RAKKOMANDAZZJONI dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

19.3.2014 - (14164/1/2012 – C7‑0408/2012 – 2012/0238(NLE)) - ***

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Crescenzio Rivellini

Proċedura : 2012/0238(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0178/2014
Testi mressqa :
A7-0178/2014
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar abbozz għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

(14164/1/2012 – C7‑0408/2012 – 2012/0238(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14164/1/2012),

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd attwalment fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (14159/2012),

–   wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0408/2012),

–   wara li kkunsidra l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikoli  81(1), 81(2) u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Baġits (A–0178/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Madagaskar.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-sajd milħuq bejn il-Komunità Ewropea u l-Madagaskar, jippermetti lill-bastimenti tas-sajd Ewropej jistadu fl-ibħra tal-Madagaskar u jifforma parti minn ġabra ta' ftehimiet dwar is-sajd tat-tonn li ntlaħqu mal-pajjiżi tal-Oċean Indjan.

Il-protokoll, li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE u li jiffissa l-kontraparti finanzjarja, se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2012. Għaldaqstant għandu jintlaħaq protokoll ġdid li jixraq aktar il-possibilitajiet u l-bżonnijiet effettivi tal-flotta tal-Istati Membri.

Il-protokoll il-ġdid, li ġie propost mill-Kummissjoni Ewropea u li jrid jiġi approvat mill-Parlament Ewropew, jikkonċerna perjodu ta' sentejn (2013-2014) u jipprevedi l-possibilità ta' sajd għal 96 bastiment (40 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u 56 bastiment bil-konzijiet tal-wiċċ). Il-kontroparti finanzjarja globali tal-protokoll il-ġdid hi ta' EUR 3 050 000, jiġi EUR 1 525 000 fis-sena, żieda ta' EUR 328 000 fis-sena meta mqabbel mal-ftehim preċedenti (2007-2012).

Dan l-introjtu jinkludi (EUR 1 525 000 fis-sena):

a) EUR 975 000 fis-sena għall-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, ekwivalenti għal tunnellaġġ annwali ta' 15 000 tunnellata annwali (li jfisser żieda ta' 1700 tunnellata fis-sena meta mqabbel mal-ftehim preċedenti);

b) EUR 550 000 fis-sena allokati għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika tal-Madagaskar.

Fil-qosor, iż-żieda fl-ammont ta' referenza hi akkompanjata b'żieda tal-kontroparti finanzjarja lill-UE. Barra minn hekk, iż-żieda fil-qbid qed isseħħ f'konformità mal-aħjar pariri xjentifiċi tal-Kummissjoni għat-tonn fl-Oċean Indjan (IOTC).

Madankollu, fir-rigward tal-użu tar-riżorsi finanzjarji allokati mill-UE lill-Aġenzija tal-Madagaskar għas-sajd u l-akkwakultura (AMPA) li tiffinanzja il-politika nazzjonali tas-sajd, skont dan il-ftehim ta' sħubija, hu indispensabbli li jitwettqu l-kontrolli finanzjarji esterni (awditjar estern) sabiex jiġu verifikati l-ispejjeż dikjarati.

Fir-rigward tas-sitwzzjoni politika fil-Madagaskar, minkejja li mhemmx ċertezza ta' stabilità politika, jibqa' l-fatt li l-"Pjan Direzzjonali" għat-tmiem tal-kriżi fil-Madagaskar iffirmat fl-2011 jiġi rispettat u dan jibqa' l-qafas ta' referenza għall-valutazzjoni tal-iżviluppi interni tal-pajjiż. L-elezzjoni li jmiss se jseħħu f'Mejju u f'Lulju 2013 fil-preżenza ta' osservaturi tal-UE. Ġiet stabbilita Kummissjoni elettorali indipendenti.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (21.2.2013)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
(14164/1/2012 – C7‑0408/2012 – 2012/0238(NLE))

Rapporteur: Isabella Lövin

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd (FPA) attwali konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Madagaskar ikopri l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2012 u jipprovdi aċċess għall-ilmijiet tal-Madagaskar lil bastimenti tas-sajd prinċipalment minn Spanja, il-Portugall, l-Italja u Franza. Il-Kummissjoni nnegozjat f'Mejju li għadda t-tiġdid tal-Protokoll attwali. Il-Protokoll il-ġdid ta' sentejn se jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013.

Ir-rapport Lövin riċenti dwar id-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd (T7-0461-2012) jerġa' jisħaq fuq l-obbligu tal-UE li tinkludi l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li timplimenta u li x'aktarx jaffettwaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif stipulat fl-Artikolu 208 tat-TFUE. Ir-rapport jirrikonoxxi wkoll ir-rwol importanti li l-UE jista' jkollha fil-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tas-sajd u tal-governanza tajba f'pajjiżi terzi u jistieden lill-UE tikseb politika aktar konċertata u koerenti.

Id-Dispożizzjonijiet fil-Protokoll il-Ġdid

Il-Protokoll il-ġdid ta' sentejn jagħti aċċess lil 96 bastiment tas-sajd tal-UE b'tunnellaġġ ta' referenza ta' 15 000 tunnellata ta' tonn fis-sena, ammont li żdied mit-13 300 tunnellata fil-Protokoll preċedenti. In-numru ta' bastimenti naqas minn 119-il bastiment għalkemm dan jista' jfisser ftit fil-prattika: ir-rata ta' utilizzazzjoni tal-Protokoll preċedenti kienet ta' 53 % (bastimenti tas-sajd bit-tartarun), 65 % (bastimenti bil-konzijiet inqas minn 100 TG) u 42 % (bastimenti bil-konzijiet akbar minn 100 TG).

Minn kontribuzzjoni finanzjarja totali ta' EUR 3 050 000 għas-sentejn tal-Protokoll il-ġdid, EUR 1 950 000 jikkorrispondu għall-aċċess għar-riżorsi u EUR 1 100 000 għall-appoġġ għall-politika tas-sajd u dik marittima tal-Madagaskar. L-appoġġ settorjali għalhekk żdied minn EUR 332 500 għal EUR 550 000 fis-sena.

Appoġġ settorjali. Iż-żieda fl-appoġġ settorjali hi ta' min ifaħħarha. L-evalwazzjoni ex-post tal-Protokoll tenfasizza li ftit hemm kooperazzjoni xjentifika bejn l-UE u l-Madagaskar, għalkemm kooperazzjoni ta' dan it-tip, avolja limitata, hija ta' importanza ewlenija għall-konformità tal-Madagaskar mar-regoli tal-ġbir ta' dejta tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan.

Klawżola tal-kunfidenzjalità. It-trasparenza hija fundamentali biex jiġi żgurat id-dritt għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati lokali. Ninnutaw bi tħassib il-klawżola tal-kunfidenzjalità fil-protokoll il-ġdid (Artikolu 11) li tistieden lill-partijiet jiżguraw "li, f'kull waqt, id-dejta kollha dwar il-bastimenti tal-UE u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet tal-Madagaskar tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali." Klawżola bħal din qiegħda ssir karatteristika komuni fil-protokolli tal-FPAs u tirrappreżenta pass lura.

Klawżola tal-esklużività. Nilqgħu l-fatt li kemm l-FPA (Artikolu 6) u l-Protokoll il-ġdid (Artikolu 7) jinkludu klawżola tal-esklużività, li biha l-bastimenti tal-UE jistgħu jistadu fil-Madagaskar biss jekk jagħmlu hekk taħt dan il-ftehim.

Skambju elettroniku tad-dejta. L-Artikolu 12 tal-Protokoll il-ġdid jipprovdi biex l-iskambju elettroniku tad-dejta jiġi implimentat mill-aktar fis possibbli. Din id-dispożizzjoni għandha tikkontribwixxi għal monitoraġġ, kontroll u sorveljanza aktar effiċjenti tal-flotta tal-UE.

Limiti għall-qbid tal-klieb il-baħar. L-istatus tal-popolazzjonijiet tal-klieb il-baħar fir-reġjun huwa ta' tħassib kbir. S'issa, il-protokoll eżistenti ma impona l-ebda limiti għall-qabdiet ta' klieb il-baħar u l-klieb il-baħar qatt ma ssemmew fi ftehimiet tal-UE, avolja dawn huma parti importanti mill-qabdiet. Skont l-evalwazzjoni ex-post tal-protokoll attwali "qabdiet inċidentali minn bastimenti bil-konzijiet Spanjoli jirrappreżentaw 55 % tal-qabdiet. Dawn jinkludu l-aktar klieb il-baħar tal-oċean". Ir-Raba' Kumitat Konġunt taħt l-FPA ltaqa' fis-26 ta' Settembru 2012 f'Antavanarivo u ddeċieda li jillimita l-qabdiet ta' klieb il-baħar fl-ibħra tal-Madagaskar għal 200 tunnellata fis-sena. L-introduzzjoni ta' dawn il-limiti huwa żvilupp pożittiv ħafna. Il-protokoll il-ġdid jipprojbixxi wkoll il-qbid ta' ħames speċijiet ta' klieb il-baħar. Dispożizzjonijiet għall-prevenzjoni tas-sovrasfruttament tal-popolazzjonijiet tal-klieb il-baħar għandhom jiddaħħlu fi protokolli oħrajn.

Miżuri favur il-Madagaskar taħt il-Ftehim ta' Cotonou

Wara l-kolp ta' stat tas-17 ta' Marzu 2009, l-UE ssospendiet il-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-Madagaskar (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/371/UE tas-6 ta' Ġunju 2010) f'konformità mal-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou. Minn dakinhar 'l hawn, id-djalogu politiku mal-Gvern tal-Madagaskar kompla, iżda ma ntlaħaqx qbil dwar miżuri biex fil-pajjiż jerġgħu jiġu stabbiliti d-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/749/UE tat-3 ta' Diċembru 2012 irrikonoxxiet il-progress fit-twaqqif ta' istituzzjonijiet għat-tranżizzjoni u fil-proċess elettorali, għalkemm irrikonoxxiet li l-pjan direzzjonali għat-tranżizzjoni ma ġiex implimentat kompletament. Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill għalhekk iddeċidiet li l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/371/UE tiġi estiża sakemm ma jkunux saru elezzjonijiet kredibbli.

Peress li fil-preżent il-Madagaskar huwa soġġett għal miżuri taħt il-Ftehim ta' Cotonou, jiddispjaċina li l-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja protokoll ġdid f'April li għadda. L-Artikolu 8(c) tal-protokoll il-ġdid jistabbilixxi li l-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiġi riveduta jew sospiża "jekk l-Unjoni Ewropea tiddetermina ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-Bniedem kif previst mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou u wara l-proċedura stabbilita mill-Artikolu 8 u l-Artikolu 96 tal-imsemmi Ftehim. F'dan il-każ, l-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-UE fl-ilmijiet tal-Madagaskar għandhom jiġu sospiżi." L-Artikolu 9(f) jistabbilixxi li l-implimentazzjoni tal-protokoll tista' tiġi sospiża għall-istess raġunijiet.

******

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi li l-Parlament jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu sakemm ma jkunux saru elezzjonijiet demokratiċi fil-Madagaskar u l-ordni demokratiku ma jkunx reġa' ġie stabbilit.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

19.2.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Michael Cashman, Ricardo Cortés Lastra, Véronique De Keyser, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Mikael Gustafsson, Filip Kaczmarek, Michał Tomasz Kamiński, Miguel Angel Martínez Martínez, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Jean Roatta, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Keith Taylor, Eleni Theocharous, Patrice Tirolien, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philippe Boulland, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Enrique Guerrero Salom, Isabella Lövin

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (6.3.2013)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar l-abozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
(14164/1/2012 – C7‑0408/2012 – 2012/0238(NLE))

Relatur: François Alfonsi

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Abbażi tal-mandat mill-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea mexxiet negozjati mar-Repubblika tal-Madagaskar bil-ħsieb li jiġġedded il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar. Fi tmiem dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll ġdid fl-10 ta’ Mejju 2012. Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta' sentejn, li jibda mid-data tal-iffirmar tiegħu.

L-għan prinċipali tal-Protokoll huwa li jiddefinixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn mill-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Madagaskar, f'konformità mal-pariri xjentifiċi u riżoluzzjonijiet oħra tal-Organizzazzjoni Reġjonali tas-Sajd rilevanti, jiġifieri tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC).

L-għan ġenerali huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar favur il-konsolidament ta’ qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, fl-interess taz-żewġ Partijiet.

Il-Protokoll il-ġdid jipprevedi kontribuzzjoni finanzjarja totali ta' EUR 3 050 000 li tkopri l-perjodu kollu għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali. Dan l-ammont jikkorrispondi għal: a)EUR 975 000 kull sena għall-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, li huwa ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 15 000 tunnellata fis-sena, u b) EUR 550 000 fis-sena għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika tal-Madagaskar. Dan l-appoġġ settorjali jilħaq l-għanijiet tal-politika nazzjonali tas-sajd.

Għalhekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali mħallsa mill-baġit tal-Unjoni hija ta’ EUR 1 525 000 fis-sena.

Tip ta' nefqa

2013

2014

TOTAL

Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali

1 525 000€

1 525 000€

3 050 000€

TOTAL

1 525 000€

1 525 000€

3 050 000€

Miżuri favur il-Madagaskar taħt il-Ftehim ta' Cotonou

Wara l-kolp ta' stat tas-17 ta' Marzu 2009, l-UE ssospendiet il-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-Madagaskar (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/371/UE tas-6 ta' Ġunju 2010) f'konformità mal-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou. Minn dak iż-żmien 'l hawn id-djalogu politiku mal-Gvern tal-Madagaskar kompla, iżda ma ntlaħaqx qbil dwar miżuri biex fil-pajjiż jerġgħu jiġu stabbiliti d-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/749/UE tat-3 ta' Diċembru 2012 irrikonoxxiet il-progress fit-twaqqif ta' istituzzjonijiet għat-tranżizzjoni u fil-proċess elettorali, iżda stmat li l-pjan direzzjonali għat-tranżizzjoni ma ġiex implimentat kompletament. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill għalhekk iddeċidiet li l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/371/UE tiġi estiża sakemm ikunu saru elezzjonijiet kredibbli.

Peress li fil-preżent il-Madagaskar huwa soġġett għal miżuri taħt il-Ftehim ta' Cotonou, il-fatt li l-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja protokoll ġdid f'April li għadda kien pjuttost mhux mistenni. L-Artikolu 8(c) tal-protokoll il-ġdid jistabbilixxi li l-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiġi riveduta jew sospiża "jekk l-Unjoni Ewropea tiddetermina ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-Bniedem kif previst mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou u wara l-proċedura stabbilita mill-Artikolu 8 u l-Artikolu 96 tal-imsemmi Ftehim. F'dan il-każ, l-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Madagaskar għandhom jiġu sospiżi." L-Artikolu 9(f) jistabbilixxi li l-implimentazzjoni tal-protokoll tista' tiġi sospiża għall-istess raġunijiet.

*******

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi li l-Parlament jiddifferixxi l-kunsens tiegħu sakemm ikunu saru elezzjonijiet demokratiċi fil-Madagaskar u jkun reġa' ġie stabbilit l-ordni demokratiku.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

4.3.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Richard Ashworth, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Jan Kozłowski, Giovanni La Via, Claudio Morganti, Vojtěch Mynář, Juan Andrés Naranjo Escobar, Dominique Riquet, László Surján, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Edit Herczog, Jürgen Klute, María Muñiz De Urquiza, Georgios Stavrakakis, Nils Torvalds

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

18.3.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Antonello Antinoro, Alain Cadec, Chris Davies, Pat the Cope Gallagher, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Maria do Céu Patrão Neves, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Raül Romeva i Rueda, Struan Stevenson, Isabelle Thomas, Nils Torvalds, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Besset, Jens Nilsson, Mario Pirillo