Proċedura : 2013/0305(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0172/2014

Testi mressqa :

A7-0172/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/04/2014 - 9.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0453

RAPPORT     ***I
PDF 1043kWORD 675k
13.3.2014
PE 519.611v02-00 A7-0172/2014

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq sustanzi psikoattivi ġodda

(COM(2013)0619 – C7‑0272/2013 – 2013/0305(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Jacek Protasiewicz

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq sustanzi psikoattivi ġodda

(COM(2013)0619 – C7‑0272/2013 – 2013/0305(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM2013)0619),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0272/2013),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati sottomessi, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-House of Commons tar-Renju Unit u mill-House of Lords tar-Renju Unit li jiddikjaraw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat u Ewropew u Soċjali Ewropew tas-21 ta' Jannar 2014(1),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0172/2014),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istati Membri jintroduċu bosta miżuri ta' restrizzjoni fuq dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda biex jindirizzaw ir-riskji li għandhom jew li jista' jkollhom meta jiġu kkunsmati. Minħabba li sustanzi psikoattivi ġodda spiss jintużaw fil-produzzjoni ta' bosta prodotti jew ta' sustanzi oħra li huma użati għall-manifattura ta' prodotti, bħall-mediċini, solventi industrijali, aġenti tat-tindif, prodotti oħra fl-industrija b'teknoloġija avvanzata , ir-restrizzjoni tal-aċċess tagħhom għal dan l-użu jista' jkollha impatt importanti fuq l-operaturi ekonomiċi, u potenzjalment tħarbat l-attivitajiet ta' negozju tagħhom fis-suq intern.

(3) L-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istati Membri jintroduċu bosta miżuri ta' restrizzjoni fuq dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda biex jindirizzaw ir-riskji li għandhom jew li jista' jkollhom meta jiġu kkunsmati. Minħabba li sustanzi psikoattivi ġodda spiss jintużaw għal finijiet ta’ riċerka xjentifika u żvilupp u fil-produzzjoni ta’ bosta prodotti jew ta’ sustanzi oħra li huma użati għall-manifattura ta’ prodotti, bħall-mediċini, solventi industrijali, aġenti tat-tindif, prodotti oħra fl-industrija b’teknoloġija avvanzata, ir-restrizzjoni tal-aċċess tagħhom għal dan l-użu jista’ jkollha impatt importanti fuq l-operaturi ekonomiċi, u potenzjalment tħarbat l-attivitajiet ta’ negozju tagħhom fis-suq intern u tista’ timpedixxi wkoll ir-riċerka xjentifika u l-iżvilupp sostenibbli.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) In-numru dejjem jiżdied ta' sustanzi psikoattivi ġodda disponibbli fis-suq intern, il-varjetà dejjem tikber, il-veloċità li biha qed isiru preżenti fuq is-suq, ir-riskji differenti li jista' jkollhom meta kkunsmati mill-persuni u n-numru dejjem jikber ta' individwi li jikkunsmawhom jisfidaw il-kapaċità tal-awtoritajiet pubbliċi biex jipprovdu reazzjonijiet effettivi biex jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà pubblika mingħajr ma jfixklu l-funzjonament tas-suq intern.

(4) In-numru dejjem jiżdied ta’ sustanzi psikoattivi ġodda disponibbli fis-suq intern, il-varjetà dejjem tikber, il-veloċità li biha qed isiru preżenti fuq is-suq, ir-riskji differenti li jista’ jkollhom meta kkunsmati mill-persuni, in-numru dejjem jikber ta’ individwi li jikkunsmawhom u n-nuqqas ta’ għarfien ġenerali u s-sensibilizzazzjoni min-naħa tal-pubbliku dwar ir-riskji assoċjati mal-konsum tagħhom jisfidaw il-kapaċità tal-awtoritajiet pubbliċi biex jipprovdu reazzjonijiet effettivi biex jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà pubblika mingħajr ma jfixklu l-funzjonament tas-suq intern.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Miżuri ta’ restrizzjoni jvarjaw b’mod sinifikanti fi Stati Membri differenti, jiġifieri l-operaturi ekonomiċi li jużawhom fil-produzzjoni ta’ oġġetti varji għandhom, fil-każ tal-istess sustanza psikoattiva ġdida, ikunu konformi ma rekwiżiti differenti, bħal notifika ta’ preesportazzjoni, awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, jew liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni. B'riżultat ta' hekk, id-differenzi bejn il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar sustanzi psikoattivi ġodda itellfu l-funzjonament tas-suq intern, billi jikkawżaw ostakli għall-kummerċ, frammentazzjoni tas-suq, nuqqas ta' ċarezza legali u ta' nuqqas ta' ugwaljanza għall-operaturi ekonomiċi, u jgħamluha diffiċli għall-kumpaniji biex joperaw madwar is-suq intern.

(5) Billi l-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi fl-Istati Membri huma differenti fir-rigward tas-sustanzi psikoattivi, miżuri ta’ restrizzjoni jvarjaw fi Stati Membri differenti b'mod rispettiv, jiġifieri l-operaturi ekonomiċi li jużawhom fil-produzzjoni ta’ oġġetti varji għandhom, fil-każ tal-istess sustanza psikoattiva ġdida, ikunu konformi ma’ rekwiżiti differenti, bħal notifika ta’ preesportazzjoni, awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, jew liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni. B’riżultat ta’ hekk, id-differenzi bejn il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar sustanzi psikoattivi ġodda jistgħu potenzjalment itellfu sa ċertu punt il-funzjonament tas-suq intern, billi jikkawżaw ostakli għall-kummerċ, frammentazzjoni tas-suq, nuqqas ta’ ċarezza legali u ta’ nuqqas ta’ ugwaljanza għall-operaturi ekonomiċi, u jagħmluha aktar diffiċli għall-kumpaniji biex joperaw madwar is-suq intern.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Miżuri ta' restrizzjoni mhux biss joħolqu ostakli lill-kummerċ fil-każ ta' sustanzi psikoattivi ġodda li diġa' għandhom użu kummerċjali, industrijali jew xjentifiku iżda jistgħu wkoll jwaqqfu l-iżvilupp ta' dawn l-użi, u probabbli joħolqu ostakli għall-kummerċ għal operaturi ekonomiċi li jfittxu li jiżviluppaw dawn l-użi, billi jgħamlu l-aċċess aktar diffiċli għal dawk is-sustanzi psikoattivi ġodda.

(6) Miżuri ta’ restrizzjoni jistgħu mhux biss joħolqu ostakli lill-kummerċ fil-każ ta’ sustanzi psikoattivi ġodda li diġà għandhom użu kummerċjali, industrijali jew xjentifiku iżda jistgħu wkoll iwaqqfu l-iżvilupp ta’ dawn l-użi, u probabbli joħolqu ostakli għall-kummerċ għal operaturi ekonomiċi li jfittxu li jiżviluppaw dawn l-użi, billi jagħmlu l-aċċess aktar diffiċli għal dawk is-sustanzi psikoattivi ġodda.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Id-differenzi bejn il-miżuri ta' restrizzjoni varji applikati għal sustanzi psikoattivi ġodda jistgħu wkoll iwasslu għall-ispostament ta' sustanzi psikoattivi perikolużi ġodda bejn l-Istati Membri, u jfixklu l-isforzi biex jirrestrinġu d-disponibilità tagħhom għall-konsumaturi u jpoġġu fil-periklu l-protezzjoni tal-konsumatur madwar l-Unjoni.

(7) Id-differenzi bejn il-miżuri ta’ restrizzjoni varji applikati għal sustanzi psikoattivi ġodda, filwaqt li huma leġittimi għaliex iwieġbu għall-partikolaritajiet ta’ kull Stat Membru fir-rigward tas-sustanzi psikoattivi, jistgħu wkoll iwasslu għall-ispostament ta’ sustanzi psikoattivi perikolużi ġodda bejn l-Istati Membri, u jfixklu l-isforzi biex jirrestrinġu d-disponibilità tagħhom għall-konsumaturi u jpoġġu fil-periklu l-protezzjoni tal-konsumatur madwar l-Unjoni, jekk ma jiġux imsaħħa l-iskambju effiċjenti tal-informazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Tali differenzi jiffaċilitaw it-traffiku illegali ta' sustanzi bħal dawn minn persuni kriminali, b’mod partikolari gruppi l-kriminali organizzati.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Differenzi bħal dawn huma mistennija jiżdiedu hekk kif l-Istati Membri jkomplu jsegwu approċċi differenti biex jindirizzaw sustanzi psikoattivi ġodda. Għalhekk, l-ostakli għall-kummerċ u l-frammentazzjoni tas-suq, u n-nuqqas ta' ċarezza legali u kondizzjonijiet ekwivalenti huma mistennija jiżdiedu, biex b'hekk ikomplu jtellfu l-funzjonament tas-suq intern.

(8) Differenzi bħal dawn huma mistennija jkomplu hekk kif l-Istati Membri jadottaw approċċi differenti biex jindirizzaw sfidi fir-rigward ta’ sustanzi psikoattivi ġodda. Għalhekk, l-ostakli għall-kummerċ u l-frammentazzjoni tas-suq, u n-nuqqas ta’ ċarezza legali u kondizzjonijiet ekwivalenti huma mistennija jkomplu, biex b’hekk ikomplu jtellfu l-funzjonament tas-suq intern jekk l-Istati Membri ma jikkoordinawx u ma jikkooperawx b’mod iżjed effiċjenti.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Din id-distorsjoni fil-funzjonament tas-suq intern għandha tiġi eliminata u għal dan il-għan, ir-regoli relatati ma' sustanzi psikoattivi ġodda li huma ta' tħassib fuq il-livell ta' Unjoni għandhom ikunu approssimati, filwaqt li fl-istess ħin, jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, tas-sigurtà u tal-konsumatur.

(9) Fejn jiġu identifikati distorsjonijiet fil-funzjonament tas-suq intern, dawn għandhom jiġu indirizzati u, għal dan il-għan, ir-regoli relatati ma’ sustanzi psikoattivi ġodda li huma ta’ tħassib fuq il-livell ta’ Unjoni għandhom ikunu approssimati, filwaqt li fl-istess ħin, jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-konsumatur u flessibbiltà għall-Istati Membri biex iwieġbu għas-sitwazzjonijiet lokali.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Sustanzi psikoattivi ġodda u taħlitiet għandhom ikunu jistgħu jiċċirkolaw liberament fl-Unjoni meta maħsuba għall-użu kummerċjali u industrijali, kif ukoll għar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi. Dan ir-regolament għandu jistabbilixxi regoli għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet għal dan il-moviment ħieles.

(10) Sustanzi psikoattivi ġodda u taħlitiet għandhom ikunu jistgħu jiċċirkolaw liberament fl-Unjoni meta maħsuba għall-użu kummerċjali u industrijali, kif ukoll għar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi, minn persuni awtorizzati kif xieraq fl-istabbilimenti li huma direttament taħt il-kontroll tal-awtoritajiet tal-Istati Membri jew speċifikament approvati minnhom.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-ebda valutazzjoni tar-riskju m'għandha ssir skont dan ir-Regolament fuq sustanza psikoattiva ġdida jekk hija soġġetta għal valutazzjoni skont il-liġi internazzjonali, jew jekk hija sustanza attiva fi prodott mediċinali jew fi prodott mediċinali veterinarju.

(14) L-ebda valutazzjoni tar-riskju m’għandha ssir skont dan ir-Regolament fuq sustanza psikoattiva ġdida jekk hija soġġetta għal valutazzjoni skont il-liġi internazzjonali, jew jekk hija sustanza attiva fi prodott mediċinali jew fi prodott mediċinali veterinarju, sakemm fil-livell tal-Unjoni ma jkunx hemm biżżejjed dejta disponibbli li tissuġġerixxi l-ħtieġa ta' rapport konġunt miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) u mill-Europol.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Ċerti sustanzi psikoattivi ġodda huma ta' riskju għas-saħħa pubblika immedjat, u jeħtieġu azzjoni urġenti. Għalhekk, id-disponibbiltà tagħhom għall-konsumaturi għandha tkun ristretta għal żmien limitat, sakemm issir il-valutazzjoni tar-riskju tagħhom.

(17) Ċerti sustanzi psikoattivi ġodda jippreżentaw riskji immedjati għas-saħħa pubblika, u jeħtieġu azzjoni urġenti. Għalhekk, id-disponibbiltà tagħhom għall-konsumaturi għandha tkun ristretta għal żmien suffiċjenti, sakemm issir il-valutazzjoni tar-riskju tagħhom u sakemm il-livell ta’ riskju ppreżentat minn sustanza psikoattiva ġdida jkun ġie determinat u, jekk ġustifikat, tkun daħlet fis-seħħ deċiżjoni li tintroduċi miżuri permanenti fis-suq.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-ebda miżura ta' restrizzjoni m'għandha tiġi introdotta fuq il-livell tal-Unjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda li huma ta' riskji baxxi għas-saħħa, soċjetà u sigurtà.

(18) Fuq il-bażi ta' evidenza eżistenti u kriterji predefiniti, l-ebda miżura ta’ restrizzjoni m’għandha tiġi introdotta fuq il-livell tal-Unjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda li jippreżentaw riskji baxxi għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza, imma l-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri ulterjuri li huma meqjusa xierqa jew meħtieġa skont ir-riskji speċifiċi li s-sustanza toħloq fit-territorji tagħhom meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali u kwalunkwe fattur soċjali, ekonomiku, legali, amministrattiv jew fattur ieħor li jistgħu jqisu rilevanti.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Dawk is-sustanzi psikoattivi ġodda li joħolqu riskji moderati għas-saħħa, soċjali u ta’ sigurtà m’għandhomx ikunu disponibbli għall-konsumaturi.

(19) Fuq il-bażi tal-evidenza eżistenti u ta’ kriterji predefiniti, dawk is-sustanzi psikoattivi ġodda li joħolqu riskji moderati għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza m’għandhomx ikunu disponibbli għall-konsumaturi.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Dawk is-sustanzi psikoattivi ġodda li joħolqu riskji gravi għas-saħħa, soċjali u ta’ sigurtà m’għandhomx ikunu disponibbli għall-konsumaturi.

(20) Fuq il-bażi ta' evidenza eżistenti u ta’ kriterji predefiniti, dawk is-sustanzi psikoattivi ġodda li joħolqu riskji gravi għas-saħħa, is-soċjetà u s-sikurezza m’għandhomx ikunu disponibbli għall-konsumaturi.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Dan ir-Regolament għandu jipprovdi għal eċċezzjonijiet sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, biex tkun iffaċilitata r-riċerka xjentifika u l-iżvilupp, u biex ikun permess l-użu ta’ sustanzi psikoattivi ġodda fl-industrija, sakemm dawn ma jkunux jistgħu jiġu abbużati jew irkuprati.

(21) Dan ir-Regolament għandu jipprovdi għal eċċezzjonijiet sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, biex tkun iffaċilitata r-riċerka xjentifika u l-iżvilupp, u biex ikun permess l-użu ta’ sustanzi psikoattivi ġodda fl-industrija, sakemm dawn ma jkunux mistennija jkollhom effetti ħżiena u ma jkunux jistgħu jiġu abbużati jew irkuprati.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu d-devjazzjoni lejn is-swieq illeċiti ta’ sustanzi psikoattivi ġodda użati għal skopijiet ta’ riċerka u żvilupp jew għal kwalunkwe użu awtorizzat ieħor.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (EMCDDA) stabbilit minn Regolament 1920/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 200618 għandhom jkollhom rwol ċentrali fl-iskambju ta’ informazzjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda u fil-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa, soċjetà u sigurtà li għandhom.

(23) Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (EMCDDA) stabbilit bir-Regolament 1920/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 200618 għandu jkollu rwol ċentrali fl-iskambju u l-koordinazzjoni ta’ informazzjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda u fil-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza li għandhom. Billi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament hemm żieda fl-ammont ta’ informazzjoni mistennija li tinġabar u tiġi ġestita mill-EMCDDA, għandu jiġi previst u pprovdut appoġġ speċifiku.

__________________

__________________

18 ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

18 ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-mekkaniżm għal skambju mgħaġġel ta' informazzjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda wera li huwa mezz utli għall-iskambju ta' informazzjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda, fuq tendenzi ġodda fl-użu ta' sustanzi psikoattivi kkontrollati u fuq twissijiet għas-saħħa pubblika relatati. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun imsaħħaħ aktar biex jippermetti reazzjoni aktar effettiva għall-preżenza u firxa mgħaġġla ta' sustanzi psikoattivi ġodda madwar l-Unjoni.

(24) Il-mekkaniżmu għal skambju mgħaġġel ta’ informazzjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda (is-“Sistema ta’ Twissija Bikrija tal-Unjoni Ewropea dwar Sustanzi Psikoattivi Ġodda” (minn hawn ’il quddiem ‘EWS’)) wera li huwa mezz utli għall-iskambju ta’ informazzjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda, fuq tendenzi ġodda fl-użu ta’ sustanzi psikoattivi kkontrollati u fuq twissijiet għas-saħħa pubblika relatati. Biex jippermetti reazzjoni aktar effettiva għall-preżenza u firxa mgħaġġla ta’ sustanzi psikoattivi ġodda madwar l-Unjoni, il-mekkaniżmu għandu jinżamm u jiġi żviluppat iżjed, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta dwar l-iskoperta u l-identifikazzjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda, avvenimenti ta' ħsara assoċjati mal-użu tagħhom, u l-involviment ta’ gruppi kriminali fis-suq permezz tal-bażi ta' dejta tal-Unjoni tas-sustanzi psikoattivi l-ġodda (il-“bażi ta' dejta Ewropea dwar Drogi Ġodda”). Il-midja, b’mod partikolari l-letteratura xjentifika u medika, tista’ tkun sors importanti ta’ informazzjoni dwar rapporti ta’ każijiet ta’ avvenimenti ta' ħsara. Sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza tar-rappurtar, l-EMCDDA għandu jimmonitorja s-sustanzi psikoattivi ġodda kollha u jdaħħal din l-informazzjoni fil-Bażi ta' Dejta Ewropea dwar Drogi Ġodda. Is-settijiet tad-dejta essenzjali għall-funzjonament ta’ dan ir-Regolament jinkludu dejta dwar l-iskoperta u l-identifikazzjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda, avvenimenti ta' ħsara assoċjati mal-użu tagħhom, u l-involviment ta’ gruppi kriminali fis-suq. Għandu jiġi ddefinit sett tad-dejta ċentrali. Is-sett tad-dejta ċentrali għandu jiġi rivedut fuq bażi regolari biex jiġi żgurat li jirrifletti l-informazzjoni meħtieġa għall-funzjonament effettiv tar-Regolament. L-avvenimenti ta' ħsara serji suspettati, inkluż l-avvenimenti ta' ħsara fatali, għandhom jiġu soġġetti għar-rappurtar imħaffef.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm monitoraġġ u analiżi xjentifiċi tar-riskji li dawn is-sustanzi jistgħu jew ma jistgħux joħolqu, huwa essenzjali li warajhom ikun hemm sistema ta’ informazzjoni solida. It-test propost mill-Kummissjoni jagħti wisq attenzjoni lis-sistema regolatorja (fl-aħħar tal-proċess) imma jinjora l-bażi tal-informazzjoni li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni. Din il-premessa tiddikjara mill-ġdid il-bilanċ fit-test bejn il-ħtieġa għal evidenza solida u t-teħid ta’ deċiżjonijiet, u hija marbuta mal-Artikolu 5 dwar l-iskambju tal-informazzjoni, l-Artikolu 20 dwar ir-riċerka u l-analiżi u l-Artikolu 15 dwar il-Monitoraġġ.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) Sabiex l-Istati Membri jitħallew jirċievu, ikollhom aċċess b’mod simultanju għal u jaqsmu informazzjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda fl-Unjoni, il-Bażi ta' Dejta Ewropea dwar Drogi Ġodda għandha tkun aċċessibbli b’mod sħiħ u permanenti għall-Istati Membri, l-EMCDDA, il-Europol u l-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Għat-tixrid rapidu tal-informazzjoni dwar molekuli u taħlitiet ġodda li jinstabu fis-suq, huwa essenzjali li l-awtoritajiet fl-SM u l-istituzzjoni jkun jista' jkollhom aċċess b’mod faċli u simultanju għal din l-informazzjoni u jkunu jistgħu jaqsmu l-għarfien tagħhom. Il-Bażi ta' Dejta Ewropea dwar Drogi Ġodda hija fattur li jiffavorixxi sewwa r-rapidità tas-sistema.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 24b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24b) L-EMCDDA għandu joħroġ twissijiet dwar is-saħħa lill-Istati Membri kollha, permezz tas-sistema għall-iskambju rapidu ta' informazzjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda, jekk, abbażi ta' informazzjoni li jirċievi dwar sustanza psikoattiva ġdida, jidher li din tikkawża tħassib rigward is-saħħa pubblika. Dawn it-twissijiet dwar is-saħħa għandu jkun fihom ukoll informazzjoni rigward miżuri ta’ prevenzjoni, trattament u tnaqqis tal-ħsara li jistgħu jittieħdu biex jiġi indirizzat ir-riskju tas-sustanza.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 24c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24c) Sabiex titħares is-saħħa pubblika, għandu jkun hemm finanzjament adegwat tal-attivitajiet tal-EWS tal-EMCDDA u l-Europol.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni ma tipprevedix appoġġ mill-UE biex tlaħħaq maż-żieda mistennija u mal-kumplessità tax-xogħol għall-EMCDDA. Dan il-paragrafu preambulari jiddikjara l-prinċipju li l-attivitajiet tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija tal-Unjoni Ewropea dwar Sustanzi Psikoattivi Ġodda għandha tkun iffinanzjata b’mod adegwat.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) L-informazzjoni mill-Istati Membri hija kruċjali għall-funzjonament effettiv tal-proċeduri li jwasslu għal deċiżjoni fuq ir-restrizzjoni tas-suq ta' sustanzi psikoattivi ġodda. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiġbru, fuq bażi regolari, dejta dwar l-użu ta' sustanzi psikoattivi ġodda, problemi għas-saħħa, sigurtà u soċjetà relatati u reazzjonijiet politiċi, skont il-qafas tal-EMCDDA għall-ġbir ta' dejta għall-indikaturi epidemoloġiċi ewlenin u dejta oħra relevanti. Huma għandhom jikkondividu din id-dejta.

(25) L-informazzjoni mill-Istati Membri hija kruċjali għall-funzjonament effettiv tal-proċeduri li jwasslu għal deċiżjoni fuq ir-restrizzjoni tas-suq ta’ sustanzi psikoattivi ġodda. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jiġbru, fuq bażi regolari, dejta dwar il-preżenza u l-użu ta’ kwalunkwe sustanza psikoattiva ġdida, problemi għas-saħħa, għas-sikurezza u għas-soċjetà relatati u reazzjonijiet tal-politika, skont il-qafas tal-EMCDDA għall-ġbir ta’ dejta għall-indikaturi epidemjoloġiċi ewlenin u dejta oħra relevanti. Huma għandhom jikkondividu dik id-dejta b’mod partikolari mal-EMCDDA, il-Europol u l-Kummissjoni Ewropea.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) L-informazzjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda pprovduta mill-Istati Membri u skambjata bejniethom hija kruċjali għall-politiki nazzjonali tagħhom dwar is-saħħa, kemm f’termini ta’ prevenzjoni tad-drogi kif ukoll ta’ trattament għall-utenti tad-drogi psikoattivi f’servizzi ta’ rkupru. L-Istati Membri għandhom jużaw l-informazzjoni kollha disponibbli b’mod effettiv u jimmonitorjaw l-iżviluppi rilevanti.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Nuqqas ta' kapaċità biex jiġu identifikati u antiċipati l-preżenza u l-firxa ta' sustanzi psikoattivi ġodda u n-nuqqas ta' evidenza dwar ir-riskji għas-saħħa, soċjetà u sigurtà tagħhom ifixklu d-dispożizzjoni ta' reazzjoni effettiva. Għalhekk, għandu jiġi pprovdut rispons, inkluż fuq il-livell tal-Unjoni, biex jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-EMCDDA, istituti ta' riċerka u laboratorji forensiċi b'għarfien espert, sabiex iżidu l-kapaċità li jivvalutaw u jindirizzaw b'mod effettiv is-sustanzi psikoattivi ġodda.

(26) Nuqqas ta' kapaċità biex jiġu identifikati u antiċipati l-preżenza u l-firxa ta' sustanzi psikoattivi ġodda u n-nuqqas ta' evidenza dwar ir-riskji għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza tagħhom ifixklu l-forniment ta' reazzjoni effettiva. Għalhekk, għandhom jiġu pprovduti appoġġ u r-riżorsi neċessarji, fuq il-livell tal-Unjoni u nazzjonali, biex jiffaċilitaw kooperazzjoni regolari u sistematika bejn l-EMCDDA, Punti Fokali Nazzjonali, rappreżentanti tal-kura tas-saħħa u tal-infurzar tal-liġi fuq il-livell nazzjonali u reġjonali, istituti ta’ riċerka u laboratorji forensiċi b’għarfien espert, sabiex iżidu l-kapaċità li jivvalutaw u jindirizzaw b’mod effettiv is-sustanzi psikoattivi ġodda.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Salvagwardji xierqa, bħall-anonimizzazzjoni tad-dejta, għandhom ikunu stabbiliti sabiex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali, b’mod partikolari meta tinġabar u tinqasam dejta sensittiva.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a) It-tfal u l-adolexxenti huma partikolarment vulnerabbli għall-perikli li jippreżentaw dawn is-sustanzi, li r-riskji tagħhom jibqgħu fuq skala wiesgħa mhux magħrufa.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Miżuri ta' prevenzjoni, trattament u tnaqqis tal-ħsara huma importanti biex jiġi indirizzat l-użu dejjem jikber ta' sustanzi psikoattivi ġodda u r-riskji potenzjali tagħhom. L-internet, li huwa wieħed mill-aktar mezzi ta' distribuzzjoni importanti li permezz tiegħu jinbiegħu sustanzi psikoattivi ġodda, għandu jintuża biex titqassam informazzjoni fuq ir-riskji għas-saħħa, soċjetà u sigurtà li għandhom sustanzi psikoattivi ġodda bħal dawn.

(29) Miżuri ta' prevenzjoni, skoperta u intervent bikrija, riskju tat-trattament u tnaqqis tal-ħsara huma importanti biex jiġi indirizzat l-użu dejjem jikber ta' sustanzi psikoattivi ġodda u r-riskji potenzjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom itejbu d-disponibbiltà u l-effikaċja tal-programmi ta' prevenzjoni u jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju tal-użu tas-sustanzi psikoattivi ġodda u l-konsegwenzi relatati. Għal dan il-għan, il-miżuri ta' prevenzjoni għandhom jinkludu l-iskoperta u l-intervent bikrija, il-promozzjoni ta' stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa u l-prevenzjoni mmirata diretti wkoll lejn il-familji u l-komunitajiet. L-internet, li huwa wieħed mill-aktar mezzi ta’ distribuzzjoni importanti u li qed jiżviluppaw rapidament, li permezz tiegħu jiġu rreklamati u jinbiegħu sustanzi psikoattivi ġodda, għandu jintuża biex titqassam informazzjoni fuq ir-riskji għas-saħħa, is-soċjetà u s-sikurezza li għandhom sustanzi psikoattivi ġodda bħal dawn, u għall-prevenzjoni tal-użu ħazin u l-abbuż tagħhom. Huwa essenzjali li t-tfal, l-adolexxenti u l-adulti żgħażagħ jiġu magħmula konxji ta' dawk ir-riskji, inkluż permezz ta' kampanji ta' informazzjoni fl-iskejjel u f'ambjenti edukattivi oħra.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll attivitajiet, inizjattivi u kampanji edukattivi u ta’ sensibilizzazzjoni li jkollhom fil-mira riskji għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza assoċjati mal-użu ħażin u l-abbuż ta’ sustanzi psikoattivi ġodda.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a) Is-setgħa biex ikunu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ddelegati lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-kriterji li jirrigwardaw sustanzi ta' riskju baxx, moderat jew serju. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma' żieda mgħaġġla fin-numru ta’ każijiet rappurtati ta’ mewt f’diversi Stati Membri assoċjati mal-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida kkonċernata, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jeżiġu dan.

(32) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma’ żieda mgħaġġla fin-numru ta’ każijiet rappurtati ta’ mewt u ta' konsegwenzi serji għas-saħħa jew inċidenti li huma ta’ theddid serju għas-saħħa f’diversi Stati Membri assoċjati mal-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida kkonċernata, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jeżiġu dan.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti, aġenziji relevanti tal-Unjoni, soċjetà ċivili u operaturi ekonomiċi tal-Istati Membri.

(33) Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti tal-Istati Membri, aġenziji relevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-EMCDDA, is-soċjetà ċivili, l-operaturi ekonomiċi u kwalunkwe parti interessata oħra relevanti.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-libertà li jitmexxa negozju, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għal rimedju effettiv,

(36) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż il-libertà li jitmexxa negozju, id-dritt għall-proprjetà, id-dritt ta’ aċċess għall-kura tas-saħħa preventiva u d-dritt għal benefiċċju mit-trattament mediku,

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) 'sustanzi psikoattivi ġodda' tfisser sustanza naturali jew sintetika li, meta tiġi kkunsmata minn persuna, għandha s-setgħa li tipproduċi stimulazzjoni jew dipressjoni tas-sistema nervuża ċentrali, li tirriżulta f'alluċinazzjonijiet, tibdil fis-sistema li tħaddem il-moviment fiżiku, fil-ħsieb, fl-imġieba, fil-perċezzjoni, kuxjenza jew burdata, li hija intiża għall-konsum minn persuni anke jekk mhix maħsuba għalihom bl-iskop li tikkawża wieħed jew aktar mill-effetti msemmija hawn fuq, li mhumiex ikkontrollati taħt il-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata bil-Protokoll tal-1972; u lanqas mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sustanzi Psikotropiċi tal-1971; din teskludi alkoħol, kaffeina tabakk, kif ukoll prodotti tat-tabakk skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/37/KE tal-5 ta’ Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk24;

(a) ‘sustanza psikoattiva ġdida’ tfisser sustanza naturali jew sintetika li, meta tiġi kkunsmata minn persuna, għandha l-kapaċità li tipproduċi stimulazzjoni jew dipressjoni tas-sistema nervuża ċentrali, li tirriżulta f’alluċinazzjonijiet, tibdil fis-sistema li tħaddem il-moviment fiżiku, fil-ħsieb, fl-imġiba, fil-perċezzjoni, kuxjenza jew burdata, irrispettivament minn jekk hiex intiża għall-konsum minn persuni bl-iskop li tikkawża wieħed jew aktar mill-effetti msemmija hawn fuq, li mhumiex ikkontrollati taħt il-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata bil-Protokoll tal-1972; u lanqas mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sustanzi Psikotropiċi tal-1971; din teskludi alkoħol, kaffeina, tabakk, kif ukoll prodotti tat-tabakk skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/37/KE24;

_________________________

__________________________

24 ĠU L 194, 18.7.2001, p. 26.

24 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/37/KE tal-5 ta’ Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (ĠU L 194, 18.07.2001, p. 26).

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sakemm l-Unjoni ma adottatx miżuri biex sustanza psikoattiva ġdida titpoġġa taħt restrizzjonijiet tas-suq tat dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regolamenti tekniċi fuq sustanzi psikoattivi bħal dawn konformi mad-Direttiva 98/34/KE.

Sakemm l-Unjoni ma adottatx miżuri biex sustanza psikoattiva ġdida titpoġġa taħt restrizzjonijiet tas-suq taħt dan ir-Regolament, jew meta l-Kummissjoni ma tkunx adottat miżura ta' restrizzjoni skont l-Artikolu 11, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regolamenti tekniċi fuq sustanzi psikoattivi bħal dawn konformi mad-Direttiva 98/34/KE.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih kwalunkwe abbozz ta;regolament tekniku bħal dan dwar sustanzi psikoattivi ġodda, skont id-Direttiva 98/34/KE.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih kwalunkwe abbozz ta' regolament tekniku bħal dan dwar sustanzi psikoattivi ġodda, skont id-Direttiva 98/34/KE.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Punti Fokali Nazzjonali fi ħdan in-Network Ewropew tal-Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga ("Reitox") u Unitajiet Nazzjonali għandhom jipprovdu lill-EMCDDA u lill-Europol l-informazzjoni disponibbli fuq il-konsum, riskji possibbli, manifattura, estrazzjoni, importazzjoni, kummerċ, distribuzzjoni, traffikar u użu kummerċjali u xjentifiku ta' susntanzi li jidhru li huma sustanzi jew taħlit psikoattivi ġodda

Jekk Stat Membru jkollu informazzjoni relatata ma' dak li jidher li huwa sustanza jew taħlita proattiva ġdida, il-Punti Fokali Nazzjonali tiegħu fi ħdan in-Netwerk Ewropew tal-Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga ("Reitox") u Unitajiet Nazzjonali għandhom jiġbru u jipprovdu fi żmien xieraq lill-EMCDDA u lill-Europol l-informazzjoni disponibbli fuq l-iskoperta u l-identifikazzjoni, il-konsum u patterns tiegħu, intossikazzjoni serja jew imwiet, riskji possibbli kif ukoll il-livell ta' tossiċità, dejta rigward il-manifattura, l-estrazzjoni, l-importazzjoni, il-kummerċ, id-distribuzzjoni u l-kanali tagħha, it-traffikar u l-użu kummerċjali u xjentifiku ta' sustanzi li jidhru li huma sustanzi jew taħlitiet psikoattivi ġodda.

L-EMCDDA u l-Europol għandhom jikkomunikaw dik l-informazzjoni minnufiħ lil Reitox u lill-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol.

L-EMCDDA u l-Europol għandhom jikkomunikaw dik l-informazzjoni minnufih lil Reitox, lill-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

 

Biex jippermetti reazzjoni aktar effettiva għall-preżenza u firxa mgħaġġla ta’ sustanzi psikoattivi ġodda madwar l-Unjoni, il-mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni (is-'Sistema ta' Twissija Bikrija') għandu jinżamm u jiġi żviluppat iżjed, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta dwar l-iskoperta u l-identifikazzjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn l-EMCDDA u l-Europol jew il-Kummissjoni jikkunsidraw li l-informazzjoni maqsuma fuq sustanza psikoattiva ġdida notifikata minn diversi Stati Membri tikkawża tħassib madwar l-Unjoni minħabba r-riskji għas-saħħa, soċjali u ta' sigurtà li jista' jkollha s-sustanza psikoattiva l-ġdida, l-EMCDDA u l-Europol ifasslu rapport konġunt fuq is-sustanza psikoattiva l-ġdida.

1. Fejn l-EMCDDA u l-Europol jew il-Kummissjoni jikkunsidraw li l-informazzjoni maqsuma fuq sustanza psikoattiva ġdida notifikata minn diversi Stati Membri tikkawża tħassib madwar l-Unjoni minħabba r-riskji għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza li jista’ jkollha s-sustanza psikoattiva l-ġdida, jew b'reazzjoni għal talba motivata ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-EMCDDA u l-Europol għandhom ifasslu rapport konġunt fuq is-sustanza psikoattiva l-ġdida.

2. Ir-rapport Komunitarju għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

2. Ir-rapport Komunitarju għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) in-natura tar-riskji li għandha s-sustanza psikoattiva l-ġdida meta tiġi kkunsmata minn persuni u l-iskala tar-riskju għas-saħħa pubblika, kif riferit f'Artikolu 9(1);

(a) in-natura tar-riskji li għandha s-sustanza psikoattiva l-ġdida meta tiġi kkunsmata minn persuni, inkluż kontroindikazzjonijiet ma' sustanzi oħra meta jkunu disponibbli u l-iskala tar-riskju għas-saħħa pubblika, kif riferit fl-Artikolu 9(1);

(b) L-identità kimika u fiżika tas-sustanza psikoattiva ġdida, il-metodi u, jekk magħrufa l-prekursuri kimiċi użati għall-manifattura jew estrazzjoni tagħha, u sustanzi psikoattivi ġodda oħra bi struttura kimika simili li saru preżenti;

(b) l-identità kimika u fiżika tas-sustanza psikoattiva ġdida, il-metodi u, jekk magħrufa l-prekursuri kimiċi użati għall-manifattura jew estrazzjoni tagħha, u sustanzi psikoattivi ġodda oħra bi struttura kimika simili li rriżultaw jew li raġonevolment jista’ jkun mistenni li jirriżultaw, abbażi ta’ valutazzjoni xjentifika;

(c) l-użu kummerċjali u industrijali tas-sustanza psikoattiva ġodda, kif ukoll l-użu tagħha għar-riċerka xjentifika u skopijiet ta' żvilupp;

(c) l-użu kummerċjali u industrijali tas-sustanza psikoattiva ġodda, kif ukoll l-użu tagħha għar-riċerka xjentifika u skopijiet ta' żvilupp;

(d) l-użu mediku mill-bniedem u dak veterinarju tas-sustanza psikoattiva l-ġdida inkluż l-użu tagħha bħala sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju;

(d) l-użu mediku mill-bniedem u dak veterinarju tas-sustanza psikoattiva l-ġdida inkluż l-użu tagħha bħala sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju;

(e) l-involviment ta' gruppi kriminali fil-manifattura, distribuzzjoni jew kummerċ fis-sustanza psikoattiva ġdida, u kwalunkwe użu tagħha fil-manifattura ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi;

(e) l-involviment ta' gruppi kriminali fil-manifattura, distribuzzjoni jew kummerċ fis-sustanza psikoattiva ġdida, u kwalunkwe użu tagħha fil-manifattura ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi;

(f) jekk is-sustanza psikoattiva ġdida hijiex preżentement taħt valutazzjoni, jew inkella qiegħda taħt valutazzjoni mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti;

(f) jekk is-sustanza psikoattiva ġdida hijiex preżentement taħt valutazzjoni, jew inkella qiegħda taħt valutazzjoni mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti;

(g) jekk is-sustanza psikoattiva ġdida ijiex suġġetta għal kwalunkwe miżuri ta' restrizzjoni fl-Istati Membri;

(g) jekk is-sustanza psikoattiva ġdida hijiex suġġetta għal kwalunkwe miżuri ta' restrizzjoni fl-Istati Membri;

(h) kwalunkwe miżura ta' prevenzjoni u trattament eżistenti, attwata biex tindirizza l-konsegwenzi tal-użu tas-sustanzi psikoattivi ġodda.

(h) kwalunkwe miżura ta' prevenzjoni u trattament eżistenti, attwata biex tindirizza l-konsegwenzi tal-użu tas-sustanzi psikoattivi ġodda.

3. L-EMCDDA u l-Europol jitolbu lill-Punti Fokali Nazzjonali u l-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar is-sustanza psikoattiva l-ġdida. Huma jipprovdu dik l-informazzjoni fi żmien erba' ġimgħat minn meta ssir it-talba.

3. L-EMCDDA u l-Europol jitolbu lill-Punti Fokali Nazzjonali u l-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar is-sustanza psikoattiva l-ġdida. Huma jipprovdu dik l-informazzjoni fi żmien erba' ġimgħat minn meta ssir it-talba.

4. L-EMCDDA u l-Europol jitolbu lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini biex tipprovdi informazzjoni dwar jekk, fl-Unjoni jew fi kwalunkwe Stat Membru, is-sustanza psikoattiva l-ġdida hix:

4. L-EMCDDA u l-Europol jitolbu lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, li għandha tikkonsulta l-awtoritajiet kompetenti għall-mediċini tal-Istati Membri, biex jipprovdu informazzjoni dwar jekk, fl-Unjoni jew fi kwalunkwe Stat Membru, is-sustanza psikoattiva l-ġdida hiex:

(a) sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju li kiseb il-permess għall-kummerċjalizzazzjoni;

(a) sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju li kiseb il-permess għall-kummerċjalizzazzjoni;

(b) sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju li huwa suġġett għal applikazzjoni għal permess għall-kummerċjalizzazzjoni;

(b) sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju li huwa suġġett għal applikazzjoni għal permess għall-kummerċjalizzazzjoni;

(c) sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju li kiseb il-permess għall-kummerċjalizzazzjoni; iżda dan il-permess ġie sospiż mill-awtorità kompetenti.

(c) sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju li kiseb il-permess għall-kummerċjalizzazzjoni; iżda dan il-permess ġie sospiż mill-awtorità kompetenti.

(d) sustanza attiva fi prodott mediċinali mhux awtorizzat skont Artikolu 5 tad-Direttiva 2001.83/KE jew fi prodott mediċinali veterinarju ippreparat maġistralment minn persuna awtorizzata li tagħmel dan taħt il-leġislazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 10(c) tad-Direttiva 2001/82/KE.

(d) sustanza attiva fi prodott mediċinali mhux awtorizzat skont Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/83/KE jew fi prodott mediċinali veterinarju ippreparat b'mod estemporanju minn persuna awtorizzata li tagħmel dan taħt il-leġislazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 10(c) tad-Direttiva 2001/82/KE.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini bl-informazzjoni t'hawn fuq, jekk mitluba minnha.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini bl-informazzjoni t’hawn fuq mingħajr dewmien żejjed, jekk mitluba minnha.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tipprovdi l-informazzjoni disponibbli għaliha fi żmien erba' ġimgħat minn meta tirċievi t-talba tal-EMCDDA.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tipprovdi l-informazzjoni disponibbli għaliha fi żmien erba' ġimgħat minn meta tirċievi t-talba tal-EMCDDA.

5. L-EMCDDA titlon lill-Aġenzija Ewropea għall-Kimiki u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex jipprovdu lill-EMCDDA bl-informazzjoni u d-dejta disponibbli għalihom fuq is-sustanza psikoattiva l-ġdida. L-EMCDDA għandha tirrispetta l-kundizzjonijiet tal-informazzjoni, li huma kkomunikati mill-EMCDDA mill-Aġenzija Ewropea għall-Kimiki u l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel, inkluż kundizzjonijiet fuq sigurtà dwar l-informazzjoni u d-dejta u l-protezzjoni ta' informazzjoni kummerċjali riservata.

5. L-EMCDDA għandu jitlob lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex jipprovdu l-informazzjoni u d-dejta disponibbli għalihom fuq is-sustanza psikoattiva l-ġdida. L-EMCDDA għandu jirrispetta l-kundizzjonijiet dwar l-użu tal-informazzjoni, li huma kkomunikati lill-EMCDDA mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-ECDC u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, inkluż kundizzjonijiet fuq sigurtà dwar l-informazzjoni u d-dejta u l-protezzjoni ta’ dejta kunfidenzjali, inkluża dejta sensittiva jew informazzjoni kummerċjali.

L-Aġenzija Ewropea għall-Kimiki u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għandhom jipprovdu l-informazzjoni disponibbli għalihom fi żmien erba' ġimgħat minn meta ssir it-talba.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-ECDC u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għandhom jipprovdu l-informazzjoni disponibbli għalihom fi żmien erba' ġimgħat minn meta ssir it-talba.

6. L-EMCDDA u l-Europol għandhom jissottometti r-rapport konġunt lill-Kummissjoni fi żmien tmien ġimgħat mit-talba għal aktar informazzjoni msemmija f'paragrafu 3.

6. L-EMCDDA u l-Europol għandhom jissottomettu r-rapport konġunt lill-Kummissjoni fi żmien tmien ġimgħat mit-talba għal aktar informazzjoni msemmija f'paragrafu 3.

Meta l-EMCDDA u l-Europol jiġbru informazzjoni fuq taħlit jew fuq diversi sustanzi psikoattivi ġodda bi struttura kimika simili, għandhom jissottomettu rapporti konġunti individwali lill-Kummissjoni fi żmien għaxar ġimgħat mit-talba għal aktar informazzjoni msemmija f'paragrafu 3.

Meta l-EMCDDA u l-Europol jiġbru informazzjoni fuq taħlit jew fuq diversi sustanzi psikoattivi ġodda bi struttura kimika simili, għandhom jissottomettu rapporti konġunti individwali lill-Kummissjoni fi żmien għaxar ġimgħat mit-talba għal aktar informazzjoni msemmija f'paragrafu 3.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fi żmien erba' ġimgħat mill-irċevuta tar-rapport konġunt imsemmi f'Artikolu 6, il-Kummissjoni tista' titlob lill-EMCDDA tivvaluta r-riskji potenzjali li għandhom sustanzi psikoattivi ġodda u tfassal rapport ta' valutazzjoni ta' riskju. Il-valutazzjoni ta' riskju għandha titmexxa mill-Kumitet Xjentifiku tal-EMCDDA.

1. Fi żmien erba' ġimgħat mill-wasla tar-rapport konġunt imsemmi f'Artikolu 6, il-Kummissjoni tista' titlob lill-EMCDDA tivvaluta r-riskji potenzjali li għandhom sustanzi psikoattivi ġodda u tfassal rapport ta' valutazzjoni ta' riskju. Il-valutazzjoni ta' riskju għandha titmexxa mill-Kumitet Xjentifiku tal-EMCDDA.

2. Ir-rapport tal-valutazzjoni ta' riskju għandu tinkludi analiżi tal-kriterji u tal-informazzjoni msemmija f'Artikolu 10(2) biex jippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina l-livell ta' riskji għas-saħħa, soċjetà u sigurtà li gġandha s-sustanza psikoattiva ġdida.

2. Ir-rapport tal-valutazzjoni ta' riskju għandu jinkludi analiżi tal-kriterji u tal-informazzjoni msemmija f'Artikolu 10(2) biex jippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina l-livell ta' riskji għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza li għandha s-sustanza psikoattiva ġdida.

3. Il-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA jivvaluta r-riskji matul laqgħa speċjali. Il-Kumitat jista' jiġi estiż b'mhux aktar minn ħames esperti, li jirrappreżentaw l-oqsma xjentifiċi relevanti biex tiġi żgurata valutazzjoni bilanċjata tar-riskji tas-sustanza psikoattiva ġdida. Id-Direttur tal-EMCDDA jaħtarhom minn lista ta’ esperti. Il-bord ta’ ġestjoni tal-EMCDDA japprova l-lista ta’ esperti kull tliet snin. Il-Kummissjoni, l-EMDDA, l-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandhom ikollhom id-dritt li jinnominaw żewġ osservaturi kull wieħed.

3. Il-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA jivvaluta r-riskji matul laqgħa speċjali. Il-Kumitat jista' jiġi estiż b'mhux aktar minn ħames esperti, inkluż psikologu li jispeċjalizza fuq id-dipendenza, li jirrappreżentaw l-oqsma xjentifiċi relevanti biex tiġi żgurata valutazzjoni bilanċjata tar-riskji tas-sustanza psikoattiva ġdida. Id-Direttur tal-EMCDDA jaħtarhom minn lista ta’ esperti. Il-bord ta’ ġestjoni tal-EMCDDA japprova l-lista ta’ esperti kull tliet snin. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, l-EMCDDA, il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandu jkollhom id-dritt li jinnominaw żewġ osservaturi kull wieħed.

4. Il-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA għandu jmexxi l-valutazzjoni ta' riskju fuq il-bażi ta' informazzjoni dwar ir-riskji tas-sustanza u fuq l-użu tagħha, inkluż użu kummeċjali u industrijali, provduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-EMCDDA, Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-Aġenzija Ewropea għall-Kimiki, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel u fuq il-bażi ta' kwalunkwe evidenza xjentifika relevanti. Għandu jikkunsidra l-opinjonijiet kollha tal-membri tiegħu. L-EMCDDA għandu jappoġġja l-vallutazzjoni ta' riskju u għandu jidentifika l-bżonnijiet ta' informazzjoni, inkluż studji u testijiet immirati.

4. Il-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA għandu jmexxi l-valutazzjoni ta’ riskju fuq il-bażi ta’ informazzjoni dwar ir-riskji tas-sustanza u fuq l-użu tagħha, bħat-tendenzi u d-dożaġġ tagħha, inkluż użu kummerċjali u industrijali, provduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-EMCDDA, Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u fuq il-bażi ta’ kwalunkwe evidenza xjentifika relevanti. Għandu jikkunsidra l-opinjonijiet kollha tal-membri tiegħu. L-EMCDDA għandu jappoġġja l-valutazzjoni ta' riskju u għandu jidentifika l-bżonnijiet ta' informazzjoni, inkluż studji u testijiet immirati.

5. L-EMCDDA għandu jissottometti r-rapport tal-valutazzjoni ta' riskju lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il ġimgħa mid-data meta rċieva t-talba mill-Kummissjoni.

5. L-EMCDDA għandu jissottometti r-rapport tal-valutazzjoni ta' riskju lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il ġimgħa mid-data meta rċieva t-talba mill-Kummissjoni.

6. Fuq talba tal-EMCDDA, il-Kummissjoni tista' testendi ż-żmien li fih għandha titlesta l-valutazzjoni ta' riskju b'mhux aktar minn tnax-il ġimgħa biex jippermetti li ssir aktar kollezzjoni ta' riċerka u dejta. L-EMCDDA għandu jissottometti talba bħal din lill-Kummissjoni fi żmien sitt ġimgħat mit-tnedija tal-valutazzjoni ta' riskju. Jekk, fi żmien ġimgħatejn li ssir talba bħal din, il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għal talba bħal din, il-valutazzjoni ta' riskju għandha tiġi estiża wkoll.

6. Fuq talba tal-EMCDDA, il-Kummissjoni tista' testendi ż-żmien li fih għandha titlesta l-valutazzjoni ta' riskju b'mhux aktar minn tnax-il ġimgħa biex jippermetti li ssir aktar kollezzjoni ta' riċerka u dejta. L-EMCDDA għandu jissottometti talba bħal din lill-Kummissjoni fi żmien sitt ġimgħat mit-tnedija tal-valutazzjoni ta' riskju. Jekk, fi żmien ġimagħtejn li ssir talba bħal din, il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għal talba bħal din, il-valutazzjoni ta' riskju għandha tiġi estiża wkoll.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. M'għandha ssir ebda valutazzjoni tar-riskju meta s-sustanza psikoattiva ġdida hija fi stadju avanzat ta' valutazzjoni fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, l-aktar ladarba l-kumitat espert dwar id-dipendenza mid-droga tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jippublika ir-revizjoni kritika tiegħu flimkien ma' rakkomandazzjoni bil-miktub, ħlief fejn hemm informazzjoni abbundanti ġdida jew rilevanti għall-Unjoni u li ma ġietx ikkunsidrata mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti.

1. M’għandha ssir ebda valutazzjoni tar-riskju meta s-sustanza psikoattiva ġdida hija fi stadju avvanzat ta’ valutazzjoni fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, l-aktar ladarba l-kumitat espert dwar id-dipendenza mid-droga tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jippubblika r-reviżjoni kritika tiegħu flimkien ma’ rakkomandazzjoni bil-miktub, ħlief fejn hemm informazzjoni abbundanti u konkreta ġdida jew rilevanti għall-Unjoni u li ma ġietx ikkunsidrata mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, li għandha tissemma’ fir-rapport ta’ valutazzjoni.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. M'għandha ssir ebda valutazzjoni ta' riskju meta sustanza prikoattiva ġdida tiġi vvalutata mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, li iżda ddeċidiet li ma tiskedahiex taħt il-Konvenzjoni Unika dwar Drogi Narkotiċi tal-1961 kif emendata mill-Protokoll tal-1972, jew il-Konvenzjoni dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971, ħlief fejn hemm biżżejjed informazzjoni li din hija ġdida jew rilevanti għall-Unjoni.

2. M’għandha ssir ebda valutazzjoni ta’ riskju meta sustanza psikoattiva ġdida tiġi vvalutata mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, li iżda ddeċidiet li ma tiskedahiex taħt il-Konvenzjoni Unika dwar Drogi Narkotiċi tal-1961 kif emendata mill-Protokoll tal-1972, jew il-Konvenzjoni dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971, ħlief fejn hemm biżżejjed informazzjoni sinifikanti u konkreta li hija ġdida jew rilevanti għall-Unjoni, fejn ir-raġunijiet għal dan għandhom jiġu indikati fir-rapport ta’ valutazzjoni.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4. Madankollu, il-valutazzjoni tar-riskju għandha titwettaq jekk fil-livell tal-Unjoni jkun hemm biżżejjed dejta disponibbli li tissuġġerixxi l-ħtieġa ta' rapport konġunt tal-EMCDDA u l-Europol.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta hija titlob valutazzjoni ta' riskju ta' susstanza psikoattiva ġdida skont l-Artikolu 7(1), il-Kummissjoni, permezz ta' Deċiżjoni, tipprojbixxi li s-sustanza psikoattiva l-ġdida ssir disponibbli fis-suq tal-konsumatur jekk, skont informazzjoni eżistenti, hija ta' riskju immedjat għas-saħħa pubblika b'xhieda minn:

1. Meta hija titlob valutazzjoni ta' riskju ta' sustanza psikoattiva ġdida skont l-Artikolu 7(1), il-Kummissjoni, permezz ta' Deċiżjoni, tipprojbixxi li s-sustanza psikoattiva l-ġdida ssir disponibbli fis-suq tal-konsumatur jekk, skont informazzjoni eżistenti, hija ta' riskju immedjat għas-saħħa pubblika b'xhieda minn:

(a) imwiet irrappurtati u diversi konsegwenzi ta' saħħa assoċjati mal-konsum tas-sustanza psikoattiva ġdida f'diversi Stati Membri, relatati mat-tossiċità akuta serja tas-sustanza psikoattiva ġdida;

(a) imwiet irrappurtati u diversi konsegwenzi ta’ saħħa assoċjati mal-konsum tas-sustanza psikoattiva ġdida, inklużi kontroindikazzjonijiet ma' sustanzi oħra meta jkunu disponibbli, fi Stati Membri, relatati mat-tossiċità tas-sustanza psikoattiva ġdida;

(b) il-prevalenza u l-mudelli ta' użu tas-sustanza psikoattiva ġdida fil-popolazzjoni ġenerali u fi gruppi speċifiċi, b'mod partikolari l-frekwenza, kwantitajiet u mod ta' użu, id-disponibilità tagħha għall-konsumaturi u l-potenzjal ta' tixrid, li jindikaw li l-iskala tar-riskju hija konsiderevoli.

(b) il-prevalenza u x-xejriet ta' użu tas-sustanza psikoattiva ġdida fil-popolazzjoni ġenerali u fi gruppi speċifiċi, b'mod partikolari l-frekwenza, kwantitajiet u mod ta' użu, id-disponibilità tagħha għall-konsumaturi u l-potenzjal ta' tixrid, li jindikaw li l-iskala tar-riskju hija konsiderevoli.

2. Il-Kummissjoni tadotta d-Deċiżjoni msemmija f'paragrafu 1 permezz tal-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).

2. Il-Kummissjoni tadotta d-Deċiżjoni msemmija f'paragrafu 1 permezz tal-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).

Minħabba raġunijiet ta' urġenza assoluta ġustifikat kif dovut relatati ma' żieda mgħaġġla fin-numru ta' imwiet irrappurtati f'diversi Stati Membri assoċjati mal-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida kkonċernata, l-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura stabbilita f'Artikolu 19(3).

Minħabba raġunijiet ta' urġenza assoluta ġustifikati kif dovut relatati ma' żieda mgħaġġla fin-numru ta' imwiet irrappurtati f'diversi Stati Membri assoċjati mal-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida kkonċernata, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura stabbilita f'Artikolu 19(3).

3. Ir-restrizzjoni tas-suq li tinsab fid-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma taqbiżx il-perjodu ta' tnax-il xahar.

3. Ir-restrizzjoni tas-suq li tinsab fid-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma taqbiżx il-perjodu ta' tnax-il xahar. Jekk il-livell ta’ riskji għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza li għandha s-sustanza psikoattiva ġdida jiġġustifika l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni permanenti, it-tul tar-restrizzjoni temporanja tas-suq jista’ jiġġedded bi tnax-il xahar ieħor, fin-nuqqas ta’ restrizzjonijiet permanenti tas-suq.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-livell ta' riskji għas-saħħa, soċjetà u sigurtà li għandhom is-sustanzi psikoattivi ġodda li dwarhom sar abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni ta' riskju. Għandha tagħmel dan fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli, b'mod partikolari r-rapport tal-valutazzjoni ta' riskju.

1. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, bla dewmien żejjed, il-livell ta' riskji għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza li għandhom is-sustanzi psikoattivi ġodda li dwarhom sar abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni ta' riskju. Għandha tagħmel dan fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli, b'mod partikolari r-rapport tal-valutazzjoni ta' riskju.

2. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kriterji li jmiss meta tistabbilixxi l-livell ta' riskju ta' sustanza psikoattiva ġdida:

2. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kriterji li ġejjin meta tistabbilixxi l-livell ta' riskju ta' sustanza psikoattiva ġdida:

(a) id-dannu għas-saħħa kkawżati mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjati mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi prodotta d-dipendenza, b'mod partikolari korriment, mard, ħsara fiżika u mentali;

(a) id-dannu għas-saħħa kkawżat mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjat mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, mal-kontroindikazzjonijiet ma' sustanzi oħra meta jkunu disponibbli, tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi kkawżata d-dipendenza, b'mod partikolari korriment, mard, aggressjoni, kif ukoll ħsara fiżika u mentali;

(b) id-dannu soċjali għall-individwi u għas-soċjetà, b'mod partikolari l-impatt tagħha fuq il-funzjonament soċjali, ordni pubblika u attivitajiet kriminali, attività ta' kriminalità organizzata assoċjata mas-sustanza psikoattiva l-ġdida, profitt illeċitu ppenerat mill-produzzjoni, kummerċ u distribuzzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida u spejjeż ekonomiċi marbuta mad-dannu soċjali.

(b) id-dannu soċjali għall-individwi u għas-soċjetà, b'mod partikolari abbażi tal-impatt tagħha fuq il-funzjonament soċjali, ordni pubblika u attivitajiet kriminali, attività ta' kriminalità organizzata assoċjata mas-sustanza psikoattiva l-ġdida, profitt illeċitu ġġenerat mill-produzzjoni, kummerċ u distribuzzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida u spejjeż ekonomiċi marbuta mad-dannu soċjali.

(c) Ir-riskji għas-sigurtà, b'mod partikolari l-firxa ta' mard, inkluż viruses li jittieħdu mid-demm, il-konsegwenzi ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta; sewqan, l-impatt tal-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva ġdida u materjali ta'skart fuq l-ambjent.

(c) ir-riskji għas-sikurezza pubblika, b'mod partikolari l-firxa ta' mard, inkluż viruses li jittieħdu mid-demm, il-konsegwenzi ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta' sewqan, l-impatt tal-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva ġdida u materjali ta' skart fuq l-ambjent.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-prevalenza u mudelli ta' użu tas-sustanza psikoattiva ġdida fil-popolazzjoni ġenerali u fi gruppi partikolari, d-disponibilità tagħha għall-konsumatur, il-potenzjal għat-tixrid, in-numru ta' Stati Membri li fihom hija ta' riskju għas-saħħa, soċjetà u sigurtà, il-limitu sa fejn tintuża kummerċjalment u industrijalmentm u l-użu tagħha għar-riċerka xjentifika u l-għanijiet ta' żvilupp.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-prevalenza u x-xejriet ta' użu tas-sustanza psikoattiva ġdida fil-popolazzjoni ġenerali u fi gruppi partikolari, id-disponibilità tagħha għall-konsumatur, il-potenzjal għat-tixrid, in-numru ta' Stati Membri li fihom hija ta' riskju għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza, il-limitu sa fejn tintuża kummerċjalment u industrijalment u l-użu tagħha għar-riċerka xjentifika u l-għanijiet ta' żvilupp.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Riskji baxxi

Riskji baxxi fil-livell tal-Unjoni

Il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta miżuri ta’ restrizzjoni fuq sustanza psikoattiva ġdida jekk, abbażi ta' evidenza eżistenti, b’mod ġenerali, hija toħloq riski baxxi għas-saħħa, soċjali u ta’ sigurtà, b’mod partikolari:

Il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta miżuri ta’ restrizzjoni fuq sustanza psikoattiva ġdida jekk, abbażi tal-evidenza eżistenti u abbażi tal-kriterji li ġejjin, b'mod ġenerali, hija toħloq riskji baxxi għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza fil-livell tal-Unjoni:

(a) id-dannu għas-saħħa kkawżat mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjat mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, it-tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi prodotta d-dipendenza huma limitati, minħabba li tikkawża korriment u mard żgħir, u dannu fiżiku jew mentali żgħir;

(a) id-dannu għas-saħħa kkawżat mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjat mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, it-tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi kkawżata d-dipendenza, huma insinifikanti;

(b) id-dannu soċjali kkawżat lill-individwi u lis-soċjetà, b'mod partikolari l-impatt tagħha fuq il-funzjonament soċjali, ordni pubblika u attivitajiet kriminali, attività ta' kriminalità organizzata assoċjata mas-sustanza psikoattiva l-ġdida huwa baxx, profitt illeċitu iġġenerat mill-produzzjoni, kummerċ u distribuzzjoni tas-sustanza psikoattiva l-ġdida u kostijiet ekonomiċi assoċjati ma jeżistux jew huma negliġibbli;

(b) id-dannu soċjali kkawżat lill-individwi u lis-soċjetà, b'mod partikolari abbażi tal-impatt tagħha fuq il-funzjonament soċjali, ordni pubbliku u attivitajiet kriminali, attività ta' kriminalità organizzata assoċjata mas-sustanza psikoattiva l-ġdida huwa baxx, profitt illeċitu iġġenerat mill-produzzjoni, kummerċ u distribuzzjoni tas-sustanza psikoattiva l-ġdida u kostijiet ekonomiċi assoċjati ma jeżistux jew huma negliġibbli;

(c) Ir-riskji għas-sigurtà huma limitati, b'mod partikolari riskju baxx ta' firxa ta' mard inkluż viruses li jittieħdu mid-demm, konsegwenzi baxxi jew li ma jeżistux ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta' sewqan, l-impatt tal-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva ġdida u materjali ta'skart fuq l-ambjent huma baxxi

(c) ir-riskji għas-sikurezza pubblika huma limitati, b’mod partikolari abbażi tar-riskju baxx ta’ firxa ta’ mard inkluż viruses li jittieħdu mid-demm, konsegwenzi baxxi jew li ma jeżistux ta’ ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta’ sewqan, l-impatt tal-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva ġdida u materjali ta’ skart assoċjati fuq l-ambjent huma baxxi.

 

Meta deċiżjoni li ma jiġux adottati miżuri ta’ restrizzjoni fuq sustanza psikoattiva ġdida li b’mod ġenerali hija meqjusa li toħloq riskju baxx għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza kienet ibbażata fuq nuqqas parzjali jew totali ta’ evidenza, dan għandu jiġi inkluż u msemmi kif xieraq fil-ġustifikazzjoni tagħha.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Riskji moderati u restrizzjoni tas-suq tal-konsumatur permanenti

Riskji moderati u restrizzjoni tas-suq tal-konsumatur permanenti fil-livell tal-Unjoni

1. Il-Kummissjoni, permezz ta’ Deċiżjoni, u mingħajr dewmien żejjed, tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq għall-konsumaturi tas-sustanza psikoattiva l-ġdida jekk, skont evidenza eżistenti, din toħloq, b’mod ġenerali, riskji moderati tas-saħħa, soċjali u ta’ sigurtà, b’mod partikolari:

1. Il-Kummissjoni, permezz ta’ Deċiżjoni, u mingħajr dewmien żejjed, tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq għall-konsumaturi tas-sustanza psikoattiva l-ġdida jekk, skont l-evidenza eżistenti u abbażi ta’ dawn il-kriterji li ġejjin, din toħloq riskji moderati għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza:

(a) id-dannu għas-saħħa kkawżat mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjati mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi prodotta d-dipendenza, huwa moderat, minħabba li ġeneralment tikkawża korriment u mard mhux fatali u ħsara fiżika u mentali moderata;

(a) id-dannu għas-saħħa kkawżat mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjat mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi kkawżata d-dipendenza, huwa moderat, minħabba li ġeneralment tikkawża korriment u mard mhux fatali u ħsara fiżika u mentali moderata;

(b) id-dannu soċjali kkawżat lill-individwi u lis-soċjetà huwa moderat, b'mod partikolari rigward l-impatt tagħha fuq il-funzjonament soċjali u l-ordni pubblika, li jipproduċu disturb pubbliku; attivitajiet kriminali u attività ta' kriminalità organizzata assoċjati mas-sustanza huma rari, profitti illeċiti u spejjeż ekonomiċi huma moderati;

(b) id-dannu soċjali kkawżat lill-individwi u lis-soċjetà huwa moderat, b'mod partikolari abbażi tal-impatt tagħha fuq il-funzjonament soċjali u l-ordni pubblika, li jipproduċu disturb pubbliku; attivitajiet kriminali u attività ta' kriminalità organizzata assoċjati mas-sustanza huma rari, profitti illeċiti u spejjeż ekonomiċi huma moderati;

(c) Ir-riskji għas-sigurtà huma moderati, b'mod partikolari riskju rari ta' firxa ta' mard inkluż viruses li jittieħdu mid-demm, konsegwenzi moderati ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta' sewqan, l-impatt tal-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva ġdida u materjali ta'skart assoċjati jirriżulta f'disturb ambjentali.

(c) ir-riskji għas-sikurezza pubblika huma moderati, b'mod partikolari abbażi ta' firxa sporadika ta' mard inkluż viruses li jittieħdu mid-demm, konsegwenzi moderati ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta' sewqan, l-impatt tal-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva ġdida u materjali ta' skart assoċjati jirriżulta f'disturb ambjentali.

2. Il-Kummissjoni tadotta d-Deċiżjoni msemmija f'paragrafu 1 permezz tal-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).

2. Il-Kummissjoni tadotta d-Deċiżjoni msemmija f'paragrafu 1 permezz tal-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).

 

3. Meta l-informazzjoni jew l-evidenza disponibbli turi li s-sustanza psikoattiva l-ġdida soġġetta għad-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 hija ta’ riskju ta’ livell ogħla għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza fi Stat Membru partikolari, l-aktar minħabba l-modalitajiet jew l-iskala tal-kunsum ta’ dik is-sustanza jew meta jitqiesu r-riskji speċifiċi li s-sustanza tippreżenta fit-territorju tagħha bil-kunsiderazzjoni ta' ċirkostanzi nazzjonali jew kull fattur soċjali, ekonomiku, legali, amministrattiv jew kull fattur ieħor, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri aktar stretti biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika.

 

 

4. Stat Membru li jixtieq iżomm miżura aktar stretta dwar is-sustanza psikoattiva l-ġdida skont il-paragrafu 3 għandu jikkomunika immedjatament il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti lill-Kummissjoni u għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwarha.

 

5. Stat Membru li jixtieq jintroduċi miżura aktar stretta dwar is-sustanza psikoattiva l-ġdida skont il-paragrafu 3 għandu jikkomunika immedjatament il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti lill-Kummissjoni u għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwarha.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Riskji gravi u restrizzjoni tas-suq permanenti

Riskji gravi u restrizzjoni tas-suq permanenti fil-livell tal-Unjoni

1. Il-Kummissjoni, permezz ta’ Deċiżjoni, u mingħajr dewmien żejjed, tipprojbixxi l-produzzjoni, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq inkluż l-importazzjoni għall-Unjoni, it-trasport, u l-esportazzjoni mill-Unjoni tas-sustanza psikoattiva l-ġdida jekk, skont evidenza eżistenti, din toħloq, b’mod ġenerali, riskji gravi tas-saħħa, soċjali u ta’ sigurtà, b’mod partikolari:

1. Il-Kummissjoni, permezz ta’ Deċiżjoni, u mingħajr dewmien żejjed, tipprojbixxi l-produzzjoni, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq inkluż l-importazzjoni għall-Unjoni, it-trasport, u l-esportazzjoni mill-Unjoni tas-sustanza psikoattiva l-ġdida jekk din tippreżenta riskji gravi għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza, abbażi ta' evidenza esistenti u l-kriterji li ġejjin:

(a) id-dannu għas-saħħa kkawżat mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjati mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi prodotta d-dipendenza huma ta' theddida għall-ħajja, minħabba li ġeneralment jikkawża mewt jew korriment fatali, mard gravi u ħsara fiżika u mentali gravi;

(a) id-dannu għas-saħħa kkawżat mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjat mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, mat-tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi kkawżata d-dipendenza huwa gravi, minħabba li ġeneralment jikkawża mewt jew korriment fatali, mard gravi u ħsara fiżika u mentali gravi;

(b) id-dannu soċjali kkawżat lill-individwi u lis-soċjetà huma gravi b'mod partikolari rigward l-impatt tagħha fuq il-funzjonament soċjali u l-ordni ppubblika, li jirriżultaw fi tfixkil tal-ordni pubblika, imġieba vjolenti u antisoċjali li tikkawża ħsara lill-utenti , lill-oħrajn u lill-proprjetà; attivitajiet kriminali u attività ta' kriminalità organizzata assoċjati mas-sustanza psikoattiva l-ġdida huma sistematiċi, profitti illeċiti u spejjeż ekonomiċi huma għolja;

(b) id-dannu soċjali kkawżat lill-individwi u lis-soċjetà huma gravi b'mod partikolari abbażi tal-impatt tagħha fuq il-funzjonament soċjali u l-ordni pubbliku, li jirriżultaw fi tfixkil tal-ordni pubblika, imġiba vjolenti u antisoċjali li tikkawża ħsara lill-utenti , lill-oħrajn u lill-proprjetà; attivitajiet kriminali u attività ta' kriminalità organizzata assoċjati mas-sustanza psikoattiva l-ġdida huma sistematiċi;

(c) ir-riskji għas-sigurtà huma gravi b'mod partikolari firxa sinifikanti ta' mard, inkluż trażmissjoni ta' viruses li jittieħdu mid-demm, konsegwenzi gravi ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta' sewqan, u l-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva l-ġdida u materjali ta' skart assoċjati jirriżulta fi ħsara ambjentali.

(c) ir-riskji għas-sikurezza pubblika huma gravi b’mod partikolari abbażi ta' firxa sinifikanti ta’ mard, inkluż trażmissjoni ta’ viruses li jittieħdu mid-demm, konsegwenzi gravi ta’ ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta’ sewqan, u l-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva l-ġdida u materjali ta’ skart assoċjati li jirriżultaw fi ħsara ambjentali.

2. Il-Kummissjoni tadotta d-Deċiżjoni msemmija f'paragrafu 1 permezz tal-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).

2. Il-Kummissjoni tadotta d-Deċiżjoni msemmija f'paragrafu 1 permezz tal-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Delega tas-setgħa

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 20a biex temenda l-kriterji elenkati fl-Artikoli 11,  12 u 13.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-Deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(1) u Artikolu 12(1) m'għandhomx ma jippermettux il-moviment ħieles fl-Unjoni tas-sustanzi psikoattivi l-ġodda u lanqas ma għandhom iwaqqfu sustanzi psikoattivi ġodda li huma sustanzi attivi fi prodotti mediċinali jew prodotti mediċinali veterinarji li kisbu awtorizzazzjoni biex ikunu kummerċjalizzati milli jitqiegħdu fuq is-suq għall-konumatur.

1. Id-Deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(1) u Artikolu 12(1) m'għandhomx ma jippermettux il-moviment ħieles fl-Unjoni tas-sustanzi psikoattivi l-ġodda u lanqas ma għandhom iwaqqfu sustanzi psikoattivi ġodda li huma sustanzi attivi fi prodotti mediċinali jew prodotti mediċinali veterinarji li kisbu awtorizzazzjoni biex ikunu kummerċjalizzati milli jitqiegħdu fuq is-suq għall-konumatur.

2. Il-miżuri adottati skont Artikolu 13(1) m'għandhomx iwaqqfu l-moviment ħieles fl-Unjoni u l-produzzjoni, manifattura, disponibilità fuq is-suq, inkluż l-importazzjoni lejn l-Unjoni, it-trasport, u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta' sustanzi psikoattivi ġodda:

2. Il-miżuri adottati skont Artikolu 13(1) m'għandhomx iwaqqfu l-moviment ħieles fl-Unjoni u l-produzzjoni, manifattura, disponibilità fuq is-suq, inkluż l-importazzjoni lejn l-Unjoni, it-trasport, u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta' sustanzi psikoattivi ġodda:

(a) għal skopijiet ta' riċerka xjentifika u żvilupp;

(a) għal skopijiet ta’ riċerka xjentifika u żvilupp, minn persuni awtorizzati kif xieraq f'korpi li huma direttament taħt il-kontroll tal-awtoritajiet tal-Istati Membri jew speċifikament approvati minnhom;

(b) għal użu awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(b) għal użu awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(c) li huma sustanzi attivi fi prodotti mediċinali jew prodotti mediċinali veterinarji li jkunu kisbu awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;

(c) li huma sustanzi attivi fi prodotti mediċinali jew prodotti mediċinali veterinarji li jkunu kisbu awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;

(d) għall-użu fil-manifattura ta' sustanzi u prodotti sakemm is-sustanzi psikoattivi ġodda jkunu mibdula f'kundizzjoni tali li ma jistgħux ikunu abbużati jew irkuprati;

(d) għall-użu fil-manifattura ta’ sustanzi u prodotti sakemm is-sustanzi psikoattivi ġodda jkunu mibdula f’kundizzjoni tali li ma jistgħux ikunu abbużati jew irkuprati, li l-ammont ta' kull sustanza użata jiġi inkluż fl-informazzjoni dwar is-sustanza jew il-prodott.

 

2a. Għall-utenti kollha awtorizzati, sustanzi u prodotti psikoattivi ġodda li jkun fihom sustanzi psikoattivi ġodda għandhom jinkludu istruzzjonijiet għall-użu, inkluż prekawzjonijiet, twissijiet u kontroindikazzjonijiet ma’ sustanzi oħra, li jiġu indikati fuq it-tikketta jew inklużi fil-fuljett ta’ akkumpanjament għas-sikurezza tal-utent.

3. Id-Deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(1) jistgħu jistabbilixu rekwiżiti u kondizzjonijiet għall-produzzjoni, manifattura, tqegħid fis-suq inkluż l-importazzjoni lejn l-Unjoni, it-trasport, u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda li joħolqu riskji gravi għas-saħħa, soċjali u ta' sigurtà għall-użi elenkati fil-paragrafu 2.

3. Id-Deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(1) jistgħu jistabbilixu rekwiżiti u kondizzjonijiet għall-produzzjoni, manifattura, tqegħid fis-suq inkluż l-importazzjoni lejn l-Unjoni, it-trasport, u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda li joħolqu riskji gravi għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza għall-użi elenkati fil-paragrafu 2.

 

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżura xierqa biex jipprevjenu d-devjazzjoni lejn is-swieq illeċiti ta’ sustanzi psikoattivi ġodda użati għal skopijiet ta’ riċerka u żvilupp jew għal kwalunkwe użu awtorizzat ieħor.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Riċerka u analiżi

Riċerka, analiżi, prevenzjoni u ffinanzjar

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw l-iżvilupp, il-qsim u l-firxa ta' informazzjoni u tagħrif fuq sustanzi psikoattivi ġodda. Għandhom jgħamlu dan billi jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-EMCDDA, aġenziji oħra tal-Unjoni, u ċentri xjentifiċi u ta' riċerka.

1. Appoġġ finanzjarju u r-riżorsi neċessarji għandhom jiġu pprovduti fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali għall-iżvilupp, il-qsim u l-firxa ta' informazzjoni u tagħrif fuq sustanzi psikoattivi ġodda. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu dan billi jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-EMCDDA, aġenziji oħra tal-Unjoni, u ċentri xjentifiċi u ta' riċerka u entitajiet oħra bl-għarfien espert rilevanti, u billi jipprovdu regolarment dawn l-entitajiet b'informazzjoni aġġornata dwar tali sustanzi.

 

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ukoll jippromwovu u jappoġġjaw ir-riċerka, inkluża r-riċerka applikata dwar sustanzi psikoattivi ġodda u jiżguraw il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn in-netwerks fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni sabiex il-fenomonu jinftiehem aktar sew. Għandhom jagħmlu dan billi jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-EMCDDA, aġenziji oħra tal-Unjoni, (b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi) u ċentri xjentifiċi u ta' riċerka. Għandha ssir enfasi fuq l-iżvilupp tal-kapaċità forensika u tossikoloġika kif ukoll fuq it-titjib tad-disponibilità tal-informazzjoni epidemjoloġika.

 

3. L-Istati Membri għandhom jippromwovu skemi ta' prevenzjoni kif ukoll, flimkien mal-Kummissjoni, miżuri biex titqajjem kuxjenza dwar ir-riskji ppreżentati minn sustanzi psikoattivi, bħal kampanji edukattivi ta’ informazzjoni.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 20a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 20a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

2. Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 13a għandha tkun konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin (id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ għaxar snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodu ieħor ta’ għaxar snin, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu.

 

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 13a tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Europew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 13a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-EMCDDA u l-Europol jirrapportaw kull sena dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

1. L-EMCDDA u l-Europol għandhom jirrapportaw kull sena lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapporti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu ppubblikati fuq websajt u jkunu magħmula disponibbli pubblikament.

 

2. Il-Kummissjoni għandha [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u jekk ġustifikat b'segwitu ta' proposta biex tingħalaq kwalunkwe lakuna identifikata bejn ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dan ir-Regolament sabiex tiżgura li s-sustanzi psikotropiċi jiġu rregolati kif xieraq.

 

________________

 

1a Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard minn [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivaluta l-implimentazzjoni, applikazzjoni u effettività ta' dan ir-Regolament u tippubblika rapport.

Sa mhux aktar tard minn [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament u tippubblika rapport. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni, l-EMCDDA u l-Europol għandhom iwettqu valutazzjonijiet ta’ wara r-riskju ta’ sustanzi psikoattivi ġodda.

 

Sa [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tevalwa u jekk xieraq tippreżenta proposta għal klassifikazzjoni possibbli ta' gruppi ta' sustanzi psikoattivi ġodda sabiex taġixxi kontra l-prattika li wieħed jaħrab mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ permezz ta' modifiki żgħar tal-istruttura kimika tas-sustanzi psikoattivi.

(1)

Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Sustanzi psikoattivi ġodda (SPĠ) huma sustanzi li jimitaw l-effetti ta’ sustanzi kkontrollati, iżda li mhumiex koperti mill-Konvenzjonijiet tan-NU dwar il-Kontroll tad-Droga. Dawn ħafna drabi jkollhom użu kummerċjali u industrijali, kif ukoll huma esplorati għal skopijiet xjentifiċi u ta’ żvilupp. Meta kkunsmati minn persuni s-SPĠ huma ta’ riskju għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza. F’dawn l-aħħar snin, f’diversi Stati Membri ġiet osservata żieda rapida fil-bejgħ kif ukoll fil-konsum tagħhom. Hemm evidenza li turi li s-SPĠ huma b’mod partikolari popolari fost gruppi ta’ età iżgħar. Skont l-Ewrobarometru tal-2011 “L-attitudnijiet taż-Żgħażagħ dwar id-drogi”, 5 % taż-żgħażagħ fl-UE għamlu użu minn dawn is-sustanzi tal-anqas darba f’ħajjithom, b’massimu ta’ 16 % fl-Irlanda, u qrib l-10 % fil-Polonja, il-Latvja u r-Renju Unit. Attwalment fl-UE qed jintużaw aktar minn 300 SPĠ. In-notifiki l-ġodda mill-Istati Membri attwalment qed ikunu ta’ madwar waħda fil-ġimgħa.

L-Istati Membri wieġbu għall-preżenza u l-firxa rapidi ta’ dawn is-sustanzi bl-użu ta’ varjetà ta’ metodi fi ħdan il-qafas leġiżlattiv tagħhom u billi ppruvaw ipoġġu sustanzi uniċi jew l-analogi tagħhom taħt miżuri ta’ kontroll differenti. Dan jista’ jkun ta’ ostaklu għall-funzjonament xieraq tas-suq uniku.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Lejn reazzjoni Ewropea aktar qawwija għad-drogi", adottati f'Ottubru 2011, identifikat il-firxa ta' sustanzi psikoattivi ġodda bħala wieħed mill-iżviluppi l-aktar ta' sfida fil-politika dwar id-drogi li jeħtieġ tweġiba aktar soda mil-UE. Huwa xieraq ukoll li jiġi indikat li sustanzi psikoattivi ġodda, bħala drogi ta’ sostituzzjoni, huma irħas b’mod konsiderevoli biex jiġu manifatturati, u skont ir-rappreżentanti tal-infurzar tal-liġi, diġà huma waħda mill-ikbar sfidi fil-ġlieda tal-UE kontra l-kriminalità organizzata.

In-numru li qed jiżdied ta’ sustanzi psikoattivi ġodda disponibbli fis-suq intern tal-UE, id-diversità li qed tikber tagħhom, kemm rigward it-tip kif ukoll rigward il-livell ta’ riskju, il-ħeffa li biha jitfaċċaw u n-numru li qed jiżdied ta’ individwi li jikkunsmawhom, huma sfida għall-kapaċità tal-awtoritajiet pubbliċi li jipprovdu reazzjonijiet effikaċi biex iħarsu s-saħħa pubblika u s-sikurezza pubblika bla ma jostakolaw il-kummerċ leġittimu.

F’dan il-kuntest, ir-rapporteur jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni u jemmen li ngħatat prova tal-ħtieġa għal azzjoni aktar effettiva u kkoordinata aħjar bejn l-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE dwar sustanzi psikoattivi ġodda. Ir-rapporteur jenfasizza f’dan il-kuntest li fost oħrajn, skeda aktar preċiża u aktar stretta għall-iskambju ta’ informazzjoni u proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet aktar mgħaġġel kif ukoll klassifikazzjoni b’aktar sfumaturi tal-livell tar-riskji li jista’ jkollhom is-SPĠ, huma ta’ valur miżjud għar-Regolament.

Ir-Regolament se jieħu post id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI. Dan għandu l-għan li jiżgura li l-kummerċ ta’ sustanzi psikoattivi ġodda, minħabba li għandu użu industrijali u kummerċjali ma jiġix imxekkel u li l-funzjonament ta’ dan is-suq jitjieb, filwaqt li s-saħħa u s-sikurezza tal-individwi jiġu protetti minn sustanzi perikolużi, li joħolqu tħassib fil-livell tal-UE.

Il-proposta hija akkumpanjata minn proposta għal Direttiva li temenda id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta’ atti kriminali u ta’ pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta’ drogi.

L-elementi ewlenin tal-proposta għal Regolament huma dawn:

•          Skambju ta’ informazzjoni u restrizzjonijiet temporanji tas-suq tal-konsumatur: din il-proposta tistabbilixxi sistema b’saħħitha għall-iskambju rapidu ta’ informazzjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda li jitfaċċaw fis-suq, inkluż dwar l-użu kummerċjali u industrijali tagħhom, għall-ivvalutar tar-riskji ta’ sustanzi li jikkawżaw tħassib madwar l-UE u biex jitneħħew mis-suq dawk is-sustanzi li huma ta’ riskju.

•          Is-sustanzi suspettati li huma ta’ riskju immedjat għas-saħħa pubblika se jiġu rtirati mis-suq tal-konsumatur temporanjament, sakemm titwettaq il-valutazzjoni tar-riskju tagħhom mill-kumitat xjentifiku taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA). Ladarba titlesta l-valutazzjoni ta' riskju, jittieħdu miżuri proporzjonati mar-riskji tas-sustanzi.

•          Ma tiġi introdotta l-ebda miżura ta’ restrizzjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda li huma ta’ riskju baxx għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza.

•          Għal sustanzi li huma ta’ riskju moderat, il-Kummissjoni għandha tipprojbixxi d-disponibbiltà fis-suq għall-konsumaturi ta’ dawn is-sustanzi. Ma jistgħux jinbiegħu lill-konsumaturi (ħlief għal użi awtorizzati speċifikament, pereżempju minn leġiżlazzjoni dwar il-mediċini) iżda l-kummerċ tagħhom ikun permess għal skopijiet kummerċjali u industrijali kif ukoll għar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi.

•          Għal sustanzi li huma ta’ riskju serju: il-Kummissjoni għandha tipprojbixxi l-produzzjoni, il-manifattura, id-disponibbiltà fis-suq, inklużi t-trasport, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda li huma ta’ riskju serju għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza. Is-sustanzi psikoattivi ġodda li huma ta’ riskju sejru se jkunu soġġetti għal restrizzjoni permanenti tas-suq, li tkopri kemm lill-konsumatur kif ukoll is-swieq kummerċjali, u l-użu tagħhom huwa possibbli biss għal skopijiet industrijali u kummerċjali awtorizzati speċifikament kif ukoll għal riċerka u żvilupp xjentifiċi. Barra minn hekk, dawn is-sustanzi se jkunu soġġetti għal dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali tal-UE.

Ir-rapporteur iqis li r-restrizzjoni temporanja tas-suq hija novità importanti fil-mekkaniżmu l-ġdid u ladarba tiġi introdotta mill-Kummissjoni, għandha tkun fis-seħħ sakemm il-miżuri permanenti jiġu implimentati mill-Istati Membri. B’kunsiderazzjoni għad-dinamiċi tal-fenomeni u l-għażla ta’ effiċjenza tas-sistema, ir-rapporteur jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 biex jiġu evitati lakuni bejn ir-restrizzjoni temporanja tas-suq u l-implimentazzjoni tal-miżuri permanenti.

Fir-rigward tal-Artikoli 11 u 12 ir-rapporteur jenfasizza li l-Istati Membri ma għandhomx ikunu projbiti milli jintroduċu jew iżommu l-miżuri xierqa rigward ir-riskji speċifiċi li għandha s-sustanza psikoattiva l-ġdida fit-territorju, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tas-sustanza mill-Kummissjoni li tkun ta’ riskju baxx jew moderat fil-livell tal-UE. Regolament tekniku nazzjonali li jmur lil hinn mill-azzjoni tal-UE għandu jiġi notifikat lill-Kummissjoni. Is-sistemi ta’ kontroll nazzjonali u tal-UE għandhom ikunu komplimentari.

Ir-rapporteur iqis li għal valutazzjoni komprensiva tal-livell ta’ riskji li għandha sustanza psikoattiva ġdida, l-informazzjoni dettaljata għandha tiġi pprovduta fl-iktar stadju bikri tal-proċess. Ir-rapporteur jenfasizza wkoll li l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun fil-ħin u l-partjiet kollha li jiltaqgħu ma’ effetti negattivi tas-SPĠ fl-attività professjonali tagħhom għandhom jiġu mistiedna jikkontribwixxu. Għalhekk għandha tiġi mħeġġa ġabra mtejba u b’riżorsi aħjar tad-dejta rilevanti filwaqt li jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ protezzjoni tad-dejta.

B’referenza għall-kriterji meqjusa, ir-rapporteur jirrimarka li l-metodi tal-użu tas-SPĠ, inkluż l-użu f’taħlita jew polidroga huma fattur importanti biex jiġu definiti r-riskji u applikati miżuri adegwati, peress li spiss is-sustanza psikoattiva ġdida tista’ tkun perikoluża jew letali meta kkunsmata ma’ waħda oħra.

Sabiex jiġi żgurat aċċess għas-sustanzi psikoattivi għal użu awtorizzat, l-Istati Membri huma mistiedna jintroduċu l-ogħla livell ta’ salvagwardji sabiex jipprevjenu d-devjazzjoni tagħhom lejn attivitajiet illegali.

Għall-funzjonament xieraq tar-Regolament għandhom jiġu pprovduti riżorsi adegwati fil-livell nazzjonali u tal-UE. Dan għandu jitqies ukoll meta l-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-effettività ta’ dan ir-Regolament.

Il-metodu tal-Komunità għall-indirizzar ta’ din il-kwistjoni tal-kontroll fuq l-iktar SPĠ perikolużi fis-suq uniku huwa dak xieraq u jekk jiġi implimentat korrettament dan għandu jipprovdi reazzjoni effettiva u strutturali għall-isfida ta’ sustanzi psikoattivi ġodda fl-UE.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (31.1.2014)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq sustanzi psikoattivi ġodda

(COM(2013)0619 – C7‑0272/2013 – 2013/0305(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Elena Oana Antonescu

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sustanzi psikoattivi ġodda, li jista' jkollhom numerużi użi kummerċjali u industrijali, kif ukoll użi xjentifiċi, jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza meta jiġu kkunsmati mill-bnedmin. Il-konsum ta' sustanzi psikoattivi ġodda jidher li qiegħed jiżdied fl-Ewropa u l-użu huwa predominanti fost iż-żgħażagħ. Skont l-Ewrobarometru tal-2011 "Youth Attitudes on Drugs", 5 % taż-żgħażagħ fl-UE għamlu użu minn dawn is-sustanzi tal-anqas darba f'ħajjithom, b'massimu ta' 16 % fl-Irlanda, u qrib l-10 % fil-Polonja, fil-Latvja u fir-Renju Unit.

Il-konsum ta' sustanzi psikoattivi ġodda jista' jikkawża ħsara lis-saħħa u s-sikurezza ta' individwi u jista' jkun ta' riskju u piż għas-soċjetà, billi jista' jwassal għal imġiba vjolenti u kriminalità. L-emerġenza u l-firxa rapidi ta' dawn is-sustanzi, wasslu lill-awtoritajiet nazzjonali biex jagħmluhom soġġetti għal miżuri ta' restrizzjoni. Mijiet minn dawn is-sustanzi jew taħlitiet ta' sustanzi ġew soġġetti għalmiżuri ta' restrizzjoni differenti fl-Istati Membri fis-snin li għaddew.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Lejn reazzjoni Ewropea aktar qawwija għad-drogi", adottata f'Ottubru 2011, identifikat il-firxa ta' sustanzi psikoattivi ġodda bħala wieħed mill-iżviluppi l-aktar ta' sfida fil-politika dwar id-drogi li jeħtieġ reazzjoni aktar soda mill-UE.

In-numru li qed jiżdied ta' sustanzi psikoattivi ġodda disponibbli fis-suq intern tal-UE, id-diversità li qed tikber tagħhom, kemm rigward it-tip kif ukoll rigward il-livell ta' riskju, il-ħeffa li biha jemerġu u n-numru li qed jiżdied ta' individwi li jikkunsmawhom, huma sfida għall-kapaċità tal-awtoritajiet pubbliċi li jipprovdu reazzjonijiet effikaċi biex iħarsu s-saħħa pubblika u s-sikurezza pubblika bla ma jostakolaw il-kummerċ leġittimu.

F'dan il-kuntest, il-każ għal azzjoni aktar rapida, effikaċi u proporzjonata dwar sustanzi psikoattivi ġodda fil-livell tal-UE huwa obbligatorju, meta wieħed jikkunsidra l-bidliet mgħaġġla f'dan is-suq, li poġġew lill-awtoritajiet nazzjonali taħt pressjoni biex jaġixxu.

Ir-Regolament propost għandu jieħu post id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI. Għandu l-għan li jiżgura li l-kummerċ ta' sustanzi psikoattivi ġodda li għandhom użi industrijali u kummerċjali ma jiġix imxekkel u li l-funzjonament ta' dan is-suq jitjieb, filwaqt li s-saħħa u s-sikurezza tal-individwi jiġu protetti minn sustanzi perikolużi, li joħolqu preokkupazjzoni fil-livell tal-UE.

Il-proposta hija akkumpanjata minn proposta għal Direttiva li temenda id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi.

L-elementi ewlenin tal-proposta għal Regolament huma dawn:

•  Skambju ta' informazzjoni u restrizzjonijiet temporanji tas-suq tal-konsumatur: din il-proposta tistabbilixxi sistema robusta għall-iskambju rapidu ta' informazzjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda li joħorġu fuq is-suq, fosthom dwar l-użi kummerċjali u industrijali tagħhom, għall-valutazzjoni tar-riskji ta' sustanzi li jikkawżaw preokkupazzjoni madwar l-UE u għall-irtirar mis-suq ta' dawk is-sustanzi li huma ta' riskju.

•  Is-sustanzi suspettati li huma ta' riskju immedjat għas-saħħa pubblika jiġu rtirati mis-suq tal-konsumatur temporanjament, sakemm titwettaq il-valutazzjoni tar-riskju tagħhom mill-kumitat xjentifiku taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA). Ladarba titlesta l-valutazzjoni ta' riskju, jittieħdu miżuri proporzjonati mar-riskji tas-sustanzi.

•  L-ebda miżura ta' restrizzjoni tiġi introdotta fuq sustanzi psikoattivi ġodda li huma ta' riskju baxx għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza.

•  Għal sustanzi li huma ta' riskju moderat, il-Kummissjoni għandha tipprojbixxi d-disponibbiltà fis-suq għall-konsumaturi ta' dawn is-sustanzi. Ma jistgħux jinbiegħu lill-konsumaturi (ħlief għal użi awtorizzati speċifikament, pereżempju minn leġiżlazzjoni dwar il-mediċini) iżda l-kummerċ tagħhom ikun permess għal skopijiet kummerċjali u industrijali kif ukoll għar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi.

•  Għal sustanzi li huma ta' riskju serju: il-Kummissjoni għandha tipprojbixxi l-produzzjoni, il-manifattura, id-disponibbiltà fis-suq, inklużi t-trasport, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' sustanzi psikoattivi ġodda li huma ta' riskju serju għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza. Is-sustanzi li huma ta' riskju serju se jkunu soġġetti għal restrizzjoni permanenti tas-suq, li tkopri kemm is-suq kummerċjali kif ukoll dak tal-konsumatur, u l-użu tagħhom ikun possibbli biss għal skopijiet industrijali u kummerċjali, kif ukoll għar-riċerka xjentifika u l-iżvilupp xjentifiku. Barra minn hekk, dawn is-sustanzi jkunu soġġetti għal dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali tal-UE.

Ir-Rapporteur tikkunsidra li l-interventi regolatorji huma importanti ferm u li għandhom jiġu kkomplementati b'attivitajiet oħra inklużi r-riċerka u l-monitoraġġ ta' sustanzi psikoattivi.

Sabiex jiġi indirizzat l-użu li qed jiżdied ta' sustanzi psikoattivi ġodda u r-riskji potenzjali tagħhom, l-Istati Membri għandhom itejbu d-disponibbiltà u l-effikaċja tal-programmi ta' prevenzjoni u jqajmu kuxjenza dwar ir-riskju tal-użu ta' dawn is-sustanzi u l-konsegwenzi relatati.

Fir-rigward tal-proċess ta' skambju ta' informazzjoni deskritt fl-Artikolu 5 tal-proposta, ir-Rapporteur tikkunsidra li l-informazzjoni li se tingħata mill-Punti Fokali Nazzjonali u mill-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol lill-EMCDDA u lill-Europol, għandha tirreferi wkoll għad-detezzjoni u l-identifikazzjoni tas-sustanzi li jidher li jkunu sustanzi jew taħlitiet psikoattivi ġodda, tat-tendenzi tal-konsum, ta' informazzjoni dwar intossikazzjoni mhux fatali u mwiet ikkawżati mill-konsum ta' tali sustanzi.

Ir-Rapporteur tikkunsidra li minbarra l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għandu jkun involut ukoll fil-ġbir tad-dejta u tal-informazzjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda.

Id-determinazzjoni tal-livell tar-riskji għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza tas-sustanza psikoattiva ġdida li dwarha tfassal rapport ta' valutazzjoni tar-riskju għandha ssir mill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.

Il-Kummissjoni għandha tqis il-kontraindikazzjonijiet ma' sustanzi oħra meta tiddetermina l-livell tar-riskji għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza tas-sustanzi psikoattivi ġodda li dwarhom tfassal rapport ta' valutazzjoni tar-riskju.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istati Membri jintroduċu bosta miżuri ta' restrizzjoni fuq dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda biex jindirizzaw ir-riskji li għandhom jew li jista' jkollhom meta jiġu kkunsmati. Minħabba li sustanzi psikoattivi ġodda spiss jintużaw fil-produzzjoni ta' bosta prodotti jew ta' sustanzi oħra li huma użati għall-manifattura ta' prodotti, bħall-mediċini, solventi industrijali, aġenti tat-tindif, prodotti oħra fl-industrija b'teknoloġija avvanzata , ir-restrizzjoni tal-aċċess tagħhom għal dan l-użu jista' jkollha impatt importanti fuq l-operaturi ekonomiċi, u potenzjalment tħarbat l-attivitajiet ta' negozju tagħhom fis-suq intern.

(3) L-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istati Membri jintroduċu bosta miżuri ta' restrizzjoni fuq dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda biex jindirizzaw ir-riskji li għandhom jew li jista' jkollhom meta jiġu kkunsmati. Minħabba li sustanzi psikoattivi ġodda spiss jintużaw għalskopijiet ta' riċerka xjentifika u żvilupp xjentifiku u fil-produzzjoni ta’ bosta prodotti jew ta’ sustanzi oħra li huma użati għall-manifattura ta’ prodotti, bħall-mediċini, solventi industrijali, aġenti tat-tindif, prodotti oħra fl-industrija b’teknoloġija avvanzata, ir-restrizzjoni tal-aċċess tagħhom għal dan l-użu jista’ jkollha impatt importanti fuq l-operaturi ekonomiċi, u potenzjalment tħarbat l-attivitajiet ta’ negozju tagħhom fis-suq intern u tista’ timpedixxi wkoll ir-riċerka xjentifika u l-iżvilupp xjentifiku sostenibbli.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) In-numru dejjem jiżdied ta' sustanzi psikoattivi ġodda disponibbli fis-suq intern, il-varjetà dejjem tikber, il-veloċità li biha qed isiru preżenti fuq is-suq, ir-riskji differenti li jista' jkollhom meta kkunsmati mill-persuni u n-numru dejjem jikber ta' individwi li jikkunsmawhom jisfidaw il-kapaċità tal-awtoritajiet pubbliċi biex jipprovdu reazzjonijiet effettivi biex jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà pubblika mingħajr ma jfixklu l-funzjonament tas-suq intern.

(4) In-numru dejjem jiżdied ta’ sustanzi psikoattivi ġodda disponibbli fis-suq intern, il-varjetà dejjem tikber, il-veloċità li biha qed isiru preżenti fuq is-suq, ir-riskji differenti li jista’ jkollhom meta kkunsmati mill-persuni, in-numru dejjem jikber ta’ individwi li jikkunsmawhom u n-nuqqas ta’ għarfien u sensibilizzazzjoni fost il-pubbliku ġenerali dwar ir-riskji assoċjati mal-konsum tagħhom, jisfidaw il-kapaċità tal-awtoritajiet pubbliċi biex jipprovdu reazzjonijiet effettivi biex jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà pubblika mingħajr ma jfixklu l-funzjonament tas-suq intern.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Id-differenzi bejn il-miżuri ta' restrizzjoni varji applikati għal sustanzi psikoattivi ġodda jistgħu wkoll iwasslu għall-ispostament ta' sustanzi psikoattivi perikolużi ġodda bejn l-Istati Membri, u jfixklu l-isforzi biex jirrestrinġu d-disponibilità tagħhom għall-konsumaturi u jpoġġu fil-periklu l-protezzjoni tal-konsumatur madwar l-Unjoni.

(7) Id-differenzi bejn il-miżuri ta’ restrizzjoni varji applikati għal sustanzi psikoattivi ġodda jistgħu wkoll iwasslu għall-ispostament ta’ sustanzi psikoattivi perikolużi ġodda bejn l-Istati Membri, u jfixklu l-isforzi biex jirrestrinġu d-disponibilità tagħhom għall-konsumaturi, ipoġġu fil-periklu l-protezzjoni tal-konsumatur madwar l-Unjoni kif ukoll l-isforzi biex jiġu miġġielda l-attivitajiet kriminali potenzjali u l-attività tal-kriminalità organizzata assoċjati mad-distribuzzjoni tagħhom.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Differenzi bħal dawn huma mistennija jiżdiedu hekk kif l-Istati Membri jkomplu jsegwu approċċi differenti biex jindirizzaw sustanzi psikoattivi ġodda. Għalhekk, l-ostakli għall-kummerċ u l-frammentazzjoni tas-suq, u n-nuqqas ta' ċarezza legali u kondizzjonijiet ekwivalenti huma mistennija jiżdiedu, biex b'hekk ikomplu jtellfu l-funzjonament tas-suq intern.

(8) Differenzi bħal dawn huma mistennija jiżdiedu hekk kif l-Istati Membri jkomplu jsegwu approċċi differenti biex jindirizzaw sustanzi psikoattivi ġodda. Għalhekk, l-ostakli għall-kummerċ u l-frammentazzjoni tas-suq, u n-nuqqas ta’ ċarezza legali u kondizzjonijiet ekwivalenti huma mistennija jiżdiedu, biex b’hekk ikomplu jtellfu l-funzjonament tas-suq intern u l-protezzjoni tas-saħħa pubblika u s-sikurezza pubblika.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Sustanzi psikoattivi ġodda u taħlitiet għandhom ikunu jistgħu jiċċirkolaw liberament fl-Unjoni meta maħsuba għall-użu kummerċjali u industrijali, kif ukoll għar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi. Dan ir-regolament għandu jistabbilixxi regoli għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet għal dan il-moviment ħieles.

(10) Sustanzi psikoattivi ġodda u taħlitiet għandhom ikunu jistgħu jiċċirkolaw liberament fl-Unjoni meta maħsuba għall-użu kummerċjali u industrijali, kif ukoll għar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi. Dan ir-regolament għandu jistabbilixxi regoli għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet għal dan il-moviment ħieles. Barra minn hekk, madankollu, għandha titwaqqaf id-distribuzzjoni illeċita ta’ dawn is-sustanzi u t-taħlitiet.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Ċerti sustanzi psikoattivi ġodda huma ta' riskju għas-saħħa pubblika immedjat, u jeħtieġu azzjoni urġenti. Għalhekk, id-disponibbiltà tagħhom għall-konsumaturi għandha tkun ristretta għal żmien limitat, sakemm issir il-valutazzjoni tar-riskju tagħhom.

(17) Ċerti sustanzi psikoattivi ġodda huma ta' riskju għas-saħħa pubblika immedjat, u jeħtieġu azzjoni urġenti. Għalhekk, id-disponibbiltà tagħhom għall-konsumaturi għandha tkun ristretta għal perjodu ta’ żmien suffiċjenti, sakemm issir il-valutazzjoni tar-riskju tagħhom.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-mekkaniżm għal skambju mgħaġġel ta' informazzjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda wera li huwa mezz utli għall-iskambju ta' informazzjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda, fuq tendenzi ġodda fl-użu ta' sustanzi psikoattivi kkontrollati u fuq twissijiet għas-saħħa pubblika relatati. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun imsaħħaħ aktar biex jippermetti reazzjoni aktar effettiva għall-preżenza u firxa mgħaġġla ta' sustanzi psikoattivi ġodda madwar l-Unjoni.

(24) Il-mekkaniżmu għal skambju mgħaġġel ta' informazzjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda wera li huwa mezz utli għall-iskambju ta' informazzjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda, fuq tendenzi ġodda fl-użu ta' sustanzi psikoattivi kkontrollati u fuq twissijiet għas-saħħa pubblika relatati. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun imsaħħaħ aktar biex jippermetti reazzjoni aktar effettiva għall-preżenza u firxa mgħaġġla ta’ sustanzi psikoattivi ġodda madwar l-Unjoni, kif ukoll biex jiżdied il-livell ta’ sensibilizzazzjoni pubblika dwar ir-riskji assoċjati mal-użu tagħhom għal kwalunkwe skop, minbarra dak kummerċjali, industrijali jew xjentifiċi.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) L-EMCDDA għandu joħroġ twissijiet dwar is-saħħa lill-Istati Membri kollha, permezz tas-sistema għall-iskambju rapidu ta' informazzjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda, jekk, abbażi ta' informazzjoni li jirċievi dwar sustanzi psikoattivi ġodda, jidher li din tikkawża preokkupazzjonijiet rigward is-saħħa pubblika. Dawn it-twissijiet dwar is-saħħa għandu jkun fihom ukoll informazzjoni rigward miżuri ta' prevenzjoni, trattament u tnaqqis tal-ħsara li jistgħu jittieħdu biex jiġi indirizzat ir-riskju tas-sustanza.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Miżuri ta' prevenzjoni, trattament u tnaqqis tal-ħsara huma importanti biex jiġi indirizzat l-użu dejjem jikber ta' sustanzi psikoattivi ġodda u r-riskji potenzjali tagħhom. L-internet, li huwa wieħed mill-aktar mezzi ta' distribuzzjoni importanti li permezz tiegħu jinbiegħu sustanzi psikoattivi ġodda, għandu jintuża biex titqassam informazzjoni fuq ir-riskji għas-saħħa, soċjetà u sigurtà li għandhom sustanzi psikoattivi ġodda bħal dawn.

(29) Miżuri ta' prevenzjoni, detezzjoni u intervent bikrija, trattament, u tnaqqis tar-riskji u tal-ħsara huma importanti biex jiġi indirizzat l-użu dejjem jikber ta' sustanzi psikoattivi ġodda u r-riskji potenzjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom itejbu d-disponibbiltà u l-effikaċja tal-programmi ta' prevenzjoni u jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju tal-użu ta' sustanzi psikoattivi ġodda u l-konsegwenzi relatati. Għal dan il-għan, il-miżuri ta' prevenzjoni għandhom jinkludu d-detezzjoni u l-intervent bikrija, il-promozzjoni ta' stili ta' ħajja sana u l-prevenzjoni mmirata diretti wkoll lejn il-familji u l-komunitajiet. L-internet, li huwa wieħed mill-aktar mezzi ta’ distribuzzjoni importanti li permezz tiegħu jiġu rreklamati u jinbiegħu sustanzi psikoattivi ġodda, għandu jintuża biex titqassam informazzjoni fuq ir-riskji għas-saħħa, is-soċjetà u s-sigurtà li għandhom sustanzi psikoattivi ġodda bħal dawn, u għall-prevenzjoni tal-użu ħazin u l-abbuż tagħhom.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll attivitajiet, inizjattivi u kampanji edukattivi u ta’ sensibilizzazzjoni li jkollhom fil-mira tagħhom ir-riskji għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza assoċjati mal-użu ħażin u l-abbuż ta’ sustanzi psikoattivi ġodda.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma' żieda mgħaġġla fin-numru ta’ każijiet rappurtati ta’ mewt f’diversi Stati Membri assoċjati mal-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida kkonċernata, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jeżiġu dan.

(32) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma’ żieda mgħaġġla fin-numru ta’ każijiet rappurtati ta’ mewt u ta' konsegwenzi serji għas-saħħa jew inċidenti li huma ta’ theddid serju għas-saħħa f’diversi Stati Membri assoċjati mal-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida kkonċernata, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jeżiġu dan.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) 'sustanzi psikoattivi ġodda' tfisser sustanza naturali jew sintetika li, meta tiġi kkunsmata minn persuna, għandha s-setgħa li tipproduċi stimulazzjoni jew dipressjoni tas-sistema nervuża ċentrali, li tirriżulta f'alluċinazzjonijiet, tibdil fis-sistema li tħaddem il-moviment fiżiku, fil-ħsieb, fl-imġieba, fil-perċezzjoni, kuxjenza jew burdata, li hija intiża għall-konsum minn persuni anke jekk mhix maħsuba għalihom bl-iskop li tikkawża wieħed jew aktar mill-effetti msemmija hawn fuq, li mhumiex ikkontrollati taħt il-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata bil-Protokoll tal-1972; u lanqas mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sustanzi Psikotropiċi tal-1971; din teskludi alkoħol, kaffeina tabakk, kif ukoll prodotti tat-tabakk skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/37/KE tal-5 ta’ Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk24;

(a) 'sustanzi psikoattivi ġodda' tfisser sustanza naturali jew sintetika li, meta tiġi kkunsmata minn persuna, għandha s-setgħa li tipproduċi stimulazzjoni jew dipressjoni tas-sistema nervuża ċentrali, li tirriżulta f'alluċinazzjonijiet, tibdil fis-sistema li tħaddem il-moviment fiżiku, fil-ħsieb, fl-imġiba, fil-perċezzjoni, kuxjenza jew burdata, kemm jekk hija intiża għall-konsum minn persuni kif ukoll jekk le bl-iskop li tikkawża wieħed jew aktar mill-effetti msemmija hawn fuq, li mhumiex ikkontrollati taħt il-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata bil-Protokoll tal-1972; u lanqas mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sustanzi Psikotropiċi tal-1971; din teskludi alkoħol, kaffeina tabakk, kif ukoll prodotti tat-tabakk skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/37/KE tal-5 ta’ Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk24;

_____________

____________

24 ĠU L 194, 18.7.2001, p. 26.

24 ĠU L 194, 18.7.2001, p. 26.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Punti Fokali Nazzjonali fi ħdan in-Network Ewropew tal-Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga ("Reitox") u Unitajiet Nazzjonali għandhom jipprovdu lill-EMCDDA u lill-Europol l-informazzjoni disponibbli fuq il-konsum, riskji possibbli, manifattura, estrazzjoni, importazzjoni, kummerċ, distribuzzjoni, traffikar u użu kummerċjali u xjentifiku ta' susntanzi li jidhru li huma sustanzi jew taħlit psikoattivi ġodda

Punti Fokali Nazzjonali fi ħdan in-Network Ewropew tal-Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga ("Reitox") u Unitajiet Nazzjonali għandhom jipprovdu fi żmien debitu lill-EMCDDA u lill-Europol l-informazzjoni disponibbli fuq id-detezzjoni u l-identifikazzjoni, it-tendenzi tal-konsum, riskji possibbli, inkluża informazzjoni dwar intossikazzjoni mhux fatali u mwiet, manifattura, estrazzjoni, importazzjoni, kummerċ, distribuzzjoni, traffikar u użu kummerċjali u xjentifiku ta' sustanzi li jidhru li huma sustanzi jew taħlitiet psikoattivi ġodda.

L-EMCDDA u l-Europol għandhom jikkomunikaw dik l-informazzjoni minnufiħ lil Reitox u lill-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol.

L-EMCDDA u l-Europol għandhom jikkomunikaw dik l-informazzjoni minnufiħ lil Reitox, lill-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) L-identità kimika u fiżika tas-sustanza psikoattiva ġdida, il-metodi u, jekk magħrufa l-prekursuri kimiċi użati għall-manifattura jew estrazzjoni tagħha, u sustanzi psikoattivi ġodda oħra bi struttura kimika simili li saru preżenti;

(b) l-identità kimika u fiżika tas-sustanza psikoattiva ġdida, il-metodi u, jekk magħrufa l-prekursuri kimiċi użati għall-manifattura jew estrazzjoni tagħha, u kwalunkwe sustanza psikoattiva jew grupp ta' sustanzi psikoattivi ġodda oħra bi struttura kimika simili li ġew żviluppati;

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju li kiseb il-permess għall-kummerċjalizzazzjoni; iżda dan il-permess ġie sospiż mill-awtorità kompetenti;

(c) sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju li kiseb il-permess għall-kummerċjalizzazzjoni; iżda dan il-permess ġie sospiż, revokat jew irtirat mill-awtorità kompetenti;

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-EMCDDA titlon lill-Aġenzija Ewropea għall-Kimiki u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex jipprovdu lill-EMCDDA bl-informazzjoni u d-dejta disponibbli għalihom fuq is-sustanza psikoattiva l-ġdida. L-EMCDDA għandha tirrispetta l-kundizzjonijiet tal-informazzjoni, li huma kkomunikati mill-EMCDDA mill-Aġenzija Ewropea għall-Kimiki u l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel, inkluż kundizzjonijiet fuq sigurtà dwar l-informazzjoni u d-dejta u l-protezzjoni ta' informazzjoni kummerċjali riservata.

L-EMCDDA għandu jitlob lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex jipprovdu l-informazzjoni u d-dejta disponibbli għalihom fuq is-sustanza psikoattiva l-ġdida. L-EMCDDA għandu jirrispetta l-kundizzjonijiet dwar l-użu tal-informazzjoni, li huma kkomunikati lill-EMCDDA mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, inklużi l-kundizzjonijiet fuq sigurtà dwar l-informazzjoni u d-dejta u l-protezzjoni ta' informazzjoni kummerċjali riservata.

L-Aġenzija Ewropea għall-Kimiki u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għandhom jipprovdu l-informazzjoni disponibbli għalihom fi żmien erba' ġimgħat minn meta ssir it-talba.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għandhom jipprovdu l-informazzjoni disponibbli għalihom fi żmien erba' ġimgħat minn meta ssir it-talba.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA għandu jmexxi l-valutazzjoni ta' riskju fuq il-bażi ta' informazzjoni dwar ir-riskji tas-sustanza u fuq l-użu tagħha, inkluż użu kummeċjali u industrijali, provduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-EMCDDA, Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-Aġenzija Ewropea għall-Kimiki, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel u fuq il-bażi ta' kwalunkwe evidenza xjentifika relevanti. Għandu jikkunsidra l-opinjonijiet kollha tal-membri tiegħu. L-EMCDDA għandu jappoġġja l-vallutazzjoni ta' riskju u għandu jidentifika l-bżonnijiet ta' informazzjoni, inkluż studji u testijiet immirati.

4. Il-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA għandu jmexxi l-valutazzjoni ta' riskju fuq il-bażi ta' informazzjoni dwar ir-riskji tas-sustanza u fuq l-użu tagħha, inkluż użu kummeċjali u industrijali, provduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-EMCDDA, Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimċi, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u fuq il-bażi ta' kwalunkwe evidenza xjentifika relevanti. Għandu jikkunsidra l-opinjonijiet kollha tal-membri tiegħu. L-EMCDDA għandu jappoġġja l-valutazzjoni ta' riskju u għandu jidentifika l-bżonnijiet ta' informazzjoni, inkluż studji u testijiet immirati.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) imwiet irrappurtati u diversi konsegwenzi ta' saħħa assoċjati mal-konsum tas-sustanza psikoattiva ġdida f'diversi Stati Membri, relatati mat-tossiċità akuta serja tas-sustanza psikoattiva ġdida;

(a) imwiet irrappurtati u diversi konsegwenzi ta' saħħa assoċjati mal-konsum tas-sustanza psikoattiva ġdida f'diversi Stati Membri, relatati mat-tossiċità tas-sustanza psikoattiva ġdida;

Ġustifikazzjoni

Is-sustanzi psikoattivi ġodda jistgħu jikkawżaw imwiet u konsegwenzi serji għas-saħħa anke mingħajr ma jkollhom tossiċità akuta.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-prevalenza u l-mudelli ta' użu tas-sustanza psikoattiva ġdida fil-popolazzjoni ġenerali u fi gruppi speċifiċi, b'mod partikolari l-frekwenza, kwantitajiet u mod ta' użu, id-disponibilità tagħha għall-konsumaturi u l-potenzjal ta' tixrid, li jindikaw li l-iskala tar-riskju hija konsiderevoli.

(b) il-prevalenza u l-mudelli ta' użu tas-sustanza psikoattiva ġdida fil-popolazzjoni ġenerali u fi gruppi speċifiċi, b'mod partikolari l-frekwenza, kwantitajiet u mod ta' użu, id-disponibilità tagħha għall-konsumaturi u l-potenzjal ta' tixrid, li jindikaw li l-iskala tar-riskju hija moderata jew konsiderevoli.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-livell ta' riskji għas-saħħa, soċjetà u sigurtà li għandhom is-sustanzi psikoattivi ġodda li dwarhom sar abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni ta' riskju. Għandha tagħmel dan fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli, b'mod partikolari r-rapport tal-valutazzjoni ta' riskju.

1. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed, tiddetermina l-livell ta' riskji għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza li għandhom is-sustanzi psikoattivi ġodda li dwarhom sar abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni ta' riskju. Għandha tagħmel dan fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli, b'mod partikolari r-rapport tal-valutazzjoni ta' riskju.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) id-dannu għas-saħħa kkawżati mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjati mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi prodotta d-dipendenza, b'mod partikolari korriment, mard, ħsara fiżika u mentali;

(a) id-dannu għas-saħħa kkawżat mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjat mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, mal-kontraindikazzjonijiet ma' sustanzi oħra, mat-tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi prodotta d-dipendenza, b'mod partikolari korriment, mard, aggressjoni, ħsara fiżika u mentali;

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Ir-riskji għas-sigurtà, b'mod partikolari l-firxa ta' mard, inkluż viruses li jittieħdu mid-demm, il-konsegwenzi ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta; sewqan, l-impatt tal-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva ġdida u materjali ta'skart fuq l-ambjent.

(c) ir-riskji għas-sikurezza pubblika, b'mod partikolari l-firxa ta' mard, inkluż viruses li jittieħdu mid-demm, il-konsegwenzi ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta; sewqan, l-impatt tal-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva ġdida u materjali ta'skart fuq l-ambjent.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) id-dannu għas-saħħa kkawżat mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjat mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, it-tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi prodotta d-dipendenza huma limitati, minħabba li tikkawża korriment u mard żgħir, u dannu fiżiku jew mentali żgħir;

(a) id-dannu għas-saħħa kkawżat mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjat mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, it-tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi prodotta d-dipendenza ma jeżistix jew huwa negliġibbli, minħabba li ma jipprovokax korriment u mard, aggressjoni u dannu fiżiku jew mentali;

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Ir-riskji għas-sigurtà huma limitati, b'mod partikolari riskju baxx ta' firxa ta' mard inkluż viruses li jittieħdu mid-demm, konsegwenzi baxxi jew li ma jeżistux ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta' sewqan, l-impatt tal-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva ġdida u materjali ta'skart fuq l-ambjent huma baxxi

(c) ir-riskji għas-sikurezza pubblika huma limitati, b'mod partikolari riskju baxx ta' firxa ta' mard inklużi viruses li jittieħdu mid-demm, konsegwenzi baxxi jew li ma jeżistux ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta' sewqan, l-impatt tal-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva ġdida u materjali ta' skart fuq l-ambjent huma baxxi.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Ir-riskji għas-sigurtà huma moderati, b'mod partikolari riskju rari ta' firxa ta' mard inkluż viruses li jittieħdu mid-demm, konsegwenzi moderati ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta' sewqan, l-impatt tal-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva ġdida u materjali ta'skart assoċjati jirriżulta f'disturb ambjentali.

(c) ir-riskji għas-sikurezza pubblika huma moderati, b'mod partikolari riskju rari ta' firxa ta' mard inklużi viruses li jittieħdu mid-demm, konsegwenzi moderati ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta' sewqan, l-impatt tal-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva ġdida u materjali ta' skart assoċjati jirriżulta f'disturb ambjentali.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni, permezz ta’ Deċiżjoni, u mingħajr dewmien żejjed, tipprojbixxi l-produzzjoni, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq inkluż l-importazzjoni għall-Unjoni, it-trasport, u l-esportazzjoni mill-Unjoni tas-sustanza psikoattiva l-ġdida jekk, skont evidenza eżistenti, din toħloq, b’mod ġenerali, riskji gravi tas-saħħa, soċjali u ta’ sigurtà, b’mod partikolari:

1. Il-Kummissjoni, permezz ta’ Deċiżjoni, u mingħajr dewmien żejjed, tipprojbixxi l-produzzjoni, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq inkluż l-importazzjoni għall-Unjoni, it-trasport, u l-esportazzjoni mill-Unjoni tas-sustanza psikoattiva l-ġdida jekk, skont evidenza eżistenti, din toħloq, b’mod ġenerali, riskji gravi għas-saħħa, għas-soċjetà jew għas-sikurezza, b’mod partikolari:

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) id-dannu għas-saħħa kkawżat mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjati mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi prodotta d-dipendenza huma ta' theddida għall-ħajja, minħabba li ġeneralment jikkawża mewt jew korriment fatali, mard gravi u ħsara fiżika u mentali gravi;

(a) id-dannu għas-saħħa kkawżat mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjat mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, mat-tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi prodotta d-dipendenza huwa serju u sinifikanti, minħabba li ġeneralment jikkawża mewt jew korriment fatali, mard gravi u ħsara fiżika u mentali gravi;

Ġustifikazzjoni

Mard serju u ħsara fiżika jew mentali serja mhumiex neċessarjament ta’ theddida għall-ħajja, iżda s-sustanzi li jkollhom dawn il-konsegwenzi għandhom jitqiesu bħala sustanzi ta’ riskju għoli.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ir-riskji għas-sigurtà huma gravi b'mod partikolari firxa sinifikanti ta' mard, inkluż trażmissjoni ta' viruses li jittieħdu mid-demm, konsegwenzi gravi ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta' sewqan, u l-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva l-ġdida u materjali ta' skart assoċjati jirriżulta fi ħsara ambjentali.

(c) ir-riskji għas-sikurezza pubblika huma gravi b'mod partikolari firxa sinifikanti ta' mard, inkluża t-trażmissjoni ta' viruses li jittieħdu mid-demm, konsegwenzi gravi ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta' sewqan, u l-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva l-ġdida u materjali ta' skart assoċjati jirriżulta fi ħsara ambjentali.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni m’għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni meta ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1).

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu -20 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -20

 

Kamp ta' applikazzjoni nazzjonali

 

Meta l-UE ma tkunx aġixxiet, jew il-Kummissjoni tkun iddeċidiet li ma tadotta l-ebda miżura ta’ restrizzjoni abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju tal-EMCDDA ta’ sustanza psikoattiva ġdida, l-Istati Membri individwali jistgħu jżommu jew jintroduċu fit-territorju tagħhom restrizzjonijiet dwar l-introduzzjoni fis-suq tas-sustanza psikoattiva l-ġdida għall-konsumaturi, mingħajr preġudizzju għall-kummerċ leġittimu fl-industrija, jew għall-prodotti mediċinali jew għall-prodotti mediċinali veterinarji li jkunu kisbu awtorizzazzjoni għal kummerċjalizzazzjoni.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali restrizzjonijiet jiġu kkomunikati minnufih lill-Kummissjoni, lill-EMCDDA u lill-Europol.

Ġustifikazzjoni

Billi l-effetti ta’ ċerti sustanzi psikoattivi ġodda jistgħu jkunu estremament lokalizzati, l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jintroduċu projbizzjonijiet għall-konsumaturi fuq sustanzi fit-territorji tagħhom stess fejn l-UE ma tkunx aġixxiet, jew fejn tkun iddeċidiet li sustanza toħloq riskju baxx fil-livell Ewropew u għaldaqstant ma tkun teħtieġ l-ebda azzjoni min-naħa tal-Unjoni. Madankollu, fir-rigward tal-prinċipju tal-moviment liberu tal-prodotti u s-suq intern, il-kummerċ leġittimu ta’ dawn is-sustanzi fl-Unjoni, fejn jeżisti, m’għandux jiġi kompromess.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw l-iżvilupp, il-qsim u l-firxa ta' informazzjoni u tagħrif fuq sustanzi psikoattivi ġodda. Għandhom jgħamlu dan billi jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-EMCDDA, aġenziji oħra tal-Unjoni, u ċentri xjentifiċi u ta' riċerka.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw l-iżvilupp, il-qsim u l-firxa ta' informazzjoni u tagħrif fuq sustanzi psikoattivi ġodda. Għandhom jagħmlu dan billi jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-EMCDDA, aġenziji oħra tal-Unjoni (b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi), u ċentri xjentifiċi u ta’ riċerka, u billi jipprovdu b’mod regolari lil dawn il-korpi b’informazzjoni aġġornata dwar dawn is-sustanzi kull meta jkun possibbli.

 

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ukoll jippromwovu u jappoġġaw ir-riċerka, inkluża r-riċerka applikata dwar sustanzi psikoattivi ġodda u jiżguraw il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn in-netwerks fil-livell nazzjonali u f'dak tal-UE sabiex jissaħħaħ il-fehim tal-fenomenu. Għandhom jagħmlu dan billi jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-EMCDDA, aġenziji oħra tal-Unjoni, (b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi) u ċentri xjentifiċi u ta' riċerka. B'mod partikolari, għandha titqiegħed enfasi fuq l-iżvilupp tal-kapaċità forensika u tossikoloġika kif ukoll fuq it-titjib tad-disponibbiltà tal-informazzjoni epidemjoloġika.

Ġustifikazzjoni

In-natura tas-sustanzi psikoattivi ġodda tista’ tinbidel b’rata mgħaġġla, u għaldaqstant jeħtieġ li l-aġenziji tal-Unjoni u ċ-ċentri xjentifiċi u ta’ riċerka jinżammu aġġornati kemm jista’ jkun sabiex tiġi ssorveljata kwalunkwe theddida emerġenti għas-saħħa pubblika.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-EMCDDA u l-Europol jirrapportaw kull sena dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-EMCDDA u l-Europol jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u dawn ir-rapporti se jiġu ppubblikati fuq websajt u jsiru disponibbli għall-pubbliku.

PROĊEDURA

Titolu

Sustanzi psikoattivi ġodda

Referenzi

COM(2013)0619 – C7-0272/2013 – 2013/0305(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

8.10.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

8.10.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Elena Oana Antonescu

10.10.2013

Eżami fil-kumitat

16.12.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

30.1.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Sandrine Bélier, Biljana Borzan, Tadeusz Cymański, Spyros Danellis, Chris Davies, Esther de Lange, Bas Eickhout, Edite Estrela, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Martin Kastler, Christa Klaß, Claus Larsen-Jensen, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Vladko Todorov Panayotov, Pavel Poc, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Richard Seeber, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Kriton Arsenis, Julie Girling, Jutta Haug, Filip Kaczmarek, James Nicholson, Vittorio Prodi, Christel Schaldemose, Birgit Schnieber-Jastram, Bart Staes, Rebecca Taylor, Vladimir Urutchev, Andrea Zanoni

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Hiltrud Breyer, Vojtěch Mynář, Bill Newton Dunn


PROĊEDURA

Titolu

Sustanzi psikoattivi ġodda

Referenzi

COM(2013)0619 – C7-0272/2013 – 2013/0305(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

10.9.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

8.10.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

8.10.2013

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Jacek Protasiewicz

30.9.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

14.11.2013

23.1.2014

12.2.2014

10.3.2014

Data tal-adozzjoni

10.3.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Roberta Angelilli, Edit Bauer, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Salvatore Caronna, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Clemente Mastella, Véronique Mathieu Houillon, Anthea McIntyre, Claude Moraes, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Nils Torvalds, Wim van de Camp, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vilija Blinkevičiūtė, Michael Cashman, Jean Lambert, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Marie-Christine Vergiat

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Jürgen Creutzmann, Christian Engström, Béla Glattfelder, Ádám Kósa, Krzysztof Lisek, Jens Nilsson, Csaba Őry

Data tat-tressiq

13.3.2014

Avviż legali - Politika tal-privatezza