ABBOZZ TA' RAPPORT dwar l-approċċ komprensiv tal-UE u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE

21.2.2014 - (2013/2146(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Arnaud Danjean


Proċedura : 2013/2146(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0138/2014
Testi mressqa :
A7-0138/2014
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-approċċ komprensiv tal-UE u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE

(2013/2146(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 21, 24 u 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–   wara li kkunsidra t-Titolu V tat-TUE u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 21(3) TUE, li jistabbilixxi li r-Rappreżentant Għoli għandu jassisti lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fl-iżgurar tal-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 24(3) TUE, li jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-politika esterna u ta' sigurtà tal-Unjoni b'mod attiv u bla riżervi fi spirtu ta' lealtà u solidarjetà reċiproka u għandhom jikkonformaw mal-azzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam, li se jastjenu minn kull azzjoni li tmur kontra l-interessi tal-Unjoni jew li probabbli tfixkel l-effikaċja bħala forza ta' koeżjoni fir-relazzjonijiet internazzjonali u li l-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli għandhom jiżguraw il-konformità ma' dawn il-prinċipji,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2012,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza Interparlamentari għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tas-6 ta' Settembru 2013,

   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tar-RGħ/VP lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-approċċ komprensiv tal-UE rigward il-konflitti u l-kriżijiet esterni (JOIN(2013)0030),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar ir-reviżjoni tal-2013 tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE[1] u r-Rieżami tas-SEAE tal-2013 ippreżentat mir-Rappreżentant Għoli f'Lulju 2013[2],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar il-PESK u l-PSDK, b'mod partikolari ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar ir-Rwol tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni f'każijiet ta' kriżijiet ikkawżati mill-klima u ta' diżastri naturali[3],

–   wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-15 ta' Ottubru 2013 tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni,

–   wara li kkunsidra r-rapport tas-SEAE dwar ir-reviżjoni tal-proċeduri tal-immaniġġjar ta' kriżijiet tal-PSDK adottat mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) fit-18 ta' Ġunju 2013,

–   wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp u tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7‑0138/2014),

A. billi t-Trattat ta' Lisbona u l-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet attwali diġà jeħtieġu "li tiġi żgurata koerenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u bejn dawn u l-politika l-oħra tagħha"; billi dan l-għan jibbenefika minn rwol akbar tal-Parlament fir-rigward tar-relazzjonijiet esterni;

B.  billi l-komprensività tirreferi mhux biss għall-iskjerament konġunt tal-istrumenti u r-riżorsi tal-UE, imma wkoll għar-responsabbiltà kondiviża tal-atturi fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, li l-politiki, l-azzjonijiet u l-appoġġ tagħhom għandhom jikkontribwixxu għal azzjoni esterna tal-UE aktar koerenti u aktar effikaċi;

C. billi dan l-aħħar, bis-saħħa tat-Trattat ta' Lisbona, l-UE kisbet strumenti ġodda ta' azzjoni esterna li jippermettulha tiżviluppa politika barranija tal-UE aktar attiva, unifikata u awtentika;

L-UE f'dinja li qed tinbidel

1.  Jikkunsidra li bidliet ġeostrateġiċi sinifikanti qed iseħħu wkoll f'partijiet oħra tad-dinja, b'mod partikolari minħabba l-emerġenza ta' xena internazzjonali multipolari b'atturi ġodda li jsegwu ambizzjonijiet kompetittivi reġjonali u globali, interdipendenza li dejjem tikber, il-feġġien ta' theddid asimmetriku multidimensjonali, ir-riorjentament tal-politika ta' sigurtà tal-Istati Uniti lejn iż-żona Asjatika-Paċifika, it-taqbida dwar l-enerġija u s-sigurtà tar-riżorsi li dejjem tikber, l-effetti dejjem aktar serji tat-tibdil fil-klima u kriżi finanzjarja u ekonomika globali severa u fit-tul li tolqot lill-Istati Membri tal-UE kollha;

2.  Jenfasizza li fi klima ġeopolitika bħal din, l-UE għandha tippreserva l-valuri, l-interessi u l-istabbiltà tagħha u tippromwovihom fix-xena globali, kif ukoll tħares is-sigurtà u l-prosperità taċ-ċittadini tagħha; jenfasizza li dan jeżiġi approċċ ġdid fit-tiswir, f'kooperazzjoni mas-sħab strateġiċi tagħna, ta' ordni dinji multipolari ġdid li jkun inklużiv, kredibbli, ġust u kooperattiv, mirfud mir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija u li jkollu l-għan li jikseb ir-riżoluzzjoni tad-differenzi mingħajr ma jirrikorri għal konflitti armati;

L-approċċ komprensiv tal-UE: is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-qafas politiku

3.  Jenfasizza li s-saħħa tal-UE qiegħda fil-potenzjal tagħha li timmobilizza r-riżorsi fuq il-firxa sħiħa ta' strumenti diplomatiċi, ta' sigurtà, ta' difiża, ekonomiċi, kummerċjali, ta' żvilupp u umanitarji – b'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti – u li l-użu ta' dawn l-istrumenti b'approċċ komprensiv (AK) jagħti flessibbiltà unika sabiex jiġu indirizzati b'mod effikaċi l-kwistjonijiet internazzjonali l-aktar diffikultużi u sabiex jinkisbu l-għanijiet politiċi proprji tagħha;

4.  Jenfasizza l-importanza ta' koordinament u koerenza effikaċi fl-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea; jaqbel mal-fehma li l-isferi tal-iżvilupp, tal-politika u tas-sigurtà huma interdipendenti u li l-valur miżjud offrut mill-UE fir-reazzjoni għal emerġenzi kumplessi, jinsab fl-abilità tagħha li toħloq sinerġiji transettorjali u interistituzzjonali sabiex tilħaq riżultati sostenibbli fuq il-post kif ukoll tikseb objettivi strateġiċi fuq terminu twil;

5.  Jenfasizza li l-AK illum huwa meqjus mill-atturi internazzjonali rilevanti kollha (inklużi l-organizzazzjonijiet multilaterali u l-Istati) bħala l-aħjar mod sabiex jinħoloq qafas għal risposta effiċjenti għall-kriżijiet multidimensjonali u li jippromwovi s-sigurtà tal-bniedem fuq livell globali, li ġej direttament mill-għarfien għal żmien twil li t-tentattiv li tinkiseb stabbiltà permezz ta' approċċ uniku biss probabbli ma jirnexxix;

6.  Ifakkar b'mod partikolari li n-Nazzjonijiet Uniti żviluppaw, sa mill-2006, il-kunċett ta' "approċċ integrat" għal sitwazzjonijiet ta' konflitt u ta' wara l-konflitt u li l-membri tan-NATO adottaw, fis-Summit ta' Lisbona tal-2010, Kunċett Strateġiku ġdid li jitlob approċċ komprensiv għall-immaniġġjar tal-kriżijiet;

7.  Jisħaq fuq il-fatt li t-Trattat ta' Lisbona jipprovdi l-qafas għall-Unjoni sabiex tikseb approċċ aktar koerenti, konġunt u komprensiv għall-persegwiment effikaċi tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, inkluż permezz tal-ħolqien ta' Rappreżentant Għoli (RGħ) tal-Unjoni b'kariga tripla għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li huwa wkoll il-Viċi President tal-Kummissjoni u l-President tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin, u billi jistabbilixxi Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) effikaċi u li jgħaqqad;

8.  Jiddispjaċih li minkejja l-innovazzjonijiet fit-Trattat ta' Lisbona, għad hemm nuqqas ta' progress fil-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni f'oqsma relatati mal-iżvilupp, il-kummerċ, l-enerġija, l-ambjent, il-migrazzjoni u kwistjonijiet globali oħra; jinsab imħasseb li l-Kummissjoni ta' spiss tieħu approċċ restrittiv, li jipproteġi l-kompetenzi proprji tagħha f'dawk l-oqsma u jimminimizza l-funzjonijiet ta' koordinament mas-SEAE;

9.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom ibbażati fuq it-Trattat sabiex jappoġġaw ir-relazzjonijiet esterni u l-politika ta' sigurtà tal-Unjoni b'mod attiv u fi spirtu ta' solidarjetà reċiproka u sabiex jikkonformaw, fit-tmexxija tal-politiki tagħhom stess, mal-azzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam; jistieden lill-Istati Membri jizvolġu rwol kostruttiv permezz tal-promozzjoni tal-koordinament tal-politika strateġika fil-livell tal-UE; jenfasizza li l-politika barranija tal-UE tista' tkun effikaċi biss jekk l-Istati Membri jkunu lesti u kapaċi jifformulaw linji ta' politika komuni, b'mod partikolari fi ħdan organizzazzjonijiet multilaterali, bħan-Nazzjonijiet Uniti;

10. Jilqa' l-komunikazzjoni konġunta tal-11 ta' Diċembru dwar l-approċċ komprensiv tal-UE rigward il-konflitti u l-kriżijiet esterni; jiddispjaċih madankollu li dan aktar jiddependi fuq proċessi eżistenti milli jipprova jesplora modi konkreti ġodda biex tiġi faċilitata kooperazzjoni istituzzjonali u prattika;

11. Jinsisti li l-AK huwa r-responsabbiltà komuni tal-atturi kollha tal-UE fl-istituzzjonijiet tal-UE, fi ħdan l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi terzi, u li, fl-istess ħin, għandu jirrispetta bis-sħiħ il-kompetenzi speċifiċi ta' kull istituzzjoni u attur;

12. Jappella għall-involviment u d-djalogu attiv maċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili biex jiżguraw il-leġittimità u l-fehim komuni tal-AK u tal-politika barranija tal-UE b'mod ġenerali;

13. Jemmen li bħala bażi għall-qabża mill-kunċett għall-azzjoni għat-tfittxija ta' AK, l-erba' oqsma li ġejjin għandhom jiġu indirizzati;

1. Koerenza istituzzjonali

14. Jemmen li l-kunċett ta' AK għandu jiġi mifhum bħala x-xogħol koordinat tal-istituzzjonijiet rilevanti kollha (is-SEAE u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, inklużi ECHO, DEVCO, TRADE u ELARG, iżda wkoll il-Parlament u l-Kunsill) li jfittxu għanijiet komuni fi ħdan il-qafas maqbul imfassal fil-livell tal-UE, u jimmobilizza l-istrumenti l-aktar rilevanti tiegħu, inkluż il-PSDK meta s-sitwazjoni ta' siġurtà teħtieġ dan; jemmen li, sa issa, nuqqasijiet istituzzjonali u proċedurali impedixxew fil-biċċa l-bkira l-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE fil-maġġorparti taż-żoni ta' kriżi li fiha aġixxiet l-UE, u għamlu ħsara lill-kredibbiltà tal-UE bħala attur u fornitur tas-sigurtà globali;

15. Ifakkar li t-Trattat ta' Lisbona ħoloq is-SEAE u r-RGħ/VP b'kariga tripla sabiex jipprovdu unità, konsistenza, viżibbiltà u effikaċja għall-azzjoni esterna tal-UE; jisħaq il-fatt li, sa issa, il-potenzjal tat-tliet rwoli kollha ma ġiex sfruttat bis-sħiħ; jitlob li r-rwol ta' koordinament vitali tar-RGħ/VP bħala Viċi President tal-Kummissjoni jissaħħaħ fi ħdan il-Kummissjoni nnifisha, permezz ta' laqgħat regolari istituzzjonalizzati tal-kulleġġ tal-Kummissarji RELEX, preseduti mir-RGħ/VP u mwessgħa sabiex jinkludu Kummissarji oħra rilevanti; jappella għar-riforma immedjata tas-SEAE bbażata fuq ir-reviżjoni tal-2013 u l-linji gwida tal-Parlament sabiex isir l-aqwa użu minn riżorsi finanzjarji skarsi;

16. Jenfasizza li filwaqt li l-kooperazzjoni hija essenzjali, il-kompetenzi u l-proċeduri tal-istituzzjonijiet u l-Istati Membri kollha għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ; jistieden, għalhekk, lill-atturi kollha tal-UE jaġixxu b'rieda tajba u jagħmlu mill-aħjar li jistgħu sabiex jippermettu l-persegwiment ta' AK;

17. Jemmen li AK jeħtieġ strutturi reattivi, flessibbli u effiċjenti fis-SEAE; ifakkar il-fehma tiegħu li l-istruttura istituzzjonali tas-SEAE għandha tiġi semplifikata sabiex tiżgura teħid ta' deċiżjonijiet effikaċi u l-użu tal-istrumenti tagħha, inklużi l-istrumenti ċivili u militari tal-PSDK, kif mitlub fir-rapport 2013 tal-Parlament dwar dan is-suġġett;

18. Jenfasizza li l-iżvilupp tal-AK għandu jiżgura wkoll l-integrazzjoni tas-sessi u l-bilanċ fil-formulazzjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni kollha tal-Unjoni;

19. Jenfasizza r-rwol importanti tal-medjazzjoni u d-djalogu fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti b'mod paċifiku; ifaħħar il-progress li sar mis-SEAE fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' medjazzjoni tiegħu u jtenni l-appoġġ tiegħu għal aktar tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Ewropa f'dan il-qasam u jitlob li l-medjazzjoni ssir karatteristika standard importanti ta' kwalunkwe AK futur għal reġjun fi kriżi speċifiku; jenfasizza r-rwol tal-Parlament fil-formulazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika barranija komuni u jistieden lill-Parlament li jmiss jiżgura l-effikaċja tagħha u, fuq kollox, il-koerenza tagħha; jiġbed l-attenzjoni għall-involviment tal-Parlament biex jipparteċipa b'mod attiv fl-osservazzjoni elettorali, il-medjazzjoni u l-appoġġ tad-demokrazija; jemmen li l-involviment tal-Parlament fil-proċessi ta' medjazzjoni fl-Ukraina u f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM) wera r-rwol importanti li l-parlamentari jista' jkollhom f'dan il-qasam;

20. Ifakkar li għandha tingħata attenzjoni speċjali għar-rispett tal-prinċipji tal-għajnuna umanitarja (l-indipendenza, l-imparzjalità, in-newtralità); jemmen li l-aċċess sikur għall-popolazzjonijiet milquta u s-sigurtà tal-operaturi umanitarji jiddependu fuq kollox mill-mod ta' kif dawn huma perċepiti mill-atturi influwenti fil-qasam, u li dawn għandhom jitqiesu bħala indipendenti minn kwalunkwe kunsiderazzjoni politika partiġjana. jinnota, madankollu, li s-servizz tal-Kummissjoni dwar l-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (ECHO) għandu jifforma parti mill-UE u, konsegwentement, jemmen bis-saħħa li għandu jsir aktar biex tissaħħaħ il-kooperazjoni u l-koordinament bejn l-ECHO u s-SEAE;

21. Jilqa' l-Komunikazzjoni Konġunta tal-11 ta' Diċembru 2013 "L-approċċ konprensiv tal-UE għall-konflitti u l-kriżijiet esterni" (JOIN(2013)0030), li tirrappreżenta opportunità biex dan l-approċċ fl-istruttura istituzzjonali l-ġdida ta' wara Lisbona jkun ikkjarifikat u jsir operattiv, kif ukoll biex tikkonsolida l-impenn tal-UE favur ħidma komprensiva għall-ħidma tagħha fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni; jirrikonoxxi l-isfidi inerenti konsiderevoli fil-promozzjoni u l-implimentazjoni ta' politika ambizzjuża bħal din; jilqa', b'mod partikolari, l-enfasi li tqiegħed fuq ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp li għandha tkun prinċipju sottostanti fundamentali fl-applikazzjoni tal-approċċ komprensiv tal-UE;

22. Jappoġġa bil-qawwa l-kunċett ta' azzjoni esterna aktar koerenti; jenfasizza li l-UE ma għandhiex tadotta definizzjoni ristrettiva tal-approċċ komprensiv; jilqa' l-fatt li l-Komunikazzjoni Konġunta tippromwovi fehim tal-approċċ komprensiv li jkopri l-istadji kollha taċ-ċiklu ta' konflitt jew ta' kriżijiet esterni oħra permezz ta' twissija bikrija u tħejjija, prevenzjoni ta' konflitti, reazzjoni għall-kriżi u ġestjoni għal irkupru bikri kif ukoll stabbilizzazzjoni u konsolidament tal-paċi sabiex il-pajjiżi jkunu megħjuna lura fit-triq li twassalhom għal żvilupp sostenibbli u fit-tul; jinsab imħasseb ħafna dwar il-possibbiltà li l-objettivi tal-politika barranija jistgħu jieħdu preċedenza fuq il-prinċipji ta' żvilupp u fuq l-azzjoni umanitarja bbażta fuq il-prinċipji;

23. Ifakkar li l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxi l-prinċipju ta' Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp (PCD), u jenfasizza l-potenzjal ta' tensjoni bejn il-PCD min-naħa u l-approċċ komprensiv għall-ġestjoni tar-riskju lil hinn mill-UE min-naħa l-oħra; jenfasizza li l-objettiv ewlieni tal-politika għall-iżvilupp tal-UE huwa l-qerda tal-faqar u li għalhekk huwa essenzjali li l-objettivi kontra l-faqar ma jiġux emarġinati fil-politika barranija tal-UE kif ukoll li l-approċċ komprensiv ma jnaqqarx mill-karattru ċivili tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp; jinsab imħasseb dwar il-pressjoni li tista' potenzjalment tinħoloq mill-persegwiment integrat tal-objettivi tal-politika barranija biex tiġi allokata għajnuna għall-iżvilupp lil żoni ta' prijorità strateġika; jieħu nota tal-fatt li l-Komunikazzjoni Konġunta tafda lir-RGħ/VP u l-President tal-Kummissjoni bir-responsabbiltà li jiżguraw koerenza strateġika u operattiva fir-relazzjonijiet esterni, inkluż fir-rigward tal-impatt estern ta' politiki interni; jistieden lir-RGħ/VP u l-President tal-Kummissjoni jimpenjaw ruħhom li jagħmlu dan;

24. Jinnota li kemm l-Artikolu 214 tat-TFUE kif ukoll il-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja tal-2008 jipproteġu l-azzjoni umanitarja bbażata fuq il-prinċipji; jitlob li jkunu ssalvagwardjati l-prinċipji umanitarji tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza li huma essenzjali kemm għall-effikaċja tal-azzjoni umanitarja kif ukoll għas-sikurezza tal-atturi tagħha; jenfasizza b'mod sod li l-aġenda tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u dik tas-sigurtà ma għandhomx ifixklu l-abilità tal-atturi umanitarji li jwasslu l-assistenza, u li l-għajnuna umanitarja fl-ebda ċirkostanza ma għandha sservi skopijiet politiċi jew titqies bħala għodda tal-ġestjoni tar-riskju; jieħu nota li biex jinkiseb aċċess għal popolazzjonijiet fil-bżonn l-għajnuna umanitarja mhux biss għandha tkun newtrali iżda anki l-perċezzjoni tagħha għandha tkun hekk; filwaqt li jirrikonoxxi li l-għajnuna umanitarja bbażata fuq il-ħtiġijiet għandha tinżamm separata, jappella għal involviment usa' ma' atturi umanitarji sabiex jiġu definiti aħjar il-parametri tar-relazzjoni tagħhom mal-approċċ komprensiv;

25. Hu tal-fehma li hemm rabta qawwija bejn l-iżvilupp u l-prevenzjoni tal-konflitti, peress li ta' spiss il-faqar ikun sors ewlieni u r-riżultat ta' konflitt; jenfasizza li l-prevenzjoni tikkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp sostenibbli; jilqa' l-enfasi fuq il-prevenzjoni fil-Komunikazzjoni Konġunta, u jitlob għat-tisħiħ tas-sistemi ta' twissija bikrija tal-UE; jistieden lill-UE tkompli tappoġġa pajjiżi f'sitwazzjonijiet ta' fraġilità, sabiex tindirizza l-kawżi primarji u tistabbilixxi istituzzjonijiet funzjonali u responsabbli li jistgħu jagħtu servizzi bażiċi u jappoġġaw it-tnaqqis tal-faqar; jenfasizza l-bżonn li titfassal strateġija tal-UE għal Stati fraġli, li tintegra fis-sistema tal-UE kemm il-prinċipji ta' Stati fraġli tal-OECD-DAC, kif ukoll l-objettivi tal-"Ftehim Ġdid għall-impenn fi Stati Fraġli" li ntlaħaq qbil dwaru f'Busan f'Diċembru 2011;

26. Jilqa' l-impenn għal strateġija fit-tul kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni Konġunta billi huwa biss impenn fit-tul flimkien mal-iżvilupp sostenibbli li jistgħu jippromwovu l-paċi u s-sigurtà; jappella għal koordinament aħjar tal-objettivi fuq terminu qasir u fit-tul tal-politiki tal-UE b'kunsiderazzjoni xierqa għall-fehmiet tal-partijiet interessati fil-livell lokali;

27. Jenfasizza li, sabiex ikun effikaċi, l-approċċ komprensiv tal-UE għandu jkun ibbażat, kemm jista' jkun possibbbli, fuq analiżi konġunta, valutazzjoni u ppjanar fis-sistema tal-UE kollha, b'diviżjoni ċara tar-responsabbilitajiet; jinnota, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' programmazzjoni konġunta bħala għodda għall-kisba ta' koerenza fl-azzjoni esterna;

28. Jemmen li l-AK għandu jkollu għeruq f'viżjoni kondiviża mill-atturi tal-UE kollha tal-kuntest strateġiku li jevolvi fejn fih isseħħ l-azzjoni tal-UE; jipproponi, għalhekk, li jkun hemm kondiviżjoni ta' informazzjoni aktar regolari u trasparenti, koordinament tal-politika u xogħol ta' tim bejn l-atturi tal-UE fil-fażijiet kollha tal-azzjoni tal-UE; jipproponi, barra minn hekk, li jiġu żviluppati l-istrutturi formali li fihom jistgħu jseħħu dawk l-iskambji u fejn jistgħu jsiru twissijiet bikrija, analiżi tas-sitwazzjoni u monitoraġġ tal-kriżi u ta' wara l-kriżi, b'integrazzjoni potenzjali ta' strutturi eżistenti (bħas-Sala tas-Sitwazzjonijiet tal-UE, iċ-Ċentru għal Rispons ta' Emerġenza u l-ARGUS); itenni l-ħtieġa ta' "Bord tal-Koordinament waqt Emerġenza u Kriżi" fi ħdan is-SEAE, li għandu jkun presedut mir-RGħ/VP u li jgħaqqad flimkien lill-atturi rilevanti għall-immaniġġjar ta' kriżijiet;

29. Jemmen li l-persegwiment ta' AK jeħtieġ ukoll titjib fil-koordinament, taħt it-tmexxija tal-VP/RGħ, flimkien mal-politiki interni tal-UE li għandhom dimensjoni ta' politika barranija sinifikanti bħas-suq intern, il-migrazzjoni, l-ambjent u l-enerġija;

30. Jipproponi allinjament aħjar bejn il-politika tal-kummerċ u l-politika barranija komuni, inklużi d-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp;

31. Jenfasizza li koordinament u ppjanar ta' politika skarsi fost l-istituzzjonijiet rilevanti huma parzjalment responsabbli għall-implimentazzjoni dgħajfa tal-politiki barranin tal-UE fuq il-post; jinnota li s-sitwazzjoni qed titjieb minn meta d-delegazzjonijiet tal-UE ħadu f'idejhom il-funzjoni ta' koordinament bejn l-UE u l-Istati Membri, imma jeħtieġ li jsir aktar progress biex tkompli tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-politiki barranin tal-UE fuq il-post, b'mod partikolari fir-rigward tar-reġjuni fi kriżi u meta jkun hemm rabta mal-attivitajiet tal-PESK;

32. Jitlob it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE sabiex tittratta l-isfidi globali, b'mod partikolari d-diplomazija li għandha x'taqsam mal-klima; jistieden lis-SEAE jidentifika kompromessi politiċi u joħloq ftehimiet politiċi billi jorbot il-klima ma' aspetti oħra tar-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi sħab; jittama li bi tħejjija għall-konferenza dwar il-klima tan-Nazzjonijiet Uniti ta' Pariġi fl-2015, is-SEAE se jibda juża n-netwerk estensiv tiegħu ta' delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja sabiex japprofondixxi l-fehim Ewropew tal-interessi u l-politiki nazzjonali tal-azzjoni klimatika fil-pajjiżi sħab;

2. Koerenza finanzjarja

33. Jisħaq li d-determinazzjoni tal-Parlament sabiex jiżgura li l-istrumenti finanzjarji esterni tal-Unjoni għall-perjodu mill-2014 sal-2020 huma mfassla sabiex jgħinu l-persegwiment ta' AK għar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, b'mod partikolari, bil-ħolqien ta' strumenti li jaħdmu madwar iċ-ċentru tal-prevenzjoni tal-konflitti, l-immaniġġjar ta' kriżijiet, il-konsolidament tal-paċi, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u t-tisħiħ tas-sħubijiet strateġiċi; jenfasizza li l-Istrument ta' Sħubija l-ġdid joffri wkoll lill-UE għodda li takkumpanja l-attivitajiet tal-politika barranija ma' pajjiżi terzi finanzjarjament; jisħaq id-determinazzjoni tiegħu li jeżerċita bis-sħiħ il-kontroll demokratiku tiegħu tal-implimentazzjoni ta' dawn l-istrumenti sabiex jiżgura li r-riżorsi importanti imma li jispiċċaw tal-Unjoni jintużaw b'mod effiċjenti u kosteffikaċi sabiex jinkisbu r-riżultati; jisħaq fuq id-dritt tal-Parlament, bħala parti mir-reviżjoni intermedja tal-istrumenti finanzjarji esterni, li jirrevedi l-implimentazzjoni tal-istrumenti u jagħmel kwalunkwe bidla meħtieġa;

34. Jiddispjaċih bin-nuqqas ta' ambizzjoni baġitarja tal-UE fil-qasam tal-azzjoni esterna għall-perjodu 2014-2020; jitlob antiċipazzjoni aħjar tal-ħtiġiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-UE; jiddispjaċih li, f'xi każijiet, l-azzjonijiet tal-UE ġew imdewma minħabba kwistjonijiet finanzjarji; jitlob biex fil-futur problemi strutturali bħal dawn jiġu rimedjati, inkluż permezz tal-użu tad-dispożizzjonijiet ġodda dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-parteċipazzjoni u l-iskjerament f'missjonijiet ta' stabbilizzazzjoni ċivili (Artikolu 4c) ipprovduti mill-Istrument għall-Istabbiltà u l-Paċi (ISP); ifakkar ukoll fil-ħtieġa li jiġi rivedut il-mekkaniżmu ta' finanzjament tal-operazzjonijiet militari tal-PSDK (magħruf bħala l-mekkaniżmu ATHENA), sabiex tkun permessa kondiviżjoni tal-piżijiet tal-ispejjeż tal-operazzjonijiet militari tal-UE aktar adegwata u aktar ġusta, biex b'hekk l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jikkontribwixxu għalihom b'ġenerazzjoni tal-forzi jew finanzjament tal-ispejjeż ta' appoġġ;

35. Ifakkar lir-RGħ/VP li l-Parlament irreveda l-Istrumenti Finanzjarji Esterni tal-Unjoni għall-perjodu mill-2014 sal-2020 biex jipprovdi ambitu għat-tisħiħ tal-kapaċità ta' atturi internazzjonali, reġjonali, governattivi u tas-soċjetà ċivili li jaraw l-affarijiet bl-istess mod li huma lesti jaħdmu mal-Unjoni fil-persegwiment tal-għanijiet filwaqt li jissalvagwardjaw il-valuri fundamentali tagħna bħall-promozzjoni tad-demokrazija;

3. Koerenza fil-prattika

36. Jilqa' b'sodisfazzjon l-iżvilupp reċenti tal-UE tal-istrateġiji reġjonali sabiex tiddefinixxi l-prijoritajiet politiċi, tikkomunika l-għanijiet tal-politika, tikkoordina risposta għall-politiki, tibni sħubijiet u tikkonċentra fuq l-implimentazzjoni tar-riżorsi; jipproponi l-elaborazzjoni sistematika tal-istrateġiji tal-UE sabiex jinħoloq qafas u tingħata koerenza fil-prattika lill-azzjoni tal-UE, abbozzata b'mod konġunt mis-SEAE u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni (b'mod partikolari DEVCO u ECHO), u taħt it-tmexxija tar-RGħ/VP; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha b'mod attiv fl-oqsma ta' kompetenza tagħha mill-bidu nett ta' din il-koordinament;

37. Jinsisti li strateġiji bħal dawn għandhom jistabbilixxu b'mod ċar l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-UE u l-kalendarju speċifiku meħtieġ għall-implimentazzjoni u jiddeterminaw liema strumenti huma l-aktar adatti għall-azzjoni (ivarjaw fost l-oħrajn mill-għajnuna umanitarja u dik għall-iżvilupp, l-azzjoni u l-medjazzjoni diplomatiċi, is-sanzjonijiet ekonomiċi, u l-PSDK); jinsisti li r-rwol u l-kontribut mill-PSDK għandhom ikunu parti mill-analiżi politika inizjali u mid-definizzjoni tal-għanijiet tal-politika, u b'hekk jiffaċilitaw l-involviment bikri tal-pjanifikaturi tal-PSDK u tal-korpi parlamentari rilevanti fil-livell Ewropew u dak nazzjonali; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dak il-kuntest, l-iżvilupp pożittiv ta' Qafas Politiku għall-Approċċ tal-Kriżijiet għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK u jipproponi li din tiġi estiża għall-inizjattivi kollha ta' koordinament waqt emerġenza u kriżi;

38. Jilqa' b'sodisfazzjon, b'mod partikolari, il-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Qarn tal-Afrika, li l-għan tiegħu huwa li jġib stabbiltà f'dan ir-reġjun strateġiku permezz tal-ġlieda kontra l-piraterija u l-kawżi sottostanti tagħha, jistabbilixxi awtoritajiet leġittimi fis-Somalja u jippromwovi kooperazzjoni reġjonali permezz tal-użu fl-istess ħin tal-istrumenti esterni tal-UE, flimkien mal-imsieħba rilevanti fil-qasam; ifakkar, madankollu, li l-azzjoni tal-UE fir-reġjun inbniet fuq il-bażi ta' inizjattivi pijuniera tal-PSDK (jiġifieri l-EUNAVFOR Atalanta u l-EUTM Somalia) li warajhom imbagħad ġew l-istrumenti tal-UE l-oħra, li jagħmlu l-AK fil-Qarn tal-Afrika kisba ex post empirika u pragmatika aktar milli strateġija mfassla tajjeb u ppjanata; jemmen bis-saħħa li, fil-futur, l-istrateġiji tal-UE għandhom jiġu mfassla qabel ma l-UE tinvolvi ruħha f'reġjun, mhux wara;

39. Jiddispjaċih li, anke meta l-istrateġiji huma definiti, l-UE spiss ma jirnexxilhiex timplimentahom, u minflok hija mġiegħlha tieħu azzjoni ta' kontinġenza u ta' emerġenza; ifakkar li notevolment dan kien il-każ fir-reġjun tas-Saħel, li għalih dokument ta' strateġija komprensiv u ppreparat tajjeb ħafna (l-Istrateġija tal-UE għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel 2011) kien ġie approvat unanimament iżda ma wassalx għal implimentazzjoni sodisfaċenti sakemm is-sitwazzjoni f'Mali ddeterjorat b'mod drammatiku; jitlob analiżi fid-dawl tat-tagħlimiet meħuda ta' dan il-każ partikolari, kif ukoll – b'mod usa' – analiżi ta' twissija bikrija mtejba ta' reġjuni instabbli prinċipali, sabiex jiġu stabbiliti inizjattivi konkreti ta' prevenzjoni tal-konflitti u ta' medjazzjoni u b'hekk titjieb l-azzjoni upstream billi ssir bidla fil-politiki minn approċċi ċentralizzati u bbażati fuq reazzjoni għal approċċ aktar adegwat u effiċjenti msejjes fuq il-prevenzjoni;

40. Jinnota li ħafna konflitti nazzjonali, reġjonali u internazzjonali attwali huma kkawżati wkoll mill-klima u b'konsegwenza ta' dan l-AK jeħtieġ jinkorpora l-kunċett tas-sigurtà tal-bniedem; ifakkar dwar l-analiżi ppubblikata mill-UNEP f'Diċembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fir-reġjun tas-Saħel, fejn jiġi ddikjarat li t-temperaturi li qegħdin jogħlew wasslu għal nuqqas ta' ilma u speċifikament poġġew il-popolazzjonijiet lokali, li l-għajxien tagħhom jiddependi fuq ir-riżorsi naturali bħall-biedja, is-sajd u t-trobbija tal-merħliet, taħt pressjoni qawwija, li wasslet, f'xi każijiet, għal vjolenza u konflitti armati;

41. Huwa konvint li, fil-każijiet fejn il-kriżijiet ma jistgħux jiġu evitati, l-UE għandha tkun tista' tippjana u tiskjera r-riżorsi ċivili u militari xierqa, kif ukoll timmobilizza strumenti tal-UE komplementari, b'mod rapidu u effikaċi mal-ispettru kollu tal-operazzjonijiet tal-immaniġġjar ta' kriżijiet, inklużi fil-każijiet ta' kriżijiet umanitarji; jipproponi l-implimentazzjoni tal-artikoli tat-Trattat rilevanti fil-qasam tar-reazzjoni rapida, inkluż l-Artikolu 44 TUE; jisħaq, f'dak il-kuntest, il-ħtieġa ta' esperti politiċi u tas-sigurtà fi ħdan id-delegazzjonijiet tal-UE rilevanti;

42. Jinsisti li l-UE għandha tkun tista' tikkonsolida l-paċi u l-istabbiltà fuq żmien twil; jipproponi strateġiji ta' tranżizzjoni ċari determinati minn ħafna qabel bejn l-istrumenti ta' koordinament waqt emerġenza u kriżi fuq żmien qasir (b'mod partikolari l-istrumenti diplomatiċi, dawk tal-PSDK u tal-ECHO, u l-ISP il-ġdid) u l-istrumenti ta' wara l-kriżi (b'mod partikolari l-ISP u l-għajnuna għall-iżvilupp) sabiex isostnu l-progress miksub fil-qasam; jilqa' – bħala l-ewwel pass importanti – il-kooperazzjoni effikaċi bejn is-SEAE u l-Kummissjoni bħala appoġġ għall-missjoni tal-PSDK f'Mali, u l-kunsiderazzjoni, fi stadju bikri, ta' strateġija ta' ħruġ għall-EUTM f'Mali;

43. Jipproponi li l-UE tagħmel aktar progress biex taġixxi b'mod magħqud fil-livell tal-pajjiż, bi tqassim ċar tar-responsabbiltajiet u taħt it-tmexxija tal-Kap tad-Delegazzjoni, responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politika esterna tal-UE fil-pajjiż, filwaqt li tikkoordina lokalment mal-Istati Membri kif ukoll mal-gvern ospitanti, is-soċjetà ċivili u sħab internazzjonali oħra; jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom għal azzjoni tal-UE unifikata f'pajjiżi terzi u jiżguraw li l-koordinament u l-artikulazzjoni tal-azzjonijiet fil-prattika huma mifthiema kif xieraq mal-istituzzjonijiet tal-UE, jiġifieri l-Kummissjoni u s-SEAE; jiddispjaċih f'dan ir-rigward li azzjoni awtonoma mill-Istati Membri fil-pajjiżi terzi, b'mod speċjali ta' wara l-konflitt u ta' demokratizzazzjoni ta' soċjetajiet, mingħajr artikulazzjoni xierqa bejniethom u d-Delegazzjoni lokali tal-UE kienet ta' ħsara għall-għanijiet u l-interessi tal-UE, kif ukoll għall-kredibbiltà tagħha fil-konfront tal-Istat terz u sħab internazzjonali oħra;

4. Sħubijiet

44. Jinsisti li AK ta' suċċess jeħtieġ ukoll l-iżvilupp ta' sħubijiet barra mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri, sabiex jinkludi sħab internazzjonali u multilaterali oħra, sħab strateġiċi, pajjiżi ospitanti, organizzazzjonijiet reġjonali, atturi tas-soċjetà ċivili u s-settur privat, b'rispett xieraq lejn l-awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE;

45. Iħeġġeġ lill-UE tiżgura l-parteċipazzjoni effiċjenti tal-UE fl-attivitajiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, bl-użu tal-kompetenzi kollha li jippermettilha l-istatus tagħha bħala organizzazzjoni ta' integrazzjoni reġjonali;

46. Itenni li, b'mod konsistenti mal-finijiet tat-Trattat ta' Lisbona li jtejjeb il-politka barranija tal-UE u r-rwol tal-UE fil-paċi globali, is-sigurtà u r-regolamentazzjoni, li siġġu permanenti għall-UE f'Kunsill tas-Sigurtà mkabbar u riformat jibqa' għan ċentrali u fit-tul tal-Unjoni Ewropea; jitlob lill-VP/RGħ tieħu inizjattiva biex l-Istati Membri jiżviluppaw pożizzjoni komuni għal dak il-għan; jissuġġerixxi, sabiex jintlaħaq dak l-għan fil-futur, li jsir xogħol fuq il-koordinament preliminari tal-pożizzjonijiet fil-Kunsill tal-UE, l-introduzzjoni ta' membri ġodda tal-KSNU u riforma fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-KSNU lejn l-użu possibbli ta' maġġoranzi superkwalifikati;

47. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

OPINJONI TAL-MINORANZA (18.2.2014)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar l-approċċ komprensiv tal-UE u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE
(2013/2146(INI))

Imressqa minn: Sabine Lösing

Ir-rapport jippromwovi l-"approċċ komprensiv" (AK) fil-politika esterna, b'mod partikolari t-twaħħid tal-aspetti militari/ta' sigurtà u l-għajnuna umanitarja/għall-żvilupp. Jappoġġa l-kooperazzjoni ċivili-militari u jirrakkomanda militarizzazzjoni ulterjuri tal-istrutturi u s-setturi ċivili.

Aħna kontra r-rapport peress li:

- jappoġġa t-tnaqqis gradwali tal-limiti tal-konsensus tal-UE għall-iżvilupp u tal-Artikolu 208 tat-TFUE eżempju l-finanzjament tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika (strument li jiffinanzja l-operazzjonijiet ta' sigurtà) mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ);

- permezz ta' AK jiffavorixxi bħala prattika normali l-użu ta' għajnuna għall-iżvilupp (FEŻ - fond) biex jiffinanzja missjonijiet militari;

- jappoġġa ċentralizzazzjoni ulterjuri għall-PSDK, katina ta' kmand u teħid ta' deċiżjonijiet lil hinn minn kull kontroll pubbliku permezz ta' awtorizzazzjoni tar-RGħ/VP b'kariga tripla u s-SEAE bħala l-aħħar alternattiva biex jimplimentaw l-AK u jużaw l-istrumenti kolha inklużi dawk militari;

- nieqes minn soluzzjonijiet ċivili puri għall-konflitti u minflok jiffoka fuq id-difiża, l-intervent u l-militarizzazzjoni tal-UE għar-riżoluzzjoni tal-konflitt;

- isostni u jħeġġeġ aktar kooperazzjoni ċivili-militari u huwa favur is-subordinazzjoni tal-oqsma politiċi għall-PSDK;

Nitolbu:

- li l-objettiv primarju tal-politika għall-iżvilupp tal-UE jibqa' l-qerda tal-faqar u la għandu jkun emarġinat u anqas subordinat taħt kwalunkwe politika oħra tal-UE u għandu jkun, bħall-għajnuna umanitarja – newtrali, universali, imparzjali u indipendenti

- li l-għajnuna għall-iżvilupp ma tintużax għal skopijiet militari;

- li l-attivitajiet kollha jkunu strettament konformi mal-Karta tan-NU u mad-Dritt Internazzjonali;

- approċċi tal-UE ċivili għas-soluzzjoni tal-kunflitti, kif ukoll id-distinzjoni bejn l-azzjonijiet militari, min-naħa u l-azzjonijiet ċivili, min-naħa l-oħra;

- separazzjoni tal-UE min-NATO;

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (21.1.2014)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar l-approċċ komprensiv tal-UE u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE
(2013/2146(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Enrique Guerrero Salom

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza l-importanza ta' koordinazzjoni u koerenza effettiva fl-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea; jaqbel mal-fehma li l-isferi tal-iżvilupp, tal-politika u tas-sigurtà huma interdipendenti u li l-valur miżjud pprovdut mill-UE fir-reazzjoni għal emerġenzi kumplessi, jinsab fl-abilità tagħha li toħloq sinerġiji transsettorjali u interistituzzjonali sabiex tilħaq riżultati sostenibbli fuq il-post kif ukoll tikseb objettivi strateġiċi fuq terminu twil;

2.  Jilqa' l-Komunikazzjoni Konġunta tal-11 ta' Diċembru 2013 "L-approċċ konprensiv tal-UE għall-konflitti u l-kriżijiet esterni" (JOIN(2013)0030), li tirrappreżenta opportunità biex dan l-approċċ fl-istruttura istituzzjonali l-ġdida ta' wara Lisbona jkun ikkjarifikat u jsir operattiv, kif ukoll biex tikkonsolida l-impenn tal-UE favur ħidma komprensiva għall-ħidma tagħha fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni; jirrikonoxxi l-isfidi inerenti konsiderevoli fil-promozzjoni u l-implimentazjoni ta' politika ambizzjuża bħal din; jilqa', b'mod partikolari, l-enfasi li tqiegħed fuq ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp li għandha tkun prinċipju sottostanti fundamentali fl-applikazzjoni tal-approċċ komprensiv tal-UE;

3.  Jappoġġa bil-qawwa l-kunċett ta' azzjoni esterna aktar koerenti; jenfasizza li l-UE ma għandhiex tadotta definizzjoni ristretta tal-approċċ komprensiv; jilqa' l-fatt li l-Komunikazzjoni Konġunta tippromwovi fehim tal-approċċ komprensiv li jkopri l-istadji kollha taċ-ċiklu ta' konflitt jew ta' kriżijiet esterni oħra permezz ta' twissija bikrija u tħejjija, prevenzjoni ta' konflitti, reazzjoni għall-kriżi u ġestjoni għal irkupru bikri kif ukoll stabbilizzazzjoni u bini tal-paċi sabiex il-pajjiżi jkunu megħjuna lura fit-triq li twassalhom għal żvilupp sostenibbli u fit-tul; jinsab imħasseb ħafna dwar il-possibbiltà li l-objettivi tal-politika barranija jistgħu jieħdu preċedenza fuq il-prinċipji ta' żvilupp u fuq l-azzjoni umanitarja bbażta fuq il-prinċipji;

4.  Jilqa' r-referenza fil-Komunikazzjoni Konġunta għall-prinċipji speċifiċi ta' għajnuna għall-iżvilupp u azzjoni umanitarja li għandhom isostnu l-azzjoni tal-UE fl-approċċ komprensiv; jistieden lis-SEAE, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li l-integrazzjoni tal-politiki għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja fl-approċċ komprensiv jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipji ta' dawn il-politiki li l-UE impenjata għalihom;

5.  Ifakkar li l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxi l-prinċipju ta' Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp (PCD), u jenfasizza l-potenzjal ta' tensjoni bejn il-PCD min-naħa u l-approċċ komprensiv għall-ġestjoni tar-riskju lil hinn mill-UE min-naħa l-oħra; jenfasizza li l-objettiv ewlieni tal-politika għall-iżvilupp tal-UE huwa l-qerda tal-faqar u li għalhekk huwa essenzjali li l-objettivi kontra l-faqar ma jiġux marġinalizzati fil-politika barranija tal-UE kif ukoll li l-approċċ komprensiv ma jnaqqarx mill-karattru ċivili tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp; jinsab imħasseb dwar il-pressjoni li tista' potenzjalment tiġi mill-insegwiment integrat tal-objettivi tal-politika barranija biex tiġi allokata għajnuna għall-iżvilupp lil żoni ta' prijorità strateġika; jieħu nota tal-fatt li l-Komunikazzjoni Konġunta tagħti r-responsabbiltà lir-RGħ/VP u l-President tal-Kummissjoni li jiżguraw koerenza strateġika u operazzojnali fir-relazzjonijiet esterni, inkluż fir-rigward tal-impatt estern ta' politiki interni; jistieden lir-RGħ/VP u l-President tal-Kummissjoni jimpenjaw ruħhom li jagħmlu dan;

6.  Ifakkar li kemm l-Artikolu 214 tat-TFUE kif ukoll il-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja tal-2008 jipproteġu l-azzjoni umanitarja bbażata fuq il-prinċipji; jitlob li jkunu ssalvagwardjati l-prinċipji umanitarji tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza li huma essenzjali kemm għall-effettività tal-azzjoni umanitarja kif ukoll għas-sikurezza tal-atturi tagħha; jenfasizza b'mod sod li l-aġenda tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u dik tas-sigurtà ma għandhomx ifixklu l-abilità tal-atturi umanitarji li jwasslu l-assistenza, u li l-għajnuna umanitarja fl-ebda ċirkostanza ma għandha sservi skopijiet politiċi jew titqies bħala għodda tal-ġestjoni tar-riskju; jieħu nota li biex jinkiseb aċċess għal popolazzjonijiet fil-bżonn l-għajnuna umanitarja mhux biss għandha tkun newtrali iżda anki l-perċezzjoni tagħha għandha tkun hekk; filwaqt li jirrikonoxxi li l-konsenja umanitarja bbażata fuq il-ħtiġijiet għandha tinżamm separata, jappella għal involviment aktar wiesa' mal-atturi umanitarji sabiex jiġu definiti aħjar il-parametri tar-relazzjoni tagħhom mal-approċċ komprensiv;

7.  Hu tal-fehma li hemm rabta qawwija bejn l-iżvilupp u l-prevenzjoni tal-konflitti, peress li ta' spiss il-faqar ikun sors ewlieni u r-riżultat ta' konflitt; jenfasizza li l-prevenżjoni tikkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp sostenibbli; jilqa' l-ifffukar fuq il-prevenzjoni fil-Komunikazzjoni Konġunta, u jitlob għat-tisħiħ tas-sistemi ta' twissija bikrija tal-UE; jistieden lill-UE tkompli tappoġġa pajjiżi f'sitwazzjonijiet ta' fraġilità, sabiex tindirizza l-kawżi ewlenin u tistabbilixxi istituzzjonijiet funzjonali u responsabbli li jistgħu jagħtu servizzi bażiċi u jappoġġaw it-tnaqqis tal-faqar; jenfasizza l-bżonn li titfassal strateġija tal-UE għal stati fraġli, li tintegra fis-sistema tal-UE kemm il-prinċipji ta' stati fraġli tal-OECD DAC, kif ukoll l-objettivi tal-'Ftehim Ġdid għall-impenn fi Stati Fraġli' li ntlaħaq qbil dwaru f'Busan f'Diċembru 2011;

8.  Jilqa' l-impenn għal strateġija fit-tul kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni Konġunta billi huwa biss impenn fit-tul flimkien mal-iżvilupp sostenibbli li jistgħu jippromwovu l-paċi u s-sigurtà; jitlob għal koordinazzjoni aħjar tal-objettivi fuq terminu qasir u fit-tul tal-politiki tal-UE b'kunsiderazzjoni xierqa għall-fehmiet tal-partijiet interessati fil-livell lokali;

9.  Jenfasizza li, sabiex ikun effikaċi, l-approċċ komprensiv tal-UE għandu jkun ibbażat, kemm jista' jkun possibbbli, fuq analiżi konġunta, valutazzjoni u ppjanar fis-sistema tal-UE kollha, b'diviżjoni ċara tar-responsabbilitajiet; jinnota, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' programmar konġunt bħala għodda għall-kisba ta' koerenza fl-azzjoni esterna.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

21.1.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Michael Cashman, Ricardo Cortés Lastra, Véronique De Keyser, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Mikael Gustafsson, Filip Kaczmarek, Miguel Angel Martínez Martínez, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Maurice Ponga, Jean Roatta, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Keith Taylor, Ivo Vajgl, Iva Zanicchi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philippe Boulland, Emer Costello, Enrique Guerrero Salom, Cristian Dan Preda

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (23.10.2013)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar L-approċċ komprensiv tal-UE u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE
(2013/2146(INI)) Il-Parlament Ewropew,

Rapporteur: Minodora Cliveti

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jitlob lill-Kumitat għall-Affarjiet Barranin, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li ser jadotta:

1.  Jilqa' l-ħidma tal-Kummissjoni, kemm fil-livell ta' politika kif ukoll permezz tal-istrumenti ta' finanzjament u l-mekkaniżmi ta' appoġġ baġitarju tagħha, bl-għan li ttejjeb l-impenji tagħha għat-trawwim tal-emanċipazzjoni tan-nisa, b'mod partikolari billi tfittex li tintegra l-prijoritajiet u l-bżonnijiet tan-nisa fl-oqsma kollha ewlenin ta' azzjoni esterna tal-UE;

2.  Jenfasizza l-importanza li jkun hemm fondi disponibbli għal inizjattivi li jippermettu lin-nisa jipparteċipaw u jieħdu rwoli ta' tmexxija fir-rikostruzzjoni tal-ħajja komunitarja u jipprovdu aċċess għal infrastruttura, bħall-provvista tal-ilma, l-elettriku, l-iskejjel, sptarijiet u toroq, kif ukoll fil-bini (mill-ġdid) tal-istrutturi ġuridiċi u amministrattivi tal-istat;

3.  Jitlob lis-SEAE żżid il-kapaċità tagħha li tiżgura bilanċ bejn is-sessi meta tagħmel proposti għal pożizzjonijiet bħala kapijiet ta' Delegazzjoni;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri attivi fil-kuntest tal-PESK, inkluż l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, biex jippromwovu n-nondiskriminazzjoni u jipprevjenu diskriminazzjoni multipla fir-rigward tal-ġeneru, l-oriġini etnika, id-diżabilità, ir-reliġjon, l-età u l-orjentament sesswali;

5.  Jenfasizza l-importanza tal-inklużjoni tan-nisa u tal-NGOs li jippromwovu d-drittijiet tan-nisa, diġà fil-fażi tat-tfassil tal-politiki esterni tal-UE, partikolarment bil-provvista ta' taħriġ dwar kwistjonijiet relatati mal-ġeneru fis-SEAE u fid-delegazzjonijiet tal-UE f'pajjiżi terzi;

6.  Jenfasizza r-rwol tan-nisa fl-ibbilanċjar tal-politiki dwar l-iżvilupp permezz tal-parteċipazzjoni fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki bħal dawn, u b'hekk jiġi żgurat li n-negozjati politiċi u ekonomiċi jkunu jqisu l-interessi tan-nisa u jinħoloq ċirku vituż li fih in-nisa jkunu l-mutur wara l-politiki dwar l-iżvilupp;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat ir-rispett għad-dritt tat-tfal bniet li jesprimu opinjoni u li jinstemgħu fi kwistjonijiet li jaffettwaw saħħithom u d-dinjità tagħhom bħala bnedmin, filwaqt li jenfasizza li l-ħarsien tal-aħjar interessi tat-tfal għandu jkun l-ewwel prijorità; jenfasizza l-bżonn tat-tfal kollha, u b'mod partikolari tat-tfal bniet, li jiġu mrobbija f'ambjent ta' familja fil-paċi, dinjità, tolleranza, libertà, nondiskriminazzjoni, ugwaljanza bejn il-ġeneri u solidarjetà; jitlob implimentazzjoni stretta tad-Dikjarazzjoni ta' Ġinevra tad-Drittijiet tat-Tfal u tad-Dikjarazzjoni ta' Beijing dwar in-Nisa;

8.  Jitlob lis-SEAE tagħmel kull sforz possibbli biex twaqqaf iż-żwiġijiet formali tat-tfal f'pajjiżi fejn din il-prattika hija mifruxa;

9.  Jenfasizza l-livell baxx ta' parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika u s-sistemi ta' governanza, inkluż f'bosta bords nazzjonali ta' negozjar u ta' medjazzjoni; Jenfasizza l-bżonn ta' rieżami tal-mekkaniżmi istituzzjonali biex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi, u biex, jekk ikun meħtieġ, jiġu introdotti miżuri temporanji speċjali, bħad-diskriminazzjoni pożittiva, it-trattament preferenzjali u t-twaqqif ta' kwoti, biex in-nisa jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-ħajja parlamentari u politika b'mod ġenerali u fl-istituzzjonijiet kollha, il-missjonijiet u l-proċessi nazzjonali, reġjonali u internazzjonali rilevanti, inkluż operazzzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi;

10 Iqis li l-gvernijiet nazzjonali, kif ukoll l-organizzazzjonijiet sottoreġjonali, reġjonali u internazzjonali, għandhom jappoġġaw kwalunkwe inizjattiva pubblika, komunitarja jew privata li toffri lin-nisa aċċess ikbar għal riżorsi, u żieda fl-indipendenza ekonomika, filwaqt li tippromwovi d-dħul tagħhom fin-negozju u l-aċċess għal swieq u kreditu, partikolarment f'żoni rurali; Jissottolinja l-bżonn li jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet lokali jingħataw aċċess iktar faċli għal finanzjament pubbliku nazzjonali u internazzjonali u biex jiġu involuti n-nisa b'rwol ekwu bħal dak tal-irġiel - bħala parteċipanti kif ukoll benefiċjarji - fi programmi lokali għall-iżvilupp, programmi ta' ħolqien tal-impjiegi (inkluż impjieg taż-żgħażagħ), il-provvista ta' servizzi u programmi għall-irkupru ekonomiku f'żoni ta' konflitt;

11. Jirrimarka li l-isforzi tan-nisa għall-promozzjoni tal-paċi spiss ma jiġux rikonoxxuti, u li tiġi imposta tbatija estrema fuq in-nisa f'pajjiżi fil-gwerra;

12. Jiddikjara li miżuri ta' assistenza għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi tal-kriżi u tal-emerġenzi, u ta' pajjiżi li fihom hemm nuqqas serju ta' libertajiet fundamentali jew fejn l-NGOs joperaw f'kundizzjonijiet diffiċli; Iħeġġeġ lis-SEAE biex, flimkien mar-rappreżentanti tal-popolazzjonijiet ikkonċernati, tiddetermina għadd limitat ta' prijoritajiet li għandhom jiġu indirizzati l-ewwel u qabel kollox u b'mod simultanju, sabiex il-fondi u r-riżorsi jkunu jistgħu jiġu ffukati fuq il-kisba tal-objettivi b'mod iktar effikaċi; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjonijiet fejn in-nisa huma esposti għal vjolenza fiżika jew psikoloġika;

13 Jenfasizza l-importanza li tintemm il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, billi jitqies li f'ċerti sitwazzjonijiet ta' konflitt armat, il-vjolenza fuq in-nisa hija mifruxa u sistemika, bħal meta forom ta' vjolenza sesswali - bħall-istupru, il-prostituzzjoni forzata, it-traffikar tal-bniedem jew l-iskjavitù - jintużaw mill-gruppi armati bħala tattika ta' gwerra biex jitterrorizzaw jew jispustjaw liċ-ċittadini, jew biex jibbenefikaw ċerti partijiet interessati mill-konflitt;

14. Jitlob biex jitwaqqfu sistemi ta' appoġġ, u biex isiru investimenti f'servizzi speċjalizzati, b'għajnuna lil vittmi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, bħall-isturpru u t-trawma li jseħħu matul konflitti u gwerer;

15. Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ u s-sensibilizzazzjoni dwar ir-rwol tan-nisa fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u r-riforma demokratika, fl-appoġġ għall-prevenzjoni tal-konflitt, fil-konsolidazzjoni tal-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza politika, u fil-fażijiet kollha tan-negozjati dwar il-paċi kif ukoll fil-bini tal-paċi u l-ippjanar ta' wara l-konflitt; Jinnota wkoll f'dan ir-rigward li għandhom jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapporti tal-Missjonijiet tal-UE ta' Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni tn-nisa fil-proċess elettorali;

16. Jirrimarka li l-kredibilità tal-azzjoni esterna tal-UE tiddependi wkoll mill-fatt li tkun konformi mal-prinċipju tal-konsistenza bejn il-politika interna u l-objettivi għall-iżvilupp.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

21.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Marije Cornelissen, Edite Estrela, Iratxe García Pérez, Zita Gurmai, Mikael Gustafsson, Mary Honeyball, Silvana Koch-Mehrin, Elisabeth Morin-Chartier, Norica Nicolai, Antonyia Parvanova, Joanna Senyszyn, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Britta Thomsen, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Minodora Cliveti, Rosa Estaràs Ferragut, Mariya Gabriel, Nicole Kiil-Nielsen, Christa Klaß, Antigoni Papadopoulou, Angelika Werthmann

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

17.2.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

1

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Arnaud Danjean, Mark Demesmaeker, Ana Gomes, Richard Howitt, Liisa Jaakonsaari, Anneli Jäätteenmäki, Evgeni Kirilov, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Krzysztof Lisek, Francisco José Millán Mon, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Raimon Obiols, Ria Oomen-Ruijten, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Bernd Posselt, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Werner Schulz, Charles Tannock, Nikola Vuljanić, Sir Graham Watson

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrew Duff, Elisabeth Jeggle, Barbara Lochbihler, Indrek Tarand

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Rübig, Dubravka Šuica