Proċedura : 2011/0446(APP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0152/2014

Testi mressqa :

A7-0152/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/03/2014 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0213

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 157kWORD 61k
3.3.2014
PE 489.646v03-00 A7-0152/2014

dwar l-abbozz ta' Regolament tal-Kunsill li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 li jistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”)

(16616/2013 – C7‑0463/2013 – 2011/0446(APP))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' Regolament tal-Kunsill li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 li jistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”)

(16616/2013 – C7‑0463/2013 – 2011/0446(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill(16616/2013),

–       wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 352, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7‑0463/2013),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7‑0152/2014),

1.      Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta għal Regolament għandha l-għan li testendi għall-Istati Membri mhux membri taż-żona tal-euro l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012, magħruf bħala l-Programm "Pericles 2020".

"Pericles 2020" jikkostitwixxi t-tkomplija tal-programm maħluq permezz tad-Deċiżjoni 2001/923/KE tal-Kunsill, u bl-emendi li sarulha, bl-għan li jinħolqu miżuri mmirati lejn il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar.

Il-bażi ġuridika ta' din il-proposta hija l-Artikoli 133 u 139(2)(f) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistipulaw li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jistabbilixxu miżuri meħtieġa għall-użu tal-euro bħala munita unika, fosthom il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar. Barra minn hekk, l-eżekuzzjoni tal-estensjonital-Programm Pericles għandha sseħħ permezz ta' proposta ta' Regolament parallel abbażi tal-Artikolu 352 TFUE.

Il-valutazzjonijiet imwettqa fl-2004 u fl-2011 indikaw li l-programm laħaq l-objettivi tiegħu u kellu jitkompla. Ir-Rapporteur huwa tal-fehma li l-estensjoni tiegħu għall-Istati Membri l-oħra se tippermetti titjib fil-programm stess, billi tgħin biex tiżdied l-effikaċja tal-prevenzjoni u tiġi repressa l-iffalsifikartal-euro.

Fl-aħħarnett, il-finanzjament għall-programm tal-Istati Membri msemmija hawn fuq jissemma' fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru .../2012, li jirregola l-organiżmi li jistgħu jitolbu finanzjament.

Fid-dawl ta' din l-analiżi, ir-Rapporteur jipproponi l-approvazzjoni ta' din il-proposta leġiżlattiva mingħajr emendi.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

20.2.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Philip Claeys, Ioan Enciu, Frank Engel, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu Houillon, Anthea McIntyre, Louis Michel, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Renate Sommer, Wim van de Camp, Axel Voss, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Cashman, Cornelis de Jong, Mariya Gabriel, Franziska Keller, Jean Lambert, Jan Mulder, Salvador Sedó i Alabart, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Zdravka Bušić, Constanze Angela Krehl

Avviż legali - Politika tal-privatezza