taʼ dawk id-drittijiet; jitlob lill-UE tagħti attenzjoni partikolari fil-programmi tagħha taʼ riformi tal-artijet għall-vulnerabbiltà tan-nisa għall-bidliet fl-istruttura tal-familja, il-grad li għalih in-nisa jistgħu jinforzaw id-drittijiet tagħhom u biex tiżgura li fil-prattika, il-kuntratti tal-unitajiet domestiċi jkollhom l-ismijiet taż-żewġ konjuġi fuq it-titolu tal-fond;
32. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw, fil-politiki tagħhom ta' żvilupp u dawk umanitarji, li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jintroduċu miżuri leġiżlattivi maħsuba għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tad-drittijiet għall-proprjetà bbażata fuq l-etnija, ir-razza u l-istat ċivili u jindirizzaw kif ser ineħħu r-restrizzjonijiet soċjali, politiċi u kulturali sinifikanti fl-akkwist tad-drittijiet tal-fond;
33. Jitlob li d-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jissorveljaw id-drittijiet tal-proprjetà tan-nisa biex jiżguraw li mhux qed jinkisru, u b'hekk iħarsu lin-nisa mir-riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali;
34. Jistieden lill-UE tappoġġja l-isforzi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fir-riforma tas-swieq tal-kiri tal-art biex jipprovdu aċċess għall-art lill-fqar u jippromwovu t-tkabbir, filwaqt li jevitaw restrizzjonijiet eċċessivi fuq is-swieq tal-kiri;
Tqegħid tad-drittijiet tal-art, inklużi d-drittijiet għall-proprjetà, fil-qalba tal-politika tal-iżvilupp tal-UE
35. Jenfasizza l-fatt li akkwisti ta' art fuq skala kbira huma konsegwenza diretta, fost affarijiet oħra, ta' governanza ta' art batuta fʼpajjiżi li qed jiżviluppaw; jenfasizza li l-għoti tas-setgħa lil individwi u komunitajiet permezz taʼ drittijiet taʼ proprjetà ċari u siguri jiftaħ arranġamenti kuntrattwali għall-iskrutinju u jevita l-akkapparar tal-art; jenfasizza li l-għajnuna tal-UE għandha tikkontribwixxi biex tinbena l-kapaċità istituzzjonali meħtieġa għall-għoti taʼ drittijiet tal-fondi siguri, biex jiġu indirizzati t-tiftix taʼ renta, l-inerzja burokratika kif ukoll il-prattiki korrotti u mhux responsabbli;
36. Ifaħħar il-parteċipazzjoni tal-UE f'inizjattivi globali b'rabta mal-art; jenfasizza l-fatt li, bħala l-attur dinji ewlieni fl-iżvilupp, l-UE għandha l-kapaċità li ttejjeb l-approċċ tagħha li attwalment huwa limitat f'termini kemm ta' ambitu kif ukoll ta' viżibbiltà, bl-għan li jiġi indirizzat il-pussess tal-art;
37. Jinnota li flimkien mat-titjib tas-sistemi tad-drittijiet tal-proprjetà fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-UE għandha timmira li tiżgura li n-nies ikollhom aċċess għall-protezzjoni soċjali u għall-iskemi taʼ assigurazzjoni sabiex iħarsu l-għajxien tagħhom u jipproteġu l-assi tagħhom f'każ taʼ diżastru jew xokk;
38. Jirrakkomanda li jsir aġġornament għal-Linji Gwida tal-UE dwar il-Politika dwar l-Art tal-2004 bʼkoordinament mal-Istati Membri sabiex jiġu vvalutati l-isfidi attwali għall-pussess u tingħata assistenza fl-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda bi spejjeż baxxi fl-immappjar u l-amministrazzjoni tal-art;
39. Jitlob l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida Volontarji għall-Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art, is-Sajd u l-Foresti;
40. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi intestatura baġitarja definita b'mod ċar għad-drittijiet tal-proprjetà, li taqleb minn perspettiva ta' skala żgħira għal riforma ta' governanza tal-art fuq żmien twil, bl-għan li jiġi standardizzat il-pussess tal-art;
41. Jenfasizza li l-isfida biex jiġu pprovduti drittijiet tal-fond siguri għal persuni spustati u rifuġjati xʼaktarx tiżdied minħabba l-pressjonijiet tat-tibdil fil-klima; jenfasizza bʼmod ugwali li l-istabbiliment taʼ istituzzjonijiet leġittimi li jirregolaw l-aċċess għal art għar-rilokazzjoni tal-migranti u r-rifuġjati huwa essenzjali, bħalma huwa l-każ tar-restituzzjoni lis-sidien oriġinali; iħeġġeġ lill-UE, f'dan ir-rigward, biex iżżid l-assistenza tagħha għall-inklużjoni tad-drittijiet tal-fondi fir-reazzjonijiet umanitarji u ta' żvilupp għad-diżastri jew għal kunflitti ċivili, fejn il-politiki dwar l-art għandhom jiggarantixxu drittijiet tal-art siguri għal gruppi etniċi, soċjali jew ġenerazzjonali differenti bʼmod ekwu;
42. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu s-setgħa lin-nisa fid-drittijiet u fl-aċċess tagħhom għall-art u l-wirt, fl-aċċess għall-kreditu u t-tfaddil f'sitwazzjonijiet ta' wara kunflitt, speċjalment f'pajjiżi fejn id-drittijiet għall-proprjetà tan-nisa mhumiex inforzabbli legalment u mhumiex rikonoxxuti soċjalment, u fejn il-liġijiet ippreġudikati fuq bażi ta' sessi, l-attitudnijiet tradizzjonali lejn in-nisa, u l-ġerarkiji soċjali ddominati mill-irġiel joħolqu ostakli biex in-nisa jiksbu drittijiet indaqs u ġusti; jistieden lill-UE biex f'din il-kwistjoni tippromwovi l-involviment tal-Organizzazzjoni ġdida tan-NU għan-Nisa li għadha kif ġiet stabbilita;
43. Jilqaʼ l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Art, imnedija mill-G8 fʼĠunju 2013 abbażi tal-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi u r-rikonoxximent tal-fatt li t-trasparenza fir-rigward tal-pussess taʼ kumpaniji u art, flimkien mad-drittijiet għall-proprjetà siguri u istituzzjonijiet bʼsaħħithom, huma kruċjali għat-tnaqqis tal-faqar; jenfasizza, madankollu, li jeħtieġ li jiżdiedu l-isforzi biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni effiċjenti tar-riforma tal-art;
44. Jirrakkomanda li d-drittijiet tal-proprjetà u s-sigurtà tal-pussess tal-art għal kulħadd għandhom ikunu inklużi bħala objettiv fl-aġenda taʼ żvilupp taʼ wara l-2015, bil-ħsieb ta' ġestjoni tajba tal-art bħala ċ-ċavetta għall-miri tal-MDGs u l-qerda tal-faqar;
45. Jafferma mill-ġdid l-impenji tal-UE biex tnaqqas il-faqar fid-dinja kollha fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli, u jtenni li l-UE għandha tinkludi kunsiderazzjoni qawwija tal-ġeneri fil-politiki u l-prattiki kollha tagħha fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw[6];
46. Jenfasizza l-fatt li huwa neċessarju li jissaħħu l-politiki biex l-aċċess tan-nisa għall-proprjetà fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jitqiegħed fuq l-istess livell bħal dak tal-irġiel; huwa tal-fehma li dan għandu jitqies fil-programmi tal-pajjiżi u jeħtieġ li jkun akkumpanjat mill-mekkaniżmi meħtieġa ta' appoġġ finanzjarju (bħat-tfaddil, il-kreditu, l-għotjiet, il-mikrokreditu u l-assigurazzjoni); jemmen li dawn il-politiki msaħħa se jirriżultaw fl-għoti ta' setgħa lin-nisa u l-NGOs u se jippromwovu l-intraprenditorija tan-nisa; iqis li se jtejbu l-litteriżmu ġuridiku u finanzjarju tan-nisa, se jappoġġjaw l-edukazzjoni tal-bniet, se jżidu t-tixrid tal-informazzjoni u l-aċċess għaliha, u se jistabbilixxu servizzi ta' għajnuna legali u taħriġ dwar is-sensittività fir-rigward tas-sessi għall-fornituri tas-servizzi finanzjarji;
47. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, fil-ħidma tagħhom ta' żvilupp, jippromwovu b'mod attiv l-imprenditorija u d-drittijiet għall-proprjetà tan-nisa, bħala parti mill-proċess ta' titjib tal-indipendenza tan-nisa minn żewġhom u t-tisħiħ tal-ekonomiji ta' pajjiżhom;
48. Ifakkar li l-15 ta' Ottubru hu l-Jum Internazzjonali tan-Nisa Rurali u jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jippromwovu kampanji ta' sensibilizzazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
*
* *
49. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-President tal-Bank Dinji, l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana u lill-Assemblea Parlamentari Konġunt bejn l-Afrika Karibew Paċifiku u l-Unjoni Ewropea.
- [1] ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 75.
- [2] Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), Policy Brief No 5, Economic and Social Perspectives, Awwissu 2009.
- [3] USAID Etjopja, http://ethiopia.usaid.gov/programs/feed-future-initiative/projects/land-administration-nurture-development-land
- [4] http://www.landmatrix.org/get-the-idea/global-map-investments/
- [5] 2012b. Negozju 2012: Doing Business in a More Transparent World (Negozju 2012: Negozju f'dinja aktar trasparenti), Washington, DC: Bank Dinji.
- [6] ĠU C 46, 24.2.2006.
NOTA SPJEGATTIVA
L-istatus quo fid-drittijiet għall-proprjetà u s-sigurtà tal-pussess tal-art fid-dinja li qed tiżviluppa
L-Artikolu 17 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem jgħid li "Kulħadd għandu d-dritt li jkollu proprjetà waħdu jew ma' ħaddieħor" u li "Ħadd ma jista' jiġi mċaħħad arbitrarjament mill-proprjetà tiegħu".
Madankollu,1.2 biljun persuna madwar id-dinja jgħixu fi proprjetà li għaliha m'għandhomx drittijiet formali u jgħixu mingħajr djar permanenti jew aċċess għall-art. [1]
Barra minn hekk, għalkemm l-għanijiet ta' żvilupp għall-millenju (MDGs) rrikonoxxew il-ħtieġa li tiġi indirizzata s-sigurtà tal-abitanti fi kwartieri fqar u nies li jokkupaw art urbana f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u huma impenjati li jipprovdu għal mill-inqas 100 miljun abitant fi kwartieri fqar sal-2020, il-mira jidher li għadha lura ħafna; 90 % tal-kwartieri urbani ġodda fl-Afrika Sub-Saħarjana qed jieħdu l-forma ta' kwartieri fqar u 3 biljun persuna huma stmati li se jkunu qed jgħixu fi kwartieri fqar sal-2050.
Madankollu, dawn l-assi ma jistgħux jiġu protetti u lanqas mobilizzati. Jirrappreżentaw kapital rieqed, extralegali. Ħadd ma jista' jidentifika min huwa s-sid ta' xiex, ir-riżorsi ma jistgħux jiġu konvertiti fil-valur kapitali sħiħ tagħhom, u l-ġid ma jistax jiġi negozjat barra minn ċirku dejjaq ta' nies lokali li jafu u jafdaw lil xulxin u ma jistax jintuża bħala kollateral jew garanzija kontra investimenti futuri.
Fl-istess ħin, f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-proċess biex tiġi evitata l-informalità u biex issir entità legali reġistrata hija mimlija bi spejjeż kbar u ħafna proċeduri, biex bʼhekk tieħu s-snin biex titlesta. It-timijiet ta' stħarriġ ta' Hernando de Soto identifikaw li, fil-Peru, biex iġġib awtorizzazzjoni legali għall-bini ta' dar fuq art li hi proprjetà tal-istat u biex iġġib titolu legali għal dik l-art partikolari wieħed jieħu 6 snin u 11-il xahar, u l-proċess jinvolvi 728 pass.
Dan il-ġid totali extralegali u mhux reġistrat huwa stmat li huwa iżjed minn USD 9.3 triljun, li huwa 93 darba iżjed mill-ammont totali ta' għajnuna barranija mogħtija lil pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-aħħar 30 sena[2]. Għaldaqstant, biex jiġu stabbiliti sistemi ta' liġi dwar il-proprjetà legali u biex in-nies jingħataw is-setgħa li jirregolaw ir-riżorsi proprji tagħhom, jistaʼ jirriżulta li jkun l-ikbar żvilupp tas-seklu 21, iżda wkoll l-ikbar sfida minnhom kollha.
L-impatt potenzjali tad-drittijiet għall-proprjetà u s-sigurtà tal-pussess tal-art fʼpajjiżi li qed jiżviluppaw
L-għarfien li d-drittijiet għall-proprjetà radikalment jolqtu l-iżvilupp ekonomiku u jnaqqsu l-faqar mhuwiex ibbażat fuq mudell ipotetiku. Irridu nħarsu biss lura lejn is-Seklu 19 biex nindunaw li s-sistema ta' proprjetà legali saret it-taraġ li ħa lill-Istati Uniti u l-Istati tal-Punent minn kunċett taʼ assi fl-istat naturali tagħhom għall-kunċett taʼ formazzjoni tal-kapital fejn l-assi jistgħu jintużaw fil-potenzjal produttiv sħiħ tagħhom.
Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw illum, bħall-Amerika 200 sena ilu, għandhom tliet għażliet: li jinjoraw l-arranġamenti extralegali magħmula mill-"fqar mingħajr art" u dawk li jokkupaw l-art urbana, li jagħmlu konċessjonijiet superfiċjali jew li jippromwovu l-entitajiet extralegali.
L-isfidi ewlenin tas-seklu 21 – is-sigurtà tal-ikel, l-iskarsità tal-enerġija, in-nuqqas ta' ilma, it-tkabbir urban u fil-popolazzjoni, id-degradazzjoni ambjentali, it-tibdil fil-klima, id-diżastri naturali u l-fraġilità tal-istat – jistgħu kollha jiġu korrelatati ma' kwistjonijiet ta' governanza tal-art, li jirrinfurzaw il-ħtieġa li tingħata prijorità lil riforma tal-art komprensiva;
Tkabbir Ekonomiku u Tnaqqis tal-Faqar
Drittijiet ta' proprjetà rikonoxxuta u rreġistrata huma katalist għal tkabbir ekonomiku, itejbu l-produttività u l-investiment permezz ta' aċċess għal kapital u kreditu bi prezz baxx, bl-użu ta' l-art bħala kollateral. Pussess sigur jiġġenera iżjed produttività u jistimula l-intraprenditorija permezz ta' aċċess għal swieq funzjonali ta' kiri u bejgħ, li jtejjeb il-valuri kummerċjali permezz ta' reġistrazzjoni xierqa ta' impriżi tal-art u SMEs;
Filwaqt li sistemi ta' amministrazzjoni tal-art mhux trasparenti, korrotti u ineffiċjenti jikkostitwixxu ostaklu għall-intraprenditorija u l-SMEs, titoli tal-art faċilment trasferibbli jnaqqsu l-ispiża ta' aċċess għall-kreditu u jżidu l-opportunitajiet għal impjieg bi qligħ, jikkontribwixxu għall-innovazzjoni u l-avvanz teknoloġiku.
Fiċ-Ċina, pereżempju, ir-riforma agrikola u d-drittijiet tal-art imtejba naqqsu n-numru ta' nies malnutriti minn 387 miljun fl-1969 għal 150 miljun fʼnofs l-2000.
Il-Produttività Agrikola u s-sigurtà tal-ikel
Id-detenturi żgħar jikkostitwixxu 95 % tas-sidien tal-art potenzjali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u huma l-iżjed vulnerabbli. Li jkollhom dispożizzjonijiet siguri għall-art li jikkultivaw, drittijiet għall-proprjetà irreġistrati u setgħat legali għat-teħid tad-deċiżjonijiet jipprovdu inċentivi b'saħħithom għas-sidien tal-art li jinvestu f'teknoloġiji innovattivi li jżidu l-produttività agrikola u l-fertilità tal-art, jiggarantixxu l-aċċess tagħhom għall-kapital u s-swieq, jistimulaw l-ekonomiji lokali, iżidu s-sigurtà tal-ikel, inaqqsu l-migrazzjoni u jżommu lura l-urbanizzazzjoni.
Fl-Etjopja, l-USAID ħadmet mal-gvern favur l-implimentazzjoni ta' drittijiet ċari għas-sidien tal-art. Fit-32 distrett pilota li implimentaw il-programm, fl-aħħar 3 snin, il-produttività żdiedet sa massimu ta' 40 % għal kull tomna, mingħajr l-ebda kontribuzzjoni oħra[3]; It-tħassib li kellu l-gvern fil-bidu tal-proġett għaldaqstant ittaffa, u ppermetta l-iżvilupp ta' riforma fil-pajjiż.
Tkabbir Urban u fil-Popolazzjoni
B'popolazzjoni urbana ta' 70 % globalment sal-2050, is-sistema tal-proprjetà legali waħedha bir-reġistrazzjoni għandha l-kapaċità li ddaħħal l-abitanti tal-kwartieri fqar u dawk li jokkupaw art urbana fl-ekonomija formali, biex b'hekk l-assi tagħhom jiġu konvertiti f'ġid reali li jista' jitkejjel u li hu trasferibbli biex bʼhekk jinħolqu opportunitajiet ekonomiċi fil-futur.
Protezzjoni Ambjentali u tnaqqis fit-Tibdil tal-Klima
Li n-nies jingħataw is-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet fuq ir-riżorsi proprji tagħhom, minbarra dispożizzjonijiet ta' wirt formali u protezzjoni kontra interessi vestiti li jistgħu jissekwestrawlhom il-proprjetà tagħhom, iħeġġeġ lis-sidien tal-art biex jinvestu b'mod sostenibbli fl-art tagħhom għall-prevenzjoni ta' degradazzjoni ambjentali u erożjoni tal-ħamrija bil-prattika ta' art imtarrġa u l-irrigazzjoni. Studju mwettaq minn LANDESA sab li "dar b'art kompletament sigura u trasferibbli hija stmata li hija 59.8 % iżjed probabbli li tinvesti fit-titriġ tal-art minn waħda li mistennija għar-ridistribuzzjoni fil-5 snin li ġejjin."
Drittijiet tal-art għan-nisa
In-nisa, li jirrapreżentaw 70 % tal-bdiewa Afrikani, huma regolarment preklużi milli jkollhom legalità. Formalment għandhom biss 2 % tal-art. Madankollu, anke meta d-drittijiet tagħhom jiġu rikonoxxuti u sseħħ ir-riforma tal-politika mhux diskriminatorja, il-perċezzjonijiet tradizzjonali jfixklu l-implimentazzjoni xierqa. Spiss, in-nisa jiġu mċaħħda mill-għarfien dwar id-drittijiet li huma intitolati għalihom u għaldaqstant programmi taʼ taħriġ dwar l-għarfien isiru kruċjali għall-iżvilupp tagħhom bħala dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-aġenti ekonomiċi.
Wara l-kunflitt u l-fraġilità tal-istat
L-attenzjoni fuq sistemi b'saħħithom ta' governanza ta' art u r-riżoluzzjoni ta' tilwimiet dwar l-art sabiex jiġu indirizzati tensjonijiet sottostanti f'pajjiżi wara l-kunflitt u stati fraġli hija waħda mill-pilastri tal-istabilità u l-iżvilupp sostenibbli.
Akkwisti taʼ art fuq skala kbira (ħtif ta' art)
Fl-Afrika, hija biss madwar 10 % tal-art li hija formalment irreġistrata, filwaqt li 90 % tibqa' informalment amministrata. Il-kbarat tal-pajjiż u l-mexxejja lokali storikament ikkontrollaw il-porzjonijiet ta' art individwali mhux reġistrati. Fl-Etjopja, fejn l-USAID mexxiet ir-reġistrazzjoni tal-art u żgurat atti ta' titoli, il-bdiewa kienu jiġu soġġetti għal ħtif ta' art rikorrenti u mhux antiċipat, ridistribuzzjonijiet u nazzjonalizzazzjoni arbitrarji.
B'konsegwenza, l-akkwisti ta' art fuq skala kbira huma konsegwenza diretta ta' governanza ta' art dgħajfa jew assenti f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, li jseħħu indipendentament b'ħafna opportunitajiet għal korruzzjoni, esproprjazzjonijiet mingħajr kumpens xieraq u mingħajr ma jiġu rispettati d-drittijiet tal-partijiet kollha interessati . Huwa stmat li sa 203 miljun ettaru madwar id-dinja kienu parti minn trasferimenti ta' art fuq skala kbira bejn l-2000 u l-2010[4]; Meta ġie investigat l-impatt tar-rabaʼ fuq skala kbira ta' Swiss Addax Bioenergy fuq il-komunitajiet tal-madwar fis-Sjerra Leone, Action Aid irrapurtat li 99 % minn dawk intervistati qiesu li, b'konsegwenza, il-produzzjoni tal-ikel fir-reġjun naqset[5].
Passi lejn drittijiet formali għall-proprjetà u governanza tal-art sostenibbli fid-dinja li qed tiżviluppa
Ir-riforma istituzzjonali u l-iżvilupp tal-kapaċità huma l-bażi tas-sostenibilità ta' governanza soda tal-art u takkumpanja l-proċess taʼ reġistrazzjoni ta' holdings tal-art individwali u negozji żgħar.
L-istituzzjonijiet tal-gvern għandu jkollhom rwol importanti fid-definizzjoni u l-infurzar tad-drittijiet għall-proprjetà permezz ta' tribunali u pulizija tal-istat. Madankollu, b'differenza mill-interpretazzjoni żbaljata, l-istat mhuwiex is-sors jew id-distributur tal-proprjetà, iżda d-difensur tal-proprjetà. F'ħafna każijiet, is-sistemi nazzjonali ta' għoti ta' titoli tal-art ġew konvertiti minn organizzazzjonijiet li jħarsu l-pretensjonijiet leġittimi għall-art f'organizzazzjonijiet li jivvalidaw is-serq tal-art.
Ir-riforma tal-art u l-iżvilupp tas-sistemi tad-drittijiet għall-proprjetà għandhom jiġu indirizzati b'livell għoli ta' flessibilità, abbażi ta' kundizzjonijiet lokali, kulturali u soċjali, taħt il-qafas li ġej:
1. Il-ġbir ta' dejta preċiża dwar l-art u l-immappjar tal-art u tat-tipi differenti ta' art;
2. Ir-reġistrazzjoni tal-art u l-għoti sistematiku taʼ titolu permezz taʼ mapep katastali permezz taʼ teknoloġiji u infrastrutturi bi spejjeż baxxi;
3. Id-deċentralizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-art li tagħti s-setgħa lill-komunitajiet lokali u l-individwi u tħeġġeġ l-eliminazzjoni ta' prattiki korrotti imposti minn mexxejja lokali permezz ta' ftehimiet milħuqa ma' investituri barranin, li jagħmlu talbiet għal artijiet individwali mhux reġistrati;
4. Il-modernizzazzjoni u l-kompjuterizzazzjoni tal-ġestjoni tal-art iżidu l-effiċjenza, it-trasparenza u jiffaċilitaw il-ġbir tad-dħul. Fl-Indja, Karnataka waħedha kkwadruplikat id-dħul tagħha ġenerat mill-art minn USD 120 miljun fl-2000 għal USD 480 miljun fl-2008. Barra minn hekk, il-kompjuterizzazzjoni ffrankat USD 16–il miljun lill-utenti f'tixħim.[6]
5. Il-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni tal-partijiet interessati kollha huma ta' importanza kbira sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet u t-tħassib tal-partijiet kollha, b'mod speċjali tal-fqar u dawk vulnerabbli, jiġu rispettati bʼmod sħiħ.
6. It-tisħiħ tal-kapaċità tal-qrati li jsolvu tilwimiet dwar l-art u jimmaniġġjaw l-esproprjazzjonijiet għandhom ikunu parti minn approċċ olistiku għall-konsolidazzjoni tas-sistemi ġudizzjarji u l-istat tad-dritt. Fl-istess ħin, l-organizzazzjonijiet politiċi lokali li tfaċċaw biex jiddefendu d-drittijiet tal-art ma jistgħux jiġu injorati, spiss huma demokratiċi u leġittimi, iżda mhux trasparenti għal min jinsab barra u m'għandhomx l-abbilità li jiddokumentaw id-drittijiet tal-art b'mod preċiż.
7. Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jirrikjedu politiki fiskali sodi mibnija fuq politika ta' taxxa ġusta u valutazzjoni tat-taxxa dokumentata, li min-naħa tagħha tirrikjedi t-tisħiħ tar-reġistrazzjoni tal-art u d-delineazzjoni ta' funzjonijiet ta' evalwazzjoni, għar-reġistrazzjoni ta' dħul annwali minn tranżazzjonijiet tal-art; fit-Tajlandja, b'konsegwenza tar-riforma, id-dħul annwali mit-tranżazzjonijiet fuq l-art żdied b'sitt darbiet fuq perjodu ta' 10 snin.
8. Il-mekkaniżmi ta' appoġġ għal sidien tal-art li riċentament ngħataw is-setgħa joħolqu inċentivi għal detenturi żgħar biex jinvestu f'tagħmir ġdid u jtejbu l-produzzjoni agrikola. L-iffaċilitar tat-trasferiment tat-teknoloġija u t-taħriġ ta' sidien tal-art ġodda fl-użu ta' tekniki innovattivi u l-aħjar prattiki huma fundamentali fl-ewwel snin wara r-reġistrazzjoni tal-art.
It-tqegħid tad-drittijiet għall-proprjetà fil-qalba tal-politika ta' żvilupp tal-UE
L-Unjoni Ewropea għandha tkun minn ta' quddiem fil-ġlieda kontra l-ħtif tal-art. Li ma jibqax ikun hemm governanza tal-art batuta jew assenti f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u li n-nies jingħataw is-setgħa permezz ta' drittijiet għall-proprjetà ċari u siguri għandu jiftaħ l-arranġamenti kuntrattwali għal skrutinju, ifixkel it-teħid tal-pussess, ir-ridistribuzzjoni mingħajr kumpens ġust u n-negliġenza.
Sistemi siguri ta' pussess tal-art mhumiex kompitu għal żmien qasir, iżda jirrikjedu approċċ fuq tul ta' żmien u impenn konġunt minn numru kbir taʼ parteċipanti, mill-gvernijiet sas-soċjetà ċivili, mid-donaturi internazzjonali sal-aġenti pubbliċi u privati.
Sabiex l-Unjoni Ewropea ssir parteċipant ewlieni fl-avvanz tad-drittijiet għall-proprjetà u fil-ġlieda kontra l-ħtif tal-art, dan ir-rapport jirrakkomanda li:
· Il-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi linja baġitarja definita b'mod ċar għal drittijiet għall-proprjetà f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, imfassla biex jappoġġjaw ir-riforma ta' governanza tal-art fuq żmien twil u biex jiġi standardizzat il-pussess tal-art fl-abbozzar u l-implimentazzjoni tad-Dokumenti ta' Strateġija għall-Pajjiż.
· Il-formalizzazzjoni tad-drittijiet għall-proprjetà u r-reġistrazzjoni tal-art jinsabu fl-aġenda tal-iżvilupp għal wara l-2015.
· Għandu jiġi żviluppat mekkaniżmu ta' responsabbiltà legali predominanti taħt in-Nazzjonijiet Uniti, bl-għan speċifiku li tiġi appoġġjata r-riforma tal-art, sorveljata l-governanza tal-art b'mod trasparenti u responsabbli, filwaqt li l-istati jiġu mħeġġa biex jirrispettaw u jsegwu talbiet bʼrabta mal-art magħmula minn individwi u komunitajiet.
- [1] Tim Hansted, President u Uffiċjal Kap Eżekuttiv, Landesa (Istitut għall-Iżvilupp Rurali)
- [2] Idem.
- [3] USAID Etjopja, http://ethiopia.usaid.gov/programs/feed-future-initiative/projects/land-administration-nurture-development-land
- [4] http://www.landmatrix.org/get-the-idea/global-map-investments/
- [5] Action Aid, Broken promises: The impacts of Addax Bioenergy in Sierra Leone on hunger and livelihoods, Settembru 2013.
- [6] Deininger, K., H. Selod, and A. Burns. 2012. 'The Land Governance Assessment Framework: Identifying and Monitoring Good Practice in the Land Sector.” Bank Dinji.Washington, DC.
OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (15.7.2011)
għall-Kumitat għall-Iżvilupp
dwar ir-rwol tad-drittijiet tal-proprjetà, tal-pussess tal-proprjetà u tal-ħolqien tal-ġid fil-qerda tal-faqar u t-tħeġġiġ tal-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw
(2011/2009(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Silvia Costa
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
A. billi n-nisa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiffaċċaw diverġenza serja bejn is-sessi f'termini ta' drittijiet tal-proprjetà u sjieda, speċjalment ta' aċċess għar-riżorsi produttivi bħall-art u l-bhejjem; billi n-nisa jikkontrollaw inqas art mill-irġiel u l-art li jikkontrollaw spiss tkun ta' kwalità ifqar; billi t-tnaqqis tad-diverġenza bejn is-sessi rigward l-aċċess għar-riżorsi produttivi jista' jnaqqas l-għadd ta' nies bil-ġuħ fid-dinja bi 12 sa 17%[1],
B. billi aktar minn 60% tal-persuni li jsofru ġuħ perenni huma nisa u bniet u, fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, minn 60 sa 80% tal-ikel jipproduċuh in-nisa[2],
C. billi f'bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw, id-drittijiet tal-proprjetà tan-nisa, l-aċċess garantit għall-art u l-aċċess għat-tfaddil u l-kreditu mhumiex rikonoxxuti soċjalment, billi, peress li huma diġà jitilqu minn bażi diskriminatorja, huwa partikolarment diffiċli għan-nisa li jasserixxu d-drittijiet tagħhom tal-proprjetà, u speċjalment id-drittijiet tal-wirt, permezz tal-liġi,
D. billi skont l-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kulħadd għandu d-dritt li jieħu l-pussess tar-riżorsi jew il-mezzi meħtieġa biex jipproduċi jew jikseb biżżejjed ikel għall-eżistenza tiegħu,
E. billi d-drittijiet tan-nisa tal-proprjetà fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw qed jinkisru permezz ta' frekwenza dejjem akbar ta' akkwisti ta' artijiet fuq skala kbira minn pajjiżi żviluppati għal finijiet kummerċjali jew strateġiċi, bħall-produttività agrikola, is-sigurtà tal-ikel, u l-produzzjoni tal-enerġija u l-bijofjuwil, billi n-nisa spiss ma jkollhomx l-opportunità li jiksbu l-għajnuna u r-rappreżentanza legali biex jikkontestaw b'suċċess il-ksur tad-drittijiet tagħhom tal-proprjetà fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw,
1. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallokaw biżżejjed riżorsi finanzjarji u jużaw dawk li diġa' jeżistu b'mod kosteffettiv, xieraq u prattiku meta jipprovdu l-għajnuna għall-iżvilupp, kif ukoll jadottaw dispożizzjonijiet ta' politika speċjali biex titneħħa d-diverġenza bejn is-sessi rigward id-drittijiet tal-proprjetà u sjieda, inkluż permezz tal-eliminazzjoni ta' kull xorta ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa quddiem il-liġi skont il-prinċipji tad-Dikjarazzjoni ta' Beijing;
2. Jafferma mill-ġdid l-impenji tal-Unjoni Ewropea biex tnaqqas il-faqar fid-dinja kollha fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli u li l-UE għandha tinkludi kunsiderazzjoni qawwija tal-ġeneri fil-politiki u l-prattiki kollha tagħha fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw [3];
3. Jenfasizza li huwa neċessarju li t-tisħiħ tal-politiki biex l-aċċess tan-nisa għall-proprjetà fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jitqiegħed fuq l-istess livell bħal dak tal-irġiel; huwa tal-fehma li dan għandu jitqies fil-programmi tal-pajjiżi u jeħtieġ li jkun akkumpanjat mill-mekkaniżmi meħtieġa ta' appoġġ finanzjarju (bħat-tfaddil, il-kreditu, l-għotjiet, il-mikrokreditu u l-assigurazzjoni); jemmen li dawn il-politiki msaħħa se jirriżultaw fl-għoti ta' setgħa lin-nisa u l-NGOs u jippromwovu l-intraprenditorija tan-nisa; iqis li se jtejbu l-litteriżmu legali u finanzjarju tan-nisa, jappoġġaw l-edukazzjoni tal-bniet, iżidu t-tixrid ta' informazzjoni u l-aċċess għaliha u jistabbilixxu servizzi ta' għajnuna legali u taħriġ dwar is-sensittività fir-rigward tas-sessi għall-fornituri tas-servizzi finanzjarji;
4. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-ħidma tagħhom ta' żvilupp, jippromwovu b'mod attiv l-intraprenditorija u d-drittijiet tal-proprjetà tan-nisa, bħala parti mill-proċess ta' titjib tal-indipendenza tan-nisa minn żwieġhom u t-tisħiħ tal-ekonomiji ta' pajjiżhom;
5. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu, fil-politiki tagħhom ta' għajnuna għall-iżvilupp, il-proċessi tal-akkwist ta' artijiet fuq skala kbira mill-investituri tal-pajjiżi żviluppati fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fil-kontinent Afrikan, li qed jaffettwaw lill-bdiewa lokali u li għandhom impatt devastanti fuq in-nisa u t-tfal, bil-għan li jipproteġu n-nisa u t-tfal mit-tfaqqir u tkeċċija furzata mill-villaġġi u l-artijiet tagħhom;
6. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw, permezz tan-NU, l-impatt li tali akkwisti għandhom fuq id-deżertifikazzjoni tal-art agrikola, fuq it-telf tad-dritt tan-nisa għal residenza u għall-proprjetà, b'referenza partikolari għal nisa li huma single jew li huma l-kap tal-familja, is-sigurtà tal-ikel u l-mezzi ta' għajxien tagħhom u ta' wliedhom jew tal-persuni li jiddependu fuqhom;
7. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw, fil-politiki tagħhom ta' żvilupp u dawk umanitarji, li dawn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jintroduċu miżuri leġiżlattivi maħsuba għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tad-drittijiet ta' proprjetà bbażata fuq l-etniċità, ir-razza u l-istat ċivili u jindirizzaw il-mod kif ineħħu r-restrizzjonijiet soċjali, politiċi u kulturali sinifikanti fl-akkwist tad-drittijiet tal-art;
8. Jitlob li d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jissorveljaw id-drittijiet tal-proprjetà tan-nisa biex jiżguraw li ma jkunx hemm ksur, u b'hekk jipproteġu lin-nisa mir-riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali;
9. Ifakkar li l-15 ta' Ottubru hu l-Jum Internazzjonali tan-Nisa Rurali u jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jippromwovu kampanji ta' sensibilizzazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
10. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu s-setgħa lin-nisa fid-drittijiet u aċċess tagħhom għall-art u l-wirt, fl-aċċess għall-kreditu u t-tfaddil f'sitwazzjonijiet ta' wara kunflitt, speċjalment f'pajjiżi fejn id-drittijiet tal-proprjetà tan-nisa mhumiex inforzabbli legalment u rikonoxxuti soċjalment u fejn il-liġijiet ppreġudikati fuq bażi ta' sessi, l-attitudni tradizzjonali lejn in-nisa, u l-ġerarkiji soċjali ddominati mill-irġiel joħolqu ostakli biex in-nisa jiksbu drittijiet indaqs u ġusti. jistieden lill-UE tippromwovi l-involviment tal-Organizzazzjoni tan-NU għan-Nisa li għadha kif ġiet stabbilita f'din il-kwistjoni;
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
13.7.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
29 0 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Regina Bastos, Edit Bauer, Marije Cornelissen, Silvia Costa, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Zita Gurmai, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Nicole Kiil-Nielsen, Astrid Lulling, Barbara Matera, Angelika Niebler, Siiri Oviir, Antonyia Parvanova, Nicole Sinclaire, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Eva-Britt Svensson, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Izaskun Bilbao Barandica, Vilija Blinkevičiūtė, Christa Klaß, Mojca Kleva, Mariya Nedelcheva, Norica Nicolai, Chrysoula Paliadeli, Antigoni Papadopoulou, Sirpa Pietikäinen |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jacek Włosowicz |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (15.7.2011)
għall-Kumitat għall-Iżvilupp
dwar ir-rwol tad-drittijiet tal-proprjetà, tal-pussess tal-proprjetà u tal-ħolqien tal-ġid fil-qerda tal-faqar u t-tħeġġiġ tal-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw
(2013/2026(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Silvia Costa
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
A. billi n-nisa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiffaċċaw diverġenza serja bejn is-sessi f'termini ta' drittijiet tal-proprjetà u sjieda, speċjalment ta' aċċess għar-riżorsi produttivi bħall-art u l-bhejjem; billi n-nisa jikkontrollaw inqas art mill-irġiel u l-art li jikkontrollaw spiss tkun ta' kwalità ifqar; billi t-tnaqqis tad-diverġenza bejn is-sessi rigward l-aċċess għar-riżorsi produttivi jista' jnaqqas l-għadd ta' nies bil-ġuħ fid-dinja bi 12 sa 17%[1],
B. billi aktar minn 60% tal-persuni li jsofru ġuħ perenni huma nisa u bniet u, fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, minn 60 sa 80% tal-ikel jipproduċuh in-nisa[2],
C. billi f'bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw, id-drittijiet tal-proprjetà tan-nisa, l-aċċess garantit għall-art u l-aċċess għat-tfaddil u l-kreditu mhumiex rikonoxxuti soċjalment, billi, peress li huma diġà jitilqu minn bażi diskriminatorja, huwa partikolarment diffiċli għan-nisa li jasserixxu d-drittijiet tagħhom tal-proprjetà, u speċjalment id-drittijiet tal-wirt, permezz tal-liġi,
D. billi skont l-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kulħadd għandu d-dritt li jieħu l-pussess tar-riżorsi jew il-mezzi meħtieġa biex jipproduċi jew jikseb biżżejjed ikel għall-eżistenza tiegħu,
E. billi d-drittijiet tan-nisa tal-proprjetà fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw qed jinkisru permezz ta' frekwenza dejjem akbar ta' akkwisti ta' artijiet fuq skala kbira minn pajjiżi żviluppati għal finijiet kummerċjali jew strateġiċi, bħall-produttività agrikola, is-sigurtà tal-ikel, u l-produzzjoni tal-enerġija u l-bijofjuwil, billi n-nisa spiss ma jkollhomx l-opportunità li jiksbu l-għajnuna u r-rappreżentanza legali biex jikkontestaw b'suċċess il-ksur tad-drittijiet tagħhom tal-proprjetà fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw,
1. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallokaw biżżejjed riżorsi finanzjarji u jużaw dawk li diġa' jeżistu b'mod kosteffettiv, xieraq u prattiku meta jipprovdu l-għajnuna għall-iżvilupp, kif ukoll jadottaw dispożizzjonijiet ta' politika speċjali biex titneħħa d-diverġenza bejn is-sessi rigward id-drittijiet tal-proprjetà u sjieda, inkluż permezz tal-eliminazzjoni ta' kull xorta ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa quddiem il-liġi skont il-prinċipji tad-Dikjarazzjoni ta' Beijing;
2. Jafferma mill-ġdid l-impenji tal-Unjoni Ewropea biex tnaqqas il-faqar fid-dinja kollha fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli u li l-UE għandha tinkludi kunsiderazzjoni qawwija tal-ġeneri fil-politiki u l-prattiki kollha tagħha fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw [3];
3. Jenfasizza li huwa neċessarju li t-tisħiħ tal-politiki biex l-aċċess tan-nisa għall-proprjetà fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jitqiegħed fuq l-istess livell bħal dak tal-irġiel; huwa tal-fehma li dan għandu jitqies fil-programmi tal-pajjiżi u jeħtieġ li jkun akkumpanjat mill-mekkaniżmi meħtieġa ta' appoġġ finanzjarju (bħat-tfaddil, il-kreditu, l-għotjiet, il-mikrokreditu u l-assigurazzjoni); jemmen li dawn il-politiki msaħħa se jirriżultaw fl-għoti ta' setgħa lin-nisa u l-NGOs u jippromwovu l-intraprenditorija tan-nisa; iqis li se jtejbu l-litteriżmu legali u finanzjarju tan-nisa, jappoġġaw l-edukazzjoni tal-bniet, iżidu t-tixrid ta' informazzjoni u l-aċċess għaliha u jistabbilixxu servizzi ta' għajnuna legali u taħriġ dwar is-sensittività fir-rigward tas-sessi għall-fornituri tas-servizzi finanzjarji;
4. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-ħidma tagħhom ta' żvilupp, jippromwovu b'mod attiv l-intraprenditorija u d-drittijiet tal-proprjetà tan-nisa, bħala parti mill-proċess ta' titjib tal-indipendenza tan-nisa minn żwieġhom u t-tisħiħ tal-ekonomiji ta' pajjiżhom;
5. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu, fil-politiki tagħhom ta' għajnuna għall-iżvilupp, il-proċessi tal-akkwist ta' artijiet fuq skala kbira mill-investituri tal-pajjiżi żviluppati fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fil-kontinent Afrikan, li qed jaffettwaw lill-bdiewa lokali u li għandhom impatt devastanti fuq in-nisa u t-tfal, bil-għan li jipproteġu n-nisa u t-tfal mit-tfaqqir u tkeċċija furzata mill-villaġġi u l-artijiet tagħhom;
6. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw, permezz tan-NU, l-impatt li tali akkwisti għandhom fuq id-deżertifikazzjoni tal-art agrikola, fuq it-telf tad-dritt tan-nisa għal residenza u għall-proprjetà, b'referenza partikolari għal nisa li huma single jew li huma l-kap tal-familja, is-sigurtà tal-ikel u l-mezzi ta' għajxien tagħhom u ta' wliedhom jew tal-persuni li jiddependu fuqhom;
7. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw, fil-politiki tagħhom ta' żvilupp u dawk umanitarji, li dawn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jintroduċu miżuri leġiżlattivi maħsuba għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tad-drittijiet ta' proprjetà bbażata fuq l-etniċità, ir-razza u l-istat ċivili u jindirizzaw il-mod kif ineħħu r-restrizzjonijiet soċjali, politiċi u kulturali sinifikanti fl-akkwist tad-drittijiet tal-art;
8. Jitlob li d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jissorveljaw id-drittijiet tal-proprjetà tan-nisa biex jiżguraw li ma jkunx hemm ksur, u b'hekk jipproteġu lin-nisa mir-riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali;
9. Ifakkar li l-15 ta' Ottubru hu l-Jum Internazzjonali tan-Nisa Rurali u jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jippromwovu kampanji ta' sensibilizzazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
10. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu s-setgħa lin-nisa fid-drittijiet u aċċess tagħhom għall-art u l-wirt, fl-aċċess għall-kreditu u t-tfaddil f'sitwazzjonijiet ta' wara kunflitt, speċjalment f'pajjiżi fejn id-drittijiet tal-proprjetà tan-nisa mhumiex inforzabbli legalment u rikonoxxuti soċjalment u fejn il-liġijiet ppreġudikati fuq bażi ta' sessi, l-attitudni tradizzjonali lejn in-nisa, u l-ġerarkiji soċjali ddominati mill-irġiel joħolqu ostakli biex in-nisa jiksbu drittijiet indaqs u ġusti. jistieden lill-UE tippromwovi l-involviment tal-Organizzazzjoni tan-NU għan-Nisa li għadha kif ġiet stabbilita f'din il-kwistjoni;
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
13.7.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
29 0 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Regina Bastos, Edit Bauer, Marije Cornelissen, Silvia Costa, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Zita Gurmai, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Nicole Kiil-Nielsen, Astrid Lulling, Barbara Matera, Angelika Niebler, Siiri Oviir, Antonyia Parvanova, Nicole Sinclaire, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Eva-Britt Svensson, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Izaskun Bilbao Barandica, Vilija Blinkevičiūtė, Christa Klaß, Mojca Kleva, Mariya Nedelcheva, Norica Nicolai, Chrysoula Paliadeli, Antigoni Papadopoulou, Sirpa Pietikäinen |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jacek Włosowicz |
||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
11.2.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
15 4 5 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Thijs Berman, Ricardo Cortés Lastra, Véronique De Keyser, Nirj Deva, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Catherine Grèze, Mikael Gustafsson, Bill Newton Dunn, Jean Roatta, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Keith Taylor, Anna Záborská, Iva Zanicchi |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Philippe Boulland, Emer Costello, Edvard Kožušník, Csaba Őry, Cristian Dan Preda, Judith Sargentini |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Josefa Andrés Barea, Małgorzata Handzlik, Tadeusz Ross |
||||