RAPPORT dwar l-emenda tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament fir-rigward tal-mistoqsijiet parlamentari
17.2.2014 - (2013/2083(REG))
Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Zita Gurmai
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-emenda tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament fir-rigward tal-mistoqsijiet parlamentari
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu tat-13 ta' Frar 2013,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7‑0123/2014),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Jiddeċiedi li l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tal-ewwel sessjoni parzjali tat-tmien leġiżlatura parlamentari;
3. Jiddeċiedi li s-sistema ta' poloz stabbilita mill-emendi biex jiġu ddeterminati l-Membri li jkunu permessi jressqu mistoqsija għandha tiġi vvalutata wara perjodu ta' prova ta' sena mill-bidu tat-tmien leġiżlatura;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.
Emenda 1 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 116 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
1. Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni f'kull sessjoni parzjali fil-ħinijiet li jiġu deċiżi mill-Parlament fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti. |
1. Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni f’kull sessjoni parzjali għal tul ta' 90 minuta dwar tema orizzontali speċifika waħda jew iktar minn waħda deċiżi mill-Konferenza tal-Presidenti xahar qabel is-sessjoni parzjali. |
2. Ebda Membru ma jista' jagħmel aktar minn mistoqsija waħda lill-Kummissjoni f'sessjoni parzjali waħda. |
2. Il-Kummissarji mistiedna mill-Konferenza tal-Presidenti biex jipparteċipaw għandu jkollhom portafoll relatat mat-tema jew it-temi orizzontali speċifiċi li dwarhom ikunu se jsiru mistoqsijiet. In-numru ta’ Kummissarji għandu jkun limitat għal tnejn għal kull sessjoni parzjali, bil-possibilità li jiżdied it-tielet wieħed skont it-tema jew temi orizzontali speċifiċi magħżula għall-Ħin għall-Mistoqsijiet. |
3. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President, li jrid jieħu deċiżjoni dwar l-ammissibiltà tagħhom u dwar l-ordni li fih għandhom jitressqu. nterpellant għandu jiġi mgħarraf minnufih b'din id-deċiżjoni. |
|
4. Il-proċedura dettaljata għandha tkun irregolata minn linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura17. |
3. Il-ħin għall-mistoqsijiet għandu jsir b'konformita ma' sistema ta' poloz li d-dettalji tagħha huma stabbiliti f'anness ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura17. |
5. Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jistgħu jiġu organizzati ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-euro. |
4. Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jistgħu jiġu organizzati ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-euro. |
_______________ |
_______________ |
17Ara l-Anness II. |
17Ara Anness II. |
Emenda 2 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 117 – paragrafu 1 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
1. Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura18. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklussivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet. |
1. Kull Membru jista’ jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà skont kriterji stipulati f’anness ma' dawn ir-Regoli ta’ Proċedura18. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklużivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet. |
__________ |
_________ |
18Ara Anness III. |
18Ara Anness III. |
Emenda 3 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 117 – paragrafu 2 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
2. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President li għandu jgħaddihom lid-destinatarji. Dubji dwar l-ammissibilità ta' mistoqsija għandha tittieħed deċiżjoni dwarhom mill-President. Id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija. |
2. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President. Id-dubji dwar l-ammissibilità ta' mistoqsija għandhom jiġu trattati mill-President. Id-deċiżjoni tal-President ma għandhiex tkun bbażata biss fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija. |
Emenda 4 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 117 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
2a. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati f’format elettroniku. Kull Membru jista’ jippreżenta massimu ta’ ħames mistoqsijiet fix-xahar. |
|
Bħala eċċezzjoni, il-mistoqsijiet addizzjonali jistgħu jiġu ppreżentati fil-forma ta’ dokument stampat depożitat u ffirmat personalment mill-Membru kkonċernat fis-servizz rilevanti tas-Segretarjat. |
|
Wara perjodu li jiskadi sena wara l-bidu tat-tmien leġiżlatura, il-Konferenza tal-Presidenti għandha twettaq valutazzjoni tar-reġim dwar il-mistoqsijiet addizzjonali |
Emenda 5 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 117 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
Mistoqsijiet li jeħtieġu tweġiba minnufih iżda ma jeħtiġux riċerka dettaljata (mistoqsijiet ta' prijorità) għandhom jingħataw tweġiba fi żmien tliet ġimgħat minn meta jkunu mibgħuta lid-destinatarji. Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda mistoqsija prijoritarja waħda fix-xahar. |
imħassar |
Emenda 6 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 117 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
Mistoqsijiet oħra (mistoqsijiet mhux prijoritarji) għandhom jingħataw tweġiba fi żmien sitt ġimgħat minn meta jkunu mibgħuta lill-istituzzjoni konċernata. |
Il-mistoqsijiet għandhom jingħataw tweġiba fi żmien sitt ġimgħat minn meta jkunu nnotifikati lid-destinatarji. F’każijiet ta’ urġenza ġustifikati, il-President jista’ jitlob li mistoqsija tingħata tweġiba fi żmien tliet ġimgħat. |
Emenda 7 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 117 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
Il-Membri għandhom jindikaw x'tip ta' mistoqsija qed iressqu. Id-deċiżjoni aħħarija għandha tittieħed mill-President. |
imħassar |
Emenda 8 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 117 – paragrafu 5 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
5. Mistoqsijiet u tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
5. Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament. |
Emenda 9 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 118 – paragrafu 1 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
1. Kull Membru jista’ jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew skont linji gwida stipulati f’anness għal dawn ir-Regoli ta’ Proċedura19. |
1. Kwalunkwe Membru jista’ jagħmel sa mhux iktar minn sitt mistoqsijiet fix-xahar għal tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew b'konformità ma' kriterji stipulati f’anness ma' dawn ir-Regoli ta’ Proċedura19. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklużivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet. |
_________ |
_________ |
19 Ara Anness III. |
19 Ara Anness III. |
Emenda 10 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 118 – paragrafu 2 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
2. Dawn il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-president tal-kumitat responsabbli li għandu jgħaddihom lill-Bank Ċentrali Ewropew. |
2. Tali mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President tal-kumitat responsabbli li għandu jinnotifikahom lill-Bank Ċentrali Ewropew. Id-dubji dwar l-ammissibilità ta’ mistoqsija għandhom jiġu trattati mill-President. Id-deċiżjoni tal-President għandha tkun innotifikata lill-awtur tal-mistoqsija. |
Emenda 11 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 118 – paragrafu 3 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
3. Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
3. Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament. |
Emenda 12 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness II | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
Kif għandu jitmexxa l-Ħin għall-Mistoqsijiet skond l-Artikolu 116 |
Kif għandu jitmexxa l-Ħin għall-Mistoqsijiet mal-Kummissjoni |
A. Linji gwida |
1. Il-Membri li jagħmlu mistoqsija lil wieħed mill-Kummissarji għandhom jintgħażlu permezz ta’ sistema ta’ poloz bil-mod li ġej: |
1. Mistoqsijiet għandhom ikunu ammissibbli biss meta: |
– kaxxa tal-poloz titqiegħed fid-daħla tal-Kamra siegħa qabel il-bidu tal-Ħin għall-Mistoqsijiet; |
– jkunu konċiżi u jkunu fformulati b'mod tali li jippermettu li tweġiba fil-qosor; |
– il-Membri li jixtiequ jagħmlu mistoqsija jiktbu isimhom fuq formola u jpoġġuha fil-kaxxa tal-poloz; |
– ikunu jaqgħu fi ħdan il-kompetenza u l-isfera ta' responsabilità tad-destinatarju tagħhom u jkunu ta' interess ġenerali; |
– il-Membri li jixtiequ jagħmlu mistoqsija jistgħu jippreżentaw mhux aktar minn formola waħda; |
– ikunu jirrigwardaw, peress li jittrattaw kwestjonijiet speċifiċi għall-Kunsill, b'mod partikolari l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu ta' definizzjoni, ta’ koordinament jew ta’ eżekuzzjoni tal-linji politiċi tal-Unjoni, jew inkella il-prerogattivi tiegħu fil-qafas ta' proċeduri ta’ nomina jew dawk marbutin mal-funzjonament tal-istituzzjonijiet, korpi jew organizzazzjonijiet tal-Unjoni jew dawk marbutin ma' reviżjoni tat-trattati, |
– il-President jibda l-Ħin għall-Mistoqsijiet u jagħlaq il-kaxxa tal-poloz; |
–ma jkunux jeħtieġu studju jew riċerka estensiva preliminari mill-istituzzjoni kkonċernata; |
– il-President itella’ l-poloz waħda waħda u jistieden lill-Membru magħżul jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Kummissarju kompetenti. |
– ikunu fformulati b'mod ċar u jirreferu għal kwistjoni speċifika; |
2. Membru għandu jingħata minuta biex jifformula l-mistoqsija u l-Kummissarju jingħata żewġ minuti biex iwieġeb. Dak il-Membru jista' jagħmel mistoqsija supplimentari ta' 30 sekonda li jkollha relevanza diretta mal-mistoqsija prinċipali. Il-Kummissarju mbagħad għandu jingħata żewġ minuti biex jagħti tweġiba supplimentari. |
– ma jkunx fihom asserzjonijiet jew opinjonijiet; |
3. Il-mistoqsijiet u l-mistoqsijiet supplimentari għandhom ikunu direttament relatati mat-tema orizzonatali speċifika magħżula. Il-President jista' jiddeċiedi dwar l-ammissibilità. |
– ma jkunux jirrigwardaw kwistjonijiet strettament personali; |
|
– ma jkollhomx l-għan li jinkisbu dokumenti jew informazzjoni ta' statistika; |
|
– ikunu f'forma ta' mistoqsija. |
|
2. Mistoqsija għandha tkun inammissibbli jekk l-aġenda tkun diġà tipprovdi għal diskusssjoni dwar is-suġġett bil-parteċipazzjoni ta' l-istituzzjoni kkonċernata, jew jekk il-mistoqsija tkun tikkonċerna t-twettiq tal-funzjoni leġislattiva u dik baġitarja tal-Kunsill imsemmija fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 16, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
3. Mistoqsija għandha tkun inammissibbli jekk tkun diġà saret u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul it-tliet xhur ta' qabel, jew sa fejn din titlob biss tagħrif dwar is-segwitu għal riżoluzzjoni speċifika tal-Parlament ta' xorta li l-Kummissjoni tkun diġà tat f'komunikazzjoni ta' segwitu bil-miktub, ħlief fil-każ li jkun hemm żviluppi ġodda jew fil-każ li l-awtur ikun qiegħed ifittex iktar tagħrif. Fl-ewwel każ, kopja tal-mistoqsija u t-tweġiba għandha tingħata lill-awtur. |
|
Mistoqsijiet supplimentari |
|
4. Wara t-tweġiba, kull Membru jista' jagħmel mistoqsija supplimentari għal kull mistoqsija. B'kollox huwa jkun jista' jagħmel żewġ mistoqsijiet supplimentari. |
|
5. Mistoqsijiet supplimentari huma suġġetti għar-regoli ta' ammissibbilità stipulati f'dawn il-linji gwida. |
|
6. Il-President għandu jiddeċiedi dwar l-ammissibilità ta' mistoqsijiet supplimentari u għandu jillimita in-numru tagħhom sabiex kull Membru li jkun għamel mistoqsija ikun jista' jirċievi tweġiba għaliha. |
|
Il-President m'għandux ikun marbut li jiddikjara li mistoqsija supplimentari tkun ammissibbli, anke meta tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' l-ammissibilità, jekk: |
|
a) il-mistoqsija x’aktarx tkun ittellef it-tmexxija normali tal-Ħin għall-Mistoqsijiet, jew |
|
b) il-mistoqsija prinċipali li magħha jkollha x'taqsam tkun diġà ġiet iċċarata biżżejjed b'mistoqsijiet supplimentari oħrajn, jew |
|
c) ma jkollhiex konnessjoni diretta mal-mistoqsija prinċipali. |
|
Tweġibiet għal mistoqsijiet |
|
7. L-istituzzjoni kkonċernata għandha tiżgura li t-tweġibiet ikunu konċiżi u li jkunu rilevanti għas-suġġett tal-mistoqsija. |
|
8. Jekk il-kontenut tal-mistoqsijijiet ikkonċernati jippermetti hekk, il-President jista' jiddeċiedi, wara li jikkonsulta lil min ikun għamel il-mistoqsijiet, li l-istituzzjoni kkonċernata tweġibhom f'daqqa. |
|
9. Mistoqsija tista' titwieġeb biss jekk min ikun għamilha ikun preżenti jew jekk qabel ma jibda l-Ħin għall-Mistoqsijiet min għamilha jkun informa bil-miktub lill-President dwar l-isem tas-sostitut tiegħu. |
|
10. Jekk la min għamel il-mistoqsija u lanqas is-sostitut tiegħu ma jkunu preżenti, il-mistoqsija għandha taqa'. |
|
11. Jekk Membru iqiegħed fuq il-Mejda mistoqsija imma, la hu u lanqas is-sostitut tiegħu ma jkunu preżenti waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet, il-President għandu jikteb lill-Membru sabiex ifakkru fir-responsabbiltà tiegħu li jkun preżenti jew li jkollu sostitut. Jekk il-President ikollu jibgħat ittra ta' dan it-tip tliet darbiet fi spazju ta' tnax-il xahar, il-Membru kkonċernat jitlef id-dritt li jqiegħed fuq il-Mejda mistoqsijiet waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet għal perjodu ta' sitt xhur. |
|
12. Mistoqsijiet li jibqgħu mhux imwieġba minħabba nuqqas ta' ħin għandhom jitwieġbu skond l-Artikolu 117(4) tar-Regoli, l-ewwel subparagrafu, ħlief fil-każ li l-awturi tagħhom jitolbu l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 117(3) tar-Regoli ta' Proċedura. |
|
13. Il-proċedura għal tweġibiet bil-miktub għandha tkun irregolata mill-Artikolu 117(3) u (5) tar-Regoli ta' Proċedura. |
|
Limiti ta' żmien |
|
14. Mistoqsijiet għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda mhux inqas minn ġimgħa qabel ma jibda l-Ħin għall-Mistoqsijiet. Mistoqsijiet li ma jitqiegħdux fuq il-Mejda sa dan iż-żmien jistgħu jsiru waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet bil-kunsens ta' l-istituzzjoni kkonċernata. |
|
Mistoqsijiet li jkunu ddikjarati ammissibbli għandhom jitqassmu lill-Membri u jintbagħtu lill-istituzzjonijiet ikkonċernati. |
|
B. Rakkomandazzjonijiet |
|
(estratt mir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta' Novembru 1986) |
|
Il-Parlament Ewropew |
|
1. Jirrakkomanda applikazzjoni aktar stretta tal-linji gwida għat-tmexxija tal-Ħin tal-Mistoqsijiet skond l-Artikolu 4327 tar-Regoli u, b'mod partikulari tal-paragrafu 1 dwar l-ammissibilità; |
|
2. Jirrakkomanda użu aktar spiss tas-setgħa mogħtija lill-President tal-Parlament Ewropew permezz ta' l-Artikolu 43(3)28 li jiġbor mistoqsijiet għall-Ħin għall-Mistoqsijiet skond is-suġġett; iqis, madankollu, li huma biss il-mistoqsijiet li jkunu fl-ewwel nofs tal-lista ta' mistoqsijiet imqiegħda fuq il-Mejda għal sessjoni parzjali partikulari li għandhom jinġabru b'dan il-mod; |
|
3. Jirrakkomanda, għal dak li għandu x'jaqsam ma' mistoqsijiet supplimentari li, bħala regola ġenerali, il-President għandu jippermetti mistoqsija supplimentari waħda mingħand min ikun għamel il-mistoqsija u mistoqsija supplimentari waħda jew tnejn, iżda mhux iżjed, magħmula minn Membri li preferibiliment ikunu minn grupp politiku u/jew Stat Membru differenti minn dak ta' l-awtur tal-mistoqsija prinċipali; ifakkar li mistoqsijiet supplimentari għandhom ikunu konċiżi u f'forma ta' mistoqsija u jissuġġerixxi li m'għandhomx ikunu itwal minn 30 sekonda. |
|
4. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, skond il-punt 7 tal-linji gwida, sabiex jiżguraw li t-tweġibiet ikunu konċiżi u rilevanti għas-suġġett tal-mistoqsija. |
|
_______________ |
|
27Illum huwa Artikolu 116 |
|
28Illum huwa Artikolu 116(3). |
|
Emenda 13 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – titolu | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
Linji gwida għal mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub skond l-Artikoli 117 u 118 |
Kriterji għall-mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub skont l-Artikoli 117 u 118 |
Ġustifikazzjoni | |
Dawn mhumiex biss linji gwida, iżda kriterji ta’ ammissibilità applikabbli. | |
Emenda 14 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – paragrafu 1 – inċiż 2 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
– jaqgħu taħt il-kompetenza u r-responsabilità tad-destinatarju kkonċernat u jkunu ta' interess ġenerali; |
– jaqgħu esklużivament fil-limiti tal-kompetenzi tal-istituzzjonijiet kif stipulati fit-Trattati relevanti u fl-isfera ta' responsabilità tad-destinatarju, u jkunu ta’ interess ġenerali; |
Emenda 15 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – paragrafu 1 – inċiż 3a (ġdid) | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
– ma jkunux itwal minn 200 kelma; |
Emenda 16 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – paragrafu 1 – inċiż 5a (ġdid) | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
– ma jkunx fihom aktar minn tliet submistoqsijiet. |
Emenda 17 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – paragrafu 2 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
2. Jekk mistoqsija ma tkunx konformi ma' dawn il-linji gwida, is-Segretarjat għandu jipprovdi lill-awtur b'parir dwar kif il-mistoqsija tista' titfassal sabiex tkun ammissibbli. |
2. Fuq talba, is-Segretarjat għandu jipprovdi lill-awturi parir dwar kif issir konformità mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 f'każ individwali. |
Emenda 18 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – paragrafu 3 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
3. Jekk tkun tressqet u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul is-sitt xhur ta' qabel, jew sa fejn mistoqsija titlob biss tagħrif dwar is-segwitu għal riżoluzzjoni speċifika tal-Parlament ta' xorta li l-Kummissjoni tkun diġà tat f'komunikazzjoni ta' segwitu bil-miktub, is-Segretarjat għandu jibgħat kopja tal-mistoqsija u tat-tweġiba ta' qabel lill-awtur. Il-mistoqsija mtennija m'għandhiex tiġi mgħoddija lid-destinatarju ħlief jekk l-awtur isemmi żviluppi ġodda sinifikanti jew ħlief jekk ikun qed ifittex aktar tagħrif. |
3. Jekk tkun tressqet u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul is-sitt xhur ta' qabel, jew sa fejn mistoqsija titlob biss tagħrif dwar is-segwitu għal riżoluzzjoni speċifika tal-Parlament ta' xorta li l-Kummissjoni tkun diġà tat f'komunikazzjoni ta' segwitu bil-miktub, is-Segretarjat għandu jibgħat kopja tal-mistoqsija u tat-tweġiba ta' qabel lill-awtur. Il-mistoqsija mtennija m’għandhiex tiġi mgħoddija lid-destinatarju ħlief jekk il-President jiddeċiedi li jagħmel dan fid-dawl ta’ żviluppi ġodda sinifikanti u b’risposta għal talba raġunata mill-awtur. |
Emenda 19 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – paragrafu 4 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
4. Jekk mistoqsija tfittex tagħrif fattwali jew statistika li diġà tkun disponibbli fil-librerija tal-Parlament, dan ta' l-aħħar għandu jinforma lill-Membru, li jista' jirtira l-mistoqsija. |
4. Jekk mistoqsija tfittex informazzjoni fattwali jew statistika li tkun diġà disponibbli għas-servizzi ta’ riċerka tal-Parlament, din ma għandhiex tintbagħat lid-destinatarju iżda lil dawk is-servizzi, sakemm il-President ma jiddeċidiex mod ieħor fuq talba tal-awtur. |
Emenda 20 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – paragrafu 5 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
5. Mistoqsijiet dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma xulxin jistgħu jitwieġbu flimkien. |
5. Mistoqsijiet dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ xulxin jistgħu jinġabru flimkien mis-Segretarjat f’mistoqsija waħda u jitwieġbu flimkien. |
NOTA SPJEGATTIVA
1) Sfond
F'Ġunju 2011, il-Konferenza tal-Presidenti rrevediet il-format tal-Ħin għall-Mistoqsijiet mal-Kummissjoni, bil-għan li jitjiebu l-kwalità u l-ħeġġa tiegħu. Il-format il-ġdid ġie previst biex jopera għal perjodu ta' prova minn Settembru 2011 u jkun suġġett għal evalwazzjoni qabel ma kwalunkwe bidla ssir definittiva.
Fil-laqgħa tagħha tas-17 ta' Jannar 2013, il-Konferenza tal-Presidenti eżaminat rapport ta' evalwazzjoni dwar il-perjodu ta' prova abbozzat u ppreżentat mill-Viċi President responsabbli, is-Sur McMillan-Scott, u ddeċidiet li tikkonferma l-format rivedut tal-Ħin għall-Mistoqsijiet, li għandu jibqa' jsir kull xahar għal perjodu ta' disgħin minuta.
Il-Konferenza tal-Presidenti speċifikat ukoll li:
- in-numru ta' Kummissarji parteċipanti bħala regola ġenerali, għandu jkun limitat għal tnejn għal kull sessjoni, bil-possibilità li jiddaħħal it-tielet wieħed skont is-suġġett;
- il-Konferenza tal-Presidenti, bħala regola ġenerali, għandha tiddeċiedi dwar is-suġġett speċifiku għad-diskussjoni xahar qabel is-sessjoni parzjali kkonċernata, bil-għan li tkun żgurata l-preżenza tal-Kummissarji xierqa; madankollu, trid tinżamm ċertu flessibilità rigward dan il-punt biex jiġi ffaċilitat l-ippjanar tal-aġenda tal-plenarja.
Finalment il-Konferenza tal-Presidenti ddeċidiet li tissostitwixxi s-sistema regolari 'catch the eye' b'sistema ta' poloz u li tevalwa din is-sistema fi stadju aktar tard.
Permezz tal-ittra tat-13 ta' Frar 2013, il-President informa lill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali dwar din id-deċiżjoni u rrefera l-kwistjoni biex tiġi eżaminata skont l-Artikolu 211 fid-dawl tal-possibilità li l-Artikolu 116 u l-Anness II jiġu emendati.
2) L-emendar tar-Regoli
L-emendar tal-Artikolu 116 u l-Anness II propost minn dan l-abbozz ta' rapport huwa konsistenti mad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti.
Il-punti ċentrali tal-emendar huma li:
- l-għażla tal-Membri mitluba biex jagħmlu l-mistoqsija tagħhom permezz tal-metodu 'catch the eye' tiġi sostitwita minn sistema ta' poloz li tiggarantixxi l-oġġettività assoluta;
- il-mistoqsijiet jiġux depożitati bil-miktub minn qabel u li ma ssir ebda verifika tal-ammissibilità tagħhom minn qabel ħlief meta l-mistoqsijiet ma jkunux direttament relatati mat-tema orizzonati speċifika magħżula;
- l-Anness II li jistabbilixxi f'dettall kbir il-linji gwida għall-verifika tal-ammissibilità tal-mistoqsijiet, il-mistoqsijiet supplimentari u l-limiti ta' ħin ġie adattat għas-sistema l-ġdida ta' poloz.
Fis-26 ta' Novembru 2013 il-Kumitat għall-Affarijiet Kositituzzjonali ddeċieda li jimmodifika s-suġġett tar-rapport biex barra l-Artikolu 116, Ħin għall-Mistoqsijiet, ikopri wkoll l-Artikoli 117 u 118, Mistoqsijiet għal Tweġiba bil-Miktub, minħabba s-similarità tas-suġġetti involuti, u informa lill-President b'dan.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
11.2.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
18 1 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrew Henry William Brons, Zdravka Bušić, Carlo Casini, Andrew Duff, Ashley Fox, Roberto Gualtieri, Zita Gurmai, Gerald Häfner, Daniel Hannan, Stanimir Ilchev, Constance Le Grip, Morten Messerschmidt, Sandra Petrović Jakovina, Paulo Rangel, Tadeusz Ross, Algirdas Saudargas, Indrek Tarand, Luis Yáñez-Barnuevo García |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Elmar Brok, Zuzana Brzobohatá, Vital Moreira, Helmut Scholz, György Schöpflin, Rainer Wieland |
||||