RAPPORT INTERIM dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
21.2.2014 - (COM(2013)0534 – 2013/0255(APP))
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Salvatore Iacolino
Rapporteur għall-opinjoni (*):
Ingeborg Gräßle, Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
- (*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
- MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
- ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI
- NOTA SPJEGATTIVA
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
- RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
(COM(2013)0534 – 2013/0255(APP))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2013)0534),
– wara li kkunsidra r-regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (COM(2013)0535),
– wara li kkunsidra d-direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu[1],
– wara li kkunsidra l-istrumenti l-oħra fil-qasam tal-ġustizzja kriminali li ġew adottati b’kodeċiżjoni mill-Parlament Ewropew flimkien mal-Kunsill, bħad-Direttiva 2013/48/UE dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u d-dritt għall-komunikazzjoni fil-mument tal-arrest, id-Direttiva dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea f'materji kriminali eċċ.,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 86, 218, 263, 265, 267, 268 u 340 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta' Jannar 2014,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0141/2014),
A. billi l-objettivi ewlenin tat-twaqqif ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew huma l-kontribut għat-tisħiħ tal-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, it-titjib tal-fiduċja tan-negozji u ċ-ċittadini tal-UE fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u li jkun hemm garanzija li jsiru investigazzjoni u prosekuzzjoni aktar effiċjenti u effikaċi tar-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
B. billi l-UE assenjat lilha nnifisha l-kompitu li tiżviluppa Spazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, u billi, f'konformità mal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi l-kriminalità qiegħda tassumi dejjem aktar dimensjoni transfruntiera, u fil-każ ta' reati kontra l-interess finanzjarju tal-Unjoni, li kull sena jiġġeneraw danni finanzjarji sinifikanti, jeħtieġ li l-UE tirreaġġixxi b'mod effikaċi, billi tagħti valur miżjud lill-isforzi konġunti tal-Istati Membri kollha, peress li l-protezzjoni tal-baġit tal-UE kontra l-frodi tista' tinkiseb aħjar fil-livell tal-UE;
C. billi, fejn jidħol il-baġit tal-UE, għandu jiġi applikat il-prinċipju ta' tolleranza żero sabiex tiġi indirizzata l-frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b'mod koerenti u effiċjenti;
D. billi l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà ewlenija għall-implimentazzjoni ta' madwar 80 % tal-baġit tal-Unjoni, kif ukoll għall-ġbir tar-riżorsi proprji kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436 KE, Euratom[2], li dalwaqt se tiġi sostitwita minn Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-proposta emendata tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (COM(2011)0739);
E. billi huwa ugwalment importanti li jkun żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu kemm fil-livell tal-ġbir tar-riżorsi tal-UE, kif ukoll fil-livell tan-nefqa;
F. billi 10 % tal-inkjesti mwettqa mill-OLAF jikkonċernaw każijiet ta' kriminalità organizzata transfruntiera u jirrappreżentaw madankollu 40 % tal-impatt finanzjarju globali kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea;
G. billi l-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) huwa l-uniku att li jaqa' taħt is-sistema tal-ġustizzja kriminali li għalih ma tkunx applikabbli l-proċedura leġiżlattiva ordinarja;
H. billi l-proposta għal regolament dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew hija intrinsikament marbuta mal-proposta għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tad-dritt kriminali u mal-proposta għal regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) li huma soġġetti għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja;
I. billi r-rispett għall-istat tad-dritt irid ikun prinċipju gwida għal-leġiżlazzjoni Ewropea kollha, speċjalment fi kwistjonijiet marbuta mal-ġustizzja u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem;
J. billi 14-il kamra parlamentari nazzjonali minn 11-il Stat Membru introduċew il-mekkaniżmu tal-'karta s-safra' b'rabta mal-proposta tal-Kummissjoni u billi, fis-27 ta' Novembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li tappoġġa l-proposta, filwaqt li, madankollu, iddikjarat li se tikkunsidra kif xieraq l-opinjonijiet motivati tal-kmamar parlamentari nazzjonali waqt il-proċess leġiżlattiv;
K. billi l-Artikolu 86(1) tat-TFUE jirrikjedi li jkun hemm unanimità fi ħdan il-Kunsill sabiex jitwaqqaf Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew; billi ma jidhirx probabbli li din l-unanimità tintlaħaq u għaldaqstant huwa aktar probabbli li xi Stati Membri jwaqqfu Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew permezz ta' kooperazzjoni msaħħa, ħaġa li tirrikjedi li l-Kummissjoni tippreżenta proposta ġdida;
1. Iqis li l-objettiv tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li tirrappreżenta pass ulterjuri lejn it-twaqqif ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja kriminali u t-tisħiħ tal-għodda għall-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u għaldaqstant iżżid il-fiduċja tal-kontribwenti fl-UE;
2. Iqis li t-twaqqif ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jagħti valur miżjud partikolari lill-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, dejjem jekk jipparteċipaw l-Istati Membri kollha, peress li l-interessi finanzjarji kollha tal-Unjoni, u għaldaqstant l-interessi tal-kontribwenti Ewropej, għandhom jitħarsu fl-Istati Membri kollha;
3. Jistieden lill-Kunsill jinvolvi b'mod estensiv lill-Parlament fil-ħidma leġiżlattiva tiegħu permezz ta' fluss kostanti ta' informazzjoni u konsultazzjoni kontinwa tal-Parlament, sabiex jintlaħaq riżultat li jkun konformi mat-tibdil li sar fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea wara l-proċess ta' Lisbona u li huwa sostanzjalment kondiviż;
4. Jistieden lil-leġiżlatur Ewropew, peress li jqis il-koerenza tal-azzjoni globali tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ġustizzja bħala valur indispensabbli għall-effikaċja tagħha, jittratta din il-proposta fid-dawl ta' oħrajn strettament marbutin magħha, bħall-proposta għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tad-dritt kriminali, il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u strumenti rilevanti oħra fil-qasam tal-ġustizzja kriminali u d-drittijiet proċedurali sabiex tkun tista' tiġi żgurata l-kompatibilità sħiħa ma' dak kollu li għadu kif issemma, kif ukoll l-implimentazzjoni koerenti tal-proposta;
5. Jenfasizza li s-setgħat u l-prattiki tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom jirrispettaw il-korp tad-drittijiet fundamentali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u t-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri; għaldaqstant jitlob lill-Kunsill iqis kif xieraq dawn ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
(i) l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se jkollu jopera fl-osservanza stretta tad-dritt ta' proċess ġust u għaldaqstant jikkonforma mal-prinċipju tal-qorti naturali, u dan jirrikjedi li l-kriterji li jiddeterminaw liema hija l-qorti kompetenti li għandha teżerċita l-ġurdisdizzjoni jiġu stabbiliti b'mod ċar minn qabel; peress li l-formulazzjoni attwali tal-Artikolu 27(4) tagħti lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew diskrezzjoni eċċessiva fl-applikazzjoni ta' diversi kriterji ta' ġurisdizzjoni, dawn il-kriterji għandhom isiru vinkolanti u għandha tinħoloq ġerarkija bejniethom sabiex tiġi żgurata l-prevedibbiltà; f'dan ir-rigward, għandu jittieħed kont tad-drittijiet tal-persuna suspettata; barra minn hekk, id-determinazzjoni tal-kompetenza f'konformità ma' dawn il-kriterji għandha tkun soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju;
(ii) l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jingħata indipendenza sħiħa kemm mill-gvernijiet nazzjonali kif ukoll mill-istituzzjonijiet tal-UE u għandu jitħares minn kwalunkwe pressjoni politika;
(iii)il-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenza tal-UPPE għandu jkun determinat bi preċiżjoni, bil-għan li jkunu jistgħu jiġu identifikati minn qabel l-atti kriminali li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni; il-Parlament jitlob li d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13 tal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-kompetenza anċillari, jiġu rieżaminati bir-reqqa peress li fl-abbozz attwali jaqbżu l-limiti tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 86(1) sa (3) TFUE; dan għandu jsir b'mod li jiżgura li s-setgħat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiġu estiżi għal reati oħra għajr dawk li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni biss meta b'mod kumulattiv:
a) il-kondotta partikolari tikkostitwixxi b'mod simultanju kemm reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll reati oħrajn; kif ukoll
b) ir-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huma predominanti u l-oħrajn huma sempliċement anċillari; kif ukoll
c) ir-reati l-oħrajn ma jkunux jistgħu jitressqu l-qorti u jiġu penalizzati jekk ma jkunux tħarrku u mressqa quddiem il-qorti flimkien mar-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
Barra minn hekk, id-determinazzjoni tal-kompetenza f'konformità ma' dawn il-kriterji għandha tkun soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju;
(iv) filwaqt li jitqies il-fatt li d-Direttiva prevista fl-Artikolu 12 tal-proposta li jistabbilixxi liema reati se jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għadha ma ġietx adottata, it-test tal-proposta għandu jsemmi b'mod speċifiku l-fatt li l-Prosekutur Pubbliku Ewropew ma jistax jipproċedi kontra reati li ma jkunux ġew stabbiliti fid-dritt tal-Istati Membri rilevanti fiż-żmien li fih jitwettaq ir-reat; barra minn hekk, l-UPPE m'għandux jeżerċita l-kompetenza tiegħu fejn jidħlu r-reati mwettqa qabel ma dan isir kompletament operattiv; f'dan ir-rigward, l-Artikolu 71 tal-proposta għandu jiġi emendat kif xieraq;
(v) l-istrumenti investigattivi u l-miżuri ta' investigazzjoni għad-dispożizzjoni tal-UPPE għandhom ikunu uniformi, identifikati b'mod preċiż u kompatibbli mal-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri li fihom huma implimentati; barra minn hekk, il-kriterji għall-użu ta' miżuri investigattivi għandhom jiġu spjegati f'aktar dettall sabiex tiġi żgurata l-esklużjoni tal-'forum shopping';
(vi) l-ammissibilità tal-evidenza u l-valutazzjoni tagħha f'konformità mal-Artikolu 30 huma elementi ewlenin fl-investigazzjoni kriminali; ir-regoli rilevanti għaldaqstant iridu jkunu ċari u uniformi fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, u għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mas-salvagwardji proċedurali; biex din il-konformità tiġi żgurata, il-kundizzjonijiet għall-ammissibilità tal-evidenza għandhom ikunu tali li jirrispettaw id-drittijiet kollha ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
(vii) id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effikaċi dejjem għandu jiġi appoġġat f'dak li għandu x'jaqsam mal-attività tal-Prosekutur Pubbliku fl-Unjoni kollha; għaldaqstant, id-deċiżjonijiet meħuda mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom ikunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju quddiem il-qorti kompetenti. f'dan ir-rigward, id-deċiżjonijiet meħuda mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew qabel jew b'mod indipendenti mill-kawża, bħal dawk deskritti fl-Artikoli 27, 28, 29 rigward il-kompetenza, it-twarrib tal-każijiet jew t-tranżazzjonijiet, għandhom ikunu soġġetti għar-rimedji disponibbli quddiem il-Qrati tal-Unjoni.
L-Artikolu 36 tal-proposta għandu jitfassal mill-ġdid sabiex jiġi evitat it-tidwir bil-kliem tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni u limitazzjoni sproporzjonata għad-dritt ta' rimedju ġudizzjarju effikaċi skont l-Artikolu 47(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
(viii)id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tal-proposta għandhom jiddikjaraw b'mod ċar li wara li jitwarrab każ marbut ma' reati minuri min-naħa tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni nazzjonali ma jinżammux lura milli jwettqu investigazzjoni u prosekuzzjoni ulterjuri tal-każ jekk il-liġi nazzjonali tagħhom tippermettilhom jagħmlu dan; u li, fejn nuqqas ta' evidenza rilevanti ma jistax jiġi rimedjat b’mod prevedibbli minn aktar passi investigattivi proporzjonati, it-twarrib tal-każ huwa obbligatorju; barra minn hekk, l-eżistenza ta' raġunijiet obbligatorji għat-twarrib tal-każ għandha tiġi kkontrollata mill-aktar fis possibbli tul l-investigazzjoni, u t-twarrib tal-każ għandu jsegwi mingħajr dewmien żejjed malli jinstab li tkun tapplika waħda mir-raġunijiet obbligatorji;
(ix) l-amministrazzjoni arbitrarja tal-ġustizzja trid tiġi evitata fiċ-ċirkostanzi kollha; għaldaqstant, il-kundizzjoni ta' "amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja" bħala raġuni għal tranżazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 29(1) tal-proposta għandha tiġi sostitwita bi kriterji aktar speċifiċi. it-tranżazzjoni għandha tiġi eskluża, b’mod partikolari, mill-mument meta ssir l-akkuża, u fi kwalunkwe każ f’każijiet li jistgħu jitwarrbu skont l-Artikolu 28 tal-proposta kif ukoll f’każijiet serji;
(x) billi s-setgħat tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeħtieġu mhux biss stħarriġ ġudizzjarju mill-Qorti tal-Ġustizzja, iżda anke sorveljanza mill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, jeħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet rilevanti b'mod partikolari biex jiġu żgurati prattiki effikaċi u koerenti fost l-Istati Membri u kompatibbiltà mal-istat tad-dritt;
6. Jistieden lill-Kunsill, barra minn hekk - huwa u jisħaq fuq il-ħtieġa għall-akbar rispett tal-prinċipji fundamentali bħalma hu dak ta' proċess ġust li miegħu hemm marbuta direttament is-salvagwardji tad-difiża fi proċessi kriminali - iqis ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin u jaġixxi kif xieraq:
(i) l-attivitajiet kollha tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom jiżguraw protezzjoni għolja tad-drittijiet tad-difiża, b'mod partikolari jekk wieħed iqis li l-Unjoni tista' ssir spazju li fih ikun jista' jaġixxi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, b'veloċità operattiva, mingħajr ma jkollu jirrikorri għal strumenti ta' assistenza legali reċiproka; f'dan ir-rigward, ir-rispett għall-istandards minimi tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-individwi fil-proċedura kriminali fl-Istati Membri kollha huwa element ewlieni għall-funzjonament adegwat tal-UPPE.
F'dan ir-rigward għandu jiġi osservat li l-pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati jew tal-persuni akkużati fi proċedimenti kriminali adottat mill-Kunsill fit-30 ta’ Novembru 2009 għadu mhuwiex lest għalkollox u li l-proposta tillimita ruħha li tirreferi għall-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali għal kwistjonijiet marbuta mad-dritt tas-skiet, mal-prinċipju tal-preżunzjoni ta' innoċenza, mad-dritt għal għajnuna legali bla ħlas u għal indaġini mid-difiża; għaldaqstant, sabiex jiġi rrispettat il-prinċipju tal-parità tal-armi, il-liġi applikabbli għall-persuni ssuspettati jew persuni akkużati involuti fil-proċedimenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandha tapplika wkoll għas-salvagwardji proċedurali kontra l-atti investigattivi u ta' prosekuzzjoni tal-UPPE, bla ħsara għal kwalunkwe standards addizzjonali jew ogħla ta' salvagwardji proċedurali mogħtija mid-dritt tal-Unjoni;
(ii) wara l-iskadenza tal-perjodu ta' traspożizzjoni rilevanti, in-nuqqas ta' traspożizzjoni, jew traspożizzjoni ħażina fil-liġi nazzjonali ta' wieħed mill-atti dwar id-drittijiet proċedurali tal-liġi tal-Unjoni qatt m'għandhom jiġu interpretati kontra individwu soġġett għal investigazzjoni jew prosekuzzjoni, u l-applikazzjoni tagħhom dejjem għandha timxi f'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
(iii) għandu jkun żgurat ir-rispett tal-prinċipju tan-ne bis in idem;
(iv) Il-prosekuzzjoni għandha tikkonforma mal-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-leġiżlazzjoni tal-UE applikabbli dwar il-ħarsien tad-dejta personali; għandha tingħata attenzjoni partikolari għad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta meta dejta personali tiġi trasferita lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali;
7. Jistieden lill-Kunsill biex iqis ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin, biex jiżgura li l-istruttura tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tkun waħda versatili, simplifikata, effiċjenti u li kapaċi tikseb l-aqwa riżultati:
(i) sabiex ikun żgurat eżitu ġust u ta' suċċess tal-investigazzjonijiet u l-koordinament tagħhom, jaqbel li dawk mitluba jmexxuhom ikollhom għarfien profond tal-ordinamenti ġuridiċi tal-pajjiżi involuti; għal dan il-għan, il-mudell organizzattiv tal-UPPE għandu jiżgura fuq livell ċentrali l-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien xierqa tal-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri;
(ii) biex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet jittieħdu malajr kemm jista' jkun u b'mod effiċjenti, jaqbel li l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet għandu jiġi estiż mill-UPPE, bl-għajnuna ta' Prosekuturi Delegati Nazzjonali, responsabbli għal każijiet speċifiċi;
(iii) biex ikun żgurat li l-UPPE jista' jiggarantixxi standards għolja ta' indipendenza, effiċjenza, esperjenza u professjonalità, jaqbel li l-persunal tiegħu jkun kwalifikat kemm jista' jkun u jiggarantixxi li l-objettivi stabbiliti f'din ir-riżoluzzjoni jinkisbu; b'mod partikolari, il-membri tal-persunal imsemmija jistgħu jiġu mill-ġudikatura jew minn professjoni legali jew setturi oħra li fihom ikun kiseb l-esperjenza u l-professjonalità msemmija qabel, kif ukoll għarfien xieraq tal-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri; f'dan ir-rigward, id-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-paragrafu 4 tal-Memorandum Spjegattiv tal-proposta fir-rigward tal-ispejjeż globali għandu jaqbel mar-rekwiżiti reali b'rabta mal-effiċjenza u l-funzjonalità tal-UPPE;
(iv) għandu jinħoloq mekkaniżmu ta' kontroll biex dan ifassal rapport fuq bażi annwali dwar l-attivitajiet tal-UPPE;
8. Jieħu nota tal-idea li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun imsejjes fuq strutturi eżistenti, soluzzjoni li l-Kummissjoni tistenna li ma timplika ebda spejjeż sostanzjali ġodda għall-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, peress li s-servizzi amministrattivi tal-Uffiċċju għandhom ikunu mmaniġġjati mill-Eurojust u r-riżorsi umani tiegħu għandhom jiġu minn entitajiet eżistenti bħall-OLAF;
9. Jesprimi dubji dwar l-argument tal-kosteffiċjenza mressaq fil-proposta, peress li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeħtieġ jistabbilixxi dipartimenti speċjalizzati, wieħed għal kull Stat Membru, li għandu jkollhom għarfien profond tal-qafas ġuridiku nazzjonali sabiex iwettqu investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet effikaċi; jitlob li titwettaq analiżi biex jiġu vvalutati l-ispejjeż tat-twaqqif tal-UPPE għall-baġit tal-UE u kwalunkwe effett konsegwenzjali għall-baġits tal-Istati Membri; jitlob li titwettaq analiżi biex jiġu vvalutati l-benefiċċji wkoll;
10. Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-proposta bbażata fuq is-suppożizzjoni li, fejn jidħlu l-finanzi u l-persunal, is-servizzi amministrattivi pprovduti mill-Eurojust mhu se jkollhom l-ebda impatt fuq din l-aġenzija deċentralizzata; iqis, għaldaqstant, li r-rapport finanzjarju huwa qarrieqi; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għat-talba tiegħu li l-Kummissjoni tippreżenta rapport finanzjarju aġġornat li jieħu kont tal-emendi potenzjali mil-leġiżlatur qabel il-konklużjoni tal-proċess leġiżlattiv;
11. Jirrakkomanda li, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 86(1) tat-TFUE, li permezz tagħhom il-Kunsill jista' jistabbilixxi UPPE 'mill-Eurojust', il-Kummissjoni għandha tipprevedi trasferiment sempliċi ta' riżorsi finanzjarji mill-OLAF għall-UPPE, u li l-UPPE jibbenefika mill-għarfien espert u l-valur miżjud tal-membri tal-persunal tal-Eurojust;
12. Jisħaq fuq il-fatt li ma ngħatat l-ebda indikazzjoni ċara dwar jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, bħala korp li għadu kemm ġie stabbilit, huwiex soġġett għat-tnaqqis tal-persunal ippjanat għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni; jagħmilha ċara li mhuwiex se jappoġġa approċċ bħal dan;
13. Jistieden lill-Kunsill jiċċara l-kompetenza ta' kull korp eżistenti inkarigat li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jindika li hija ta' importanza kbira li r-relazzjoni bejn l-UPPE u korpi oħra diġà eżistenti, bħall-Eurojust u l-OLAF, tkun iddefinita aktar u ddemarkata b'mod ċar; jisħaq fuq il-fatt li l-UPPE għandu japprofitta mill-ispeċjalizzazzjoni miksuba biż-żmien tal-OLAF fit-twettiq tal-investigazzjonijiet, fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni, f’oqsma li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluża l-korruzzjoni; jisħaq, b'mod partikolari, li l-Kunsill għandu jiċċara l-komplementarjetà tal-azzjonijiet tal-OLAF u tal-UPPE fir-rigward tal-hekk imsejħa investigazzjonijiet 'interni' u 'esterni'; jenfasizza li l-proposta attwali tal-Kummissjoni la tiċċara r-relazzjoni tagħha mal-UPPE u lanqas il-mod kif ser jitwettqu l-investigazzjonijiet interni fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE;
14. Iqis li għandha titwettaq analiżi iktar fil-fond tal-operat simultanju tal-OLAF, il-Eurojust u l-UPPE biex jiġi limitat ir-riskju li l-kompetenzi tagħhom jidħlu f'kunflitt; jistieden lill-Kunsill jiċċara l-kompetenzi rispettivi ta' dawn il-korpi, jidentifika kemm il-kompetenzi kondiviżi potenzjali kif ukoll l-ineffiċjenzi, u, fejn xieraq, jissuġġerixxi rimedji;
15. Jeħtieġ, billi bosta Stati Membri probabbilment se jagħżlu li ma jipparteċipawx fil-proposta tal-UPPE, analiżi li tiċċara liema unitajiet tal-OLAF u liema membri tal-persunal tiegħu ser jiġu trasferiti mal-UPPE, u liema ser jibqgħu mal-OLAF; jirrikjedi li l-OLAF iħaddan ir-riżorsi meħtieġa biex iwettaq kull attività kontra l-frodi li ma taqax fi ħdan il-mandat tal-UPPE;
16. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-OLAF se jibqa' responsabbli għal dawk l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-proġett tal-UPPE, u li dawn għandhom jingħataw livell ekwivalenti ta' salvagwardji proċedurali;
17. Jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tinkludi, fost it-tibdil fir-regolament tal-OLAF bħala konsegwenza tat-twaqqif tal-UPPE, biżżejjed salvagwardji proċedurali, inkluża l-possibilità ta' stħarriġ ġudizzjarju ta' miżuri investigattivi meħuda mill-OLAF;
18. Iqis li l-obbligi imposti fuq l-awtoritajiet nazzjonali biex jinfurmaw lill-UPPE dwar kull forma ta' mġiba li tista' tikkostitwixxi reat li jidħol taħt il-kompetenza tiegħu għandhom ikunu allinjati ma', u mhux jaqbżu, dawk l-obbligi li hemm fis-seħħ fuq il-livell ta' Stat Membru, u għandhom jirrispettaw l-indipendenza ta' dawn l-awtoritajiet;
19. Jitlob li tinħoloq damma speċjali ta' regoli fil-livell tal-UE biex jiġi żgurat ħarsien armonizzat għall-informaturi;
20. Jiddispjaċih li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mhuwiex kompetenti fejn jidħlu forom gravi ta' reati transfruntiera bħall-kriminalità organizzata; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt f’dan ir-rigward;
21. Jistieden lill-Kunsill itejjeb aktar l-effiċjenza u l-effikaċja tal-qrati tal-ġustizzja rispettivi fl-Istati Membri, li huma indispensabbli għas-suċċess tal-proġett tal-UPPE.
22. Jilqa' l-idea li l-UPPE jiġi integrat fi strutturi deċentralizzati eżistenti permezz tal-parteċipazzjoni ta' prosekuturi delegati nazzjonali bħala 'konsulenti speċjali'; huwa konxju tal-ħtieġa ta' aktar elaborazzjoni fuq l-indipendenza tal-prosekuturi delegati fi ħdan il-ġudikatura nazzjonali, u dwar proċeduri trasparenti biex dawn jintgħażlu sabiex jiġi evitat kull suġġeriment ta' favoritiżmu min-naħa tal-UPPE;
23. Iqis li t-taħriġ xieraq fil qasam tad-dritt kriminali tal-UE għall-Prosekuturi Delegati Ewropej u l-persunal tagħhom għandu jingħata b'mod uniformi u effikaċi;
24. Ifakkar lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li huwa importanti ħafna li l-Parlament Ewropew, koleġiżlatur f'materji kriminali sostantivi u proċedurali, jibqa' involut mill-qrib fil-proċedura tal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u li l-pożizzjoni tiegħu titqies b'mod xieraq fil-fażijiet kollha tal-proċedura; għal dak il-għan, għandu l-intenzjoni jżomm kuntatt frekwenti mal-Kummissjoni u mal-Kunsill, bil-għan li tirnexxi l-kollaborazzjoni f'dan ir-rigward; huwa totalment konxju mill-kumplessità tal-kompitu u tal-ħtieġa ta' perjodu ta' żmien xieraq sabiex dan jinkiseb, jimpenja ruħu biex jesprimi l-fehmiet tiegħu, jekk ikun meħtieġ fir-rapporti interim futuri, dwar l-iżvilupp futuri tal-UPPE;
25. Jistieden lill-Kunsill jieħu ż-żmien meħtieġ biex iwettaq evalwazzjoni bir-reqqa tal-proposta tal-Kummissjoni, u ma jgħaġġilx biex itemm in-negozjati tiegħu; jisħaq li għandha tiġi evitata tranżizzjoni prematura fuq il-proċedura ta' kooperazzjoni msaħħa;
26. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu jitlob li jkompli jwettaq skrutinju tal-proposta flimkien mal-Kunsill;
27. Jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill għall-fatt li l-linji gwida mniżżla hawn fuq huma supplimentati minn anness tekniku għal din ir-Riżoluzzjoni;
28. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] Testi adottati, P7_TA(2013)0444.
- [2] ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI
Premessa 22 |
||
Modifika 1 |
||
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
(22) Ir-reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni ħafna drabi jkunu marbutin mill-qrib ma’ reati oħra. Fl-interess tal-effiċjenza proċedurali u sabiex jiġi evitat il-ksur possibbli tal-prinċipju ne bis in idem, il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandha tkopri wkoll reati li skont il-liġi nazzjonali ma jkunux teknikament definiti bħala reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni meta l-fatti kostitwenti tagħhom ikunu identiċi u marbutin b’mod sħiħ ma’ dawk tar-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’każijiet imħallta bħal dawn, fejn ir-reat li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkun preponderanti, il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandha tiġi eżerċitata wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. Il-preponderanza għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta’ kriterji bħall-impatt finanzjarju tar-reati għall-Unjoni, għall-baġits nazzjonali, in-numru ta’ vittmi jew ċirkustanzi oħra relatati mal-gravità tar-reati, jew il-pieni applikabbli. |
(22) Ir-reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni ħafna drabi jkunu marbutin mill-qrib ma' reati oħra. Sabiex jiġi evitat il-ksur possibbli tal-prinċipju ne bis in idem, il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandha tkopri wkoll reati li skont il-liġi nazzjonali ma jkunux teknikament definiti bħala reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni meta l-fatti kostitwenti tagħhom ikunu identiċi u marbutin ma' dawk tar-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’każijiet imħallta bħal dawn, fejn ir-reat li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkun predominanti, il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandha tiġi eżerċitata wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. Il-predominanza għandha tiġi stabbilita abbażi ta' kriterji bħall-impatt finanzjarju tar-reati għall-Unjoni, għall-baġits nazzjonali, in-numru ta' vittmi jew ċirkustanzi oħra relatati mal-gravità tar-reati, jew il-pieni applikabbli. |
|
Artikolu 13 |
||
Modifika 2 |
||
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
1. Meta r-reati msemmija fl-Artikolu 12 ikunu marbutin b’mod sħiħ ma’ reati kriminali għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 12 u l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni konġunti tagħhom ikunu fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun kompetenti wkoll għal dawk ir-reati kriminali, bil-kundizzjoni li r-reati msemmija fl-Artikolu 12 ikunu preponderanti u r-reati kriminali l-oħra jkunu bbażati fuq fatti identiċi.
|
1. Meta r-reati msemmija fl-Artikolu 12 ikunu marbutin ma' reati kriminali għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 12, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkun kompetenti wkoll għal dawk ir-reati kriminali l-oħra, dejjem jekk il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin jiġu rispettati: - damma partikolari ta' fatti tinkludi b'mod simultanju kemm reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll reat(i) oħrajn; kif ukoll - ir-reat(i) li jaffettwa(w) l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkun(u) predominanti u l-ieħor/l-oħrajn ikun/ikunu sempliċement anċillari; kif ukoll - il-prosekuzzjoni u l-piena ulterjuri tar-reat(i) l-ieħor/l-oħrajn ma jibqgħux possibbli jekk ma jkunux tħarrku u mressqa quddiem il-qorti flimkien mar-reat(i) li jaffettwa(w) l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
|
Jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfati, l-Istat Membru li jkun kompetenti għar-reati l-oħra jkun kompetenti wkoll għar-reati msemmija fl-Artikolu 12.
|
Jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfati, l-Istat Membru li jkun kompetenti għar-reati l-oħra jkun kompetenti wkoll għar-reati msemmija fl-Artikolu 12. |
|
2. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni nazzjonali jikkonsultaw ma’ xulxin sabiex jiddeterminaw liema awtorità għandha l-kompetenza skont il-paragrafu 1. Fejn ikun xieraq sabiex tiġi determinata din il-kompetenza, jista’ jiġi assoċjat il-Eurojust skont l-Artikolu 57.
|
2. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni nazzjonali jikkonsultaw ma' xulxin sabiex jiddeterminaw liema awtorità għandha l-kompetenza skont il-paragrafu 1. Fejn ikun xieraq sabiex tiġi determinata din il-kompetenza, jista' jiġi assoċjat il-Eurojust skont l-Artikolu 57. |
|
3. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni nazzjonali dwar il-kompetenza skont il-paragrafu 1, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar l-attribuzzjoni tal-kompetenzi fir-rigward tal-prosekuzzjoni fil-livell nazzjonali, tiddeċiedi dwar il-kompetenza anċillari.
|
3. F’każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni nazzjonali dwar il-kompetenza skont il-paragrafu 1, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar l-attribuzzjoni tal-kompetenzi fir-rigward tal-prosekuzzjoni fil-livell nazzjonali, tiddeċiedi dwar il-kompetenza anċillari. |
|
4. L-istabbiliment tal-kompetenza skont dan l-Artikolu ma għandux ikun soġġett għal reviżjoni. |
4. L-istabbiliment tal-kompetenza skont dan l-Artikolu jista' jkun soġġett għal reviżjoni mill-qorti tal-proċess kif determinat skont l-Artikolu 27(4) tal-proposta, b'inizjattiva tagħha stess. |
|
|
||
Modifika 3 |
||
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
(46) Ir-regoli ġenerali tat-trasparenza applikabbli għall-aġenziji tal-Unjoni għandhom japplikaw ukoll għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew iżda fir-rigward biss tal-kompiti amministrattivi tiegħu sabiex ma jiġi ppreġudikat bl-ebda mod ir-rekwiżit tal-kunfidenzjalità fil-ħidma operattiva tiegħu. Bl-istess mod, l-inkjesti amministrattivi mwettqa mill-Ombudsman Ewropew għandhom jirrispettaw ir-rekwiżit tal-kunfidenzjalità tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. |
(46) Ir-regoli ġenerali tat-trasparenza applikabbli għall-aġenziji tal-Unjoni għandhom japplikaw ukoll għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew; l-inkjesti amministrattivi mwettqa mill-Ombudsman Ewropew għandhom jirrispettaw ir-rekwiżit tal-kunfidenzjalità tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. |
|
Artikolu 27 |
||
Modifika 4 |
||
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
1. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Prosekuturi Delegati Ewropej ikollhom l-istess setgħat bħall-prosekuturi pubbliċi nazzjonali fir-rigward tal-prosekuzzjoni u t-tressiq ta’ każ għall-ġustizzja, b’mod partikolari s-setgħa li jippreżentaw motivi għal proċess (trial pleas), jipparteċipaw fit-teħid tal-provi u jeżerċitaw ir-rimedji disponibbli. |
1. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Prosekuturi Delegati Ewropej għandhom ikollhom l-istess setgħat bħall-prosekuturi pubbliċi nazzjonali fir-rigward tal-prosekuzzjoni u t-tressiq ta' każ għall-ġustizzja, b'mod partikolari s-setgħa li jippreżentaw motivi għal proċess, jipparteċipaw fit-teħid tal-evidenza u jeżerċitaw ir-rimedji disponibbli. |
|
2. Meta l-Prosekutur Delegat Ewropew kompetenti jqis l-investigazzjoni bħala konkluża, huwa jissottometti sommarju tal-każ flimkien ma’ abbozz tal-akkuża u l-lista tal-provi lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew għal reviżjoni. Meta huwa ma jagħtix struzzjonijiet għat-twarrib tal-każ skont l-Artikolu 28, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jagħti struzzjoni lill-Prosekutur Delegat Ewropew biex iressaq il-każ quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti flimkien ma’ akkuża, jew jirreferih lura għal aktar investigazzjoni. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jressaq ukoll il-każ quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti huwa stess. |
2. Meta l-Prosekutur Delegat Ewropew kompetenti jqis l-investigazzjoni bħala konkluża, huwa jissottometti sommarju tal-każ flimkien ma' abbozz tal-akkuża u l-lista tal-evidenza lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew għal reviżjoni. Meta huwa ma jagħtix struzzjonijiet għat-twarrib tal-każ skont l-Artikolu 28 jew meta, fuq struzzjonijiet tiegħu li joffri tranżazzjoni skont l-Artikolu 29, tali offerta ma tiġix aċċettata, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jagħti struzzjoni lill-Prosekutur Delegat Ewropew biex iressaq il-każ quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti flimkien ma' akkuża, jew jirreferih lura għal aktar investigazzjoni. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jressaq ukoll il-każ quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti huwa stess. |
|
3. L-akkuża ppreżentata lill-qorti nazzjonali kompetenti telenka l-provi li se jiġu ppreżentati fil-proċess. |
3. L-akkuża ppreżentata lill-qorti nazzjonali kompetenti għandha telenka l-evidenza li se tiġi ppreżentata fil-proċess. |
|
4. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jagħżel, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Prosekutur Delegat Ewropew li jissottometti l-każ u filwaqt li jżomm f’moħħu l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, il-ġurisdizzjoni tal-proċess u jiddetermina l-qorti nazzjonali kompetenti billi jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:
|
4. L-qorti nazzjonali kompetenti għandha tiġi determinata abbażi tal-kriterji li ġejjin, skont l-ordni ta' prijorità: |
|
a) il-post fejn twettaq ir-reat, jew fil-każ ta’ diversi reati, il-post fejn twettqu l-biċċa l-kbira tar-reati; |
a) il-post fejn twettaq ir-reat, jew fil-każ ta' diversi reati, il-post fejn twettqu l-biċċa l-kbira tar-reati; |
|
b) il-post fejn il-persuna suspettata jkollha r-residenza abitwali tagħha; |
b) il-post fejn il-persuna suspettata jkollha r-residenza abitwali tagħha; |
|
c) il-post fejn ikunu qegħdin il-provi; |
c) il-post fejn tkun qiegħda l-evidenza; |
|
d) il-post fejn il-vittmi diretti jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom. |
d) il-post fejn il-vittmi diretti jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom. |
|
5. Meta jkun meħtieġ għall-finijiet tal-irkupru, is-segwitu amministrattiv jew il-monitoraġġ, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew javża lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, lill-persuni interessati u lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, dwar l-akkuża. |
5. Meta jkun meħtieġ għall-finijiet tal-irkupru, is-segwitu amministrattiv jew il-monitoraġġ, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew javża lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, lill-persuni interessati u lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, dwar l-akkuża. |
|
Artikolu 28 |
||
Modifika 5 |
||
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
1. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew iwarrab il-każ meta l-prosekuzzjoni tkun saret impossibbli minħabba xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin: |
1. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew iwarrab il-każ meta l-prosekuzzjoni tkun saret impossibbli minħabba xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin: |
|
a) il-mewt tal-persuna suspettata; |
a) il-mewt tal-persuna suspettata; |
|
b) l-imġiba soġġetta għall-investigazzjoni ma tammontax għal reat kriminali; |
b) l-imġiba soġġetta għall-investigazzjoni ma tammontax għal reat kriminali; |
|
c) amnestija jew immunità mogħtija lill-persuna suspettata; |
c) amnestija jew immunità mogħtija lill-persuna suspettata; |
|
d) l-iskadenza tal-limitu statutorju nazzjonali għall-prosekuzzjoni; |
d) l-iskadenza tal-limitu statutorju nazzjonali għall-prosekuzzjoni; |
|
e) il-persuna suspettata tkun diġà ġiet finalment meħlusa jew kundannata dwar l-istess fatt fl-Unjoni jew il-każ ikun ġie ttrattat skont l-Artikolu 29. |
e) il-persuna suspettata fl-aħħar tkun diġà ġiet meħlusa jew kundannata dwar l-istess fatt fl-Unjoni jew il-każ ikun ġie ttrattat skont l-Artikolu 29. |
|
|
f) wara li tkun saret investigazzjoni sħiħa, komprensiva u proporzjonata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u jkun hemm nuqqas ta' evidenza rilevanti. |
|
2. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jwarrab il-każ għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin: a) ir-reat ikun reat minuri skont il-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 2013/XX/EU dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali; b) nuqqas ta’ provi rilevanti. |
2. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jwarrab il-każ jekk ir-reat ikun reat minuri skont il-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 2013/XX/UE dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tad-dritt kriminali; |
|
3. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jirreferi l-każijiet imwarrba minnu lill-OLAF jew lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji nazzjonali kompetenti għal irkupru, segwitu amministrattiv ieħor jew monitoraġġ.
|
3. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jirreferi l-każijiet imwarrba minnu lill-OLAF jew lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji nazzjonali kompetenti għal irkupru, segwitu amministrattiv ieħor jew monitoraġġ. |
|
4. Meta l-investigazzjoni tkun inbdiet fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-parti danneġġata, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jinforma b’dan lil dik il-parti. |
4. Meta l-investigazzjoni tkun inbdiet abbażi ta' informazzjoni pprovduta mill-parti danneġġata, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jinforma b'dan lil dik il-parti. |
|
Artikolu 29 |
||
Modifika 6 |
||
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
1. Meta l-każ ma jiġix imwarrab u dan iservi l-iskop tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’, wara li jkun ġie kkumpensat id-dannu, jipproponi lill-persuna suspettata li tħallas multa ta’ somma f’daqqa li, ladarba titħallas, tkun tfisser it-twarrib finali tal-każ (tranżazzjoni). Jekk il-persuna suspettata taqbel, hija tħallas il-multa ta’ somma f’daqqa lill-Unjoni. |
1. Meta l-każ ma jkunx jista' jitwarrab skont l-Artikolu 28 u meta piena ta' ħabs tkun sproporzjonata anke jekk il-kondotta tiġi ppruvata bis-sħiħ fil-proċess, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista', wara li jkun ġie kkumpensat id-dannu, jipproponi lill-persuna suspettata li tħallas multa ta' somma f'daqqa li, ladarba titħallas, tkun tfisser it-twarrib finali tal-każ (tranżazzjoni). Jekk il-persuna suspettata taqbel, hija tħallas il-multa ta' somma f'daqqa lill-Unjoni. |
|
2. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jissorvelja l-ġbir tal-pagament finanzjarju involut fit-tranżazzjoni.
|
2. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jissorvelja l-ġbir tal-pagament finanzjarju involut fit-tranżazzjoni. |
|
3. Meta t-tranżazzjoni tiġi aċċettata u mħallsa mill-persuna suspettata, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew finalment iwarrab il-każ u jinnotifika uffiċjalment lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji u għandu jinforma b’dan lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni. 4. It-twarrib imsemmi fil-paragrafu 3 ma għandux ikun soġġett għal stħarriġ ġudizzjarju. |
3. Meta t-tranżazzjoni tiġi aċċettata u mħallsa mill-persuna suspettata, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew finalment iwarrab il-każ u jinnotifika uffiċjalment lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji u għandu jinforma b'dan lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni. |
|
Artikolu 30 |
||
Modifika 7 |
||
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
1. Il-provi ppreżentati mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew lill-qorti tal-ġurijiet, meta l-qorti tikkunsidra li l-ammissibilità tagħhom ma taffettwax ħażin il-ġustizzja tal-proċedura jew id-drittijiet tad-difiża kif minquxa fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiġu ammessi fil-proċess mingħajr l-ebda validazzjoni jew proċess legali simili anki jekk il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-qorti tipprovdi għal regoli differenti dwar il-ġbir jew il-preżentazzjoni ta’ tali provi. |
1. L-evidenza ppreżentata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew lill-qorti tal-proċess għandha tiġi ammessa meta l-qorti tikkunsidra li l-ammissibilità tagħha ma taffettwax ħażin il-ġustizzja tal-proċedura jew id-drittijiet tad-difiża kif minquxa fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 6 tat-TUE. |
|
2. Ladarba l-provi jiġu ammessi, il-kompetenza tal-qrati nazzjonali sabiex jivvalutaw liberament il-provi ppreżentati mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, ma għandhiex tiġi affettwata. |
2. Ladarba l-evidenza tiġi ammessa, il-kompetenza tal-qrati nazzjonali sabiex jivvalutaw liberament l-evidenza ppreżentata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, m'għandhiex tiġi affettwata. |
|
Artikolu 33 |
||
Modifika 8 |
||
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
1. Il-persuna suspettata u l-persuna akkużata involuta fil-proċedimenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollha, b’konformità mal-liġi nazzjonali, id-dritt li tibqa’ siekta meta tiġi interrogata, fir-rigward tar-reati li hija tkun issuspettata li wettqet, u għandha tiġi infurmata li mhijiex obbligata li tinkrimina ruħha. |
1. Il-persuna suspettata u l-persuna akkużata involuta fil-proċedimenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkollha d-dritt li tibqa' siekta meta tiġi interrogata, fir-rigward tar-reati li hija tkun issuspettata li wettqet, u għandha tiġi infurmata li mhijiex obbligata li tinkrimina ruħha. |
|
2. Il-persuna suspettata u akkużata għandha tiġi preżunta innoċenti sakemm tiġi ppruvata ħatja skont il-liġi nazzjonali. |
2. Il-persuna suspettata u akkużata għandha tiġi preżunta innoċenti sakemm tinstab ħatja. |
|
Artikolu 34 |
||
Modifika 9 |
||
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
Kwalunkwe persuna suspettata jew akkużata b’reat li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollha, b’konformità mal-liġi nazzjonali, id-dritt li tingħata assistenza legali b’xejn jew parzjalment mingħajr ħlas mill-awtoritajiet nazzjonali jekk hija ma jkollhiex mezzi suffiċjenti biex tħallas għaliha.
|
Kwalunkwe persuna suspettata jew akkużata b'reat li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollha d-dritt li tingħata assistenza legali b'xejn jew parzjalment mingħajr ħlas mill-awtoritajiet nazzjonali jekk hija ma jkollhiex mezzi suffiċjenti biex tħallas għaliha. |
|
Artikolu 36 |
||
Modifika 10 |
||
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
1. Meta jadotta miżuri proċedurali fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jitqies bħala awtorità nazzjonali għall-finijiet tal-istħarriġ ġudizzjarju.
|
Għall-finijiet ta' stħarriġ ġudizzjarju, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jitqies bħala awtorità nazzjonali, f'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri proċedurali kollha li jadotta waqt il-funzjoni ta' prosekuzzjoni tiegħu quddiem il-qorti tal-proċess kompetenti. Għall-atti jew ommissjonijiet l-oħra kollha, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jitqies bħala korp tal-Unjoni. |
|
2. Meta xi dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali jsiru applikabbli permezz ta’ dan ir-Regolament, tali dispożizzjonijiet ma għandhomx jitqiesu bħala dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 267 tat-Trattat. |
|
|
|
||
Modifika 11 |
||
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
L-attivitajiet amministrattivi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikunu soġġetti għall-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew skont l-Artikolu 228 tat-Trattat.
|
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun suġġett għall-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew b'rabta ma' każijiet ta' amministrazzjoni ħażina skont l-Artikolu 228 tat-Trattat. |
|
NOTA SPJEGATTIVA
L-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jirrapreżenta pass 'il quddiem fil-proċess ta' kooperazzjoni tal-Istati Membri fil-matejri ta' ġustizzja kriminali. Il-Parlament Ewropew huwa mitlub jesprimi ruħu dwar proposta leġiżlattiva li, fi żmien ta' konsolidazzjoni fiskali, tinterpreta l-ħtieġa tanġibbli li ċ-ċittadini jaraw li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea huma mħarsa. Barra minn dan, il-EUR 500 miljun li qegħdin jittieħdu fis-sena mis-sigurtà soċjali u mis-servizzi pubbliċi jeħtieġu risposta mill-UE.
Id-dokument attwali għandu l-għan, b'konformità mad-dispożizzjonijiet previsti fit-Trattat ta' Lisbona, li jfassal numru ta' suġġerimenti u jforni indikazzjonijiet preċiżi ta' natura politika dwar id-dokument, propost mill-Kummissjoni, li jista' jiġi evalwat b'attenzjoni mill-Kunsill. Ir-rapporteur jittama li l-Parlament Ewropew ikun involut mill-qrib fid-diskussjoni u fid-definizzjoni ta' din il-proposta, u li l-koleġiżlatur iqis bir-reqqa l-osservazzjonijiet li jsiru u s-soluzzjonijiet identifikati.
Ir-rapporteur huwa tal-fehma wkoll li l-koordinazzjoni mal-Eurojust, l-OLAF u l-Europol hija funzjonali u tikkumplimenta l-proċedimenti kriminali, fid-dawl tal-kooperazzjoni ġudizzjarja sħiħa f'materji kriminali li tgħaqqad f'organiżmu wieħed l-esperjenzi nazzjonali sinifikattivi, bil-parteċipazzjoni, fejn ikun possibbli, tal-Istati Membri kollha.
B'mod partikolari, hemm il-ħtieġa ta' reviżjoni tar-rimedji ġudizzjarji għad-determinazzjoni tal-qorti kompetenti, attivitajiet kriminali li jidħlu fil-kompetenza anċillari tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, għall-miżuri investigattivi, għall-ammissibbiltà tal-provi kif ukoll biex tintemm l-investigazzjoni.
Aktar minn hekk, fir-rigward ta' garanziji proċedurali, issir referenza għal serje ta' prinċipji u drittijiet li jsaħħu l-protezzjoni tas-suspettat, mingħajr ma jdgħajfu l-aċċertament u s-sanzjonijiet tar-reati.
Fl-aħħar, ir-rapporteur jissuġġerixxi struttura żvelta u semplifikata, li tiggarantixxi standards għolja ta' indipendenza, esperjenza u professjonalità, li tibbilanċja r-rekwiżiti ta' deċiżjonjiet rapidi ma' investigazzjonijiet preċiżi u l-għarfien tar-realtà nazzjonali li fihom isiru r-reati.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (18.2.2014)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
(COM(2013)0534 – C7 – 2013/0255(APP))
Rapporteur: Ingeborg Gräßle
PA_Consent_Interim
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fir-rapport interim tiegħu:
Rakkomandazzjonijiet
1. Jappoġġja l-approċċ tal-Kummissjoni li tiffoka l-kamp ta’ applikazzjoni u l-mandat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra li huma ta’ ħsara għall-baġit tal-UE, kif previst fl-Artikolu 86 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);
2. Jistieden lill-Kunsill jiċċara l-kompetenzi ta’ kull korp eżistenti inkarigat mill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jindika li importanti ħafna li r-relazzjoni bejn l-UPPE u korpi eżistenti oħra, bħall-Eurojust u l-OLAF, tkun definita aktar u demarkata b’mod ċar; jisħaq fuq il-fatt li l-UPPE għandu jibbenefika mill-kompetenza fuq medda ta’ żmien twil tal-OLAF fit-twettiq tal-investigazzjonijiet, fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq dak tal-Unjoni, f'oqsma li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluża l-korruzzjoni; jisħaq, b’mod partikolari, li l-Kunsill għandu jiċċara l-komplementarjetà tal-azzjoni tal-OLAF u tal-UPPE fir-rigward tal-investigazzjonijiet “interni” u “esterni”; jenfasizza li l-proposta attwali tal-Kummissjoni la tiċċara r-relazzjoni tagħha mal-UPPE u lanqas kif għandhom jiġu mwettqa l-investigazzjonijiet interni fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE; jitlob, f’dan il-kuntest, li l-uffiċjali tal-UE jitqiegħdu fuq livell indaqs ma’ ċittadini oħra tal-Unjoni billi jiġu emendati l-Artikolu 11(a) tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 19 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni, biex b'hekk tkun possibbli azzjoni immedjata mill-UPPE;
3. Jikkunsidra li għandha ssir aktar analiżi tal-funzjonament konkorrenti tal-OLAF, il-Eurojust u l-UPPE sabiex jiġi limitat ir-riskju ta’ kompetenzi kunfliġġenti; jistieden lill-Kunsill jiċċara l-kompetenzi rispettivi ta’ dawn il-korpi, jidentifika l-kompetenzi kondiviżi potenzjali u l-ineffiċjenzi, u jissuġġerixxi rimedji fejn xieraq;
4. Jisħaq, fl-istess ħin, li l-kompetenzi komplimentari u anċillari tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-UPPE għandhom ikunu enfasizzati u ċċarati aktar sabiex jiġi evitat kwalunkwe trikkib ineffiċjenti u bi spejjeż kbar ta' azzjonijiet fiż-żewġ livelli; jitlob li ssir analiżi għal dan il-għan; jistieden lill-Kunsill jikkunsidra l-implimentazzjoni ta' dritt ta' evokazzjoni li permezz tiegħu, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri iridu jiġu infurmati mill-UPPE dwar l-investigazzjonijiet tiegħu u jingħataw il-possibbiltà tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inklużi l-każijiet fejn l-UPPE ikun għadu ma bediex l-investigazzjoni, jew temm din l-investigazzjoni mingħajr segwitu;
5. Iqis il-proċedura għall-ħatra tal-UPPE, kif prevista fil-proposta tal-Kummissjoni, bħala mhux demokratika u opaka; jeżiġi li l-Parlament jingħata rwol aktar ċentrali fil-proċedura tal-ħatra u, b’mod partikolari, li jingħata d-dritt li jaħtar nofs il-membri tal-bord tal-għażla responsabbli għat-tfassil tal-lista qasira ta’ kandidati; jindika li, biex tiġi żgurata l-indipendenza tiegħu jew tagħha, il-kap prosekutur għandu jinħatar bi qbil komuni bejn il-Parlament u l-Kunsill; jissuġġerixxi li proċedura formali għat-tneħħija tal-UPPE tkun inkluża fir-Regolament tal-UPPE; jikkunsidra, f’dan ir-rigward, li d-dispożizzjonijiet stabbiliti attwalment fl-Artikolu 8 tal-proposta tal-Kummissjoni huma insuffiċjenti;
6. Jilqa’ l-idea li l-UPPE jiġi integrat fi strutturi deċentralizzati eżistenti permezz tal-parteċipazzjoni ta’ prosekuturi delegati nazzjonali bħala “konsulenti speċjali”; jara l-ħtieġa ta’ iktar elaborazzjoni fuq l-indipendenza tal-prosekuturi delegati fil-konfront tal-ġudikatura nazzjonali, u dwar proċeduri tal-għażla trasparenti sabiex jiġi evitat kwalunkwe suġġeriment ta’ preferenzi min-naħa tal-UPPE; jitlob li ssir analiżi biex tivvaluta l-ispejjeż tat-twaqqif tal-UPPE għall-baġit tal-UE fir-rigward , flimkien ma' kwalunkwe konsegwenza fuq il-baġits tal-Istati Membri; jitlob li din l-analiżi tivvaluta wkoll il-benefiċċji;
7. Jeħtieġ, ladarba bosta Stati Membri probabbilment se jagħżlu li jibqgħu barra mill-proposta tal-UPPE, li ssir analiżi li tiċċara liema unitajiet tal-OLAF, u liema membri tal-persunal tiegħu, se jiġu trasferiti għall-UPPE, u liema se jibqgħu mal-OLAF; jeħtieġ li l-OLAF iżomm ir-riżorsi meħtieġa biex iwettaq kwalunkwe attività kontra l-frodi li ma taqax fi ħdan il-mandat tal-UPPE;
8. Jindika li l-OLAF se jibqa' kompetenti għal dawk l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fl-UPPE, u li għandu jingħatalhom livell ekwivalenti ta' salvagwardji proċedurali;
9. Jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni, tinkludi fost it-tibdiliet tar-Regolament tal-OLAF li jirriżultaw mit-twaqqiftal-UPPE, biżżejjed salvagwardji proċedurali, inkluża l-possibbiltà ta' stħarriġ ġudizzjarju ta' miżuri investigattivi meħuda mill-OLAF;
10. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiċċaraw kif l-UPPE se jiffunzjona u kif se jkun iffinanzjat fil-każ li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi implimentata skont il-proċedura ta' kooperazzjoni msaħħa, kif magħmula possibbli permezz tal-Artikolu 20 u l-Artikoli 326 u 334 tat-TFUE;
11. Jistieden lill-Kunsill, fl-ispirtu tal-akbar rispett tal-istat tad-dritt, jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
a. l-UPPE għandu jopera f’osservanza sħiħa tar-regola tal-ġustizzja naturali, fejn huwa meħtieġ li jiġi ċċarat, ex ante, il-prinċipju tal-prosekuzzjoni obbligatorja; l-UPPE għandu jieħu azzjoni legali kontra kull reat allegat fi ħdan il-kompetenza tiegħu, abbażi ta’ kriterji trasparenti u oġġettivi li jiddeterminaw liema qrati se jkollhom ġurisdizzjoni;
b. il-kamp ta' applikazzjoni materjali tal-kompetenza, u b'mod partikolari l-kompetenza anċillari tal-UPPE għandu jkun definit kemm jista' jkun b'mod preċiż u mhux ambigwu sabiex jiżgura l-applikazzjoni uniformi f'kull Stat Membru u jippermetti lill-UPPE jeżerċita l-mandat tiegħu b'mod effettiv, u għandu jkunu marbut b'mod inseparabbli mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; għal dan l-għan, il-Parlament jissuġġerixxi reviżjoni bir-reqqa tad-definizzjoni tal-kompetenza anċillari tiegħu stabbilita fl-Artikolu 13 tal-proposta tal-Kummissjoni;
c. l-għodod ta’ investigazzjoni disponibbli għall-UPPE għandhom ikunu omoġenji u bbażati fuq dispożizzjonijiet legali tal-UE applikabbli fl-ispazju uniku ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja kollu; barra minn hekk, għandhom ikunu kumpatibbli mal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun qed issir il-prosekuzzjoni tal-allegat reat;
d. għandu jinħoloq sett ta’ regoli speċjali fil-livell tal-Unjoni biex tiġi msaħħa l-protezzjoni tad-data u tiġi żgurata protezzjoni armonizzata għall-informaturi;
e. l-għodod ta’ investigazzjoni partikolarment intrużivi għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja mill-qrati nazzjonali kompetenti, f’konformità ma’ standards u kriterji armonizzati u approssimattivi stabbiliti fil-livell tal-Unjoni; deċiżjonijiet li jolqtu, b’mod intrużiv, il-libertajiet fundamentali tal-individwi għandhom ikunu soġġetti għal appell quddiem ġerarkija ta' qrati u, eventwalment, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;
f. l-ammissibilità ta' evidenza miġbura mill-UPPE li ma tirrispettax il-liġi nazzjonali, kif prevista fil-Premessa 32 u l-Artikolu 30 tal-proposta tal-Kummissjoni, għandha tkun irrifjutata bil-qawwa sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni parallela ta’ żewġ tipi differenti ta’ liġijiet fl-Istati Membri, jiġu protetti d-drittijiet proċedurali tal-persuni kkonċernati u tiżdied iċ-ċertezza legali tal-attivitajiet tal-UPPE;
g. sabiex l-UPPE jkun jista’ jmexxi l-investigazzjonijiet tiegħu b’suċċess, dan irid ikollu għarfien profond tas-sistemi legali tal-pajjiżi involuti; l-istruttura organizzattiva tal-UPPE għandha għaldaqstant tiżgura li, fuq livell ċentrali, ikollha kompetenza fis-sistema legali ta’ kull Stat Membru, fosthom fid-drittijiet proċedurali u fundamentali rispettivi tagħhom; din l-istruttura organizzattiva għandha tirrispetta l-prinċipju tal-kosteffiċjenza u għandu jkollha impatt limitat fuq il-baġit tal-UE;
h. id-deċiżjonijiet tal-UPPE dwar għażliet ta’ forum, l-irtirar ta' każijiet u tranżazzjonijiet għandhom ukoll ikunu soġġetti għal appell quddiem ġerarkija ta' qrati u, eventwalment, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;
i. l-obbligi imposti fuq l-awtoritajiet nazzjonali biex jinfurmaw lill-UPPE dwar kwalunkwe forma ta’ mġiba li tista’ tikkostitwixxi reat fi ħdan il-kompetenzi tiegħu, għandhom ikunu allinjati ma’ dawk li hemm fis-seħħ fuq il-livell ta’ Stat Membru u m’għandhomx jaqbżuhom, u għandhom jirrispettaw l-indipendenza ta’ dawn l-awtoritajiet;
j. ir-rispett tal-prinċipju ta' ne bis in idem għandu jkun żgurat;
12. Jiddeplora l-fatt li l-proposta tal-UPPE la hija akkumpanjata minn proposta għall-istabbilment ta' Tribunal Kriminali Ewropew bħala qorti speċjalizzata marbuta mal-Qorti Ġenerali, li tkun stabbilita skont l-Artikolu 257 tat-TFUE, u lanqas minn proposta għal qafas tal-liġi proċedurali Ewropew; jitlob li ssir analiżi f’dan ir-rigward;
13. Jitlob li tiġi stabbilita linja baġitarja tal-UE biex tingħata għajnuna legali lil persuni fil-bżonn li tkun ittieħdet azzjoni legali kontrihom mill-UPPE;
14. Jenfasizza li l-attivitajiet kollha tal-UPPE għandhom jorbtu l-ħtieġa għaċ-ċertezza legali mal-protezzjoni tad-data personali u jilħqu l-ogħla standards fir-rigward tad-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jitqies li l-pjan direzzjonali rigward is-salvagwardji fil-proċedimenti kriminali għadu mhux komplut, u jirreferi biss għas-sistemi legali nazzjonali għal dawk id-drittijiet; jitlob li l-għażla tal-persunal tal-UPPE tiżgura rappreżentanza bilanċjata ġeografika u tal-ġeneru fil-livelli kollha tal-ġerarkija;
15. Jistieden lill-Kunsill biex jaħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament matul in-negozjati dwar il-proposta leġiżlattiva biex jitwaqqaf UPPE; jemmen li, matul in-negozjati, il-prinċipji stabbiliti fil-proposta tal-Kummissjoni, li hija bbażata fuq valutazzjoni komprensiva tal-impatt, inkluża analiżi komparattiva tas-sistemi legali attwali u Green Paper, se jibqgħu l-bażi għal diskussjoni miftuħa u trasparenti fost l-Istati Membri u jipprovdu ispirazzjoni kostruttiva għat-twaqqif tal-UPPE;
16. Jistieden lill-Kunsill jieħu ż-żmien meħtieġ għal evalwazzjoni bir-reqqa tal-proposta tal-Kummissjoni, u ma jiffinalizzax in-negozjati ta' malajr; jenfasizza li għandha tiġi evitata tranżizzjoni prematura għall-proċedura ta' kooperazzjoni msaħħa;
17. Jistieden lill-Kunsill biex itejjeb aktar l-effiċjenza u l-effettività tal-qrati tal-ġustizzja rispettivi fl-Istati Membri, li huma indispensabbli għas-suċċess tal-proġett tal-UPPE.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
18.2.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 4 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Ryszard Czarnecki, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Bogusław Liberadzki, Jan Mulder, Monika Panayotova, Crescenzio Rivellini, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Theodoros Skylakakis, Georgios Stavrakakis, Michael Theurer |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Philip Bradbourn, Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Peter Jahr, Iosif Matula, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (22.1.2014)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
(COM(2013)0534 – C7 – 2013/0255(APP))
Rapporteur għal opinjoni: Alain Lamassoure
PA_Consent_Interim
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Premessi
A. billi, skont it-Trattati, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom responsabbiltà konġunta għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u għall-ġlieda kontra l-frodi, u billi kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri hija essenzjali biex jinkisbu dawn l-għanijiet;
B. billi l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà primarja għall-implimentazzjoni ta' madwar 80 % tal-baġit tal-Unjoni, kif ukoll għall-ġbir tar-riżorsi proprji kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436 KE, Euratom[1], li dalwaqt se tiġi sostitwita minn Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-proposta emendata tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (COM(2011)0739);
C. billi huwa ugwalment importanti li jkun żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu mħarsa kemm fil-livell tal-ġbir tar-riżorsi tal-UE, kif ukoll fil-livell tal-infiq;
Rakkomandazzjonijiet
1. Jinnota l-idea li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun ibbażat fuq strutturi eżistenti, soluzzjoni li l-Kummissjoni tistenna li ma timplika ebda spiża ġdida sostanzjali għall-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, peress li s-servizzi amministrattivi tal-Uffiċċju għandhom ikunu mmaniġġjati mill-Eurojust u r-riżorsi umani tiegħu għandhom jiġu minn entitajiet eżistenti bħall-OLAF;
2. Jesprimi dubji dwar l-argument tal-kosteffiċjenza mressaq fil-proposta, peress li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeħtieġ jistabbilixxi dipartimenti speċjalizzati, wieħed għal kull Stat Membru, li għandu jkollhom għarfien profond tal-qafas ġuridiku nazzjonali sabiex iwettqu investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet effikaċi;
3. Jiddispjaċih bil-fatt li l-proposta ma tinkludix ħarsa ġenerali tar-riżorsi umani meħtieġa mill-OLAF biex iwettaq ix-xogħol kontra l-frodi importanti li jkun fadal f'dawk l-oqsma li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;
4. Huwa mħasseb aktar li xi Stati Membri mhux se jappoġġaw jew jipparteċipaw f'dan l-approċċ Ewropew; iwissi li kull nonparteċipazzjoni mill-Istati Memri se tirriżulta fil-ħolqien ta' strutturi doppji u sussegwentement se tirrikjedi riżorsi addizzjonali;
5. Jinsab imħasseb li l-proposta bbażata fuq is-suppożizzjoni li s-servizzi amministrattivi pprovduti mill-Eurojust mhu se jkollhom ebda impatt finanzjarju jew tal-persunal fuq din l-aġenzija deċentralizzata; iqis, għaldaqstant, li r-rapport finanzjarju huwa qarrieqi; jenfasizza, f'dan il-kuntest, it-talba tiegħu li l-Kummissjoni tippreżenta rapport finanzjarju aġġornata li jikkunsidra l-emendi potenzjali mil-leġiżlatur qabel il-konklużjoni tal-proċess leġiżlattiv;
6. Ma ngħatat ebda indikazzjoni ċara dwar jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, bħala korp li għadu kemm ġie stabbilit, huwiex soġġett għat-tnaqqis tal-persunal ippjanat għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni; ma jappoġġax approċċ bħal dan;
7. Iqis li huwa essenzjali li l-aħjar sinerġiji possibbli bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-OLAF, il-Eurojust u l-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri jiġu stabbiliti, u jenfasizza l-bżonn ta' kooperazzjoni mill-qrib permanenti bejniethom;
8. Jenfasizza l-importanza ta' kontrolli fuq il-legalità tal-miżuri u l-azzjonijiet kollha implimentati mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew; huwa konvint li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja biss tista' twettaq dawk il-kontrolli ta' legalità; huwa, fl-istess ħin, totalment konxju minn aktar minn 2 000 każ pendenti quddiem il-Qorti, li jeħtieġu gwadann fl-effikaċja jekk għandu jirnexxielha tlaħħaq mal-kompiti pendenti kif ukoll mal-kompiti ġodda;
9. Jinnota bi tħassib l-istruttura proposta tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li tista' tagħti lok għal strutturi li jidduplikaw lil xulxin u jikkompetu bejniethom, għal multiplikazzjoni u diffużjoni tal-kompiti kif ukoll għal problemi ta' responsabbiltà speċifika, li tista' possibbilment iddgħajjef il-kredibbiltà legali tiegħu;
10. Jissuġġerixxi, għalhekk, fid-dawl tat-tħassib legali msemmi qabel, li l-kumitat ewlieni jqis li jipposponi l-qari tal-proposta tiegħu sa wara l-elezzjonijiet Ewropej bil-għan li l-kumitati kkonċernati l-oħra jkunu involuti aktar mill-qrib u jiżgura li l-proposta tirrifletti b'mod adegwat mhux biss il-prinċipju ta' sussidjarjetà imma wkoll l-adegwatezza ġuridika tal-qafas ġuridiku propost;
11. Jenfasizza li kull deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva fuq ir-regolament propost trid tittieħed bla ħsara għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali;
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
22.1.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Richard Ashworth, Zuzana Brzobohatá, Jean-Luc Dehaene, Isabelle Durant, José Manuel Fernandes, Věra Flasarová, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Ivars Godmanis, Lucas Hartong, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, George Lyon, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Andrej Plenković, Dominique Riquet, László Surján, Helga Trüpel, Oleg Valjalo, Derek Vaughan, Angelika Werthmann |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Maria Da Graça Carvalho, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis |
||||
- [1] ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (12.2.2014)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
(COM(2013)0534 – C7-0000/2014 – 2013/0255(APP))
Rapporteur għal opinjoni: Evelyn Regner
PA_Consent_Interim
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Premessi
A. Billi l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku għandu jsir il-pedament tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u għandu jitqies bħala l-mutur tal-integrazzjoni tad-dritt kriminali Ewropew,
Rakkomandazzjonijiet
1. Jistieden lill-Kunsill, meta jeżamina l-proposta tal-Kummissjoni, iqis ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
(i) il-kriterji li jirregolaw il-kompetenza anċillari tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) skont l-Artikolu 13 tal-proposta għandhom jiġu definiti b'mod ċar minn qabel. B'mod partikolari,
a) ir-reati msemmija fl-Artikolu 13 għandhom ikunu biss dawk previsti f'atti leġiżlattivi tal-Unjoni;
b) reati ta' dan it-tip għandhom jitqiesu bħala "marbutin b'mod indissolubbli" mar-reati msemmija fl-Artikolu 12 kull meta jkunu strumentali fit-twettiq tagħhom jew imwettqa sabiex tkun żgurata l-impunità tagħhom;
c) il-kundizzjoni li r-reati msemmija fl-Artikolu 12 huma preponderanti għandha tinkludi wkoll valutazzjoni kwalitattiva u mhux biss kwantitattiva;
d) il-kundizzjoni li r-reati msemmija fl-Artikolu 13 huma bbażati fuq fatti identiċi għandha titħassar, sabiex il-kompetenza anċillari tkopri ż-żewġ każijiet fejn l-istess trasgressur iwettaq bosta atti kriminali separati u każijiet fejn dak l-istess att ikun offiża kontra bosta dispożizzjonijiet differenti;
(ii) relazzjonijiet tal-EPPO mal-Eurojust, l-Europol u l-OLAF għandhom jiġu regolati kemm jista' jkun fir-regolament li jistabbilixxi l-EPPO. Il-ftehimiet imsemmija fl-Artikoli 57 u 58 tal-proposta għandhom, għalhekk, ikunu relatati biss ma' arranġamenti sempliċement prattiċi;
(iii) fl-ebda każ l-EPPO ma għandu jeżerċita l-kompetenza tiegħu fir-rigward taʼ offiżi kommessi qabel ma jsir kompletament operattiv. L-Artikolu 71 tal-proposta għandu jiġi emendat kif jixraq;
(iv) sabiex tiġi żgurata ċertezza akbar tad-dritt, l-identifikazzjoni tal-ġurisdizzjoni kompetenti għandha tiġi stabbilita minn qabel, bi qbil mal-prinċipju tal-'ġudikant fiżiku'. L-Artikolu 27 tal-proposta għandu jiġi emendat kif jixraq;
(vi) għandha tiġi żgurata l-ekwità tal-istrumenti investigattivi, għall-fini li jiġi evitat il-forum shopping, u l-kompatibilità tagħhom mas-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri;
2. Jilqa' l-fatt li, skont ir-reġim applikabbli għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-EPPO, il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġurisdizzjoni f'tilwim dwar il-kumpens għad-danni f'termini simili għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 268 TFUE; madankollu, jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li żewġ qrati differenti - fil-livell tal-UE u dak nazzjonali rispettivament - għandhom jisimgħu azzjonijiet għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-EPPO u azzjonijiet għat-tħassir tal-miżuri proċedurali tiegħu, inklużi dawk li minnhom jista' jirriżulta dritt għal kumpens għal danni;
3. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas leġiżlattiv koerenti għall-EPPO u l-Eurojust li jirrifletti l-funzjonijiet differenti taż-żewġ korpi kif imnaqqax fl-Artikoli 85 u 86 TFUE rispettivament;
4. Jirrakkomanda li, skont kif inhu stabbilit fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 86(1) tat-TFUE, li permezz tiegħu l-Kunsill jistaʼ jistabbilixxi EPPO "mill-Eurojust", il-Kummissjoni tipprevedi trasferiment sempliċi ta’ riżorsi finanzjarji mill-OLAF għall-EPPO, u li l-EPPO jibbenefika mill-għarfien espert u l-valur miżjud tal-membri tal-persunal tal-Eurojust;
5. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-każ ta’ esklużjoni fakultattiva tal-Istati Membri jew ta’ kooperazzjoni msaħħa li tiġi stabbilita skont l-Artikolu 86(1) TFUE, tagħmel proposti xierqa sabiex tirregola l-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri li qed jipparteċipaw u dawk li mhumiex, b’attenzjoni speċjali għall-każijiet fejn ġew imwettqa reati transkonfinali, jew fejn it-trasgressuri huma bbażati, fi Stati Membri li mhux qed jipparteċipaw;
6. Jiddeplora li, skont l-esperjenzi attwali tar-rikonoxximent reċiproku, huwa diffiċli li jiġi mistenni mill-Istati Membri li jirrikonoxxu u jammettu l-evidenza li nġabret fi Stati Membri oħra fuq il-bażi ta’ standards sostanzjalment differenti; jirrimarka li d-diverġenza bejn il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri hija partikolarment impressjonanti fir-rigward tat-tekniki speċjali tal-investigazzjoni, għaliex ħafna drabi huwa l-każ li, għalkemm ċerta teknika tkun strettament regolata fi ftit Stati Membri, f’oħrajn ma tkun regolata xejn;
7. Huwa tal-fehma li l-EPPO jista’ jingħaqad mal-Kulleġġ tal-Eurojust bħala membru extra kull meta jiġu diskussi kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
8. Jikkunsidra li l-qasam tal-applikabbiltà tal-liġi proċedurali nazzjonali għandu jkun eżaminat bir-reqqa u, possibilment, ristrett, peress li l-ġeometrija varjabbli tinfluwenza l-poteri tal-EPPO fejn timmina l-effiċjenza u tinkoraġġixxi l-forum shopping, kif ukoll taffettwa d-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata;
9. Iqis li t-taħriġ xieraq fid-dritt kriminali tal-UE għall-Prosekuturi Delegati Ewropej u l-persunal tagħhom għandu jingħata b'mod uniformi u effettiv;
10. Jilqa’ l-korsijiet ta’ taħriġ għall-avukati organizzati b’mod konġunt mill-Assoċjazzjoni tal-Avukatura Kriminali Ewropea (ECBA) u l-Akkademja tal-Liġi Ewropea (ERA) u jinkoraġġixxi korsijiet imfassla apposta sabiex tittejjeb il-kwalità tad-difiża fi proċeduri kriminali mressqa mill-EPPO.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
11.2.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 4 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Eva Lichtenberger, Angelika Niebler, József Szájer, Axel Voss |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Sylvie Guillaume, Jan Mulder, Jaroslav Paška |
||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
20.2.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 7 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Salvatore Caronna, Philip Claeys, Carlos Coelho, Ioan Enciu, Frank Engel, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu Houillon, Anthea McIntyre, Louis Michel, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Renate Sommer, Wim van de Camp, Axel Voss, Renate Weber, Cecilia Wikström, Janusz Wojciechowski, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Michael Cashman, Cornelis de Jong, Mariya Gabriel, Franziska Keller, Jean Lambert, Marian-Jean Marinescu, Juan Andrés Naranjo Escobar, Salvador Sedó i Alabart |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Zdravka Bušić, Ingeborg Gräßle, Constanze Angela Krehl |
||||