RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ biex tnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief
14.3.2014 - (COM(2013)0761 – C7‑0392/2013 – 2013/0371(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur (għal opinjoni): Margrete Auken
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ biex tnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief
(COM(2013)0761 – C7‑0392/2013 – 2013/0371(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0761),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0392/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta’ Frar 2014[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0174/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(2) Il-Konsum tal-basktijiet tal-plastik jirriżulta f'livelli għoljin ta' skart u użu ineffiċjenti tar-riżorsi u huma mistenni li jiżdied jekk ma hija se tittieħed l-ebda azzjoni. L-iskart tal-basktijiet tal-plastik jikkontribwixxi għall-problema tal-iskart fil-baħar li qed thedded l-ekosistemi marittimi madwar id-dinja kollha. |
(2) Il-konsum tal-basktijiet tal-plastik jirriżulta f'livelli għoljin ta' skart u użu ineffiċjenti tar-riżorsi u huwa mistenni li jiżdied jekk ma hija se tittieħed l-ebda azzjoni. L-iskart tal-basktijiet tal-plastik jirriżulta fi tniġġis ambjentali u jaggrava l-problema mifruxa tal-iskart fl-ilmijiet, li hi ta' theddida għall-ekosistemi akkwatiċi madwar id-dinja kollha. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 2a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2a) Barra minn hekk, l-akkumulazzjoni tal-basktijiet tal-plastik fl-ambjent għandha b’mod ċar impatt negattiv fuq ċerti fergħat tal-ekonomija, bħat-turiżmu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Basktijiet tal-plastik ta' ħxuna inqas minn 50 microns, li jirrapreżentaw il-maġġoranza vasta tal-għadd totali tal-basktijiet tal-plastik kkunsamati fl-Unjoni, jerġgħu jintużaw inqas minn basktijiet tal-plastik eħxen u għalhekk huma aktar probabbli li jispiċċaw skart. |
(3) Basktijiet tal-plastik ħfief ta’ ħxuna inqas minn 50 microns, li jirrappreżentaw il-maġġoranza vasta tal-għadd totali tal-basktijiet tal-plastik ikkunsmati fl-Unjoni, jerġgħu jintużaw inqas minn basktijiet tal-plastik eħxen, u b'hekk isiru skart aktar malajr, huma aktar probabbli li jispiċċaw skart u, minħabba l-piż ħafif tagħhom, huwa aktar probabbli li jispiċċaw imferrxa fl-ambjent, kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 3a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3a) Ir-rati attwali ta’ riċiklaġġ huma baxxi ħafna, anki jekk il-basktijiet tal-plastik huma riċiklabbli. Barra minn hekk, ir-riċiklaġġ tal-basktijiet tal-plastik mhuwiex mistenni li jilħaq livell sinifikanti, peress li minħabba l-irquqija u l-piż ħafif tagħhom, il-basktijiet tal-plastik ma għandhomx valur ta’ riċiklaġġ għoli. Barra minn hekk, ma hemmx ġbir separat għall-basktijiet tal-plastik, it-trasport tagħhom huwa għali, u l-ħasil tagħhom għal raġunijiet ta’ riċiklaġġ jirrikjedi volumi kbar ta’ ilma. Għalhekk, ir-riċiklaġġ tal-basktijiet tal-plastik ma jsolvix il-problemi li jikkaġunaw. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Livelli attwali tar-riċiklaġġ tal-basktijiet tal-plastik ilaħħqu 6.6 %. Skont l-Istudju tal-Bijointelligenża li informa lill-valutazzjoni tal-impatt, il-livelli ta' riċiklaġġ ġew stmati li se jibqgħu taħt l-10% fl-2020. Apparti mill-fatt li l-prevenzjoni u l-użu mill-ġdid funzjonali jieħdu prijorità fuq ir-riċiklaġġ tal-ġerarkija tal-iskart, huwa ċar li żieda fir-riċiklaġġ ma ssolvix il-kwistjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(4) Il-livelli tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ivarjaw b'mod konsiderevoli fl-Unjoni minħabba differenzi fl-abitudni tal-konsum, is-sensibilizzazzjoni ambjentali, kif ukoll l-effettività tal-miżuri tal-politika li jittieħdu mill-Istati Membri. Xi Stati Membri rnexxielhom inaqqsu l-livelli tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik b'mod sinifikanti, fejn il-livell medju tal-konsum fis-seba' Stati Membri bl-aħjar prestazzjoni jammonta għal 20% biss tal-konsum medju tal-UE. |
(4) Il-livelli tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ivarjaw b’mod konsiderevoli fl-Unjoni mhux biss minħabba differenzi fl-abitudini tal-konsum u s-sensibilizzazzjoni ambjentali, iżda primarjament minħabba l-grad ta’ effettività tal-miżuri tal-politika li jittieħdu mill-Istati Membri. Xi Stati Membri rnexxielhom inaqqsu l-livelli tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik b'mod sinifikanti, fejn il-livell medju tal-konsum fis-seba' Stati Membri bl-aħjar prestazzjoni jammonta għal 20% biss tal-konsum medju tal-UE. Miri ta' tnaqqis fl-Unjoni kollha għandhom jitfasslu b'paragun mal-konsum medju tal-basktijiet tal-plastik fl-Unjoni kollha sabiex jitqies it-tnaqqis li diġà ntlaħaq f'ċerti Stati Membri. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 4a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4a) Id-data disponibbli dwar l-użu tal-basktijiet tal-plastik fl-Unjoni turi biċ-ċar li l-konsum ikun baxx jew naqas, f’dawk l-Istati Membri fejn l-operaturi ekonomiċi ma jagħtux il-basktijiet tal-plastik b’xejn, iżda minflok jimponu ħlas ċkejken. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 4b (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4b) Barra minn hekk, jidher li informazzjoni lill-konsumatur hija strumentali biex jintlaħaq kwalunkwe għan ta’ tnaqqis tal-użu tal-basktijiet tal-plastik. Għalhekk, huwa meħtieġ li jsiru sforzi fil-livell istituzzjonali li jżidu s-sensabilizzazzjoni dwar l-impatt ambjentali tal-użu tal-basktijiet tal-plastik u biex titwarrab il-perċezzjoni attwali li l-basktijiet tal-plastik huma komodità mhux dannuża, irħisa u instrinsikament mingħajr valur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 5 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(5) Sabiex jippromwovu tnaqqis simili tal-livell medju tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex inaqsu l-konsum tal-basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' inqas minn 50 microns f'konformità mal-għanijiet ġenerali tal-politika tal-UE dwar l-iskart u l-ġerarkija tal-UE dwar l-iskart kif tipprovdi d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi7. Miżuri ta' tnaqqis bħal dawn għandhom iqiesu l-livelli tal-konsum attwali tal-basktijiet tal-plastik fl-Istati Membri individwali, fejn livelli iktar għoljin jirrikjedu sforzi iktar ambizzjużi. L-awtoritajiet nazzjonali se jipprovdu dejta dwar l-użu tagħhom skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 94/62/KE sabiex jimmonitorjaw il-progress fit-tnaqqis tal-użu tal-basktijiet tal-plastik. |
(5) Sabiex jippromwovu tnaqqis simili tal-livell medju tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex inaqsu sinifikament il-konsum tal-basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' inqas minn 50 microns b'użu mill-ġdid limitat ħafna f'konformità mal-għanijiet ġenerali tal-politika tal-UE dwar l-iskart u l-ġerarkija tal-UE dwar l-iskart kif tipprovdi d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi7. Miżuri ta' tnaqqis bħal dawn għandhom iqiesu l-livelli tal-konsum attwali tal-basktijiet tal-plastik fl-Istati Membri individwali, fejn livelli iktar għoljin jirrikjedu sforzi iktar ambizzjużi. L-awtoritajiet nazzjonali se jipprovdu dejta dwar l-użu tagħhom skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 94/62/KE sabiex jimmonitorjaw il-progress fit-tnaqqis tal-użu tal-basktijiet tal-plastik. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
______________ |
_________________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
7 ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3. |
7 ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 5a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5a) Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri għandhom jinvolvu l-użu ta’ strumenti ekonomiċi bħall-ipprezzar, li ta prova li hu partikolarment effettiv biex inaqqas l-użu tal-basktijiet tal-plastik. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi ma jipprovdux basktijiet tal-plastik għajr basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jew alternattivi għalihom, mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ tal-oġġetti jew il-prodotti. L-Istati Membri għandhom iħeġġu wkoll lill-operaturi ekonomiċi li jbigħu biss prodotti mhux tal-ikel biex ma jipprovdux basktijiet tal-plastik mingħajr ħlas fil-punt ta' bejgħ tal-oġġetti u l-prodotti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 6 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(6) Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri jistgħu jinvolvu l-użu ta' strumenti ekonomiċi bħat-taxxi u l-imposti, li taw prova li huma partikolarment effettivi biex inaqsu l-użu tal-basktijiet tal-plastik, kif ukoll ir-restrizzjonijiet kummerċjali bħal projbizzjonijiet b'deroga tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62/KE, suġġett għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 34 sa 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(6) L-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jużaw strumenti ekonomiċi bħat-taxxi u l-imposti, kif ukoll ir-restrizzjonijiet kummerċjali bħal projbizzjonijiet b'deroga tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62/KE, suġġett għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 34 sa 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 6a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6a) Il-basktijiet tal-plastik użati għat-tgeżwir ta’ ikel niedi u sfuż bħal-laħam nej, il-ħut u prodotti tal-ħalib u basktijiet tal-plastik użati għal prodotti tal-ikel ippreparati mhux ippakkjati huma meħtieġa għall-iġjene tal-ikel u b’hekk għandhom jiġu eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 6b (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6b) Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jintużaw frekwentament għax-xiri ta' ikel niexef, sfuż u mhux ippakkjat bħall-frott, il-ħxejjex jew il-ħlewwiet. L-użu ta' basktijiet tal-plastik ħfief ħafna għal tali finijiet jgħin il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel, peress li jippermetti lill-konsumaturi jixtru l-ammont eżatt meħtieġ minflok kwantità fissa ppakkjata minn qabel, u peress li jippermetti li prodott li m'għadux tajjeb għall-konsum jitneħħa minn fuq l-ixkafef speċifikament mingħajr il-bżonn li jintremgħu pakketti sħaħ ippakkjati minn qabel. Madanakollu, basktijiet tal-plastik ħfief ħafna magħmulin minn plastiks konvenzjonali jippreżentaw problema partikolari fir-rigward tal-iskart. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 6c (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6c) Basktijiet tal-plastik magħmulin minn materjali bijodegradabbli u kompostabbli jagħmlu anqas ħsara lill-ambjent minn basktijiet tal-plastik konvenzjonali. Fejn l-użu ta' basktijiet tal-plastik jipprovdi benefiċċji importanti, jiġifieri fejn basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jintużaw għal ikel niexef, sfuż,u mhux ippakkjat bħall-frott, il-ħxejjex u l-ħlewwiet, dawk il-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna konvenzjonali għandhom jiġu sostitwiti gradwalment minn basktijiet magħmulin minn karta rriċiklata, jew basktijiet tal-plastik ħfief ħafna li jkunu bijodegradabbli u kompostabbli. Fejn l-użu ta' basktijiet tal-plastik għandu jitnaqqas, jiġifieri l-użu ta' basktijiet tal-plastik ħfief, l-użu ta' tali bastkijiet magħmulin minn materjali bijodegradabbli u kompostabbli għandhom ukoll jaqgħu wkoll taħt il-mira ġenerali ta' tnaqqis. Madankollu, l-Istati Membri li għandhom stabbilit ġbir separat tal-bijoskart għandhom jitħallew inaqqsu l-prezz ta' basktijiet tal-plastik ħfief bijodegradabbli u kompostabbli. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 6d (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6d) Il-programmi edukattivi mmirati lejn il-konsumaturi b’mod ġenerali, kif ukoll lejn it-tfal b’mod partikolari, għandu jkollhom rwol partikolari fit-tnaqqis tal-użu tal-basktijiet tal-plastik. Dawk il-programmi edukattivi għandhom jiġu implimentati kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-produtturi u l-bejjiegħa bl-imnut fil-punt tal-bejgħ tal-oġġetti u l-prodotti; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 6e (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6e) Ir-rekwiżiti essenzjali fir-rigward tal-imballaġġ li huwa rikuperabbli fil-forma ta' kompostjar għandhom jiġu emedati biex jiżguraw l-iżvilupp ta' standard Ewropew għal kompostjar tal-ġnien. Ir-rekwiżiti essenzjali fir-rigward tal-imballaġġ bijodegradabbli għandhom jiġu emendati biex jiġi żgurat li biss il-materjali kompletament bijodegradabbli jitiqiesu bħala bijodegradabbli. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 6f (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6f) L-Istandard Ewropew EN 13432 dwar "Rekwiżiti għall-imballaġġ li jistgħu jiġu rkuprati permezz tal-kompostjar u l-bijodegradazzjoni - skema għall-ittesttjar u kriterji ta' evalwazzjoni għall-aċċettazzjoni finali tal-imballaġġ" jistabbilixxi l-karatteristiċi li materjal għandu jkollu sabiex ikun jista' jitqies "kompostabbli", jiġifieri li jista' jiġi riċiklat permezz ta' proċess ta' rkupru organiku magħmul minn kompostjar u d-diġestjoni anerobika. Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni jżviluppa stantard separat għal kompostjar tal-ġnien.
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 6g (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għandu jiġi ċċarat li plastiks "ossobijodegradabbli" - li fil-fatt ma jiddegradawx iżda li jifframmentaw biss fi mikroplastiks sekondarji - ma għandhomx jiġu kkwalifikati bħala materjal għall-imballaġġ. Il-frammentazzjoni tal-plastik fi mikroplastiks sekondarji jżid it-tniġġis sekondarju tal-ambjent mill-plastiks u għalhekk ma għandhiex tkun permessa. Dan huwa konformi mal-pożizzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent fil-kuntest tal-istrateġija Ewropea dwar l-iskart tal-plastik. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 6h (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sustanzi CMR u sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali huma sustanzi ta' tħassib serju ħafna. Għandhom jiġu sostitwiti kulfejn ikun possibbli. Is-sostituzzjoni tagħhom fl-imballaġġ tal-plastik huwa konformi mal-pożizzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent fil-kuntest tal-istrateġija Ewropea dwar l-iskart tal-plastik. Id-Direttiva tal-Imballaġġ diġà tistabbilixxi valuri għal metalli tqal. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 6i (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6i) Sustanzi ta’ ħsara, b’mod partikolari l-kimiċi li jaffettwaw l-ormoni, fil-basktijiet tal-plastik, għandhom ikunu kompletament ipprojbiti biex jiġi żgurat livell tajjeb ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 7 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(7) Il-miżuri biex jitnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ma għandux iwassal għal żieda ġenerali fil-ġenerazzjoni tal-imballaġ. |
(7) Il-miżuri biex jitnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik għandhom iwasslu għal tnaqqis sostenibbli fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief u ma għandhomx iwasslu għal żieda ġenerali fil-ġenerazzjoni tal-imballaġġ. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 7a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7a) Sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent fl-Unjoni kollha tal-indikazzjonijiet (il-marka, karatteristiku jew kodiċi tal-kulur) għal basktijiet kompostabbli u bijogradabbli, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Tratatt dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni ta' tali indikazzjonijiet. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 8a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8a) Biex ma jiġix affettwat il-funzjonament tas-suq intern, għandhom japplikaw kundizzjonijiet ugwali għall-materjali użati fl-Unjoni Ewropea kollha. Differenzi fil-mod kif jiġu ttrattati ċerti materjali f’xi Stati Membri huma ta’ detriment għar-riċiklaġġ u l-kummerċ . | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 1a (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 3 – punt 2a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 94/62/KE Artikolu 3 – punt 2a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 1a (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 3 – punt 2b | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 1b (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 3 – punt 2c (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għandha tingħata definizzjoni ċara tal-materjali b'bażi bijoloġika | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 1c (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 3 – punt 2d (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għandha tingħata definizzjoni ċara tal-materjali b’bażi bijoloġika. Din id-definizzjoni hija meħuda mill-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-bijoskart fl-Unjoni Ewropea (COM (2008) 811 finali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 1d (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 3 – punt 2e (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Definizzjoni ċara ta' sustanzi CMR għandha tiġi indirizzata f'din il-leġiżlazzjoni partikolari | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 1e (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 3 – punt 2f (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Definizzjoni ċara ta' sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali għandha tiġi indirizzata f'din il-leġiżlazzjoni partikolari Għandu jkun hemm tliet modi biex sustanza tkun identifikata bħala sustanza li tfixkel is-sistema endokrinali: abbażi ta' evidenza xjentifika ta' effetti serji possibbli għas-saħħa tal-bniedem, abbażi tal-identifikazzjoni taħt REACH (li hija awtorevoli, iżda 'l bogħod ħafna milli tkun komprensiva), jew abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni, li l-Kummissjoni hija obbligata tadotta sa tmiem din is-sena skont ir-regolamenti dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti u l-Bijoċidi rispettivament. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt -2 (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 4 – paragrafu - 1a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Jekk ikun hemm tneħħija gradwali ta' sustanzi CMR u tas-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali minn materjal tal-imballaġġ inġenerali. Għandu jkun hemm tneħħija gradwali ċara ta' materjali ttal-plastik ossoframmentabbli minn materjal ta' imballaġġ. Din it-tneħħija gradwali għandha tkun konformi mal-pożizzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent fil-kuntest tal-istrateġija Ewropea dwar l-iskart tal-plastik. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 94/62/KE Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 94/62/KE Artikolu 4 – paragrafu 1a – subparagrafu 2(ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 94/62/KE Artikolu 4 – paragrafu 1a – subparagrafu 3(ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 94/62/KE Artikolu 4 – paragrafu 1a – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 2a (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 4 – paragrafu 1c (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 2d (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 4 – paragrafu 1d (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 2c (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 4 – paragrafu 1e (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 2d (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 4 – paragrafu 1f (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 2e (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 6a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt -2f (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 20a(ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 2g (ġdid) Direttiva 94/62/KE Anness II – paragrafu 3 – punt c u d | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. |
L-Istati Membri għandhom jemendaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom jekk ikun meħtieġ u għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 2a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 2a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sa ... * il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-effikaċja ta' din id-Direttiva u tevalwa jekk jinħtieġu miżuri ulterjuri, li għandhom jiġu akkumpanjati, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
________________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
*ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data – sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva". |
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
NOTA SPJEGATTIVA
1. L-isfond
Il-konsum tal-basktijiet tal-plastik fl-Unjoni Ewropea huwa eċċessiv. Kull sena kważi 100 biljun basket tal-plastik jiġu kkonsmati, numru li mistenni li jikber għal 111-il biljun basket tal-plastik sal-2020 jekk ebda azzjoni ma tittieħed. Dan ifisser li fuq medja kull ċittadin Ewropew juża 200 basket tal-plastik matul sena. Jekk inti tieħu 5 minuti biex taqra din in-nota spjegattiva, f'dawk il-5 minuti miljun basket tal-plastik ikunu ġew ikkonsmati fl-UE.
Madankollu, 89 % tal-boroż tal-plastik ta' spiss jintużaw darba biss qabel ma jispiċċaw bħala skart. Billi basktijiet tal-plastik eħxen maħsuba għal użu mill-ġdid huma disponibbli fis-suq, u l-konsumaturi f'ħafna Stati Membri jkomplu jużaw basktijet tal-plastik li jintremew minħabba li jakkwistawhom b'xejn. Bejjiegħa bl-imnut joffruhom mingħajr ħlas bħala bastkijiet tal-plastik ħfief, li prinċipalment ukunu ġew prodotti fl-Asja u huma ħafna irħas.
2. Konsegwenzi negattivi għas-soċjetà u l-ambjent
Dan il-konsum eċċessiv ta' basktijiet tal-plastik li jintużaw darba biss huwa ineffiċjenti ħafna minn perspettiva ta' użu tar-riżorsi iżda jikkaġuna wkoll konsegwenzi negattivi għall-ambjent. Kull sena 8 biljun basket tal-plastik jispiċċa bħala skart fl-ambjent tal-UE inklużi l-ibħra. Minkejja li l-prezzijiet tar-riżorsi li dejjem qed jogħlew, ir-rati attwali ta' riċiklaġġ tal-basktijiet tal-plastik ġew stmati biss għal 6.6 % u x'aktarx li mhumiex se jiżdiedu aktar minn hemm b'mod konsiderevoli fis-snin li ġejjin. Minħabba l-irquqija u l-piż ħafif tagħhom, il-basktijiet tal-plastik ma għandhomx valur ta' riċiklaġġ għoli. Rata ta' riċiklaġġ akbar tal-basktijiet tal-plastik mhijiex se ssolvi l-problema. Filwaqt li 39 % tal-basktijiet tal-plastik jiġu inċinerati, kull tieni basket tal-plastik jintbagħat f'miżbliet fejn jistgħu jtiru bir-riħ fl-ambjent. Il-miżbliet b'mod ġenerali jitqiesu bħal l-agħar alternattiva. U l-prevenzjoni hija, b'mod ċar, l-aħjar alternattiva.
Ladarba jispiċċaw fl-ambjent, basktijiet tal-plastik jistgħu jdumu mijiet ta' snin, fejn gradwalment jiġu frammentati f'partijiet dejjem iżgħar, u jinġarru minn pajjiż għal ieħor u jaqsmu l-fruntieri marittimi. Illum, basktijiet tal-plastik flimkien ma' fliexken tal-plastik jikkostitwixxu l-maġġoranza vasta ta' skart tal-plastik fl-ibħra Ewropej: fdalijiet tal-plastik jikkostitwixxu aktar minn 70 % tal-iskart kollu. Fil-Gran Brittanja, fuq medja, 72 basket tal-plastik jitla' l-art għal kull mil tal-kosta. L-implikazzjonijiet għall-fawna tal-baħar huma drammatiċi, speċjalment fost il-mammiferi tal-baħar. Partiċelli ta' skart tal-plastik instabu wkoll f'aktar minn 90 % tal-għasafar fil-Baħar tat-Tramuntana. Fl-istess ħin, l-iskart tal-plastik għandu konsegwenzi negattivi għal żoni turistiċi bħal parks naturali fejn l-isforzi ta' tindif huma ta' piż ekonomiku sinifikanti għall-komunitajiet lokali.
3. Sfida komuni tesiġi approċċ komuni
Konsum iżżejjed ta' basktijiet tal-plastik, użu ineffiċjent tar-riżorsi u tniġġis transnazzjonali tal-ambjent huma sfida komuni għall-Istati Membri tal-UE u jesiġu approċċ komuni. Konsultazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fl-2011 uriet appoġġ qawwi miċ-ċittadini Ewropej biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-basktijiet tal-plastik li jintużaw darba biss fl-livell Ewropew.
Sfortunatament, il-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea tonqos milli tieħu approċċ Ewropew. Hija tissuġġerixxi biss li kull Stat Membru għandu jindirizza l-kwistjoni tal-basktijiet tal-plastik unilateralment u mingħajr mira. Dan mhux biss jinjora t-talba ċara taċ-ċittadini Ewropej iżda huwa fi kuntrast qawwi għall-valutazzjoni tal-impatt proprja tal-Kummissjoni u l-istudji sottostanti. Fil-fatt, l-istudju mis-Servizz tal-Bijo-Intelliġenza ma ppermettix valutazzjoni ulterjuri tal-alternattiva li l-Istati Membri jintalbu jistabilixxu miri nazzjonali għall-prevenzjoni peress li nstab li kienet ikkumplikata żżejjed, u ddikjara li l-ilħuq ta' tali miri jkun dubjuż u dipendenti ħafna fuq il-impenn politiku tal-Istati Membri[1]
Minflok, l-istudju u l-valutazzjoni tal-impatt ikkunsidraw li l-aktar approċċ effettiv ikun li wieħed jgħaqqad mira għall-prevenzjoni tal-iskart fl-livell tal-UE ma' miżuri għall-ipprezzar fl-livell nazzjonali li jagħmilha obbligatorja għall-ħwienet li jitolbu ħlas għall-basktijiet tal-tal-plastik. Għalhekk huwa diffiċli li wieħed jifhem għalfejn il-Kummissjoni injorat ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt proprju tagħha b'mod daqshekk sfaċċat, wara konsultazzjoni bejn is-servizzi, billi għażlet li ma tadottax mira ta' tnaqqis u lanqas mekkaniżmu ta' pprezzar obbligatorju.
Għaldaqstant, ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni bħala pass 'il quddiem għal azzjoni leġiżlattiva sinifikanti kontra l-użu b'ħela tal-basktijiet tal-plastik. B'mod partikolari, hija tilqa' l-ħidma preparatorja solida li saret mill-Kummissjoni u biħsiebha tibbaża l-approċċ tagħha fuq l-alternattiva ppreferuta li ġiet identifikata fil-valutazzjoni tal-impatt (mira ta' tnaqqis tal-UE u miżuri ekonomiċi) li fi kliem tal-Kummissjoni "għandha l-ogħla potenzjal li twassal riżultati ambjentali ambizzjużi, filwaqt li twassal għal impatti ekonomiċi pożittivi, tillimita l-effetti negattivi fuq l-impjieg, tiżgura l-aċċettazzjoni pubblika, u tikkontribwixxi għal kuxjenza akbar dwar il-konsum sostenibbli".
4. L-introduzzjoni ta' mira ta' tnaqqis Ewropea dwar il-basktijiet tal-plastik.
Kif ġie ddikjarat fil-valutazzjoni tal-impatt imħejji mill-Kummissjoni, element ewlieni biex jiġi indirizzat l-użu żżejjed ta' basktijiet tal-plastik hu l-introduzzjoni ta' miri ta' tnaqqis għall-UE kollha fir-rigward tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief. Fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jiksbu tnaqqis ta' mill-inqas 50 %. u fi ħdan ħames snin, tnaqqis ta' mill-anqas 80 %. Il-mira ghandha tkun ibbażata fuq il-konsum medju fl-UE fl-2010. Il-mira globali tkun tapplika għall-Istati Membri, iżda tkun tirrikjedi aktar azzjoni f'dawk l-Istati Membri li għadhom ma ħadux azzjoni biex inaqqsu l-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief.
5. Li jitfassal prezz għall-basktijiet tal-plastik
Ntwera li, li ġġiegħel lill-konsumaturi jħalsu għall-basktijiet tal-plastik inaqqas il-konsum drammatikament kważi mil-lum għal għada. Fattur wieħed ċentrali jispikka madwar il-pajjiżi Ewropej li diġà laħqu livell tal-konsum relattivament baxx tal-basktijiet tal-plastik: il-basktijiet tal-plastik ma jingħatawx mingħajr ħlas. Din il-miżura għandha tapplika fl-UE kollha: taħt id-direttiva l-ġdida l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi li jbigħu l-ikel ma jipprovdux basktijiet tal-plastik mingħajr ħlas; madankollu, dan ma għandux japplika għall-bastkijiet tal-plastik meħtieġa għall-iġene tal-ikel jew għal basktijiet tal-plastik ħfief jew alternattivi għalihom (ara l-punt 6). Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-operaturi ekonomiċi li jbigħu oġġetti mhux tal-ikel ma jipprovdux basktijiet tal-plastik mingħajr ħlas. Fir-rigward tal-basktijiet tal-plastik ħfief kompostabbli b'bażi bijoloġika, l-Istati Membri li jkunu stabbilixxew ġbir separat tal-bijoskart għandhom jitħallew inaqqsu l-prezz (ara l-punt 7).
6. L-eżenzjoni ta' basktijiet tal-plastik neċessarji għall-iġjene tal-ikel u s-sostituzzjoni tal-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna b'basktijiet aktar sostenibbli
Basktijiet tal-plastik meħtieġa għall-iġjene tal-ikel u t-tgeżwir ta' prodotti tal-ikel umdi u sfużi bħal-laħam nej, il-ħut u l-prodotti tal-ikel u l-basktijiet tal-plastik biex iżommu prodotti tal-ikel ioppreparati u mhux ippakkjati ma għandhomx jitqiesu bħala basktijiet tal-plastik għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.
Barra minn hekk, ir-rapporteur tissuġġerixxi li għandha ssir distinzjoni bejn basktijiet tal-plastik ħfief (10–49 mikroni) u basktijiet tal-plastik ħfief ħafna (taħt l-10 mikroni). Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jintużaw frekwentament għax-xiri ta' ikel niexef, sfuż u mhux ippakkjat bħall-frott, il-ħxejjex jew il-konfettura. L-użu ta' basktijiet tal-plastik ħfief ħafna għal tali finijiet jgħin il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel, peress li jippermetti lill-konsumaturi jixtru l-ammont eżatt meħtieġ minflok kwantità fissa ppakkjata minn qabel, u peress li jippermetti it-tneħħija minn fuq l-ixkafef ta' prodott li ma għadux tajjeb għall-konsum speċifikament mingħajr il-bżonn li jintremgħu fl-intier tagħhom, pakketti ppakkjati minn qabel. Madankollu, basktijiet tal-plastik ħfief ħafna magħmula minn plastiks konvenzjonali jippreżentaw problema partikolari fir-rigward tal-iskart, u għalhekk għandhom jiġu sostitwiti gradwalment minn basktijiet tal-ġarr magħmulin mill-karta rriċiklata li jkunu bijodegradabbli u kompostabbli.
7. Il-plastiks bijogradabbli u kompostabbli huma tabilħaqq is-soluzzjoni?
Materjali tal-plastik bijogradabbli ta' spiss jiġu ppreżentati bħala soluzzjoni għall-problema ambjentali tal-basktijiet tal-plastik. Filwaqt li dawn ikunu anqas ta' problema meta jispiċċaw fl-ambjent meta mqabbel mal-plastik konvenzjonali, mhumiex soluzzjoni għall-problema tal-iskart, u rikorriment għal plastiks bijodegradabbli ma jindirizzax il-mentalità li dak lijkun jaqbad u jarmi li tifforma l-bażi tal-konsum eċċessiv tal-basktijiet tal-plastik, u tista' b'mod ħażin saħansitra tilleġitimizza tali ħela.
Barra minn hekk, dawn jinħtieġu li jiġu ttrattati b'mod xieraq, u dan biex tibda jirrikjedi l-ġbir separat tal-bijoskart. Biex il-benefiċċji potenzjali tal-materjali tal-plastik bijodegradabbli jkunu rikonoxxuti fuq plastiks konvenzjonali u biex fl-istess ħin jiġi indirizzat il-konsum iżżejjed, ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-Istati Membri li stabbilixxew ġbir separat tal-bijoskart jistgħu inaqqsu l-prezz tal-basktijiet tal-plastic ħfief bijogradabbli sa 50% meta mqabbla ma' dawk konvenzjonali.
Ir-rekwiżiti essenzjali fir-rigward tal-imballaġġ bijodegradabbli għandhom jiġu emendati biex jiġi żgurat li biss il-materjali kompletament bijodegradabbli jitiqiesu bħala bijodegradabbli. Ir-rekwiżiti essenzjali fir-rigward tal-imballaġġ li huwa rikuperabbli fil-forma ta' kkompostar għandhom jiġu emedati biex jiżguraw l-iżvilupp ta' standard Ewropew għal kompostar tal-ġnien.
8. It-tneħħija gradwali tal-ħbieb foloz: plastiks "ossobijodegradabbli"
plastiks "ossobijodegradabbli" mhumiex bijogradabbli fl-ambjent naturali, iżda jifframmentaw biss f'mikroplastiċi sekondarji. Għalhekk wieħed ikun qed iqarraq b'dak li jkun jekk jirreferi għal dawn il-materjali tal-plastik bħala "bijodegradabbli". Il-frammentazzjoni tikkonverti skart viżibbli fi skart inviżibbli. Din mhijiex soluzzjoni għall-problema tal-iskart, iżda aktar minn hekk iżżid it-tniġġis tal-ambjent b'dawk il-materjali tal-plastik. Il-plastiks "ossobijodegradabbli" ma għandhomx għalhekk jintużaw bħala materjal ta' imballaġġ.
9. Is-sostituzzjoni ta' sustanzi perikolużi għall-imballaġġ inġenerali
Ir-rapporteur tissuġġerixxi li għandha tittieħed l-opportunità tal-emenda tad-direttiva ta' imballaġġ mhux biss biex tiġi indirizzata l-prevenzjoni b'mod kwantitattiv iżda wkoll b'mod kwalitattiv. Sabiex jitnaqqas l-espożizzjoni taċ-ċittadini Ewropej għal sustanzi kimiċi u biex jiġi evitat li tali sostanzi jsibu ruħhom fl-ambjent matul il-fażi ta' skart, l-imballaġġ inġenerali ma għandux jibqa' jkollu fih sustanzi li huma kanċeroġeniċi, mutaġeneċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni jew li jfixklu s-sistema endokrinali.
10. Li l-Istati Membri jitħallew immorru oltre
Filwaqt li approċċ Ewropew komuni jinħtieġ sabiex jiġi indirizzat il-konsum iżżejjed tal-basktijiet tal-plastik, xi Stati Membri jistgħu jkunu jridu jmorru oltre miri komuni ta' tnaqqis fl-UE. L-Istati Membri għandhom għalhekk jagħmlu użu mill-istrumenti ekonomiċi bħat-taxxi kif ukoll minn restrizzjonijiet kummerċjali, kif propost mill-Kummissjoni.
- [1] Bio Intelligence Service, 2011. Assessment of impacts of options to reduce the use of single-use plastic carrier bags. (Valutazzjoni tal-impatti ta' alternattivi biex jitnaqqas l-użu ta' basktijiet tal-plastik li jintużaw darba biss. Rapport Finali), (ara paġna 78) http://ec.europa.eu/environment/waste/packaging/pdf/report_options.pdf
PROĊEDURA
Taqsima |
Li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ biex tnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief |
||||
Referenzi |
COM(2013)0761 – C7-0392/2013 – 2013/0371(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
4.11.2013 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 18.11.2013 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 18.11.2013 |
ITRE 18.11.2013 |
IMCO 18.11.2013 |
|
|
Not delivering opinions Data tad-deċiżjoni |
ECON 19.11.2013 |
ITRE 25.2.2014 |
IMCO 17.12.2013 |
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Margrete Auken 28.11.2013 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
22.1.2014 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
10.3.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
44 10 6 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Elena Oana Antonescu, Sergio Berlato, Franco Bonanini, Biljana Borzan, Martin Callanan, Chris Davies, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Martin Kastler, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Claus Larsen-Jensen, Jo Leinen, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Andrés Perelló Rodríguez, Mario Pirillo, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Dubravka Šuica, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Thomas Ulmer, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Margrete Auken, Inés Ayala Sender, Nikos Chrysogelos, Birgit Collin-Langen, Vicky Ford, Julie Girling, Jutta Haug, Romana Jordan, Filip Kaczmarek, Judith A. Merkies, Justas Vincas Paleckis, Marit Paulsen, Vittorio Prodi, Rebecca Taylor, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, Fabrizio Bertot, Fiona Hall, Kent Johansson, Bernd Lange, Erminia Mazzoni, Emma McClarkin |
||||
Data tat-tressiq |
14.3.2014 |
||||