RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE
11.3.2014 - (COM(2013)0547 – C7‑0230/2013 – 2013/0264(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Diogo Feio
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE
(COM(2013)0547 – C7‑0230/2013 – 2013/0264(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0547),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0230/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Frar 2014[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0169/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(2) Id-Direttiva 2007/64/KE ġiet adottata f'Diċembru 2007 fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni ta' Diċembru 2005. Minn dak iż-żmien 'il hawn, is-suq tal-ħlasijiet bl-imnut esperjenza innovazzjonijiet tekniċi sinifikanti bi tkabbir mgħaġġel fin-numru ta' ħlasijiet elettroniċi u bil-mowbajl u l-emerġenza ta' tipi ġodda ta' servizzi ta' ħlas fis-suq. |
(2) Id-Direttiva 2007/64/KE ġiet adottata f'Diċembru 2007 fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni ta' Diċembru 2005. Minn dak iż-żmien ’il hawn, is-suq tal-ħlasijiet bl-imnut esperjenza innovazzjonijiet tekniċi sinifikanti bi tkabbir mgħaġġel fin-numru ta’ ħlasijiet elettroniċi u bil-mowbajl u l-emerġenza ta’ tipi ġodda ta’ servizzi ta’ ħlas fis-suq, li joffru sfida għall-qafas attwali.
| ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(3) Ir-rieżami tal-qafas legali tal-Unjoni dwar is-servizzi ta’ ħlas u b’mod partikolari l-analiżi tal-impatt tad-Direttiva 2007/64/KE u l-konsultazzjoni dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni “Lejn suq Ewropew integrat għall-ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl”24 urew li l-iżviluppi taw lok għal sfidi importanti minn perspettiva regolatorja. Oqsma importanti tas-suq tal-ħlasijiet, b'mod partikolari ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl ta' spiss għadhom frammentati tul il-fruntieri nazzjonali. Ħafna prodotti jew servizzi innovattivi tal-ħlasijiet ma jaqgħux, kompletament jew f'partijiet kbar, fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE. Barra minn hekk, il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE u b'mod partikolari, l-elementi esklużi minnu, bħal ċerti attivitajiet relatati mal-ħlasijiet mir-regoli ġenerali, irriżultaw f'xi ftit każijiet ambigwi wisq, ġenerali wisq, jew sempliċment skaduti, meta jitqiesu l-iżviluppi tas-suq. Dan irriżulta f'inċertezza ġuridika, riskji potenzjali tas-sigurtà fil-katina tal-ħlas u nuqqas ta' protezzjoni tal-konsumatur f'ċerti żoni. Għal servizzi ta' ħlas diġitali innovattivi u faċli biex jintużaw irriżulta diffiċli biex wieħed jibda u biex il-konsumaturi u l-bejjiegħa bl-imnut jiġu pprovduti b'metodi ta' ħlas effettivi, sikuri u konvenjenti fl-Unjoni. |
(3) Ir-rieżami tal-qafas legali tal-Unjoni dwar is-servizzi ta’ ħlas u b’mod partikolari l-analiżi tal-impatt tad-Direttiva 2007/64/KE u l-konsultazzjoni dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni “Lejn suq Ewropew integrat għall-ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl”24 urew li l-iżviluppi taw lok għal sfidi importanti minn perspettiva regolatorja. Oqsma importanti tas-suq tal-ħlasijiet, b'mod partikolari ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl ta' spiss għadhom frammentati tul il-fruntieri nazzjonali. Ħafna prodotti jew servizzi innovattivi tal-ħlasijiet ma jaqgħux, kompletament jew fil-parti l-kbira tagħhom, fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE. Barra minn hekk, il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE u b'mod partikolari, l-elementi esklużi minnu, bħal ċerti attivitajiet relatati mal-ħlasijiet mir-regoli ġenerali, irriżultaw f'xi ftit każijiet ambigwi wisq, ġenerali wisq, jew sempliċement skaduti, meta jitqiesu l-iżviluppi tas-suq. Dan irriżulta f'inċertezza ġuridika, riskji potenzjali tas-sigurtà fil-katina tal-ħlas u nuqqas ta' protezzjoni tal-konsumatur f'ċerti żoni. Għal servizzi ta' ħlas diġitali innovattivi, sikuri u faċli biex jintużaw irriżulta diffiċli biex wieħed jibda u biex il-konsumaturi u l-bejjiegħa bl-imnut jiġu pprovduti b'metodi ta' ħlas effettivi, siguri u konvenjenti fl-Unjoni. Jeżisti potenzjal pożittiv kbir f'dan, li jeħtieġ jiġi sfruttat b'mod iżjed konsistenti. | ||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||
24 COM(2012) 941 final. |
24 COM(2012) 941 finali. | ||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(4) Li jiġi stabbilit suq uniku integrat għall-ħlasijiet elettroniċi huwa kruċjali sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi, in-negozjanti u l-kumpaniji jgawdu l-benefiċċji kollha tas-suq intern, fid-dawl tal-iżvilupp tal-ekonomija diġitali. |
(4) Li jiġi stabbilit suq uniku integrat għall-ħlasijiet elettroniċi sikuri huwa kruċjali sabiex jiġi sostnut it-tkabbir tal-ekonomija Ewropea u biex ikun żgurat li l-konsumaturi, in-negozjanti u l-kumpaniji jgawdu l-għażla u t-trasparenza tas-servizzi ta' ħlas biex igawdu l-benefiċċji kollha tas-suq intern, fid-dawl tal-iżvilupp tal-ekonomija diġitali. | ||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(5) Regoli ġodda għandhom jiġu pprovduti sabiex jingħalqu l-lakuni regolatorji filwaqt li fl-istess ħin tiġi pprovduta aktar ċarezza legali u tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-qafas leġiżlattiv madwar l-Unjoni. Kundizzjonijiet operattivi ekwivalenti għandhom jiġu garantiti kemm għal sistemi eżistenti kif ukoll għal atturi ġodda fis-suq, li jiffaċilitaw l-ilħuq ta' suq usa' minn mezzi ġodda ta' ħlas u jiżguraw livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur fl-użu ta' dawn is-servizzi ta' ħlas madwar l-Unjoni kollha. Dan għandu jwassal għal xejra ta' tnaqqis fl-ispejjeż u fil-prezzijiet għall-utenti tas-servizzi ta' ħlas u aktar għażla u trasparenza għas-servizzi ta' ħlas. |
(5) Għandhom jiġu pprovduti regoli ġodda sabiex jingħalqu l-lakuni regolatorji filwaqt li fl-istess ħin tiġi pprovduta aktar ċarezza legali u tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-qafas leġiżlattiv madwar l-Unjoni. Kundizzjonijiet operattivi ekwivalenti għandhom jiġu garantiti kemm għal sistemi eżistenti kif ukoll għal atturi ġodda fis-suq, li jiffaċilitaw l-ilħuq ta' suq usa' minn mezzi ġodda ta' ħlas u jiżguraw livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur fl-użu ta' dawn is-servizzi ta' ħlas madwar l-Unjoni kollha. Dan għandu jiġġenera effiċjenzi fis-sistema tal-ħlas inġenerali u għandu jwassal għal xejra ta' tnaqqis fl-ispejjeż u fil-prezzijiet għall-utenti tas-servizzi ta' ħlas u aktar għażla u trasparenza għas-servizzi ta' ħlas, filwaqt li jsaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi f'suq tal-ħlasijiet armonizzat. | ||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 5a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(5a) Iż-żona unika ta' pagamenti bl-euro ("SEPA") se tilħaq mira ewlenija fl-2014 bil-migrazzjoni tat-trasferimenti ta' kreditu nazzjonali u d-debiti diretti bl-euro għal trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti konformi mas-SEPA. Il-bini ta' suq integrat, kompetittiv, innovattiv u b'kundizzjonijiet ekwi għall-ħlasijiet bl-imnut bl-euro fiż-żona tal-euro għandu jitkompla sabiex jinkiseb suq intern reali għas-servizzi ta' ħlas fl-Unjoni. Dan l-iżvilupp kontinwu għandu jiġi sostnut minn governanza msaħħa taħt it-tmexxija tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Il-fatt li l-BĊE ħabbar il-ħolqien tal-bord għall-ħlasijiet bl-imnut bl-euro (ERPB) bħala s-suċċessur tal-Kunsill tas-SEPA, għandu jikkontribwixxi għal dan l-objettiv u jiffaċilita l-kisba tiegħu. Il-kompożizzjoni tal-ERPB, filwaqt li tqis bilanċ aħjar bejn l-interessi tan-naħa tal-provvista u tan-naħa tad-domanda tas-suq tal-ħlasijiet, għandha tiżgura pariri effettivi fir-rigward tal-orjentazzjoni tal-proġett tas-SEPA fil-ġejjieni u tal-ostakoli potenzjali għall-kisba tiegħu, modi kif jiġu indirizzati u modi kif titrawwem l-innovazzjoni, il-kompetizzjoni u l-integrazzjoni fil-ħlasijiet bl-imnut bl-euro fl-Unjoni. Għandha tiġi prevista l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni bħala osservatur sabiex jiġi żgurat li l-kompiti, il-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-ERPB jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-proġett tas-SEPA. | ||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 6 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(6) F'dawn l-aħħar snin, ir-riskji tas-sigurtà relatati mal-ħlasijiet elettroniċi żdiedu, u dan minħabba l-kumplessità teknika akbar tal-ħlasijiet elettroniċi, il-volumi li kontinwament qed jikbru madwar id-dinja ta' ħlasijiet elettroniċi u t-tipi emerġenti ta' servizzi ta' ħlas. Billi servizzi ta' ħlas sikuri u bla periklu jikkostitwixxu kundizzjoni essenzjali għat-tħaddim tajjeb tas-suq tas-servizzi ta' ħlas, l-utenti ta' servizzi ta' ħlas għandhom ikunu protetti b'mod adegwat kontra dawn ir-riskji. Servizzi ta' ħlas huma essenzjali għall-manteniment ta' attivitajiet ekonomiċi u soċjetali vitali u għalhekk il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas bħal istituzzjonijiet ta' kreditu ġew kwalifikati bħala operaturi tas-suq skont l-Artikolu 3(8) tad-Direttiva [jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva NIS wara l-adozzjoni] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. |
(6) F'dawn l-aħħar snin, ir-riskji tas-sigurtà relatati mal-ħlasijiet elettroniċi żdiedu, u dan minħabba l-kumplessità teknika akbar tal-ħlasijiet elettroniċi, il-volumi li kontinwament qed jikbru madwar id-dinja ta' ħlasijiet elettroniċi u t-tipi emerġenti ta' servizzi ta' ħlas. Billi servizzi ta' ħlas sikuri u bla periklu jikkostitwixxu kundizzjoni essenzjali għat-tħaddim tajjeb tas-suq tas-servizzi ta' ħlas, l-utenti ta' servizzi ta' ħlas għandhom ikunu protetti b'mod adegwat kontra dawn ir-riskji. Servizzi ta' ħlas huma essenzjali għall-manteniment ta' attivitajiet ekonomiċi u soċjetali vitali u għalhekk il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas bħal istituzzjonijiet ta' kreditu ġew kwalifikati bħala operaturi tas-suq skont l-Artikolu 3(8) tad-Direttiva [jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva NIS wara l-adozzjoni] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. L-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandu jsir f'konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà stabbiliti fl-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 95/46/KE. | ||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||
25 Id-Direttiva XXXX/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [data] dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L x, p. x). |
25 Id-Direttiva XXXX/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [data] dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L x, p. x). | ||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 7 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(7) Minbarra l-miżuri ġenerali li għandhom jittieħdu fil-livell tal-Istati Membri fid-Direttiva [jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva NIS wara l-adozzjoni], ir-riskji relatati mas-sigurtà għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas għandhom ikunu indirizzati wkoll fil-livell tal-fornituri tas-servizz tal-ħlas. Il-miżuri tas-sigurtà li għandhom jittieħdu mill-fornituri tas-servizzi ta' ħlas iridu jkunu proporzjonati mar-riskji tas-sigurtà kkonċernati. Mekkaniżmu ta' rappurtar regolari għandu jiġi stabbilit, sabiex jiżgura li s-servizzi ta' ħlas jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi annwali b'informazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni tar-riskji tas-sigurtà tagħhom u l-miżuri (addizzjonali) li jkunu ħadu b'reazzjoni għal dawn ir-riskji. Barra dan, sabiex jiġi assigurat li danni lil fornituri ta' servizzi ta' ħlas u sistemi ta' ħlas oħrajn, bħal tfixkil sostanzjali ta' sistemi ta' ħlas, u lill-utenti jinżammu għal minimu, huwa essenzjali li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas ikunu obbligati li jirrappurtaw mingħajr dewmien żejjed l-inċidenti relatati mas-sigurtà lill-Awtorità Bankarja Ewropea. |
(7) Minbarra l-miżuri ġenerali li għandhom jittieħdu fil-livell tal-Istati Membri fid-Direttiva [jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva NIS wara l-adozzjoni], ir-riskji relatati mas-sigurtà fl-għażla ta’ sistema teknika li toffri tranżazzjonijiet ta’ ħlas għandhom ikunu indirizzati wkoll fil-livell tal-fornituri tas-servizz tal-ħlas kif ukoll għall-ispejjeż u r-responsabbiltà tagħhom. Il-miżuri tas-sigurtà li għandhom jittieħdu mill-fornituri tas-servizzi ta' ħlas iridu jkunu proporzjonati mar-riskji tas-sigurtà kkonċernati għall-klijenti tagħhom. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' rappurtar regolari sabiex jiżgura li s-servizzi ta' ħlas jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-inqas tliet darbiet fis-sena informazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni tar-riskji tas-sigurtà tagħhom u l-miżuri addizzjonali li jkunu ħadu b'reazzjoni biex inaqqsu dawn ir-riskji. Barra dan, sabiex jiġi assigurat li d-danni lil fornituri ta' servizzi ta' ħlas u sistemi ta' ħlas oħrajn, bħal tfixkil sostanzjali ta' sistemi ta' ħlas, u lill-utenti, jinżammu għal minimu, huwa essenzjali li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas ikunu obbligati jirrappurtaw mingħajr dewmien żejjed l-inċidenti relatati mas-sigurtà lill-Awtorità Bankarja Ewropea, li għandha tippubblika rapport annwali dwar is-sigurtà tas-servizzi ta' ħlas diġitali fl-Unjoni. | ||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 7a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(7a) Sabiex il-konsumaturi jifhmu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva, għandhom ikunu infurmati b'mod ċar u li jinftiehem. Fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, il-Kummissjoni għandha għalhekk tipproduċi fuljett elettroniku faċli għall-konsumatur li jelenka b'mod ċar u li jinftiehem faċilment id-drittijiet u l-obbligi tal-konsumaturi stabbiliti f'din id-Direttiva u fil-liġi tal-Unjoni relatata dwar is-servizzi ta' ħlas. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq il-websajts tal-Kummissjoni, tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) ("ABE"), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, u tar-regolaturi bankarji nazzjonali. L-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi ta' ħlas jagħmlu l-fuljett fil-format oriġinali tiegħu disponibbli, mingħajr ħlas, għall-klijenti eżistenti u ġodda kollha tagħhom b'mod elettroniku fuq il-websajts tagħhom u b'mod stampat fil-fergħat tagħhom, għand l-aġenti tagħhom u fl-entitajiet li lilhom jiġu esternalizzati l-attivitajiet tagħhom. | ||||||||||||
|
_________________ | ||||||||||||
|
1a Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.). | ||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 8 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(8) Il-qafas regolatorju rivedut għas-servizzi ta’ ħlas huwa kkomplimentat mir-Regolament (UE) [XX/XX/XX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26. Dak ir-Regolament jintroduċi regoli fir-rigward ta' impożizzjoni ta' tariffi tal-interkambju multilaterali u bilaterali għat-tranżazzjonijiet tal-konsumatur kollha li jsiru bil-kards ta' debitu u kreditu u elettroniċi u ħlasijiet bil-mowbajl ibbażati fuq dawk it-tranżazzjonijiet, u jqiegħed restrizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti regoli tan-negozju fir-rigward ta' tranżazzjonijiet bil-kards. Dak ir-Regolament jimmira li jkompli jaċċellera l-kisba ta' suq integrat effettiv għal ħlasijiet ibbażati fuq kards. |
(8) Il-qafas regolatorju rivedut għas-servizzi ta’ ħlas huwa kkomplimentat mir-Regolament (UE) [XX/XX/XX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26. Dak ir-Regolament jintroduċi regoli fir-rigward ta' impożizzjoni ta' tariffi tal-interkambju multilaterali u bilaterali għat-tranżazzjonijiet tal-konsumatur kollha li jsiru bil-kards ta' debitu u kreditu u elettroniċi u ħlasijiet bil-mowbajl ibbażati fuq dawk it-tranżazzjonijiet, biex b'hekk ineħħi ostakolu importanti bejn is-swieq tal-ħlasijiet nazzjonali, u jqiegħed restrizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti regoli tan-negozju fir-rigward ta' tranżazzjonijiet bil-kards. Dak ir-Regolament jimmira li jkompli jaċċellera l-kisba ta' suq integrat effettiv għal ħlasijiet ibbażati fuq kards. | ||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||
26 Ir-Regolament (UE) Nru [XX/XX/XX/] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [data] dwar tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ta' ħlas ibbażati fuq kards (ĠU L x, p. x). |
26 Ir-Regolament (UE) Nru [XX/XX/XX/] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [data] dwar tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ta' ħlas ibbażati fuq kards (ĠU L x, p. x). | ||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 9 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(9) Sabiex jiġu evitati approċċi differenti fl-Istati Membri għad-detriment tal-konsumaturi, id-dispożizzjonijiet fuq it-trasparenza, u r-rekwiżiti tal-informazzjoni għal fornituri ta' servizzi ta' ħlas f'din id-Direttiva għandhom ukoll japplikaw għal tranżazzjonijiet meta l-fornitur tas-servizzi ta' ħlas ta' min iħallas jew ta' min jitħallas ikun jinsab fiż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn 'il quddiem iż-ŻEE) u l-fornitur tas-servizzi ta' ħlas l-ieħor ikun jinsab barra miż-ŻEE. Huwa wkoll xieraq li tiġi estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' trasparenza u ta' informazzjoni għal tranżazzjonijiet fil-muniti kollha bejn il-fornituri tas-servizz tal-ħlas li jinsabu fiż-ŻEE. |
(9) Sabiex jiġu evitati approċċi differenti fl-Istati Membri għad-detriment tal-konsumaturi, id-dispożizzjonijiet fuq it-trasparenza u r-rekwiżiti tal-informazzjoni għal fornituri ta' servizzi ta' ħlas u fuq id-drittijiet u l-obbligi marbutin mal-forniment u l-użu ta' servizzi ta' ħlas f'din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għal tranżazzjonijiet meta l-fornitur tas-servizzi ta' ħlas ta' min iħallas jew ta' min jitħallas ikun jinsab fiż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn 'il quddiem iż-ŻEE) u l-fornitur tas-servizzi ta' ħlas l-ieħor ikun jinsab barra miż-ŻEE. Abbażi ta' rieżami mill-Kummissjoni u, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva, l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal dawn it-tranżazzjonijiet għandha tiġi estiża wkoll biex tinkludi l-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet u l-obbligi fir-rigward tal-forniment u l-użu tas-servizzi ta' ħlas. Huwa wkoll xieraq li tiġi estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' trasparenza u ta' informazzjoni għal tranżazzjonijiet fil-muniti kollha bejn il-fornituri tas-servizz tal-ħlas li jinsabu fiż-ŻEE. | ||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(10) Id-definizzjoni ta' servizzi ta' ħlas għandha tkun teknoloġikament newtrali u tippermetti l-iżvilupp ulterjuri ta' tipi ġodda ta' servizzi ta' ħlas, filwaqt li tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet operattivi ekwivalenti kemm għal fornituri ta' servizzi ta' ħlas eżistenti kif ukoll għal dawk ġodda. |
(10) Id-definizzjonijiet ta' servizzi ta' ħlas, tal-protokolli ta' ħlas u tal-istandards għandhom ikunu teknoloġikament newtrali u jippermettu l-iżvilupp ulterjuri ta' tipi ġodda ta' servizzi ta' ħlas, filwaqt li jiżguraw li jkun hemm kundizzjonijiet operattivi sikuri ekwivalenti kemm għal fornituri ta' servizzi ta' ħlas eżistenti kif ukoll għal dawk ġodda. | ||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 12 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(12) Ir-rispons mis-suq juri li l-attivitajiet ta' ħlas koperti mill-eċċezzjoni limitata tan-netwerk spiss jinkludu volumi u valuri ta' ħlas massivi u joffru lill-konsumaturi mijiet jew eluf ta' prodotti u servizzi differenti, li ma humiex konsistenti mal-iskop tal-eżenzjoni limitata tan-netwerk kif previst fid-Direttiva 2007/64/KE. Dan jimplika riskji akbar u l-ebda protezzjoni legali għall-utenti tas-servizzi ta' ħlas, partikolarment għall-konsumaturi u żvantaġġi ċari għal atturi regolati tas-suq. Deskrizzjoni aktar preċiża ta' netwerk limitat, skont id-Direttiva 2009/110/KE, hi meħtieġa sabiex jiġu limitati dawk ir-riskji. Strument tal-ħlas għandu għalhekk jitqies li jintuża f'netwerk limitat jekk ikun jista' jintuża biss għax-xiri ta' oġġetti u servizzi f'ħanut speċifiku jew katina ta' ħwienet jew għal firxa limitata ta' oġġetti u servizzi, ikun liema jkun il-post ġeografiku tal-punt tal-bejgħ. Dawn l-istrumenti jistgħu jinkludu kards tal-ħwienet, kards tal-petrol, kards tas-sħubija, kards tat-trasport pubbliku, vawċers għall-ikel jew vawċers għal servizzi speċifiċi, li huma xi kultant soġġetti għal taxxa speċifika jew għal qafas legali tax-xogħol imfassla biex jippromwovu l-użu ta' dawn l-istrumenti biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'leġiżlazzjoni soċjali. Meta tali strument speċifiku jiżviluppa fi strument għal użu bi skop ġenerali, ma għandhiex tibqa' tapplika l-eżenzjoni mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Strumenti li jistgħu jintużaw għal xiri minn ħwienet ta' kummerċjanti elenkati ma għandhomx ikunu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għaliex dawn l-istrumenti tfasslu tipikament għal netwerk ta' fornituri ta' servizz li kull ma jmur qed jikber. L-eżenzjoni għandha tapplika flimkien mal-obbligu ta' fornituri tas-servizzi tal-ħlasijiet potenzjali li jinnotifikaw attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tad-definizzjoni ta' netwerk limitat. |
(12) Ir-rispons mis-suq juri li l-attivitajiet ta' ħlas koperti mill-eċċezzjoni limitata tan-netwerk spiss jinkludu volumi u valuri ta' ħlas massivi u joffru lill-konsumaturi mijiet jew eluf ta' prodotti u servizzi differenti, li ma humiex konsistenti mal-iskop tal-eżenzjoni limitata tan-netwerk kif previst fid-Direttiva 2007/64/KE. Dan jimplika riskji akbar u l-ebda protezzjoni legali għall-utenti tas-servizzi ta' ħlas, partikolarment għall-konsumaturi u żvantaġġi ċari għal atturi regolati tas-suq. Deskrizzjoni aktar preċiża ta' netwerk limitat, skont id-Direttiva 2009/110/KE, hi meħtieġa sabiex jiġu limitati dawk ir-riskji. Strument tal-ħlas għandu għalhekk jitqies li jintuża f'netwerk limitat jekk ikun jista' jintuża biss għax-xiri ta' oġġetti u servizzi mingħand bejjiegħ bl-imnut speċifiku jew katina ta’ bejjiegħa bl-imnut, jew għal firxa limitata ta' oġġetti u servizzi, ikun liema jkun il-post ġeografiku tal-punt tal-bejgħ. Dawn l-istrumenti jistgħu jinkludu kards tal-ħwienet, kards tal-petrol, kards tas-sħubija, kards tat-trasport pubbliku, biljetti tal-parking, vawċers għall-ikel jew vawċers għal servizzi speċifiċi, li huma xi kultant soġġetti għal taxxa speċifika jew għal qafas legali tax-xogħol imfassla biex jippromwovu l-użu ta' dawn l-istrumenti biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'leġiżlazzjoni soċjali. Meta tali strument speċifiku jiżviluppa fi strument għal użu bi skop ġenerali, ma għandhiex tibqa' tapplika l-eżenzjoni mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Strumenti li jistgħu jintużaw għal xiri minn ħwienet ta' kummerċjanti elenkati ma għandhomx ikunu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għaliex dawn l-istrumenti tfasslu tipikament għal netwerk ta' fornituri ta' servizz li kull ma jmur qed jikber. L-eżenzjoni għandha tapplika flimkien mal-obbligu ta' fornituri tas-servizzi tal-ħlasijiet potenzjali li jinnotifikaw attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tad-definizzjoni ta' netwerk limitat. | ||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 13 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(13) Id-Direttiva 2007/64/KE teżenta mill-ambitu tagħha ċerti tranżazzjonijiet ta' ħlasijiet permezz ta' tagħmir tat-telekomunikazzjoni jew tat-teknoloġija tal-informazzjoni meta l-operatur tan-netwerk mhux biss jaġixxi bħala intermedjarju għall-forniment tal-oġġetti u servizzi diġitali permezz tat-tagħmir inkwistjoni, iżda wkoll iżid il-valur ta' dawn l-oġġetti jew servizzi. B'mod partikolari din l-eżenzjoni tippermetti l-hekk imsejjaħ fatturar min-naħa tal-operatur jew xiri direttament fuq il-kont tat-telefown, li jibda minn ringing tones u servizzi speċjali tal-SMS, u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju ġodda msejsa fuq bejgħ ta' valur baxx tal-kontenut diġitali. Ir-rispons mis-suq ma juri l-ebda evidenza li dan il-metodu tal-ħlas, fdat mill-konsumaturi bħala konvenjenti għal ħlasijiet ta' limitu baxx, żviluppa f'servizz ġenerali tal-intermedjazzjoni tal-ħlasijiet. Madankollu, minħabba l-għażla ambigwa tal-kliem tal-eżenzjoni attwali, din ir-regola ġiet implimentata b'mod differenti fl-Istati Membri. Dan jissarraf f'nuqqas ta' ċertezza legali għall-operaturi u l-konsumaturi u ħafna drabi ppermetta lil servizzi ta' intermedjazzjoni ta' ħlas oħra sabiex jitolbu l-eliġibilità għall-eżenzjoni mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE. Huwa għalhekk xieraq li jitnaqqas il-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva. L-eżenzjoni għandha tiffoka b'mod speċjali fuq il-mikroħlasijiet għall-kontenut diġitali, bħal ringtones, wallpapers, mużika, logħob, vidjos, jew applikazzjonijiet. L-eżenzjoni għandha tapplika biss għal servizzi ta' ħlas meta pprovduti bħala servizzi anċillari għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (jiġifieri n-negozju prinċipali tal-operatur ikkonċernat). |
(13) Id-Direttiva 2007/64/KE teżenta mill-ambitu tagħha ċerti tranżazzjonijiet ta' ħlasijiet permezz ta' tagħmir tat-telekomunikazzjoni jew tat-teknoloġija tal-informazzjoni meta l-operatur tan-netwerk mhux biss jaġixxi bħala intermedjarju għall-forniment tal-oġġetti u servizzi diġitali permezz tat-tagħmir inkwistjoni, iżda wkoll iżid il-valur ta' dawn l-oġġetti jew servizzi. B'mod partikolari din l-eżenzjoni tippermetti l-hekk imsejjaħ fatturar min-naħa tal-operatur jew xiri direttament fuq il-kont tat-telefown, li jibda minn ringing tones u servizzi speċjali tal-SMS, u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju ġodda msejsa fuq bejgħ ta' valur baxx tal-kontenut diġitali. Ir-rispons mis-suq ma juri l-ebda evidenza li dan il-metodu tal-ħlas, fdat mill-konsumaturi bħala konvenjenti għal ħlasijiet ta' limitu baxx, żviluppa f'servizz ġenerali tal-intermedjazzjoni tal-ħlasijiet. Madankollu, minħabba l-għażla ambigwa tal-kliem tal-eżenzjoni attwali, din ir-regola ġiet implimentata b'mod differenti fl-Istati Membri. Dan jissarraf f'nuqqas ta' ċertezza legali għall-operaturi u l-konsumaturi u ħafna drabi ppermetta lil servizzi ta' intermedjazzjoni ta' ħlas oħra sabiex jitolbu l-eliġibilità għall-eżenzjoni mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE. Huwa għalhekk xieraq li jitnaqqas il-kamp ta’ applikazzjoni negattiv ta’ dik id-Direttiva. Sabiex l-attivitajiet ta' ħlas fuq skala kbira ma jibqgħux mhux regolati, l-eżenzjoni għandha tiffoka fuq il-mikroħlasijiet għall-kontenut diġitali, bħal ringtones, wallpapers, mużika, logħob, vidjos, jew applikazzjonijiet. L-eżenzjoni għandha tapplika biss għal servizzi ta' ħlas meta pprovduti bħala servizzi anċillari għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (jiġifieri n-negozju prinċipali tal-operatur ikkonċernat). | ||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 13a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(13a) Id-Direttiva 2007/64/KE teżenta mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha lill-fornituri tas-servizz tekniku li jagħtu support għall-forniment ta' servizzi ta' ħlas mingħajr ma jidħlu f'xi ħin fiż-żamma tal-fondi li jkunu se jiġu ttrasferiti. Servizzi tipiċi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik l-eżenzjoni huma dawk tal-ipproċessar u l-ħżin tad-dejta u servizzi tal-protezzjoni tal-privatezza u tat-teknoloġija tal-IT. Bħala tali, din l-eżenzjoni tkopri wkoll l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ta' ħlas tekniċi lil fornituri ta' servizzi ta' ħlas (xi drabi msejħa "digital wallets" (kartieri diġitali)), li tipikament jagħmlu s-servizzi ta' ħlas tagħhom aċċessibbli fuq apparat mobbli jew tal-IT. | ||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 15 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(15) Fornituri ta' servizzi li jixtiequ jibbenefikaw minn eżenzjoni skont id-Direttiva 2007/64/KE spiss ma jikkonsultawx mal-awtoritajiet dwar jekk l-attivitajiet tagħhom humiex koperti jew eżentati skont dik id-Direttiva iżda joqogħdu fuq l-evalwazzjonijiet tagħhom stess. Jidher li xi eżenzjonijiet setgħu ntużaw mill-fornituri tas-servizz tal-ħlas sabiex ifasslu mill-ġdid mudelli ta' negozju sabiex l-attivitajiet tal-ħlas offruti ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva. Dan jista' jirriżulta f'riskji akbar għall-utenti tas-servizz tal-ħlasijiet u kundizzjonijiet diverġenti għall-fornituri tas-servizzi ta' ħlas fis-suq intern. Il-fornituri tas-servizz għandhom ikunu għalhekk obbligati li jinnotifikaw ċerti attivitajiet lill-awtoritajiet kompetenti, sabiex jiżguraw interpretazzjoni omoġenja tar-regoli fis-suq intern kollu. |
(15) Fornituri ta' servizzi li jixtiequ jibbenefikaw minn eżenzjoni skont id-Direttiva 2007/64/KE spiss ma jikkonsultawx mal-awtoritajiet dwar jekk l-attivitajiet tagħhom humiex koperti jew eżentati skont dik id-Direttiva iżda joqogħdu fuq l-evalwazzjonijiet tagħhom stess. Jidher li xi eżenzjonijiet setgħu ntużaw mill-fornituri tas-servizz tal-ħlas sabiex ifasslu mill-ġdid mudelli ta' negozju sabiex l-attivitajiet tal-ħlas offruti ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva. Dan jista' jirriżulta f'riskji akbar għall-utenti tas-servizz tal-ħlasijiet u kundizzjonijiet diverġenti għall-fornituri tas-servizzi ta' ħlas fis-suq intern. Il-fornituri tas-servizz għandhom ikunu għalhekk obbligati li jinnotifikaw l-attivitajiet tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti, sabiex jiżguraw interpretazzjoni omoġenja tar-regoli fis-suq intern kollu. | ||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 18 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(18) Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE tfaċċaw tipi ġodda ta' servizzi ta' ħlas, speċjalment fil-qasam tal-ħlasijiet bl-internet. B’mod partikolari, fornituri terzi (minn hawn ’il quddiem, third party providers, “TPPs”) evolvew, u qed joffru l-hekk-imsejħa servizzi ta’ bidu ta’ ħlas lill-konsumaturi u lin-negozjanti spiss mingħajr ma jidħlu f’pussess tal-fondi li se jiġu trasferiti. Dawk is-servizzi jiffaċilitaw il-ħlasijiet tal-kummerċ elettroniku billi jistabbilixxu pont ta' softwer bejn il-websajt tan-negozjant u l-pjattaforma bankarja onlajn tal-konsumatur sabiex jinbdew ħlasijiet bl-internet fuq il-bażi ta' trasferimenti tal-kreditu jew debiti diretti. It-TPPs joffru alternattiva rħisa għal ħlasijiet bil-kard kemm għan-negozjanti kif ukoll għall-konsumaturi u jipprovdu lill-konsumaturi l-possibbiltà li jixtru onlajn anke jekk ma jkollhomx karti ta' kreditu. Madankollu, billi t-TPPs bħalissa mhumiex suġġetti għad-Direttiva 2007/64/KE, dawn mhux neċessarjament ikunu taħt superviżjoni minn awtorità kompetenti u ma jsegwux ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/64/KE. Dan iqajjem sensiela ta' kwistjonijiet legali, bħall-protezzjoni tal-konsumatur, is-sigurtà u r-responsabbiltà kif ukoll kwistjonijiet bħall-kompetizzjoni u l-protezzjoni tad-dejta. Ir-regoli l-ġodda għandhom għalhekk jirrispondu għal dawn il-kwistjonijiet. |
(18) Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE tfaċċaw tipi ġodda ta' servizzi ta' ħlas, speċjalment fil-qasam tal-ħlasijiet bl-internet. B’mod partikolari, fornituri terzi (minn hawn ’il quddiem, third party providers, “TPPs”) evolvew, u qed joffru l-hekk-imsejħa servizzi ta’ bidu ta’ ħlas lill-konsumaturi u lin-negozjanti spiss mingħajr ma jidħlu f’pussess tal-fondi li se jiġu trasferiti. Dawk is-servizzi jiffaċilitaw il-ħlasijiet tal-kummerċ elettroniku billi jistabbilixxu pont ta' softwer bejn il-websajt tan-negozjant u l-pjattaforma bankarja onlajn tal-konsumatur sabiex jinbdew ħlasijiet bl-internet fuq il-bażi ta' trasferimenti tal-kreditu jew debiti diretti. It-TPPs joffru alternattiva rħisa għal ħlasijiet bil-kard kemm għan-negozjanti kif ukoll għall-konsumaturi u jipprovdu lill-konsumaturi l-possibbiltà li jixtru onlajn anke jekk ma jkollhomx kards tal-ħlas. It-TPPs għandhom ukoll potenzjal promettenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-iffaċilitar tal-kummerċ elettroniku transkonfinali fis-suq intern. It-TPPs jirrappreżentaw ukoll sfidi importanti għas-sigurtà fir-rigward tas-salvagwardja tal-integrità tal-pagamenti u tad-dejta personali mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom minn min iħallas. Madankollu, billi t-TPPs bħalissa mhumiex suġġetti għad-Direttiva 2007/64/KE, dawn mhux neċessarjament ikunu taħt superviżjoni minn awtorità kompetenti u ma jsegwux ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/64/KE. Dan iqajjem sensiela ta' kwistjonijiet legali, bħall-protezzjoni tal-konsumatur, is-sigurtà u r-responsabbiltà kif ukoll kwistjonijiet bħall-kompetizzjoni u l-protezzjoni tad-dejta. Ir-regoli l-ġodda għandhom għalhekk jindirizzaw dawn l-isfidi kollha b'mod xieraq u jiżguraw li t-TPPs li joperaw fl-Unjoni jkunu liċenzjati jew reġistrati u taħt superviżjoni bħala istituzzjonijiet ta' ħlas. | ||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 19 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(19) Ir-rimessa ta' flus huwa servizz sempliċi tal-ħlas li huwa ġeneralment ibbażat fuq flus likwidi pprovduti minn min iħallas lil min jipprovdi servizzi ta' ħlas, li jgħaddi l-ammont korrispondenti, pereżempju permezz ta' netwerk ta' komunikazzjoni, lil min jitħallas jew lil fornitur ieħor ta' servizzi ta' ħlas li jaġixxi f'isem min jitħallas. F'xi supermarkets fl-Istati Membri, il-merkanti u bejjiegħa oħra bl-imnut jipprovdu lill-pubbliku servizz korrispondenti li jippermetti l-ħlas ta' kontijiet tal-utilitajiet u kontijiet regolari domestiċi oħra. Dawk is-servizzi ta' ħlas ta' kontijiet għandhom jitqiesu bħala rimessa ta' flus, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jikkunsidrawx li l-attività taqa' taħt servizz ta' ħlas ieħor. |
(19) Ir-rimessa ta' flus huwa servizz sempliċi tal-ħlas li huwa ġeneralment ibbażat fuq flus likwidi pprovduti minn min iħallas lil min jipprovdi servizzi ta' ħlas, li jgħaddi l-ammont korrispondenti, pereżempju permezz ta' netwerk ta' komunikazzjoni, lil min jitħallas jew lil fornitur ieħor ta' servizzi ta' ħlas li jaġixxi f'isem min jitħallas. F'xi Stati Membri, l-automated teller machines (ATMs), is-supermarkets, in-negozjanti u bejjiegħa oħra bl-imnut jipprovdu lill-pubbliku servizz korrispondenti li jippermetti l-ħlas ta' kontijiet tal-utilitajiet u kontijiet regolari domestiċi oħra. Dawk is-servizzi ta' ħlas ta' kontijiet għandhom jitqiesu bħala rimessa ta' flus, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jikkunsidrawx li l-attività taqa' taħt servizz ta' ħlas ieħor. | ||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 19a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(19a) Biex jitlesta s-suq intern tal-ħlasijiet u jiġi żgurat li dan iwassal għall-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku u għal tkabbar ekonomiku, huwa importanti li l-operaturi potenzjali l-ġodda u l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas eżistenti jingħataw alternattivi għall-ħlasijiet bil-kards sabiex jiżviluppaw u jsaħħu s-servizzi tagħhom lill-konsumaturi u l-bejjiegħa bl-imnut. Għalhekk, l-ABE, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, tippreżenta valutazzjoni komprensiva dwar il-fattibbiltà u x-xewqa eżistenti għall-introduzzjoni ta' rekwiżit sabiex l-IBAN, kif definit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, jew identifikatur simili, isir disponibbli f'format li jista' jinqara elettronikament fuq il-kards tad-debitu, u fuq strumenti oħrajn ta' ħlas, kif ikun xieraq. Il-valutazzjoni tqis ir-regoli li jikkonċernaw il-prevenzjoni tal-frodi u l-protezzjoni tad-dejta. | ||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 27 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(27) Meta l-istituzzjonijiet tal-ħlas jinvolvu ruħhom fil-forniment ta' wieħed jew aktar mis-servizzi ta' ħlas koperti minn din id-Direttiva, huma għandhom iżommu kontijiet tal-ħlas użati esklussivament għal tranżazzjonijiet ta' ħlas. Sabiex istituzzjonijiet tal-ħlas ikunu jistgħu jipprovdu servizzi ta' ħlas, huwa indispensabbli li jkollhom aċċess għal kontijiet ta' ħlas. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali aċċess jiġi pprovdut b'mod proporzjonali għall-għan leġittimu li jkun intenzjonat li jservi. |
(27) Meta l-istituzzjonijiet tal-ħlas jinvolvu ruħhom fil-forniment ta' wieħed jew aktar mis-servizzi ta' ħlas koperti minn din id-Direttiva, huma għandhom iżommu kontijiet tal-ħlas użati esklussivament għal tranżazzjonijiet ta' ħlas. Sabiex istituzzjonijiet tal-ħlas ikunu jistgħu jipprovdu servizzi ta' ħlas, huwa indispensabbli li jkollhom aċċess għal kontijiet ta' ħlas. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali aċċess ma jkunx diskriminatorju u jiġi pprovdut b'mod proporzjonali għall-għan leġittimu li jkun intenzjonat li jservi. Filwaqt li l-aċċess jista' jkun bażiku, għandu dejjem ikun estensiv biżżejjed biex l-istituzzjoni tal-ħlas tkun tista' tipprovdi s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti u mingħajr xkiel. It-tariffi imposti għal dan l-aċċess għandhom ikunu raġonevoli u konformi mal-prattika standard tan-negozju. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-kontijiet ta’ ħlas huma parti vitali mill-infrastruttura bażika f’soċjetà. Filwaqt li l-atturi li jipprovdu l-kontijiet għandhom ovvjament ikunu jistgħu jagħmlu dan fuq bażi kummerċjali, għandu jkun hemm xi restrizzjonijiet bażiċi dwar kif imexxu n-negozju tagħhom. Mhuwiex aċċettabbli li jużaw il-poter tal-gateway tagħhom biex jimblokkaw atturi oħra billi jirrifjutaw l-aċċess jew jitolbu tariffi eċċessivi. Billi kien hemm numru ta’ inċidenti bħal dawn, jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-PSPs kollha jridu jingħataw aċċess mhux diskriminatorju għall-kontijiet. | |||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 29 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(29) B'mod ġenerali, il-funzjonament tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli mill-għoti ta' awtorizzazzjonijiet lil istituzzjonijiet tal-ħlas, mit-twettiq ta' kontrolli u mid-deċiżjonijiet jekk għandhomx jirtiraw dawk l-awtorizzazzjonijiet, irriżulta li qed jaħdem b'mod sodisfaċenti. Madankollu, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għandha tissaħħaħ, kemm fir-rigward tal-informazzjoni skambjata kif ukoll fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni koerenti tad-Direttiva, f’każijiet meta l-istituzzjoni tal-ħlas awtorizzata tixtieq tipprovdi servizzi ta’ ħlas ukoll fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, fl-eżerċizzju tad-dritt tal-istabbiliment jew il-libertà li tipprovdi servizzi (“ippassaportar”). L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) għandha tintalab biex tħejji sett ta' linji gwida dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju tad-dejta. |
(29) B'mod ġenerali, il-funzjonament tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli mill-għoti ta' awtorizzazzjonijiet lil istituzzjonijiet tal-ħlas, mit-twettiq ta' kontrolli u mid-deċiżjonijiet jekk għandhomx jirtiraw dawk l-awtorizzazzjonijiet, irriżulta li qed jaħdem b'mod sodisfaċenti. Madankollu, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għandha tissaħħaħ, kemm fir-rigward tal-informazzjoni skambjata kif ukoll fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni koerenti tad-Direttiva, f’każijiet meta l-istituzzjoni tal-ħlas awtorizzata tixtieq tipprovdi servizzi ta’ ħlas ukoll fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, fl-eżerċizzju tad-dritt tal-istabbiliment jew il-libertà li tipprovdi servizzi (“ippassaportar”). L-ABE għandha tħejji sett ta' linji gwida dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju tad-dejta wara li tikkonsulta ma' grupp konsultattiv imwaqqaf għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva skont ir-Regolament Nru 1093/2010 u li jirrappreżenta, fost l-oħrajn, lill-partijiet interessati li joperaw barra mill-industrija bankarja. | ||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 30 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(30) Sabiex issaħħaħ it-trasparenza rigward istituzzjonijiet tal-ħlas awtorizzati minn jew irreġistrati mal-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-aġenti u l-fergħat tagħhom, portal tal-internet li jservi bħala punt ta' aċċess elettroniku Ewropew għandu jiġi stabbilit mal-ABE, b'interkonnessjoni mar-reġistri nazzjonali. Dawn il-miżuri għandhom jimmiraw li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. |
(30) Sabiex issaħħaħ it-trasparenza rigward istituzzjonijiet tal-ħlas awtorizzati minn jew irreġistrati mal-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-aġenti u l-fergħat tagħhom, portal tal-internet li jservi bħala punt ta' aċċess elettroniku Ewropew għandu jiġi stabbilit mal-ABE, b'interkonnessjoni mar-reġistri nazzjonali. Dawn il-miżuri għandhom jimmiraw li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, billi jikkontribwixxu bis-sħiħ għal ambjent ta' ħlasijiet li jrawwem il-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u s-sigurtà għall-benefiċċju tal-partijiet interessati kollha u l-konsumaturi b'mod partikolari. | ||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 32 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(32) Filwaqt li din id-Direttiva tispeċifika s-sett minimu ta' setgħat li l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom meta jagħmlu superviżjoni tal-konformità tal-istituzzjonijiet tal-ħlas, dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati b'konformità mad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza. Għall-eżerċitar ta' dawk is-setgħat li jista' jammonta għal interferenza serja mad-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, tad-dar u l-komunikazzjonijiet, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ salvagwardji adegwati u effettivi kontra kull abbuż jew arbitrarjetà, pereżempju, meta xieraq permezz ta' awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru kkonċernat. |
(32) Filwaqt li din id-Direttiva tispeċifika s-sett minimu ta' setgħat li l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom meta jagħmlu superviżjoni tal-konformità tal-istituzzjonijiet tal-ħlas, dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati b'konformità mad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza. Mingħajr preġudizzju għall-kontroll ta' awtorità indipendenti (l-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta) skont l-Artikolu 8(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għall-eżerċitar ta’ dawk is-setgħat li jista’ jammonta għal interferenza serja mad-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, tad-dar u l-komunikazzjonijiet, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ salvagwardji adegwati u effettivi kontra kull abbuż jew arbitrarjetà, pereżempju, meta xieraq permezz ta’ awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru kkonċernat. | ||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 34 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(34) Huwa essenzjali għal kwalunkwe fornitur ta' servizzi ta' ħlas li jkollu aċċess għas-servizzi ta' infrastruttura teknika tas-sistemi ta' ħlas. Dan l-aċċess għandu, madankollu, ikun soġġett għal rekwiżiti adatti sabiex ikunu żgurati l-integrità u l-istabbiltà ta' dawn is-sistemi. Kull fornitur ta' servizzi ta' ħlas li japplika għal parteċipazzjoni f'sistema tal-ħlas għandu jagħti prova lill-parteċipanti tas-sistema tal-ħlas li l-arranġamenti interni tiegħu huma robusti biżżejjed kontra kull tip ta' riskju. Dawn is-sistemi ta' ħlas tipikament jinkludu pereż. l-iskemi tal-kard ta' erba' partijiet kif ukoll sistemi ewlenin li jipproċessaw trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti. Biex tkun żgurata l-ugwaljanza fit-trattament madwar l-Unjoni bejn il-kategoriji differenti ta' fornituri awtorizzati ta' servizzi ta' ħlas, skont it-termini tal-liċenzja tagħhom, huwa meħtieġ li jkunu ċċarati r-regoli dwar l-aċċess għall-forniment ta' servizzi ta' ħlas u l-aċċess għal sistemi ta' ħlas. |
(34) Huwa essenzjali għal kwalunkwe fornitur ta' servizzi ta' ħlas li jkollu aċċess għas-servizzi ta' infrastruttura teknika tas-sistemi ta' ħlas. Dan l-aċċess għandu, madankollu, ikun soġġett għal rekwiżiti adatti sabiex ikunu żgurati l-integrità u l-istabbiltà ta' dawn is-sistemi. Kull fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li japplika għal parteċipazzjoni f’sistema tal-ħlas għandu jġorr ir-riskju tas-sistema li jagħżel u jagħti prova lill-parteċipanti tas-sistema tal-ħlas li l-arranġamenti interni tiegħu huma robusti biżżejjed kontra kull tip ta’ riskju u użu ħażin frodulenti minn parti terza minħabba l-għażla tas-sistemi operattivi. Dawn is-sistemi ta' ħlas tipikament jinkludu pereż. l-iskemi tal-kard ta' erba' partijiet kif ukoll sistemi ewlenin li jipproċessaw trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti. Biex tkun żgurata l-ugwaljanza fit-trattament madwar l-Unjoni bejn il-kategoriji differenti ta' fornituri awtorizzati ta' servizzi ta' ħlas, skont it-termini tal-liċenzja tagħhom, huwa meħtieġ li jkunu ċċarati r-regoli dwar l-aċċess għall-forniment ta' servizzi ta' ħlas u l-aċċess għal sistemi ta' ħlas. | ||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 41 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(41) Din id-Direttiva għandha tispeċifika l-obbligi fuq il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas fir-rigward tal-forniment ta' informazzjoni lill-utenti ta' servizzi ta' ħlas li għandhom jirċievu l-istess livell għoli ta' informazzjoni ċara dwar servizzi ta' ħlas biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati tajjeb u jkunu jistgħu jagħżlu liberament fl-Unjoni. Fl-interess tat-trasparenza din id-Direttiva għandha tistipula r-rekwiżiti armonizzati meħtieġa biex ikun żgurat li informazzjoni meħtieġa u suffiċjenti tingħata lill-utenti ta' servizzi ta' ħlas rigward kemm il-kuntratt ta' servizzi ta' ħlas kif ukoll it-tranżazzjonijiet ta' ħlas. Sabiex jippromwovu l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku fis-servizzi ta' ħlas, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jadottaw biss dawk id-dispożizzjonijiet ta' informazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva. |
(41) Din id-Direttiva għandha tispeċifika l-obbligi fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas fir-rigward tal-forniment ta’ informazzjoni lill-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas li għandhom jirċievu l-istess livell għoli ta’ informazzjoni ċara dwar servizzi ta’ ħlas biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati tajjeb ibbażati fuq paragun bejn il-kundizzjonijiet tal-fornituri differenti (partikolarment fir-rigward tal-istruttura tat-tariffi tagħhom) u jkunu jistgħu jagħżlu liberament fl-Unjoni. Fl-interess tat-trasparenza din id-Direttiva għandha tistipula r-rekwiżiti armonizzati meħtieġa biex ikun żgurat li informazzjoni meħtieġa, suffiċjenti u li tinftiehem tingħata lill-utenti ta' servizzi ta' ħlas rigward kemm il-kuntratt ta' servizzi ta' ħlas kif ukoll it-tranżazzjonijiet ta' ħlas. Sabiex jippromwovu l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku fis-servizzi ta' ħlas, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jadottaw biss dawk id-dispożizzjonijiet ta' informazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva, kif ukoll skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament KE Nru 45/2001. | ||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 43 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(43) L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun propozjonali għall-bżonnijiet tal-utenti u kkomunikata b'mod standard. Madankollu, ir-rekwiżiti ta' informazzjoni għal tranżazzjoni unika tal-ħlas għandhom ikunu differenti minn dawk ta' kuntratt qafas li jipprovdi għas-sensiela ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas. |
(43) L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun propozjonali għall-bżonnijiet tal-utenti u kkomunikata f'format standard u ċar, b'mod li ttejjeb l-effiċjenza. Madankollu, ir-rekwiżiti ta' informazzjoni għal tranżazzjoni unika tal-ħlas għandhom ikunu differenti minn dawk ta' kuntratt qafas li jipprovdi għas-sensiela ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas. | ||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 46 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(46) Din id-Direttiva għandha tistipula d-dritt tal-konsumatur li jirċievi informazzjoni rilevanti mingħajr ħlas qabel ikun marbut bi kwalunkwe kuntratt ta’ servizzi ta’ ħlas. Il-konsumatur għandu wkoll ikun jista' jitlob informazzjoni minn qabel flimkien mal-kuntratt qafas bil-miktub, mingħajr ħlas fi kwalunkwe ħin waqt ir-relazzjoni kuntrattwali, sabiex ikun jista' jqabbel is-servizzi u l-kundizzjonijiet tal-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u f'każ ta' kwalunkwe tilwima jkun jista' jivverifika d-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali tiegħu. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu kumpatibbli mad-Direttiva 2002/65/KE. Id-dispożizzjonijiet espliċiti dwar informazzjoni bla ħlas f'din id-Direttiva ma għandux ikollhom l-effett li jippermettu li jintalbu imposti għall-forniment ta' informazzjoni lill-konsumaturi skont Direttivi applikabbli oħra. |
(46) Din id-Direttiva għandha tistipula d-dritt tal-konsumatur li jirċievi informazzjoni rilevanti mingħajr ħlas qabel ikun marbut bi kwalunkwe kuntratt ta’ servizzi ta’ ħlas. Il-konsumatur għandu wkoll ikun jista' jitlob informazzjoni minn qabel flimkien mal-kuntratt qafas bil-miktub, mingħajr ħlas fi kwalunkwe ħin waqt ir-relazzjoni kuntrattwali, sabiex ikun jista' jqabbel is-servizzi u l-kundizzjonijiet tal-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u f'każ ta' kwalunkwe tilwima jkun jista' jivverifika d-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali tiegħu, biex b'hekk jinżamm livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu kumpatibbli mad-Direttiva 2002/65/KE. Id-dispożizzjonijiet espliċiti dwar informazzjoni bla ħlas f'din id-Direttiva ma għandux ikollhom l-effett li jippermettu li jintalbu imposti għall-forniment ta' informazzjoni lill-konsumaturi skont Direttivi applikabbli oħra. | ||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 49 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(49) Biex tkun iffaċilitata l-mobbiltà tal-konsumatur, għandu jkun possibbli li l-konsumaturi jtemmu kuntratt qafas wara l-iskadenza ta' sena mingħajr ma jeħlu imposti. Għall-konsumaturi, il-perjodu ta' avviż miftiehem ma għandux ikun ta' aktar minn xahar, u għall-fornituri ta' servizzi ta' ħlas mhux inqas minn xahrejn. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jtemm il-kuntratt ta’ servizzi ta’ ħlas f’ċirkostanzi eċċezzjonali skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti oħra, bħal-leġiżlazzjoni dwar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, kwalunkwe azzjoni mmirata lejn l-iffriżar ta’ fondi, jew kwalunkwe miżura speċifika marbuta mal-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati. |
(49) Biex tkun iffaċilitata l-mobbiltà tal-konsumatur, għandu jkun possibbli li l-konsumaturi jtemmu kuntratt qafas mingħajr ma jeħlu imposti. Għall-konsumaturi, il-perjodu ta' avviż miftiehem ma għandux ikun ta' aktar minn xahar, u għall-fornituri ta' servizzi ta' ħlas mhux inqas minn tliet xhur. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jtemm il-kuntratt ta’ servizzi ta’ ħlas f’ċirkostanzi eċċezzjonali skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti oħra, bħal-leġiżlazzjoni dwar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, kwalunkwe azzjoni mmirata lejn l-iffriżar ta’ fondi, jew kwalunkwe miżura speċifika marbuta mal-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati. | ||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 51 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(51) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji li bihom TPPs huma permessi li jaċċessaw u jużaw l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' fondi fuq il-kont tal-utent ta' servizzi tal-ħlas miżmum ma' fornitur ta' servizzi ta' ħlas ieħor. B'mod partikolari, ir-rekwiżiti meħtieġa tal-protezzjoni tad-dejta u tas-sigurtà stabbiliti jew imsemmija f'din id-Direttiva jew inklużi fil-linji gwida tal-ABE għandhom jiġu sodisfatti kemm mit-TPP kif ukoll mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas li jipprovdi s-servizz tal-kont tal-utent tas-servizz ta' ħlas. Min iħallas għandu jagħti kunsens espliċitu lit-TPP biex ikollu aċċess għall-kont ta' ħlas tiegħu u jiġi infurmat sewwa dwar il-grad ta' dan l-aċċess. Biex ikun possibbli l-iżvilupp ta' fornituri ta' servizzi ta' ħlas oħra li ma jistgħux jirċievu depożiti, huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jipprovdulhom l-informazzjoni fuq id-disponibbiltà ta' fondi jekk min iħallas ikun ta l-kunsens tiegħu biex din l-informazzjoni tiġi kkomunikata lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas li joħroġ l-istrument tal-ħlas. |
(51) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji li bihom TPPs huma permessi li jaċċessaw u jużaw l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ fondi fuq il-kont tal-utent ta’ servizzi tal-ħlas miżmum ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ieħor. B'mod partikolari, ir-rekwiżiti meħtieġa tal-protezzjoni tad-dejta u tas-sigurtà stabbiliti jew imsemmija f'din id-Direttiva jew inklużi fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE għandhom jiġu sodisfatti kemm mit-TPP kif ukoll mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas li jipprovdi s-servizz tal-kont tal-utent tas-servizz ta' ħlas. L-ABE għandha tiżviluppa dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni wara li tikkonsulta mal-grupp konsultattiv imsemmi fil-Premessa 29. Min iħallas għandu jiġi infurmat b'mod inekwivokabbli meta jkun qed juża TPP u għandu jagħti kunsens espliċitu lit-TPP biex ikollu aċċess għall-kont ta' ħlas tiegħu u jiġi infurmat sewwa dwar il-grad ta' dan l-aċċess. Flimkien mat-TPPs, hemm emittenti ta' strumenti tal-ħlas ta' parti terza oħra fis-suq li, bħat-TPPs, ma jistgħux jirċievu depożiti, imma li, bid-differenza mit-TPPs, jibnu l-mudelli tan-negozju tagħhom fuq il-ħruġ ta’ strumenti tal-ħlas ibbażati fuq il-kards. Biex ikun possibbli l-iżvilupp ta’ dawn l-emittenti tal-istrumenti tal-ħlas li huma parti terza, huwa meħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta’ ħlas għall-manteniment tal-kontijiet jipprovdulhom l-informazzjoni fuq id-disponibbiltà ta’ fondi jekk min iħallas ikun ta l-kunsens tiegħu biex din l-informazzjoni tiġi kkomunikata lilhom. Biex ikun żgurat li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas innovattivi jkollhom aċċess ħieles għas-suq, ma' għandu jkun meħtieġ l-ebda kuntratt jew ftehim bejn fornitur ta' servizz ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet u TPP. | ||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 51a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(51a) Biex tkun iffaċilitata l-innovazzjoni u jinżammu kundizzjonijiet ekwi, it-TPPs m'għandhomx ikunu meħtieġa jidħlu f'relazzjonijiet kuntrattwali mal-fornituri tas-servizz tal-ħlas għall-manteniment tal-kontijiet fil-kuntest tal-bidu tal-ħlas jew ta' servizzi ta' informazzjoni dwar il-kont. It-TPPs għandhom ikunu obbligati biss jikkonformaw mal-qafas ġenerali leġiżlattiv u superviżorju. | ||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 54 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(54) Fil-każ ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas mhux awtorizzati, min iħallas għandu jitħallas lura immedjatament l-ammont tat-tranżazzjoni rispettiva. Sabiex min iħallas ma jitħalliex ibati żvantaġġi, id-data tal-valur tal-kreditu ta' rifużjoni ma għandhiex tkun aktar tard mid-data meta l-ammont rispettiv ikun ġie debitat. Biex jiġi provdut inċentiv għall-utent ta' servizzi ta' ħlas biex jinnotifika, mingħajr dewmien bla bżonn, lill-fornitur dwar kwalunkwe serq jew telf ta' strument tal-ħlas u b'hekk jitnaqqas ir-riskju ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas mhux awtorizzati, l-utent għandu jkun responsabbli biss għal ammont limitat ħafna, ħlief jekk l-utent ta' servizzi ta' ħlas ikun aġixxa bi frodi jew negliġenza gravi. F'dan il-kuntest ammont ta' EUR 50 jidher li hu adegwat sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati u livell għoli ta' protezzjoni għall-utenti fl-Unjoni. Barra minn dan, ladarba l-utenti jkunu nnotifikaw lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas li l-istrument ta' ħlas tiegħu seta' kien kompromess, l-utenti ma għandhomx ikunu meħtieġa li jkopru telf ulterjuri li jirriżulta minn użu mhux awtorizzat ta' dak l-istrument. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-responsabbilità tal-fornituri ta' servizzi ta' ħlas għas-sigurtà teknika tal-prodotti tagħhom. |
(54) Fil-każ ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas mhux awtorizzati, min iħallas għandu jitħallas lura l-ammont tat-tranżazzjoni rispettiva fi żmien jum tax-xogħol. Sabiex min iħallas ma jitħalliex ibati żvantaġġi, id-data tal-valur tal-kreditu ta' rifużjoni ma għandhiex tkun aktar tard mid-data meta l-ammont rispettiv ikun ġie debitat. Meta dan ma jkunx għadu teknikament possibbli, min iħallas għandu jingħata kumpens ukoll għal telf ta' mgħax. Biex jiġi provdut inċentiv għall-utent ta' servizzi ta' ħlas biex jinnotifika, mingħajr dewmien bla bżonn, lill-fornitur dwar kwalunkwe serq jew telf ta' strument tal-ħlas u b'hekk jitnaqqas ir-riskju ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas mhux awtorizzati, l-utent għandu jkun responsabbli biss għal ammont limitat ħafna, ħlief jekk l-utent ta' servizzi ta' ħlas ikun aġixxa bi frodi jew negliġenza gravi. F'dan il-kuntest ammont ta' EUR 50 jidher li hu adegwat sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati u livell għoli ta' protezzjoni għall-utenti fl-Unjoni. Barra minn dan, ladarba l-utenti jkunu nnotifikaw lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas li l-istrument ta' ħlas tiegħu seta' kien kompromess, l-utenti ma għandhomx ikunu meħtieġa li jkopru telf ulterjuri li jirriżulta minn użu mhux awtorizzat ta' dak l-istrument. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-responsabbilità tal-fornituri ta' servizzi ta' ħlas għas-sigurtà teknika tal-prodotti tagħhom. | ||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 57 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(57) Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi r-regoli għar-rifużjoni sabiex il-konsumatur jiġi protett meta t-tranżazzjoni ta' ħlas imwettqa teċċedi l-ammont li seta' raġonevolment ikun mistenni. Sabiex ma jkunx hemm żvantaġġ finanzjarju għal min iħallas, jeħtieġ li jkun żgurat li d-data tal-valur tal-kreditu ta' kull rifużjoni ma tkunx aktar tard mid-data meta l-ammont rispettiv ikun ġie debitat. Fil-każ ta' debiti diretti, fornituri ta' servizzi ta' ħlas għandhom ikunu jistgħu jipprovdu termini saħansitra aktar favorevoli lill-konsumaturi tagħhom, li għandu jkollhom dritt inkondizzjonat għal rifużjoni ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' ħlas disputata. Madankollu, dan id-dritt inkondizzjonat tar-rifużjoni li jiżgura l-ogħla livell ta' protezzjoni tal-konsumatur mhuwiex ġustifikat f'każijiet meta n-negozjant ikun diġà wettaq il-kuntratt u l-oġġett jew servizz li jikkorrispondi miegħu jkun diġà ġie kkunsmat. F'każijiet meta l-utent jagħmel pretensjoni għal rifużjoni ta' tranżazzjoni ta' ħlas id-drittijiet ta' rifużjoni ma għandhom jaffettwaw la r-responsabbiltà ta' min iħallas lejn min jitħallas li tirriżulta mir-relazzjoni sottostanti, pereżempju għall-oġġetti jew servizzi li jkunu ordnati, ikkonsumati jew li jintalbu imposti għalihom b'mod leġittimu, u lanqas id-drittijiet tal-utent f'dak li għandu x'jaqsam ma' revoka ta' ordni tal-ħlas. |
(57) Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi r-regoli għar-rifużjoni sabiex il-konsumatur jiġi protett meta t-tranżazzjoni ta' ħlas imwettqa teċċedi l-ammont li seta' raġonevolment ikun mistenni. Sabiex ma jkunx hemm żvantaġġ finanzjarju għal min iħallas, jeħtieġ li jkun żgurat li d-data tal-valur tal-kreditu ta' kull rifużjoni ma tkunx aktar tard mid-data meta l-ammont rispettiv ikun ġie debitat. Meta dan ma jkunx għadu teknikament possibbli, min iħallas għandu jingħata kumpens ukoll għal telf ta' mgħax. Fil-każ ta' debiti diretti, fornituri ta' servizzi ta' ħlas għandhom ikunu jistgħu jipprovdu termini saħansitra aktar favorevoli lill-konsumaturi tagħhom, li għandu jkollhom dritt mingħajr kundizzjoni għal rifużjoni ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' ħlas disputata. F'każijiet meta l-utent jagħmel pretensjoni għal rifużjoni ta' tranżazzjoni ta' ħlas id-drittijiet ta' rifużjoni ma għandhom jaffettwaw la r-responsabbiltà ta' min iħallas lejn min jitħallas li tirriżulta mir-relazzjoni sottostanti, pereżempju għall-oġġetti jew servizzi li jkunu ordnati, ikkonsumati jew li jintalbu imposti għalihom b'mod leġittimu, u lanqas id-drittijiet tal-utent f'dak li għandu x'jaqsam ma' revoka ta' ordni tal-ħlas. | ||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal direttiva Premessa 63 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(63) Prattiki nazzjonali differenti dwar ħlas għall-użu ta’ xi strument tal-ħlas partikolari (minn hawn ’il quddiem “soprataxxa”) wasslu għal eteroġeneità estrema fis-suq tal-ħlasijiet tal-Unjoni u saru sors ta’ konfużjoni għall-konsumaturi, b’mod partikolari fil-kuntest tal-kummerċ elettroniku u dak transfruntier. Negozjanti li jinsabu fl-Istati Membri fejn is-soprataxxi huma permessi joffru prodotti u servizzi fi Stati Membri fejn dawn huma pprojbiti u f'dan il-każ xorta jimponu soprataxxa fuq il-konsumatur. Barra minn hekk, raġunament b'saħħtu għal rieżami tal-prattiki tas-soprataxxi huwa appoġġat mill-fatt li r-Regolament (UE) Nru xxx/ssss jistabbilixxi regoli dwar tariffi ta' interkambju multilaterali għal ħlasijiet ibbażati fuq kards. Billi t-tariffi tal-interkambju huma l-element ewlieni li jagħmel il-biċċa l-kbira tal-ħlasijiet bil-kard għaljin u s-soprataxxi fil-prattika huma limitati għal ħlasijiet ibbażati fuq kards, ir-regoli dwar il-ħlasijiet tal-interkambju għandhom ikunu akkumpanjati minn rieżami tar-regoli tas-soprataxxi. Sabiex jippromwovu t-trasparenza tal-prezzijiet u l-użu tal-aktar strumenti ta' ħlas effiċjenti, l-Istati Membri u l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas ma għandhomx iżommu lil min jitħallas milli jitlob imposta minn min iħallas biex juża strument għall-ħlas partikolari, filwaqt li jqisu debitament id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2011/83/UE. Madankollu, id-dritt ta' min jitħallas li jitlob soprataxxa għandu japplika biss għal dawn l-istrumenti tal-ħlas li għalihom it-tariffi tal-interkambju mhumiex irregolati. Dan għandu jaġixxi bħala mekkaniżmu li jiggwida lejn l-orħos mezz ta' ħlas. |
(63) Prattiki nazzjonali differenti dwar ħlas għall-użu ta’ xi strument tal-ħlas partikolari (minn hawn ’il quddiem “soprataxxa”) wasslu għal eteroġeneità estrema fis-suq tal-ħlasijiet tal-Unjoni u saru sors ta’ konfużjoni għall-konsumaturi, b’mod partikolari fil-kuntest tal-kummerċ elettroniku u dak transfruntier. Negozjanti li jinsabu fl-Istati Membri fejn is-soprataxxi huma permessi joffru prodotti u servizzi fi Stati Membri fejn dawn huma pprojbiti u f'dan il-każ xorta jimponu soprataxxa fuq il-konsumatur. Hemm ukoll ħafna eżempji ta' negozjanti li imponew soprataxxa fuq il-konsumaturi f'livelli ferm ogħla mill-ispiża mġarrba min-negozjant għall-użu ta' strument ta' ħlas speċifiku. Barra minn hekk, raġunament b'saħħtu għal rieżami tal-prattiki tas-soprataxxi huwa appoġġat mill-fatt li r-Regolament (UE) Nru xxx/ssss jistabbilixxi regoli dwar tariffi ta' interkambju multilaterali għal ħlasijiet ibbażati fuq kards. Billi t-tariffi tal-interkambju huma l-element ewlieni li jagħmel il-biċċa l-kbira tal-ħlasijiet bil-kard għaljin u s-soprataxxi fil-prattika huma limitati għal ħlasijiet ibbażati fuq kards, ir-regoli dwar il-ħlasijiet tal-interkambju għandhom ikunu akkumpanjati minn rieżami tar-regoli tas-soprataxxi. Sabiex jissaħħaħ il-funzjonament tas-suq tal-ħlasijiet tal-Unjoni, titnaqqas il-konfużjoni għall-konsumaturi u tintemm il-prattika ta’ soprataxxa eċċessiva, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu s-soprataxxa billi b’mod konsistenti jevitaw li min jitħallas jitlob imposta minn min iħallas biex juża strument tal-ħlas speċifiku. | ||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal direttiva Premessa 66 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(66) Huwa essenzjali li l-utenti ta' servizzi ta' ħlas ikunu jafu l-ispejjeż u l-imposti reali tas-servizzi ta' ħlas biex ikunu jistgħu jagħmlu l-għażla tagħhom. Għaldaqstant, ma għandhomx jitħallew jintużaw metodi ta' pprezzar li ma jkunux trasparenti, peress li huwa komunement aċċettat li dawk il-metodi jagħmluha diffiċli ħafna għall-utenti biex jistabbilixxu l-prezz reali tas-servizzi ta' ħlas. Speċifikament, l-użu ta' datar ta' valur li jkun ta' żvantaġġ għall-utent ma għandux ikun permess. |
(66) Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi f'suq tal-ħlasijiet armonizzat huwa essenzjali li l-utenti ta' servizzi ta' ħlas ikunu jafu l-ispejjeż u l-imposti reali tas-servizzi ta' ħlas biex ikunu jistgħu jagħmlu l-għażla tagħhom. Għaldaqstant, ma għandhomx jitħallew jintużaw metodi ta' pprezzar li ma jkunux trasparenti, peress li huwa komunement aċċettat li dawk il-metodi jagħmluha diffiċli ħafna għall-utenti biex jistabbilixxu l-prezz reali tas-servizzi ta' ħlas. Speċifikament, l-użu ta' datar ta' valur li jkun ta' żvantaġġ għall-utent ma għandux ikun permess. | ||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal direttiva Premessa 68 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(68) Il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min iħallas għandu jassumi responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tal-ħlas korrett, inkluż, b’mod partikolari, l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ ħlas u l-ħin tal-eżekuzzjoni, u responsabbiltà sħiħa għal kwalunkwe nuqqas minn partijiet oħra fil-katina tal-ħlas sal-kont ta’ min jitħallas. Bħala riżultat ta’ dik ir-responsabbiltà, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għandu, meta l-ammont sħiħ mhuwiex ikkreditat lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min jitħallas jew huwa biss ikkreditat lilu tard, jikkoreġi t-tranżazzjoni ta’ ħlas jew mingħajr dewmien bla bżonn iħallas lura lil min iħallas l-ammont rilevanti ta’ dik it-tranżazzjoni, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pretensjoni li tista’ ssir skont il-liġi nazzjonali. Minħabba r-responsabbiltà tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, min iħallas jew min jitħallas ma għandhom ikunu mgħobbija bl-ebda spiża li jkollha x'taqsam mal-ħlas żbaljat. F'każ ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni, eżekuzzjoni difettuża jew dewmien fl-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data tal-valur ta' ħlasijiet korrettivi tal-fornituri tas-servizzi ta' ħlas tkun dejjem l-istess bħad-data tal-valur fil-każ ta' eżekuzzjoni korretta. |
(68) Il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min iħallas, jiġifieri l-fornitur tas-servizz tal-ħlas għall-manteniment tal-kontijiet jew, fejn xieraq, it-TPP, għandu jassumi responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tal-ħlas korrett, inkluż, b’mod partikolari, l-ammont sħiħ tat-transazzjoni ta’ ħlas u l-ħin ta’ l-eżekuzzjoni, u responsabbiltà sħiħa għal kwalunkwe nuqqas minn partijiet oħra fil-katina tal-ħlas sa l-kont ta’ min jitħallas. Bħala riżultat ta’ dik ir-responsabbiltà, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għandu, meta l-ammont sħiħ mhuwiex ikkreditat lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min jitħallas jew huwa biss ikkreditat lilu tard, jikkoreġi t-tranżazzjoni ta’ ħlas jew mingħajr dewmien bla bżonn iħallas lura lil min iħallas, fl-istess jum li fih il-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas isir konxju bl-iżball, l-ammont rilevanti ta’ dik it-tranżazzjoni, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pretensjoni li tista’ ssir skont il-liġi nazzjonali. Minħabba r-responsabbiltà tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, min iħallas jew min jitħallas ma għandhom ikunu mgħobbija bl-ebda spiża li jkollha x'taqsam mal-ħlas żbaljat. F'każ ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni, eżekuzzjoni difettuża jew dewmien fl-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data tal-valur ta' ħlasijiet korrettivi tal-fornituri tas-servizzi ta' ħlas tkun dejjem l-istess bħad-data tal-valur fil-każ ta' eżekuzzjoni korretta. Dawk li jopponu r-rifużjoni mingħajr kundizzjoni jenfasizzaw ir-riskju ta’ abbuż mill-konsumaturi. Ma hemmx evidena ta' abbuż ta' dak id-dritt minn pajjiżi fejn il-konsumaturi jgawdu minn rifużjoni mingħajr kundizzjoni. Kwalunkwe abbuż jista' jiġi ppenalizzat bħala talba għall-ħlas mill-ġdid minn min jitħallas, fejn l-ispejjeż żejda jitħallsu mill-parti li tkun ikkawżat din it-tranżazzjoni żejda, il-konsumatur jitqiegħed fuq il-lista s-sewda jew jiġi pprojbit milli juża s-servizz permezz tal-kanċellazzjoni tal-kuntratt sottostanti, u l-ġbir lura tal-ħlas ma jeħlisx mid-dmir li jitħallsu l-oġġetti kkunsmati. | ||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal direttiva Premessa 71 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(71) Biex tiġi ffaċilitata l-prevenzjoni effettiva tal-frodi, u biex ikun miġġieled il-frodi tal-ħlas madwar il-Komunità, għandha ssir dispożizzjoni għall-iskambju effiċjenti ta' dejta bejn fornituri tas-servizzi tal-ħlas li għandhom jitħallew jiġbru, jipproċessaw u jiskambjaw dejta personali li għandha x'taqsam ma' persuni involuti fi frodi tal-ħlas. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37, ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38 huma applikabbli għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. |
(71) Il-provvista ta' servizzi ta' ħlas tista' tinvolvi l-ipproċessar ta' dejta personali. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37, ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38 huma applikabbli għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. | ||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||
37 Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment ħieles ta' tali dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31). |
37 Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31). | ||||||||||||
38 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta, (ĠU L 8, 12.01.2001, p. 1). |
38 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data, (ĠU L 8, 12.01.2001, p. 1). | ||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal direttiva Premessa 72a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(72a) L-obbligi tar-rappurtar ta' inċidenti tas-sigurtà huma mingħajr preġudizzju għal obbligi ta' rappurtar ta' inċidenti oħra stipulati f'atti leġiżlattivi oħra, b'mod partikolari r-rekwiżiti dwar il-ksur tad-dejta personali stipulati fid-Direttiva 2002/58/KE, fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta] u fir-rekwiżiti ta' notifika dwar l-inċidenti ta' sigurtà ppjanati taħt id-Direttiva .../.../UE [id-Direttiva dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni]. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Abbażi ta' proposta mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. | |||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal direttiva Premessa 74 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(74) Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-klijenti li jressqu kawża quddiem il-qrati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw riżoluzzjoni straġudizzjarja aċċessibbli faċilment u mingħajr spejjeż żejda tal-konflitti bejn fornituri tas-servizzi tal-ħlas u konsumaturi li jirriżultaw mid-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva. Ir-Regolament (KE)nNru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40 jipprovdi li l-protezzjoni mogħtija lill-konsumaturi mir-regoli obbligatorji tal-liġi tal-pajjiż li fihom għandhom ir-residenza abitwali tagħhom ma tistax tkun imdgħajfa minn xi terminu kuntrattwali dwar il-liġi applikabbli. Fir-rigward tal-istabbiliment ta’ proċedura effiċjenti u effettiva ta' soluzzjoni tat-tilwim, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornituri tas-servizzi tal-ħlas jistabbilixxu proċedura ta’ lment għall-konsumatur li tkun tista' tiġi segwita mill-konsumaturi tagħhom qabel ma l-ilment jiġi riferut biex jissolva bi proċedura extraġudizzjarja jew quddiem il-Qorti. Il-proċedura tal-ilmenti għandha tinkludi perjodi ta’ żmien qosra u definiti b’mod ċar li fihom il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu jwieġeb għall-ilment. |
(74) Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-klijenti li jressqu kawża quddiem il-qrati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti u miżmuma proċeduri extraġudizzjarji aċċessibbli faċilment, indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettivi għas-soluzzjoni ta’ tilwim bejn fornituri tas-servizzi tal-ħlas u utenti ta’ servizzi ta’ ħlas li jirriżulta mid-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva. Ir-Regolament (KE)nNru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40 jipprovdi li l-protezzjoni mogħtija lill-konsumaturi mir-regoli obbligatorji tal-liġi tal-pajjiż li fihom għandhom ir-residenza abitwali tagħhom ma tistax tkun imdgħajfa minn xi terminu kuntrattwali dwar il-liġi applikabbli. Fir-rigward tal-istabbiliment ta’ proċedura effiċjenti u effettiva ta’ soluzzjoni tat-tilwim, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornituri tas-servizzi tal-ħlas jistabbilixxu proċedura ta’ lment li tkun tista’ tiġi segwita mill-utenti tas-servizzi tal-ħlas tagħhom qabel ma l-ilment jiġi riferut biex jissolva bi proċedura extraġudizzjarja jew quddiem il-Qorti. Il-proċedura tal-ilmenti għandha tinkludi perjodi ta’ żmien qosra u definiti b’mod ċar li fihom il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu jwieġeb għall-ilment. | ||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||
40 Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma I), ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6. |
40 Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6.) | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
It-talbiet għal proċeduri extraġudizzjarji għandhom ikunu stretti. Il-proċeduri extraġudizzjarji u tal-ilmenti m’għandhomx neċessarjament ikunu disponibbli biss għall-konsumaturi, imma jistgħu jkunu disponibbli wkoll għal utenti oħra tas-servizzi tal-ħlas. | |||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal direttiva Premessa 74a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(74a) Fid-dawl tal-impenn tal-BĊE li jistabbilixxi u jippresiedi l-ERPB u tal-impenn tal-Kummissjoni li tipparteċipa b'mod attiv fl-ERPB, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-governanza tas-SEPA tissaħħaħ mingħajr dewmien żejjed wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Hija għandha tiżgura li jiġi applikat il-metodu tal-Unjoni meta jkun possibbli u, fl-istess ħin, li tiġi mfittxija s-sjieda mill-partijiet interessati, fuq in-naħa kemm tal-offerta kif ukoll tad-domanda, permezz ta' involviment attiv, konsultazzjoni u trasparenza sħiħa. B'mod partikolari, il-fornituri u l-utenti ta' servizzi ta' ħlas għandhom ikunu rappreżentati b'mod indaqs, biex jiġi żgurat l-involviment attiv tal-partijiet interessati, il-kontribut għal komunikazzjoni suffiċjenti tal-proċess tas-SEPA lill-utenti finali u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proċess tas-SEPA. | ||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal direttiva Premessa 80 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(80) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tista’ tistrieħ fuq l-għarfien espert u appoġġ tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), li għandu jkollha l-kompitu li tfassal linji gwida u tipprepara standards tekniċi regolatorji dwar aspetti ta’ sigurtà marbuta mas-servizzi ta’ ħlas, u dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-kuntest tal-provvediment ta’ servizzi u l-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet tal-ħlas awtorizzati fi Stati Membri oħra. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji. Dawn il-kompiti speċifiċi huma kompletament konformi mar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-ABE definiti fir-Regolament (KE) Nru 1093/2010, li taħthom l-ABE tkun ġiet stabbilita. |
(80) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tista’ tistrieħ fuq l-għarfien espert u appoġġ tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), li għandu jkollha l-kompitu li tipprepara standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar aspetti ta’ sigurtà marbuta mas-servizzi ta’ ħlas, u dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-kuntest tal-provvediment ta’ servizzi u l-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet tal-ħlas awtorizzati fi Stati Membri oħra. Meta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni jikkonċernaw aspetti tas-sigurtà tal-ħlasijiet, l-ABE tqis ukoll ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Forum Ewropew dwar is-Sigurtà ta’ Ħlasijiet bl-Imnut (Forum SecurePay) rigward is-sigurtà tal-ħlasijiet bl-internet u s-servizzi ta' aċċess għall-kont tal-ħlasijiet. Fil-qadi ta' dawk l-obbligi, l-ABE għandha tikkonsulta mal-grupp konsultattiv imsemmi fil-Premessa 29. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni. Dawn il-kompiti speċifiċi huma kompletament konformi mar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-ABE definiti fir-Regolament (KE) Nru 1093/2010, li taħthom l-ABE tkun ġiet stabbilita. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Jeħtieġ li jinħolqu kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tal-miżuri ta' sigurtà u kontroll. | |||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal direttiva Premessa 80a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(80a) Sabiex is-servizzi ta' ħlas jaħdmu mingħajr intoppi u sabiex il-proġett usa' tas-SEPA jilħaq il-potenzjal tiegħu kollu, huwa essenzjali li l-partijiet interessati kollha u b'mod speċjali l-utenti, inklużi l-konsumaturi, ikunu involuti mill-qrib u jkunu jistgħu jiżvolġu rwol sħiħ. Filwaqt li l-istabbiliment tal-Korp ta’ Governanza tas-SEPA jirrappreżenta pass ’il quddiem lejn il-governanza tas-SEPA u iżjed servizzi ta’ ħlas, minħabba r-rappreżentazzjoni mtejba tiegħu tal-partijiet interessati, it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar is-servizzi ta’ ħlas għadu jiffavorixxi n-naħa tal-provvista u b’mod partikolari l-banek Ewropej permezz tal-Kunsill tal-Ħlasijiet Ewropej (EPC). Għalhekk, huwa kruċjali li l-Kummissjoni teżamina mill-ġdid, fost l-oħrajn, il-kompożizzjoni tal-EPC, l-interazzjoni bejn l-EPC u struttura ta' governanza globali, bħall-Kunsill tal-EPA, u r-rwol ta' din l-istruttura globali. Jekk ir-rieżami tal-Kummissjoni jikkonferma l-ħtieġa għal iżjed inizjattivi biex tittejjeb il-Governanza tas-SEPA, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Meta ntlaħaq il-ftehim dwar ir-Regolament tas-SEPA fl-2012, il-Kummissjoni Ewropea ddikjarat li kienet se tanalizza l-istrutturi tal-Kunsill tal-Ħlasijiet Ewropej (EPC) u possibbilment tipprovdi proposti għar-riforma tiegħu biex tindirizza din l-istituzzjoni, li tiffavorixxi l-interessi tas-settur bankarju. Sa issa l-ideat tal-Kummissjoni dwar din ir-riforma għadhom ma mmaterjalizzaw fl-ebda proposta. Għalhekk, jeħtieġ li ssir referenza għad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni sabiex jiġu promossi l-isforzi għal riforma fil-ġejjieni. | |||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal direttiva Premessa 83a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(83a) Il-prinċipji ta’ rikonoxximent reċiproku u tas-superviżjoni tal-Istat Membru ta’ domiċilju jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jirtiraw jew jirrifjutaw li jagħtu awtorizzazzjoni meta fatturi, bħall-kontenut ta’ programmi ta’ operazzjonijiet, id-distribuzzjoni ġeografika jew l-attivitajiet attwalment imwettqa, jindikaw b’mod ċar li l-istituzzjoni tal-ħlas tkun għażlet is-sistema legali ta’ Stat Membru wieħed bil-għan li tevadi l-istandards aktar stretti fis-seħħ fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu jkollha l-intenzjoni li twettaq jew fil-fatt twettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha. Istituzzjoni tal-ħlas għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha jew jekk taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha ma għandhiex uffiċċju reġistrat, l-uffiċċju prinċipali tagħha. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-uffiċċju prinċipali tal-istituzzjonijiet tal-ħlas għandu dejjem jinsab fl-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu u li fil-fatt ikun jopera minn hemmhekk. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din l-emenda hija konformi ma’ u bbażata fuq it-test attwali tal-Premessa 31 tal-MIFID. L-għan huwa li jiġi miċħud l-arbitraġġ fl-Unjoni. | |||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Il-Kummissjoni tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu. Sa ...*, abbażi ta' dak ir-rieżami, tippreżenta proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq, biex testendi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV ħlief għall-Artikolu 78 għal tranżazzjonijiet ta' ħlas fejn wieħed biss mill-fornituri tas-servizzi ta' ħlas ikun jinsab fl-Unjoni fir-rigward ta' dawk il-partijiet tat-tranżazzjoni ta' ħlas li jitwettqu fl-Unjoni, fejn ikun teknikament fattibbli. | ||||||||||||
|
________________ | ||||||||||||
|
* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Ikun raġonevoli ħafna li l-parti l-kbira tat-Titolu IV tkun tapplika għat-tranżazzjonijiet b’fażi waħda. Madankollu, billi mhuwiex ċar x’inhu u x’mhuwiex teknikament fattibbli f’dan ir-rigward, jagħmel iżjed sens li din l-estensjoni tkun ibbażata fuq rieżami dettaljat. | |||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt d | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(d) tranżazzjonijiet ta' ħlas li jikkonsistu fil-ġbir u t-tqassim mhux professjonali ta' flus kontanti fil-qafas ta' attività mhux bi skop ta' qligħ jew ta' karità; |
(d) tranżazzjonijiet ta' ħlas li jikkonsistu fil-ġbir u t-tqassim mingħajr skop ta' qligħ ta' donazzjonijiet fil-qafas ta' attività karitattiva mwettqa minn organizzazzjoni awtorizzata; | ||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt j | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(j) servizzi pprovduti minn fornituri ta' servizzi tekniċi, li jappoġġaw il-forniment tas-servizzi tal-ħlas, mingħajr ma dawn f'xi mument ikunu fil-pussess tal-fondi li għandhom jiġu trasferiti, inkluż l-ipproċessar u l-ħażna ta' dejta, is-servizzi ta' fiduċja u ta' protezzjoni tal-privatezza, awtentikazzjoni ta' dejta u ta' entità, il-forniment ta' servizzi ta' netwerk tal-informazzjoni teknoloġika (IT) u ta' komunikazzjoni, il-forniment u l-manutenzjoni ta' terminals u apparat użat għas-servizzi tal-ħlas, bl-esklużjoni ta' servizzi tal-bidu tal-ħlas u servizzi ta' informazzjoni tal-kontijiet; |
(j) servizzi pprovduti minn fornituri ta' servizzi tekniċi, li jappoġġaw il-forniment tas-servizzi tal-ħlas, mingħajr ma dawn f'xi mument ikunu fil-pussess tal-fondi li għandhom jiġu trasferiti, inkluż l-ipproċessar u l-ħżin ta' dejta, is-servizzi ta' fiduċja u ta' protezzjoni tal-privatezza, awtentikazzjoni ta' dejta u ta' entità, il-forniment ta' servizzi ta' netwerk tal-informazzjoni teknoloġika (IT), ta' komunikazzjoni u ta' mezzi siguri, il-forniment u l-manutenzjoni ta' terminals u apparat użat għas-servizzi tal-ħlas, bl-esklużjoni ta' servizzi tal-bidu tal-ħlas u servizzi ta' informazzjoni tal-kontijiet; | ||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt k | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(k) servizzi bbażati fuq strumenti speċifiċi mfassla biex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi li jistgħu jintużaw biss b’mod limitat, għaliex jippermettu lid-detentur tal-flus elettroniċi jixtri oġġetti jew servizzi fl-istabbiliment tal-emittent tal-flus elettroniċi jew f'network limitat ta’ fornituri ta’ servizz skont ftehim kummerċjali dirett ma’ emittent professjonali, jew inkella għaliex jistgħu jkunu biss użati biex jakkwistaw firxa limitata ta’ oġġetti u servizzi. |
(k) servizzi bbażati fuq strumenti speċifiċi mfassla biex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi li jistgħu jintużaw biss b’mod limitat, għaliex jippermettu lid-detentur tal-flus elettroniċi jixtri oġġetti jew servizzi ta’ emittent wieħed biss tal-flus elettroniċi jew f’network limitat ta’ fornituri ta’ servizz skont ftehim kummerċjali dirett ma’ emittent, jew inkella għaliex jistgħu jkunu biss użati biex jakkwistaw firxa ristretta ta’ oġġetti u servizzi; | ||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt ka (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(ka) strument validu biss fi Stat Membru wieħed u regolat minn qafas soċjali jew fiskali speċifiku, ipprovdut fuq talba ta' intrapriża jew entità pubblika, li jġorr miegħu d-dritt li individwu jirċievi oġġetti jew servizzi mingħand fornituri li jkollhom ftehim kummerċjali mal-emittent u li ma jistax jissarraf fi flus; | ||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt l | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(l) tranżazzjonijiet ta’ ħlas imwettqa minn fornitur ta’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjoni fejn it-tranżazzjoni tkun prevista għal abbonat man-netwerk jew servizz u għax-xiri ta’ kontenut diġitali bħal servizzi anċillari għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, irrispettivament mill-apparat li jintuża għax-xiri jew il-konsum tal- kontenut, sakemm il-valur ta’ kull tranżazzjoni ta’ ħlas uniku ma jaqbiżx il-EUR 50 u l-valur kumulattiv ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas ma jkunx jaqbeż il-EUR 200 fi kwalunkwe xahar ta' fatturazzjoni; |
(l) tranżazzjonijiet ta’ ħlas imwettqa fil-kapaċità ta' intermedjarju minn fornitur ta’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u tranżazzjonijiet ta' ħlas li huma anċillari għan-negozju ewlieni tal-fornitur fejn it-tranżazzjoni tkun prevista għal abbonat man-netwerk jew servizz u għax-xiri ta’ kontenut jew servizzi diġitali, irrispettivament mill-apparat li jintuża għax-xiri jew il-konsum tal-kontenut, sakemm il-valur ta’ kull tranżazzjoni ta’ ħlas uniku ma jaqbiżx l-EUR 20 u l-valur kumulattiv ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas ma jkunx jaqbeż il-EUR 100 fi kwalunkwe xahar kalendarju; | ||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 12 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
12. "utent tas-servizzi tal-ħlas" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża servizz ta’ ħlas fil-kapaċità ta’ jew min iħallas jew minn jitħallas, jew tat-tnejn; |
12. "utent tas-servizzi tal-ħlas" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża servizz ta’ ħlas fil-kapaċità ta’ min iħallas, minn jitħallas, jew tat-tnejn, iżda mhux fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza fil-kapaċità speċifika tiegħu li jaġixxi f'isem utent ta' servizz ta' ħlas ieħor; | ||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 18 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
18. "ordni ta' ħlas" tfisser kwalunkwe struzzjoni minn min iħallas jew mill-benefiċjarju lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tiegħu li titlob it-twettiq ta’ tranżazzjoni ta' ħlas; |
18. "ordni ta' ħlas" tfisser kwalunkwe struzzjoni minn min iħallas jew mill-benefiċjarju lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tiegħu, kemm jekk mibdija direttament jew permezz ta’ fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, li titlob it-twettiq ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas; | ||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 21 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
21. "awtentikazzjoni" tfisser proċedura li tippermetti lill-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas jivverifika l-identità ta’ utent ta’ strument tal-ħlas speċifiku, inkluż l-użu tal-karatteristiċi ta’ sigurtà personalizzati tiegħu jew l-iċċekkjar tad-dokumenti tal-identità personalizzati; |
21. "awtentikazzjoni" tfisser proċeduri li jippermettu lill-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas jivverifika l-validità tal-użu ta’ strument tal-ħlas speċifiku, inkluż l-użu tal-kredenzjali ta’ sigurtà personalizzati tal-utent jew l-iċċekkjar tad-dokumenti tal-identità personalizzati, jew jidentifika fornitur ta' servizzi ta' ħlas terza parti li jinteraġixxi; | ||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 22 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
22. "awtentikazzjoni f'saħħitha tal-konsumatur" tfisser proċedura għall-validazzjoni tal-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika jew ġuridika bbażata fuq l-użu ta’ żewġ elementi jew aktar ikkategorizzati bħala għarfien, pussess u wirt li huma indipendenti, fis-sens li l-ksur ta’ wieħed ma jikkompromettix l-kredibbiltà tal-oħrajn u mfassla b’tali mod li tipproteġi l-kunfidenzjalità tad-dejta tal-awtentikazzjoni. |
22. "awtentikazzjoni b’saħħitha tal-konsumatur" tfisser proċedura biex tiġi vverifikata l-validità ta’ strument tal-ħlas ibbażata fuq l-użu ta’ żewġ elementi jew aktar ikkategorizzati bħala għarfien (xi ħaġa li jaf biss l-utent), pussess (xi ħaġa li għandu biss l-utent) u karatteristika intrinsika (xi ħaġa li hija l-utent) li huma indipendenti, fis-sens li l-ksur ta’ wieħed ma jikkompromettix l-affidabbiltà tal-oħrajn u mfassla b’tali mod li tipproteġi l-kunfidenzjalità tad-dejta tal-awtentikazzjoni. | ||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 26 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
26. "strument tal-ħlas" tfisser kwalunkwe apparat personalizzat u/jew sett ta' proċeduri miftiehma bejn l-utent tas-servizzi tal-ħlas u l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas u użat sabiex jagħti bidu għal ordni ta' ħlas; |
26. "strument tal-ħlas" tfisser kwalunkwe apparat personalizzat u/jew sett ta' proċeduri rigward liema jkun sar ftehim bejn l-utent ta' servizzi tal-ħlas u l-fornitur ta' servizzi tal-ħlas u użati mill-utent ta' servizzi ta' ħlas sabiex jagħti bidu għal ordni ta' ħlas; | ||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 32 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
32. "servizz ta’ bidu ta' ħlas" tfisser servizz tal-ħlas li jippermetti aċċess għal kont tal-pagamenti pprovdut minn fornitur terz tas-servizzi tal-ħlas, meta min iħallas jista’ jkunu attivament involut fil-bidu tal-ħlas jew fis-softwer tal-fornitur terz tas-servizzi tal-ħlas, jew meta l-istrumenti tal-ħlas jistgħu jintużaw minn min iħallas jew minn min jitħallas biex jittrażmettu l-kredenzjali ta’ min iħallas fil-kont tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas; |
32. "servizz ta’ bidu ta' ħlas" tfisser servizz tal-ħlas li jippermetti aċċess għal kont tal-pagamenti meta tranżazzjoni ta' ħlas tinbeda minn fornitur terz tas-servizzi tal-ħlas fuq talba ta' min iħallas, minn kont tal-ħlas li min iħallas ikollu ma' fornitur tas-servizz tal-ħlas għall-manteniment tal-kontijiet; | ||||||||||||
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 33 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
33. "servizz ta' informazzjoni dwar il-kont" tfisser servizz tal-ħlas fejn tkun ipprovduta informazzjoni konsolidata u faċli biex tużaha lil utent ta' servizz tal-ħlas fuq kont wieħed jew aktar ta' pagamenti li jkollu l-utent tas-servizz tal-ħlas ma' fornitur wieħed jew aktar ta' servizz tal-ħlas; |
33. “servizz ta’ informazzjoni dwar il-kont” tfisser servizz ipprovdut minn fornitur ta' servizz tal-ħlas ta' parti terza, fuq talba tal-utent tas-servizz tal-ħlas, biex jipprovdi informazzjoni konsolidata fuq kont wieħed jew aktar ta’ pagamenti li jkollu l-utent tas-servizz tal-ħlas ma’ fornitur wieħed jew diversi fornituri oħra ta’ servizz tal-ħlas; | ||||||||||||
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 38a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
38a. "kredenzjali tas-sigurtà personalizzati" tfisser informazzjoni użata għall-validazzjoni tal-identità ta' persuna fiżika jew ġuridika; | ||||||||||||
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 38b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
38b. "emittent ta' strument tal-ħlas ta' parti terza" tfisser fornitur ta' servizzi ta' ħlas mhux għall-manteniment tal-kontijiet li jeżerċita negozju fl-attivitajiet imsemmija fil-punt (3) jew (5) tal-Anness I; | ||||||||||||
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 38c (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
38c. "trasferiment ta' kreditu" tfisser servizz tal-ħlas nazzjonali jew transkonfinali għall-ikkreditjar tal-kont tal-ħlas ta' benefiċjarju bi tranżazzjoni tal-ħlas jew sensiela ta' tranżazzjonijiet tal-ħlas mill-kont tal-ħlas ta' min iħallas mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas li jżomm il-kont tal-ħlas ta' min iħallas, abbażi ta' istruzzjoni mogħtija minn min iħallas; | ||||||||||||
Emenda 58 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 38d (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
38d. "dejta sensittiva dwar il-ħlas" tfisser dejta li tista' tintuża biex titwettaq frodi, ħlief għall-isem ta' sid il-kont u n-numru tal-kont, inkluża dejta li tippermetti li tinbeda ordni ta' ħlas, dejta li tintuża għall-awtentikazzjoni, dejta li tintuża biex jiġu ordnati l-istrumenti ta' ħlas jew biex l-għodod ta' awtentikazzjoni jintbagħtu lilll-klijenti, u d-dejta, il-parametri u s-softwer li, jekk jiġu modifikati, jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tal-parti leġittima li tivverifika t-tranżazzjonijiet ta' ħlas, tawtorizza l-mandati elettroniċi u tikkontrolla l-kont; | ||||||||||||
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 38e (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
38e. "kisba ta' tranżazzjoni ta' ħlas" tfisser servizz ta' ħlas ipprovdut, direttament jew indirettament, minn fornitur tas-servizzi tal-ħlas f'kuntratt ma' benefiċjarju biex jaċċetta u jipproċessa t-tranżazzjonijiet ta' ħlas tal-benefiċjarju mibdija minn strument tal-ħlas ta' benefiċjarju, li jirriżulta fi trasferiment ta' fondi lill-benefiċjarju; is-servizz jista' jinkludi l-għoti ta' awtentikazzjoni, awtorizzazzjoni, u servizzi oħrajn relatati mal-ġestjoni tal-flussi finanzjarji tal-benefiċjarju irrispettivament mill-fatt jekk il-fornitur tas-servizz tal-ħlas iżommx il-fondi f'isem il-benefiċjarju jew le; | ||||||||||||
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(g) deskrizzjoni tal-proċess fis-seħħ sabiex jigi mmonitorjat, ittrekkjat u ristrett l-aċċess għal dejta sensittiva ta' ħlas u riżorsi kritiċi loġiċi u fiżiċi; |
(g) deskrizzjoni tal-proċess fis-seħħ sabiex jigi mmonitorjat, ittrekkjat u ristrett l-aċċess għal dejta sensittiva dwar il-ħlas; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Ir-referenza għar-riżorsi kritiċi loġiċi u fiżiċi tista’ titneħħa hekk kif tneħħiet mid-Direttiva NIS. | |||||||||||||
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt k | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(k) deskrizzjoni tal-mekkaniżmi interni ta' kontroll li l-applikant ikun stabbilixxa sabiex jikkonforma mal-obbligi f'relazzjoni mal-ħasil tal-lfus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill45 u r-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46; |
(k) fil-każ tal-istituzzjonijiet ta’ ħlas soġġetti għall-obbligi f’relazzjoni mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45 u r-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46, deskrizzjoni tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll li l-applikant ikun stabbilixxa sabiex jikkonforma ma’ dawk l-obbligi; | ||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||
45 Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15). |
45 Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15). | ||||||||||||
46 Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar min iħallas, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1). |
46 Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1). | ||||||||||||
Emenda 62 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 3a – subparagrafu 1 (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3a. L-ABE, wara li tikkonsulta mal-grupp konsultattiv imwaqqaf skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jirrappreżenta lill-partijiet interessati kollha, inklużi dawk li joperaw barra l-industrija bankarja, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' ħlas, inklużi r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b), (c), (e), (g), (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1. | ||||||||||||
Emenda 63 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 3a – subparagrafu 2 (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
L-ABE tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... | ||||||||||||
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 3a – subparagrafu 3 (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Il-Kummissjoni tadotta l-abbozz ta' standards regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. | ||||||||||||
Emenda 65 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jitolbu li istituzzjoni tal-ħlas li tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi tal-ħlas, u sakemm dan ikun marbut ma' xi attività oħra tan-negozju msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) biex tissalvagwardja fondi li jkunu ġew riċevuti mill-utenti tas-servizzi tal-ħlas jew permezz ta' fornitur tas-servizzi tal-ħlas ieħor għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas, f'wieħed mill-modi kif ġejjin: |
1. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jitolbu li istituzzjoni tal-ħlas li tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi tal-ħlas elenkati fl-Anness I jew li twettaq attività tan-negozju msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) biex tissalvagwardja fondi li jkunu ġew riċevuti mill-utenti tas-servizzi tal-ħlas jew permezz ta’ fornitur tas-servizzi tal-ħlas ieħor għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas, f’wieħed mill-modi li ġejjin: | ||||||||||||
Emenda 66 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) fl-ebda ħin il-fondi ma għandhom jiġu mħallta mal-fondi ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minbarra l-utenti tas-servizzi tal-ħlas li f'isimhom ikunu miżmuma l-fondi u, meta jkunu għadhom miżmuma mill-istituzzjoni tal-ħlas u jkunu għadhom ma ġewx mogħtija lil min jitħallas jew trasferiti lil fornitur tas-servizzi tal-ħlas ieħor sa tmiem il-jum ta' negozju wara l-jum meta l-fondi jkun ġew riċevuti, jiġu depożitati f'kont separat f'istituzzjoni tal-kreditu jew investiti f'assi likwidi siguri u b'riskju baxx kif definit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju; u jkunu protetti skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri fl-interess ta' dawk l-utenti tas-servizzi tal-ħlas mill-pretensjonijiet ta' kredituri oħra tal-istituzzjoni tal-ħlas, b'mod partikolari fil-każ ta' insolvenza; |
(a) fl-ebda ħin il-fondi ma għandhom jiġu mħallta mal-fondi ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minbarra l-utenti tas-servizzi tal-ħlas li f'isimhom ikunu miżmuma l-fondi u, meta jkunu għadhom miżmuma mill-istituzzjoni tal-ħlas u jkunu għadhom ma ġewx mogħtija lil min jitħallas jew trasferiti lil fornitur tas-servizzi tal-ħlas ieħor sa tmiem il-jum ta' negozju wara l-jum meta l-fondi jkun ġew riċevuti, minn hemm 'il quddiem jiġu depożitati f'kont separat f'istituzzjoni tal-kreditu jew investiti f'assi likwidi siguri u b'riskju baxx kif definit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju; u jkunu protetti skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri fl-interess ta' dawk l-utenti tas-servizzi tal-ħlas mill-pretensjonijiet ta' kredituri oħra tal-istituzzjoni tal-ħlas, b'mod partikolari fil-każ ta' insolvenza; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Tispeċifika s-sekwenza temporali. | |||||||||||||
Emenda 67 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Istituzzjoni tal-ħlas li, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta' domiċilju tagħha hija rikjesta li jkollha uffiċċju reġistrat, ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru fejn ikun l-uffiċċju reġistrat tagħha. |
3. Istituzzjoni tal-ħlas li, skont il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha hija rikjesta li jkollha uffiċċju reġistrat, ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru fejn ikun l-uffiċċju reġistrat tagħha u li fih fil-fatt twettaq l-operazzjonijiet tan-negozju tagħha. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Relatata mal-Premessa 13 tat-test attwali tal-MIFID. | |||||||||||||
Emenda 68 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw awtorizzazzjoni maħruġa lil istituzzjoni tal-ħlas biss meta l-istituzzjoni tkun tinsab f'wieħed mill-każijiet li ġejjin: |
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw awtorizzazzjoni maħruġa lil istituzzjoni tal-ħlas biss meta l-istituzzjoni tkun tinsab f'xi wieħed mill-każijiet li ġejjin: | ||||||||||||
Emenda 69 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt d | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(d) tikkostitwixxi theddida għall-istabbiltà jew għall-fiduċja tas-sistema tal-ħlas bit-tkomplija tan-negozju tagħha tas-servizzi tal-ħlas; |
(d) tikkostitwixxi theddida għall-istabbiltà jew għall-fiduċja tas-sistema tal-ħlas bit-tkomplija tan-negozju tagħha tas-servizzi tal-ħlas; jew | ||||||||||||
Emenda 70 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Ir-reġistru jidentifika u jagħti r-raġunijiet ukoll għal kull irtirar ta' awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. | ||||||||||||
Emenda 71 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. L-ABE tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jistipulaw rekwiżiti tekniċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fir-reġistri pubbliċi msemmija fl-Artikolu 13 fil-livell tal-Unjoni. L-ABE tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni […fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. |
4. L-ABE tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jistipulaw rekwiżiti tekniċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fir-reġistri pubbliċi msemmija fl-Artikolu 13 fil-livell tal-Unjoni wara li tikkonsulta mal-grupp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 5(3a). | ||||||||||||
|
L-ABE tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni […fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. | ||||||||||||
Emenda 72 Proposta għal direttiva Artikolu 17 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Meta l-istituzzjonijiet tal-ħlas jinvolvu ruħhom fil-forniment ta' wieħed jew aktar tas-servizzi tal-ħlas, jistgħu jżommu biss kontijiet tal-ħlas użati esklużivament għal tranżazzjonijiet ta' ħlas. L-Istati Membri jiżguraw li l-aċċess għal dawk kontijiet tal-pagamenti huwa proporzjonat. |
2. Meta l-istituzzjonijiet tal-ħlas jinvolvu ruħhom fil-forniment ta' wieħed jew aktar tas-servizzi tal-ħlas, jistgħu jżommu kontijiet tal-ħlas użati esklużivament għal tranżazzjonijiet ta' ħlas. L-Istati Membri jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta' ħlas jingħataw aċċess għas-servizzi ta' kontijiet ta' ħlas u depożitu tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, fuq bażi oġġettiva, nondiskriminatorja u proporzjonata. Tali aċċess ikun estensiv biżżejjed biex jippermetti lill-istituzzjonijiet ta' ħlas jipprovdu servizzi ta' ħlas b'mod effiċjenti u bla xkiel. | ||||||||||||
Emenda 73 Proposta għal direttiva Artikolu 21 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Meta jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda għall-kwistjonijiet koperti minn dan it-Titolu fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jikkooperaw mill-qrib biex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom b'mod effettiv. L-istess japplika f'każijiet meta l-awtoritajiet kompetenti għal kwistjonijiet koperti minn dan it-Titolu mhumiex l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. |
3. Meta l-awtorità kompetenti għall-kwistjonijiet koperti minn dan it-Titolu ma tkunx l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, l-Istati Membri jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jikkooperaw mill-qrib biex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom b'mod effettiv. | ||||||||||||
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) jirrikjedu li l-istituzzjoni tal-ħlas tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex tkun monitorjata l-konformità; |
(a) jirrikjedu li l-istituzzjoni tal-ħlas tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex tkun monitorjata l-konformità permezz ta’ deċiżjoni formali, li tispeċifika l-bażi ġuridika u l-għan tat-talba, liema informazzjoni tkun meħtieġa u l-limitu taż-żmien sa meta għandha tingħata l-informazzjoni; | ||||||||||||
Emenda 75 Proposta għal direttiva Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. Kull talba għal informazzjoni jew dokumenti li ssir mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ssir abbażi ta' deċiżjoni li tispeċifika l-bażi ġuridika tagħha, il-fini tat-talba, id-dettalji tal-informazzjoni jew tad-dokumenti meħtieġa, id-data sa meta jkunu meħtieġa u t-tul ta' żmien li l-informazzjoni jew id-dokumenti jkunu se jinżammu. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din il-proposta hija bbażata fuq l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) | |||||||||||||
Emenda 76 Proposta għal direttiva Artikolu 25 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti jikkooperaw ma' xulxin u, meta xieraq, mal-bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri, l-EBA u awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra maħtura skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali applikabbli għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas. |
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti jikkooperaw ma' xulxin u, meta xieraq, mal-bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri, l-ABE u awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra maħtura skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali applikabbli għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas. Meta dawn l-awtoritajiet ikunu qed jipproċessaw dejta personali, għandhom jispeċifikaw x'inhu l-għan preċiż u jsemmu l-bażi ġuridika rilevanti fil-liġi tal-Unjoni. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Ibbażata fuq l-opinjoni tal-KEPD. | |||||||||||||
Emenda 77 Proposta għal direttiva Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt da (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(da) il-Europol, fil-kapaċità tiegħu bħala l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni u bħala l-korp responsabbli biex jassisti u jikkoordina approċċ komuni fost l-awtoritajiet tal-pulizija kompetenti tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, reati serji oħra u t-terroriżmu, inklużi l-kontrafazzjoni tal-euro u l-falsifikazzjoni tal-flus u mezzi oħra ta' ħlas. | ||||||||||||
Emenda 78 Proposta għal direttiva Artikolu 25 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. L-ABE jkollha l-mandat li tibda u tippromwovi l-medjazzjoni vinkolanti għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn l-awtoritajiet kompetenti li jirriżulta mill-iskambju tal-informazzjoni. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din l-emenda hija bbażata fuq kontribuzzjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE). | |||||||||||||
Emenda 79 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1a. L-Istati Membri ma jimponux rekwiżiti addizzjonali fuq istituzzjoni tal-ħlas tal-Unjoni li tkun tixtieq tipprovdi servizzi ta’ ħlas fi Stat Membru ospitanti li mhumiex applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-ħlas awtorizzati mill-Istat Membru ospitanti. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-għan huwa li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Ewropa kollha | |||||||||||||
Emenda 80 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. L-awtoritajiet kompetenti jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni essenzjali u/jew rilevanti kollha, b'mod partikolari fil-każ ta' ksur jew ksur suspettat minn aġent, fergħa jew entità li lilha jiġu esternalizzati attivitajiet. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw, meta mitluba, l-informazzjoni rilevanti kollha u, fuq inizjattiva tagħhom stess, l-informazzjoni essenzjali kollha. |
3. L-awtoritajiet kompetenti jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni essenzjali u/jew rilevanti kollha, b'mod partikolari fil-każ ta' ksur jew ksur suspettat minn aġent, fergħa jew entità li lilha jiġu esternalizzati attivitajiet. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw, meta mitluba, l-informazzjoni rilevanti kollha u, fuq inizjattiva tagħhom stess, l-informazzjoni essenzjali kollha. Fil-każ taż-żamma ta’ dejta personali, il-ħżin tad-dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti ma jaqbiżx l-għaxar snin. Fi kwalunkwe każ, il-ħżin tad-dejta personali għandu jikkonforma mad-Direttiva 95/46/KE. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Ibbażata fuq l-opinjoni tal-KEPD | |||||||||||||
Emenda 81 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
5. L-ABE toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi deċiż jekk l-attività li fi ħsiebha tipprovdi l-istituzzjoni tal-ħlas notifikata fi Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkunx tammonta għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Dawn il-linji gwida jinħarġu […fi żmien sentejn mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. |
5. L-ABE toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi deċiż jekk l-attività li fi ħsiebha tipprovdi l-istituzzjoni tal-ħlas notifikata fi Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkunx tammonta għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Dawn il-linji gwida jinħarġu […fi żmien tnax-il xahar mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. | ||||||||||||
Emenda 82 Proposta għal direttiva Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(m) il-medja tal-ammont totali ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas imwettqa mill-persuna kkonċernata fit-12-il xahar preċedenti, inkluż kwalunkwe aġent li għalih jassumi responsabbiltà sħiħa, ma jaqbiżx l-EUR 1 miljun kull xahar. Din il-ħtieġa tiġi vvalutata fuq l-ammont totali pproġettat ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas fil-pjan ta' negozju tagħha, ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu aġġustament għal dak il-pjan; |
(a) il-medja tal-ammont totali ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas imwettqa jew mibdija mill-persuna kkonċernata fit-12-il xahar preċedenti, inkluż kwalunkwe aġent li għalih jassumi responsabbiltà sħiħa, ma jaqbiżx il-EUR 1 miljun kull xahar. Din il-ħtieġa tiġi vvalutata fuq l-ammont totali pproġettat ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas fil-pjan ta' negozju tagħha, ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu aġġustament għal dak il-pjan; | ||||||||||||
Emenda 83 Proposta għal direttiva Artikolu 31 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. L-Istati Membri jiżguraw li l-individwi jingħataw informazzjoni xierqa dwar l-ipproċessar ta' dejta personali skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 11 tar-Regolament KE Nru 45/2001. | ||||||||||||
Emenda 84 Proposta għal direttiva Artikolu 33 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Meta l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jista' jimponi imposti għal informazzjoni skont il-paragrafu 2, dawn ikunu xierqa u skont l-ispejjeż attwali tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas. |
3. Meta l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jista’ jimponi imposti għal informazzjoni skont il-paragrafu 2, dawn ikunu raġonevoli u skont l-ispejjeż attwali tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas. | ||||||||||||
Emenda 85 Proposta għal direttiva Artikolu 33 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3a. L-Istati Membri jiżguraw li l-konsumaturi li jaqilbu l-kont tal-ħlas tagħhom, fuq talba jistgħu jirċievu t-tranżazzjonijiet li jkunu saru fuq il-kont tal-ħlas ta’ qabel dokumentati fuq mezz durabbli mingħand il-fornitur tas-servizz tal-ħlas li qed iwettaq it-trasferiment għal ħlas ta’ tariffa raġonevoli. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Jekk jinqaleb il-kont tal-ħlas għand PSP differenti, id-dikjarazzjonijiet tal-kont għand il-PSP ta’ qabel jistgħu jkunu meħtieġa għal diversi raġunijiet, eż. applikazzjoni għal kreditu, kiri ta’ abitazzjoni, għoti ta’ informazzjoni ta’ appoġġ għall-kontroll tat-taxxa fuq id-dħul. Minħabba l-iżvilupp tal-kontijiet tal-bank onlajn, il-konsumaturi jista’ jkollhom aċċess biss għal dikjarazzjonijiet elettroniċi tal-kont tal-bank u mhux dejjem ikollhom il-possibbiltà li jniżżlu diversi snin ta’ tranżazzjonijiet. | |||||||||||||
Emenda 86 Proposta għal direttiva Artikolu 34 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-piż tal-provi għandu jaqa' fuq il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas biex jagħti prova li kkonforma mar-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti f'dan it-Titolu. |
L-Istati Membri jistipulaw li l-piż tal-provi għandu jaqa’ fuq il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas biex jagħti prova li kkonforma mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f’dan it-Titolu. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Hawnhekk l-approċċ raġonevoli huwa li jiġi ċċarat li l-piż tal-provi jibqa’ b’mod konsistenti mal-PSP. Filwaqt li huwa faċli u mingħajr problemi għall-PSP li jqis x’għamel u x’m’għamilx f’termini ta’ informazzjoni, ta’ spiss huwa diffiċli jew impossibbli li l-utent tas-servizzi ta’ ħlas jipprova li ma rċeviex l-informazzjoni li kellu d-dritt li jirċievi. B’mod partikolari jekk l-utent huwa konsumatur, mhuwiex realistiku li l-piż jitqiegħed fuq l-utent. | |||||||||||||
Emenda 87 Proposta għal direttiva Artikolu 37 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jitolbu li qabel ma l-utent ta' servizzi ta’ ħlas jiġi marbut bi kwalunkwe kuntratt ta' servizzi jew offerta unika, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jagħmel disponibbli l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 38. Bit-talba tal-utent tas-servizzi tal-ħlas, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jipprovdi l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet bil-miktub jew fuq mezz dejjiemi ieħor. L-informazzjoni u l-kundizzjonijiet jingħataw fi kliem li jiftiehmu faċilment u f'forma ċara u li tista' tiftiehem sewwa, f'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun offrut is-servizzi tal-ħlas jew fi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma mill-partijiet. |
1. L-Istati Membri jitolbu li qabel ma l-utent ta' servizzi ta' ħlas jiġi marbut bi kwalunkwe kuntratt ta' servizzi jew offerta unika, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jagħmel disponibbli l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 38 fir-rigward tas-servizzi tiegħu. Bit-talba tal-utent tas-servizzi tal-ħlas, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jipprovdi l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet bil-miktub jew fuq mezz durabbli ieħor. L-informazzjoni u l-kundizzjonijiet jingħataw fi kliem li jiftiehmu faċilment u f'forma ċara u li tista' tiftiehem sewwa, f'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun offrut is-servizzi tal-ħlas jew fi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma mill-partijiet. | ||||||||||||
Emenda 88 Proposta għal direttiva Artikolu 37 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. L-Istati Membri jitolbu li, fejn l-ordni ta’ ħlas tinbeda minn fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta' parti terza, dan jagħmel disponibbli għall-utent tas-servizz tal-ħlas l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 38. L-informazzjoni u l-kundizzjonijiet jingħataw f’forma ċara u li tinftiehem sewwa, f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun offrut is-servizz ta’ ħlas jew fi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma mill-partijiet. | ||||||||||||
Emenda 89 Proposta għal direttiva Artikolu 38 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-Istati Membri jiżguraw li għas-servizzi tal-bidu tal-ħlas, il-fornitur terz tas-servizzi ta’ ħlas għandu jipprovdi lil min iħallas b’informazzjoni dwar is-servizz offrut u informazzjoni ta’ kuntatt lill-fornitur terz tas-servizzi tal-ħlas. |
2. L-Istati Membri jiżguraw li għas-servizzi tal-bidu tal-ħlas, il-fornitur terz tas-servizzi ta' ħlas jipprovdi lil min iħallas, qabel il-bidu, l-informazzjoni ċara u komprensiva li ġejja: | ||||||||||||
|
(a) l-informazzjoni ta' kuntatt u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas ta' parti terza, u l-isem tal-awtorità superviżorja responsabbli; | ||||||||||||
|
(b) meta applikabbli, il-limitu ta' żmien massimu għall-proċedura ta' bidu ta' ħlas; | ||||||||||||
|
(c) il-ħlasijiet possibbli kollha li għandhom jitħallsu mill-utent ta' servizzi ta' ħlas lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza tiegħu u, meta applikabbli, il-qsim dettaljat tal-ammont ta' kwalunkwe tariffa; | ||||||||||||
|
(d) meta applikabbli, ir-rata tal-kambju attwali jew ta' referenza li għandha tiġi applikata. | ||||||||||||
Emenda 90 Proposta għal direttiva Artikolu 39 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Meta l-fornitur terz tas-servizzi tal-ħlas, fuq talba ta’ min iħallas, jagħti bidu għal ordni ta’ ħlas, huwa jipprovdi jew jagħmel disponibbli lil min iħallas u, meta applikabbli, lil min jitħallas, immedjatament wara l-bidu, id-dejta li ġejja: |
Meta l-fornitur terz tas-servizzi tal-ħlas, fuq talba ta’ min iħallas, jagħti bidu għal ordni ta’ ħlas, huwa jipprovdi lil min iħallas u, meta applikabbli, lil min jitħallas, immedjatament wara l-bidu, id-dejta li ġejja b’mod ċar u mhux ambigwu: | ||||||||||||
Emenda 91 Proposta għal direttiva Artikolu 39 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) konferma tal-bidu b'suċċess tal-ordni ta' ħlas tal-ħlas bil-kont ta' min iħallas isservisjat mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas; |
(a) konferma tal-bidu b'suċċess tat-tranżazzjoni ta' ħlas tal-ħlas bil-kont ta' min iħallas isservisjat mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas; | ||||||||||||
Emenda 92 Proposta għal direttiva Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt d | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(d) meta applikabbli, l-ammont ta’ kwalunkwe imposti għat-tranżazzjoni ta’ ħlas, u meta applikabbli, tqassim dettaljat tiegħu. |
(d) meta applikabbli, l-ammont ta’ kwalunkwe imposta pagabbli lill-fornitur tal-ħlas ta' parti terza għat-tranżazzjoni ta’ ħlas, filwaqt li dawn l-imposti elenkati individwalment. | ||||||||||||
Emenda 93 Proposta għal direttiva Artikolu 39 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi dwar il-protezzjoni tad-dejta applikabbli għall-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta' parti terza u għall-benefiċjarju. | ||||||||||||
Emenda 94 Proposta għal direttiva Artikolu 41 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Immedjatament wara r-riċevuta tal-ordni ta' ħlas, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta' min iħallas jipprovdi jew jagħmel disponibbli lil min iħallas, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 37(1) l-informazzjoni li ġejja: |
Immedjatament wara r-riċevuta tal-ordni ta’ ħlas, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għall-manteniment tal-kontijiet jipprovdi jew jagħmel disponibbli lil min iħallas, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 37(1) l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tas-servizzi tiegħu: | ||||||||||||
Emenda 95 Proposta għal direttiva Artikolu 42 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Immedjatament wara l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta' ħlas, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta' min jitħallas iforni jew jagħmel disponibbli d-dejta kollha li ġejja lil min jitħallas, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 37(1): |
Immedjatament wara l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ ħlas, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta’ min jitħallas iforni jew jagħmel disponibbli d-dejta kollha li ġejja lil min jitħallas, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 37(1) fir-rigward tas-servizzi tiegħu meta din tkun għad-dispożizzjoni tiegħu b’mod dirett: | ||||||||||||
Emenda 96 Proposta għal direttiva Artikolu 44 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jitolbu li fi żmien xieraq qabel ma l-utent ta' servizzi ta’ ħlas jintrabat minn xi kuntratt qafas jew offerta, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jipprovdi lill-utent ta' servizzi ta’ ħlas bil-miktub jew b'mezz ieħor dejjiemi l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 45. L-informazzjoni u l-kundizzjonijiet jingħataw fi kliem li jiftiehmu faċilment u f'forma ċara u li tista' tiftiehem sewwa, f'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun offrut is-servizzi tal-ħlas jew fi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma mill-partijiet. |
1. L-Istati Membri jitolbu li fi żmien xieraq qabel ma l-utent ta' servizzi ta’ ħlas jintrabat minn xi kuntratt qafas jew offerta, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jagħmel disponibbli jew, fuq talba tal-utent tas- servizz ta' ħlas, jipprovdi lill-utent ta' servizzi ta’ ħlas bil-miktub jew b'mezz ieħor dejjiemi l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 45. L-informazzjoni u l-kundizzjonijiet jingħataw fi kliem li jiftiehmu faċilment u f'forma ċara u li tista' tiftiehem sewwa, f'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun offrut is-servizzi tal-ħlas jew fi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma mill-partijiet. | ||||||||||||
Emenda 97 Proposta għal direttiva Artikolu 45 – punt 2 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(а) deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizzi tal-ħlas li se jiġu fornuti; |
(а) deskrizzjoni ċara tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizzi tal-ħlas li se jiġu fornuti; | ||||||||||||
Emenda 98 Proposta għal direttiva Artikolu 45 – punt 2 – punt c | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(c) il-forma ta' u l-proċedura biex jingħata l-kunsens biex tinbeda jew titwettaq tranżazzjoni ta' ħlas u rtirar ta' tali kunsens skont l-Artikoli 57 u 71; |
(c) il-forma ta’ u l-proċedura biex jingħata l-kunsens biex tinbeda ordni ta’ ħlas jew titwettaq tranżazzjoni ta’ ħlas u rtirar ta’ tali kunsens skont l-Artikoli 57 u 71; | ||||||||||||
Emenda 99 Proposta għal direttiva Artikolu 45 – punt 6 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) jekk miftiehem, informazzjoni li l-utent tas-servizzi tal-ħlas għandu jitqies li jkun aċċetta bidliet fil-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 47 sakemm ma jinnotifikax lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li hu ma jaċċettahomx qabel id-data proposta tad-dħul tagħhom fis-seħħ; |
(a) jekk miftiehem, ħlief meta jkun ċar u inekwivokabbli li l-bidla hija aktar favorevoli għall-utenti tas-servizzi tal-ħlas skont l-Artikolu 47(2), informazzjoni li l-utent tas-servizzi tal-ħlas għandu jitqies li jkun aċċetta bidliet fil-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 47 sakemm ma jinnotifikax lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li hu ma jaċċettahomx qabel id-data proposta tad-dħul tagħhom fis-seħħ, ladarba tali notifika tkun ineffettiva meta jkun ċar u inekwivokabbli li l-bidla hija aktar favorevoli għall-utenti tas-servizzi tal-ħlas; | ||||||||||||
Emenda 100 Proposta għal direttiva Artikolu 47 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Kwalunkwe bidliet fil-kuntratt qafas kif ukoll l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 45, ikunu proposti mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas bl-istess mod kif stipulat fl-Artikolu 44(1) u mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data tal-applikazzjoni proposta tagħhom. |
1. Kwalunkwe bidla fil-kuntratt qafas li mhijiex, b'mod ċar u inekwivokabbli, aktar favorevoli għall-utenti tas-servizzi tal-ħlas kif ukoll l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 45, ikunu proposti mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas bl-istess mod kif stipulat fl-Artikolu 44(1) mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data tal-applikazzjoni proposta tagħhom. | ||||||||||||
Emenda 101 Proposta għal direttiva Artikolu 47 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Bidliet fir-rati ta' interessi jew tal-kambju jistgħu jkunu applikati immedjatament u mingħajr avviż, jekk tali dritt ikun miftiehem fil-kuntratt qafas u jekk il-bidliet ikunu bbażati fuq ir-rati ta' interessi jew ta' kambju ta' referenza miftiehma skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 45(3). L-utent tas-servizzi tal-ħlas ikun infurmat bi kwalunkwe bidla fir-rata tal-interessi mal-ewwel ċans possibbli bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 44(1), sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu dwar frekwenza jew manjiera speċifika li biha l-informazzjoni għandha tkun fornuta jew issir disponibbli. Madankollu, bidliet fir-rati tal-interessi jew tal-kambju li huma aktar favur l-utenti tas-servizzi tal-ħlas jistgħu jiġu applikati mingħajr avviż. |
2. Bidliet fir-rati ta' interessi jew tal-kambju jistgħu jkunu applikati immedjatament u mingħajr avviż, jekk tali dritt ikun miftiehem fil-kuntratt qafas u jekk il-bidliet fir-rati ta' interessi jew tal-kambju jkunu bbażati fuq ir-rati ta' interessi jew ta' kambju ta' referenza miftiehma skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 45(3). L-utent tas-servizzi tal-ħlas ikun infurmat bi kwalunkwe bidla fir-rata tal-interessi mal-ewwel ċans possibbli bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 44(1), sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu dwar frekwenza jew manjiera speċifika li biha l-informazzjoni għandha tkun fornuta jew issir disponibbli. Madankollu, bidliet fir-rati tal-interessi jew tal-kambju li huma aktar favorevoli għall-utenti tas-servizzi tal-ħlas, u bidliet fil-kuntratt qafas li huma, b'mod ċar u inekwivokabbli, aktar favorevoli għall-utenti tas-servizzi tal-ħlas, jistgħu jiġu applikati mingħajr avviż. | ||||||||||||
Emenda 102 Proposta għal direttiva Artikolu 48 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. It-terminazzjoni ta' kuntratt qafas li jkun konkluż għal perjodu fiss ta' aktar minn 12-il xahar jew għal perjodu indefinit ikun bla ħlas għall-utent ta' servizzi ta' ħlas wara li jiskadu t-12-il xahar. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-imposti għat-terminazzjoni jkunu xierqa u konsistenti mal-ispejjeż. |
2. It-terminazzjoni ta’ kuntratt qafas ikun bla ħlas għall-utent ta’ servizzi ta’ ħlas. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
It-tariffi biex jingħalaq kont huma ostakolu għat-tibdil tal-kont. Il-PSPs m’għandhomx jimponu tariffi fuq il-konsumaturi għat-terminazzjoni ta’ kuntratt qafas. F’xi Stati Membri l-PSPs ma jistgħux jimponu tariffi fuq il-konsumaturi għas-servizz tat-tibdil. Is-servizz tat-tibdil fir-Renju Unit u fl-Awstrija attwalment ma jimponi l-ebda tariffi fuq il-konsumaturi biex jutilizzaw is-servizz tagħhom, u fir-Renju Unit ma tiġix imposta tariffa fuq il-konsumaturi li jagħlqu l-kontijiet tagħhom fl-ewwel tnax-il xahar minn meta jinfetħu. Fl-Italja l-konsumaturi ma jħallsux tariffi biex jingħalaq il-kont. | |||||||||||||
Emenda 103 Proposta għal direttiva Artikolu 50 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Kuntratt qafas jista' jinkludi kundizzjoni li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi fornuta jew issir disponibbli perjodikament mill-inqas darba fix-xahar u b'mod miftiehem li jippermetti lil min iħallas jaħżen u jirriproduċi informazzjoni mingħajr tibdil. |
2. Kuntratt qafas jinkludi kundizzjoni li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi fornuta jew issir disponibbli perjodikament mill-inqas darba fix-xahar, bla ħlas u b’mod miftiehem li jippermetti lil min iħallas jaħżen u jirriproduċi informazzjoni mingħajr tibdil. | ||||||||||||
Emenda 104 Proposta għal direttiva Artikolu 50 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas jipprovdu informazzjoni bil-miktub darba fix-xahar mingħajr ħlas. |
3. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas jipprovdu informazzjoni bil-miktub jew fuq mezz durabbli ieħor darba fix-xahar mingħajr ħlas. | ||||||||||||
Emenda 105 Proposta għal direttiva Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) ir-referenza li tippermetti lil min jitħallas jidentifika t-tranżazzjoni ta' ħlas u, meta jkun xieraq, min iħallas, u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta' ħlas; |
(a) ir-referenza li tippermetti lil min jitħallas jidentifika t-tranżazzjoni ta’ ħlas u min iħallas, u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta’ ħlas; | ||||||||||||
Emenda 106 Proposta għal direttiva Artikolu 51 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas jipprovdu informazzjoni bil-miktub darba fix-xahar mingħajr ħlas. |
3. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas jipprovdu informazzjoni bil-miktub jew fuq mezz durabbli ieħor darba fix-xahar mingħajr ħlas. | ||||||||||||
Emenda 107 Proposta għal direttiva Artikolu 52 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Meta servizz ta' konverżjoni tal-valuta jkun offrut qabel il-bidu tat-tranżazzjoni ta' ħlas u meta dak is-servizz ta' konverżjoni tal-valuta jkun offrut fil-post tal-bejgħ jew minn min jitħallas, il-parti li toffri s-servizz ta' konverżjoni tal-valuta lil min iħallas tgħarraf lil min iħallas bl-imposti kollha kif ukoll bir-rata tal-kambju li għandha tintuża għall-konverżjoni tat-tranżazzjoni ta' ħlas. |
Meta servizz ta’ konverżjoni tal-valuta jkun offrut qabel il-bidu tat-tranżazzjoni ta’ ħlas u meta dak is-servizz ta’ konverżjoni tal-valuta jkun offrut f'ATM, fil-post tal-bejgħ jew minn min jitħallas, il-parti li toffri s-servizz ta’ konverżjoni tal-valuta lil min iħallas tgħarraf lil min iħallas bl-imposti kollha kif ukoll bir-rata tal-kambju li għandha tintuża għall-konverżjoni tat-tranżazzjoni ta’ ħlas. | ||||||||||||
Emenda 108 Proposta għal direttiva Artikolu 53 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Meta, għall-użu ta' xi strument tal-ħlas partikolari, fornitur ta' servizzi ta' ħlas jew parti terza jitolbu l-ħlas ta' imposti, jinfurmaw lill-utent ta' servizzi ta' ħlas dwar dan qabel ma tinbeda t-tranżazzjoni ta' ħlas. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 109 Proposta għal direttiva Artikolu 53 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. Meta l-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas ikun intitolat li jgħaddi l-ispejjeż terzi fuq min iħallas, min iħallas mhuwiex obbligat iħallas għalihom sakemm l-ammont sħiħ tagħhom ma kienx mgħarraf lilu qabel il-bidu tat-tranżazzjoni tal-ħlas. | ||||||||||||
Emenda 110 Proposta għal direttiva Artikolu 55 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Il-fornitur tas-servizzi ta' ħlas ma jistax jitlob ħlas lill-utent tas-servizzi ta' ħlas għat-twettiq tal-obbligi tiegħu ta' informazzjoni jew miżuri korrettivi u preventivi taħt dan it-Titolu, għajr jekk speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 70(1), 71(5) u 79(2). Dawk l-imposti jkunu miftiehma mill-utent tas-servizzi ta' ħlas u l-fornitur tas-servizzi ta' ħlas u jkunu xierqa u skont l-ispejjeż attwali tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas. |
1. Il-fornitur tas-servizzi ta' ħlas ma jistax jitlob ħlas lill-utent tas-servizzi ta' ħlas għat-twettiq tal-obbligi tiegħu ta' informazzjoni jew miżuri korrettivi u preventivi taħt dan it-Titolu, għajr jekk speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 70(1), 71(5) u 79(2). Dawk l-imposti jkunu miftiehma mill-utent tas-servizzi ta' ħlas u l-fornitur tas-servizzi ta' ħlas u jkunu xierqa u skont l-ispejjeż attwali tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas. Fuq talba, il-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas jiżvela l-ispiża attwali tat-tranżazzjoni ta’ ħlas. | ||||||||||||
Emenda 111 Proposta għal direttiva Artikolu 55 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ma għandux iżomm lil min jitħallas milli jitlob imposta minn min iħallas, joffrilu tnaqqis jew jidderiġih lejn l-użu ta' strument tal-ħlas partikolari. Kwalunkwe ħlas applikat ma għandux, madankollu, jaqbeż l-ispejjeż imġarrba mill-benefiċjarju biex juża strument tal-ħlas partikolari. |
3. Il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ma għandux iżomm lil min jitħallas milli jitlob imposta minn min iħallas, joffrilu tnaqqis jew jidderiġih lejn l-użu ta' strument tal-ħlas partikolari. Kwalunkwe ħlas applikat ma għandux, madankollu, jaqbeż l-ispejjeż diretti mġarrba mill-benefiċjarju biex juża strument tal-ħlas partikolari. | ||||||||||||
Emenda 112 Proposta għal direttiva Artikolu 55 – paragrafu 4a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
4a. Minkejja l-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li min jitħallas ma jitlobx imposti għall-użu ta' kwalunkwe strument tal-ħlas. | ||||||||||||
Emenda 113 Proposta għal direttiva Artikolu 57 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Il-kunsens biex titwettaq tranżazzjoni ta' ħlas jew serje ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas jingħata fil-forma miftiehma bejn min iħallas u l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas. Il-kunsens jista' jingħata wkoll direttament jew indirettament minn min jitħallas. Il-kunsens biex titwettaq tranżazzjoni ta' ħlas jiġi kkunsidrat ukoll bħala mogħti meta min iħallas jawtorizza parti terza ta' fornitur ta' servizzi ta' ħlas biex jibda tranżazzjoni ta' ħlas mal-kont li jagħti servizz lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas. |
2. Il-kunsens biex titwettaq tranżazzjoni ta’ ħlas jew serje ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas (li jinkludu d-debitu dirett) jingħata fil-forma miftiehma bejn min iħallas u l-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas. Il-kunsens jista' jingħata wkoll direttament jew indirettament minn min jitħallas. Il-kunsens biex titwettaq tranżazzjoni ta’ ħlas jiġi kkunsidrat ukoll bħala mogħti meta min iħallas jawtorizza parti terza ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas biex jibda tranżazzjoni ta’ ħlas ma' fornitur tas-servizz tal-ħlas għall-manteniment tal-kontijiet li jagħti s-servizz tal-kont ta’ proprjetà ta’ min iħallas. | ||||||||||||
Emenda 114 Proposta għal direttiva Artikolu 58 – titolu | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Aċċess għal u l-użu ta' informazzjoni dwar kont tal-ħlas minn parti terza tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas |
L-aċċess għal, u l-użu ta,' informazzjoni dwar kont tal-ħlas minn fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza u emittenti ta' strumenti ta' ħlas ta’ parti terza | ||||||||||||
Emenda 115 Proposta għal direttiva Artikolu 58 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas ikollu d-dritt li jagħmel użu minn fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza biex jikseb is-servizzi ta' ħlas li jippermettu l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas kif imsemmi fil-punt (7) tal-Anness I. |
1. L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas, sakemm dan ikollu kont tal-ħlas li jista' jiġi aċċessat permezz tal-ibbankjar onlajn, ikollu d-dritt li jagħmel użu minn fornitur awtorizzat ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza biex jikseb is-servizzi ta’ ħlas li jippermettu l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas kif imsemmi fil-punt (7) tal-Anness I. L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas ikollu d-dritt li jagħmel użu minn emittent awtorizzat tal-istrument tal-ħlas ta' parti terza biex jikseb strument tal-ħlas li jippermetti tranżazzjonijiet ta' ħlas.
| ||||||||||||
Emenda 116 Proposta għal direttiva Artikolu 58 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1a. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għall-manteniment tal-kontijiet ma jiċħadx l-aċċess skont dan l-Artikolu lill-fornitur tas-servizz ta’ ħlas ta’ parti terza jew lill-emittent tal-istrument tal-ħlas ta’ parti terza meta jkun ġie awtorizzat biex iwettaq ħlas speċifiku f’isem min iħallas sakemm min iħallas jagħti l-kunsens tiegħu b’mod espliċitu f’konformità mal-Artikolu 57. | ||||||||||||
Emenda 117 Proposta għal direttiva Artikolu 58 – paragrafu 1b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1b. Il-benefiċjarji li joffru lil min iħallas l-għażla li jagħmlu użu minn fornituri ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza jew emittenti ta' strumenti ta' ħlas ta' parti terza, jipprovdu lil min iħallas, b'mod inekwivokabbli, informazzjoni dwar dawn il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, inkluż in-numru ta' reġistrazzjoni tagħhom u l-isem tal-awtorità superviżorja responsabbli tagħhom. | ||||||||||||
Emenda 118 Proposta għal direttiva Artikolu 58 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Meta fornitur tas-servizz tal-ħlas ta' parti terza jkun ġie awtorizzat minn min iħallas biex jipprovdi servizzi tal-ħlas skont il-paragrafu 1, huwa jirrispetta l-obbligi li ġejjin: |
2. Meta fornitur tas-servizz tal-ħlas ta’ parti terza jkun ġie awtorizzat minn min iħallas biex jipprovdi servizzi tal-ħlas skont il-paragrafu 1, dan jirrispetta l-obbligi li ġejjin: | ||||||||||||
Emenda 119 Proposta għal direttiva Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) li jiżgura li l-karatteristiċi personalizzati tas-sigurtà tal-utent ta' servizzi ta' ħlas ma jkunux aċċessibbli għal partijiet oħra; |
(a) li jiżgura li l-kredenzjali personalizzati tas-sigurtà tal-utent ta’ servizzi ta’ ħlas ma jkunux aċċessibbli għal partijiet oħra; | ||||||||||||
Emenda 120 Proposta għal direttiva Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(b) li jawtentika lilu nnifsu b'mod inekwivokabbli lejn il-fornitur(i) tas-servizz tal-ħlas għall-manteniment tal-kontijiet tas-sid tal-kont. |
(b) li, kull darba li jinbeda ħlas jew tinġabar informazzjoni dwar kont, jawtentika lilu nnifsu b’mod inekwivokabbli lejn il-fornitur(i) tas-servizz tal-ħlas għall-manteniment tal-kontijiet tas-sid tal-kont. | ||||||||||||
Emenda 121 Proposta għal direttiva Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt c | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(c) li ma jaħżinx dejta sensittiva dwar il-ħlas jew il-kredenzjali tas-sigurtà personalizzati tal-utent ta' servizzi ta' ħlas. |
(c) li ma jaħżinx il-kredenzjali tas-sigurtà personalizzati tal-utent ta' servizzi ta' ħlas. | ||||||||||||
Emenda 122 Proposta għal direttiva Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(ca) li ma jużax id-dejta għal finijiet differenti minn dawk mitluba espliċitament minn min iħallas. | ||||||||||||
Emenda 123 Proposta għal direttiva Artikolu 58 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3a. Meta min iħallas ikun ta l-kunsens tiegħu lil emittent tal-istrument tal-ħlas ta’ parti terza li jkun ipprovda lil min iħallas bi strument tal-ħlas biex jikseb informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ biżżejjed fondi għal tranżazzjoni ta’ ħlas speċifika fuq kont tal-ħlas speċifiku li jkun ta’ min iħallas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għall-manteniment tal-kontijiet tal-ħlas speċifiku jipprovdi din l-informazzjoni lill-emittent tal-istrument tal-ħlas ta’ parti terza mal-wasla tal-ordni tal-ħlas ta’ min iħallas. L-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ fondi suffiċjenti għandha tikkonsisti fi tweġiba sempliċi ta’ “iva” jew “le” u mhux f’dikjarazzjoni tal-bilanċ fil-kont, f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE. | ||||||||||||
Emenda 124 Proposta għal direttiva Artikolu 58 – paragrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. Il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas li jservu l-kont jittrattaw l-ordnijiet għall-ħlas trażmessi permezz tas-servizzi ta' fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza mingħajr ebda diskriminazzjoni għal raġunijiet oħra, għajr dawk oġġettiv f'termini ta' żmien u ta' prijorità fil-konfront ta' ordnijiet tal-ħlas trażmessi direttament minn min iħallas innifsu. |
4. Il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas li jservu l-kont jittrattaw l-ordnijiet għall-ħlas trażmessi permezz tas-servizzi ta' fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza jew minn emittent ta' strument tal-ħlas ta' parti terza mingħajr ebda diskriminazzjoni għal raġunijiet oħra, għajr dawk oġġettivi b'mod partikolari f'termini ta' żmien u ta' prijorità jew tariffi fil-konfront ta' ordnijiet tal-ħlas trażmessi direttament minn min iħallas innifsu. | ||||||||||||
Emenda 125 Proposta għal direttiva Artikolu 58 – paragrafu 4a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
4a. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ parti terza ma jkunux meħtieġa jidħlu f’relazzjonijiet kuntrattwali mal-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas għall-manteniment tal-kontijiet fil-kuntest tal-bidu tal-ħlas jew tas-servizzi tal-informazzjoni tal-kont. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Jekk ir-relazzjonijiet bejn it-TPPs u l-AS PSPs kellhom ikunu ibbażati fuq il-kuntratti, ħafna TPPs aktarx ikunu imblukkati jew imfixkla fl-attivitajiet tagħhom. Huwa probabbli li l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni li t-TPPs bdew iġibu fis-suq, jiġu soppressi. Għalhekk, mill-viżjoni tas-soċjetà, ikun iktar razzjonali li jiġi żgurat li r-relazzjoni bejn it-TPPs u l-AS PSPs tkun mibnija esklużivament fuq qafas leġiżlattiv u superviżorju ġenerali. | |||||||||||||
Emenda 126 Proposta għal direttiva Artikolu 58 – paragrafu 4b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
4b. L-Istati Membri jiżguraw li, ladarba l-istandards miftuħin tal-komunikazzjoni komuni u siguri jkunu ġew stabbiliti u jkunu implimentati mill-fornitur tas-servizz tal-ħlas għall-manteniment tal-kontijiet tal-klijent għall-fornituri ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza f'konformità mal-Artikolu 94a, l-utent tas-servizz tal-ħlas jista' juża l-aktar soluzzjoni teknoloġika sigura u avvanzata fil-bidu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlasijiet elettroniċi permezz ta' fornituri ta' servizzi tal-ħlas ta' parti terza. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Id-deċiżjoni li t-TPPs jitpoġġew taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Ħlas hija essenzjali wkoll biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq tas-servizzi tal-ħlas. Sa issa ma hemm ebda inċidenti ta’ sigurtà serji li jinvolvu t-TPPs, iżda dan għadu suq niċċa relattivament żgħir u jista’ potenzjalment jattira lil dawk li jwettqu l-frodi ladarba jkunu ntlaħqu volumi ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas importanti. Dan is-suġġeriment huwa bbażat fuq proposta mill-BEUC. | |||||||||||||
Emenda 127 Proposta għal direttiva Artikolu 59 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Artikolu 59 |
imħassar | ||||||||||||
Aċċess għal u l-użu ta' informazzjoni dwar il-kontijiet tal-ħlas minn emittenti tal-istrumenti tal-ħlas li huma parti terza |
| ||||||||||||
1. L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas ikollu d-dritt li jagħmel użu mill-emittent tal-istrument tal-ħlas ta' parti terza. |
| ||||||||||||
2. Jekk min iħallas ikun ta l-kunsens tiegħu lil emittent tal-istrument tal-ħlas ta' parti terza li jkun ipprovda lil min iħallas bi strument tal-ħlas biex jikseb informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' biżżejjed fondi għal tranżazzjoni ta' ħlas speċifika fuq kont tal-ħlas speċifiku li jkun ta' min iħallas, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet tal-ħlas speċifiku jipprovdi din l-informazzjoni lill-emittent tal-istrument tal-ħlas ta' parti terza mal-wasla tal-ordni tal-ħlas ta' min iħallas. |
| ||||||||||||
3. Il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas li jservu l-kont jittrattaw l-ordnijiet għall-ħlas trażmessi permezz tas-servizzi ta' emittent ta' strument ta' pagament ta' parti terza mingħajr ebda diskriminazzjoni għal raġunijiet oħra, għajr dawk oġġettivi f'termini ta' żmien u ta' prijorità fir-rigward ta' ordnijiet tal-ħlas trażmessi direttament u personalment minn min iħallas. |
| ||||||||||||
Emenda 128 Proposta għal direttiva Artikolu 61 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-utent tas-servizz tal-ħlas, b'mod partikolari, hekk kif jirċievi strument tal-ħlas, jieħu l-passi raġonevoli kollha biex iħares il-karatteristiċi personalizzati tas-sigurtà tiegħu. L-obbligi ta’ kura tal-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas ma għandhomx itellfu l-użu ta’ xi strument tal-ħlas u servizzi awtorizzati b’din id-Direttiva. |
2. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-utent tas-servizz tal-ħlas, b’mod partikolari, hekk kif jirċievi strument tal-ħlas, jieħu l-passi raġonevoli kollha biex iħares il-kredenzjali personalizzati tas-sigurtà tiegħu. L-obbligi ta’ kura tal-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas ma għandhomx itellfu l-użu ta’ xi strument tal-ħlas u servizzi awtorizzati b’din id-Direttiva. | ||||||||||||
Emenda 129 Proposta għal direttiva Artikolu 62 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) li jiżgura li l-karatteristiċi personalizzati ta' sigurtà ta' strument tal-ħlas ma jkunux aċċessibbli għal partijiet li mhumiex l-utent ta' servizzi tal-ħlas intitolat li juża l-istrument tal-ħlas, mingħajr preġudizzju għall-obbligi fuq l-utent ta' servizzi tal-ħlas stabbiliti fl-Artikolu 61; |
(a) li jiżgura li l-kredenzjali personalizzati ta' sigurtà ta' strument tal-ħlas huma fil-fatt siguri u ma jkunux aċċessibbli għal partijiet li mhumiex l-utent ta' servizzi tal-ħlas intitolat li juża l-istrument tal-ħlas, mingħajr preġudizzju għall-obbligi fuq l-utent ta' servizzi tal-ħlas stabbiliti fl-Artikolu 61; | ||||||||||||
Emenda 130 Proposta għal direttiva Artikolu 62 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas iġorr ir-riskju li jibgħat strument tal-ħlas lil min iħallas jew li jibgħat kwalunkwe karatteristiċi personalizzati ta' sigurtà tiegħu. |
2. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas iġorr ir-riskju li jibgħat strument tal-ħlas lil min iħallas jew li jibgħat kwalunkwe kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà tiegħu. | ||||||||||||
Emenda 131 Proposta għal direttiva Artikolu 63 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Meta fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza jkun involut, l-utent ta' servizzi ta' ħlas ukoll jikseb rettifika mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 65(2) u l-Artikolu 80(1). |
2. Meta l-utent ta’ servizz ta’ ħlas ikun għażel li jagħmel użu minn fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, l-utent ta' servizzi ta' ħlas jinforma lil dan tal-aħħar u jinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għall-manteniment tal-kontijiet. L-utent ta' servizz ta’ ħlas jikseb rettifika mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 80(1). | ||||||||||||
Emenda 132 Proposta għal direttiva Artikolu 63 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. L-utent ta' servizz ta' ħlas jirrapporta lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet tiegħu dwar kwalunkwe inċident li jkun jaf bih u li jaffettwa lil tal-ewwel fil-kuntest tal-użu tiegħu ta' fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza jew emittent ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għall-manteniment tal-kontijiet għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali dwar kull inċident li jseħħ. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom imbagħad isegwu l-proċeduri stabbiliti mill-ABE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, kif stipulat fl-Artikolu 85. | ||||||||||||
Emenda 133 Proposta għal direttiva Artikolu 64 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jitolbu li, meta utent ta' servizzi ta' ħlas jiċħad li jkun awtorizza tranżazzjoni ta' ħlas li tkun ġiet eżegwita jew jiddikjara li t-tranżazzjoni ta' ħlas tkun ġiet imwettqa skorrettament, huwa f'idejn il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas u, jekk involut u jekk xieraq, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, li jagħti prova li t-tranżazzjoni ta' ħlas kienet ġiet awtentikata, dokumentata b'mod preċiż, imdaħħla fil-kontijiet u mhux affettwata minn xi ħsara teknika jew xi difett ieħor. |
1. L-Istati Membri jitolbu li, meta utent ta’ servizzi ta’ ħlas jiċħad li jkun awtorizza tranżazzjoni ta’ ħlas li tkun ġiet eżegwita jew jiddikjara li t-tranżazzjoni ta’ ħlas tkun ġiet imwettqa skorrettament, huwa f’idejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas u, jekk involut, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ parti terza, li jagħti prova li t-tranżazzjoni ta’ ħlas kienet ġiet awtentikata, dokumentata b’mod preċiż, imdaħħla fil-kontijiet u mhux affettwata minn xi ħsara teknika jew xi difett ieħor. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Jekk ikun involut, it-TPP għandu dejjem ikun responsabbli li jagħti l-provi li “t-tranżazzjoni ta’ ħlas kienet ġiet awtentikata, dokumentata b’mod preċiż, imdaħħla fil-kontijiet u mhux affettwata minn xi ħsara teknika jew xi difett ieħor.” Ir-riferenza għal “jekk xieraq” tista’ twassal għal sitwazzjonijiet fejn ir-responsabbiltà tat-TPP ma tkunx ċara. | |||||||||||||
Emenda 134 Proposta għal direttiva Artikolu 64 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Jekk it-tranżazzjoni ta' ħlas tkun inbdiet mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, il-piż jaqa' fuq dan tal-aħħar biex jiġi ppruvat li t-tranżazzjoni tal-ħlas ma ġietx affettwata minn problema teknika jew defiċenzi oħra marbuta mas-servizzi tal-ħlas li huwa responsabbli għalihom; |
Jekk l-utent tas-servizz ta' ħlas jibda tranżazzjoni ta' ħlas permezz ta' fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, il-piż jaqa' fuq dan tal-aħħar biex jiġi ppruvat li t-tranżazzjoni tal-ħlas tkun ġiet awtentikata u rreġistrata preċiżament u ma tkunx ġiet affettwata minn problema teknika jew defiċenzi oħra marbuta mas-servizzi tal-ħlas li huwa responsabbli għalihom. | ||||||||||||
Emenda 135 Proposta għal direttiva Artikolu 64 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. meta utent ta' servizzi ta' ħlas jiċħad li jkun awtorizza tranżazzjoni ta' ħlas li tkun ġiet eżegwita, l-użu ta' strument tal-ħlas irreġistrat mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, inkluż il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, ma għandux fih innifsu jkun neċessarjament biżżejjed bħala prova li t-tranżazzjoni ta' ħlas kienet awtorizzata minn min iħallas jew li min iħallas ikunx aġixxa b'mod frodulenti jew naqas b'intenzjoni jew traskuraġni serja milli jissodisfa xi obbligu jew obbligi tiegħu skont l-Artikolu 61. |
2. meta utent ta' servizzi ta' ħlas jiċħad li jkun awtorizza tranżazzjoni ta' ħlas li tkun ġiet eżegwita, l-użu ta' strument tal-ħlas irreġistrat mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, inkluż il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, ma għandux fih innifsu jkun neċessarjament biżżejjed bħala prova li t-tranżazzjoni ta' ħlas kienet awtorizzata minn min iħallas jew li min iħallas ikunx aġixxa b'mod frodulenti jew naqas b'intenzjoni jew negliġenza gravi milli jissodisfa xi obbligu jew obbligi tiegħu skont l-Artikolu 61. F’każ bħal dan sempliċi suppożizzjonijiet mingħajr provi ulterjuri lil hinn mill-użu dokumentat tal-istrument tal-ħlas ma jitqisux bħala prova eliġibbli kontra l-utent tal-ħlas. Għandha tingħata evidenza ta’ sostenn mill-fornitur tas-servizz ta’ ħlas, inkluż il-fornitur ta’ parti terza jekk xieraq, biex tiġi ppruvata l-frodi jew in-negliġenza gravi min-naħa ta’ min iħallas. | ||||||||||||
Emenda 136 Proposta għal direttiva Artikolu 65 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63, fil-każ ta' tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas jagħti lura immedjatament lil min iħallas l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata u, meta applikabbli, jerġa' jġib il-kont tal-ħlas iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku ma seħħetx it-tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata. Dan għandu jiżgura wkoll li d-data tal-valur tal-kreditu għall-kont tal-ħlas ta’ min iħallas ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie debitat. |
1. L-Istati Membri jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63, fil-każ ta' tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas jagħti lura lil min iħallas l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata fi żmien 24 siegħa minn meta jkun innota jew ikun ġie nnotifikat dwar it-tranżazzjoni, u, meta applikabbli, jerġa' jġib il-kont tal-ħlas iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku ma seħħetx it-tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata. Dan jiżgura wkoll li d-data tal-valur tal-kreditu għall-kont tal-ħlas ta' min iħallas ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie debitat. | ||||||||||||
Emenda 137 Proposta għal direttiva Artikolu 65 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Meta jkun involut il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas iħallas lura l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata u meta applikabbli, ireġġa' lura l-kont tal-ħlas iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata ma seħħitx. Jista' jkun applikabbli kumpens finanzjarju lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza. |
2. Meta jkun involut il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas iħallas lura l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata u meta applikabbli, ireġġa' lura l-kont tal-ħlas iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata ma seħħitx. Jekk il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza ma jkunx jista' jagħti prova li mhuwiex responsabbli għat-tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata, dan, fi żmien jum tax-xogħol, jikkumpensa lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet għall-ispejjeż raġonevoli mġarrba b'riżultat tar-rifużjoni lil min ikun ħallas, inkluż l-ammont tat-tranżazzjoni tal-ħlas mhux awtorizzata. | ||||||||||||
Emenda 138 Proposta għal direttiva Artikolu 66 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
B'deroga mill-Artikolu 65, min iħallas jista' jkun obbligat iġorr it-telf relatat ma' kwalunkwe tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata, sa massimu ta' EUR 50, li jirriżulta mill-użu ta' strument tal-ħlas mitluf jew misruq jew mill-misapprorjazzjoni ta' strument tal-ħlas. |
B'deroga mill-Artikolu 65, min iħallas jista' jkun obbligat iġorr it-telf relatat ma' kwalunkwe tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata, sa massimu ta' EUR 50 jew l-ekwivalenti f'munita nazzjonali oħra, li jirriżulta mill-użu ta' strument tal-ħlas mitluf jew misruq jew mill-miżapproprjazzjoni ta' strument tal-ħlas. Dan ma japplikax jekk it-telf, is-serq jew il-miżapproprijazzjoni ta’ strument ta’ ħlas ma jkunx ġie rikonoxxut minn min iħallas qabel ma jkun għadda l-ħlas. | ||||||||||||
Emenda 139 Proposta għal direttiva Artikolu 66 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. L-ABE, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-BĊE u wara konsultazzjoni mal-grupp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 5(3a), toħroġ linji gwida indirizzati għall-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar l-interpretazzjoni u l-użu prattiku tal-kunċett ta’ “negliġenza gravi” f’dan il-kuntest. Dawn il-linji gwida jinħarġu sa [daħħal id-data - 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u jiġu aġġornati fuq bażi regolari kif ikun xieraq. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Attwalment, il-kunċett ta’ “negliġenza gravi” huwa interpretat u użat b’mod inkoerenti ħafna fl-Istati Membri. Dan l-istat ta’ fatt huwa fattur negattiv fl-attivitajiet transfruntieri u mhux aċċettabbli fis-suq intern. Il-linji gwida tal-ABE, u l-proċess tal-iżvilupp tagħhom, għandhom ikunu mod xieraq biex titjieb il-koerenza. | |||||||||||||
Emenda 140 Proposta għal direttiva Artikolu 66 – paragrafu 2b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2b. F’każijiet fejn min iħallas ma jkun la aġixxa b’mod frodulenti u lanqas ma jkun naqas intenzjonalment milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 61, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu r-responsabbiltà msemmija fil-paragrafu 1, billi jqisu, b’mod partikolari, in-natura tal-karatteristiċi personalizzati ta’ sigurtà tal-istrument tal-ħlas u ċ-ċirkustanzi li fihom ikun intilef, insteraq jew ġie miżapproprjat. | ||||||||||||
Emenda 141 Proposta għal direttiva Artikolu 66 – paragrafu 2c (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2c. Min iħallas ma jġarrabx il-konsegwenzi finanzjarji li jirriżultaw mill-użu ta’ strument ta’ ħlas mitluf, misruq jew miżapproprjat jekk il-pagament mhux awtorizzat li jirriżulta jkun sar possibbli permezz ta’ ksur ta’ metodu jew ta’ sigurtà, li kien diġà magħruf u dokumentat u l-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas ikun naqas milli jtejjeb l-iskema ta’ sigurtà biex jimblukka effettivament attakki ulterjuri ta’ dak it-tip, ħlief meta min iħallas ikun aġixxa huwa stess b’mod frodulenti. | ||||||||||||
Emenda 142 Proposta għal direttiva Artikolu 67 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Bit-talba tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, min iħallas iġorr il-piż biex jagħti prova li tali kundizzjonijiet huma ssodisfati. |
Fuq talba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas, min iħallas jipprovdi elementi fattwali relatati ma’ tali kundizzjonijiet. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-Kummissjoni pproponiet, mingħajr raġuni ovvja, li taqleb il-bilanċ favur ħafna ta’ min iħallas. Ma tidhirx raġonevoli li jintefa l-piż kollu tal-provi fuq min iħallas, partikolarment jekk min iħallas mhuwiex konsumatur. Soluzzjoni aktar bilanċjata hija li jinżamm it-test fil-PSD attwali. | |||||||||||||
Emenda 143 Proposta għal direttiva Artikolu 67 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Il-ħlas lura jikkonsisti fl-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta' ħlas imwettqa. Dan jiżgura wkoll li d-data tal-valur tal-kreditu għall-kont tal-ħlas ta’ min iħallas ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie debitat. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 144 Proposta għal direttiva Artikolu 67 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Għad-debiti diretti min iħallas ikollu dritt mingħajr kundizzjonijiet għal ħlas lura fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 68, ħlief meta min jitħallas ikun diġà ssodisfa l-obbligi kuntrattwali u s-servizzi jkunu diġà ġew irċevuti jew l-oġġetti jkunu diġà ġew ikkunsmati minn min iħallas. Bit-talba tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, min jitħallas iġorr il-piż biex jagħti prova li l-kundizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu huma ssodisfati. |
L-Istati Membri jiżguraw li, minbarra d-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għad-debiti diretti min iħallas ikollu dritt mingħajr kundizzjonijiet għal ħlas lura fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 68. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-esperjenza wriet li d-dritt mhux kondizzjonat għall-ħlas lura tad-debitu dirett taħdem sew fil-prattika. Dawn is-sistemi huma effiċjenti u ma hemm ebda prova li d-dritt qed jiġi abbużat. Għalhekk tagħmel sens li din tinbidel f’regola tas-suq intern. Barra minn hekk, ma jkunx għaqli li jkunu l-PSPs li jivvalutaw jekk l-obbligi kuntrattwali sottostanti ġewx sodisfatti jew le. Dan m’għandux ikun il-kompitu tal-PSPs. | |||||||||||||
Emenda 145 Proposta għal direttiva Artikolu 67 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3a. Il-ħlas lura jikkonsisti fl-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta' ħlas eżegwita. Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont tal-ħlas ta' min iħallas ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie debitat. It-twettiq tal-ħlas lura fih innifsu ma jbiddilx il-pretensjoni legali sottostanti ta’ min iħallas. | ||||||||||||
Emenda 146 Proposta għal direttiva Artikolu 67 – paragrafu 3b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3b. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas tagħhom joffru drittijiet ta’ ħlas lura aktar favorevoli f’konformità mal-iskemi ta’ debitu dirett tagħhom sakemm ikunu aktar vantaġġjużi għal min iħallas. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu livell ta’ ħarsien tal-konsumatur ogħla minn dak propost fid-Direttiva. | |||||||||||||
Emenda 147 Proposta għal direttiva Artikolu 67a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 67a | ||||||||||||
|
Tranżazzjonijiet ta’ ħlas fejn l-ammont tat-tranżazzjoni ma jkunx magħruf minn qabel | ||||||||||||
|
1. Għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas fejn l-ammont tat-tranżazzjoni ma jkunx magħruf fil-mument tal-akkwist, l-Istati Membri jistabbilixxu l-ammont massimu ta’ fondi li jistgħu jiġu bblukkati fuq il-kont tal-ħlas ta’ min iħallas u l-limitu ta’ żmien massimu li għalih jistgħu jiġu bblukkati l-fondi mill-benefiċjarju. | ||||||||||||
|
2. Il-benefiċjarju jkun obbligat li, qabel it-tranżazzjoni ta’ ħlas, jinforma lil min iħallas jekk il-fondi li jaqbżu l-ammont tax-xiri għandhomx jiġu bblukkati mill-kont tal-pagament ta’ min iħallas. | ||||||||||||
|
3. Jekk il-fondi li jaqbżu l-ammont tax-xiri jkunu ġew ibblukkati fuq il-kont tal-pagament ta’ min iħallas, din l-informazzjoni tingħata lil min iħallas mill-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas fl-istqarrija tal-kont. | ||||||||||||
Emenda 148 Proposta għal direttiva Artikolu 68 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas jista' jitlob il-ħlas lura msemmi fl-Artikolu 67 ta' tranżazzjoni ta' ħlas awtorizzata mibdija minn min jitħallas jew permezz tiegħu, matul perjodu ta' tmien ġimgħat mid-data li fiha jkunu ġew iddebitati l-fondi. |
1. L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas jista’ jitlob il-ħlas lura msemmi fl-Artikolu 67 ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas awtorizzata mibdija minn min jitħallas jew permezz tiegħu, matul perjodu ta’ mill-inqas tmien ġimgħat mid-data li fiha jkunu ġew iddebitati l-fondi. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Biex jiġi żgurat li xi Stati Membri jkunu jistgħu jkomplu jestendu d-dritt tal-ħlas lura tad-debitu dirett lil hinn mil-limitu ta’ tmien ġimgħat stabbilit mill-PSD II. | |||||||||||||
Emenda 149 Proposta għal direttiva Artikolu 69 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jiżguraw li l-ħin partikolari tal-wasla huwa l-mument meta l-ordni tal-ħlas trażmessa direttament minn min iħallas jew f'ismu fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza jew indirettament minn jew permezz ta' min jitħallas hija riċevuta mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas. Jekk il-ħin partikolari tar-riċevuta ma jkunx f'jum ta' negozju għall-fornitur tas-servizzi ta' ħlas ta' min iħallas, l-ordni tal-ħlas titqies bħala li waslet fil-jum ta' negozju li jmiss. Il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jista' jistabbilixxi ħin limitu qrib it-tmiem tal-jum ta' negozju li warajh kull ordni ta' ħlas li tiġi rċevuta titqies bħala li ġiet irċevuta fil-jum ta' negozju li jkun imiss. |
1. L-Istati Membri jiżguraw li l-ħin partikolari tal-wasla huwa l-mument meta l-ordni tal-ħlas trażmessa direttament minn min iħallas jew f'ismu fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza jew indirettament minn jew permezz ta' min jitħallas hija riċevuta mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas. Il-mument tar-riċevuta ma jistax ikun iktar tard mill-mument li fih jiġi debitat il-kont ta’ min iħallas. Jekk il-ħin partikolari tar-riċevuta ma jkunx f'jum ta' negozju għall-fornitur tas-servizzi ta' ħlas ta' min iħallas, l-ordni tal-ħlas titqies bħala li waslet fil-jum ta' negozju li jmiss. Il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jista' jistabbilixxi ħin limitu qrib it-tmiem tal-jum ta' negozju li warajh kull ordni ta' ħlas li tiġi rċevuta titqies bħala li ġiet irċevuta fil-jum ta' negozju li jkun imiss. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għall-finijiet tal-Artikolu 74 il-ħin partikolari tar-riċevuta ma jistax ikun iktar tard mill-punt partikolari li fih jiġi debitat il-kont ta’ min iħallas. Din id-dispożizzjoni hija meħtieġa biex jiġi evitat li x-xerrejja kbar jabbużaw mill-poter tagħhom fis-suq u “jiftiehmu” ma’ min jitħallas sabiex iżommu l-flus għal perjodi ta’ żmien imtawla. Dan l-abbuż iżid l-ispejjeż biex jiġu aċċettati l-pagamenti bil-karti u li fl-aħħar jiġu mġarrba mill-konsumaturi. Abbażi ta' proposta mill-BEUC. | |||||||||||||
Emenda 150 Proposta għal direttiva Artikolu 70 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jirrifjuta li jwettaq ordni tal-ħlas, ir-rifjut u, jekk possibbli, ir-raġunijiet għalih u l-proċedura biex ikunu korretti kwalunkwe żbalji fattwali li wasslu għar-rifjut jiġu nnotifikati lill-utent ta' servizzi ta' ħlas, ħlief jekk projbit minn leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti oħra. |
1. Meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, inkluż, meta applikabbli, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, jirrifjuta li jwettaq ordni tal-ħlas jew li jibda tranżazzjoni ta' ħlas, ir-rifjut u, jekk jista' jkun, ir-raġunijiet għalih u l-proċedura biex ikunu korretti kwalunkwe żbalji fattwali li wasslu għar-rifjut jiġu nnotifikati lill-utent ta' servizzi ta' ħlas, ħlief jekk projbit minn leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti oħra. | ||||||||||||
Emenda 151 Proposta għal direttiva Artikolu 70 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Il-kuntratt qafas jista' jinkludi kundizzjoni li l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jista' jitlob ħlas għal tali notifika jekk ir-rifjut ikun iġġustifikat oġġettivament. |
Il-fornitur ta' servizzi ta’ ħlas ma jitlobx ħlas mill-utent ta' servizz ta’ ħlas għal tali notifika. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
In-notifiki dwar ir-rifjuti għandhom jiġu meqjusa bħala informazzjoni standard bażika għall-utent u b’hekk għandhom jingħataw b’xejn. | |||||||||||||
Emenda 152 Proposta għal direttiva Artikolu 73 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Din it-Taqsima tapplika għal tranżazzjonijiet ta' ħlas oħra, ħlief jekk ikun miftiehem mod ieħor bejn l-utent ta' servizzi ta' ħlas u l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 78, li mhux għad-dispożizzjoni tal-partijiet. Madankollu, meta l-utent tas-servizz tal-ħlas u l-fornitur tas-servizz tal-ħlas jiftiehmu fuq perjodu itwal minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 74, għal tranżazzjonijiet ta' ħlas fl-Unjoni dan il-perjodu ma għandux jaqbeż l-erbat ijiem ta' negozju wara l-mument tal-wasla skont l-Artikolu 69. |
2. Din it-Taqsima tapplika għal tranżazzjonijiet ta' ħlas oħra, ħlief jekk ikun miftiehem mod ieħor bejn l-utent ta' servizzi ta' ħlas u l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 78, li mhux għad-dispożizzjoni tal-partijiet. Madankollu, meta l-utent tas-servizz tal-ħlas u l-fornitur tas-servizz tal-ħlas jiftiehmu fuq perjodu itwal minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 74, għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas fl-Unjoni dan il-perjodu ma għandux jaqbeż l-erbat ijiem ta’ negozju, jew iż-żmien kif permess minn obbligi legali oħrajn koperti mil-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, wara l-mument tal-wasla skont l-Artikolu 69. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Żmien preskritt mhuwiex meħtieġ u jkun possibbilment restrittiv u mhux konformi ma' miżuri ta’ prevenzjoni ta’ frodi oħrajn. | |||||||||||||
Emenda 153 Proposta għal direttiva Artikolu 74 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jitolbu li l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas jiżgura li, wara l-ħin partikolari tal-wasla skont l-Artikolu 69, l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas jiġi kkreditat fil-kont tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas sa mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta' negozju li jkun imiss. Dawn il-perjodi jistgħu jiġu estiżi b'jum ta' negozju ieħor għal tranżazzjonijiet ta' ħlas mibdija bil-miktub. |
1. L-Istati Membri jitolbu li l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas jiżgura li, wara l-ħin partikolari tal-wasla skont l-Artikolu 69, l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas jiġi kkreditat fil-kont tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas sa mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta' negozju li jkun imiss. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’jum ta’ negozju ieħor għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas mibdija bil-miktub. | ||||||||||||
Emenda 154 Proposta għal direttiva Artikolu 79 – paragrafu 5a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
5a. L-Istati Membri jiżguraw li, fil-każ li jfalli t-tentattiv li jiġu rkuprati l-fondi f’konformità mal-paragrafu 3, il-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas tal-benefiċjarju indirizzat ħażin huwa obbligat li jagħti l-informazzjoni kollha meħtieġa lil min iħallas sabiex jikkuntattja lir-riċevitur tal-fondi u jekk ikun meħtieġ jippreżenta talba legali biex jiġborhom lura. | ||||||||||||
Emenda 155 Proposta għal direttiva Artikolu 80 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet ta' min iħallas jew il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ikun responsabbli skont l-ewwel jew it-tieni subparagrafu, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas rilevanti, mingħajr dewmien bla bżonn, iħallas lura lil min iħallas l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas mhux eżegwita jew difettuża u, meta applikabbli, ireġġa' lura l-kont tal-ħlas iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta' ħlas difettuża ma seħħitx. Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont tal-ħlas ta' min iħallas ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie debitat. |
Meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet ta' min iħallas jew il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ikun responsabbli skont l-ewwel jew it-tieni subparagrafu, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas rilevanti, mingħajr dewmien bla bżonn, iħallas lura lil min iħallas l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas mhux eżegwita jew difettuża u, meta applikabbli, ireġġa' lura l-kont tal-ħlas iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta' ħlas difettuża ma seħħitx. Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont tal-ħlas ta' min iħallas ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie debitat. Meta dan ma jkunx għadu teknikament possibbli, min iħallas jingħata kumpens ukoll għal telf ta' mgħax. | ||||||||||||
Emenda 156 Proposta għal direttiva Artikolu 80 – paragrafu 1 – subparagrafu 6 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Fil-każ ta' tranżazzjoni ta' ħlas mhux imwettqa jew imwettqa b'mod difettuż meta l-ordni tal-ħlas tkun mibdija minn min iħallas, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, irrispettivament mir-responsabbiltà skont dan il-paragrafu, wara talba, jagħmel sforzi immedjati biex jittraċċa t-tranżazzjoni ta' ħlas u jinnotifika lil min iħallas bl-eżitu. Dan ikun mingħajr ħlas għal min iħallas. |
Fil-każ ta' tranżazzjoni ta' ħlas mhux imwettqa jew imwettqa b'mod difettuż meta l-ordni tal-ħlas tkun mibdija minn min iħallas, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas, irrispettivament mir-responsabbiltà skont dan il-paragrafu, wara talba, jagħmel sforzi immedjati biex jittraċċa t-tranżazzjoni ta' ħlas u jinnotifika lil min iħallas bl-eżitu. Dan ikun mingħajr ħlas għal min iħallas. | ||||||||||||
Emenda 157 Proposta għal direttiva Artikolu 80 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Meta ordni tal-ħlas tkun mibdija minn jew permezz ta' min jitħallas, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63, l-Artikolu 79(2) u (3), u l-Artikolu 83, ikun responsabbli lejn min jitħallas għat-trażmissjoni korretta tal-ordni tal-ħlas lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas skont l-Artikolu 74(3). Meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas ikun responsabbli skont dan is-subparagrafu, huwa immedjatament jibgħat mill-ġdid l-ordni tal-ħlas inkwistjoni lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas. F'każ li l-ordni tal-ħlas tiġi trażmessa tard, l-ammont jingħata data ta' valur fuq il-kont tal-ħlas ta' min jitħallas mhux aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta' valur li kieku l-eżekuzzjoni saret sew. |
2. Meta ordni tal-ħlas tkun mibdija minn jew permezz ta' min jitħallas, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63, l-Artikolu 79(2) u (3), u l-Artikolu 83, ikun responsabbli lejn min jitħallas għat-trażmissjoni korretta tal-ordni tal-ħlas lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas skont l-Artikolu 74(3). Meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas ikun responsabbli skont dan is-subparagrafu, huwa immedjatament jibgħat mill-ġdid l-ordni tal-ħlas inkwistjoni lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas. F'każ li l-ordni tal-ħlas tiġi trażmessa tard, l-ammont jingħata data ta' valur fuq il-kont tal-ħlas ta' min jitħallas mhux aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta' valur li kieku l-eżekuzzjoni saret sew. Meta dan ma jkunx għadu teknikament possibbli, min iħallas jingħata kumpens ukoll għal telf ta' mgħax. | ||||||||||||
Emenda 158 Proposta għal direttiva Artikolu 80 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Barra minn hekk, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63, l-Artikolu 79(2) u (3) u l-Artikolu 83, ikun responsabbli lejn min jitħallas għall-ġestjoni tat-tranżazzjoni ta' ħlas skont l-obbligi tiegħu fl-Artikolu 78. Meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas ikun responsabbli skont dan is-sub-paragrafu, huwa jiżgura li l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas ikun għad-dispożizzjoni ta' min jitħallas immedjatament wara li l-ammont ikun ikkreditat għall-kont tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas. L-ammont jingħata data ta' valur fuq il-kont tal-ħlas ta' min jitħallas li ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta' valur li kieku l-eżekuzzjoni saret sew. |
Barra minn hekk, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63, l-Artikolu 79(2) u (3) u l-Artikolu 83, ikun responsabbli lejn min jitħallas għall-ġestjoni tat-tranżazzjoni ta' ħlas skont l-obbligi tiegħu fl-Artikolu 78. Meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas ikun responsabbli skont dan is-sub-paragrafu, huwa jiżgura li l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas ikun għad-dispożizzjoni ta' min jitħallas immedjatament wara li l-ammont ikun ikkreditat għall-kont tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas. L-ammont jingħata data ta' valur fuq il-kont tal-ħlas ta' min jitħallas li ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta' valur li kieku l-eżekuzzjoni saret sew. Meta dan ma jkunx għadu teknikament possibbli, min iħallas jingħata kumpens ukoll għal telf ta' mgħax. | ||||||||||||
Emenda 159 Proposta għal direttiva Artikolu 80 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Fil-każ ta' tranżazzjoni ta' ħlas li ma tkunx ġiet eżegwita jew li tkun ġiet eżegwita b'mod difettuż li għaliha l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas mhux responsabbli skont l-ewwel u t-tieni sub-paragrafi, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas ikun responsabbli lejn min iħallas. Meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas ikun responsabbli b'dan il-mod, hu, kif ikun xieraq u mingħajr dewmien bla bżonn, iħallas lura lil min iħallas l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas mhux imwettqa jew difettuża u jreġġa' lura l-kont tal-ħlas iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta' ħlas difettuża ma seħħitx. Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont tal-ħlas ta' min iħallas ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie debitat. |
Fil-każ ta' tranżazzjoni ta' ħlas li ma tkunx ġiet eżegwita jew li tkun ġiet eżegwita b'mod difettuż li għaliha l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas mhux responsabbli skont l-ewwel u t-tieni sub-paragrafi, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas ikun responsabbli lejn min iħallas. Meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas ikun responsabbli b'dan il-mod, hu, kif ikun xieraq u mingħajr dewmien bla bżonn, iħallas lura lil min iħallas l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas mhux imwettqa jew difettuża u jreġġa' lura l-kont tal-ħlas iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta' ħlas difettuża ma seħħitx. Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont tal-ħlas ta' min iħallas ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie debitat. Meta dan ma jkunx għadu teknikament possibbli, min iħallas jingħata kumpens ukoll għal telf ta' mgħax. | ||||||||||||
Emenda 160 Proposta għal direttiva Artikolu 80 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
F'każ li t-tranżazzjoni tiġi eżegwita tard, min iħallas jista' jiddeċiedi li l-ammont jingħata data ta' valur fuq il-kont tal-ħlas ta' min jitħallas mhux aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta' valur li kieku l-eżekuzzjoni saret sew. |
F'każ li t-tranżazzjoni tiġi eżegwita tard, min iħallas jista' jiddeċiedi li l-ammont jingħata data ta' valur fuq il-kont tal-ħlas ta' min jitħallas mhux aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta' valur li kieku l-eżekuzzjoni saret sew. Meta dan ma jkunx għadu teknikament possibbli, min iħallas jingħata kumpens ukoll għal telf ta' mgħax. | ||||||||||||
Emenda 161 Proposta għal direttiva Artikolu 82 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Meta r-responsabbiltà ta' fornitur ta' servizzi ta' ħlas skont l-Artikolu 80 hija attribwibbli għal fornitur ta' servizzi ta' ħlas ieħor jew għal intermedjarju, dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew intermedjarju jikkumpensa lill-ewwel fornitur ta' servizzi ta' ħlas għal kwalunkwe telf imġarrab jew somom mħallsa skont l-Artikolu 80. Dan jinkludi kumpens meta kwalunkwe fornitur ta' servizzi ta' ħlas jonqsu milli jużaw awtentikazzjoni serja tal-klijenti. |
1. Meta r-responsabbiltà ta' fornitur ta' servizzi ta' ħlas skont l-Artikoli 65 u 80 hija attribwibbli għal fornitur ta' servizzi ta' ħlas ieħor jew għal intermedjarju, dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew intermedjarju jikkumpensa lill-ewwel fornitur ta' servizzi ta' ħlas għal kwalunkwe telf imġarrab jew somom mħallsa skont l-Artikoli 65 u 80. Dan jinkludi kumpens meta kwalunkwe fornitur ta' servizzi ta' ħlas jonqsu milli jużaw awtentikazzjoni serja tal-klijenti. | ||||||||||||
Emenda 162 Proposta għal direttiva Artikolu 82 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. L-ABE jkollha l-mandat li tibda u tippromwovi medjazzjoni vinkolanti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim bejn l-awtoritajiet kompetenti li jirriżulta mill-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija f’dan l-Artikolu. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din l-emenda hija bbażata fuq kontribuzzjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE). | |||||||||||||
Emenda 163 Proposta għal direttiva Artikolu 84 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Kull ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' din id-Direttiva jitwettaq f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE, ir-regoli nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
1. L-Istati Membri jippermettu l-ipproċessar ta’ dejta personali minn sistemi ta’ ħlas u minn fornituri tas-sistemi ta’ ħlas meta jkun meħtieġ biex jitħarsu l-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-individwazzjoni ta’ frodi fil-ħlasijiet. L-ipproċessar ta’ tali dejta personali jitwettaq f’konformità mad-Direttiva 95/46/KE, ir-regoli nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-eżenzjoni għall-użu tad-dejta personali mill-PSPs tagħti ċertezza legali lill-PSPs meta din id-dejta tiġi pproċessata għall-għanijiet iddikjarati. | |||||||||||||
Emenda 164 Proposta għal direttiva Artikolu 84 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1a. Meta tiġi pproċessata dejta personali għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jiġu rispettati l-prinċipji tan-neċessità, tal-proporzjonalità, tal-limitazzjoni tal-iskop u tal-perjodu proporzjonat għaż-żamma tad-dejta; | ||||||||||||
Emenda 165 Proposta għal direttiva Artikolu 84 – paragrafu 1b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1b. B’mod partikolari, kull fornitur, aġent u utent li jipproċessa d-dejta personali għandu jikkonsulta, jipproċessa u jżomm biss id-dejta personali li hija meħtieġa għat-twettiq tas-servizzi ta’ ħlas tiegħu. | ||||||||||||
Emenda 166 Proposta għal direttiva Artikolu 84 – paragrafu 1c (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1c. Il-privatezza fid-disinn/il-privatezza prestabbilita tkun imnaqqxa fis-sistemi kollha tal-ipproċessar tad-dejta żviluppati u użati fil-qafas ta’ din id-Direttiva; | ||||||||||||
Emenda 167 Proposta għal direttiva Artikolu 84 – paragrafu 1d (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1d. Id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(j) jispeċifikaw ukoll, fost l-oħrajn, il-miżuri li għandhom l-għan li jirrispettaw il-prinċipji tas-sigurtà u l-kunfidenzjalità u jimplimentaw il-prinċipju tal-privatezza fid-disinn u l-privatezza prestabbilita. | ||||||||||||
Emenda 168 Proposta għal direttiva Artikolu 84 – paragrafu 1e (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1e. L-iżvilupp tal-istandards u l-iżgurar tal-interoperabbiltà għall-finijiet ta’ din id-Direttiva jkunu bbażati fuq valutazzjoni tal-impatt fuq il-privatezza, li għandha tippermetti li jiġu identifikati liema huma dawk ir-riskji assoċjati ma’ kull waħda mill-għażliet tekniċi disponibbli u liema huma r-rimedji li jistgħu jitpoġġew fis-seħħ biex jiġi minimizzat it-theddid għall-protezzjoni tad-dejta. | ||||||||||||
Emenda 169 Proposta għal direttiva Artikolu 85 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas huma suġġetti għal Direttiva [id-Direttiva NIS] [L-UP idaħħal in-numru tad-Direttiva ladarba tiġi adottata] u b'mod partikolari l-ġestjoni tar-riskju u r-rekwiżiti tar-rappurtaġġ tal-inċidenti fl-Artikoli 14 u 15 fih. |
1. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas jistabbilixxu qafas b’miżuri ta’ mitigazzjoni u mekkaniżmi ta’ kontroll xierqa għall-ġestjoni tar-riskji operazzjonali, inklużi r-riskji għas-sigurtà, marbutin mas-servizzi ta’ ħlas li jipprovdu. Bħala parti minn dak il-qafas, il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas jistabbilixxu u jżommu proċeduri effettivi ta’ ġestjoni tal-inċidenti, inkluża l-individwazzjoni u l-klassifikazzjoni ta’ inċidenti kbar. | ||||||||||||
Emenda 170 Proposta għal direttiva Artikolu 85 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-Awtorità nnominata fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva [Id-Direttiva NIS] [L-UP idaħħal in-numru tad-Direttiva ladarba tiġi adottata] tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju u lill-ABE bin-notifiki tal-inċidenti NIS li jkunu waslu mingħand fornituri ta' servizzi ta' ħlas. |
2. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas jinnotifikaw mingħajr dewmien kwalunkwe inċident operazzjonali kbir, inklużi inċidenti ta’ sigurtà, lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-fornitur ta' servizzi ta’ ħlas. | ||||||||||||
Emenda 171 Proposta għal direttiva Artikolu 85 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. Mal-wasla tan-notifika, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħti mingħajr dewmien id-dettalji rilevanti tal-inċident lill-ABE. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għall-konsistenza u biex tkun permessa l-possibbiltà li ma jkun hemm ebda dettalji rilevanti x’jiġu kondiviżi. | |||||||||||||
Emenda 172 Proposta għal direttiva Artikolu 85 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Mal-wasla tan-notifika, u meta rilevanti, l-ABE tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra. |
3. Mal-wasla tan-notifika l-ABE għandha, f’kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju, tivvaluta r-rilevanza tal-inċident u, abbażi, ta’ dik il-valutazzjoni, tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra. | ||||||||||||
Emenda 173 Proposta għal direttiva Artikolu 85 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3a. L-awtorità nazzjonali kompetenti taġixxi b’mod preventiv, jekk ikun meħtieġ, u sabiex tipproteġi s-sikurezza immedjata tas-sistema finanzjarja. | ||||||||||||
Emenda 174 Proposta għal direttiva Artikolu 85 – paragrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(4) [id-Direttiva NIS] [L-UP idaħħal in-numru tad-Direttiva ladarba tiġi adottata], meta l-inċident relatat mas-sigurtà jkollu l-potenzjal li jolqot l-interessi finanzjarji tal-utenti tas-servizzi ta' ħlas tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, l-Awtorità tinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-utenti ta' servizzi ta' ħlas tal-inċident u tinfurmahom dwar miżuri ta' mitigazzjoni possibbli li dawn jistgħu jieħdu min-naħa tagħhom sabiex jiġu mitigati l-effetti negattivi tal-inċident. |
4. Meta l-inċident relatat mas-sigurtà jkollu l-potenzjal li jolqot l-interessi finanzjarji tal-utenti tas-servizzi ta' ħlas tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, l-Awtorità tinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-utenti ta' servizzi ta' ħlas tal-inċident u tinfurmahom dwar il-miżuri ta' mitigazzjoni kollha disponibbli li dawn jistgħu jieħdu min-naħa tagħhom sabiex jiġu mitigati l-effetti negattivi tal-inċident. | ||||||||||||
Emenda 175 Proposta għal direttiva Artikolu 85 – paragrafu 4a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
4a. L-ABE, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE u wara konsultazzjoni mal-grupp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 5(3a), tiżviluppa linji gwida li jispeċifikaw il-qafas għan-notifika ta' inċidenti kbar imsemmijin fil-paragrafi ta' hawn fuq. Il-linji gwida jispeċifikaw il-kamp ta’ applikazzjoni u t-trattament tal-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata, inklużi l-kriterji tar-rilevanza tal-inċidenti u l-mudelli standard għan-notifika biex jiġi żgurat proċess ta’ notifika konsistenti u effiċjenti. | ||||||||||||
Emenda 176 Proposta għal direttiva Artikolu 85 – paragrafu 4b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
4b. L-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri tas-servizz ta’ ħlas jipprovdu regolarment id-dejta dwar il-frodi marbuta ma’ mezzi differenti ta’ ħlas lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-ABE. | ||||||||||||
Emenda 177 Proposta għal direttiva Artikolu 86 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas jipprovdu lill-awtorità nnominata skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva [id-Direttiva NIS] [l-UP idaħħal in-numru tad-Direttiva ladarba tiġi adottata] fuq bażi annwali informazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni tar-riskji operattivi u ta' sigurtà assoċjati mas-servizzi tal-ħlas li jipprovdu, u dwar l-adegwatezza tal-miżuri ta' mitigazzjoni u l-mekkaniżmi ta' kontroll implimentati bħala reazzjoni għal dawn ir-riskji. L-Awtorità nnominata skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva [id-Direttiva NIS] [l-UP idaħħal in-numru tad-Direttiva ladarba tiġi adottata] tittrażmetti mingħajr dewmien kopja ta' din l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju. |
1. L-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas jipprovdu lill-awtorità kompetenti fuq bażi annwali informazzjoni aġġornata u komprensiva dwar il-valutazzjoni tar-riskji operattivi u ta’ sigurtà assoċjati mas-servizzi tal-ħlas li jipprovdu, u dwar l-adegwatezza tal-miżuri ta’ mitigazzjoni u l-mekkaniżmi ta’ kontroll implimentati bħala reazzjoni għal dawn ir-riskji. | ||||||||||||
Emenda 178 Proposta għal direttiva Artikolu 86 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva [id-Direttiva NIS] [l-UP idaħħal in-numru tad-Direttiva ladarba tiġi adottata], l-ABE, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, tiżviluppa linji gwida fir-rigward tal-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri ta' sigurtà, inklużi l-proċessi ta' ċertifikazzjoni meta rilevanti. Din, fost l-oħrajn, tieħu inkunsiderazzjoni l-istandards u/jew l-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva [id-Direttiva NIS] [ l-UP idaħħal in-numru tad-Direttiva ladarba tiġi adottata]. |
2. L-ABE, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, tiżviluppa standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri ta' sigurtà, inklużi l-proċessi ta' ċertifikazzjoni meta rilevanti. Din, fost l-oħrajn, tieħu inkunsiderazzjoni l-istandards u/jew l-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati mill-Kummissjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Eurosistema tal-BĊE fir-rigward tas-sigurtà tal-ħlasijiet bl-internet fil-qafas tal-forum "SecuRePay". | ||||||||||||
|
L-ABE tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ...* | ||||||||||||
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Referenza lejn SecuRePay biex jiġi evitat it-trikkib regolatorju. Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-BĊE ser ikunu fis-seħħ fi Frar 2015. | |||||||||||||
Emenda 179 Proposta għal direttiva Artikolu 86 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. L-ABE, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, tanalizza l-linji gwida regolarment, imma mill-inqas darba kull sentejn. |
3. L-ABE, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, tanalizza l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 regolarment, imma mill-inqas darba kull sentejn. | ||||||||||||
Emenda 180 Proposta għal direttiva Artikolu 86 – paragrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva [id-Direttiva NIS] [l-UP idaħħal in-numru tad-Direttiva ladarba tiġi adottata], l-ABE toħroġ linji gwida sabiex tagħmilha faċli għall-fornituri ta' servizzi tal-ħlas li jikkwalifikaw inċidenti kbar u ċ-ċirkostanzi li fihom istituzzjoni tal-ħlas tkun meħtieġa tinnotifika inċident tas-sigurtà. Dawn il-linji gwida jinħarġu minn (daħħal id-data - sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva). |
4. L-ABE tikkoordina l-qsim tal-informazzjoni fil-qasam tar-riskji operattivi u dawk tas-sigurtà assoċjati mas-servizzi tal-ħlas mal-awtoritajiet kompetenti u l-BĊE. | ||||||||||||
Emenda 181 Proposta għal direttiva Artikolu 87 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Meta fornitur tas-servizz ta' ħlas jipprovdi s-servizzi msemmija fil-punt 7 tal-Anness I, huwa jawtentika lilu nnifsu lejn il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet ta' sid il-kont. |
2. Meta fornitur tas-servizz ta' ħlas jipprovdi s-servizzi msemmija fil-punt 7 tal-Anness I, huwa jawtentika lilu nnifsu lejn il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet ta' sid il-kont skont l-istandards miftuħin tal-komunikazzjoni komuni u siguri kif definiti fl-Artikolu 94a. | ||||||||||||
Emenda 182 Proposta għal direttiva Artikolu 87 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. L-ABE, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, toħroġ linji gwida indirizzati lill-fornituri ta' servizzi ta' ħlas kif stabbiliti fl-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva b'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar awtentikazzjoni tal-klijenti mill-aktar avvanzata u kwalunkwe eżenzjoni għall-użu ta' awtentikazzjoni serja tal-klijenti. Dawn il-linji gwida jinħarġu minn (daħħal id-data — sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva) u jiġu aġġornati fuq bażi regolari kif ikun xieraq. |
3. L-ABE, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE u wara konsultazzjoni mal-KEPD u mal-grupp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 5(3a), toħroġ linji gwida indirizzati lill-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas kif stabbiliti fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva b’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar kif il-fornituri tas-servizz ta’ ħlas ta’ parti terzi għandhom jawtentikaw lilhom infushom lejn il-fornituri tas-servizz ta’ ħlas għall-manteniment tal-kontijiet, dwar awtentikazzjoni tal-klijenti mill-aktar avvanzata u dwar kwalunkwe eżenzjoni għall-użu ta’ awtentikazzjoni serja tal-klijenti. Dawn il-linji gwida jidħlu fis-seħħ qabel id-data finali tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva u jiġu aġġornati fuq bażi regolari kif ikun xieraq. | ||||||||||||
Emenda 183 Proposta għal direttiva Artikolu 88 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri li jippermettu lill-utenti ta' servizzi ta' ħlas u partijiet interessati oħra, inklużi assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, biex jissottomettu lmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' allegat ksur mill-fornituri ta' servizzi ta' ħlas ta' din id-Direttiva. |
1. L-Istati Membri jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri li jippermettu lill-utenti ta' servizzi ta' ħlas u partijiet interessati oħra, inklużi assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, biex jissottomettu lmenti lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-awtoritajiet tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) fir-rigward ta' allegat ksur mill-fornituri ta' servizzi ta' ħlas ta' din id-Direttiva. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Biex jiġi akkommodat il-fatt li mhux l-awtoritajiet kompetenti kollha jittrattaw l-ilmenti. | |||||||||||||
Emenda 184 Proposta għal direttiva Artikolu 89 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw u jissorveljaw il-konformità effettiva ma' din id-Direttiva. Dawk l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw din il-konformità. Huma jkunu indipendenti mill-fornituri ta' servizzi ta' ħlas. Dawn ikunu awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 1039/2010. |
1. L-Istati Membri jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw u jissorveljaw il-konformità effettiva ma' din id-Direttiva. Dawk l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw din il-konformità. Huma jkunu indipendenti mill-fornituri ta' servizzi ta' ħlas. Dawn ikunu awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 1093/2010. | ||||||||||||
Emenda 185 Proposta għal direttiva Artikolu 89 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikollhom il-poteri kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom. Meta jkun hemm iktar minn awtortià waħda kompetenti sabiex tiżgura u tissorvelja l-konformità effettiva ma' din id-Direttiva, l-Istati Membri jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu b'mod effettiv id-dmirijiet rispettivi tagħhom. |
2. L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikollhom il-poteri u r-riżorsi kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom. | ||||||||||||
Emenda 186 Proposta għal direttiva Artikolu 89 – paragrafu 4a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
4a. L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BĊE, toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar il-proċeduri ta' lment li għandhom jitqiesu biex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti skont din id-Direttiva kif stabbilit fil-paragrafu 1 hawn fuq. Dawn il-linji gwida jinħarġu sa ...* [daħħal id-data – sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u jiġu aġġornati fuq bażi regolari, kif ikun xieraq. | ||||||||||||
Emenda 187 Proposta għal direttiva Artikolu 90 – paragrafu 1 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 188 Proposta għal direttiva Artikolu 90 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas jagħmlu kull sforz possibbli biex iwieġbu, bil-miktub, għall-ilmenti tal-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas u jindirizzaw il-punti kollha mqajma, f’limitu ta’ ħin adegwat u mhux aktar tard minn 15-il jum xogħol. F'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, jekk it-tweġiba ma tistax tingħata fi żmien 15-il jum xogħol għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, huwa jkun obbligat li jibgħat tweġiba interlokutorja, li tindika b'mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien fl-għoti tat-tweġiba għall-ilment u jispeċifika l-iskadenza sa meta l-konsumatur għandu jirċievi t-tweġiba finali. Din l-iskadenza ma tistax, fi kwalunkwe każ, taqbeż 30 jum xogħol. |
2. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas jagħmlu kull sforz possibbli biex iwieġbu, bil-miktub, għall-ilmenti tal-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas u jindirizzaw il-punti kollha mqajma, f’limitu ta’ ħin adegwat u mhux aktar tard minn 15-il jum xogħol. F'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, jekk it-tweġiba ma tistax tingħata fi żmien 15-il jum xogħol għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, huwa jkun obbligat li jibgħat tweġiba interlokutorja, li tindika b'mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien fl-għoti tat-tweġiba għall-ilment u jispeċifika l-iskadenza sa meta l-konsumatur għandu jirċievi t-tweġiba finali. Din l-iskadenza ma tistax, fi kwalunkwe każ, taqbeż 15-il jum xogħol. Meta Stat Membru jkollu proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' lmenti aktar komprensivi rregolati mill-awtorità kompetenti nazzjonali, jistgħu jiġu applikati r-regoli tal-Istat Membru. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-proċedura għat-tweġiba tal-ilmenti m’għandhiex tkun imtawla żżejjed. Anki f’każijiet eċċezzjonali, 15+15-il jum xogħol għandhom ikunu biżżejjed. | |||||||||||||
Emenda 189 Proposta għal direttiva Artikolu 90 – paragrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tingħata b'mod li wieħed jista' jkollu aċċess faċli, dirett, prominenti u permanenti għaliha fuq il-websajt tan-negozjant, jekk din tkun teżisti, fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti bejn il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas u l-utent tas-servizz tal-ħlas u fil-fatturi u l-irċevuti li għandhom x'jaqsmu ma' tali kuntratti. Din tispeċifika kif informazzjoni ulterjuri dwar l-entità ta' rimedju barra l-qorti kkonċernata u dwar il-kundizzjonijiet għall-użu tagħha tista' tiġi aċċessata. |
4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tingħata b’mod ċar, li jinftiehem u li wieħed jista’ jkollu aċċess faċli għaliha fuq il-websajt tan-negozjant, jekk din tkun teżisti, u, jekk ikun il-każ, fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt ta’ bejgħ jew servizz bejn in-negozjant u konsumatur. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Id-dispożizzjoni attwali tmur lil hinn mid-dettall tad-Direttiva dwar is-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim peress li tirreferi għall-fatturi u l-irċevuti. Iż-żieda ta’ rekwiżit ulterjuri biex tiġi pprovduta din l-informazzjoni dwar l-irċevuti u l-fatturi kollha tista’ tkun ta’ piż għan-negozji ż-żgħar u mhux prattika għan-negozji li jużaw numru ta’ skemi ta’ ADR differenti, li jirriflettu l-firxa tal-oġġetti u s-servizzi li jbiegħu. | |||||||||||||
Emenda 190 Proposta għal direttiva Artikolu 91 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-Istati Membri jiżguraw li proċeduri ta' lmenti u ta' rimedju xierqa u effettivi għar-riżoluzzjoni ta' lmenti bejn l-utenti ta' servizzi ta' ħlas u l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva huma stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti, bl-użu ta' korpi eżistentimeta xieraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-proċeduri huma applikabbli għall-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u li jkopru wkoll l-attivitajiet tar-rappreżentanti maħtura. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċeduri ta' lmenti u ta' rimedju adegwati, indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettivi għar-riżoluzzjoni ta' lmenti bejn l-utenti ta' servizzi ta' ħlas u l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva huma stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti, bl-użu ta' korpi kompetenti eżistenti meta xieraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-proċeduri huma applikabbli u aċċessibbli kemm mill-utenti tas-servizzi ta' ħlas kif ukoll mill-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u li jkopru wkoll l-attivitajiet tar-rappreżentanti maħtura. | ||||||||||||
Emenda 191 Proposta għal direttiva Artikolu 91 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1a. L-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas jaderixxu ma' korp wieħed jew aktar tal-ADR. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Allinjament mad-Direttiva 2013/11/UE dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi). | |||||||||||||
Emenda 192 Proposta għal direttiva Artikolu 91 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-Istati Membri jitolbu li l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 jikkooperaw fir-riżoluzzjoni ta' tilwim transfruntiera dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva. |
2. L-Istati Membri jitolbu li l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 jikkooperaw fis-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva. L-Istati Membri jiżguraw li dawk il-korpi jkollhom kapaċità suffiċjenti biex jinvolvu ruħhom b'mod adegwat u effiċjenti f'din il-kooperazzjoni transkonfinali. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Huwa pjuttost komuni li l-korpi ta’ barra mill-qorti jkunu b’saħħithom f’perspettiva nazzjonali, iżda dgħajfin fir-rigward ta’ kwistjonijiet transfruntieri. Sabiex is-suq intern jaħdem tajjeb, jeħtieġ li l-kapaċitajiet transfruntieri jiġu msaħħa. | |||||||||||||
Emenda 193 Proposta għal direttiva Artikolu 92 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2а. L-ABE toħroġ linji gwida dwar il-penali msemmija fil-paragrafu 2 u għandha tiżgura li dawn ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. | ||||||||||||
Emenda 194 Proposta għal direttiva Titolu 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
ATTI DELEGATI |
ATTI DELEGATI U STANDARDS TEKNIĊI | ||||||||||||
Emenda 195 Proposta għal direttiva Artikolu 93a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 93a | ||||||||||||
|
Standards Tekniċi | ||||||||||||
|
L-ABE tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fl-Artikoli 7 u 8 u tar-rekwiżiti ta' salvagwardja fl-Artikolu 9. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din l-emenda hija bbażata fuq kontribuzzjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE). | |||||||||||||
Emenda 196 Proposta għal direttiva Artikolu 94 – paragrafu 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
5. L-att iddelegat adottat skont l-Artikolu 93 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jiġġedded b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
5. L-att iddelegat adottat skont l-Artikolu 93 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jiġġedded b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. | ||||||||||||
Emenda 197 Proposta għal direttiva Artikolu 94 a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 94a | ||||||||||||
|
Standards miftuħin tal-komunikazzjoni komuni u siguri | ||||||||||||
|
1. L-ABE, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE u wara konsultazzjoni mal-grupp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 5(3a), tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji fl-għamla ta' standards miftuħin tal-komunikazzjoni komuni u siguri biex tistabbilixxi kif il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għall-manteniment tal-kontijiet u l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas ta' parti terza jew emittenti ta' strumenti tal-ħlas ta' parti terza jikkomunikaw ma' xulxin. | ||||||||||||
|
L-ABE tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ...* [12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. | ||||||||||||
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. | ||||||||||||
|
2. L-istandards miftuħin tal-komunikazzjoni komuni u siguri msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu speċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali għat-trażmissjoni ta' informazzjoni u jiffukaw fuq l-ottimizzazzjoni tas-sigurtà u l-effiċjenza fil-komunikazzjoni. | ||||||||||||
|
3. L-istandards miftuħin tal-komunikazzjoni komuni u siguri jispeċifikaw b'mod partikolari, abbażi tad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 58 u 87, kif il-fornituri tas-servizzi ta' ħlas ta' parti terza għandhom jawtentikaw lilhom infushom fil-konfront tal-fornituri tas-servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet u kif il-fornituri tas-servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet għandhom jinnotifikaw u jinfurmaw lill-fornituri tas-servizzi ta' ħlas ta' parti terza. | ||||||||||||
|
4. L-ABE, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, tiżgura li l-istandards miftuħin tal-komunikazzjoni komuni u siguri jiġu żviluppati wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati kollha fis-suq tas-servizzi tal-ħlas inklużi l-partijiet interessati li joperaw barra l-industrija bankarja. | ||||||||||||
|
5. L-Istati Membri jiżguraw li l-istandards miftuħin tal-komunikazzjoni komuni u siguri jintużaw mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għall-manteniment tal-kontijiet, mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas ta' parti terza u mill-emittenti tal-istrumenti tal-ħlas ta' parti terza. | ||||||||||||
|
6. L-istandards miftuħin tal-komunikazzjoni komuni u siguri jkunu soġġetti għal rieżami regolari sabiex jittieħed kont tal-innovazzjonijiet u l-iżviluppi tekniċi. | ||||||||||||
|
7. Dan l-Artikolu ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ obbligi oħrajn stabbiliti f’din id-Direttiva. | ||||||||||||
Emenda 198 Proposta għal direttiva Artikolu 94b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 94b | ||||||||||||
|
1. L-ABE tqiegħed għad-dispożizzjoni fuq il-websajt tagħha lista tal-fornituri ta' servizzi ta' ħlas awtorizzati fl-Unjoni. | ||||||||||||
|
2. Dik il-lista tirreferi għall-fornituri ta' servizzi ta' ħlas awtorizzati li r-reġistrazzjoni tagħhom qed tiġi revokata u r-raġunijiet għalfejn. | ||||||||||||
|
3. Il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas kollha joffru links diretti fuq il-websajts tagħhom għall-websajt tal-awtorità kompetenti tad-domiċilju li telenka l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas awtorizzati kollha. | ||||||||||||
Emenda 199 Proposta għal direttiva Artikolu 94c (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 94c | ||||||||||||
|
Obbligu li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom | ||||||||||||
|
1. Sa ...* [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni pubblika dwar abbozz, tipproduċi fuljett elettroniku faċli għall-utent li jelenka b'mod ċar u faċli biex jinftiehem id-drittijiet tal-konsumaturi skont din id-Direttiva u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata. | ||||||||||||
|
2. Il-fuljett imsemmi fil-paragrafu 1 jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi kollha fl-Unjoni u partijiet interessati oħra fuq il-websajts tal-Kummissjoni, tal-ABE u tar-regolaturi bankarji nazzjonali u jkun faċli biex jitniżżel u jiġi trasferit għal websajts oħrajn. Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri, lill-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi dwar il-pubblikazzjoni tal-fuljett. | ||||||||||||
|
3. Il-fornituri kollha ta' servizzi ta' ħlas jiżguraw li l-fuljett fil-format oriġinali tiegħu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi kollha b'mod elettroniku fuq il-websajts tagħhom u b'mod stampat fil-fergħat tagħhom, għand l-aġenti tagħhom u l-entitajiet li lilhom jiġu esternalizzati l-attivitajiet tagħhom. | ||||||||||||
|
F'dawk il-fergħat, u għand dawk l-aġenti u l-entitajiet, ikun espost b'mod viżibbli għall-konsumaturi l-avviż li ġej, li jkun jinqara b'mod ċar, u li jkun fih dan il-kliem: "Saqsi mal-bank għad-dokument li jispjega d-drittijiet tiegħek bħala utent ta' servizzi ta' ħlas". | ||||||||||||
|
Fuq il-websajts tagħhom, ikun hemm espost dan l-avviż, viżibbli b'mod ċar: "Ikklikkja hawn għad-drittijiet tiegħek bħala utent ta' servizzi ta' ħlas". Il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas jiżguraw ukoll li din l-informazzjoni tkun aċċessibbli faċilment mill-klijenti tagħhom il-ħin kollu permezz tal-kontijiet onlajn tagħhom, meta jkunu disponibbli. | ||||||||||||
|
4. Partikolarment, il-fuljett jitqassam b'mod elettroniku jew stampat meta l-klijent jidħol fi kwalunkwe tip ta' kuntratt jew, għal klijenti li huma diġà klijenti eżistenti fid-data tal-pubblikazzjoni tal-fuljett, billi jiġu infurmati fi żmien sena mill-pubblikazzjoni tal-fuljett mill-Kummissjoni. | ||||||||||||
|
5. L-istituzzjonijiet ta' ħlas kollha joffru links diretti fuq il-websajts tagħhom għall-websajt tal-awtorità kompetenti li telenka l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas iċċertifikati kollha. | ||||||||||||
|
6. Il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas ma jimponux tariffi fuq il-klijenti tagħhom talli jipprovdu informazzjoni skont dan l-Artikolu. | ||||||||||||
|
7. Fir-rigward ta' persuni għomja u b'vista mnaqqsa, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jiġu applikati bl-użu ta' mezzi alternattivi xierqa. | ||||||||||||
Emenda 200 Proposta għal direttiva Artikolu 95 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Meta Stat Membru jagħmel użu minn kwalunkwe waħda mill-possibbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 1, huwa jinforma lill-Kummissjoni dwar dan kif ukoll dwar kwalunkwe bidla sussegwenti. Il-Kummissjonia tagħmel l-informazzjoni pubblika permezz ta' website jew permezz ta' mod ieħor faċilment aċċessibbli. |
2. Meta Stat Membru jagħmel użu minn kwalunkwe waħda mill-possibbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 1, huwa jinforma lill-Kummissjoni dwar dan kif ukoll dwar kwalunkwe bidla sussegwenti. Il-Kummissjoni tagħmel l-informazzjoni pubblika permezz ta' websajt jew permezz ta' mod ieħor faċilment aċċessibbli u fl-istess ħin tinforma lill-Parlament dwar dan. | ||||||||||||
Emenda 201 Proposta għal direttiva Artikolu 96 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Sa ...*, il-Kummissjoni tippreżenta rapport, jekk ikun xieraq akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, dwar l-impatt tal-inklużjoni ta' skemi ta' tliet partijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għas-sistemi ta' ħlas, filwaqt li tqis b'mod partikolari l-livell ta' kompetizzjoni u s-sehem mis-suq tal-iskemi tal-kards. | ||||||||||||
|
____________ | ||||||||||||
|
* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. |
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (18.12.2013)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE
(COM(2013)0547 – C7‑0230/2013 – 2013/0264(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Dimitar Stoyanov
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Din il-proposta għal direttiva għandha l-għan li tiffavorixxi żvilupp ulterjuri tas-suq tal-ħlasijiet elettroniċi fil-livell tal-Unjoni, peress li l-ekonomija diġitali qiegħda tieħu post l-iskambji tradizzjonali filwaqt li d-drawwiet ta' ħlas mill-konsumaturi qed jevolvu. Hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
L-informazzjoni disponibbli permezz ta' għadd ta' opinjonijiet u kummenti tal-partijiet ikkonċernati turi l-ħtieġa ta' bidliet fil-qafas regolatorju fis-seħħ, b'mod li jirrispondi aħjar għall-ħtiġijiet ta' suq Ewropew ta' ħlasijiet effettivi u jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' ambjent ta' ħlasijiet li jsostni l-kompetizzjoni, jiffavorixxi l-innovazzjoni u jiggarantixxi s-sigurtà.
Meta wieħed jikkunsidra l-ħtieġa taċ-ċarezza ġuridika u l-kundizzjonijiet kompetittivi ugwali, il-qafas li attwalment jiggverna s-servizzi ta' ħlasijiet għandu jiġi aġġornat supplimentat permezz tal-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet li għandhom l-għan isaħħu t-trasparenza, jiffavorixxu l-innovazzjoni u jiggarantixxu s-sigurtà fis-servizzi ta' ħlasijiet għall-individwi kif ukoll biex titjieb il-koerenza tar-regolamenti nazzjonali.
L-analiżi tal-impatt li saret mill-Kummissjoni, li fil-qafas tagħha l-Kummissjoni analizzat il-konsegwenzi potenzjali tan-nuqqas ta' suq Ewropew integrat tal-ħlasijiet, elenkat problemi li għandhom konsegwenzi għall-konsumaturi, in-negozjanti, il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u s-suq ta' servizzi ta' ħlas b'mod ġenerali.
L-għażliet li jippermettu t-titjib ta' dan il-fattur jikkonsistu fl-iffaċilitar tal-ħolqien ta' kundizzjonijiet kompetittivi ugwali bejn il-fornituri diġà stabbiliti u fornituri ġodda tas-servizzi ta' ħlas bil-karta tal-kreditu, bl-internet u bit-telefon ċellulari; fiż-żieda tal-effiċjenza, it-trasparenza u l-għażla tas-soluzzjonijiet ta' ħlas għall-utenti tas-servizzi ta' ħlas; filwaqt li jiggarantixxu lil dawn tal-aħħar livell ogħla ta' protezzjoni.
Id-direttiva l-ġdida proposta fiha bosta adattamenti għad-direttiva attwalment fis-seħħ dwar is-servizzi ta' ħlas u timponi ċerti obbligi ġodda għall-Istati Membri b'ċertu marġini ta' diskrezzjoni fir-rigward tal-mod kif dawn l-obbligi jiġu trasposti fid-dritt nazzjonali.
Il-prinċipji, ir-regoli, il-proċeduri u n-normi applikabbli għandhom ikunu koerenti fl-Istati Membri kollha għal raġunijiet ta' sigurtà ġuridika u ta' ugwaljanza bejn il-parteċipanti kollha fis-suq.
L-objettivi tal-proposta jikkonformaw bis-sħiħ mal-politika tal-Unjoni dwar l-istabbiliment ta' suq intern tas-servizzi ta' ħlas effettiv, il-protezzjoni tad-data personali, is-sanzjonijiet amministrattivi u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 25 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
25. "aġent" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi akkont ta' istituzzjoni tal-ħlas fil-forniment tas-servizzi tal-ħlas; |
25. "aġent": tfisser persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f'isem u akkont ta' istituzzjoni tal-ħlas fil-forniment tas-servizzi tal-ħlas; |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 28 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
28. "mezz durabbli" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-utent tas-servizzi tal-ħlas jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lilu b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perijodu ta' żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li jippermetti riproduzzjoni mingħajr tibdil tal-informazzjoni maħżuna; |
28. "mezz durabbli": tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-utent tas-servizzi tal-ħlas jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lilu b'mod aċċessibbli faċilment għall-utent tas-servizzi tal-ħlas u għal referenza futura għal perjodu ta' żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li jippermetti riproduzzjoni mingħajr tibdil tal-informazzjoni maħżuna; |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(а) programm ta' operazzjonijiet li jispeċifika b'mod partikolari t-tip tas-servizzi tal-ħlas previsti; |
(а) programm ta' operazzjonijiet li jispeċifika t-tipi kollha tas-servizzi tal-ħlas previsti; |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(е) deskrizzjoni tal-proċedura fis-seħħ biex jiġu mmonitorjati, ittrattati u segwiti ilment tal-konsumaturi marbuta ma' inċidenti ta' sigurtà u sigurtà, inkluż mekkaniżmu ta’ rappurtar ta’ inċidenti li jqis l-obbligu tan-notifika tal-istituzzjoni tal-ħlas stabbilit fl-Artikolu 86; |
(е) deskrizzjoni tal-proċedura fis-seħħ biex jiġu mmonitorjati, ittrattati, segwiti u riżolti lmenti tal-konsumaturi marbuta ma' inċidenti ta' sigurtà u sigurtà, inkluż mekkaniżmu ta’ rappurtar ta’ inċidenti li jqis l-obbligu tan-notifika tal-istituzzjoni tal-ħlas stabbilit fl-Artikolu 86; |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt i | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) deskrizzjoni tal-prinċipji u d-definizzjonijiet applikati għall-ġbir tad-dejta statistika tal-prestazzjoni, tranżazzjonijiet u frodi; |
(i) deskrizzjoni tal-prinċipji u d-definizzjonijiet applikati għall-ġbir tad-dejta statistika dwar prestazzjoni, tranżazzjonijiet u frodi, li jridu jkunu konformi mad-dritt nazzjonali u mad-dritt tal-Unjoni li jkunu fis-seħħ; |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) F'każijiet fejn il-fondi tal-utenti tas-servizzi ta' ħlas għandhom jintużaw għal ordni ta' ħlas rapidu jew debitu dirett u, qabel l-iskadenza tal-ħlas rapidu jew awtomatiku, jinfetħu proċedimenti legali kontra l-utent tal-fondi li jwasslu għall-iffriżar tagħhom, il-fondi miżmuma mill-istituzzjoni tal-ħlas ma jistgħux jiġu bblukkati jekk l-ordni ta' ħlas rapidu jew id-debitu dirett ikun inħareġ qabel id-deċiżjoni ġudizzjarja li tiffriża l-fondi. |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Artikolu 33 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3а. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi li jużaw servizzi ta' trasferiment tal-kont ta' pagament jirċievu mill-fornituri tas-servizzi ta' ħlas li jagħmlu t-trasferiment informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet kompletati preċedentement, u dan fuq talba, bi prezz raġonevoli u b'mezz durabbli. |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Artikolu 34 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-piż tal-provi għandu jaqa' fuq il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas biex jagħti prova li kkonforma mar-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti f'dan it-Titolu. |
L-oneru tal-provi għandu jaqa' fuq il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas biex jagħti prova li kkonforma mar-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti f'dan it-Titolu. |
Ġustifikazzjoni | |
L-oneru tal-prova f'każijiet ta' nonkonformità mar-rekwiżiti tad-dispożizzjoni tal-informazzjoni dwar is-servizzi ta' ħlas għandu jintrefa' mill-fornitur tas-servizzi ta' ħlas. L-Istati Membri m'għandux ikollhom il-possibbiltà li jistipulaw alternattivi oħra. | |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(а) deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizzi tal-ħlas li se jiġu fornuti; |
(а) deskrizzjoni ċara tal-karatteristiċi prinċipali ta' servizzi ta’ ħlas li se jiġu fornuti; |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Artikolu 62 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(а) li jiżgura li l-karatteristiċi personalizzati ta' sigurtà ta' strument tal-ħlas ma jkunux aċċessibbli għal partijiet li mhumiex l-utent ta' servizzi tal-ħlas intitolat li juża l-istrument tal-ħlas, mingħajr preġudizzju għall-obbligi fuq l-utent ta' servizzi tal-ħlas stabbiliti fl-Artikolu 61; |
(а) li jiżgura li l-karatteristiċi personalizzati ta' sigurtà ta' strument tal-ħlas huma fil-fatt sikuri u ma jkunux aċċessibbli għal partijiet li mhumiex l-utent ta' servizzi tal-ħlas intitolat li juża l-istrument tal-ħlas, mingħajr preġudizzju għall-obbligi fuq l-utent ta' servizzi tal-ħlas stabbiliti fl-Artikolu 61; |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 66 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B'deroga mill-Artikolu 65, min iħallas jista' jkun obbligat iġorr it-telf relatat ma' kwalunkwe tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata, sa massimu ta' EUR 50, li jirriżulta mill-użu ta' strument tal-ħlas mitluf jew misruq jew mill-misapprorjazzjoni ta' strument tal-ħlas. |
B'deroga mill-Artikolu 65, min iħallas jista' jkun obbligat iġorr it-telf relatat ma' kwalunkwe tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata, sa massimu ta' EUR 50 jew ekwivalenti, li jirriżulta mill-użu ta' strument tal-ħlas mitluf jew misruq jew mill-misapprorjazzjoni ta' strument tal-ħlas. |
Ġustifikazzjoni | |
L-ammont imsemmi huwa biss f'Euro. Għandhom ikunu kkunsidrati Stati Membri b'munita differenti u għandu jkun aċċettat ammont ekwivalenti fil-munita ta' dak l-Istat Membru, peress li r-rati tal-kambju jinbidlu kuljum. | |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 66a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 66a |
|
Tranżazzjonijiet ta' ħlas fejn l-ammont tat-tranżazzjonijiet mhuwiex magħruf minn qabel |
|
1. F'każ ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas fejn l-ammont ma jkunx magħruf fil-ħin tax-xiri, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ammont massimu raġonevoli ta' fondi li jista' jkun ibblukkat mill-kont ta' pagament ta' min iħallas, u perjodu ta' żmien massimu li matulu dawk il-fondi se jkunu bblukkati mill-benefiċjarju. |
|
2. Il-benefiċjarju għandu jkollu l-obbligu li, qabel it-tranżazzjoni ta' ħlas, jinforma lil min iħallas jekk il-fondi li jaqbżu l-ammont tax-xiri jkunu se jiġu bblukkati mill-kont tal-pagament ta' min iħallas. |
|
3. Jekk il-fondi li jaqbżu l-ammont tax-xiri jkunu bblukkati mill-kont tal-pagament ta' min iħallas, il-fornitur tas-servizzi ta' ħlas għandu jinforma b'dan lil min iħallas permezz ta' rendikont tal-kont tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
F'bosta każijiet, il-prezz finali tas-servizz provdut ma jkunx magħruf fil-ħin tat-tranżazzjoni, u negozjanti bħal kumpaniji tal-kiri tal-karozzi, lukandi eċċ. jibblukkaw għal perjodi ta' żmien twal ammonti li huma ogħla minn dawk meħtieġa mill-kumpanija tal-kreditu jew tal-karta ta' debitu ta' min iħallas. Tali prattiki jiggarantixxu li n-negozju jirċievi l-ħlas, iżda mingħajr ma l-konsumatur ikun infurmat b'dan qabel ma ssir it-tranżazzjoni ta' ħlas, jew min-negozjant jew mill-fornitur tas-servizzi ta' ħlas. | |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 89 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fil-każ ta' ksur jew ksur suspettat tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont it-Titoli III u IV, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, ħlief għall-aġenti u l-fergħat li jwettqu xogħolhom skont id-dritt ta' stabbiliment meta l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru ospitanti. |
3. Fil-każ ta' ksur jew ksur suspettat tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont it-Titoli III u IV, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru ospitanti tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-monitoraġġ tal-operazzjonijiet attwali tal-fornituri tas-servizzi ta' ħlas għandu jsir mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għaliex huma jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jagħmlu dan. L-awtoritajiet fl-Istat Membru ospitanti għandhom ikunu kapaċi jieħdu azzjoni diretta meta l-fornitur tas-servizzi ta' ħlas ma jissodisfax l-obbligi u r-responsabbiltajiet tiegħu. | |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 90 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas stabbilixxew proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim tal-konsumaturi li huma effettivi u adegwati għar-riżoluzzjoni ta' lmenti mill-utenti ta' servizzi ta' ħlas li jirrigwardaw id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva. |
1. L-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas stabbilixxew u applikaw proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim tal-konsumaturi li huma effettivi u adegwati għar-riżoluzzjoni ta' lmenti mill-utenti ta' servizzi ta' ħlas li jirrigwardaw id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva u għandhom jimmonitorjaw l-prestazzjoni tagħhom f'dak ir-rigward. |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 90 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tingħata b'mod li wieħed jista' jkollu aċċess faċli, dirett, prominenti u permanenti għaliha fuq il-websajt tan-negozjant, jekk din tkun teżisti, fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti bejn il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas u l-utent tas-servizz tal-ħlas u fil-fatturi u l-irċevuti li għandhom x'jaqsmu ma' tali kuntratti. Din tispeċifika kif informazzjoni ulterjuri dwar l-entità ta' rimedju barra l-qorti kkonċernata u dwar il-kundizzjonijiet għall-użu tagħha tista' tiġi aċċessata. |
4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata b'mod ċar, li jiftiehem u li wieħed jista' jkollu aċċess għaliha faċilment fuq il-websajt tan-negozjant, jekk din tkun teżisti, u, jekk ikun il-każ, fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti ta’ bejgħ jew tas-servizz bejn in-negozjant u konsumatur. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-formulazzjoni proposta tmur lil hinn mill-formulazzjoni tad-Direttiva għas-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) billi żżid r-rekwiżit li din l-informazzjoni tingħata fuq l-irċevuti u l-fatturi kollha u dan jista' jkun ta' piż għal ċerti SMEs. Hawnhekk l-aħjar li tintuża l-formulazzjoni tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva ADR. | |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 91 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri jiżguraw li proċeduri ta' lmenti u ta' rimedju xierqa u effettivi għar-riżoluzzjoni ta' lmenti bejn l-utenti ta' servizzi ta' ħlas u l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva huma stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti, bl-użu ta' korpi eżistenti meta xieraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-proċeduri huma applikabbli għall-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u li jkopru wkoll l-attivitajiet tar-rappreżentanti maħtura. |
1. L-Istati Membri jiżguraw li proċeduri ta' lmenti u ta' rimedju xierqa u effettivi għar-riżoluzzjoni ta' lmenti bejn l-utenti ta' servizzi ta' ħlas u l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva huma stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti, bl-użu ta' korpi eżistenti u kompetenti meta xieraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-proċeduri huma applikabbli u aċċessibbli kemm mill-utenti tas-servizzi ta' ħlas kif ukoll mill-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u li jkopru wkoll l-attivitajiet tar-rappreżentanti maħtura. |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 92 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2а. L-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar is-sanzjonijiet skont il-paragrafu 2 u għandha tiżgura li dawn ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 94 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-att iddelegat adottat skont l-Artikolu 93 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jiġġedded b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
5. L-att iddelegat adottat skont l-Artikolu 93 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jiġġedded b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa neċessarju li jiġi estiż iż-żmien previst li fih jistgħu jitqajmu l-oġġezzjonijiet, sabiex il-Parlament u l-Kunsill ikunu jistgħu jistudjaw bir-reqqa l-att delegat u jiddeterminaw jekk l-adozzjoni tiegħu f'dik il-forma hijiex xierqa u korretta. | |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Artikolu 95 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meta Stat Membru jagħmel użu minn kwalunkwe waħda mill-possibbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 1, huwa jinforma lill-Kummissjoni dwar dan kif ukoll dwar kwalunkwe bidla sussegwenti. Il-Kummissjonia tagħmel l-informazzjoni pubblika permezz ta' website jew permezz ta' mod ieħor faċilment aċċessibbli. |
2. Meta Stat Membru jagħmel użu minn kwalunkwe waħda mill-possibbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 1, huwa jinforma lill-Kummissjoni dwar dan kif ukoll dwar kwalunkwe bidla sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni pubblika permezz ta' websajt jew permezz ta' mod ieħor faċilment aċċessibbli u fl-istess ħin għandha tinforma lill-Parlament dwar dan. |
PROĊEDURA
Titolu |
Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern |
||||
Referenzi |
COM(2013)0547 – C7-0230/2013 – 2013/0264(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 8.10.2013 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 8.10.2013 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Dimitar Stoyanov 14.10.2013 |
||||
Eżami fil-kumitat |
26.11.2013 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
17.12.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
23 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Dimitar Stoyanov, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Eva Lichtenberger, József Szájer, Axel Voss |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Silvia Costa, Jürgen Klute, Kay Swinburne |
||||
PROĊEDURA
Titolu |
Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern |
||||
Referenzi |
COM(2013)0547 – C7-0230/2013 – 2013/0264(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
24.7.2013 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 8.10.2013 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 8.10.2013 |
IMCO 8.10.2013 |
JURI 8.10.2013 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ITRE 25.9.2013 |
IMCO 25.9.2013 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Diogo Feio 10.9.2013 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
5.11.2013 |
17.12.2013 |
12.2.2014 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
20.2.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
36 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marino Baldini, Jean-Paul Besset, Sharon Bowles, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Diogo Feio, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Syed Kamall, Jürgen Klute, Hans-Peter Martin, Alfredo Pallone, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Sampo Terho, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Fabrizio Bertot, Herbert Dorfmann, Bas Eickhout, Sari Essayah, Ashley Fox, Sophia in ‘t Veld, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Catherine Stihler, Nils Torvalds, Emilie Turunen |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen |
||||
Data tat-tressiq |
12.3.2014 |
||||