RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-UE rigward l-implimentazzjoni teknika tal-Protokoll taʼ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima
12.3.2014 - (COM(2013)0769 – C7-0393/2013 – 2013/0377(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Vladimir Urutchev
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-UE rigward l-implimentazzjoni teknika tal-Protokoll taʼ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima
(COM(2013)0769 – C7-0393/2013 – 2013/0377(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0769),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0393/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta’ Frar 2014[1],
– wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni ,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0171/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 5b (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(5b) Ir-regoli internazzjonali rilevanti dwar il-kontabilità tal-emissjonijiet u l-progress lejn l-ilħuq tal-impenji għandhom jiġu adottati matul il-konferenza li jmiss dwar il-klima f'Diċembru 2014 li se ssir f'Lima. Il-Kummissjoni għandha għaldaqstant taħdem mal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi sabiex tiżgura l-adozzjoni formali tar-regoli taʼ kontabilità tal-Protokoll taʼ Kjoto matul il-konferenza dwar il-klima li se ssir f'Lima. Ir-riżultat ta' dawn ir-regoli għandu jidher fl-implimentazzjoni tar-reġistru tal-Unjoni u fl-atti ddelegati previsti f'dan ir-Regolament. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Emenda/ tibdil tal-Emenda 5 (premessa 5b) mir-Rapporteur. | |||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 5c (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(5c) B'riżultat tat-tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni, li huwa dovut għall-politiki dwar il-klima kif ukoll għaċ-ċirkostanzi ekonomiċi, se jkun hemm eċċessi sinifikanti ta' AAUs, CERs (tnaqqis iċċertifikat tal-emissjonijiet) u ERUs fil-kontijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri għat-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto. Skont id-Deċiżjoni 1/CMP.8, li tesiġi li l-Partijiet jerġgħu jikkunsidraw, sal-2014, l-impenji ta' tnaqqis tagħhom għat-tieni perjodu ta' impenn, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkanċellaw għadd ta' units sabiex jallinjaw mal-emissjonijiet reali proġettati, u bħala minimu jallinjaw ma' rotta li twassal lejn emissjonijiet nazzjonali kosteffikaċi għall-kisba tal-objettiv klimatiku tal-Unjoni għall-2050. | ||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 6 | |||||||||||||
|
- [1] Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Matul il-Konferenza ta’ Doha dwar it-Tibdil fil-Klima li saret fʼDiċembru 2012, il-192 parti għall-Protokoll taʼ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas dwar it-Tibdil fil-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti adottaw emenda għall-Protokoll.
L-emenda taʼ Doha tistabbilixxi t-tieni perjodu taʼ impenn taħt il-Protokoll taʼ Kjoto (KP CP2), li jibda fl-1 taʼ Jannar 2013 u jispiċċa fil-31 taʼ Diċembru 2020, bʼimpenji taʼ tnaqqis taʼ emissjoni legalment vinkolanti li skonthom l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Islanda huma marbuta li jillimitaw l-emissjonijiet annwali medji taʼ gass serra tagħhom fis-snin bejn l-2013 u l-2020 bi 80 % tal-emissjonijiet tas-sena bażi tagħhom (l-aktar l-1990).
Flimkien magħha, l-Emenda taʼ Doha għamlet it-tibdil li ġej fil-Protokoll taʼ Kjoto: l-ewwel, l-inklużjoni taʼ gass ġdid (trifluworur tan-nitroġenu); it-tieni, mekkaniżmu taʼ ambizzjoni li jipprevedi proċedura simplifikata li tippermetti lill-Parti li taġġusta l-impenn tagħha billi żżid l-ambizzjoni tagħha matul perjodu taʼ impenn; u t-tielet, dispożizzjoni li awtomatikament taġġusta mira tal-Parti sabiex tkun evitata żieda fl-emissjonijiet tagħha għall-perjodu 2013 sa 2020 lil hinn mill-emissjonijiet medji tagħha għas-snin bejn l-2008 u l-2010.
Il-Konferenza għat-Tibdil tal-Klima taʼ Doha adottat ukoll id-Deċiżjonijiet 1/CMP.8 u 2/CMP.8 dwar l-implimentazzjoni teknika tal-impenji marbuta mal-kontabilità u l-immaniġġjar taʼ unitajiet taʼ Kjoto matul it-tieni perjodu taʼ impenn u t-tranżizzjoni mill-ewwel għat-tieni perjodu taʼ impenn.
Għalhekk l-implimentazzjoni tal-Protokoll taʼ Kjoto wara l-2012 teħtieġ li jiġu mfassla sett taʼ regoli taʼ implimentazzjoni tekniċi għall-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-Islanda.
Objettiv
Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tipprevedi l-bażi għal adozzjoni tar-regoli tekniċi meħtieġa sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-Protokoll taʼ Kjoto fl-Unjoni Ewropea wara l-2012, tkun possibbli l-operazzjoni effettiva tat-twettiq konġunt tal-impenji tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Islanda, u jkun żgurat l-allinjament mal-operazzjoni tal-EU ETS u d-Deċiżjoni dwar il-Qsim tal-Isforz. Dawn ir-regoli għandhom jindirizzaw numru taʼ kwistjonijiet, li jinkludu:
- Proċessi taʼ mmaniġġjar taʼ unità bħal tranżazzjonijiet taʼ unitajiet taʼ Kjoto (ħruġ, trasferiment, akkwist, kanċellazzjoni, irtirar, riport, tibdil jew bidla fid-data taʼ skadenza) fir-reġistri nazzjonali tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-Islanda, u bejnhom;
- Proċessi taʼ kontabilità relatati mat-tranżizzjoni mill-ewwel għat-tieni perjodu taʼ impenn, inkluż ir-riport taʼ eċċess taʼ AAUs, CERs u ERUs mill-ewwel għat-tieni perjodu taʼ impenn;
- L-istabbiliment u ż-żamma taʼ riżerva taʼ eċċess taʼ perjodu preċedenti (PPSR) u riżerva taʼ perjodu taʼ impenn (CPR) għal kull membru tal-ftehim taʼ twettiq konġunt;
- Kontabilità għas-“sehem mill-qligħ” wara l-ħruġ taʼ ERUs u l-ewwel trasferiment internazzjonali taʼ AAUs fit-tieni perjodu taʼ impenn.
Aspetti legali
Att iddelegat skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jissupplimenta r-regoli essenzjali billi jispeċifika s-sustanza tiegħu u jirregola aktar dettalji. Huwa differenti minn att ta’ implimentazzjoni li jipprevedi kundizzjonijiet uniformi fl-implimentazzjoni taʼ leġiżlazzjoni tal-Unjoni mill-Istati Membri.
Ir-rekwiżiti taʼ kontabilità tal-Protokoll taʼ Kjoto li għandhom jiġu implimentati wara l-2012 huma fil-biċċa l-kbira bbażati fuq regoli maqbula internazzjonalment. Dawn ir-regoli mhumiex implimentati mill-Istati Membri biss u dawn japplikaw ugwalment għall-Unjoni Ewropea stess, filwaqt li jpoġġu obbligu fuq l-istituzzjonijiet tal-UE.
L-atti ddelegati previsti fʼdan ir-regolament ma jarmonizzawx l-implimentazzjoni taʼ ebda regoli essenzjali eżistenti, kif previst mill-Artikolu 290 tat-TFUE, iżda pjuttost jistipulaw aktar dettalji tekniċi speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-Protokoll taʼ Kjoto wara l-2012.
Sabiex tiġi stabbilita sistema taʼ reġistri effettiva li timplimenta r-rekwiżiti l-ġodda taʼ kontabilità u mmaniġġjar taʼ unità fit-tieni perjodu taʼ impenn tal-Protokoll taʼ Kjoto, huwa għalhekk meħtieġ li l-Kummissjoni tkun awtorizzata tadotta l-atti ddelegati meħtieġa.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur jilqaʼ l-proposta tal-Kummissjoni. Huwa jemmen li tipprovdi l-bażi legali meħtieġa għall-adozzjoni tar-regoli tekniċi sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Protokoll taʼ Kjoto fl-Unjoni Ewropea wara l-2012.
Ir-rapporteur jixtieq jenfasizza l-aspetti li ġejjin li għandhom ikunu riflessi fil-proposta tal-Kummissjoni:
L-indirizzar taʼ inċertezzi u aġġustamenti
Il-livelli taʼ emissjonijiet/ammonti allokati għal kull Stat Membru (u l-Islanda) huma bbażati fuq id-Deċiżjoni dwar il-Qsim tal-Isforz (ESD) (Deċiżjoni 406/2009) u jkopru s-sorsi u l-bjar kollha fuq it-territorju taʼ dak l-Istat Membru kif kopert mill-Protokoll taʼ Kjoto, bl-eċċezzjoni taʼ sorsi inklużi fl-EU ETS.
Il-livell taʼ emissjonijiet/ammont assenjat tal-UE jkopri l-emissjonijiet fl-Istati Membri u l-Islanda minn sorsi inklużi fl-EU ETS li jaqgħu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Protokoll taʼ Kjoto.
Minħabba li l-ammonti assenjati taʼ Stati Membri huma fissi fil-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-ratifikazzjoni tal-ftehim Doha għall-Protokoll taʼ Kjoto, kwalunkwe inċertezzi jew aġġustamenti fid-definizzjoni tal-ammont assenjat konġunt se jaffettwaw biss l-ammont assenjat tal-UE. L-użu taʼ kwalunkwe eċċess jew l-indirizzar taʼ kwalunkwe defiċit fl-ammont assenjat mill-UE li jistaʼ jinqalaʼ, pereżempju bʼriżultat tal-proċess taʼ Reviżjoni Esperta tan-NU, ikun jeħtieġ li jiġi indirizzat permezz taʼ leġiżlazzjoni ddelegata.
Regoli internazzjonali li għadhom mhux formalment adottati
Ir-regoli internazzjonali rilevanti li jirregolaw il-kontabilità għal emissjonijiet u l-progress lejn kisbiet taʼ impenji fit-tieni perjodu tal-Protokoll taʼ Kjoto ġew maqbula fis-sustanza, għalkemm ma ġewx adottati formalment, fʼVarsavja fʼNovembru 2013. Sakemm jiġu riżolti żewġ dispożizzjonijiet kontenzjużi, l-adozzjoni tagħhom għandha ssir fil-konferenza dwar il-klima li jmiss fʼLima fʼDiċembru 2014. Minħabba li l-parti miftiehma bʼmod sostantiv taʼ dawn ir-regoli internazzjonali ġiet iddikjarata magħluqa mill-Partijiet kollha bʼimpenn fit-tieni perjodu tal-Protokoll taʼ Kjoto, in-nuqqas taʼ adozzjoni formali taʼ dawn ir-regoli m'għandhiex għalhekk tipprevjeni lill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha jew lill-Islanda milli jkomplu bl-implimentazzjoni tar-regoli fil-liġijiet nazzjonali. Madankollu, il-Kummissjoni għandha taħdem mal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi sabiex tiżgura l-adozzjoni formali tar-regoli taʼ kontabilità tal-Protokoll taʼ Kjoto fil-konferenza dwar il-klima taʼ Lima. Kwalunkwe bidla sostantiva fir-regoli għandha tkun riflessa fl-atti ddelegati previsti fʼdan ir-regolament.
Eżerċizzju taʼ kklerjar nett
Għall-proċessi taʼ mmaniġġjar taʼ unità fl-ewwel perjodu taʼ impenn tal-Protokoll taʼ Kjoto, għandu jiġi previst eżerċizzju perjodiku taʼ kklerjar nett għat-tieni perjodu taʼ impenn li bih trasferimenti taʼ AAUs huma meħuda li jirriflettu trasferimenti netti taʼ konċessjonijiet tal-UE, inkluż trasferiment taʼ konċessjonijiet taʼ emissjonijiet maʼ pajjiżi terzi li jipparteċipaw fl-UE ETS li mhumiex parti mill-ftehim taʼ twettiq konġunt (eż. in-Norveġja u l-Liechtenstein). Dan għandu jkun indirizzat fl-atti ddelegati li se jiġu adottati skont dan ir-regolament.
Konklużjonijiet
Ir-rapporteur jikkunsidra li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-emenda proposta għar-Regolament Nru 525/2013 (UE) dwar Mekkaniżmu għall-Monitoraġġ u r-Rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-UE jirrifletti bis-sħiħ il-ħtieġa li jitfasslu u jiġu adottati regoli speċifiċi u koerenti sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni teknika tal-Protokoll taʼ Kjoto fl-Unjoni wara l-2012, sabiex tkun possibbli l-operazzjoni effettiva tat-twettiq konġunt tal-impenji tal-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-Islanda, u jkun żgurat l-allinjament tagħha mal-operazzjoni tal-EU ETS u d-Deċiżjoni dwar il-Qsim tal-Isforz.
Ir-rapporteur jara d-dħul formali fis-seħħ tal-Emenda Doha fost l-objettivi bi prijorità għall-Unjoni Ewropea minħabba li l-Protokoll taʼ Kjoto għandu kontribut kruċjali fl-isforzi globali għat-trattament tal-bidla fil-klima.
Għalhekk, minħabba l-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li l-Kumitat responsabbli u l-Parlament Ewropew jadottaw il-proposta tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard mill-aħħar tal-leġislatura attwali.«
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 rigward l-implimentazzjoni teknika tal-Protokoll ta’ Kjoto tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima |
||||
Referenzi |
COM(2013)0769 – C7-0393/2013 – 2013/0377(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
6.11.2013 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 18.11.2013 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 18.11.2013 |
ITRE 18.11.2013 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
DEVE 17.12.2013 |
ITRE 27.11.2013 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Vladimir Urutchev 18.12.2013 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
12.2.2014 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
10.3.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
42 5 10 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Elena Oana Antonescu, Pilar Ayuso, Sergio Berlato, Franco Bonanini, Biljana Borzan, Martin Callanan, Chris Davies, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Martin Kastler, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Claus Larsen-Jensen, Jo Leinen, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Andrés Perelló Rodríguez, Mario Pirillo, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Dubravka Šuica, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Thomas Ulmer, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Margrete Auken, Inés Ayala Sender, Nikos Chrysogelos, Birgit Collin-Langen, Julie Girling, Jutta Haug, Romana Jordan, Filip Kaczmarek, Judith A. Merkies, Justas Vincas Paleckis, Marit Paulsen, Vittorio Prodi, Rebecca Taylor, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Fiona Hall, Kent Johansson, Bernd Lange, Emma McClarkin, Sabine Verheyen |
||||
Data tat-tressiq |
13.3.2014 |
||||