RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012

19.3.2014 - (COM(2013)0541 – C7‑0283/2013 – 2013/2206(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Jan Mulder

Proċedura : 2013/2206(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0176/2014
Testi mressqa :
A7-0176/2014
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012

(COM(2013)0541 – C7‑0283/2013 – 2013/2206(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-kwittanza għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2013)0668), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni maħruġin ma’ dan ir-rapport (SWD(2013)0348 u SWD(2013)0349),

–   wara li kkunsidra [d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tas-sitt, tas-seba', tat-tmien u tad-disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2013)0541 – C7‑0283/2013),

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2013 dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp fl-2012,

–   wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (COM(2013)0346),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni[1] u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2012 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 rigward il-kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012 (05748/2014 – C7-0050/2014, 05750/2014 – C7-0051/2014, 05753/2014 – C7-0052/2014),,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000[3] u rivedut f'Ouagadougou, Burkina Faso, fit-22 ta’ Ġunju 2010[4],

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea”)[5],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995, bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja fil-qafas tat-Tieni Protokoll Finanzjarju tar-raba’ Konvenzjoni AKP-KE[6],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000, bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja skont il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000, u l-allokazzjoni tal-assistenza finanzjarja lill-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat KE[7],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni AKP-KE[8],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp[9],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 142 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp[10],

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM (2013) 0660),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ottubru 2011 bit-titlu, "Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla" u "L-Approċċ Futur għall-Appoġġ Baġitarju tal-UE għal Pajjiżi Terzi",

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 76, l-Artikolu 77(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0176/2014),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012.

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012

(COM(2013)0541 – C7‑0283/2013 – 2013/2206(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-kwittanza għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2013)0668), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni maħruġin ma’ dan ir-rapport (SWD(2013)0348 u SWD(2013)0349),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tas-sitt, tas-seba', tat-tmien u tad-disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2013)0541 – C7‑0223/2013),

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2013 dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp fl-2012,

–   wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (COM(2013)0346),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni[11] u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[12] dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 rigward il-kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012 (05748/2014 – C7-0050/2014, 05750/2014 – C7-0051/2014, 05753/2014 – C7-0052/2014),,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000[13] u rivedut f'Ouagadougou, Burkina Faso, fit-22 ta’ Ġunju 2010[14],

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea”)[15],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995, bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja fil-qafas tat-Tieni Protokoll Finanzjarju tar-raba’ Konvenzjoni AKP-KE[16],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000, bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja skont il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000, u l-allokazzjoni tal-assistenza finanzjarja lill-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat KE[17],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni AKP-KE[18],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp[19],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 142 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp[20],

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2013)0660),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ottubru 2011 bit-titlu, "Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla" u "L-Approċċ Futur għall-Appoġġ Baġitarju tal-UE għal Pajjiżi Terzi",

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 76, l-Artikolu 77(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0176/2014),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali definittivi tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp huma kif annessi fit-Tabella 2 tar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012

(COM(2013)0541 – C7‑0283/2013 – 2013/2206(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-kwittanza għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2013)0668), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni maħruġin ma’ dan ir-rapport (SWD(2013)0348 u SWD(2013)0349),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tas-sitt, tas-seba', tat-tmien u tad-disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2013)0541 – C7‑0283/2013),

–   wara li kkunsidra r-Rapport Qnnwali tal-Kummissjoni tas-29 ta’ April 2013 dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) fl-2012,

–   wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (COM(2013)0346),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet li jaqgħu taħt it-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni[21] u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[22] dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2012 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 rigward il-kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012 (05748/2014 – C7-0050/2014, 05750/2014 – C7-0051/2014, 05753/2014 – C7-0052/2014),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000[23] u rivedut f'Ouagadougou, Burkina Faso, fit-22 ta’ Ġunju 2010[24],

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea”)[25],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995, bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja fil-qafas tat-Tieni Protokoll Finanzjarju tar-raba’ Konvenzjoni AKP-KE[26],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000, bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja skont il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000, u l-allokazzjoni tal-assistenza finanzjarja lill-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat KE[27],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni AKP-KE[28],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp[29],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 142 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp[30],

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM (2013) 0660),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ottubru 2011 bit-titlu, "Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla" u "L-Approċċ Futur għall-Appoġġ Baġitarju tal-UE għal Pajjiżi Terzi",

–   wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u r-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti tiegħu;

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 76, l-Artikolu 77(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0176/2014),

A. billi l-għan ewlieni tal-ftehim ta' Cotonou bħala l-qafas tar-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (OCTs) hu li jnaqqas u eventwalment jelimina l-faqar, f'konsistenza mal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli u l-integrazzjoni gradwali tal-pajjiżi tal-AKP u tal-OCT fl-ekonomija globali;

B.  billi l-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) huma l-ikbar strument finanzjarju tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiżi tal-AKP;

C. billi l-FEŻ huma ffinanzjati mill-Istati Membri u billi l-Kummissjoni, bħala l-korp ta’ implimentazzjoni, hija responsabbli għall-kwittanza tal-FEŻ;

D. billi l-impenji globali, l-impenji individwali u l-ħlasijiet laħqu rispettivament EUR 3,745 miljun, EUR 3,817 miljun u EUR 3,292 miljun għas-sena finanzjarja 2012;

E.  billi t-trasparenza u l-kontabilità huma prerekwiżiti għall-iskrutinju demokratiku, kif ukoll għajnuna effettiva għall-iżvilupp;

F.  billi l-appoġġ tal-baġit, filwaqt li għandu rwol prinċipali biex iwassal għall-bidla u biex jindirizza l-isfidi tal-iżvilupp ewlenin, għandu riskju fiduċjarju kbir u għandu jingħata biss jekk l-istat benefiċjarju jkun jista' juri livell suffiċjenti ta' trasparenza, traċċabilità, responsabilità u effettività qabel ma jirċievi l-għajnuna għall-appoġġ baġitarju;

G. billi t-trawwim tat-trasparenza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-frodi huma ta’ importanza ewlenija għas-suċċess tal-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju tal-Unjoni, kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, imsemmija hawn fuq, bit-titlu "L-Approċċ Futur għall-Appoġġ Baġitarju tal-UE għall-Pajjiżi Terzi";

H. billi s-sostenibilità hija kruċjali għall-effikaċja tal-għajnuna għall-iżvilupp;

I.   billi l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni ma’ donaturi oħrajn u mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali huma ta’ importanza assoluta biex tiġi evitata d-dupplikazzjoni, tiġi żgurata l-effettività tal-għajnuna u titrawwem il-kapaċità biex titjieb l-għajnuna għall-iżvilupp fil-pajjiżi benefiċjarji;

J.   billi huwa fundamentali li titħeġġeġ il-viżibilità tal-Unjoni u jiddaħħlu l-valuri tal-Unjoni fil-forom kollha ta' għajnuna għall-iżvilupp;

K. billi l-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi bħall-mekkaniżmi ta' taħlit jitqies bħala mezz wieħed kif jiġi estiż l-iskop ta' għodod eżistenti bħall-għotjiet u s-self;

L   billi l-Parlament tenna t-talba tiegħu għall-inklużjoni tal-FEŻ fil-baġit ġenerali;

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

Affidabilità tal-kontijiet

1.  Jilqa' l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali finali tat-Tmien, id-Disa’ u l-Għaxar FEŻ jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ fil-31 ta’ Diċembru 2012, u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom u l-likwidità għal dik is-sena, skont id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti finanzjarji tal-FEŻ u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità;

2.  Jinnota li fl-oqsma tal-appoġġ baġitarju u l-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni għal proġetti b'ħafna donaturi implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, in-natura tal-istrumenti u l-kundizzjonijiet tal-pagamenti jillimitaw safejn it-tranżazzjonijiet ikunu vulnerabbli għal żbalji;

3.  Jiddikjara li, fil-qasam ta' EuropeAid, joperaw 1 153 organizzazzjoni nongovernattiva (57 % tal-NGOs kollha) u, fil-qasam tal-għajnuna umanitarja (ECHO), joperaw 152 organizzazzjoni nongovernattiva (8 %), u li dawn jirċievu EUR 1 520 miljun u EUR 960 miljun rispettivament fi flus mill-Unjoni; jinnota li, f'għaxar snin, il-finanzjament tal-Unjoni għall-NGOs irdoppja; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-akbar 30 proġett u l-iżgħar 30 proġett li qed jiġu implimentati mill-NGOs bil-finanzjament tal-FEŻ, u ħarsa ġenerali lejn kemm mill-għadd ta' fondi proprji tagħhom ġew investiti f'kull wieħed minn dawn il-proġetti;

4.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li ordnijiet ta' rkupru għal interessi fuq pagamenti ta' prefinanzjament ta' aktar minn EUR 750 000 rari jinħarġu, bil-kuntrarju tar-regoli applikabbli, skont liema huma għandhom jinħarġu darba fis-sena; jinnota li l-interessi ġġenerati minn prefinanzjament huma xi kultant ikkalkolati bil-valur nett mal-klejms jew rimborżi ta' spejjeż imħallsa, billi dawn l-interessi mhumiex rikonoxxuti bħala dħul;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tapplika d-dispożizzjonijiet tar-regolamenti finanzjarji tal-FEŻ dwar l-interessi relatati ma' pagamenti ta' prefinanzjament u biex teżamina mill-qrib is-sitwazzjoni fid-delegazzjonijiet ħalli jitfassal inventarju ċar ta' kuntratti ma' prefinanzjamenti miftuħa;

6.  Jiddispjacih, għal darb'oħra, li t-tranżazzjonijiet finanzjarji kienu ta' spiss irrekordjati b'mod mhux korrett fis-Sistema Komuni ta' Informazzjoni Relex (CRIS), u dan ibiddel il-kwalità u l-preċiżjoni globali tad-data użata għall-preparazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, speċjalment bir-riskju li ma jiġix irrispettat il-prinċipju cut-off jiġifieri biex jiġu rrekordjati t-tranżazzjoniijiet finanzjarji kollha skont il-perjodu korrett tal-kontabilità;

7.  Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni hija konxja tan-nuqqasijiet attwali fis-sistema tal-informazzjoni tagħha imma, madankollu, bħal fis-snin preċedenti, jistieden b'insistenza lill-Kummissjoni biex tagħmel sforzi ulterjuri u biex kontinwament issegwi din il-kwistjoni fil-livelli operattivi kollha, il-kwartieri tal-EuropeAid u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

8.  Jinnota b'sodisfazzjon li skont il-Qorti tal-Awdituri, id-dħul u l-impenji li fuqhom huma bbażati l-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

9.  Jinsab imħasseb, madankollu, dwar il-valutazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri relatata mal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet, skont liema s-sistemi superviżorji u ta' kontroll fil-Kwartieri tal-EuropeAid u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni huma parzjalment effettivi biex jiżguraw il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti;

10. Jiddispjaċih li l-pagamenti kienu materjalment affettwati minn żbalji minħabba n-nuqqasijiet identifikati fil-mekkaniżmi ta' superviżjoni u ta' kontroll; jinnota li minn 167 tranżazzjoni tan-nefqa interim u finali riveduti mill-Qorti tal-Awdituri, 44 (i.e. 26 %) ġew affettwati minn żbalji;

11. Ifakkar li l-istima tal-Qorti tal-Awdituri tar-rata ta' żbalji l-aktar probabbli għall-pagamenti mit-Tmien, id-Disa' u l-Għaxar FEŻ hija ta' 3 % li tindika tnaqqis imqabbel mal-2011 (5.1 %) u l-2010 (3.4 %);

12. Jinnota li minn 127 kampjun tat-tranżazzjonijiet tan-nefqa, 28 ġew affettwati minn żball kwantifikabbli, li minnhom 20 kienu pagamenti finali diġà suġġetti għall-kontrolli tal-Kummissjoni; jinnota li dan jirrappreżenta żieda meta mqabbla mal-2011, fejn in-numri ekwivalenti kienu 29 u 11-il operazzjoni rispettivament;

13. Jinnota li għat-tranżazzjonijiet ta' appoġġ għall-baġit riveduti mill-Qorti tal-Awdituri, l-iżbalji kwantifikabbli kienu l-applikazzjoni mhux korretta tal-metodu ta' evalwazzjoni biex jiġi definit jekk il-pajjiżi sħab jissodisfawx jew le l-kundizzjonijiet għall-pagamenti relatati mar-rendiment u l-falliment biex tiġi vvalutata l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-pagamenti;

Effettività tas-sistemi

14. Jesprimi sodisfazzjon li, il-Kummissjoni, tal-anqas żgurat implimentazzjoni parzjali tar-rakkomandazzjonijiet kollha tar-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2009 u l-2010 dwar l-implimentazzjoni tal-FEŻ u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tiżgura s-segwitu u l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri għall-2011 u l-2012;

15. Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-FEŻ użat ħafna metodi ta' twassil b'regoli u proċeduri kumplessi, li jkopru 79 pajjiż, li jirrappreżentaw livell għoli ta' riskju inerenti, skont l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri;

16. Huwa mħasseb ħafna bis-sejba mill-Qorti tal-Awdituri li s-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll huma biss parzjalment effettivi;

17. Jinnota b'dispjaċir li, skont il-valutazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, bħal fil-passat, il-kontrolli ex ante tal-EuropeAid, magħmula qabel ma saru l-pagamenti tal-proġett, għadhom vulnerabbli; huwa inkwetat dwar il-fatt li nstabu xi żbalji minkejja l-awditjar estern u l-verifiki tan-nefqa;

18. Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-kuntratti mal-awdituri esterni li r-rapporti tal-awditjar tagħhom ipprovduti lill-EuropeAid jew lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni wrew li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-awditjar professjonali jew id-dispożizzjonijiet tal-kuntratti;

19. Jistieden lill-EuropeAid u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni biex jiffukaw aktar fuq is-segwitu tal-awditjar estern u r-rapporti tal-verifiki tan-nefqa, speċjalment fejn jidħol l-irkupru tal-ammonti mhux eliġibbli;

20. Jinnota b'dispjaċir ix-xogħol b'lura attwali minħabba l-ikklirjar tard u t-tmiem ta' kuntratti; jinnota l-konsegwenzi negattivi tiegħu, mhux biss fuq il-kwalità u l-affidabilità globali tal-kontrolli ex ante, imma wkoll fuq it-traċċabilità tal-operazzjonijiet, ir-rendikonti tal-entrati u l-eżistenza tad-dokumentazzjoni ta' appoġġ; jistieden lill-EuropeAid biex tirranġa din il-kwistjoni mingħajr dewmien;

21. Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli l-isforzi tagħha biex issaħħaħ is-sistemi ta' kontroll attwali tagħha, b'mod partikolari biex tiżgura kontinwità aħjar tan-negozju u ġestjoni tad-dokumenti affidabbli kif meħtieġ minn standards ta' kontroll intern, u biex annwalment jingħata rapport lill-Parlament dwar l-azzjonijiet korrettivi implimentati;

22. Jibqa' serjament imħasseb dwar in-nuqqasijiet li jibqa' fis-sistema tal-informazzjoni tal-ġestjoni skont ir-riżultati u s-segwitu tal-awditjar estern u l-verifiki tan-nefqa, minkejja l-impenn li ħadet il-Kummissjoni fl-2012 biex ittejjeb il-kwalità tad-data tas-Sistema Komuni ta' Informazzjoni Relex (CRIS); jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-futur immedjat, tirdoppja l-isforzi ħalli tiżviluppa u tniedi l-modulu tal-awditjar relatat mal-CRIS u b'mod partikolari s-segwitu tar-rapporti kollha tal-awditjar;

23. Jilqa' l-isforzi li saru fir-rigward tal-użu tal-indikaturi tar-rendiment ewlenin li jirrelataw għal kontrolli fuq dewmien fil-pagamenti u tfakkir regolari lill-istaff involut fil-ġestjoni tal-pagamenti; barra minn hekk, iħeġġeġ l-użu mtejjeb tal-valutazzjoni tar-riskju fil-qafas tas-segwitu tal-portafoll tal-proġetti tad-delegazzjoni tal-Unjoni;

24. Jemmen li billi jiżdiedu kemm is-sensibilizzazzjoni tal-istaff kif ukoll l-għarfien tal-kontroll, minkejja l-limiti tal-istaff, tal-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq u l-aktar żbalji rikorrenti hija ħaġa ewlenija; jemmen li jridu jsiru sforzi kostanti biex jitjiebu s-sistemi ta' kontroll u l-katina fil-livelli operattivi kollha u biex jitjieb ir-rendiment tal-EuropeAid;

25. Jilqa' l-ewwel studju tal-kejl dwar ir-rata ta' żbalji residwi għal tranżazzjonijiet magħluqa magħmula mill-EuropeAid biex jiġi stmat l-impatt finanzjarju tal-iżbalji residwi ladarba l-kontrolli ex ante u ex post kollha jkunu ġew implimentati; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi biex tanalizza u tiddokumenta aħjar it-tipi ewlenin ta’ żbalji u biex tnaqqas ir-rata ta' żbalji residwi (RER) fis-snin li ġejjin;

26. Jinnota li abbażi ta' dan l-istudju, ir-rata ta' żbalji kien stmat għal 3.6 % (li tirrappreżenta ammont ta' madwar EUR 259,5 miljun), meta mqabbla mat-3 % stmat mill-Qorti tal-Awdituri; jinnota li l-kawżi ewlenin identifikati huma, f'ordni ta' importanza, nuqqasijiet u żbalji magħmula minn organizzazzjonijiet internazzjonali li jimplimentaw il-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni, ammonti li mhumiex irkuprati wara missjonijiet ta' awditjar jew verifika tan-nefqa, żbalji varji rigward il-fondi tal-Unjoni mmaniġġjati indirettament u nuqqas ta' dokumentazzjoni fil-proċeduri ta' offerti; jistenna li dan ix-xogħol fuq ir-rata ta' żbalji residwi se jitjieb aktar mill-2013 favur affidabilità mtejba u r-riżultati ppreżentati lill-Parlament;

27. Jitlob lill-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri biex jużaw approċċ tal-awditjar komparabbli fis-snin li ġejjin minħabba l-valutazzjoni kontinwa u komparabbli fil-proċedura ta' kwittanza;

28. Jinnota li 85 % u 53 % tal-Pjan tal-Awditu Annwali 2010 u tal-Pjan tal-Awditu Annwali 2011 tal-EuropeAid kienu rispettivament kompluti sa tmiem l-2012; itenni li n-nuqqas ta' dokumenti ta’ prova (adegwati) u l-applikazzjoni mhux korretta tal-proċeduri tal-akkwist mill-kuntratturi u l-benefiċjarji huma fost in-nuqqasijiet ewlenin imsemmija fis-sejbiet tal-awditjar; jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta' kontroll u l-politiki ta' taħriġ sabiex, fil-futur, tiġi evitata l-okkorrenza ta' dawk in-nuqqasijiet;

29. Jistieden lill-EuropeAid biex ikompli jiżviluppa l-għodod u l-azzjonijiet xierqa sabiex titjieb l-effettività globali tal-piramida ta' kontroll fil-Kwartieri tal-EuropeAid u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' attivitajiet immirati li jfittxu li jqajmu kuxjenza jew l-użu miżjud tal-għodda tal-ġestjoni finanzjarja mill-istaff u l-benefiċjarji;

30. Ifakkar b'insistenza li l-proċess tal-bini tal-assigurazzjoni jeħtieġ ukoll miżuri li jirrinfurzaw ir-responsabilità tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-kwalità u l-kompjutezza tar-rappurtar permezz tar-Rapport dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna;

31. Jistieden lill-EuropeAid u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex isaħħu s-superviżjoni tal-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-kariga tagħhom bħala uffiċjali awtorizzanti mis-sottodelegazzjoni għall-Kummissjoni bil-għan li tiżdied ir-responsabilità tagħhom fil-kuntest tat-twaqqif tar-rapport tal-attività annwali;

32. Jiddispjaċih tal-fatt li minkejja r-rakkomandazzjoni tas-sena li għaddiet, ma deher l-ebda titjib sinifikanti fit-tħaddim tal-Kapaċità tal-Awditjar Intern li għandha rwol x'taqdi fit-tijib tas-sistema tal-kontroll intern jew fl-analiżi tal-kosteffettività tal-arkitettura/mekkaniżmi ta' kontroll; jistenna, għal darb'oħra, li s-sitwazzjoni tinbidel fl-2013;

33. Jinnota l-assenza ta' każijiet irrappurtati ta' whistleblowing minkejja l-iżbalji kwantifikabbli eżistenti u l-ambjent b'riskju għoli; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżviluppa b'mod ulterjuri kemm il-politika tal-whistleblowing tagħha, b'mod partikolari fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll l-istrateġija kontra l-frodi tagħha sabiex tidentifika l-attivitajiet b'finanzjament doppju;

34. Jitlob lill-Kummissjoni biex tqis l-aħħar żviluppi tal-Unjoni dwar is-sjieda benefiċjali, kif diskuss fid-direttiva riveduta li ġejja dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għar-raġunijiet ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu; jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta dwar dan fir-rapport tal-attivitajiet annwali tiegħu;

35. Jinsab imħasseb dwar l-Artikolu 190(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012[31]; jinnota li dawn ir-regoli huma wkoll stipulati fl-Artikoli 72 u 73 tal-Ftehim ta' Cotonou għall-pajjiżi tal-AKP; jinnota, f'dan ir-rigward, il-paragrafi 36, 37 u 76 tar-rapport speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru.14/2013 li jgħid, fost l-oħrajn, li f'ċerti każijiet, l-offerti kompetittivi kienu jkunu fattibbli; jitlob lill-Kummissjoni biex tivvaluta b'mod kritiku r-regoli tagħha għad-devjazzjonijiet minn proċeduri tal-akkwist u biex tirrapporta lura dwar dan fir-rapport annwali tagħha;

Appoġġ baġitarju

36. Jinnota li fl-2012, EUR 891 miljun, li jirrappreżentaw 29 % taż-żborżament tal-għajnuna globali tal-FEŻ, ġie provdut permezz tal-appoġġ baġitarju;

37. Jilqa' l-valutazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, skont liema kien hemm konformità mal-kundizzjonijiet tal-eliġibilità ġenerali, bħall-progress fil-ġestjoni finanzjarja tas-settur pubbliku;

38. Jilqa', wara l-introduzzjoni tal-politika l-ġdida msemmija fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ottubru 2011 bit-titlu, "L-Approċċ Futur għall-Appoġġ Baġitarju tal-UE għal Pajjiżi Terzi", l-attenzjoni aktar b'saħħitha mqiegħda fuq ir-responsabilità, it-trasparenza u l-ġestjoni msaħħa tar-riskji fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju;

39. Jilqa' l-attenzjoni akbar tal-Kummissjoni fuq il-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni b'mod partikolari meta jiġi evalwat il-kriterju tal-eliġibilità tal-Ġestjoni Finanzjarja Pubblika f'termini ta' appoġġ baġitarju; jinnota f'dan ir-rigward li l-korruzzjoni u l-frodi jikkostitwixxu wieħed mill-ħames kategoriji ta' riskji identifikati mill-Kummissjoni bħala parti mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskji tiegħu żviluppati għall-programm ta' appoġġ baġitarju;

40. Jinnota li l-programmi relatati mal-governanza tajba huma ffinanzjati sabiex jappoġġjaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-ġlieda tagħhom kontra l-frodi, il-korruzzjoni u l-ġestjoni finanzjarja ħażina; jenfasizza li sistema ġuridika ħielsa minn kull korruzzjoni hija kundizzjoni sine qua non biex jiġu żgurati l-governanza tajba u l-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel enfasi b'saħħitha fuq il-programmi ta' riforma ġuridika;

41. Jinnota li l-perjodu tal-introduzzjoni gradwali tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskji stabbilit għall-programmi ta' appoġġ baġitarju kien komplut sa minn tmiem l-2012 u li l-qafas sar obbligatorju għall-kuntratti u l-iżborżamenti l-ġodda kollha sa mill-1 ta' Jannar 2013; jilqa' t-tisħiħ tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskji għall-programmi ta' appoġġ baġitarju u jitlob, fil-qafas tal-proċedura ta' kwittanza li jmiss, rapport dwar l-istrateġija tar-riskji u r-rispons implimentata;

42. Jistenna bil-ħerqa l-implimentazzjoni tal-impenn tal-Kummissjoni li tallinja l-iskrutinju demokratiku tal-FEŻ mal-iskrutinju eżerċitat mill-Parlament fuq l-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp kif inhu formulat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fid-29 ta' Ġunju 2011 bit-titlu "Baġit għall-Ewropa 2020";

43. Jinnota d-deċiżjoni tal-EuropeAid li jinħolqu hubs reġjonali ma' pajjiżi sħab biex jiżdiedu kemm il-kwalità tal-operazzjonijiet ta' appoġġ tal-baġit kif ukoll id-djalogu tal-politika; jitlob lill-Kummissjoni biex, fil-kwittanza li jmiss, tirrapporta lill-Parlament dwar l-ewwel riżultati jew lezzjonijiet li tgħallmet;

44. Jirrikonoxxi l-marġni ta' manuvra tal-Kummissjoni biex tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet ta' eliġibilità ġenerali ġewx issodisfati biex isiru pagamenti lill-pajjiż sieħeb, skont il-prinċipju tad-divrenzjar u l-approċċ dinamiku għall-eliġibilità; jinsab imħasseb dwar l-użu finali tal-fondi trasferiti u n-nuqqas ta' traċċabilità meta l-fondi tal-Unjoni jingħaqdu mar-riżorsi baġitarji tal-pajjiż sieħeb;

45. Jappoġġja ż-żvelar pubbliku tal-informazzjoni tal-baġit relevanti relatat mal-programmi ta' appoġġ tal-baġit sabiex tiżdied ir-responsabilità domestika u reċiproka, inkluż għaċ-ċittadini;

46. Jinnota li l-evalwazzjonijiet tal-proġetti tal-FEŻ li għaddejjin bħalissa fil-pajjiżi Sub-Saħarjani u li kienu finalizzati fl-2012 jindikaw titjib fit-tfassil u r-rilevanza, l-impatt u s-sostenibbiltà tal-proġetti minn naħa waħda iżda wkoll problemi kontinwi fir-rigward ta’ effiċjenza u effikaċja min-naħa l-oħra bi ftit iżjed minn nofs il-proġetti li jirċievu marki tajbin jew tajbin ħafna[32]; jilqa’ t-tnedija fl-2012 tal-oqsfa komprensivi għall-bini ta’ reżiljenza fis-Sahel (AGIR – Alliance globale pour l'initiative Résilience – Sahel) u l-Qarn tal-Afrika (SHARE – Supporting HoA Resilience) biex tkun indirizzata aħjar l-insigurtà persistenti tal-ikel f’dawn ir-reġjuni;

47.  Huwa mħasseb dwar il-perċentwal għoli u miżjud ta’ proġetti evalwati fir-reġjun tal-Paċifiku li qed jiġu valutati bħala li għandhom nuqqasijiet serji u 40,4 % biss tal-proġetti qed joperaw "tajjeb" jew "tajjeb ħafna"; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga aktar dwar il-kawżi ta’ dawn in-nuqqasijiet u ssaħħaħ il-kapaċità fil-pajjiż sabiex jitjiebu t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti[33];

48. Jinnota b’mod pożittiv il-kwalità sodisfaċenti u mtejba ġenerali ta’ proġetti fir-reġjun tal-Karibew fejn 75,47 % tal-proġetti kienu valutati bħala li joperaw tajjeb jew tajjeb ħafna[34];

49. Jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, biex tiżgura li l-iżborżament ta' fondi permezz ta' appoġġ baġitarju jinżamm, jitnaqqas jew jiġi kkanċellat meta ma jintlaħqux objettivi u impenji ċari u inizjali u meta jkunu fil-periklu l-interessi politiċi u finanzjarji tal-Unjoni;

50. Ifakkar li r-riskju ta' riżorsi li jiġu ddevjati jibqa' għoli u li r-riskji ta' korruzzjoni u frodi huma marbuta mal-ġestjoni u r-riformi finanzjarji pubbliċi; ifakkar li għandha tingħata attenzjoni kostanti u aktar b'saħħitha lil dawn ir-riskji mill-Kwartieri Ġenerali tal-EuropeAid u mill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tad-djalogu politiku u ta' politika, speċjalment biex tiġi vvalutata l-kapaċità ta' rispons tal-gvern ikkonċernat u l-kapaċità li jiġu infurzati r-riformi;

Appoġġ tal-Unjoni għall-governanza fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

51. Jistieden lill-Kummissjoni u s-SEAE, f'koordinazzjoni ma' sħab oħrajn tal-iżvilupp, inklużi l-Istati Membri, u bil-għan li jsir l-ipprogrammar għall-ħdax-il FEŻ u t-tfassil ta' programmi futuri tal-Unjoni, biex tingħata attenzjoni miżjuda għall-iżgurar ta' bilanċ xieraq ta' għajnuna bejn il-provinċji kollha, speċjalment dawk li jkunu ifqar, sabiex jiġu evitati d-disparitajiet ġeografiċi fid-distribuzzjoni tal-għajnuna għall-iżvilupp; jitlob għal appoġġ ikkombinat fil-livell ċentrali mal-programmi fil-livell provinċjali li jorbtu d-deċentralizzazzjoni politika u territorjali ma’ strateġiji mtejba ta’ ġestjoni tar-riżorsi naturali u r-riabilitazzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura; iqis mill-ġdid l-appoġġ tal-Unjoni għall-ġestjoni mtejba tar-riżorsi naturali abbażi ta’ valutazzjoni komprensiva tal-ħtiġijiet;

52. Jistieden lill-Kummissjoni u s-SEAE biex, fid-djalogu tagħha mar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), iqiegħdu enfasi akbar fuq il-fatt li l-elezzjonijiet demokratiċi huma komponent ewlieni tal-governanza; jistieden lill-Kummissjoni u s-SEAE biex jivvalutaw bir-reqqa r-riskji kollha ħalli jiġi żgurat li l-programmi tal-Unjoni f'dan il-qasam ma jappoġġjawx il-fatt li r-reġim irabbi l-għeruq;

53. Jitlob lill-Kummissjoni u s-SEAE biex jippromwovu responsabilità mtejba tal-gvern tar-RDK permezz ta’ appoġġ miżjud għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet nazzjonali ta’ sorveljanza, b’mod partikolari l-kumitati speċjalizzati tal-Assemblea Nazzjonali u l-istituzzjoni suprema tal-awditjar;

54. Ifakkar fl-oqsma kollha ta’ governanza koperti mill-istrateġija ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni, iqisu b’mod sistematiku l-ħtieġa ta’ appoġġ għall-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni;

55. Jinsisti li l-finanzjament tal-FEŻ għandu jappoġġja r-ristrutturazzjoni fuq tul ta' żmien twil tal-korpi ġuridiċi ċentrali tar-RDK sabiex jiġi żgurat l-istabbiliment sostenibbli tal-istat tad-dritt fil-pajjiż; jinnota f'dan ir-rigward REJUSCO u PAG, żewġ programmi li ngħataw EUR 7,9 miljun u EUR 9 miljun mid-Disa' FEŻ; jiddispjaċih li dawk il-programmi fallew milli jilħqu r-riżultati mistennija tagħhom u jieħu nota li l-kontribut tal-Kummissjoni kien konsegwentement imnaqqas għal REJUSCO u twaqqaf fil-każ ta' PAG; jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta n-nuqqasijiet speċifiċi affaċċjati matul il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dawn iż-żewġ programmi sabiex jiġu żviluppati programmi aktar sostenibbli bbażati fuq ir-riforma ġuridika b'objettivi mfassla aħjar taħt il-11-il FEŻ;

56. Iqis fil-bidu tal-programmi u b'mod regolari matul l-implimentazzjoni tagħhom, il-bżonn li jiġu vvalutati l-possibilità u l-impatt potenzjali tar-riskji ewlenin biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm billi jiġu evalwati r-relevanza u l-kredibilità tal-politiki u l-pjanijiet ta' azzjoni tal-pajjiż ħalli titjieb il-governanza fir-rigward tar-riżorsi istituzzjonali u finanzjarji disponibbli u billi jiġi mmonitorjat il-progress kontra impenji magħmula mill-awtoritajiet tar-RDK; jitlob għat-twaqqif ta' miżuri biex jiġu evitati jew jittaffu r-riskji u biex tiġi definita b'mod ċar l-azzjoni li trid tittieħed u tiġi segwita jekk ir-riskji jsiru realtà;

57. Jemmen li l-Kummissjoni għandha tiffoka l-objettivi tagħha fuq numru limitat ta' prijoritajiet, tfassal perjodu ta' żmien b'valutazzjonijiet ta' evalwazzjoni regolari li jkun adattat aħjar għall-ambjent tal-programmi u tipprevedi l-flessibilità matul l-implimentazzjoni tal-programm sabiex, fejn ikun xieraq, l-objettivi jkunu jistgħu jiġu adattati mal-ewwel;

58. Iqis li l-Kummissjoni għandha ssaħħaħ id-djalogu strutturat tal-politiki u dak politiku tagħhom mar-RDK; jinnota li dan se jinvolvi, fir-rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Cotonou (b’mod partikolari l-Artikolu 96 tiegħu) (i) l-istabbiliment ta’ miri ċari, relevanti, realistiċi u marbuta biż-żmien li jkun hemm qbil reċiproku dwarhom mal-awtoritajiet nazzjonali, (ii) il-valutazzjoni perjodika tal-konformità mal-miri miftiehma bħala parti mid-djalogu politiku regolari mal-gvern, u (iii) li jekk il-gvern tar-RDK juri impenn insuffiċjenti fir-rigward tal-konformità, jitqiesu, wara deliberazzjoni bir-reqqa, l-adattament jew, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, is-sospensjoni jew it-tmiem tal-programm;

59. Iħeġġeġ lill-gvern tar-RDK biex jadotta l-miżuri meħtieġa għat-titjib tal-funzjonament tal-gruppi ta’ ħidma tematiċi, u jimmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri;

60. Jistieden lill-Kummissjoni biex tassumi rwol ta' tmexxija aktar attiv fir-rigward tal-Istati Membri billi tħeġġeġ djalogu ta' politiki kkoordinat u billi jiżdied l-ingranaġġ tal-Unjoni fuq il-gvern tar-RDK;

L-għajnuna mill-Unjoni lil Ħaiti

61. Jinnota l-fatt li l-Kummissjoni, minkejja r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament fil-kuntest tal-proċeduri ta' kwittanza tal-2010 u l-2011, għadha ma għamlitx pubbliku l-indikaturi eżawrjenti tar-rendiment li fuqhom kien ibbażat l-appoġġ baġitarju lir-Repubblika ta' Ħaiti u lanqas il-valutazzjonijiet dettaljati tal-Gvern tar-rendiment tar-Repubblika ta' Ħaiti li fuqhom kienet ibbażata d-deċiżjoni biex jingħata appoġġ baġitarju;

62. Josserva li l-Kummissjoni u l-Gvern tar-Repubblika ta' Ħaiti se jiffirmaw Kuntratt ta' Bini Statali, li għandu jkun konformi mal-kriterji l-ġodda għall-appoġġ baġitarju kif imsemmi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ottubru 2011 bit-titlu "L-Approċċ Futur għall-Appoġġ Baġitarju tal-UE għal Pajjiżi Terzi";

63. Jitlob lill-Kummissjoni biex tibgħat il-Kuntratt tal-Bini Statali lill-Parlament kemm jista' jkun malajr, flimkien mal-valutazzjonijiet kollha li fuqhom huwa bbażat dan il-kuntratt; jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara b'liema mod huwa konformi dan il-kuntratt mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq;

64. Jitlob, partikolarment fid-dawl tat-tħassib reċenti dwar id-deterjorament tal-istat tad-dritt f'Ħaiti u l-evalwazzjonijiet baxxi persistenti dwar l-indiċi ta' korruzzjoni internazzjonali, li l-Kummissjoni tispjega lill-Parlament liema miri ta' rendiment tfasslu għall-gvern ta' Ħaiti bħala skambju għall-appoġġ baġitarju u l-modalitajiet għall-valutazzjoni ta' dawn il-miri;

65. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li, kif kienet avżat, l-evalwazzjoni tal-impatt titlesta sa April 2014, kif previst fil-paragrafi 62 u 63 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament relatata mal-proċedura ta' kwittanza tal-2011 u tintbagħat lill-Parlament;

66. Jirreferi għar-rapport tad-delegazzjoni CONT tal-Parlament li żaret Ħaiti fl-2012, li juri l-bżonn li titjieb sew l-aċċessibilità pubblika għall-informazzjoni dwar ir-riżultati li ntlaħqu mill-proġetti u l-programmi ffinanzjati mill-Unjoni f'Ħaiti;

67. Josserva li mill-pubblikazzjoni tar-rapport CONT 'l hawn u mill-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-Inizjattiva ta' Trasparenza tal-Għajnuna Internazzjonali, sar ftit titjib;

68. Jitlob li l-Kummissjoni tirrapporta dwar kif żviluppaw ir-rapporti tal-Gvern ta' Ħaiti dwar il-fondi tal-Unjoni rċevuti u l-kontijiet għalihom minn dak iż-żmien li fih id-delegazzjoni CONT sabet is-sistemi ta' kontroll inadegwati u sabet il-kontabilità għall-infiq tal-Unjoni fuq livell mhux aċċettabbli;

69. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tħaffef b'mod sostanzjali l-proċess għat-titjib tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proġetti u l-programmi ffinanzjati mill-Unjoni u biex l-informazzjoni li tirriżulta ssir aċċessibbli b'mod li jkun faċli biex jintuża, skont l-ittra u l-ispirtu tal-Inizjattiva ta' Trasparenza tal-Għajnuna Internazzjonali;

Kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi

70. Jinsab imħasseb dwar is-sejba tal-Qorti tal-Awdituri li fiha l-iżbalji kienu identifikati b'mod aktar frekwenti f'operazzjonijiet relatati mal-istimi tal-programmi, l-għotjiet u l-ftehimiet ta' kontribuzzjoni bejn il-Kummissjoni u l-oragnizzazzjonijiet internazzjonali milli identifikati f'forom oħrajn ta' appoġġ, li jirrappreżentaw 31 tranżazzjoni minn 71 ittestjati (jiġifieri 44 %);

71. Ifakkar fil-bżonn għar-rinfurzar tal-kooperazzjoni u kuntatti ma' organizzazzjonijiet internazzjonali dwar l-iżbalji li nstabu għat-tranżazzjonijiet implimentati minnhom u diskussjoni dwar azzjonijiet li jridu jittieħdu fil-futur biex jiġu evitati;

72. Jemmen bis-sħiħ li huwa tal-akbar interess li jkun hemm skambju tal-aħjar prattiki sabiex jiġu definiti prinċipji prinċipali sostenibbli ta' assigurazzjoni f'konformità mar-regolamenti Finanzjarji tal-Unjoni;

73. Barra minn hekk, iħeġġeġ l-azzjonijiet kollha li jwasslu mhux biss għal ftehim reċiproku aħjar tal-metodoloġiji tal-Unjoni u tal-bank Dinji imma wkoll isaħħaħ il-kwalità u l-affidabilità globali tal-ġestjoni tal-kontroll fir-rigward tal-użu tal-fondi fiduċjarji; għal dik ir-raġuni, huwa tal-opinjoni li l-Valutazzjoni tas-7 Pilastri tal-Kummissjoni Ewropea tikkostitwixxi limitu reali għall-għoti ta' livell adegwat ta' assigurazzjoni;

74. Jilqa' d-deċiżjoni tal-Bank Dinji biex isir sforz ħalli titneħħa r-restrizzjoni bbażata fuq il-kunfidenzjalità u l-arranġamenti tax-xogħol bejn il-Bank Dinji u l-Kummissjoni li biha nħatret persuna ta' kuntatt waħda għal kull istituzzjoni biex tittratta b'mod konġunt każijiet speċifiċi fejn l-aċċess għad-dokumenti għadu jaffaċċja ftit ostakli, kemm għall-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri kif ukoll għall-istudju tar-Rata ta' Żbalji Residwa tal-Kummissjoni;

75. Jilqa' l-ħolqien mill-Bank Dinji ta' punt ta' dħul uniku għall-awditjar u l-verifiki kollha relatati mal-fond fiduċjarju u l-proċess attwali tat-twaqqif ta' qafas simplifikat biex jiġu ttrattati l-kwistjonijiet ta' rieżami tal-awditjar tal-Fond Fiduċjarju; ifakkar fl-akbar interess tal-Parlament fil-kondiviżjoni miżjuda ta' kwalunkwe informazzjoni relevanti relatata mal-awditjar tal-fondi fiduċjarji ffinanzjati mill-UE;

76. Jinsab imħasseb dwar id-diverġenza ta' opinjonijiet li għaddejja bejn il-Kummissjoni u s-segretarjat tal-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp tal-OECD dwar l-eliġibilità tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) tas-self tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI); fid-dawl tar-reviżjonijiet li ġejjin tal-kriterji tal-ODA fl-2015; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issolvi n-nuqqas ta' qbil tagħha b'mod ordnat għax dan huwa importanti biex jiġu żgurati data statistika soda u limiti komparabbli tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jitiqesu li jikkontribwixxu għall-miri tal-iżvilupp;

77. Iħeġġeġ lill-BEI biex irawwem id-djalogu tiegħu ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) filwaqt li jiżgura wkoll, fil-kuntest ta' ċerti proġetti, li jiġi ċċekkjat l-istatus legali ta' NGOs assoċjati mal-implimentazzjoni tal-proġetti;

78. Jitlob lill-Kummissjoni biex tivverifika, meta tiffinanzja proġett tal-NGOs, liema parti mill-iffinanzjar jiġi mill-finanzjament privat proprju tal-organizzazzjoni u liema parti tiġi mill-iffinanzjar tal-finanzjament tal-gvern, sew jekk ikun nazzjonali kif ukoll Ewropew; jitlob lill-Kummissjoni biex tippubblika rapport kull sena dwar is-sejbiet tagħha;

Il-faċilità ta’ investiment

79. Ifakkar li l-fondi allokati għall-Faċilità ta’ Investiment mid-Disa’ u mill-Għaxar FEŻ ammontaw għal EUR 3,137 miljun;

80. Jiddeplora, bħal fis-snin preċedenti, il-fatt li l-faċilità ta’ investiment mhijiex koperta mid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri jew mill-proċedura ta’ kwittanza tal-Parlament, anki jekk il-proġetti jsiru mill-BEI f’isem u għar-riskju tal-Unjoni, bl-użu tar-riżorsi tal-FEŻ; għalhekk jitlob biex jintemm il-Ftehim Tripartit matul ir-reviżjoni ta' Ottubru 2015 u biex tiġi inkluża l-faċilità tal-investiment fil-proċedura ta' kwittanza normali;

81. Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri biex tfassal Rapport Speċjali dwar ir-rendiment u l-allinjament mal-politiki tal-iżvilupp tal-Unjoni u l-objettivi tal-attivitajiet tas-self estern tal-BEI qabel ir-rieżami ta' nofs is-sena tal-mandat estern tal-BEI u r-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Faċilità tal-Investiment, kif ukoll jitqabbel il-valur miżjud fir-rigward tar-riżorsi proprji użati mill-BEI; barra minn hekk, jitlob lill-Qorti tal-Awdituri biex issir differenza fl-analiżi tagħhom bejn il-garanziji mogħtija mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u mill-Istati Membri, il-faċilità tal-investiment mogħti mill-FEŻ u l-użu ta' flussi mill-ġdid għal dawn l-investimenti, u l-użu tal-BEI tal-forom varji tat-taħlit użat fil-fond fiduċjarju infrastrutturali tal-UE-Afrika u l-faċilità tal-investiment tal-Karibew;

82. Jilqa' l-ewwel rapport relatat mal-implimentazzjoni tal-qafas għall-kejl tar-riżultati l-ġodda tal-BEI (REM) biex jiġu stmati aħjar ir-riżultati mistennija tal-proġett u jitlob li tiġi żvelata l-metodoloġija sħiħa, b'mod partikolari fir-rigward tal-indikaturi użati għall-allinjament mal-miri tal-iżvilupp tal-Unjoni; jistieden lill-BEI biex tippubblika regolarment ir-rapport tar-REM u tinforma lill-Parlament;

83. Iħeġġeġ lill-BEI biex tirfina, kif ikun meħtieġ, il-qafas tar-REM billi jiġu integrati l-ewwel feedbacks mill-partijiet interessati involuti kollha, billi jinżamm allinjament regolari mal-politiki tal-iżvilupp tal-Unjoni u billi jiġi indikat il-punteġġ tar-REM għal kull operazzjoni fl-pajjiżi tal-AKP jew tal-OCT fir-rapport annwali;

84. Jemmen li t-titjib relatat mal-kollaborazzjoni interistituzzjonali jrid jiġi segwit, b'mod partikolari l-ħidma miżjuda fil-livell ta' programmazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni u s-SEAE;

85. Jemmen li, fir-rappurtar tar-riżultati, il-BEI għandu jkompli jirriċerka l-konverġenza mal-istituzzjonijiet internazzjonali l-oħrajn li jikkofinanzjaw u juża indikaturi u definizzjonijiet komuni;

86. Huwa tal-opinjoni li huwa imperattiv li tiġi żgurata Unjoni aktar viżibbli billi jinfirxu valuri tal-Unjoni f'oqsma ta' interventi varji bħal fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, fiż-żieda ta' standards ambjentali u soċjali u appoġġ globali għall-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir ekonomiku inklużiv;

87. F'dan il-kuntest, jappoġġja l-politiki esterni tal-Unjoni, l-iżvilupp progressiv ta' prodotti finanzjarji ġodda mal-Kummissjoni u l-Istati Membri; huwa favur il-fatt li l-Faċilità tal-Investiment, fir-rigward tal-prinċipju tal-addizzjonalità, tkompli toffri dawn il-kundizzjonijiet finanzjarji alternattivi li s-soltu mhumiex disponibbli jew aċċessibbli fis-swieq finanzjarji lokali u li jistgħu jiġu mmobilizzati permezz tal-iżvilupp ta' prodotti li jħalltu l-għotjiet, is-self u l-istrumenti tal-kondiviżjoni tar-riskji tal-Unjoni jew l-użu tal-garanziji; jitlob li l-aħjar prattiki u l-kriterji ta’ eliġibbiltà definiti tajjeb jiġu ddefiniti għall-użu ta’ dawk l-istrumenti, akkompanjati minn rappurtar strutturat, u kundizzjonijiet ta’ monitoraġġ u kontroll;

88. Isaqsi lill-Kummissjoni biex tqis l-impatt tal-iżvilupp tal-Faċilità tal-Investiment fir-rapport annwali tiegħu lill-Parlament u l-Kunsill dwar l-iżvilupp tal-Unjoni u l-politiki tal-għajnuna esterna u l-implimentazzjoni tagħhom u r-rapport tal-attività annwali;

89. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi rapport komprensiv dwar l-impatt u r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-faċilitajiet finanzjarji fil-kuntest tal-pjattaforma għall-kooperazzjoni dwar il-politiki ta' taħlit u żvilupp;

90. Jinsab ħerqan dwar l-inklużjoni tal-Faċilità tal-Investiment fir-rapport ta' evalwazzjoni li jmiss dwar is-sostenn tal-Unjoni għall-iżvilupp tas-settur privat;

L-ibbaġitjar tal-FEŻ

91. Jiddispjaċih li l-FEŻ ma ġiex inkluż fil-baġit ġenerali fir-regoli finanzjarji l-ġodda applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012);

92. Ifakkar li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni ftiehmu li dawk ir-regoli finanzjarji jiġu riveduti sabiex jinkludu emendi magħmula neċessarji bir-riżultat tan-negozjati dwar il-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014 sa 2020, inkluża l-kwistjoni tal-inklużjoni possibbli tal-FEŻ fil-baġit ġenerali; jirrepeti l-istedina tiegħu lill-Kunsill u l-Istati Membri sabiex jaqblu dwar l-inkorporazzjoni sħiħa tal-FEŻ fil-baġit ġenerali;

93. Jenfasizza li l-baġitizzazzjoni tista’ tnaqqas l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u tista’ tissemplifika r-rekwiżiti ta’ rapportar u kontabilità billi jkun hemm grupp wieħed biss ta' regoli amministrattivi u strutturi tat-teħid tad-deċiżjonijiet minflok tnejn;

94. Josserva l-impenn mill-Kummissjoni li tinkludi l-FEŻ fil-baġit ġenerali mhux aktar tard minn meta jiskadi l-Ftehim ta’ Cotonou fl-2020; jenfasizza, madanakollu, li hija l-opinjoni tal-Parlament li għandha ssir mill-iktar fis possibbli;

95. Jiddeplora li, fil-kuntest tad-diskussjoni tal-ftehim intern futur għall-11-il FEŻ, il-Kummissjoni ma għamlitx proposta għal regolament finanzjarju uniku sabiex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-FEŻ;

96. Jinsab imħasseb, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-11-il FEŻ, li entitajiet fdati jistgħu jafdaw il-ħidmiet tal-implimentazzjoni tal-baġit lil organizzazzjonijiet oħrajn irregolati mil-liġi privata b'kuntratt tas-servizzi, li joħloq kaskata ta' relazzjonijiet fiduċjarji; ifakkar, għal dan il-mod ta' implimentazzjoni, li dawk l-entitajiet fdati għandhom jiggarantixxu livell effettiv ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

Segwitu tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

97. Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex jinkludi fir-rapport annwali li jmiss tiegħu rieżami tas-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament fir-riżoluzzjoni tal-kwittanza annwali tal-Parlament.

12.2.2014

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tat-Tmien, id-Disa’ u l-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012

(2013/2206(DEC))

Rapporteur:

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jesprimi sodisfazzjon li tal-anqas il-Kummissjoni żgurat implimentazzjoni parzjali tar-rakkomandazzjonijiet kollha tar-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri (‘il-Qorti’) għall-2009 u l-2010 dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura wkoll is-segwitu u l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti tal-Qorti għall-2011 u l-2012;

2.   Jinnota li fl-2012 EUR 891 miljun, li jirrappreżentaw 29 % tal-iżborżament ġenerali tal-għajnuna tal-FEŻ, kienu pprovduti mill-Appoġġ Baġitarju[35] u jilqa’ l-fatt li l-impenji għall-appoġġ baġitarju żdiedu b’90 % għal EUR 2,4 biljun[36]; jappoġġa f’dan ir-rigward ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex jissaħħu l-miżuri li jiżguraw l-applikazzjoni korretta ta’ kundizzjonijiet għal appoġġ baġitarju; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni biħsiebha ttejjeb l-appoġġ baġitarju permezz ta’ għajnuna msaħħa għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ kontroll u awditjar parlamentari u ta’ żieda fit-trasparenza tan-nefqa pubblika f’pajjiżi destinatarji[37];

3.   Jistenna bil-ħerqa l-implimentazzjoni tal-impenn tal-Kummissjoni li tallinja l-iskrutinju demokratiku tal-FEŻ mal-iskrutinju eżerċitat mill-Parlament fuq l-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp[38];

4.   Jinnota li l-evalwazzjonijiet tal-proġetti tal-FEŻ li għaddejjin bħalissa fil-pajjiżi Sub-Saħarjani finalizzati fl-2012 jindikaw titjib fit-tfassil u r-rilevanza , l-impatt u s-sostenibbiltà tal-proġetti minn naħa waħda iżda wkoll problemi kontinwi fir-rigward ta’ effiċjenza u effikaċja min-naħa l-oħra bi ftit iżjed minn nofs il-proġetti jirċievu marki tajbin jew tajbin ħafna[39]; jilqa’ t-tnedija fl-2012 tal-oqsfa komprensivi għall-bini ta’ riżiljenza fis-Sahel (AGIR – Alliance globale pour l'initiative Résilience – Sahel) u l-Qarn tal-Afrika (SHARE – Supporting HoA Resilience) biex tkun indirizzata aħjar l-insigurtà persistenti tal-ikel f’dawn ir-reġjuni;

5.   Huwa mħasseb dwar il-perċentwal għoli u li żdied ta’ proġetti evalwati fir-reġjun tal-Paċifiku li qed jiġu valutati bħala li għandhom nuqqasijiet serji u 40,4 % biss tal-proġetti qed joperaw "tajjeb" jew "tajjeb ħafna"; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga aktar dwar il-kawżi ta’ dawn in-nuqqasijiet u ssaħħaħ il-kapaċità fil-pajjiż sabiex jitjiebu t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti[40];

6.   Jinnota b’mod pożittiv il-kwalità sodisfaċenti u mtejba ġenerali ta’ proġetti fir-reġjun tal-Karibew fejn 75,47 % tal-proġetti kienu valutati bħala li joperaw tajjeb jew tajjeb ħafna[41];

7.   Jilqa’ l-introduzzjoni mill-EuropeAid/DĠ DEVCO, fl-2012, ta’ metodoloġija koerenti għall-kalkolu tar-rata ta’ żball residwu stmata (RER), u huwa sodisfatt li l-Qorti kkunsidrat il-metodoloġija bħala adegwata; jinsab imħasseb madankollu dwar il-livell stmat ta’ RER ta’ 3,6 %; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi biex tanalizza u tiddokumenta aħjar it-tipi differenti ta’ żbalji u tnaqqas l-RER fis-snin li ġejjin;

8.   Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-persistenza ta’ żbalji materjali fil-pagamenti tal-FEŻ; jinnota b’mod pożittiv, madankollu, li l-Qorti tistma li l-aktar rata ta' żball probabbli fl-2012 tkun ta' 3,0 % li tindika tnaqqis meta mqabbel mal-2011 (5,1 %) u l-2010 (3,4 %).

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

11.2.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Ricardo Cortés Lastra, Véronique De Keyser, Nirj Deva, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Catherine Grèze, Mikael Gustafsson, Jean Roatta, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Keith Taylor, Anna Záborská, Iva Zanicchi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philippe Boulland, Edvard Kožušník, Csaba Őry, Cristian Dan Preda

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tadeusz Ross

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

17.3.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Zuzana Brzobohatá, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Derek Vaughan

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Philip Bradbourn, Markus Pieper

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Thomas Ulmer

  • [1]       ĠU C 331, 14.11.2013, p. 261.
  • [2]       ĠU C 334, 15.11.2013, p. 122.
  • [3]       ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
  • [4]       ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
  • [5]       ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1 u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.
  • [6]       ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
  • [7]       ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
  • [8]       ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
  • [9]       ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.
  • [10]     ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.
  • [11]     ĠU C 331, 14.11.2013, p. 261.
  • [12]     ĠU C 334, 15.11.2013, p. 122.
  • [13]     ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
  • [14]     ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
  • [15]     ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1 u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.
  • [16]     ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
  • [17]     ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
  • [18]     ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
  • [19]     ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.
  • [20]     ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.
  • [21]     ĠU C 331, 14.11.2013, p. 261.
  • [22]     ĠU C 334, 15.11.2013, p. 122.
  • [23]     ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
  • [24]     ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
  • [25]     ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1 u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.
  • [26]     ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
  • [27]     ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
  • [28]     ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
  • [29]     ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.
  • [30]     ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.
  • [31]     Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
  • [32]     Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2013) 307 final li jakkumpanja r-"Rapport Annwali 2013 dwar il-politiki tal-iżvilupp u tal-għajnuna esterna tal-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni tagħhom fl-2012 (p. 72) u Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2012) 242 final li jakkumpanja r-"Rapport Annwali 2012 dwar il-politiki tal-iżvilupp u tal-għajnuna esterna tal-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni tagħhom fl-2011 (p. 67)
  • [33]     Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2013) 307 final li jakkumpanja r-Rapport Annwali 2013 dwar il-politiki tal-iżvilupp u tal-għajnuna esterna tal-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni tagħhom fl-2012 (p. 120)
  • [34]     Ibid, p. 97.
  • [35]  Tweġibiet għall-mistoqsijiet li jitolbu tweġiba bil-miktub lill-Kummissarju Piebalgs (Kwittanza lill-FEŻ) – Smigħ tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju fis-26 ta’ Novembru 2013 http://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2009_2014/documents/cont/dv/questionnaireedf_/questionnaireedf_en.pdf
  • [36]  Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2013) 307 final li jakkumpanja r-Rapport Annwali 2013 dwar il-politiki tal-iżvilupp u tal-għajnuna esterna tal-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni tagħhom fl-2012 (p.171)
  • [37]  Proposta tal-Kummissjoni dwar ir-regolament fnanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp COM(2013) 660 final, Artikolu 39
  • [38]  “Baġit għall-Ewropa 2020”, COM(2011) 500 final, p. 21
  • [39]  Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2013) 307 final li jakkumpanja r-"Rapport Annwali 2013 dwar il-politiki tal-iżvilupp u tal-għajnuna esterna tal-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni tagħhom fl-2012 (p. 72) u Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2012) 242 final li jakkumpanja r-"Rapport Annwali 2012 dwar il-politiki tal-iżvilupp u tal-għajnuna esterna tal-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni tagħhom fl-2011 (p. 67)
  • [40]  Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2013) 307 final li jakkumpanja r-Rapport Annwali 2013 dwar il-politiki tal-iżvilupp u tal-għajnuna esterna tal-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni tagħhom fl-2012 (p. 120)
  • [41]  Ibid, p. 97