RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment u l-kwalità tal-istatistika għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi

24.2.2014 - (COM(2013)0342 – C7‑0162/2013 – 2013/0181(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Derk Jan Eppink


Proċedura : 2013/0181(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0143/2014
Testi mressqa :
A7-0143/2014
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment u l-kwalità tal-istatistika għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi

(COM(2013)0342 – C7‑0162/2013 – 2012/0181(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0342),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0162/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0143/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi1 jistabbilixxi mekkaniżmu ta' twissija biex jiffaċilita l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi. Skont dan il-mekkaniżmu, il-Kummissjoni hija meħtieġa tħejji Rapport annwali dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR) li jinkludi valutazzjoni ekonomika u finanzjarja ta' kwalità u tidentifika l-Istati Membri li tqis li jistgħu jiġu affettwati, jew ikunu fir-riskju li jiġu affettwati mill-iżbilanċi.

(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 (MIP) jistabbilixxi mekkaniżmu ta' twissija biex jiffaċilita l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi. Skont dan il-mekkaniżmu, il-Kummissjoni hija meħtieġa tħejji Rapport annwali dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR) li jinkludi valutazzjoni ekonomika u finanzjarja ta' kwalità u tidentifika l-Istati Membri li tqis li jistgħu jiġu affettwati, jew ikunu fir-riskju li jiġu affettwati mill-iżbilanċi.

__________________

__________________

1 ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.

1 Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25).

Ġustifikazzjoni

Punt ta' tfassil għall-iċċarar tal-akronimu.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Id-dejta statistika affidabbli hija l-bażi għas-sorveljanza effettiva tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Biex tiġi ggarantita statistika soda u indipendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, li għandha tkun konsistenti mal-kodiċi ta' prattika tal-istatistika Ewropea kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea3.

(3) Dejta statistika affidabbli, eżatta u utli hija essenzjali għas-sorveljanza effettiva tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Biex tiġi ggarantita statistika soda u indipendenti, l-indipendenza tal-Eurostat għandha tissaħħaħ f’konformità mal-proposti tal-Parlament Ewropew għar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, li għandha tkun konsistenti mal-kodiċi ta’ prattika tal-istatistika Ewropea kif stipulat f'dak ir-Regolament.

__________________

 

3 ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164

 

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika tal-Komunità, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Jeħtieġ li l-Kummissjoni tkompli tindirizza l-bżonn ta’ informazzjoni statistika affidabbli li tippermetti lill-politiki tal-Unjoni jirrispondu aħjar għar-realtajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali fil-livell reġjonali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-AMR, li huwa bbażat fuq tabella ta' valutazzjoni b'sett ta' indikaturi li l-valuri tagħhom jitqabblu mal-limiti stabbiliti tagħhom, huwa strument inizjali ta' skrinjar li permezz tiegħu l-Kummissjoni tidentifika l-Istati Membri li tqis li l-iżviluppi jeħtieġu analiżi ddettaljata ulterjuri sabiex tiġi ddeterminata jekk jeżistux żbilanċi jew ir-riskju li dawn jitfaċċaw. L-AMR għandu jinkludi d-dejta rilevanti għall-MIP. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-katalizzaturi tal-iżviluppi osservati jiġu analizzati fil-fond fir-reviżjonijiet ddettaljati sussegwenti bil-għan li tiġi ddeterminata n-natura tal-iżbilanċi. It-tabella ta' valutazzjoni u l-limiti stabbiliti huma interpretati b'mod mekkaniku, iżda huma suġġetti għal qari ekonomiku. Meta twettaq reviżjonijiet iddettaljati, il-Kummissjoni teżamina firxa wiesgħa ta' varjabbli ekonomiċi u ta' informazzjoni addizzjonali, waqt li tieħu kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-pajjiż. Għal dawn ir-raġunijiet, id-dejta kollha li tista' tiġi użata għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi ma tistax tiġi elenkata bil-quddiem b'mod eżawrjenti, iżda trid tiġi ddefinita b'referenza għall-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 għall-identifikazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi kif ukoll għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-Unjoni. Bl-implimentazzjoni tal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jagħtu preferenza lill-istatistika li tiġi kkumpilata u trażmessa mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat). Statistika oħra, li ma tiġix ikkumpilata u trażmessa b'dan il-mod għandha tintuża biss meta l-istatistika ta' qabel ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa, waqt li jittieħed kont tal-kwalità ta' dawn l-istatistiki l-oħra.

(4) L-AMR, li huwa bbażat fuq tabella ta' valutazzjoni b'sett ta' indikaturi li l-valuri tagħhom jitqabblu mal-limiti stabbiliti tagħhom, huwa strument inizjali ta' skrinjar li permezz tiegħu l-Kummissjoni tidentifika l-Istati Membri li tqis li l-iżviluppi jeħtieġu analiżi ddettaljata ulterjuri sabiex tiġi ddeterminata jekk jeżistux żbilanċi jew ir-riskju li dawn jitfaċċaw. L-AMR għandu jinkludi d-dejta rilevanti għall-MIP. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-katalizzaturi tal-iżviluppi osservati jiġu analizzati fil-fond fir-reviżjonijiet ddettaljati sussegwenti bil-għan li tiġi ddeterminata n-natura tal-iżbilanċi. It-tabella ta’ valutazzjoni u l-limiti stabbiliti m’għandhomx ikunu interpretati b’mod mekkaniku, iżda għandhom ikunu suġġetti għal qari ekonomiku. Meta twettaq reviżjonijiet iddettaljati, il-Kummissjoni teżamina firxa wiesgħa ta' varjabbli ekonomiċi u ta' informazzjoni addizzjonali, waqt li tieħu kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-pajjiż. Għal dawn ir-raġunijiet, id-dejta kollha li tista' tiġi użata għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi ma tistax tiġi elenkata bil-quddiem b'mod eżawrjenti, iżda trid tiġi ddefinita b'referenza għall-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 għall-identifikazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi kif ukoll għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-Unjoni. Fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħtu preferenza lill-istatistika li tiġi kkumpilata u trażmessa mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat). Statistika oħra, li ma tiġix ikkumpilata u trażmessa b'dan il-mod għandha tintuża biss meta l-istatistika ta' qabel ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa, waqt li jittieħed kont tal-kwalità ta' dawn l-istatistiki l-oħra.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Għandha tiġi stabbilita proċedura affidabbli għall-kumpilazzjoni, il-monitoraġġ u r-rilaxx tad-dejta rilevanti għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (minn hawn 'il quddiem imsejħa "dejta rilevanti għall-MIP") kif ukoll bħala titjib kontinwu tal-informazzjoni statistika sottostanti f'konformità mal-oqfsa ta' mmaniġġjar tal-kwalità tal-Kummissjoni għall-istatistika Ewropea4. Il-Grupp ta' Diretturi tal-Istatistika Makroekonomika (DMES), stabbilit mill-Kummissjoni, huwa l-grupp xieraq ta' esperti biex jipprovdi lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-għajnuna meħtieġa għall-applikazzjoni ta' proċedura b'saħħitha ta' monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP.

(5) Għandha tiġi stabbilita proċedura affidabbli għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, il-monitoraġġ u r-rilaxx tad-dejta rilevanti għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (minn hawn 'il quddiem imsejħa "dejta rilevanti għall-MIP") kif ukoll bħala titjib kontinwu tal-informazzjoni statistika sottostanti f'konformità mal-oqfsa ta' mmaniġġjar tal-kwalità tal-Kummissjoni għall-istatistika Ewropea4. Il-Grupp ta' Diretturi tal-Istatistika Makroekonomika (DMES), stabbilit mill-Kummissjoni u li jinkludi fost il-membri tiegħu esperti mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea u mis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali, huwa l-grupp xieraq ta' esperti biex jipprovdi lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-għajnuna meħtieġa għall-applikazzjoni ta' proċedura b'saħħitha ta' monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP.

__________________

__________________

4 COM(2005) 217 finali u COM(2011) 211 finali.

4 COM(2005) 217 finali u COM(2011) 211 finali.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Huwa essenzjali li l-produzzjoni statistika neċessarja għall-prestazzjoni tal-attivitajiet tal-Unjoni tkun ibbażata biss fuq dejta affidabbli. Fil-produzzjoni ta' dejta rilevanti għall-MIP, li hija element essenzjali għall-identifikazzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi kif ukoll għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-Unjoni, id-dejta mhux affidabbli jista' jkollha impatt sinifikanti fuq l-interessi tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata l-prestazzjoni tajba tal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri addizzjonali biex isaħħu l-effettività tal-produzzjoni, tal-forniment u tal-monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP. Dawn il-miżuri għandhom isaħħu l-kredibbiltà tal-informzzjoni statistika sottostanti kif ukoll il-forniment u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP. Sabiex tiġi evitata r-rappreżentanza ħażina, kemm b'mod intenzjonat jew b'negliġenza serja, tad-dejta rilevanti għall-MIP, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' sanzjonijiet, li jservi wkoll biex jiżgura d-diliġenza dovuta fil-produzzjoni tad-dejta rilevanti għall-MIP.

(6) Huwa essenzjali li l-produzzjoni statistika neċessarja għall-prestazzjoni tal-attivitajiet tal-Unjoni tkun ibbażata fuq dejta affidabbli. Huwa xieraq li l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 u fir-Regolament (UE) Nru 1174/2011 jiġu supplementati b'qafas formali korrispondenti għall-kumpilazzjoni, il-monitoraġġ tal-kwalità u r-rilaxx ta' dejta rilevanti għall-MIP, b'konformità mal-kriterji komuni dwar il-kwalità stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Miżuri addizzjonali għandhom jagħmlu l-infurzar tal-produzzjoni, il-forniment u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP aktar effikaċi u huma neċessarji għall-prestazzjoni tal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Dawn il-miżuri għandhom isaħħu l-kredibbiltà tal-informzzjoni statistika sottostanti kif ukoll il-forniment u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Sabiex tiġi evitata r-rappreżentazzjoni ħażina tad-dejta rilevanti għall-MIP, kemm b’mod intenzjonat jew b’negliġenza serja, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu korrettiv, li jservi wkoll biex jiżgura d-diliġenza dovuta fil-produzzjoni tad-dejta rilevanti għall-MIP.

Ġustifikazzjoni

Jekk jitqies li l-Artikolu 338(1) TFUE huwa bażi legali insuffiċjenti jew inadegwata biex fuqha jiġu previsti tali sanzjonijiet kontra l-Istati Membri f'każijiet ta' rappreżentazzjoni ħażina intenzjonata jew negliġenza serja li jirriżultaw fir-rappreżentazzjoni ħażina tad-dejta rilevanti għall-MIP, għandhom jitqiesu kif xieraq iż-żieda ta' bażi legali oħra jew l-adattament tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VIII ta' dan ir-Regolament.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Biex jiġu ssupplimentati r-regoli dwar il-kalkolu tal-multi fir-rigward tal-manipulazzjoni tal-istatistika kif ukoll ir-regoli dwar il-proċedura li għandha ssegwi l-Kummissjoni għall-investigazzjoni tat-tali azzjonijiet, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("it-Trattat") għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ kriterji ddettaljati għall-istabbiliment tal-ammont tal-multa u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trażmissjoni simultanja, fil-ħin, u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(7) Biex jiġu ssupplimentati r-regoli dwar il-kalkolu tad-depożiti li jħallu l-imgħax u tal-multi fir-rigward tal-manipulazzjoni tal-istatistika kif ukoll ir-regoli dwar il-proċedura li għandha ssegwi l-Kummissjoni għall-investigazzjonijiet relatati mal-manipulazzjoni tal-istatistika, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("it-Trattat") għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ kriterji ddettaljati għall-istabbiliment tal-ammont tal-multa u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trażmissjoni simultanja, fil-ħin, u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Għandhom jiġu stabbiliti kooperazzjoni mill-qrib u djalogu kontinwu bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-Istatistika sabiex jiżguraw il-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP rrappurtata mill-Istati Membri u l-informazzjoni statistika sottostanti.

(8) Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni li għaddejjin bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-istatistika huma parti importanti minn koordinazzjoni effiċjenti tal-attivitajiet tal-istatistika fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS). Tali kollaborazzjoni jeħtieġ li tissaħħaħ sabiex tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP rrappurtata mill-Istati Membri u l-informazzjoni statistika sottostanti; is-separazzjoni istituzzjonali tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-indipenedenza tal-banek ċentrali għandha tiġi rispettata fil-qafas tal-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' dejta rilevanti għall-MIP taħt l-istruttura ta' governanza rispettiva u l-programmi ta' ħidma statistika tal-ESS u s-SEBĊ.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Għandha tiġi żgurata wkoll il-kooperazzjoni mill-qrib bejn is-Sistema Statistika Ewropea u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali fir-rigward tad-dejta rilevanti għall-MIP, f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, sabiex jitnaqqas il-piż tar-rappurtar, tiġi garantita l-koerenza, tittejjeb l-istatistika sottostanti u tiġi żgurata l-komparabbiltà.

(9) Billi l-ESS hija responsabbli għall-produzzjoni ta' għadd ta' statistika sottostanti għad-dejta rilevanti għall-MIP u s-SEBĊ hija responsabbli għall-produzzjoni ta' għadd ta' statistika oħra sottostanti għad-dejta rilevanti għall-MIP, għandha tiġi żgurata wkoll il-kooperazzjoni mill-qrib bejn iż-żewġ sistemi fir-rigward tad-dejta rilevanti għall-MIP, f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, sabiex jitnaqqas il-piż tar-rappurtar, tiġi garantita l-koerenza, tittejjeb l-istatistika sottostanti u tiġi żgurata l-komparabbiltà. Arranġamenti operattivi prattiċi għall-kooperazzjoni bejn l-ESS u s-SEBĊ rigward l-assigurazzjoni tal-kwalità għad-dejta rilevanti għall-MIP jistgħu jiġu stabbiliti f'memorandum ta' qbil. Fid-dawl tal-esperjenza fuq tul ta' żmien tiegħu fil-qasam tal-istatistika koperta mid-dejta rilevanti għall-MIP, il-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti (CMFB) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE1a jista' jagħti pariri dwar l-arranġamenti operattivi prattiċi għal kooperazzjoni li jistgħu jiġu riflessi f'tali memorandum ta' qbil.

 

_____________

 

1a. ĠU L 332, 30.11.2006, p. 21.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu kkunsidrati fil-qafas tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika Ewropea, li jitlob aktar responsabbiltà demokratika fil-livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni. Is-sistema mtejba ta’ monitoraġġ tal-istatistika tad-dejta rilevanti għall-MIP għandha tinkludi l-involviment eqreb u aktar f’waqtu tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew. Filwaqt li jirrikonoxxi li l-kontropartijiet tal-Parlament Ewropew fil-qafas tad-djalogu huma l-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u r-rappreżentanti tagħhom, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ jestendi stediniet lil rappreżentanti tal-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika (NSIs) biex jipparteċipaw b’mod volontarju fis-seduti ta' smigħ.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) It-tisħiħ tal-governanza ekonomika permezz ta’ sistema mtejba ta’ monitoraġġ tal-istatistika tad-dejta rilevanti għall-MIP għandu jinkludi l-involviment eqreb u aktar f’waqtu tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Madankollu, is-sospensjoni tal-fondi li kellhom jinbdew permezz tal-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi għandha tintuża biss meta ma jkunx hemm alternattiva uħra, u għandha tqis analiżijiet approfonditi tal-indikaturi tal-qgħad, tal-faqar u ta' reċessjoni fil-PDG.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Proċeduri ta’ assigurazzjoni tal-kwalità stabbiliti fil-qafas ta’ dan ir-Regolament għandhom jibnu fuq u jikkunsidraw l-aħjar prattiki fi proċeduri ta’ assigurazzjoni tal-kwalità eżistenti. Dawn m’għandhomx jirriżultaw fi sforzi doppji fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ serja ta’ dejta parallela.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-dejta rilevanti għall-MIP għandhom ikunu dawk stipulati skont l-atti bażiċi rilevanti jew għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni f'kalendarji speċifiċi billi jitqiesu l-bżonnijiet tal-Unjoni.

2. L-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-dejta rilevanti għall-MIP għandhom ikunu dawk stipulati skont l-atti bażiċi rilevanti jew għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni f’kalendarji speċifiċi billi jitqiesu l-qafas tas-Semestru Ewropew u l-bżonnijiet tal-Unjoni.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tindika lill-Istati Membri l-iskeda ta' żmien tar-Rapport annwali dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija stabbilita mill-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011. Skont din l-iskeda ta' żmien u l-iskadenzi u l-kalendarji msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha wkoll tiddeċiedi u tikkomunika lill-Istati Membri data ta' skadenza għat-trażmissjoni, min-naħa tagħhom, tad-dejta kollha rilevanti għall-MIP li tkun l-aktar aġġornata.

3. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tindika lill-Istati Membri l-iskeda ta' żmien tar-Rapport annwali dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija stabbilita mill-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011. Skont din l-iskeda ta' żmien u l-iskadenzi u l-kalendarji msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha wkoll tiddeċiedi u tikkomunika lill-Istati Membri data ta' skadenza sa meta l-Kummissjoni (Eurostat) għandha toħroġ id-dejta rilevanti għall-MIP biex taħdem, għal kull Stat Membru, l-indikaturi tat-tabella ta' valutazzjoni tal-MIPs u tistabbilixxi bażi ta' dejta ta' referenza dwar id-dejta rilevanti għall-MIP.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi lil kull Stat Membru b'aċċess għall-bażi ta' dejta ta' referenza bid-dejta rilevanti għall-MIP estratta mhux aktar tard minn ħames ġranet ta' xogħol wara d-data ta' skadenza għal finijiet ta' verifika. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw id-dejta u għandhom jikkonfermaw id-dejta jew jipprovdu emendi għaliha matul is-seba' ġranet ta' xogħol wara dak il-perjodu ta' ħamest ijiem.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta jittrażmettu d-dejta rilevanti għall-MIP imsemmija fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) l-informazzjoni li turi kif din id-dejta tiġi kkalkulata, inkluż kwalunkwe tibdil fis-sorsi u l-metodi, fil-forma ta' rapport ta' kwalità.

1. Meta jittrażmettu d-dejta rilevanti għall-MIP imsemmija fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni (Eurostat) l-informazzjoni li tindika kif din id-dejta tiġi kkalkulata, inkluż kwalunkwe tibdil fis-sorsi u l-metodi, fil-forma ta' rapport ta' kwalità.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu r-rapport ta’ kwalità fi żmien sebat ijiem kif imsemmi fl-Artikolu 2(3a).

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni bil-għan li jiddefinixxu l-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati bil-għan li jiddefinixxu l-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità tar-rapporti ta’ kwalità msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-inventarji u jibgħatuhom lill-Kummissjoni (Eurostat) sa mhux aktar tard minn […][disa' xhur wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament- id-data eżatta għandha tiddaħħal mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet hekk kif jiġi ppubblikat]. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni bil-għan li jiddefinixxu l-istruttura u l-modalitajiet għall-aġġornament ta' dawn l-inventarji sa […][sitt xhur wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament- id-data eżatta għandha tiddaħħal mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet hekk kif jiġi ppubblikat]. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-inventarji u jibagħtuhom lill-Kummissjoni (Eurostat) sa mhux aktar tard minn […][disa' xhur wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament- id-data eżatta għandha tiddaħħal mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet hekk kif jiġi ppubblikat]. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati bil-għan li jiddefinixxu l-istruttura u l-modalitajiet għall-aġġornament ta' dawn l-inventarji sa […][sitt xhur wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament- id-data eżatta għandha tiddaħħal mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet hekk kif jiġi ppubblikat]. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Kapitolu VI – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

MISSJONIJIET FL-ISTATI MEMBRI

MISSJONIJIET TA' DJALOGU FL-ISTATI MEMBRI

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-Kummissjoni (Eurostat) tidentifika xi problema, b'mod partikolari fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-kwalità skont l-Artikolu 5, tista' tiddeċiedi li twettaq missjonijiet fl-Istat Membru kkonċernat.

1. Meta l-Kummissjoni (Eurostat) tidentifika ħtieġa li tapprofondixxi l-valutazzjoni tagħha tal-kwalità tal-istatistika, b'mod partikolari fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-kwalità skont l-Artikolu 5, tista' tiddeċiedi li twettaq missjonijiet ta' djalogu fl-Istat Membru kkonċernat.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-għan ta' dawn il-missjonijiet għandu jkun li jinvestigaw fil-fond il-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP ikkonċernata. Il-missjonijiet għandhom jiffukaw fuq kwistjonijiet metodoloġiċi, is-sorsi u l-metodi deskritti fl-inventarji, id-dejta u l-proċessi statistiċi ta' appoġġ bil-għan li jivvalutaw il-konformità tagħhom mar-regoli tal-kontabilità u tal-istatistika rilevanti.

2. L-għan tal-missjonijiet ta' djalogu msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun li jinvestigaw fil-fond il-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP ikkonċernata. Il-missjonijiet ta' djalogu għandhom jiffukaw fuq kwistjonijiet metodoloġiċi, is-sorsi u l-metodi deskritti fl-inventarji, id-dejta u l-proċessi statistiċi ta' appoġġ bil-għan li jivvalutaw il-konformità tagħhom mar-regoli tal-kontabilità u tal-istatistika rilevanti.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta torganizza l-missjonijiet ta’ djalogu, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-riżultati proviżorji tagħha lill-Istat Membru kkonċernat għall-kummenti tiegħu.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirraporta lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/122/KEE7 dwar is-sejbien ta' dawn il-missjonijiet, inklużi kwalunkwe kummenti dwar dan is-sejbien li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat. Wara li jiġu trażmessi lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika, dawn ir-rapporti, flimkien mal-kummenti li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, mingħajr peġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità statistika fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/122/KEE7 dwar is-sejbien ta’ dawn il-missjonijiet ta’ djalogu, inklużi kwalunkwe kummenti dwar dan is-sejbien li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat. Wara li jiġu trażmessi lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika, dawn ir-rapporti, flimkien mal-kummenti li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, mingħajr peġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità statistika fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

____________

____________

7. ĠU L 63, 5.3.1974, p. 21

7. ĠU L 63, 5.3.1974, p. 21

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni (Eurostat), jipprovdu l-għajnuna minn esperti dwar kwistjonijiet statistiċi relatati mal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi, inklużi għat-tħejjija u t-twettiq tal-missjonijiet. Fil-qadi ta' dmirijiethom, dawn l-esperti għandhom jipprovdu għarfien espert indipendenti. Għandha ssir lista ta' dawk l-esperti sa (id-data trid tiġi ffissata) abbażi tal-proposti mibgħuta lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli tad-dejta rilevanti għall-MIP.

4. L-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni (Eurostat), jipprovdu l-għajnuna minn esperti dwar kwistjonijiet statistiċi relatati mal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi, fosthom għat-tħejjija u t-twettiq tal-missjonijiet ta' djalogu. Fil-qadi ta' dmirijiethom, dawn l-esperti għandhom jipprovdu għarfien espert indipendenti. Għandha ssir lista ta' dawk l-esperti sa [ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: sitt xhur wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament] abbażi tal-proposti mibgħuta lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli tad-dejta rilevanti għall-MIP.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tistipula r-regoli u l-proċeduri relatati mal-għażla tal-esperti, billi titqies distribuzzjoni xierqa ta’ esperti fl-Istati Membri kollha u rotazzjoni xierqa ta’ esperti bejn l-Istati Membri, l-arranġamenti ta’ xogħolhom u d-dettalji finanzjarji. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taqsam mal-Istati Membri l-ispiża totali mġarrba mill-Istati Membri għall-għajnuna mill-esperti nazzjonali tagħhom.

5. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tistipula r-regoli u l-proċeduri relatati mal-għażla tal-esperti, billi titqies distribuzzjoni xierqa ta’ esperti fl-Istati Membri kollha u rotazzjoni xierqa u f'waqtha ta’ esperti bejn l-Istati Membri, l-arranġamenti ta’ xogħolhom u d-dettalji finanzjarji. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taqsam mal-Istati Membri l-ispiża totali mġarrba mill-Istati Membri għall-għajnuna mill-esperti nazzjonali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi żgurat li l-opinjonijiet esperti pprovduti jkunu oġġettivi, jeħtieġ li jiġu żgurati l-għażla ġusta, it-tqassim u l-ħin tar-rotazzjoni ta' dawn l-esperti.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Dan l-Artikolu m'għandux japplika f'każijiet li fihom il-leġiżlazzjoni settorjali diġà tipprevedi żjarat tal-Kummissjoni fl-Istati Membri.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi d-dejta rilevanti għall-MIP użata għall-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi inkluża dik permezz ta' stqarrijiet tal-aħbarijiet u/jew permezz ta' mezzi oħra li tqis xierqa.

1. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku d-dejta rilevanti għall-MIP użata għall-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi inkluża dik permezz ta’ stqarrijiet tal-aħbarijiet u/jew permezz ta’ mezzi oħra li tqis xierqa.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni (Eurostat) ma għandiex iddewwem il-forniment tad-dejta tal-Istati Membri rilevanti għall-MIP, fejn Stat Membru ma jkunx trażmetta d-dejta tiegħu stess.

2. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiddetermina d-data tal-pubblikazzjoni għall-istqarrija għall-istampa u tikkomunikaha lill-Istati Membri fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol wara d-data ta' skadenza msemmija fl-Artikolu 2. Ma għandhiex iddewwem il-forniment tad-dejta tal-Istati Membri rilevanti għall-MIP, fejn Stat Membru ma jkunx trażmetta d-dejta tiegħu stess.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummisjoni (Eurostat) tista' tesprimi riżerva dwar il-kwalità tad-dejta ta' Stat Membru rilevanti għall-MIP. Sa mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika r-riżerva li beħsiebha tesprimi u tagħmel pubblika. Jekk il-kwistjoni tiġi solvuta wara l-pubblikazzjoni tad-dejta u tar-riżerva, l-irtirar tar-riżerva għandu jsir b'mod pubbliku eżattament wara.

3. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista' tesprimi riżerva dwar il-kwalità tad-dejta ta' Stat Membru rilevanti għall-MIP. L-Istat Membru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu. Sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika r-riżerva li beħsiebha tesprimi u tagħmel pubblika. Jekk il-kwistjoni tiġi solvuta wara l-pubblikazzjoni tad-dejta u tar-riżerva, l-irtirar tar-riżerva għandu jsir b'mod pubbliku eżattament wara.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ temenda d-dejta trażmessa mill-Istati Membri u tipprovdi d-dejta emendata u ġustifikazzjoni għall-emenda fejn ikun hemm prova li d-data rrappurtata mill-Istati Membri mhijiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2). Mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika d-dejta emendata u l-ġustifikazzjoni għall-emenda.

4. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ temenda d-dejta trażmessa mill-Istati Membri u tagħmel disponibbli għall-pubbliku d-dejta emendata u ġustifikazzjoni għall-emenda fejn ikun hemm prova li d-data rrappurtata mill-Istati Membri mhijiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2) kif ukoll mal-istandards metodoloġiċi applikabbli u mar-rekwiżiti tal-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza tad-dejta statistika. Mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika d-dejta emendata u l-ġustifikazzjoni għall-emenda.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi li jimponi multa fuq Stat Membru li intenzjonalment jew b'negliġenza serja jagħti rappreżentanza ħażina tad-dejta rilevanti għall-MIP.

1. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi fi proċedura b'żewġ stadji li jimponi depożitu li jħalli l-imgħax u sussegwentement, jekk il-Kummissjoni tivvaluta li l-Istat Membru ma kkonformax mal-azzjonijiet korrettivi msemmija fil-paragrafu 1a u bħala miżura meta ma jkunx fadal alternattiva oħra, multa fuq Stat Membru li jkun aġixxa intenzjonalment biex jirrappreżenta ħażin id-dejta rilevanti għall-MIP jew b'negliġenza serja li rriżultat fir-rappreżentazzjoni ħażina tad-dejta rilevanti għall-MIP, li bħala konsegwenza kellha impatt fuq l-abbiltà tal-Kummissjoni li tagħmel valutazzjoni vera u ġusta.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni sa skadenza speċifikata dwar l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex tiġi indirizzata u rmedjata r-rappreżentazzjoni ħażina jew in-negliġenza serja msemmija fl-ewwel paragrafu u biex jiġu evitati ċirkustanzi simili fil-futur. Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-multa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun effettiva, dissważiva u proporzjonata għan-natura, is-serjetà u t-tul tar-rappreżentanza ħażina. L-ammont tal-multa ma għandux jaqbeż iż-0.05 % tal-PDG tal-Istat Membru kkonċernat.

2. Id-depożitu li jħalli l-imgħax imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun effettiv, dissważiv u proporzjonat għan-natura, is-serjetà u t-tul tar-rappreżentazzjoni ħażina. L-ammont tad-depożitu li jħalli l-imgħax ma għandux jaqbeż iż-0.05 % tal-PDG fis-sena preċedenti tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista' tagħmel l-investigazzjonijiet kollha neċessarji biex tistabbilixxi l-eżistenza tar-rappreżentanza ħażina msemmija fil-paragrafu 1. Din tista' tiddeċiedi li tibda investigazzjoni meta ssib li hemm indikazzjonijiet serji dwar l-eżistenza ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu tali rappreżentanza ħażina. Fl-investigazzjoni tar-rappreżentanza ħażina putattiva, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe kumment ippreżentat mill-Istat Membru kkonċernat. Sabiex twettaq il-ħidmiet tagħha, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru biex jipprovdi informazzjoni, u tista' twettaq spezzjonijiet fuq il-post u taċċessa l-informazzjoni statistika sottostanti u d-dokumenti relatati mad-dejta rilevanti għall-MIP. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jeħtieġ awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel għall-ispezzjonijiet fuq il-post, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-applikazzjonijiet neċessarji.

3. Il-Kummissjoni tista', b'konformità mat-Trattati u l-leġiżlazzjoni settorjali speċifika, tibda u tagħmel l-investigazzjonijiet kollha neċessarji biex tistabbilixxi l-eżistenza tar-rappreżentazzjoni ħażina msemmija fil-paragrafu 1. Din tista' tiddeċiedi li tibda investigazzjoni meta ssib li hemm indikazzjonijiet serji dwar l-eżistenza ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu tali rappreżentazzjoni ħażina. Fl-investigazzjoni tar-rappreżentazzjoni ħażina putattiva, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe kumment ippreżentat mill-Istat Membru kkonċernat. Sabiex twettaq il-ħidmiet tagħha, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru li jkun qed jiġi investigat biex jipprovdi informazzjoni, u tista' twettaq spezzjonijiet fuq il-post u taċċessa l-informazzjoni statistika sottostanti u d-dokumenti relatati mad-dejta rilevanti għall-MIP. Jekk tkun meħtieġa mil-liġi tal-Istat Membru li jkun qed jiġi investigat, awtorizzazzjoni mill-awtorità ġudizzjarja għandha tinkiseb qabel spezzjoni fuq il-post.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta tlesti l-investigazzjoni tagħha u qabel ma tippreżenta kwalunkwe proposta lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità li jsemma' leħnu fir-rigward tal-kwistjonijiet taħt investigazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibbaża kull proposta tagħha lill-Kunsill fuq il-fatti biss li l-Istat Membru kkonċernat kellu l-opportunità li jikkummenta dwarhom.

Meta tlesti l-investigazzjoni tagħha u qabel ma tippreżenta kwalunkwe rakkomandazzjoni lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Istat Membru li jkun qed jiġi investigat l-opportunità li jsemma' leħnu dwar il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati. Il-Kummissjoni għandha tibbaża kull rakkomandazzjoni tagħha lill-Kunsill fuq il-fatti biss li l-Istat Membru kkonċernat kellu l-opportunità li jikkummenta dwarhom.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe investigazzjoni jew rakkomandazzjoni li ssir skont dan il-paragrafu. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri lil Stat Membru li huwa s-suġġett ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, l-opportunità li jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-Kummissjoni tista’, wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni, tirrakkomanda li l-Kunsill inaqqas l-ammont tad-depożitu li jħalli l-imgħax jew jikkanċellah.

 

Id-depożitu li jħalli l-imgħax għandu jkollu rata ta’ mgħax li tirrifletti r-riskju ta’ kreditu tal-Kummissjoni u l-perjodu ta’ investiment rilevanti.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni illimitata għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kunsill jimponi multa taħt il-paragrafu 1. Hija tista' tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa hekk imposta.

5. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni illimitata għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kunsill jimponi depożiti li jħallu l-imgħax taħt il-paragrafu 1. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid id-depożitu li jħalli l-imgħax hekk impost.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Kapitolu IX – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

NATURA U DISTRIBUZZJONI BAĠITARJA TAS-SANZJONIJIET

NATURA U ALLOKAZZJONI BAĠITARJA TAL-MULTI

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 9(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ tliet snin li jibda xahar wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ tliet snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3), fl-Artikolu 6(2) u fl-Artikolu 9(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ sentejn li jibda xahar wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-atturi rilevanti inkluż il-BĊE b'konformità mal-Artikolu 127 TFUE, għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ tliet snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 9(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwax il-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 3(3), fl-Artikolu 6(2) u fl-Artikolu 9(4) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwax il-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 9(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(3), l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 9(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 9, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta lill-Istat Membru kkonċernat.

Għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 9, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta lill-Istat Membru kkonċernat. Id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) għandha titqies li tkun ġiet adottata mill-Kunsill sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix, b’maġġoranza kwalifikata, li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Maġġoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 9(1) għandha tiġi definita skont il-punt (a) tal-Artikolu 238(3) TFUE.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri (in-NSI) għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni meħtieġa dwar id-dejta rilevanti għall-MIP fil-livell nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali l-oħra kollha għandhom jirrappurtaw lin-NSI għal dan il-għan. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

F'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri (l-NSIs) għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni meħtieġa dwar id-dejta rilevanti għall-MIP fil-livell nazzjonali. Il-banek ċentrali nazzjonali, fil-kapaċità tagħhom bħala membri tas-SEBĊ li jipproduċu dejta rilevanti għall-MIP, u meta xieraq, l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra għandhom jikkooperaw mal-NSIs għal dan il-għan. L-awtoritajiet nazzjonali li jipproduċu d-dejta għandhom jinżammu responsabbli għal dik id-dejta. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni (Eurostat) bil-għan li jiġi implimentat dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta tal-anqas annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni (Eurostat) bil-għan li jiġi implimentat dan ir-Regolament fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

________________

 

1a Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12).

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha sal-14 ta' Diċembru 2014 u kull ħames snin wara, tirrevedi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbien tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

1. Il-Kummissjoni għandha sal-14 ta' Diċembru 2014 u kull ħames snin wara, tirrevedi u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta xieraq, tali rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-effettività ta' dan ir-Regolament u l-proċess ta' monitoraġġ applikat.

(b) l-effettività u l-proporzjonalità ta’ dan ir-Regolament u l-proċess ta’ monitoraġġ applikat.

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Kuntest

Fis-7 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment u l-kwalità tal-istatistika għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi. Ir-regolament propost għandu l-għan li jiżgura l-kwalità u l-puntwalità tal-produzzjoni, il-forniment u l-monitoraġġ tal-kwalità ta' dejta statistika li tiġi kkumpilata jew trażmessa għall-fini tal-proċeduri għad-detezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi kif ukoll għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi eċċessivi fl-Unjoni.

Il-proposta tal-Kummissjoni tkopri t-trażmissjoni tad-dejta statistika u l-metadejta li huma rilevanti għall-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku ('dejta rilevanti għall-MIP') (Artikoli 1 u 2); qafas ġdid ta' assigurazzjoni tal-kwalità, inklużi rapporti tal-kwalità mill-Istati Membri (Artikoli 3 u 4); valutazzjonijiet tal-kwalità mill-Kummissjoni (Artikolu 5); inventarji ta' sorsi u metodi (Artikolu 6); missjonijiet fl-Istati Membri (Artikolu 7); ir-rappurtar u l-komunikazzjoni tad-dejta lill-partijiet interessati differenti (Artikolu 8); u sanzjonijiet li jikkonċernaw il-manipulazzjoni tal-istatistika (Artikoli 9 sa 13).

2. Proċedura fil-Parlament Ewropew

Il-Kumitat ECON inħatar bħala l-Kumitat prinċipali biex jindirizza l-proposta. Il-Kumitati REGI u EMPL iddeċidew jagħtu opinjoni.

3. Abbozz ta' rapport

Ir-Rapporteur jappoġġa l-objettiv ġenerali tar-regolament propost, jiġifieri li tissaħħaħ il-governanza ekonomika tal-Unjoni permezz ta' sistema mtejba ta' monitoraġġ statistiku tad-dejta rilevanti għall-MIP. Tabilħaqq, jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu żviluppati rekwiżiti u proċeduri ċari biex tiġi żgurata l-ogħla kwalità tal-istatistika sabiex jiġu ffaċilitati l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ ta' żbilanċi makroekonomiċi. Madankollu, ir-Rapporteur tal-fehma li l-monitoraġġ statistiku tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP u l-informazzjoni dwar l-istatistika sottostanti jistgħu jiġu allinjati aktar (i) mal-qafas proċedurali stabbilit fil-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku; u (ii) mal-leġiżlazzjoni, il-prattiki u l-istrutturi ta' governanza eżistenti fil-qasam tal-istatistika Ewropea.

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-Rapporteur jilqa' r-regolament propost u jissuġġerixxi t-tisħiħ ta' wħud mill-elementi tiegħu bil-modifiki ewlenin li ġejjin.

3.1. Allinjament mal-qafas imsaħħaħ ta' governanza ekonomika

Ir-Rapporteur jipproponi li l-qafas għall-kumpilazzjoni, il-monitoraġġ tal-kwalità u r-rilaxx tad-dejta rilevanti għall-MIP isir kemm jista' jkun allinjat mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi u fir-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro.

B'mod partikolari, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li tiġi segwita l-loġika tal-qafas tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku u li l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet tiġi ristretta għall-pajjiżi li l-munita tagħhom hija l-euro. Kwalunkwe multa miġbura għandha mbagħad kif xieraq tiġi assenjata lill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà minflok lill-baġit tal-Unjoni. Ir-Rapporteur huwa konxju minn preokkupazzjonijiet legali mqajma rigward l-Artikolu 338 TFUE bħala l-bażi legali għall-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet fuq l-Istati Membri għal rappreżentazzjoni ħażina intenzjonata tad-dejta rilevanti għall-MIP. Għaldaqstant, inkluda premessa biex jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tista' tipprevedi li ddaħħal bażi legali addizzjonali, bħal pereżempju l-Artikolu 121(6) TFUE.

3.2. Allinjament ma' leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-istatistika Ewropea

Ir-Rapporteur jirrakkomanda l-allinjament ulterjuri tar-regolament propost mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea, filwaqt li jitqiesu l-elementi li ħarġu matul ir-reviżjoni li għaddejja tiegħu.

Is-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) it-tnejn huma responsabbli għall-produzzjoni ta' għadd ta' statistika sottostanti għad-dejta rilevanti għall-MIP. Kooperazzjoni mill-qrib bejn iż-żewġ sistemi hija meħtieġa biex tkun żgurata l-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP. Ir-Rapporteur jissuġġerixxi li, fid-dawl tal-esperjenza fuq tul ta' żmien tiegħu fil-qasam tal-istatistika koperta mid-dejta rilevanti għall-MIP, il-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti (CMFB) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE jista' jagħti pariri dwar l-arranġamenti operattivi prattiċi għal tali kooperazzjoni.

3.3 Trażmissjoni ta' dejta lill-Kummissjoni

Ir-Rapporteur tal-fehma li r-regolament propost għandu jikkjarifika l-proċess għat-trażmissjoni, ir-rappurtar u l-komunikazzjoni tad-dejta.

B'mod partikolari, jissuġġerixxi l-inklużjoni (i) ta' data ta' skadenza sa meta l-Kummissjoni (Eurostat) toħroġ is-serje kronoloġika meħtieġa għat-Tabella ta' valutazzjoni tal-MIP u (ii) ta' data ta' pubblikazzjoni għall-istqarrija għall-istampa tal-indikaturi tat-Tabella ta' Valutazzjoni tal-MIP.

3.4. Żjarat ta' djalogu

Biex tittejjeb aktar l-effiċjenza tal-proċeduri proposti, ir-Rapporteur jissuġġerixxi (i) li l-missjonijiet fl-Istati Membri jissejħu żjarat ta' djalogu; (ii) li dawn isiru dispożizzjoni ġenerali li ma tapplikax meta l-leġiżlazzjoni settorjali diġà tipprevedi ż-żjarat; u (iii) li ssir distinzjoni bejn l-iskop tagħhom li japprofondixxu l-valutazzjoni tal-kwalità tal-istatistika u dak tal-investigazzjonijiet li l-għan tagħhom huwa espliċitament l-istabbiliment tal-eżistenza ta' rappreżentazzjoni ħażina intenzjonata tad-dejta rilevanti għall-MIP.

3.5. Rwol tal-Parlament Ewropew

Ir-Rapporteur jipproponi involviment akbar u aktar propizju tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali. B'mod partikolari, il-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew għandu jingħata l-opportunità li jestendi stediniet lill-kapijiet tal-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika biex jipparteċipaw b'mod volontarju fis-seduti ta' smigħ.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (4.2.2014)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment u l-kwalità tal-istatistika għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi
(COM(2013)0342 – C7-0162/2013 – 2013/0181(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Pervenche Berès

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Id-dejta statistika affidabbli hija l-bażi għas-sorveljanza effettiva tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Biex tiġi ggarantita statistika soda u indipendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, li għandha tkun konsistenti mal-kodiċi ta' prattika tal-istatistika Ewropea kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea3.

(3) Deċiżjonijiet demokratiċi bbażati fuq data statistika u analiżijiet affidabbli huma l-bażi għas-sorveljanza effettiva tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Biex tiġi ggarantita statistika soda u indipendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, li għandha tkun konsistenti mal-kodiċi ta' prattika tal-istatistika Ewropea kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea3.

__________________

__________________

3 ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

3 ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Għandhom jiġu stabbiliti kooperazzjoni mill-qrib u djalogu kontinwu bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-Istatistika sabiex jiżguraw il-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP rrappurtata mill-Istati Membri u l-informazzjoni statistika sottostanti.

(8) Għandhom jiġu stabbiliti kooperazzjoni mill-qrib u djalogu kontinwu biex tiġi kkoordinata u armonizzata d-data li għandha tiġi trażmessa bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-Istatistika sabiex jiżguraw il-kwalità tad-data rilevanti għall-MIP rrappurtata mill-Istati Membri u l-informazzjoni statistika sottostanti.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) It-tisħiħ tal-governanza ekonomika permezz ta’ sistema mtejba ta’ monitoraġġ statistiku tad-data rilevanti għall-MIP għandu jinkludi l-involviment eqreb u aktar f’waqtu tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-Kummissjoni (Eurostat) tidentifika xi problema, b'mod partikolari fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-kwalità skont l-Artikolu 5, tista' tiddeċiedi li twettaq missjonijiet fl-Istat Membru kkonċernat.

1. Meta l-Kummissjoni (Eurostat) tidentifika xi problema jew kwistjonijiet potenzjali marbuta mal-kwalità tal-istatistika, b'mod partikolari fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-kwalità skont l-Artikolu 5, hija tista' tiddeċiedi li twettaq missjonijiet fl-Istat Membru kkonċernat.

Emenda   5

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/122/KEE7 dwar is-sejbien ta’ dawn il-missjonijiet, inklużi kwalunkwe kummenti dwar dan is-sejbien li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat. Wara li jiġu trażmessi lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika, dawn ir-rapporti, flimkien mal-kummenti li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, mingħajr peġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità statistika fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/122/KEE7 u l-Kumitat tax-Xogħol stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 200/98/KE7a dwar il-konklużjonijiet ta' dawn il-missjonijiet, inklużi kwalunkwe kumment dwar dawn il-konklużjonijiet li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat. Wara li jiġu trażmessi lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika, lill-Kumitat tax-Xogħol u lill-kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew, dawn ir-rapporti, flimkien mal-kummenti li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità statistika fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

____________

____________

7 ĠU L 63, 5.3.1974, p.21

7 ĠU L 63, 5.3.1974, p.21

 

7a Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/98/KE tal-24 ta' Jannar 2000 li tistabbilixxi l-Kumitat tax-Xogħol (ĠU L 29, 4.2.2000, p. 21).

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummisjoni (Eurostat) tista’ tesprimi riżerva dwar il-kwalità tad-dejta ta’ Stat Membru rilevanti għall-MIP. Sa mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika r-riżerva li beħsiebha tesprimi u tagħmel pubblika. Jekk il-kwistjoni tiġi solvuta wara l-pubblikazzjoni tad-dejta u tar-riżerva, l-irtirar tar-riżerva għandu jsir b’mod pubbliku eżattament wara.

3. Il-Kummisjoni (Eurostat) tista’ tesprimi riżerva dwar il-kwalità tad-data ta’ Stat Membru rilevanti għall-MIP. Sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika r-riżerva li beħsiebha tesprimi u tagħmel pubblika. L-Istat Membru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jispjega s-sitwazzjoni. Jekk il-kwistjoni tiġi solvuta wara l-pubblikazzjoni tad-data u tar-riżerva, l-irtirar tar-riżerva għandu jsir b’mod pubbliku eżattament wara.

Emenda   7

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ temenda d-dejta trażmessa mill-Istati Membri u tipprovdi d-dejta emendata u ġustifikazzjoni għall-emenda fejn ikun hemm prova li d-data rrappurtata mill-Istati Membri mhijiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2). Mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika d-dejta emendata u l-ġustifikazzjoni għall-emenda.

4. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ temenda d-data trażmessa mill-Istati Membri u tipprovdi d-data emendata u ġustifikazzjoni għall-emenda fejn ikun hemm prova li d-data rrappurtata mill-Istati Membri mhijiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2) jew meta d-data trażmessa mill-Istati Membri mhijiex kompluta. Mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Presidenti tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika u tal-Kumitat tax-Xogħol id-data emendata u l-ġustifikazzjoni għall-emenda.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi li jimponi multa fuq Stat Membru li intenzjonalment jew b'negliġenza serja jagħti rappreżentanza ħażina tad-dejta rilevanti għall-MIP.

1. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi li jimponi multa fuq Stat Membru li intenzjonalment jew b'negliġenza serja jagħti rappreżentazzjoni ħażina jew jikkawża dewmien fl-għoti tad-data rilevanti għall-MIP.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tagħmel l-investigazzjonijiet kollha neċessarji biex tistabbilixxi l-eżistenza tar-rappreżentanza ħażina msemmija fil-paragrafu 1. Din tista' tiddeċiedi li tibda investigazzjoni meta ssib li hemm indikazzjonijiet serji dwar l-eżistenza ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu tali rappreżentazzjoni ħażina. Fl-investigazzjoni tar-rappreżentazzjoni ħażina putattiva, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe kumment ippreżentat mill-Istat Membru kkonċernat. Sabiex twettaq il-ħidmiet tagħha, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru biex jipprovdi informazzjoni, u tista' twettaq spezzjonijiet fuq il-post u taċċessa l-informazzjoni statistika sottostanti u d-dokumenti relatati mad-dejta rilevanti għall-MIP. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jeħtieġ awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel għall-ispezzjonijiet fuq il-post, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-applikazzjonijiet neċessarji.

B'konformità mar-regoli, il-Kummissjoni tista' twettaq l-investigazzjonijiet neċessarji kollha biex tistabbilixxi l-eżistenza tar-rappreżentazzjoni ħażina msemmija fil-paragrafu 1. Din tista' tiddeċiedi li tibda investigazzjoni meta ssib li hemm indikazzjonijiet serji dwar l-eżistenza ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu tali rappreżentazzjoni ħażina. Fl-investigazzjoni tar-rappreżentazzjoni ħażina putattiva, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe kumment ippreżentat mill-Istat Membru kkonċernat. Sabiex twettaq il-ħidmiet tagħha, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru biex jipprovdi informazzjoni, u tista' twettaq spezzjonijiet fuq il-post u taċċessa l-informazzjoni statistika sottostanti u d-dokumenti relatati mad-data rilevanti għall-MIP. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jeħtieġ awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel għall-ispezzjonijiet fuq il-post, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-applikazzjonijiet neċessarji.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-dħul imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jiġi allokat għall-finanzjament tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR) tal-Istati Membri u l-konsegwenzi tagħhom bħala parti miċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew, bil-ħsieb li jitnaqqsu d-diverġenzi ekonomiċi, soċjali u d-diverġenzi f'dak li għandu x'jaqsam mal-impjiegi.

Emenda   11

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni (Eurostat) bil-għan li jiġi implimentat dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta regolarment lill-kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni (Eurostat) bil-għan li jiġi implimentat dan ir-Regolament.

Emenda   12

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-adegwatezza u l-effikaċja tal-proċess ta' monitoraġġ applikat f'każ ta' reviżjoni jew żieda fid-data rilevanti għall-MIP;

PROĊEDURA

Titolu

L-istatistika għall-proċedura ta’ żbilanċi makroekonomiċi

Referenzi

COM(2013)0342 – C7-0162/2013 – 2013/0181(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

13.6.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

13.6.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Pervenche Berès

3.7.2013

Eżami fil-kumitat

9.12.2013

22.1.2014

3.2.2014

 

Data tal-adozzjoni

3.2.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Phil Bennion, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Derek Roland Clark, Minodora Cliveti, Marije Cornelissen, Emer Costello, Karima Delli, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Ádám Kósa, Jean Lambert, Verónica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Elisabeth Schroedter, Nicole Sinclaire, Jutta Steinruck

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Edite Estrela, Sergio Gutiérrez Prieto, Jan Kozłowski, Anthea McIntyre, Evelyn Regner

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Emilio Menéndez del Valle

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (27.1.2014)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment u l-kwalità tal-istatistika għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi
(COM(2013)0342 – C7‑0162/2013 – 2013/0181(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ivars Godmanis

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (REGI) ħejja abbozz ta' opinjoni għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) minħabba l-fatt li r-regolament umbrella dwar il-politika ta' koeżjoni (EU) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew, u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 jinkludi fl-Artikolu 23 u fl-Anness III l-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi biex tiskatta s-sospensjoni tal-fondi. Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jappoġġa l-iżvilupp ta' qafas regolatorju ċar sabiex tiġi żgurata statistika ta' kwalità għolja b'appoġġ għall-applikazzjoni effiċjenti tal-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi1 jistabbilixxi mekkaniżmu ta' twissija biex jiffaċilita l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi. Skont dan il-mekkaniżmu, il-Kummissjoni hija meħtieġa tħejji Rapport annwali dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR) li jinkludi valutazzjoni ekonomika u finanzjarja ta' kwalità u tidentifika l-Istati Membri li tqis li jistgħu jiġu affettwati, jew ikunu fir-riskju li jiġu affettwati mill-iżbilanċi.

(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (MIP)1 jistabbilixxi mekkaniżmu ta' twissija biex jiffaċilita l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi. Skont dan il-mekkaniżmu, il-Kummissjoni hija meħtieġa tħejji Rapport annwali dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR) li jinkludi valutazzjoni ekonomika u finanzjarja ta' kwalità u tidentifika l-Istati Membri li tqis li jistgħu jiġu affettwati, jew ikunu fir-riskju li jiġu affettwati mill-iżbilanċi.

__________________

__________________

1 ĠU L 306, 23.11.11, p.25.

1 ĠU L 306, 23.11.11, p.25.

Ġustifikazzjoni

Punt dwar it-tfassil għall-iċċarar tal-akronimu.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Id-dejta statistika affidabbli hija l-bażi għas-sorveljanza effettiva tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Biex tiġi ggarantita statistika soda u indipendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, li għandha tkun konsistenti mal-kodiċi ta' prattika tal-istatistika Ewropea kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea3.

(3) Dejta statistika affidabbli, approfondita, preċiża u utli hija essenzjali għas-sorveljanza effettiva tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Biex tiġi ggarantita statistika soda u indipendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, li għandha tkun konsistenti mal-kodiċi ta' prattika tal-istatistika Ewropea kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea3.

__________________

__________________

3 ĠU L 87, 31.03.09, p. 164.

3ĠU L 61, 31.03.09, p. 164.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Jeħtieġ li l-Kummissjoni tkompli tindirizza l-bżonn ta’ informazzjoni statistika affidabbli li tippermetti lill-politiki tal-Unjoni jirreaġixxu aħjar għar-realtajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali fil-livell reġjonali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Għandha tiġi stabbilita proċedura affidabbli għall-kumpilazzjoni, il-monitoraġġ u r-rilaxx tad-dejta rilevanti għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (minn hawn 'il quddiem imsejħa "dejta rilevanti għall-MIP") kif ukoll bħala titjib kontinwu tal-informazzjoni statistika sottostanti f'konformità mal-oqfsa ta' mmaniġġjar tal-kwalità tal-Kummissjoni għall-istatistika Ewropea4. Il-Grupp ta' Diretturi tal-Istatistika Makroekonomika (DMES), stabbilit mill-Kummissjoni, huwa l-grupp xieraq ta' esperti biex jipprovdi lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-għajnuna meħtieġa għall-applikazzjoni ta' proċedura b'saħħitha ta' monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP.

(5) Għandha tiġi stabbilita proċedura affidabbli għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, il-monitoraġġ u r-rilaxx tad-dejta rilevanti għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (minn hawn 'il quddiem imsejħa "dejta rilevanti għall-MIP") kif ukoll bħala titjib kontinwu tal-informazzjoni statistika sottostanti f'konformità mal-oqfsa ta' mmaniġġjar tal-kwalità tal-Kummissjoni għall-istatistika Ewropea4. Il-Grupp ta' Diretturi tal-Istatistika Makroekonomika (DMES), stabbilit mill-Kummissjoni u li jinkludi esperti mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika u mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u li jinkludi fost il-membri tiegħu esperti mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea u mis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali, huwa l-grupp xieraq ta' esperti biex jipprovdi lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-għajnuna meħtieġa għall-applikazzjoni ta' proċedura b'saħħitha ta' monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP.

__________________

__________________

4 COM(2005)217 finali u COM(2011)211 finali.

4 COM(2005)217 finali u COM(2011)211 finali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Għandhom jiġu stabbiliti kooperazzjoni mill-qrib u djalogu kontinwu bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-Istatistika sabiex jiżguraw il-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP rrappurtata mill-Istati Membri u l-informazzjoni statistika sottostanti.

(8) Għandhom jiġu stabbiliti kooperazzjoni mill-qrib u djalogu kontinwu bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-Istatistika sabiex jiżguraw il-kwalità u l-preċiżjoni tad-dejta rilevanti għall-MIP rrappurtata mill-Istati Membri u l-informazzjoni statistika sottostanti. L-iskop tad-dejta marbuta mal-MIP għandu jkun definit b'mod preċiż.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) It-twaqqif ta' qafas ġuridiku għall-'Impenji dwar il-Fiduċja fl-Istatistika' għandu jitħeġġeġ. Il-konformità mar-regola tal-kunfidenzjalità tad-dejta fl-SSE (is-Sistema Statistika Ewropea), kif ukoll mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, se tgħin biex tkabbar il-fiduċja fl-aġenziji tal-istatistika.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Sabiex tiġi żgurata dejta approfondita, preċiża u ta' kwalità għolja, għandha titwaqqaf sistema għar-riċerka tal-proċessi soċjoekonomiċi li jseħħu f'reġjuni transkonfinali, u għandha titfassal statistika għall-makroreġjuni biex tinkiseb stampa ekonomika affidabbli, sħiħa u preċiża tal-iżvilupp reġjonali u makroreġjonali kemm f'żoni urbani kif ukoll f'dawk rurali.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) L-implimentazzjoni tal-Fondi Ewropej u Strutturali (ESI), skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/20131a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew, u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, b'rabta mal-governanza ekonomika fis-sod u l-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi fost l-oħrajn.

 

__________________

 

1a ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320–469.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c) Il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, flimkien mal-Fond għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond għas-Sajd, jirrappreżentaw ammont sinifikanti għall-investiment pubbliku ta' ċerti Stati Membri tal-UE u għandhom rwol fit-tisħiħ tal-konverġenza ekonomika u tal-koeżjoni soċjali.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 12d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12d) B'mod partikolari, l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 1a jipprevedi li l-Kummissjoni titlob li Stat Membru jirrevedi u jipproponi emendi għall-Ftehim ta' Sħubija tiegħu u l-programmi rilevanti, meta dan ikun meħtieġ għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat u adottati bi qbil mal-Artikoli 7(2) jew 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi, sakemm dawn l-emendi jitqiesu bħala neċessarji għall-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi.

 

__________________

 

1a ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320–469.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 12e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12e) L-Artikolu 23(9) u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1303/20131a jgħid ukoll li l-Kummissjoni għandha tressaq proposta lill-Kunsill biex jissospendi parti jew it-totalità tal-impenji u l-pagamenti għall-programmi ta' Stat Membru meta l-Kunsill jadotta żewġ rakkomandazzjonijiet suċċessivi fl-istess proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku, bi qbil mal-Artikolu 8(3) jew l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi.

 

__________________

 

1a ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320–469.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 12f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12f) Madankollu, is-sospensjoni tal-fondi li kellhom jinbdew permezz tal-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi għandha tintuża biss bħala l-aħħar pass, u għandha tkun tqis analiżi approfondita tal-indikaturi tal-qgħad, tal-faqar u ta' tiċkin fil-PDG.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 12g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12g) Sabiex ikun effikaċi, dan ir-Regolament għandu jkopri d-dejta statistika kollha rikjesta fil-kuntest tal-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 12h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12h) Jenfasizza li l-kwalità tal-istatistika pprovduta mill-Istati Membri hija ta' importanza kbira għal applikazzjoni koerenti tal-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Id-dejta rilevanti għall-MIP għandha tkun is-suġġett ta' ċertifikat maħruġ mill-istituzzjoni ogħla tal-awditjar tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-kwalità tal-informazzjoni li din tipprovdi.

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li l-istituzzjonijiet ogħla nazzjonali tal-awditjar, minħabba l-istatus indipendenti tagħhom, jintalbu b'mod separat biex joħorġu ċertifikat fir-rigward tal-kwalità tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni bil-għan li jiddefinixxu l-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati bil-għan li jiddefinixxu l-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-inventarji u jibgħatuhom lill-Kummissjoni (Eurostat) sa mhux aktar tard minn […][disa' xhur wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament- id-data eżatta għandha tiddaħħal mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet hekk kif jiġi ppubblikat]. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni bil-għan li jiddefinixxu l-istruttura u l-modalitajiet għall-aġġornament ta' dawn l-inventarji sa […][sitt xhur wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament- id-data eżatta għandha tiddaħħal mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet hekk kif jiġi ppubblikat]. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-inventarji u jibgħatuhom lill-Kummissjoni (Eurostat) sa mhux aktar tard minn […][disa' xhur wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament- id-data eżatta għandha tiddaħħal mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet hekk kif jiġi ppubblikat]. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati bil-għan li jiddefinixxu l-istruttura u l-modalitajiet għall-aġġornament ta' dawn l-inventarji sa […][sitt xhur wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament- id-data eżatta għandha tiddaħħal mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet hekk kif jiġi ppubblikat]. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirraporta lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/122/KEE7 dwar is-sejbien ta' dawn il-missjonijiet, inklużi kwalunkwe kummenti dwar dan is-sejbien li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat. Wara li jiġu trażmessi lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika, dawn ir-rapporti, flimkien mal-kummenti li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, mingħajr peġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità statistika fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirraporta lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/122/KEE7 u lill-Parlament Ewropew dwar is-sejbien ta' dawn il-missjonijiet, inklużi kwalunkwe kummenti dwar dan is-sejbien li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat. Wara li jiġu trażmessi lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika u lill-Parlament Ewropew, dawn ir-rapporti, flimkien mal-kummenti li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, mingħajr peġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità statistika fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

______________

_______________

7 ĠU L 63, 05.03.74, p. 21.

7 ĠU L 63, 05.03.74, p. 21.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tistipula r-regoli u l-proċeduri relatati mal-għażla tal-esperti, billi titqies distribuzzjoni xierqa ta’ esperti fl-Istati Membri kollha u rotazzjoni xierqa ta’ esperti bejn l-Istati Membri, l-arranġamenti ta’ xogħolhom u d-dettalji finanzjarji. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taqsam mal-Istati Membri l-ispiża totali mġarrba mill-Istati Membri għall-għajnuna mill-esperti nazzjonali tagħhom.

5. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tistipula r-regoli u l-proċeduri relatati mal-għażla tal-esperti meħtieġa għall-iżgurar ta' distribuzzjoni xierqa ta’ esperti fl-Istati Membri kollha u rotazzjoni xierqa u f'waqtha ta’ esperti bejn l-Istati Membri, l-arranġamenti ta’ xogħolhom u d-dettalji finanzjarji. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taqsam mal-Istati Membri l-ispiża totali mġarrba mill-Istati Membri għall-għajnuna mill-esperti nazzjonali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi żgurat li l-opinjonijiet esperti pprovduti jkunu oġġettivi, jeħtieġ li jiġu żgurati l-għażla ġusta, it-tqassim u l-ħin tar-rotazzjoni ta' dawn l-esperti.

PROĊEDURA

Titolu

L-istatistika għall-proċedura ta’ żbilanċi makroekonomiċi

Referenzi

COM(2013)0342 – C7-0162/2013 – 2013/0181(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

13.6.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

13.6.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ivars Godmanis

20.6.2013

Rapporteur għal opinjoni sostitut(a)

Ramona Nicole Mănescu

Data tal-adozzjoni

22.1.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Francesca Barracciu, Catherine Bearder, Victor Boştinaru, Nikos Chrysogelos, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Iñaki Irazabalbeitia Fernández, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Constanze Angela Krehl, Vladimír Maňka, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Miroslav Mikolášik, Jens Nilsson, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Markus Pieper, Ovidiu Ioan Silaghi, Monika Smolková, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Justina Vitkauskaite Bernard, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maurice Ponga, Vilja Savisaar-Toomast, Elisabeth Schroedter, Richard Seeber, Peter Simon, Evžen Tošenovský, Derek Vaughan

PROĊEDURA

Titolu

L-istatistika għall-proċedura ta’ żbilanċi makroekonomiċi

Referenzi

COM(2013)0342 – C7-0162/2013 – 2013/0181(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.6.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

13.6.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

13.6.2013

REGI

13.6.2013

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Derk Jan Eppink

18.6.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.12.2013

30.1.2014

 

 

Data tal-adozzjoni

13.2.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marino Baldini, Burkhard Balz, Jean-Paul Besset, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Werner Langen, Astrid Lulling, Sławomir Nitras, Ivari Padar, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zdravka Bušić, Herbert Dorfmann, Bas Eickhout, Saïd El Khadraoui, Ashley Fox, Emilie Turunen

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ana Gomes, Emma McClarkin

Data tat-tressiq

24.2.2014