RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula miżuri li jikkonċernaw is-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE, 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012

20.3.2014 - (COM(2013)0627 – C7‑0267/2013 – 2013/0309(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Pilar del Castillo Vera
Rapporteurs għall-opinjoni (*):
Malcolm Harbour, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
(*) Kumitati assoċjati – l-Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura

Proċedura : 2013/0309(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0190/2014

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula miżuri li jikkonċernaw is-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012

(COM(2013)0627 – C7‑0267/2013 – 2013/0309(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0627),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0267/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0190/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012.

li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 u d-Deċiżjoni 243/2012/UE.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Ewropa għandha tisfrutta s-sorsi kollha ta' tkabbir biex toħroġ mill-kriżi, toħloq l-impjiegi u terġa' ssir kompetittiva. L-Istrateġija Ewropa 2020 għamndha l-għan li ġġib tkabbir u toħloq l-impjiegi fl-Unjoni. Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2013 saħaq fuq l-importanza tas-suq uniku diġitali għat-tkabbir u talab miżuri konkreti li jistabbilixxu suq uniku fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (l-ICT) mill-aktar fis possibbli. F'konformità mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u ma' din is-sejħa, dan ir-Regolament għandu l-għan li jistabbilixxi suq uniku għall-komunikazzjoni elettronika billi jlesti u jadatta il-Qafas Regolatorju tal-Unjoni eżistenti għall-Komunikazzjoni Elettronika.

(1) L-Ewropa għandha tisfrutta s-sorsi kollha ta' tkabbir biex toħroġ mill-kriżi, toħloq l-impjiegi u terġa' ssir kompetittiva. L-Istrateġija Ewropa 2020 għandha l-għan li ġġib tkabbir u toħloq l-impjiegi fl-Unjoni. Barra dan, l-Isfera Diġitali saret parti mill-ispazju pubbliku fejn jiġu stabbiliti forom ġodda ta’ kummerċ transkonfinali, u qed jinħolqu opportunitajiet ta’ negozju għall-kumpaniji Ewropej fl-ekonomija globali diġitali flimkien ma’ żvilupp tas-suq innovattiv u interazzjoni soċjali u kulturali. Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2013 saħaq fuq l-importanza tas-suq uniku diġitali għat-tkabbir u talab miżuri konkreti li jistabbilixxu suq uniku fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (l-ICT) mill-aktar fis possibbli. F’konformità mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u ma’ din is-sejħa, dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ suq uniku għall-komunikazzjoni elettronika billi, minn ċerti aspetti, ilesti u jadatta l-Qafas Regolatorju tal-Unjoni eżistenti għall-Komunikazzjoni Elettronika, u billi jiddefinixxi l-kontenut komplessiv, l-għan u ż-żmien tar-reviżjoni li jmiss ta’ dak il-qafas.

Ġustifikazzjoni

F’konformità mad-Dokument Informali dwar id-Djalogu Transatlantiku bejn il-Leġiżlaturi (TLD) “Kwistjonijiet tas-sigurtà ċibernetika u l-internet – L-istabbiliment ta’ qafas għal azzjoni Transatlantika”.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (DAE), waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020, diġà għarfet ir-rwol tal-ICT u l-konnettività tan-netwerk bħala bażi vitali għall-iżvilupp tal-ekonomija u tas-soċjetà tagħna. Biex l-Ewropa tgawdi mill-benefiċċji tal-bidla diġitali, l-Unjoni teħtieġ suq uniku dinamiku fil-komunikazzjoni elettronika għas-setturi kollha u madwar l-Ewropa kollha. Dan is-suq tassew uniku tal-komunikazzjoni se jkun is-sinsla ta' ekonomija diġitali innovattiva u "intelliġenti" u s-sies ta' suq uniku diġitali li fih is-servizzi online inkunu jistgħu jaqbżu liberament il-fruniteri.

(2) L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (DAE), waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020, diġà għarfet ir-rwol tal-ICT u l-konnettività tan-netwerk bħala bażi vitali għall-iżvilupp tal-ekonomija u tas-soċjetà tagħna. Biex l-Ewropa tgawdi mill-benefiċċji tal-bidla diġitali, l-Unjoni teħtieġ suq uniku dinamiku fil-komunikazzjoni elettronika għas-setturi kollha u madwar l-Ewropa kollha. Dan is-suq tassew uniku tal-komunikazzjoni se jkun is-sinsla taʼ ekonomija diġitali innovattiva u "intelliġenti" u s-sies taʼ suq uniku diġitali li fih is-servizzi online ikunu jistgħu jaqbżu liberament il-konfini f’ambjent uniku miftuħ, standardizzat u interoperabbli.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) F'suq uniku tal-komunikazzjoni elettronika bla intoppi, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika lil kull konsumatur fl-Unjoni u d-dritt ta' kull utent finali li jagħżel l-aqwa offerta disponibbli fis-suq għandhom ikunu żgurati u ma għandhomx jixxekklu bil-frammentazzjoni tas-swieq tul il-fruntieri nazzjonali. Il-qafas regolatorju attwali għall-komunikazzjoni elettronika ma jindirizzax bis-sħiħ din il-frammentazzjoni, b'reġimi tal-awtorizzazzjoni nazzjonali minflok reġimi tal-awtorizzazzjoni ġenerali mifruxin mal-Ewropa, bi skemi nazzjonali tal-assenjament tal-ispettru, bi prodotti tal-aċċess differenti disponibbli għall-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika fi Stati Membri differenti, u b'settijiet differenti ta' regoli tal-konsumatur speċifiċi għas-settur applikabbli. Ħafna drabi, ir-regoli tal-Unjoni sempliċement jiddefinixxu linja bażi u l-Istati Membri jimplimentawhom b'modi diverġenti.

(3) Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika lil kull konsumatur fl-Unjoni u d-dritt ta’ kull utent li jagħżel l-aqwa offerta disponibbli fis-suq għandhom ikunu żgurati u ma għandhomx jixxekklu bil-frammentazzjoni tas-swieq tul il-konfini nazzjonali. Il-qafas regolatorju attwali għall-komunikazzjoni elettronika, filwaqt li jirrikonoxxi u jippermetti kundizzjonijiet oġġettivament differenti fl-Istati Membri, ma jindirizzax bis-sħiħ din il-frammentazzjoni dovuta għal kawżi oħrajn, li wassal għal diverġenzi fl-implimentazzjoni nazzjonali tar-reġim tal-awtorizzazzjoni ġenerali, skemi nazzjonali tal-assenjament tal-ispettru, u settijiet differenti ta’ regoli tal-konsumatur speċifiċi għas-settur applikabbli. Pereżempju, waqt li d-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni tillimita t-tip ta’ informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa, 12-il Stat Membru qegħdin jitolbu dettalji addizzjonali bħall-kategorizzazzjoni tat-tipi ta’ attivitajiet maħsuba, l-ambitu ġeografiku tal-attività, is-suq fil-mira, l-istruttura tal-kumpanija, inklużi l-ismijiet tal-partijiet interessati, iċ-ċertifikazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ u rekord kriminali tar-rappreżentant tal-impriża. Rekwiżiti addizzjonali bħal dawn jenfasizzaw l-importanza ta’ politika soda mill-Kummissjoni dwar il-proċedimenti ta’ ksur.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Suq tassew uniku għall-komunikazzjoni elettronika għandu jippromwovi l-kompetizzjoni, l-investiment u l-innovazzjoni f'netwerks u servizzi ġodda u mtejba billi jrawwem l-integrazzjoni tas-suq u l-offerti ta' servizz bejn il-fruntieri. Għalhekk dan għandu jgħin biex jintlaħqu l-miri ambizzjużi ta' broadband b'veloċità għolja li tistabbilixxi d-DAE. Id-disponibbiltà dejjem akbar ta' infrastrutturi u servizzi diġitali min-naħa tagħha għandha żżid l-għażla tal-konsumaturi u l-kwalità tas-servizzi, u tgħin għal koeżjoni territorjali u soċjali, kif ukoll biex teħfief il-mobilità fl-Unjoni.

(4) Suq tassew uniku għall-komunikazzjoni elettronika għandu jippromwovi l-kompetizzjoni, il-koordinazzjoni, l-investiment, l-innovazzjoni u kapaċità akbar f’netwerks u servizzi ġodda u mtejba billi jrawwem l-integrazzjoni tas-suq u l-offerti ta’ servizz transkonfinali, u għandu jnaqqas kemm jista' jkun il-piżijiet regolatorji bla bżonn fuq l-impriżi. Għalhekk dan għandu jgħin biex jintlaħqu, u anki jinqabżu, il-miri taʼ broadband bʼveloċità għolja li tistabbilixxi d-DAE, u jiffavorixxi l-ħolqien taʼ servizzi u applikazzjonijiet li kapaċi jisfruttaw dejta u formati miftuħa bʼmod interoperabbli, standardizzat u sikur, filwaqt li jiġi żgurat li jkunu disponibbli bl-istess livelli funzjonali u mhux funzjonali fl-Unjoni kollha. Id-disponibbiltà dejjem akbar ta' infrastrutturi u servizzi diġitali min-naħa tagħha għandha żżid l-għażla tal-konsumaturi u l-kwalità tas-servizzi, u tgħin għal koeżjoni territorjali u soċjali, kif ukoll biex teħfief il-mobilità fl-Unjoni.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Kif enfasizzat fl-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Parlament Ewropew, (Dipartiment B-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni) intitolat “Internet, Aġenda Diġitali u Żvilupp Ekonomiku għar-Reġjuni Ewropej”, (minn issa 'l quddiem "l-istudju"), kuntest reġjonali favorevoli f’termini ta’ aċċettazjoni u ta’ riċeviment tal-ICT u tal-iżvilupp tas-soċjetà tal-informatika, huwa fattur importanti, jew anke deċiżiv, minħabba li l-livell reġjonali huwa wieħed privileġġjat għall-iżvilupp tad-domanda fil-qasam tal-ICT.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b) Kif ġie nnutat fl-istudju, il-livell reġjonali hu rilevanti biex jiġu identifikati l-opportunitajiet offruti mis-Soċjetà tal-Informatika u biex jitwettqu programmi maħsuba biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp tagħha. Dan l-istudju jindika wkoll li l-interazzjoni bejn il-livelli differenti ta’ governanza għandha potenzjal kbir għal tkabbir. L-inizjattivi minn fuq għal isfel u l-proġetti minn isfel għal fuq għandhom jingħaqdu, jew tal-inqas jiġu żviluppati b’mod parallel, biex jintlaħaq l-għan tal-ħolqien ta’ suq diġitali komuni.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4c) Jekk għandu jkun stabbilit suq uniku Ewropew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u jekk għandha tissaħħaħ il-koeżjoni territorjali u soċjali, il-prijorità ta' investiment (2)(a) stipulata fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru. 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, għandha tiġi implimentata bil-għan li jitjieb l-aċċess għall-broadband u għan-netwerks b'veloċità għolja u bl-appoġġ għall-użu ta' teknoloġiji ġodda u netwerks fl-ekonomija diġitali u r-reġjuni Ewropej kollha għandu jkollhom il-possibilità li jwettqu investiment f'dan il-qasam, kif speċifikat fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament.

__________

1a Regolament (UE) Nru 1301/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-mira Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4d) L-investimenti fl-infrastrutturi l-aktar reċenti, li huwa indispensabbli jekk iċ-ċittadini fl-Unjoni jridu jkunu jistgħu jibbenefikaw minn servizzi ġodda innovattivi, m’għandux ikun limitat għaż-żoni ċentrali jew b'densità kbira ta' popolazzjoni fejn ikun żgur li jinkiseb profitt. Dan l-investiment għandu jsir ukoll, fl-istess ħin, fir-reġjuni periferiċi u r-reġjuni l-iktar imbiegħda, li għandhom densità anqas ta' popolazzjoni u huma anqas żviluppati, sabiex dawn ir-reġjuni ma jaqgħux aktar lura.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-benefiċċji li jġib suq uniku għall-komunikazzjoni elettronika għandhom jitwessgħu fl-ekosistema diġitali usa' li tinkludi l-manifatturi tat-tagħmir tal-Unjoni, il-provdituri tal-kontenut u tal-applikazzjonijiet u l-ekonomija usa' li tkopri setturi bħal dawk bankarji, tal-karozzi, tal-loġistika, tal-bejgħ bl-imnut, tal-enerġija, tat-trasport, li jistrieħu fuq il-konnettività biex itejbu l-produttività tagħhom pereżempju b'applikazzjonijiet cloud aċċessibbli kullimkien, oġġetti konnessi u possibbiltajiet għall-provdiment integrat tas-servizzi lil partijiet differenti tal-kumpanija. L-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-settur tas-saħħa għandhom jibbenefikaw ukoll minn disponibbiltà usa' tas-servizzi tal-gvern elettroniku u tas-saħħa elettronika. L-offerta ta' kontenut u servizzi kulturali, u d-diversità kulturali inġenerali, tista' wkoll titjieb f'suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-provdiment ta' konnettività b'netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għandu importanza partikolari għall-ekonomija usa' u għas-soċjetà tant li għandhom jiġu evitati piżijiet, regolatorji jew mod ieħor, speċifiċi għas-setturi, li mhumiex ġustifikati.

(5) Il-benefiċċji li jġib suq uniku għall-komunikazzjoni elettronika għandhom jitwessgħu fl-ekosistema diġitali usaʼ li tinkludi l-manifatturi tat-tagħmir, il-provdituri tal-kontenut u tal-applikazzjonijiet u ta' softwer u l-ekonomija usaʼ li tkopri setturi bħall-edukazzjoni, is-settur bankarju, tal-karozzi, tal-loġistika, tal-bejgħ bl-imnut, tal-enerġija, tal-mediċina, tal-mobilità u tat-trasport, u tal-ġestjoni intelliġenti tal-emergenzi u diżastri naturali li jistrieħu fuq il-konnettività u l-broadband biex itejbu l-produttività, il-kwalità u l-offerta tagħhom lill-utent finali, pereżempju bʼapplikazzjonijiet cloud aċċessibbli kullimkien, l-analiżi avvanzata tal-big data li ġejja min-netwerks tal-komunikazzjoni, oġġetti konnessi u interoperabbli, u possibilitajiet għall-provdiment integrat tas-servizzi transkonfinali, bi ħsieb taʼ interoperabbiltà miftuħa u standard tas-sistemi, u fʼambjent taʼ dejta miftuħa (open data). Iċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-settur tas-saħħa għandhom jibbenefikaw ukoll minn disponibbiltà usa’ tas-servizzi tal-gvern elettroniku u tas-saħħa elettronika. L-offerta ta’ kontenut u servizzi kulturali u edukattivi, u d-diversità kulturali inġenerali, tista’ wkoll titjieb f’suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-provdiment taʼ komunikazzjonijiet bʼnetwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għandu importanza partikolari għall-ekonomija usaʼ, għas-soċjetà u għall-bliet intelliġenti tal-futur tant li għandhom jiġu evitati piżijiet, regolatorji jew mod ieħor, speċifiċi għas-setturi, li mhumiex ġustifikati.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Dan ir-Regolament għandu l-għan li jitlesta s-suq uniku tal-komunikazzjoni elettronika permezz ta' azzjoni fuq tliet assi wisgħin u interrelatati. L-ewwel nett, dan għandu jiżgura l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-komunikazzjoni elettronika bejn il-fruntieri u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika fi Stati Membri differenti, filwaqt li jibni fuq il-kunċett ta' awtorizzazzjoni unika tal-UE li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jiżguraw aktar konsistenza u prevedibbiltà fil-kontenut u l-implimentazzjoni ta' regolamentazzjoni speċifika għas-setturi madwar l-Unjoni kollha. It-tieni, dan hu meħtieġ biex b'termini u kundizzjonijiet aktar konverġenti għal inputs essenzjali, ikun jista' jsir aċċess għall-provdiment ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, mhux biss għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, li għaliha l-ispettru liċenzjat u mhux liċenzjat huma importanti, iżda anke għall-konnettività tal-linja fissa. It-tielet, bl-interessi li jiġu allinjati l-kundizzjonijiet kummerċjali u li tinbena l-kunfidenza diġitali taċ-ċittadini, dan ir-Regolament għandu jarmonizza r-regoli dwar il-protezzjoni tal-utenti finali, l-aktar tal-konsumaturi. Dan jinkludi regoli dwar in-nondiskriminazzjoni, l-informazzjoni kuntrattwali, it-terminazzjoni ta' kuntratti u l-bidla minn provditur għal ieħor, kif ukoll regoli dwar l-aċċess għall-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi online, u dwar il-ġestjoni tat-traffiku li ma jħarsux biss lill-utenti finali iżda fl-istess waqt jiżguraw kontinwità fil-funzjonament tal-ekosistema tal-onternet bħala mutur tal-innovazzjoni. Barra minn hekk, aktar riformi fil-qasam tar-roaming, lill-utenti finali għandhom jagħtuhom il-kunfidenza biex jibqgħu konnessi meta jivvjaġġaw fl-Unjoni, u maż-żmien għandhom jimbuttaw kundizzjonijiet konvergenti dwar l-ipprezzar u oħrajn fl-Unjoni.

(6) Dan ir-Regolament għandu l-għan li jkompli jagħmel passi ’l quddiem biex jitlesta s-suq uniku tal-komunikazzjoni elettronika permezz ta’ azzjoni fuq tliet assi wisgħin u interrelatati. L-ewwel nett dan għandu jafferma l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-komunikazzjoni elettronika transkonfinali u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika fi Stati Membri differenti, permezz tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-applikazzjoni tal-iskema tal-awtorizzazzjoni ġenerali. It-tieni, dan hu meħtieġ biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ liċenzji tal-ispettru għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, kif ukoll għall-użu tal-ispettru mhux liċenzjat. It-tielet, bl-interessi li jiġu allinjati l-kundizzjonijiet kummerċjali u li tinbena l-kunfidenza diġitali taċ-ċittadini, dan ir-Regolament għandu jindirizza r-regoli dwar il-protezzjoni tal-utenti, l-aktar tal-konsumaturi. Dan jinkludi regoli dwar in-nondiskriminazzjoni, l-informazzjoni kuntrattwali, it-terminazzjoni taʼ kuntratti u l-bidla minn provditur għal ieħor, kif ukoll regoli dwar l-aċċess għall-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi online, u dwar il-ġestjoni tat-traffiku u standards komuni u kondiviżi dwar il-privatezza, il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta tal-utenti, li ma jħarsux biss lill-utenti iżda fl-istess waqt jiżguraw kontinwità fil-funzjonament tal-ekosistema tal-internet bħala mutur tal-innovazzjoni. Barra minn hekk, aktar riformi fil-qasam tar-roaming, lill-utenti għandhom jagħtuhom il-kunfidenza biex jibqgħu konnessi meta jivvjaġġaw fl-Unjoni mingħajr ma jkunu soġġetti għal ħlasijiet addizzjonali apparti it-tariffi li jħallsu fl-Istat Membru fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt tagħhom.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jikkomplementa l-qafas regolatorju eżistenti tal-Unjoni (id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14, id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16, id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE19, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 u d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew22) u l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali applikabbli adottati f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, billi jistabbilixxi drittijiet u obbligi speċifiċi għall-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika kif ukoll għall-utenti finali, billi jagħmel emendi konsegwenzjali fid-Direttivi eżistenti u fir-Regolament (UE) Nru 531/2012 sabiex jiżgura konverġenza akbar u xi tibdiliet sostantivi konsistenti f'Suq Uniku aktar kompetittiv.

(7) Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jissupplimenta l-qafas regolatorju eżistenti tal-Unjoni (id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14, id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16, id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE19, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 u d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew22) u l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali applikabbli adottati f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, billi jintroduċi ċerti miżuri mmirati li jistabbilixxu drittijiet u obbligi speċifiċi għall-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika kif ukoll għall-utenti, billi jagħmel emendi konsegwenzjali fid-Direttivi eżistenti u fir-Regolament (UE) Nru 531/2012 sabiex jiżgura konverġenza akbar u xi tibdiliet sostantivi konsistenti f'Suq Uniku aktar kompetittiv.

__________________

__________________

14 Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).

15 Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21).

16 Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

17 Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51).

18 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

19 Id-Direttiva 2002/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 249, 17.9.2002, p. 21).

20 Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (KREKE) u l-Uffiċċju (ĠU L 337, 18.12.2009, p.1).

21 Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10).

22 Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).

22 Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-provdiment tal-komunikazzjoni elettronika bejn il-fruntieri għadu soġġett għal piżijiet akbar minn dawk fil-fruntieri nazzjonali. B'mod partikolari, il-provdituri transfruntieri għadhom jinnotifikaw u jħallsu l-miżati fi Stati Membri ospitanti individwali. Id-detenturi ta' awtorizzazzjoni unika tal-UE għandhom ikunu soġġetti għal sistema unika ta' notifika fl-Istat Membru tal-istabbiliment ewlieni tagħhom (l-Istat Membru tad-domiċilju), u għalhekk jitnaqqas il-piż amministrattiv lill-operaturi transfruntieri. L-awtorizzazzjoni unika tal-UE għandha tapplika għal kull impriża li tipprovdi jew beħsiebha tipprovdi servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika f'aktar minn Stat Membru wieħed, u biha tkun intitolata tgawdi d-drittijiet mehmuża mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika skont dan ir-Regolament fi kwalunkwe Stat Membru. Awtorizzazzjoni unika tal-UE li tiddefinixxi l-qafas legali applikabbli għall-operaturi tal-komunikazzjoni elettronika li jipprovdu servizzi madwar l-Istati Membri skont awtorizzazzjoni ġenerali fl-Istat Membru tad-domiċilju għandha tiżgura l-effikaċja tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha.

(9) Ċertu grad ta’ armonizzazzjoni tal-awtorizzazzjoni ġenerali, li tinvolvi l-BEREC bħala r-riċevitur tan-notifiki, għandu jiżgura b’mod ulterjuri l-effettività prattika tal-libertà li wieħed jipprovdi servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha. Barra dan, in-notifika mhijiex mandatorja sabiex jittieħed benefiċċju mill-iskema ta’ awtorizzazzjoni ġenerali u mhux l-Istati Membri kollha jeħtiġuha. Billi rekwiżit ta’ notifika jimponi piż amministrattiv fuq l-operatur, l-Istati Membri li jeħtieġu notifika għandhom juru li hija ġġustifikata, f’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar l-estinzjoni ta’ piżijiet regolatorji bla bżonn. Il-Kummissjoni għandha tiġi meħtieġa tivvaluta dawn ir-rekwiżiti u, fejn ikun xieraq, tingħata s-setgħa li titlob it-tneħħija tagħhom.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-provdiment ta' servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika bejn il-fruntieri jaf jieħu forom differenti, u dan jiddependi minn bosta fatturi fosthom it-tip ta' netwerk jew servizz ipprovdut, il-qies tal-infrastruttura fiżika meħtieġa jew l-għadd ta' abbonati fl-Istati Membri differenti. L-intenzjoni li jiġu pprovduti servizzi tal-komunikazzjoni elettronika bejn il-fruntieri jew li jiġi operat netwerk tal-komunikazzjoni elettronika f'aktar minn Stat Membru wieħed tista' tintwera b'attivitajiet bħan-negozjar ta' ftehimiet dwar l-aċċess għal netwerks fi Stat Membru partikolari jew il-kummerċjalizzazzjoni minn sit fuq l-internet fil-lingwa tal-Istat Membru mmirat.

imħassar

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Irrispettivament minn kif il-provditur jagħżel li jopera netwerks tal-komunikazzjoni elettronika jew minn kif jipprovdi s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika bejn il-fruntieri, ir-reġim regolatorju applikabbli għal provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu jkun newtrali fil-konfront tal-għażliet kummerċjali sottostanti għall-organizzazzjoni tal-funzjonijiet u l-attivitajiet madwar l-Istati Membri. Għalhekk, irrispettivament mill-istruttura kummerċjali tal-impriża, l-Istat Membru tad-domiċilju ta' provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu jkun dak l-Istat Membru fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet strateġiċi dwar il-provdiment ta' netwerks jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.

imħassar

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-awtorizzazzjoni unika tal-UE għandha tissejjes fuq l-awtorizzazzjoni ġenerali fl-Istat Membru tad-domiċilju. Din ma għandhiex tkun soġġetta għal kundizzjonijiet li diġà huma applikabbli premezz ta' xi liġi nazzjonali eżistenti oħra li mhix speċifika għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 għandhom japplikaw ukoll għall-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika.

imħassar

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-biċċa l-kbira tal-kundizzjonijiet speċifiċi għas-setturi, bħal pereżempju dwar l-aċċess għal netwerks jew is-sigurtà u l-integrità tagħhom jew dwar l-aċċess għal servizzi ta' emerġenza, huma relatati ferm mal-post fejn jinsab dan in-netwerk jew fejn jiġi pprovdut dan is-servizz. Għalhekk, provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jaf ikun soġġett għal kundizzjonijiet applikabbli fl-Istati Membri fejn jopera, sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor.

imħassar

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Hemm bżonn ikun żgurat li f'ċirkustanzi simili ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni fit-trattament ta' kull provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika minn Stati Membri differenti u li jiġu applikati prattiċi regolatorji konsistenti fis-suq uniku, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri li huma fl-ambitu tal-Artikoli 15 jew 16 tad-Direttiva 2002/21/KE, jew tal-Artikoli 5 jew 8 tad-Direttiva 2002/19/KE. Għalhekk il-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika għandu jkollhom dritt għal trattament ugwali mill-Istati Membri differenti f'sitwazzjonijiet oġġettivament ekwivalenti sabiex ikunu jistgħu isiru operazzjonijiet multiterritorjali aktar integrati. Barra minn hekk, għandu jkun hemm proċeduri speċifiċi fil-livell tal-Unjoni għar-reviżjoni ta' abbozzi tad-deċiżjonijiet dwar ir-rimedji skont it-tifsira tal-Artikolu 7a tad-Direttiva 2002/21/KE f'każijiet bħal dawn, sabiex ikunu evitati diverġenzi mhux ġustifikati fl-obbligi applikabbli għall-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika fi Stati Membri differenti.

(15) Il-prinċipju tat-trattament ugwali huwa prinċipju ġenerali tal-Liġi tal-Unjoni Ewropea stabbilit fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Skont il-ġurisprudenza stabbilita, dan il-prinċipju jeħtieġ li sitwazzjonijiet komparabbli m’għandhomx jiġu ttrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti m’għandhomx jiġu ttrattati fl-istess mod sakemm tali trattament huwa ġustifikat b’mod objettiv. Hemm bżonn ikun żgurat li f'ċirkustanzi simili ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni fit-trattament ta' kwalunkwe provditur tal-komunikazzjoni elettronika minn Stati Membri differenti u li jiġu applikati prattiki regolatorji konsistenti fis-suq uniku, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri li huma fl-ambitu tal-Artikoli 15 jew 16 tad-Direttiva 2002/21/KE, jew tal-Artikoli 5 jew 8 tad-Direttiva 2002/19/KE.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Għandha tiġi stabbilita allokazzjoni ta' kompetenzi regolatorji u superviżorji bejn l-Istat Membru tad-domiċilju u l-Istat Membru ospitanti tal-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika bil-għan li jonqsu l-ostakli għad-dħul filwaqt li jkun żgurat li jiġu infurzati kif jixraq il-kundizzjonijiet applikabbli għall-provdiment ta' servizzi u entwerks tal-komunikazzjoni elettronika minn dawn il-provdituri. Għalhekk, filwaqt li kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tissorvelja l-konformità mal-kundizzjonijiet applikabbli fit-territorju tagħha skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż b'sanzjonijiet u miżuri interim, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju biss għandha tkun intitolata li tissospendi jew tirtira d-drittijiet ta' provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika milli jipprovdi netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha jew f'parti minnha.

imħassar

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-ispettru tar-radju hu ġid pubbliku u riżors essenzjali għas-suq intern għal komunikazzjoni mobbli, broadband bla wajers u bis-satellita fl-Unjoni. L-iżvilupp tal-komunikazzjoni broadband bla wajers tgħin fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u b'mod partikolari fl-għan li jkun żgurat aċċess għall-broadband b'veloċità ta’ mhux inqas minn 30 Mbps sal-2020 għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u li l-Unjoni jkollha provdiment ta' broadband bl-ogħla veloċità u kapaċità possibbli. Madankollu, reġjuni globali kbar oħrajn — l-Amerika ta' Fuq, l-Afrika u partijiet mill-Asja — qabżuha lill-Unjoni fejn jidħlu l-varar u l-penetrazzjoni ta' teknoloġiji broadband bla wajers tal-aħħar ġenerazzjoni li hemm bżonn biex jintlaħqu dawk l-għanijiet strateġiċi. Il-proċess frammentat biex tingħata awtorizzazzjoni u biex tkun disponibbli banda ta' 800 MHz għal komunikazzjoni broadband bla wajers, b'aktar minn nofs l-Istati Membri jitolbu deroga jew inkella ma jirnexxilhomx jagħmlu dan sal-iskadenza stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju23 (RSPP), jixhed l-urġenza ta' azzjoni anke fit-terminu tal-RSPP attwali. Il-miżuri tal-Unjoni biex tarmonizza l-kundizzjonijiet tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju għal komunikazzjoni broadband bla wajers skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 ma kinux biżżejjed biex jindirizzaw din il-problema.

(17) L-ispettru tar-radju hu ġid pubbliku u riżors limitat, essenzjali għall-ilħuq ta' firxa wiesgħa ta' valuri soċjali, kulturali u ekonomiċi għas-suq intern għal komunikazzjoni mobbli, broadband bla wajers, tax-xandir u bis-satellita fl-Unjoni. Il-politika dwar l-ispettru tar-radju fl-Unjoni għandha tikkontribwixxi għal-libertà tal-espressjoni, inkluża l-libertà tal-opinjoni u l-libertà li wieħed jirċievi u jxerred informazzjoni u ideat, irrispettivament mill-konfini, kif ukoll il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja. L-iżvilupp tal-komunikazzjoni broadband bla wajers tgħin fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u b'mod partikolari fl-għan li jkun żgurat aċċess għall-broadband b'veloċità ta’ mhux inqas minn 30 Mbps sal-2020 għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u li l-Unjoni jkollha provdiment ta' broadband bl-ogħla veloċità u kapaċità possibbli. Madankollu, filwaqt li ċerti reġjuni tal-Unjoni huma avvanzati ħafna, kemm fir-rigward tal-miri ta’ politika tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa kif ukoll fil-livell globali, reġjuni oħra waqgħu lura. B’mod partikolari, dan huwa parzjalment ir-riżultat tal-frammentazzjoni tal-proċess tal-Unjoni biex jagħmel disponibbli spettru partikolarment adatt għal aċċess għal broadband bla wajers ta’ veloċità għolja- frammentazzjoni li tikkomprometti l-ilħuq ta’ dawk l-għanijiet ta' politika għall-Unjoni kollha kemm hi. Il-proċess frammentat biex tingħata awtorizzazzjoni u biex tkun disponibbli band ta’ 800 MHz għal komunikazzjoni broadband bla wajers, fejn aktar minn nofs l-Istati Membri ngħataw deroga mill-Kummissjoni jew inkella ma jirnexxilhomx jagħmlu dan sal-iskadenza stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (RSPP), jixhed l-urġenza ta’ azzjoni anke fit-terminu tal-RSPP attwali. Il-proċess jindika wkoll ħtieġa għal titjib fl-eżerċizzju min-naħa tal-Kummissjoni tas-setgħat tagħha, l-importanza kruċjali tal-implimentazzjoni leali tal-miżuri tal-Unjoni u ta' kooperazzjoni sinċiera bejn l-Istati Membri. L-isforzi qawwija min-naħa tal-Kummissjoni biex tinforza miżuri tal-Unjoni diġà adottati biex tarmonizza l-kundizzjonijiettad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju għal komunikazzjoni broadband bla wajers skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom, minnhom infushom, jikkontribwixxu b’mod sostanzjali biex jindirizzaw din il-problema.

__________________

__________________

23 Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju, ĠU L 81, 21.3.2012.

23 Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju, ĠU L 81, 21.3.2012.

24 Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1).

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a) In-negozjar u l-kiri ta’ spettru armonizzat għall-komunikazzjonijiet broadband bla wajers iżidu l-flessibbiltà u jwasslu għal allokazzjoni iktar effiċjenti tar-riżorsi tal-ispettru. Għaldaqstant dan għandu jiġi ffaċilitat u stimulat aktar, inkluż billi jiġi żgurat li d-drittijiet kollha tal-użu, inklużi dawk diġà mogħtija, jkunu ta’ tul ta' żmien suffiċjenti.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-applikazzjoni ta' bosta politiki nazzjonali toħloq inkonsistenzi u frammentazzjoni fis-suq intern li jfixklu l-varar ta' servizzi madwar l-Unjoni u t-tlestija tas-suq intern għal komunikazzjoni broadband bla wajers. B'mod partikolari din tista' toħloq kundizzjonijiet mhux indaqs għall-aċċess għal servizzi bħal dawn, ixxekkel il-kompetizzjoni bejn impenji fi Stati Membri differenti u toħnoq investimenti f'netwerks u teknoloġiji aktar avvanzati u l-ħruġ ta' servizzi innovattivi, u b'hekk iċaħħad liċ-ċittadini u lin-negozji milli jkollhom servizzi integrati ta' kwalità għolja aċessibbli kullimkien u ċċaħħad lill-operaturi tal-broadband bla wajers milli jżidu aktar l-effiċjenza permezz ta' operazzjonijiet aktar integrati fuq skala kbira. Għalhekk, azzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar ċerti aspetti tal-assenjament tal-ispettru tar-radju għandhom jakkumpanjaw l-iżvilupp ta' kopertura integrata wiesgħa ta' servizzi avvanzati tal-komunikazzjoni broadband bla wajers madwar l-Unjoni kollha. Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jadottaw miżuri biex jorganizzaw l-ispettru tar-radju tagħhom għal finijiet ta' ordni pubblika, sigurtà pubblika u difiża.

(18) L-applikazzjoni ta' bosta politiki nazzjonali toħloq inkonsistenzi u frammentazzjoni fis-suq intern li jfixklu l-varar ta' servizzi madwar l-Unjoni u t-tlestija tas-suq intern għal komunikazzjoni broadband bla wajers. B'mod partikolari din tista' toħloq kundizzjonijiet mhux indaqs għall-aċċess għal servizzi bħal dawn, ixxekkel il-kompetizzjoni bejn impenji fi Stati Membri differenti u toħnoq investimenti f'netwerks u teknoloġiji aktar avvanzati u l-ħruġ ta' servizzi innovattivi, u b'hekk iċaħħad liċ-ċittadini u lin-negozji milli jkollhom servizzi integrati ta' kwalità għolja aċessibbli kullimkien u ċċaħħad lill-operaturi tal-broadband bla wajers milli jżidu aktar l-effiċjenza permezz ta' operazzjonijiet aktar integrati fuq skala kbira. Għalhekk, azzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar ċerti aspetti tal-assenjament tal-ispettru tar-radju għandhom jakkumpanjaw l-iżvilupp ta' kopertura integrata wiesgħa ta' servizzi avvanzati tal-komunikazzjoni broadband bla wajers madwar l-Unjoni kollha. Fl-istess waqt, tinħtieġ biżżejjed flessibbiltà biex jiġu akkomodati rekwiżiti nazzjonali speċifiċi, u l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jadottaw miżuri biex jorganizzaw l-ispettru tar-radju tagħhom għal finijiet ta’ ordni pubblika, sigurtà pubblika u difiża, is-salvagwardja u l-promozzjoni ta' objettivi ta' interess ġenerali bħad-diversità lingwistika u kulturali u l-pluraliżmu tal-midja.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-provdituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, inklużi operaturi tat-telefonija mobbli jew konsorzji ta' dawn l-operaturi, għandhom ikunu jistgħu jorganizzaw flimkien il-koperatura effiċjenti u affordabbli ta' parti wiesgħa mit-territorju tal-Unjoni għall-benefiċċju fit-tul tal-utenti finali, u għalhekk jużaw l-ispettru tar-radju f'bosta Stati Membri b'kundizzjonijiet, proċeduri, spejjeż, skedar, tul taż-żmien simili f'baned armonizzati, u b'pakketti komplementari tal-ispettru tar-radju, bħal taħlita ta' frekwenzi aktar baxxi u ogħla għal kopertura f'żoni b'popolazzjoni densa u inqas densa. Inizjattivi għal aktar kordinazzjoni u konsistenza jtejbu wkoll il-prevedibbiltà tal-ambjent tal-investiment tan-netwerk. Din il-prevedibbiltà tiffavorixxiha sew politika ċara favur id-drittijiet għal żmien fit-tul tal-użu relatat mal-ispettru tar-radju, mingħajr preġudizzju għan-natura indefinita ta' drittijiet bħal dawn f'xi Stati Membri, u marbuta min-naħa tagħha ma' kundizzjonijiet ċari għat-trasferiment, il-kera jew il-kondiviżjoni ta' parti jew l-ispettru tar-radju kollu soġġett għal dritt individwali tal-użu bħal dan.

(19) Il-provdituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għandhom ikunu jistgħu jorganizzaw il-kopertura effiċjenti, teknoloġikament moderna, avvanzata u affordabbli ta' parti wiesgħa mit-territorju tal-Unjoni għall-benefiċċju fit-tul tal-utenti finali, u għalhekk jużaw l-ispettru tar-radju f'bosta Stati Membri b'kundizzjonijiet, proċeduri, spejjeż, skedar, tul taż-żmien simili f'bands armonizzati, u b'pakketti komplementari tal-ispettru tar-radju, bħal taħlita ta' frekwenzi aktar baxxi u ogħla għal kopertura f'żoni b'popolazzjoni densa u inqas densa. Inizjattivi għal aktar kordinazzjoni u konsistenza jtejbu wkoll il-prevedibbiltà tal-ambjent tal-investiment tan-netwerk. Din il-prevedibbiltà tiffavorixxiha sew politika ċara favur id-drittijiet għal żmien fit-tul tal-użu relatat mal-ispettru tar-radju, mingħajr preġudizzju għan-natura indefinita ta’ drittijiet bħal dawn f’xi Stati Membri, u marbuta min-naħa tagħha ma’ kundizzjonijiet imtejba għat-trasferiment, il-kera jew il-kondiviżjoni ta’ parti jew l-ispettru tar-radju kollu soġġett għal dritt individwali tal-użu bħal dan.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Għandhom jittejbu l-koordinazzjoni u l-konsistenza tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, għallinqas għal baned li ġew armonizzati għal komunikazzjoni broadband fissa bla wajers, nomadika u mobbli. Din tinkludi l-baned identifikati fil-livell ITU għas-Sistemi Avvanzati tat-Telekomunikazzjoni Mobbli Internazzjonali (IMT), kif ukoll il-baned użati għan-netwerks taż-żona lokali bir-radju (RLAN) bħal dawk ta' 2.4 GHz u 5 GHz. Din għandha titwessa' wkoll għal baned li jistgħu jiġu armonizzati fil-futur għal komunikazzjoni broadband bla wajers, kif previst fl-Artikolu 3(b) tal-RSPP u fl-Opinjoni tal-RSPG dwar "Strategic challenges facing Europe in addressing the growing radio spectrum demand for wireless broadband" (L-isfidi strateġiċi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa biex tindirizza d-domanda dejjem tikber tal-ispettru tar-radju għall-broadband bla wajers) adottata fit-13 ta' Ġunju 2013, bħall-baned, fil-futur qarib, ta' 700 MHz, 1.5 GHz u 3.8-4.2 GHz.

(20) Għandhom jittejbu l-koordinazzjoni u l-konsistenza tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju. Din tinkludi l-bands identifikati fil-livell ITU għas-Sistemi Avvanzati tat-Telekomunikazzjoni Mobbli Internazzjonali (IMT), kif ukoll il-bands użati għan-netwerks taż-żona lokali bir-radju (RLAN) bħal dawk ta' 2.4 GHz u 5 GHz. Din għandha titwessa' wkoll għal bands li jistgħu jiġu armonizzati fil-futur għal komunikazzjoni broadband bla wajers, kif previst fl-Artikolu 3(b) tal-RSPP u fl-Opinjoni tal-RSPG dwar "Strategic challenges facing Europe in addressing the growing radio spectrum demand for wireless broadband" (L-isfidi strateġiċi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa biex tindirizza d-domanda dejjem tikber tal-ispettru tar-radju għall-broadband bla wajers) adottata fit-13 ta' Ġunju 2013. Meta wieħed iqis l-impatt fuq is-soċjetà, kulturali, soċjali u ekonomiku sinifikanti li għandhom id-deċiżjonijiet dwar l-ispettru, tali deċiżjonijiet għandhom iqisu kif xieraq il-kunsiderazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8a tad-Direttiva 2002/21/KE u, fejn rilevanti, l-objettivi ta' interess ġenerali msemmija fl-Artikolu 9(4) ta' dik id-Direttiva.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Fir-rigward ta' kundizzjonijiet sostantivi ewlenin oħrajn li jistgħu jingħaqdu mad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju għall-broadband bla wajers, l-applikazzjoni konverġenti minn Stati Membri individwali tal-prinċipji u l-kriterji regolatorji stabbiliti f'dan ir-Regolament se tingħata preferenza b'mekkaniżmu tal-kordinazzjoni li permezz tiegħu l-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra jkollhom l-opportunità jikkummentaw qabel Stat Membru partikolari jagħti drittijiet tal-użu u li permezz tiegħu l-Kummissjoni jkollha l-opportunità li wara li tqis il-fehmiet tal-Istati Membri, tevita l-implimentazzjoni ta' xi proposta li jidher li ma tkunx konformi mal-liġi tal-Unjoni.

(24) L-applikazzjoni konverġenti minn Stati Membri individwali tal-prinċipji u l-kriterji regolatorji stabbiliti fil-qafas regolatorju tal-Unjoni se tingħata preferenza b’mekkaniżmu tal-kordinazzjoni li permezz tiegħu l-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra jkollhom l-opportunità jikkummentaw qabel Stat Membru partikolari jagħti drittijiet tal-użu u li permezz tiegħu l-Kummissjoni jkollha l-opportunità li wara li tqis il-fehmiet tal-Istati Membri, tevita l-implimentazzjoni ta’ xi proposta li jidher li ma tkunx konformi mal-liġi tal-Unjoni.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Iż-żieda kbira fid-domanda tal-ispettru tar-radju għall-broadband bla wajers, turi li għandhom jiġu promossi soluzzjonijiet għal aċċess alternattiv għall-broadband bla wajers li jkun effiċjenti fl-użu tal-ispettru. Dawn jinkludu l-użu ta’ sistemi tal-aċċess bla wajers b’qawwa baxxa li jkollhom firxiet fuq żoni żgħar, bħall-hekk imsejħa “hotspots” tan-netwerks taż-żona lokali bir-radju (RLAN, magħrufa wkoll bħala “WiFi”), kif ukoll punti ta’ aċċess ċellulari żgħar ta’ qawwa baxxa (li jissejħu wkoll femtoċelloli, pikoċelloli jew metroċelloli).

(25) Iż-żieda kbira fid-domanda tal-ispettru tar-radju għall-broadband bla wajers, turi li s-soluzzjonijiet għal aċċess alternattiv għall-broadband bla wajers li jkun effiċjenti fl-użu tal-ispettru għandhom jiġu mħeġġa u mhux evitati. Dan attwalment jinkludi, iżda mhuwiex ristrett biss għall-użu ta’ sistemi tal-aċċess bla wajers b’qawwa baxxa li jkollhom firxiet fuq żoni żgħar, bħall-hekk imsejħa “hotspots” tan-netwerks taż-żona lokali bir-radju (RLAN), kif ukoll punti ta’ aċċess ċellulari żgħar ta' qawwa baxxa (li jissejħu wkoll femtoċelloli, pikoċelloli jew metroċelloli). L-aċċess dinamiku għall-ispettru, inkluż abbażi ta’ eżenzjoni mil-liċenzja u teknoloġiji u użijiet innovattivi oħra tal-ispettru għandhom jiġu mħeġġa u magħmula possibbli.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġestjoni tal-ispettru tar-radju fil-livell nazzjonali ma jżommx lil Stati Membri oħra milli jużaw l-ispettru tar-radju li huma intitolati għalih, jew milli jikkonformaw mal-obbligi tagħhom fejn jidħlu l-baned li għalihom, l-użu jkun armonizzat fil-livell tal-Unjoni. Filwaqt li l-attivitajiet eżistenti tal-RSPG jkunu l-pedament, hemm bżonn mekkaniżmu tal-kordinazzjoni li jiżgura li kull Stat Membru jkollu aċċess ekwu għall-ispettru tar-radju u li r-riżultati tal-kordinazzjoni jkunu konsistenti u infurzabbli.

imħassar

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) L-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-UE turi li d-dispożizzjonijiet eżistenti li jeżiġu l-applikazzjoni konsistenti tal-miżuri regolatorji kif ukoll l-għan ta' kontribut għall-iżvilupp tas-suq intern ma ħolqux biżżejjed inċentivi biex jitfasslu prodotti tal-aċċess skont standards u proċessi armonizzati, b'mod partikolari fejn jidħlu n-netwerks fissi. Meta joperaw fi Stati Membri differenti, l-operaturi jsibuha diffiċli jsibu inputs tal-aċċess bil-livelli t-tajba tal-kwalità u tal-interoperabbiltà tan-netwerk u tas-servizz, u meta dawn ikunu disponibbli, dawn l-inputs juru karatteristiċi tekniċi differenti. Dan iżid l-ispejjeż u jkun ta' xkiel għall-provdiment tas-servizzi bejn il-fruntieri nazzjonali.

imħassar

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) L-integrazzjoni tas-suq uniku għall-komunikazzjoni elettronika se tiżdied bit-twaqqif ta' qafas li jiddefinixxi ċerti prodotti virtwali Ewropej ewlenin, li huma partikolarment importanti għall-provdituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex jipprovdu servizzi transfruntieri u biex jadottaw strateġija pan-Unjoni f'ambjent li qed isir dejjem aktar għalkollox bl-IPs, skont parametri ewlenin u karatteristiċi minimi.

imħassar

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Għandhom jiġu indirizzati l-ħtiġijiet operattivi li jaqdu bosta prodotti virtwali. Il-prodotti tal-aċċess broadband virtwali Ewropej għandhom ikunu disponibbli meta operatur b'saħħa sinifikanti fis-suq ikun intalab skont it-termini tad-Direttiva Qafas u tad-Direttiva dwar l-Aċċess, biex jipprovdi aċċess fuq termini regolati f''punt tal-aċċess speċifiku fin-netwerk tiegħu. L-ewwel, għandu jeħfief id-dħul tranfruntieri effiċjenti permezz ta' prodotti armonizzati li jippermettu l-provdiment tal-bidu minn provdituri trasnfruntieri tas-servizzi lill-klijenti finali tagħhom bla dewmien u bi kwalità prevedibbli u biżżejjed, inklużi servizzi lil klijenti kummerċjali b'bosta stabbilimenti fi Stati Membri differenti, meta dan ikun meħtieġ u proporzjonat skont l-analiżi tas-suq. Dawn prodotti armonizzati għandhom ikunu disponibbli għal biżżejjed żmien biex min ifittex aċċess u l-provdituri jkunu jistgħu jippjanaw investimenti għal żmien medju u fit-tul.

imħassar

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) It-tieni, prodotti tal-aċċess virtwali sofistikati li jeħtieġu livell ogħla ta' investiment minn min ifittex aċċess u li jippermettulhom livell ogħla ta' kontroll u differenzjazzjoni, b'mod partikolari billi jipprovdu aċċess fuq livell aktar lokali, huma importantibiex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal kompetizzjoni sostenibbli fis-suq intern kollu. Għalhekk, dawn il-prodotti tal-aċċess ewlenin għall-operaturi għal netwerks tal-aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGA) għandhom ikunu armonizzati wkoll biex jeħfief l-investiment transfruntieri. Dawn il-prodotti tal-aċċess broadband virtwali għandhom jitfasslu bil-funzjonalitajiet ekwivalenti għad-diżaggregazzjoni fiżika, sabiex iwessgħu l-firxa ta' rimedji potenzjali għall-operaturi li jkunu jistgħu jitqiesu mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità skont id-Direttiva 2002/19/KE.

imħassar

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) It-tielet nett, jeħtieġ ukoll li jiġi armonizzat prodott tal-aċċess għall-oepraturi għal segmenti tat-terminazzjoni tal-linji mikrija b'interfaċċi mtejba, ħalli jkun jista' jsir provdiment transfruntieri ta' servizzi ta' konnessjoni kritika għall-missjoni għall-aktar utenti kummerċjali eżiġenti.

imħassar

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35a) Jeħtieġ li jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet għall-prodotti għall-operaturi ta’ kwalità għolja użati għall-provdiment ta’ servizzi tan-negozju biex jippermettu l-provdiment kontinwu ta’ servizzi lil korporazzjonijiet transkonfinali u multinazzjonali fl-Unjoni Ewropea kollha. Tali armonizzazzjoni jista’ jkollha rwol sinifikanti f’termini ta’ kompetittività tan-negozju tal-UE rigward il-kostijiet tal-komunikazzjoni.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) F'kuntest ta' migrazzjoni progressiva gћal "netwerks ibbażati għalkollox fuq l-IPs", in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti tal-konnettività bbażati fuq il-protokoll tal-IP għal klassijiet differenti ta' servizzi bi kwalità tas-servizzi żgurata li tippermetti mogħdijiet tal-komunikazzjoni bejn id-dominji tan-netwerk u bejn it-trufijiet tan-netwerk, kemm fl-Istati Membri kif ukoll bejniethom, ixekkel l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet li jistrieħu fuq l-aċċess għal netwerks oħrajn, u allura jillimita l-innovazzjoni teknoloġika. Barra minn hekk, din is-sitwazzjoni żżomm it-tixrid fuq skala usa' ta' effiċjenzi relatati mal-ġestjoni u l-provdiment ta' netwerks ibbażati fuq l-IPs u prodotti tal-konnettività b'livell żgurat ta' kwalità tas-servizzi, b'mod partikolari aktar sigurtà, affidabbiltà u flessibbiltà, kosteffikaċja u provdiment aktar malajr, li minnhom igawdu l-operaturi tan-netwerk, il-provdituri tas-servizzi u l-utenti finali. Għaldaqstant approċċ armonizzat għat-tfassil u d-disponibbiltà ta' dawn il-prodotti hu meħtieġ skont termini raġonevoli inkluż, meta tintalab, il-possibbiltà ta' provdiment inkroċjat mill-impenji tal-komunikazzjoni elettronika kkonċernati.

imħassar

Emenda  35

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) It-twaqqif ta' prodotti tal-aċċess broadband virtwali Ewropej skont dan ir-Regolament għandu jkun rifless fil-valutazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-aktar rimedji xierqa tal-aċċess għan-netwerks tal-operaturi magħrufa li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, filwaqt li għandha tiġi evitata regolamentazzjoni żejda bil-multiplikazzjoni inutli ta' prodotti tal-aċċess għall-operaturi, kemm jekk ikunu imposti skont l-analiżi tas-suq jew jekk provduti skont kundizzjonijiet oħrajn. B'mod partikolari, l-introduzzjoni ta' prodotti tal-aċċess virtwali Ewropej ma għandux fih innifsu jwassal biex jiżdied l-għadd ta' prodotti tal-aċċess regolati imposti fuq operatur partikolari. Barra ninn hekk, il-ħtieġa biex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, jivvalutaw jekk prodott tal-broadband għall-aċċess virtwali għandux ikun impost minflok rimedji tal-aċċess fuq il-livell tal-operaturi,u jekk hux xieraq li jiġi impost prodott Ewropew tal-broadband għall-aċċess virtwali fil-kuntest ta' nalaiżijiet futuri tas-suq fejn isibu saħħa fis-suq sinifikanti, m'għandhiex teffettwa r-responsabbiltà tagħhom li jidndtifikaw l-aktar rimedju xieraq u effettiv biex jindirizzaw il-problema tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE.

imħassar

Emenda  36

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Fl-interessi tal-prevedibbiltà regolatorja, anke l-elementi ewlenin tal-prattika tad-deċiżjonijiet li qed tevolvi fil-qafas legali attwali li taffettwa l-kundizzjonijiet li skonthom il-prodotti tal-aċċess għall-operaturi, inklużi l-prodotti tal-aċċess broadband virtwali Ewropej, isiru disponibbli għan-netwerks NGA, għandhom jiġu riflessi fil-leġiżlazzjoni. Dawn għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jirriflettu l-importanza, għall-analiżi tas-swieq tal-aċċess għall-operaturi u b'mod partikolari dwar jekk hemmx bżonn kontrolli tal-prezzijiet għal dan l-aċċess għan-netwerks NGA, tar-relazzjoni bejn ir-restrizzjonijiet kompetittivi minn infrastrutturi fissi jew bla wajers alternattivi, garanziji effettivi ta' aċċess nondiskriminatorju, u l-livell attwali ta' kompetizzjoni mil-lat ta' prezz, għażla u kwalità għall-konsumaturi. Fl-aħħar mill-aħħar, din l-aħħar kunsiderazzjoni tiddetermina l-benefiċċji għall-utenti finali. Pereżempju, meta jmexxu l-valutazzjoni tagħhom skont il-każ konformi mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE u bla preġudizzju għall-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq u l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jqisu li fil-preżenza ta' żewġ netwerks NGA fissi, il-kundizzjonijiet tas-swieq huma kompetittivi biżżejjed biex imexxu l-aġġornamenti tan-netwerks u jeveolvu lejn il-forniment ta' servizzi ultraveloċi, li huwa parametru importnati tal-kompetizzjoni fuq il-livell tal-konsumaturi.

imħassar

Emenda  37

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Id-differenzi fl-implimentazzjoni nazzjonali tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-utenti finali li huma speċifiċi għas-setturi, joħolqu ostakli sinifikanti għas-suq diġitali uniku, b'mod partikolari fi spejjeż żejda ta' konformità għall-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jixtiequ joffru servizzi madwar l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-frammentazzjoni u l-inċertezza rigward il-livell ta' protezzjoni mogħti fi Stati Membri differenti jimminaw il-fiduċja tal-utenti finali u jżommuhom lura milli jixtru servizzi tal-komunikazzjoni elettronika barra l-pajjiż. Sabiex jintlaħaq l-għan tal-Unjoni li jitneħħew l-ostakli għas-suq intern, hemm bżonn li jinbidlu l-miżuri legali nazzjonali diverġenti eżistenti f'sett uniku u armonizzat bis-sħiħ ta' regoli speċifiċi għas-setturi li joħolqu livell komuni għoli ta' protezzjoni għall-utenti finali. Din l-armonizzazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet legali ma għandhiex twaqqaf lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku milli joffru arranġamenti kuntrattwali lill-konsumaturi, li jaqbżu dak il-livell ta' protezzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ladarba r-regoli li jinsabu f’din il-Proposta għal regolament jiġu trasferiti fid-Direttiva Servizzi Universali, ma jkunx hemm il-ħtieġa li jinżammu l-premessi ta’ dan ir-Regolament marbuta mad-drittijiet tal-konsumaturi.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Billi dan ir-Regolament jarmonizza biss ċerti regoli speċifiċi għas-setturi, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, kif stabbilit minn atti tal-Unjoni u l-leġislazzjoni nazzjonali li timplimentahom.

(41) Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, kif stabbilit mil-Liġi tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali li jimplimentawhom.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Meta d-dispożizzjonijiet fil-Kapitoli 4 u 5 ta' dan ir-Regolament ikunu jirreferu għall-utenti finali, dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw biss għall-konsumaturi iżda anke għal kategoriji oħrajn tal-utenti finali, primarjament il-mikrointrapriżi. Fuq talba individwali tagħhom, l-utenti finali ħlief il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jiftiehmu, b'kuntratt individwali, biex jitbiegħdu minn ċerti dispożizzjonijiet.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44) Jibqgħu jiddominaw differenzi sinifikanti ħafna fil-prezzijiet, kemm għal komunikazzjoni fissa kif ukoll mobbli, bejn il-komunikazzjoni domestika bil-vuċi u bl-SMS u dik li tintemm fi Stat Membru ieħor. Filwaqt li hemm differenzi sostanzjali bejn il-pajjiżi, l-operaturi u l-pakketti tat-tariffi, u bejn is-servizzi fissi u mobbli, dawn jibqgħu jaffettwaw gruppi ta' klijenti aktar vulnerabbli u joħolqu ostakli għall-komunikazzjoni bla intoppi fl-Unjoni. Dan iseħħ minkejja tnaqqis sinifikanti ħafna, u konverġenza f'termini assoluti, fir-rati tat-terminazzjoni fi Stati Membri differenti, u l-prezzijiet baxxi fis-swieq tat-tranżitu. Barra minn hekk, maż-żmien, it-tranżizzjoni għal ambjent tal-komunikazzjoni elettronika "għalkollox bl-IPs" għandha ġġib aktar tnaqqis fl-ispejjeż. Għalhekk, b'referenza għall-kriterji oġġettivi, għandha tiġi ġġustifikata kull differenza sinifikanti fit-tariffi għall-konsumaturi bejn il-komunikazzjoni fissa domestika f'distanzi twal li tkun komunikazzjoni oħra ħlief dawk f'żona lokali waħda identifikata b'kodiċi taż-żona ġeografika fil-pjan tan-numerazzjoni nazzjonali, u l-konumikazzjoni fissa li tintemm fi Stat Membru ieħor. It-tariffi għall-konsumaturi għall-komunikazzjoni mobbli internazzjonali ma għandhomx jaqbżu l-ewrotariffi tal-vuċi u tal-SMS għal sejħiet u messaġġi tar-roaming regolati rispettivament, previsti fir-Regolament (UE) Nru 531/2012 sakemm dan ma jkunx iġġustifikat b'referenza għall-kriterji oġġettivi. Dawn il-kriterji jaf jinkludu spejjeż addizzjonali u marġini relatat raġonevoli. Fatturi oġġettivi oħrajn jistgħu jinkludu differenzi fl-elastiċità tal-prezz relatat u d-disponibbiltà faċli ta' tariffi alternattivi għall-utenti finali kollha minn provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li joffru tal-komunikazzjoni transfruntieri fl-Unjoni bi ftit ħlas jew bla ħlas, jew ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni b'funzjonalitajiet komparabbli, sakemm l-utenti finali jkunu infurmati b’mod attiv b'dawn l-alternattivi mill-provdituri tagħhom.

imħassar

Emenda  41

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) Matul l-aħħar deċennji l-internet żviluppa fi pjattaforma miftuħa għall-innovazzjoni bi ftit xkiel għall-aċċess għall-utenti finali, għall-provdituri tal-kontenut u tal-applikazzjonijiet u għall-provdituri tas-servizzi tal-internet. Il-qafas regolatorju attwali għandu l-għan li jippromwovi l-kapaċità tal-utenti finali li jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni jew li jużaw l-applikazzjonijiet u s-servizzi li jagħżlu huma. Madankollu, dan l-aħħar, ir-rapport tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) dwar prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku ppubblikat f'Mejju 2012 u studju li kkummissjonat l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi u s-Saħħa u ppubblikat f'Diċembru 2012 dwar il-funzjonament tas-suq tal-aċċess u l-provdiment tal-internet minn perspettiva tal-konsumatur, urew li għadd sinifikanti ta' utenti finali jiġu affettwati minn prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku li jimblukkaw jew jisslowjaw applikazzjonijiet speċifiċi. Dawn ix-xejriet jeħtieġu regoli ċari fil-livell tal-Unjoni biex jinżamm l-internet miftuħ u biex tkun evitata frammentazzjoni tas-suq uniku minħabba miżuri ta' Stati Membri individwali.

(45) Matul l-aħħar deċennji l-internet żviluppa fi pjattaforma miftuħa għall-innovazzjoni bi ftit xkiel għall-aċċess għall-utenti, għall-provdituri tal-kontenut u tal-applikazzjonijiet u għall-provdituri tas-servizzi tal-internet. Il-prinċipju tan-“newtralità tan-net” fl-internet miftuħ ifisser li t-traffiku għandu jiġi ttrattat b’mod ugwali, mingħajr diskriminazzjoni, restrizzjoni jew interferenza, b’mod indipendenti minn min jibagħtu, minn min jirċevih, it-tip, il-kontenut, it-tagħmir, is-servizz jew l-applikazzjoni. Kif iddikjarat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Novembru 2011 dwar l-internet miftuħ u n-newtralità tan-net fl-Ewropa 2011/2866, in-natura miftuħa tal-internet ikkostitwixxiet mutur ewlieni għall-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-innovazzjoni - li wassal għal livelli spettakolari ta’ żvilupp fl-applikazzjonijiet, kontenut u servizzi online – u, għaldaqstant, ta' tkabbir fl-offerta ta’ kontenut u servizzi, u domanda għalihom. Din in-natura għamlitu wkoll aċċelleratur ta’ importanza vitali fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-għarfien, ideat u informazzjoni, inkluż f’pajjiżi fejn l-aċċess għal midja indipendenti huwa limitat. Il-qafas regolatorju attwali għandu l-għan li jippromwovi l-kapaċità tal-utenti li jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni jew li jużaw l-applikazzjonijiet u s-servizzi li jagħżlu huma. Madankollu, dan l-aħħar, ir-rapport tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) dwar prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku ppubblikat f'Mejju 2012 u studju li kkummissjonat l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi u s-Saħħa u ppubblikat f'Diċembru 2012 dwar il-funzjonament tas-suq tal-aċċess u l-provdiment tal-internet minn perspettiva tal-konsumatur, urew li għadd sinifikanti ta' utenti jiġu affettwati minn prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku li jimblukkaw jew jisslowjaw applikazzjonijiet speċifiċi. Dawn ix-xejriet jeħtieġu regoli ċari fil-livell tal-Unjoni biex jinżamm l-internet miftuħ u biex tkun evitata frammentazzjoni tas-suq uniku minħabba miżuri ta' Stati Membri individwali.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46) Il-libertà tal-utenti finali biex jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni u kontenut legali, jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom hija soġġetta li tirrispetta l-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali kompatibbli. Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-limiti għal kull restrizzjoni ta' din il-libertà minn provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku iżda hi mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar id-dritt tal-awtur u d-Direttiva 2000/31/KE.

(46) Il-libertà tal-utenti biex jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni u kontenut, jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom huwa soġġett li jirrispetta l-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali kompatibbli. Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-limiti għal kull restrizzjoni ta’ din il-libertà minn provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku iżda hi mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47) F'internet miftuħ, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku, fil-limiti miftiehma fil-kuntratt dwar il-volumi tad-dejta u l-veloċitajiet għas-servizzi tal-aċċess għall-internet, ma għandhomx jimblukkaw, jisslowjaw, jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom ħlief għal għadd limitat ta' miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku raġonevoli. Dawn il-miżuri għandhom ikunu trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji. Ġestjoni raġonevoli tat-traffiku tinkludi prevenzjoni jew impediment minn reati kriminali serji, inklużi azzjonijiet volontarji ta' provdituri biex jipprevenu l-aċċess għall-pornografija tat-tfal u t-tixrid tagħha. It-tnaqqis kemm jista' jkun tal-effetti tal-konġestjoni tan-netwerk għandu jitqies raġonevoli sakemm il-konġestjoni tan-netwerk tkun biss temporanja jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

(47) F’internet miftuħ, il-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, fil-limiti miftiehma fil-kuntratt dwar il-volumi tad-dejta u l-veloċitajiet għas-servizzi tal-aċċess għall-internet, ma għandhomx jimblukkaw, jisslowjaw, jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom ħlief għal għadd limitat ta’ miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku raġonevoli. Dawn il-miżuri għandhom ikunu teknikament meħtieġa, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji. Għandu jitħalla li tiġi indirizzata l-konġestjoni tan-netwerk sakemm il-konġestjoni tan-netwerk tkun biss temporanja jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jesiġu li provditur juri li t-trattament ugwali tat-traffiku jkun sostanzjalment anqas effiċjenti.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Premessa 47a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47a) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) hi mingħajr preġudizzju għal dan.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) It-tariffi bbażati fuq il-volum għandhom jitqiesu kompatibbli mal-prinċipju ta' internet miftuħ sakemm dawn ikunu jippermettu lill-utenti finali biex jagħżlu t-tariffa korrispondenti għall-konsum normali tad-dejta tagħhom, skont informazzjoni trasparenti dwar il-kundizzjonijiet u l-implikazzjonijiet ta' din l-għażla. Fl-istess waqt, dawn it-tariffi għandhom jippermettu lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jadattaw aħjar il-kapaċitajiet tan-netwerks skont il-volumi tad-dejta mistennija. Hu essenzjali li l-utenti finali jkunu infurmati bis-sħiħ, qabel jaqblu ma' xi limitazzjonijiet fil-volum jew fil-veloċità tad-dejta u mat-tariffi applikabbli, li huma jistgħu jsegwu kontinwament il-konsum tagħhom u faċilment jistgħu jiksbu estensjonijiet fil-volumi tad-dejta disponibbli jekk dawn ikunu jixtiequ.

(48) It-tariffi bbażati fuq il-volum għandhom jitqiesu kompatibbli mal-prinċipju ta' internet miftuħ sakemm dawn ikunu jippermettu lill-utenti jagħżlu t-tariffa korrispondenti għall-konsum normali tad-dejta tagħhom, skont informazzjoni ċara, trasparenti u espliċita dwar il-kundizzjonijiet u l-implikazzjonijiet ta' din l-għażla. Fl-istess waqt, dawn it-tariffi għandhom jippermettu lill-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet jadattaw aħjar il-kapaċitajiet tan-netwerks skont il-volumi tad-dejta mistennija. Hu essenzjali li l-utenti jkunu infurmati bis-sħiħ, qabel jaqblu ma' xi limitazzjonijiet fil-volum jew fil-veloċità tad-dejta u mat-tariffi applikabbli, li huma jistgħu jsegwu kontinwament il-konsum tagħhom u faċilment jistgħu jiksbu estensjonijiet fil-volumi tad-dejta disponibbli jekk dawn ikunu jixtiequ.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49) L-utenti finali qed juru domanda wkoll għal servizzi u applikazzjonijiet li jeħtieġu livell aħjar ta’ kwalità tas-servizzi li joffru l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi. Dawn is-servizzi, fost l-oħrajn, jistgħu jinkludu xandir bil-Protokoll tal-Internet (IP-TV), mezzi ta' vidjokonferenza u ċerti applikazzjonijiet tas-saħħa. Għalhekk l-utenti finali għandhom ukoll ikunu liberi biex jikkonkludu ftehimiet dwar il-provdiment ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi aħjar ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew ma' provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi.

(49) Għandu jkun possibbli li tintlaħaq id-domanda tal-utent għal servizzi u applikazzjonijiet li jeħtieġu livell aħjar ta' kwalità tas-servizzi. Dawn is-servizzi, fost l-oħrajn, jistgħu jinkludu xandir, mezzi ta’ vidjokonferenza u ċerti applikazzjonijiet tas-saħħa. Għalhekk l-utenti għandhom ukoll ikunu liberi li jikkonkludu ftehimiet dwar il-provdiment ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi aħjar ma' provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew ma' provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi. Meta jiġu konklużi ftehimiet bħal dawn mal-provditur tal-aċċess għall-internet, il-provditur għandu jiżgura li s-servizz bi kwalità mtejba ma jkunx ta' dannu materjali għall-kwalità ġenerali tal-aċċess għall-internet. Barra minn hekk, il-miżuri tal-ġestjoni tat-traffiku m'għandhomx jiġu applikati b'tali mod li jiddiskriminaw bejn servizzi li qegħdin f'kompetizzjoni ma' xulxin.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50) Barra minn hekk, hemm domanda għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jipprovdu servizzi ta' trażmissjoni bbażati fuq parametri tal-kwalità flessibbli, inklużi livelli aktar baxxi ta' prijorità għat-traffiku li ma tkunx sensittiva għall-ħin. Il-possibbiltà għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jinnegozjaw dawn il-livelli flessibbli ta' kwalità ta' servizzi ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku hemm bżonnha għall-provdiment ta' servizzi speċjalizzati u hu mistenni li jkollha rwol importanti fl-iżvilupp ta' servizzi ġodda bħall-komunikazzjoni M2M (bejn magna u magna). Fl-istess waqt, dawn l-arranġamenti għandhom jippermettu lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jibbilanċjaw aħjar it-traffiku u jipprevenu konġestjoni fin-netwerks. Għalhekk, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi li jikkonkludu ftehimiet dwar servizzi speċjalizzati b'livelli definiti ta' kwalità tas-servizzi sakemm dawn il-ftehimiet ma jkunux qed idgħajfu sostanzjalment il-kwalità ġenerali tas-servizzi tal-aċċess għall-internet.

(50) Barra minn hekk, hemm domanda għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jipprovdu servizzi ta' trażmissjoni bbażati fuq parametri tal-kwalità flessibbli, inklużi livelli aktar baxxi ta' prijorità għat-traffiku li ma tkunx sensittiva għall-ħin. Il-possibbiltà għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jinnegozjaw dawn il-livelli flessibbli ta’ kwalità ta’ servizzi ma’ provdituri tal-komunikazzjoni elettronika tista’ tkun meħtieġa wkoll għall-provdiment ta’ ċerti servizzi bħall-komunikazzjoni M2M (bejn magna u magna). Għalhekk, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika għandhom jibqgħu liberi li jikkonkludu ftehimiet dwar servizzi speċjalizzati b’livelli definiti ta’ kwalità tas-servizzi sakemm dawn il-ftehimiet ma jdgħajfux il-kwalità ġenerali tas-servizz tal-aċċess għall-internet.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jaqdu rwol essenzjali biex ikun żgurat li l-utenti finali effettivament ikunu jistgħu jeżerċitaw din il-libertà biex jużaw l-aċċess tal-internet miftuħ. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom l-obbligi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar, u jiżguraw il-konformità tal-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku u d-disponibbiltà ta' servizzi tal-aċċess għall-internet nondiskriminatorji u ta' kwalità għolja li ma jiddgħajfux sostanzjalment minn servizzi speċjalizzati. Fil-valutazzjoni tagħhom ta' xkiel ġenerali possibbli għas-servizzi tal-internet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu parametri ta' kwalità bħat-timing u l-affidabbiltà (latenza, jitter, telf fil-pakketti), livelli u effetti tal-konġestjoni fin-netwerk, veleoċitajiet attwali kontra dawk riklamati, il-prestazzjoni tas-servizzi tal-aċċess tal-internet imqabbla ma' servizzi speċjalizzati, u l-kwalità kif perċepita mill-utenti aħħarin. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw is-setgħa jimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi fuq kull provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew fuq uħud individwali, jekk dan ikun meħtieġ biex jevita degradazzjoni ġenerali fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet.

(51) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jaqdu rwol essenzjali biex ikun żgurat li l-utenti effettivament ikunu jistgħu jeżerċitaw din il-libertà biex jużaw l-aċċess tal-internet miftuħ. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom l-obbligi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar, u jiżguraw il-konformità tal-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, provdituri oħra tal-komunikazzjoni elettronika u provdituri oħra tas-servizzi u d-disponibbiltà ta' servizzi tal-aċċess għall-internet nondiskriminatorji u ta' kwalità għolja li ma jiddgħajfux minn servizzi speċjalizzati. Fil-valutazzjoni tagħhom ta' xkiel ġenerali possibbli għas-servizzi tal-internet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu parametri ta' kwalità bħat-timing u l-affidabbiltà (latenza, jitter, telf fil-pakketti), livelli u effetti tal-konġestjoni fin-netwerk, veloċitajiet attwali kontra dawk riklamati, il-prestazzjoni tas-servizzi tal-aċċess tal-internet imqabbla ma' servizzi ta' kwalità mtejba, u l-kwalità kif perċepita mill-utenti. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' lmenti li jipprovdu mekkaniżmi għas-sejbien ta' rimedju effettivi, sempliċi u disponibbli faċilment għall-utenti u għandhom jingħataw is-setgħa jimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi fuq kull provditur tas-servizzi tal-aċċess għall-internet jew fuq uħud individwali, provdituri oħra tal-komunikazzjoni elettronika u provdituri oħra tas-servizzi jekk dan ikun meħtieġ biex tiġi evitata degradazzjoni ġenerali fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52) Il-miżuri li jiżguraw aktar trasparenza u komparabbiltà tal-prezzijiet, it-tariffi, it-termini u l-kundizzjonijiet, u l-parametri tal-kwalità tas-servizzi, inklużi dawk speċifiċi għall-provdiment tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, għandhom iżidu l-kapaċità tal-utenti finali biex jottimizzaw l-għażla tagħhom tal-provdituri u b'hekk igawdu l-kompetizzjoni bis-sħiħ.

(52) Il-miżuri li jiżguraw aktar trasparenza u komparabbiltà tal-prezzijiet, it-tariffi, it-termini u l-kundizzjonijiet, u l-parametri tal-kwalità tas-servizzi, inklużi dawk speċifiċi għall-provdiment tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, għandhom iżidu l-kapaċità tal-utenti finali biex jottimizzaw l-għażla tagħhom tal-provdituri u b'hekk igawdu l-kompetizzjoni bis-sħiħ. Kwalunkwe skema volontarja ta’ ċertifikazzjoni għal websajts ta’ tqabbil, gwidi jew għodod simili interattivi għandha tkun indipendenti minn kwalunkwe provditur ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, tuża lingwaġġ sempliċi u ċar, tuża informazzjoni kompleta u aġġornata, ikollha metodoloġija trasparenti, tkun affidabbli u aċċessibbli skont il-Linji Gwida għall-Aċċessibilità għall-Kontenut tal-Web 2.0 u jkollha proċedura effettiva għat-trattament tal-ilmenti.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53) L-utenti finali għandhom ikunu infurmati kif jixraq dwar il-prezz u t-tip ta' servizz offrut qabel jixtru servizz. Din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll minnufih qabel il-konnessjoni tas-sejħa meta s-sejħa għal numru jew servizz speċifiċi tkun soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari tal-prezzijiet, bħal sejħiet għal servizzi b'rata premium li bosta drabi jkunu soġġetti għal rata speċjali. Meta obbligu bħal dan ikun sproporzjonat minħabba t-tul u l-ispiża tal-informazzjoni dwar it-tariffi għall-provditur tas-servizz meta mqabbel mat-tul medju tas-sejħa u r-riskju tal-ispiża li għalih ikun espost l-utent finali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jagħtu deroga. L-utenti finali għandhom ikunu informati wkoll jekk numru ta' telefonata bla ħlas ikunx soġġett għal ħlasijiet addizzjonali.

imħassar

Emenda  51

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54) Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jinfurmaw lill-utenti finali kif jixraq, fost l-oħrajn dwar is-servizzi u t-tariffi tagħhom, il-parametri tal-kwalità tas-servizzi, l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza u kull limitazzjoni, u l-għażla ta' servizzi u prodotti li tfasslu għal konsumaturi b'diżabbiltà. Din l-informazzjoni għandha tingħata b'mod ċar u trasparenti u tkun speċifika għall-Istati Membri fejn ikunu pprovduti s-servizzi, u tiġi aġġornata meta jkollhom xi tibdil. Il-provdituri għandhom jiġu eżentati minn dawn ir-rekwiżiti tal-informazzjoni meta l-offerti li jiġu negozjati b'mod individwali.

(54) Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jinfurmaw lill-utenti finali kif jixraq, fost l-oħrajn dwar is-servizzi u t-tariffi tagħhom, il-parametri tal-kwalità tas-servizzi, l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza u kull limitazzjoni, u l-għażla ta' servizzi u prodotti li tfasslu għal konsumaturi b'diżabbiltà. Fil-każ ta' pjanijiet ta' tariffa b'volum predefinit ta' komunikazzjonijiet, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jgħarrfu wkoll lill-konsumaturi u utenti finali oħrajn li jkunu jixtiequ jgħaddu xi volum mhux użat mill-perjodu tal-ħlas preċedenti għall-perjodu attwali, dwar il-possibilità li jagħmlu dan. Din l-informazzjoni għandha tingħata b'mod ċar u trasparenti u tkun speċifika għall-Istati Membri fejn ikunu pprovduti s-servizzi, u tiġi aġġornata meta jkollhom xi tibdil. Il-provdituri għandhom jiġu eżentati minn dawn ir-rekwiżiti tal-informazzjoni fir-rigward ta' offerti li jiġu negozjati b'mod individwali.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56) Il-kuntratti huma mezz importanti għall-utenti finali biex ikun żgurat livell għoli ta' trasparenza fl-informazzjoni u ċertezza legali. Lill-utent finali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jagħtuh informazzjoni ċara u komprensiva dwar kull element essenzjali tal-kuntratt qabel dan jintrabat bih. L-informazzjoni għandha tkun obbligatorja u ma għandhiex tinbidel ħlief bi ftehim sussegwenti bejn l-utent finali u l-provditur Dan l-aħħar, il-Kummissjoni u bosta awtoritajiet regolatorji nazzjonali sabu diskrepanzi konsiderevoli bejn il-veloċità riklamata tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u l-veloċità proprja disponibbli lill-utenti finali. Għalhekk, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jinfurmaw lill-utenti finali, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, dwar il-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi li huma jistgħu realistikament jipprovdu fil-post ewlieni tal-utent finali.

(56) Il-kuntratti huma mezz importanti għall-utenti finali biex ikun żgurat livell għoli ta' trasparenza fl-informazzjoni u ċertezza legali. Lill-utent finali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jagħtuh informazzjoni ċara u komprensiva dwar kull element essenzjali tal-kuntratt qabel dan jintrabat bih. L-informazzjoni għandha tkun obbligatorja u ma għandhiex tinbidel ħlief bi ftehim sussegwenti bejn l-utent finali u l-provditur Dan l-aħħar, il-Kummissjoni u bosta awtoritajiet regolatorji nazzjonali sabu diskrepanzi konsiderevoli bejn il-veloċità riklamata tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u l-veloċità proprja disponibbli lill-utenti. Għalhekk, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jinfurmaw lill-utenti, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, dwar il-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi li huma jistgħu realistikament jipprovdu fil-post ewlieni tal-utent. Għall-konnessjonijiet tad-dejta fissi u mobbli, il-veloċità normalment disponibbli hija l-veloċità ta' servizz tal-komunikazzjoni li l-konsumatur jista' jistenna li jirċievi f'ħafna miż-żmien meta jaċċessa s-servizz, irrispettivament mill-ħin tal-jum. Il-veloċità normalment disponibbli għandha tiġi kkalkulata mill-meded tal-veloċità stmati, mill-medja tal-veloċità, mill-veloċità fis-sigħat tal-akbar traffiku u mill-veloċità minima. Il-metodoloġija għandha tiġi stabbilita fil-linji gwida tal-BEREC u tiġi rieżaminata u aġġornata regolarment biex tirrifletti l-evoluzzjoni fit-teknoloġija u fl-infrastruttura. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provdituri jippermettu li l-utenti finali jkollhom aċċess għal informazzjoni komparabbli tan-netwerks mobbli, inklużi teknoloġiji differenti fl-Istat Membru rispettiv, qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt, sabiex dawk l-utenti finali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar xiri.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57) Fir-rigward ta' tagħmir terminali, il-kuntratti għandhom jispeċifikaw kull restrizzjoni imposta mill-provditur fejn jidħol l-użu tat-tagħmir, pereżempju b'apparat mobbli bis-"SIM-locking", u kull imposta dovuta għat-terminazzjoni tal-kuntratt qabel id-data tal-iskadenza miftiehma. L-ebda imposta ma għandha tkun dovuta wara li jiskadi t-tul taż-żmien miftiehem tal-kuntratt.

(57) Fir-rigward ta' tagħmir terminali, il-kuntratti għandhom jispeċifikaw kull restrizzjoni imposta mill-provditur fejn jidħol l-użu tat-tagħmir, pereżempju b'apparat mobbli bis-"SIM-locking", u kull imposta dovuta għat-terminazzjoni tal-kuntratt qabel id-data tal-iskadenza miftiehma. L-ebda imposta ma għandha tkun dovuta wara li jiskadi t-tul taż-żmien miftiehem tal-kuntratt. Il-kuntratti għandhom jispeċifikaw ukoll it-tipi ta' servizzi wara l-bejgħ, servizzi ta' manutenzjoni u servizzi ta' appoġġ għall-konsumatur ipprovduti. Meta jkun possibbli, dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll informazzjoni teknika, li tingħata meta tintalab, dwar il-funzjonament xieraq tat-tagħmir terminali magħżul mill-utent finali. Sakemm ma tiġi identifikata l-ebda inkompatibilità teknika, dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58) Biex jiġu evitati ħasdiet bil-kontijiet, l-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jiddefinixxu limiti finanzjarji massimi għall-imposti relatati ma' kemm jużaw is-servizzi tas-sejħiet u tal-aċċess għall-internet. Din il-faċilità għandha tkun disponibbli bla ħlas, b'notifika xierqa li tkun tista' terġa' tiġi kkonsultata mill-ġdid meta jinqorob il-limitu. Meta jintlaħaq il-limitu massimu, l-utenti finali ma għandhomx jibqgħu jirċievu dawk is-servizzi u ma għandhomx jibqgħu jintalbu jħallsu għalihom, sakemm dawn ma jitolbux speċifikament li jissokta l-provdiment kif miftiehem mal-provditur.

(58) Biex jiġu evitati ħasdiet bil-kontijiet, għas-servizzi kollha li jitħallsu wara li jingħataw, l-utenti għandhom ikunu jistgħu jiffissaw limiti finanzjarji massimi predefiniti għall-imposti relatati ma' kemm jużaw is-servizzi tas-sejħiet u tal-aċċess għall-internet. Din il-faċilità għandha tinkludi notifika xierqa li tkun tista’ terġa’ tiġi kkonsultata mill-ġdid meta jinqorob il-limitu.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Premessa 58a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58a) L-ipproċessar tad-dejta personali msemmi fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness għandu jikkonforma mad-Direttiva 95/46 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta1a, li jirregola l-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq fl-Istati Membri skont dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-awtoritajiet pubbliċi indipendenti maħtura mill-Istati Membri, u mad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika1b.

________________

1a Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

1b 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

Emenda  56

Proposta għal regolament

Premessa 58b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58b) L-ipproċessar tad-dejta personali msemmija fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness għandu jkun b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u rigward il-moviment ħieles ta' din id-dejta.1a

__________________

1a ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1

Emenda  57

Proposta għal regolament

Premessa 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(59) L-esperjenza mill-Istati Membri u minn studju riċenti li kkummissjonat l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi u s-Saħħa wriet li perjodi twal tal-kuntratt u estensjonijiet awtomatiċi jew taċiti tal-kuntratti joħolqu ostakli sinifikanti biex wieħed ikun jista' jibdel il-provditur. Għaldaqstant hu mixtieq li bla ma jġarrbu spejjeż, l-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jitterminaw kuntratt sitt xhur wara l-konklużjoni tiegħu. F'dan il-każ, l-utenti finali jistgħu jintalbu jikkompensaw lill-provdituri tagħhom għall-valur residwu tat-tagħmir terminali sussidjat jew għall-valur pro rata tempore ta' xi promozzjonijiet oħrajn. Il-kuntratti li jiġu estiżi b'mod taċitu għandhom ikunu soġġetti għal terminazzjoni b'perjodu ta' avviż ta' xahar.

imħassar

Emenda  58

Proposta għal regolament

Premessa 63

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(63) Sabiex jiġi appoġġat il-provdiment ta' one-stop-shops u sabiex l-utenti finali jsibuha eħfef biex jibdlu l-provditur bla intoppi, il-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor għandu jmexxih il-provditur riċeventi tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku. Il-provditur trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandux itawwal jew ixekkel il-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor. Għandhom jintużaw kemm jista' jkun proċessi awtomatizzati u jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta personali. Id-disponibbiltà ta' informazzjoni trasparenti, preċiża u f'waqtha dwar il-bidla minn provditur għal ieħor, għandha żżid il-kunfidenza tal-utenti finali fil-bdil u tagħmilhom aktar disposti li jieħdu sehem b'mod attiv fil-proċess kompetittiv.

(63) Sabiex l-utenti finali jsibuha eħfef biex jibdlu l-provditur bla intoppi, il-BEREC għandu jingħata s-setgħa li jwaqqaf linji gwida li jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi tal-provditur li qed jirċievi u ta' dak li jittrasferixxi fil-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor u tal-portabbiltà, filwaqt li jiżgura, fost l-oħrajn, li l-provditur trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma jtawwalx jew ixekkel il-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor, li l-proċess ikun awtomatizzat kemm jista’ jkun u jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali. Dawn il-linji gwida għandhom jindirizzaw ukoll il-kwistjoni dwar kif għandha tkun żgurata l-kontinwità fl-esperjenza tal-utenti finali, inkluż permezz ta’ identifikaturi bħall-indirizzi tal-email, permezz, pereżempju, tal-opportunità li wieħed jagħżel il-faċilità tal-forwarding tal-emails. Id-disponibbiltà ta' informazzjoni trasparenti, preċiża u f'waqtha dwar il-bidla minn provditur għal ieħor, għandha żżid il-kunfidenza tal-utenti finali fil-bdil u tagħmilhom aktar disposti li jieħdu sehem b'mod attiv fil-proċess kompetittiv.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Premessa 64

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(64) Il-kuntratti mal-providituri trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jiġu terminati awtomatikament wara li ssir il-bidla minn provditur għal ieħor, u l-utenti ma għandhomx jintalbu jagħmlu passi oħrajn. Fil-każ ta' servizzi mħallsa minn qabel, kull bilanċ ta' kreditu li ma jintefaqx għandu jintradd lura lil konsumatur li jkun qed jibdel il-provditur.

imħassar

Emenda  60

Proposta għal regolament

Premessa 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65) L-utenti finali jeħtieġu l-kontinwità meta jbiddlu identifikaturi importanti bħal indirizzi tal-email. Għal dan il-għan, u biex ikun żgurat li ma jintilfux l-emails, l-utenti finali għandhom jingħataw l-opportunità li jagħżlu faċilità tad-direzzjonar tal-emails, bla ħlas, li joffri l-provditur trasferenti tas-servizz tal-aċċess għall-internet meta l-utent finali jkollu indirizz tal-email pprovdut mill-provditur trasferenti.

imħassar

Emenda  61

Proposta għal regolament

Premessa 68

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(68) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi u fis-suq, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' adattament tal-Annessi. Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

imħassar

Emenda  62

Proposta għal regolament

Premessa 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70) Is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-armonizzazzjoni u l-kordinazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-ispettru tar-radju, il-karatteristiċi ta' punti tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar, il-koordinazzjoni bejn Stati Membri fl-allokazzjoni tal-ispettru tar-radju, aktar regoli tekniċi u metodoloġiċi dettaljati dwar il-prodotti tal-aċċess virtwali Ewropej, u s-salvagwardja ta' aċċess għall-internet u ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku u ta' kwalità tas-servizzi, għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25.

(70) Is-setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mal-armonizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-ispettru tar-radju, il-karatteristiċi ta’ punti tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar u l-kriterji tal-użu ġust għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25.

____________________

____________________

25Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda  63

Proposta għal regolament

Premessa 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71) Sabiex tkun żgurata konsistenza bejn l-għan u l-miżuri meħtieġa biex jitlesta s-suq uniku tal-komunikazzjoni elettronika skont dan ir-Regolament u xi dispożizzjonijiet leġiżlattivi eżistenti speċifiċi u biex ikunu riflessi elementi ewlenin tal-prattika tad-deċiżjonijiet li qed tevolvi, għandhom jiġu emendati d-Direttiva 2002/21/KE, id-Direttivi 2002/20/KE u 2002/22/KE u r-Regolament Nru 531/2012. Dan jinkludi li għad-Direttiva 2002/21/KE u d-Direttivi relatati li jridu jinqraw ma' dan ir-Regolament, ikunu previsti l-introduzzjoni ta' setgħat imsaħħa lill-Kummissjoni biex tiżgura konsistenza tar-rimedji imposti fuq provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq, fil-kuntest tal-mekkaniżmu Ewropew tal-konsultazzjoni, l-armonizzazzjoni tal-kriterji adottati fil-valutazzjoni tad-definizzjoni u tal-kompetittività tas-swieq rilevanti, l-adattament tas-sistema ta' notifika skont id-Direttiva 2002/20/KE fid-dawl tal-awtorizzazzjoni unika tal-UE kif ukoll ir-revoka ta' dispożizzjonijiet dwar armonizzazzjoni minima tal-utenti finali previsti fid-Direttiva 2002/22/KE li ma jibqax bżonnhom wara l-armonizzazzjoni sħiħa prevista f'dan ir-Regolament.

(71) Sabiex tkun żgurata konsistenza bejn l-għan u l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament u xi dispożizzjonijiet leġiżlattivi eżistenti speċifiċi, għandhom jiġu emendati d-Direttiva 2002/21/KE, id-Direttivi 2002/20/KE u 2002/22/KE u r-Regolament Nru 531/2012 u r-Regolament (KE) Nru 1211.2009, kif ukoll id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE. Dan jinkludi l-armonizzazzjoni tal-kriterji adottati fil-valutazzjoni tad-definizzjoni u tal-kompetittività tas-swieq rilevanti, l-adattament tas-sistema ta’ notifika skont id-Direttiva 2002/20/KE kif ukoll ir-revoka ta’ dispożizzjonijiet dwar armonizzazzjoni minima tal-utenti finali previsti fid-Direttiva 2002/22/KE li ma jibqax bżonnhom wara l-armonizzazzjoni prevista f’dan ir-Regolament.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Premessa 72

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(72) Is-suq tal-komunikazzjoni mobbli jibqa' frammentat fl-Unjoni, u bla netwerk tat-telefonija mobbli li jkopri l-Istati Membri kollha. Minħabba f'hekk, sabiex jipprovdu servizzi tal-komunikazzjoni mobbli lill-klijenti domestiċi tagћhom li jivvjaġġaw fl-Unjoni, il-provdituri tar-roaming iridu jixtru servizzi tar-roaming għall-operaturi mingħand operaturi fi Stat Membru miżjur. Dawn it-tariffi għall-operaturi joħolqu impediment importanti biex jiġu pprovduti servizzi tar-roaming f'livelli ta' prezzijiet li jikkorrispondu għal servizzi mobbli domestiċi. Għalhekk għandhom jiġu adottati aktar miżuri li jiffaċilitaw it-tnaqqis ta' dawn it-tariffi. Ftehimiet kummerċjali jew tekniċi bejn il-provdituri tar-roaming li jippermettu estensjoni virtwali tal-kopertura tan-netwerk tagħhom madwar l-UE, jipprovdu mezz biex jiġu internalizzati l-ispejjeż għall-operaturi. Sabiex jiġu pprovduti inċentivi xierqa, għandhom jiġu adottati ċerti obbligi regolatorji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26. B'mod partikolari, meta l-provdituri tar-roaming, bis-saħħa tan-netwerks tagħhom stess jew permezz ta' ftehimiet tar-roaming bilaterali jew multilaterali jiżguraw li l-klijenti tagħhom fl-Unjoni jiġu offruti tariffi tar-roaming fil-livell tat-tariffi domestiċi, l-obbligu li l-provdituri domestiċi jippermettu lill-klijenti tagħhom aċċess għal servizzi tar-roaming bl-SMS, il-vuċi u d-dejta ta' xi provditur alternattiv tar-roaming, ma għandux japplika għal dawn il-provdituri, u soġġett għal perjodu ta' tranżizzjoni meta dan l-aċċess ikun diġà ngħata.

imħassar

__________________

26 Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10).

Emenda  65

Proposta għal regolament

Premessa 73

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(73) Il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar ir-roaming jistgħu jippermettu operatur tat-telefonija mobbli li jittratta r-roaming mill-klijenti domestiċi tiegħu bin-netwerks ta' msieħba, bħala li, sa ċertu livell sinifikanti, ikun ekwivalenti għall-provdiment ta' servizzi lil dawn il-klijenti bin-netwerks tiegħu, b'effetti konsegwenzjali fuq il-prezzijiet tiegħu għall-konsumaturi għal din il-kopertura virtwali fuq in-netwerk proprju madwar l-Unjoni. Arranġament bħal dan fil-livell tal-operaturi jista' jippermetti l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda tar-roaming u għalhekk iżid l-għażla u l-kompetizzjoni fil-livell tal-konsumaturi.

imħassar

Emenda  66

Proposta għal regolament

Premessa 74

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(74) L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u r-Regolament Nru 531/2012 jistabbilixxu l-għan strateġiku li għandha tixxejjen id-differenza bejn it-tariffi tar-roaming u dawk domestiċi. F'termini prattiċi, dan jeħtieġ li l-konsumaturi li jkunu jaqgħu f'xi kategorija osservabbli wiesgħa tal-konsum domestiku, identifikati b'referenza għall-bosta pakketti domestiċi għall-konsumaturi li toffri xi parti, ikunu jistgħu b'mod kunfidenti jirreplikaw ix-xejra tipika tal-konsum domestiku li tkun assoċjata mal-pakketti domestiċi rispettivi tagħhom għall-konsumaturi filwaqt li minn żmien għal żmien ikunu qed jivvjaġġaw fl-Unjoni, mingħajr spejjeż addizzjonali ma' dawk imġarrba f'ambjent domestiku. Dawn il-kategoriji wiesgħin jistgħu jiġu identifikati mill-prattika kummerċjali attwali b'referenza, pereżempju, għad-differenzjazzjoni fil-pakketti domestiċi għall-konsumaturi bejn klijenti li jħallus qabel u dawk li jħallsu wara; pakketti ta' GSM biss (jiġifieri bil-vuċi, bl-SMS); pakketti adattati għal volumi differenti ta' konsum; pakketti għan-negozji u għall-użu tal-konsumatur rispettivament; pakketti għall-konsumaturi bi prezzijiet għal kull unità kkunsmata u dawk li jipprovdu “damma” ta’ unitajiet (eż. damma ta’ minuti ta' vuċi, damma ta’ megabytes ta’ dejta) b’miżata standard, irrispettivament mill-konsum attwali. Id-diversità tal-pjanijiet u l-pakkett ta' tariffi għall-konsumaturi li huma disponibbli għal klijenti fi swieq domestiċi tat-telefonija mobbli amdwar l-Unjoni, takkomoda d-domandi varji tal-utenti li huma assoċjati ma' suq kompetittiv. Dik il-flessibbiltà fis-swieq domestiċi għandha tkun riflessa wkoll fl-ambjent tar-roaming intra-Unjoni, filwaqt li ma għandux jintesa li l-ħtieġa ta' provdituri tar-roaming għal inputs għall-operaturi mingħand operaturi indipendenti tan-netwerk fi Stati Membri differenti, xorta tista' tiġġustifika l-impożizzjoni ta' limiti b'referenza għal użu raġonevoli jekk it-tariffi domestiċi jiġu applikati għal konsum tar-roaming bħal dan..

imħassar

Emenda  67

Proposta għal regolament

Premessa 75

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(75) Filwaqt li qabelxejn hu f'idejn il-provdituri tar-roaming li jivvalutaw huma stess il-karattru raġonevoli tal-volumi tas-sejħiet bil-vuċi, l-SMS u d-dejta tar-roaming li jridu jkopru r-rati domestiċi f'bosta pakketti għall-konsumaturi li jkollhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw l-applikazzjoni mingħand il-provdituri tar-roaming ta' dawn il-limiti tal-użu raġonevoli u jiżguraw li dawn ikunu definiti speċifikament b'referenza għall-informazzjoni kwantifikata dettaljata fil-kuntratti b'termini ċari u trasparenti għall-klijenti. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu sew il-gwida rilevanti tal-BEREC. Fil-gwida tiegħu, il-BEREC għandu jidentifika bosta mudelli sostanzjati bix-xejriet sottostanti tal-użu tal-vuċi, id-dejta u l-SMS fil-livell tal-Unjoni, u l-evoluzzjoni tal-aspettattivi b'mod partikolari fejn jidħol il-konsum tad-data bla wajers.

(75) Filwaqt li l-provdituri tar-roaming jivvalutaw huma stess il-volumi tas-sejħiet bil-vuċi, l-SMS u d-dejta tar-roaming li jridu jkopru bir-rati domestiċi f'bosta pakketti għall-konsumaturi li jkollhom, huma jistgħu, minkejja t-tneħħija tat-tariffi tar-roaming tal-konsumaturi sal-15 ta' Diċembru 2015, japplikaw "klawżola għall-użu ġust" għall-konsum tas-servizzi tar-roaming regolati għall-konsumatur mogħtija bil-prezz lokali applikabbli, b'referenza għall-kriterji tal-użu ġust. Dawn il-kriterji għandhom jiġu applikati b'mod li l-konsumaturi jkunu jistgħu b'mod kunfidenti jirreplikaw ix-xejra tipika tal-konsum lokali li tkun assoċjata mal-pakketti lokali rispettivi tagħhom għall-konsumaturi filwaqt li minn żmien għal żmien ikunu qed jivvjaġġaw fl-Unjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw l-applikazzjoni mingħand il-provdituri tar-roaming ta' dawn il-limiti tal-użu ġusti u jiżguraw li dawn ikunu definiti speċifikament b'referenza għall-informazzjoni kwantifikata dettaljata fil-kuntratti b'termini ċari u trasparenti għall-klijenti. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu sew il-gwida rilevanti tal-BEREC, abbażi tar-riżultati ta’ konsultazzjoni pubblika, għall-applikazzjoni ta' kriterji tal-użu ġust fil-kuntratti għall-konsumaturi li jipprovdu l-provdituri tar-roaming. Fil-gwida tiegħu, il-BEREC għandu jidentifika bosta mudelli sostanzjati bix-xejriet sottostanti tal-użu tal-vuċi, id-dejta u l-SMS fil-livell tal-Unjoni, u l-evoluzzjoni tal-aspettattivi b'mod partikolari fejn jidħol il-konsum tad-data bla wajers. L-ogħla limiti ewrotarrifarji massimi għandhom ikomplu jservu bħala limitu ta' salvagwardja għat-tariffi għall-konsum ogħla mil-limiti tal-użu ġust sakemm jibqa' fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru 531/2012.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Premessa 76

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(76) Barra minn hekk, issa, it-tnaqqis sinifikanti fir-rati tat-terminazzjoni mobbli madwar l-Unjoni kollha fil-passat riċenti għandu jippermetti t-tneħħija ta' tariffi tar-roaming addizzjonali għal telefonati riċevuti.

(76) Sabiex jiġu pprovduti ċarezza u ċertezza tad-dritt, id-data tal-15 ta' Diċembru 2015 għandha tiġi stabbilita għall-eliminazzjoni gradwali finali tas-soprataxxi tar-roaming tal-konsumaturi li ġew introdotti bir-Regolament (KE) Nru 717/2007. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta' Ġunju 2015, qabel dik l-abolizzjoni finali tas-soprataxxi fuq il-konsumaturi, tirrapporta dwar kwalunkwe tibdil meħtieġ għar-rati għall-operaturi jew għall-mekkaniżmi tas-suq tal-operaturi, waqt li tikkunsidra wkoll ir-rati tat-terminazzjoni tal-mobajl (MTR) applikabbli għar-roaming fl-Unjoni kollha.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Premessa 77

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(77) Sabiex tiġi pprovduta stabilità u tmexxija strateġika lill-attivitajiet tal-BEREC, il-Bord tar-Regolaturi BEREC għandu jkun irrappreżentat minn President b’impjieg sħiħ maħtur mill-Bord tar-Regolaturi, fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar il-parteċipanti fis-swieq tal-komunikazzjoni elettronika u s-swieq, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni, wara proċedura miftuħa tal-għażla organizzata u ġestita mill-Bord tar-Regolaturi assistit mill-Kummissjoni. Għan-nomina tal-ewwel President tal-Bord tar-Regolaturi, il-Kummissjoni għandha, inter alia, tasal għal lista finali ta’ kandidati fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja. Għan-nomini sussegwenti, l-opportunità li jkun hemm lista mqassra mfassla mill-Kummissjoni għandha tiġi riveduta f’rapport li għandu jiġi stabbilit skont dan ir-Regolament. L-Uffiċċju tal-BEREC għandu għalhekk jinkludi l-President tal-Bord tar-Regolaturi, Kumitat ta’ tmexxija u Maniġer Amministrattiv.

imħassar

Emenda  70

Proposta għal regolament

Premessa 78

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(78) Għalhekk id-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 għandhom jiġu emendati skont dan.

(78) Għalhekk id-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012, kif ukoll id-Deċiżjoni 243/2012/UE, għandhom jiġu emendati skont dan.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Premessa 79

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(79) Il-Kummissjoni tista' dejjem titlob l-opinjoni tal-BEREC skont ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009, meta jidhrilha li tkun meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(79) Il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-BEREC skont ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009, meta meħtieġ għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Premessa 79a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(79a) Il-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jiġi rieżaminat kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapport ta’ Implimentazzjoni dwar il-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika 1a. Ir-rieżami għandu jkun ibbażat fuq valutazzjonijiet ex-post tal-impatt tal-qafas mill-2009, konsultazzjoni sħiħa u valutazzjoni ex-ante bir-reqqa tal-impatti mistennija tal-proposti li jirriżultaw mir-rieżami. Il-proposti għandhom jiġi ppreżentati fi żmien li jippermetti ħin biżżejjed biex il-leġiżlatur janalizzahom u jiddiskutihom tajjeb.

____________

1a P7_TA(2013)0454

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji regolatorji u r-regoli dettaljati meħtieġa biex jitlesta suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika, li fih:

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli meħtieġa biex:

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-provdituri ta' servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika jkollhom id-dritt, il-kapaċità u l-inċentiv li jiżviluppaw, jestendu u joperaw in-netwerks tagħhom u li jipprovdu servizzi irrispettivament minn fejn il-provditur ikun stabbilit jew fejn fl-Unjoni jkunu jinsabu l-klijenti tiegħu,

(a) jiġi faċilitat l-eżerċizzju prattiku tad-dritt tal-provdituri ta’ servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika li joperaw in-netwerks tagħhom u li jipprovdu servizzi irrispettivament minn fejn il-provditur ikun stabbilit jew fejn fl-Unjoni jkunu jinsabu l-klijenti tiegħu permezz ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni armonizzata u ssimplifikata bbażata fuq mudell armonizzat,

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) iċ-ċittadini u n-negozji jkollhom id-dritt u l-possibbiltà li jaċċessaw servizzi tal-komunikazzjoni elettronika kompetittivi, siguri u affidabbli, irrispettivament minn fejn ikunu pprovduti fl-Unjoni, mingħajr ma jixxekklu minn restrizzjonijiet transfruntieri jew spejjeż addizzjonali mhux ġustifikati.

(b) jiġi faċilitat l-eżerċizzju prattiku tad-dritt taċ-ċittadini u n-negozji li jaċċessaw servizzi tal-komunikazzjoni elettronika kompetittivi, siguri u affidabbli, b'regoli komuni li jiggarantixxu standards għolja ta' protezzjoni, privatezza u sigurtà tad-dejta personali tagħhom, mingħajr ma jixxekklu minn restrizzjonijiet transfruntieri jew spejjeż addizzjonali mhux ġustifikati,

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) jintlaħaq qafas tal-Unjoni aktar koordinat għal spettru tar-radju armonizzat għas-servizzi ta’ komunikazzjoni broadband mingħajr wajers;

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb) biex tiġi indirizzata l-eliminazzjoni gradwali ta’ soprataxxi mhux ġustifikati għal komunikazzjoni tar-roaming fl-Unjoni.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji regolatorji li skonthom il-Kummissjoni, il-Korp tar-Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jaġixxu, ilkoll fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom, flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE, biex:

2. B’mod partikolari, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji regolatorji li skonthom il-Kummissjoni, il-Korp tar-Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u reġjonali għandhom jaġixxu, ilkoll fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom, flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE, biex:

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) ikunu żgurati kundizzjonijiet regolatorji simplifikati, prevedibbli u konverġenti rigward parametri amministrattivi u kummerċjali ewlenin, inkluż fir-rigward tal-proporzjonalità ta' obbligi individwali li jistgħu jiġu imposti skont l-analiżi tas-suq;

imħassar

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) tkun promossa kompetizzjoni sostenibbli fis-suq uniku u l-kompetittività globali tal-Unjoni, u biex tonqos ir-regolamentazzjoni tas-suq speċifika għas-setturi kif jixraq, meta jintlaħqu dawn l-għanijiet;

imħassar

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jitħeġġu l-investiment u l-innovazzjoni f'infrastrutturi ġodda u msaħħa ta' kapaċità għolja li jilħqu l-Unjoni kollha u li jistgħu jaqdu d-domanda tal-utenti finali li dejjem tevolvi;

(c) jitħeġġu l-investiment u l-innovazzjoni f’infrastrutturi ġodda u msaħħa ta’ kapaċità għolja u jiġi żgurat li dawn jilħqu l-Unjoni kollha u li jkunu jistgħu jaqdu d-domanda tal-utenti finali li dejjem tevolvi, ikunu fejn ikunu l-utenti finali fit-territorju tal-Unjoni;

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) jiġi faċilitat provdiment tas-servizz innovattiv u ta' kwalità għolja;

imħassar

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e) ikunu żgurati d-disponibbiltà u l-użu tassew effiċjenti tal-ispettru tar-radju, kemm jekk soġġett għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali jew tad-drittijet għall-użu individwali, għal servizzi broadband bla wajers b'appoġġ għall-innovazzjoni, l-investiment, l-impjiegi u l-ġid tal-utenti finali;

imħassar

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

f) jinqdew l-interessi taċ-ċittadini u l-utenti finali tal-konnettività billi jitrawmu l-kundizzjonijiet tal-investiment biex tiżdied l-għażla u l-kwalità tal-aċċess għan-netwerk u tas-servizz, u billi tkun faċilitata l-mobilità madwar l-Unjoni u l-inklużjoni kemm territorjali kif ukoll soċjali.

imħassar

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-prinċipji regolatorji ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 2, dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll ir-regoli dettaljati meħtieġa għal:

imħassar

(a) awtorizzazzjoni unika tal-UE għall-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika

(b) aktar konverġenza tal-kundizzjonijiet regolatorji fir-rigward tal-ħtieġa u l-proporzjonalità ta' rimedji imposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq il-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika;

(c) il-providment armonizzat fil-livell tal-Unjoni ta' ċerti prodotti għall-operaturi għal broadband skont kundizzjonijiet regolatorji konverġenti;

(d) qafas Ewropew kordinat għall-assenjament tal-ispettru tar-radju armonizzat għal servizzi tal-komunikazzjoni broadband bla wajers, sabiex b'hekk jinħoloq spazju Ewropew bla wajers;

(e) l-armonizzazzjoni ta' regoli relatati mad-drittijiet tal-utenti finali u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva fis-swieq tal-konsumaturi, biex b'hekk jinħoloq spazju Ewropew tal-konsumaturi għall-komunikazzjoni elettronika;

(f) it-tneħħija ta' soprataxxi mhux ġustifikati fuq il-komunikazzjonijiet intra-Unjoni u komunikazzjonijiet tar-roaming fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Bit-trasferiment tad-drittijiet tal-konsumatur li jinsabu f’din il-proposta għal regolament fid-Direttiva dwar Servizzi Universali, ma jkunx hemm il-ħtieġa li dawn jinżammu fl-abbozz tar-Regolament.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-acquis tal-Unjoni relatat mal-protezzjoni tad-dejta u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) "provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika" tfisser impriża stabbilita fl-Unjoni li tipprovdi jew beħsiebha tipprovdi netwerks jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, direttament jew minn sussidjarja waħda jew iżjed, indirizzati għal aktar minn Stat Membru wieħed u li ma tistax titqies bħala sussidjarja ta' provditur ieħor tal-komunikazzjoni elettronika;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dawn id-dispożizzjonijiet jintroduċu qafas kumpless ħafna li jinvolvi struttura superviżorja mhux prevedibbli. Kwalunkwe proposta bħal din għandha tiġi sottoposta għal proċess ta’ konsultazzjoni magħmul bir-reqqa u konsegwentement għandha tiġi analizzata waqt ir-rieżami tal-qafas kollu.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) "sussidjarja" tfisser impriża li fiha, impriża oħra direttament jew indirettament:

imħassar

(i) għandha s-setgħa teżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot, jew

(ii) għandha s-setgħa taħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord tas-superviżjoni, tal-bord tat-tmexxija jew tal-korpi li jirrappreżentaw lill-impriża legalment, jew

(iii) għandha d-dritt tmexxi l-affarijiet tal-impriża;

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) "awtorizzazzjoni unika tal-UE" tfisser il-qafas legali applikabbli għal provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha skont l-awtorizzazzjoni ġenerali fl-Istat Membru tad-domiċilju u skont dan ir-Regolament;

imħassar

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) "Stat Membru tad-domiċilju" tfisser l-Istat Membru fejn il-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu l-istabbiliment ewlieni tiegħu;

imħassar

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) "l-istabbiliment ewlieni" tfisser il-post tal-istabbiliment fl-Istat Membru fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-investimenti fi u twettiq tal-provdiment ta' servizzi jew netwerks tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni;

imħassar

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) "Stat Membru ospitant" tfisser kull Stat Membru differenti mill-Istat Membru tad-domiċilju, fejn il-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jipprovdi netwerks jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika;

imħassar

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) "spettru tar-radju armonizzat għall-komunikazzjoni broadband bla wajers" tfisser l-ispettru tar-radju li għalih il-kundizzjonijiet tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27, u jintuża għal servizzi tal-komunikazzjoni elettronika ħlief għax-xandir;

(8) “spettru tar-radju armonizzat għall-komunikazzjoni broadband bla wajers” tfisser l-ispettru tar-radju li għalih il-kundizzjonijiet tad-disponibbiltà, l-effiċjenza u l-użu primarju huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2002/21/KE u d-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27, u jintuża għal servizzi tal-komunikazzjoni elettronika ħlief għax-xandir;

__________________

__________________

27 Deċiżjoni u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1).

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) "punt tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar" tfisser tagħmir żgħir tal-aċċess għal netwerk bla wajers b'qawwa baxxa li jaħdem f'distanzi qosra, li jista' jkun jew ma jkunx parti minn netwerk tal-komunikazzjoni mobbli terrestri pubbliku, u li jkollu antenna b'impatt viżiv baxx, waħda jew aktar, biex il-pubbliku jkollu aċċess bla wajers għal netwerks tal-komunikazzjoni elettronika irrispettivament mit-tipoloġija tan-netwerk sottostanti;

(9) “punt tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar” tfisser tagħmir żgħir tal-aċċess għal netwerk bla wajers b’qawwa baxxa li jaħdem f'distanzi qosra, bl-użu ta’ spettru liċenzjat jew ta' taħlita ta’ spettru liċenzjat jew eżentat mil-liċenzjar, li jista’ jkun jew ma jkunx parti minn netwerk tal-komunikazzjoni mobbli terrestri pubbliku, u li jkollu antenna b'impatt viżiv baxx, waħda jew aktar, biex il-pubbliku jkollu aċċess bla wajers għal netwerks tal-komunikazzjoni elettronika irrispettivament mit-tipoloġija tan-netwerk sottostanti;

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) "netwerk taż-żona lokali bir-radju" (RLAN) tfisser sistema tal-aċċess bla wajers b'qawwa baxxa, li topera f'medda qasira, li għandha riskju baxx ta' interferenza ma' sistemi oħra bħalha li jkunu qed jużaw utenti finali fil-viċinanzi, u li tuża spettru fuq bażi mhux esklussiva li għalih il-kundizzjonijiet tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti għal dan il-għan ikunu armonizzati fil-livell tal-Unjoni;

(10) "netwerk taż-żona lokali bir-radju" (RLAN) tfisser sistema tal-aċċess bla wajers b'qawwa baxxa, li topera f'medda qasira, li għandha riskju baxx ta' interferenza ma' sistemi oħra bħalha li jkunu qed jużaw utenti finali fil-viċinanzi, u li tuża spettru eżentat mil-liċenzjar li għalih il-kundizzjonijiet tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti għal dan il-għan ikunu armonizzati fil-livell tal-Unjoni;

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) "aċċess virtwali għal broadband" tfisser tip ta' aċċess għall-importaturi għal netwerks broadband li jikkonsisti f'link tal-aċċess virtwali għal xi arkitettura tan-netwerk tal-aċċess, ħlief id-diżaggregazzjoni fiżika (tar-raggruppamenti), kif ukoll servizz ta' trażmissjoni lejn sett definit ta' punti tat-trasferiment, u inklużi elementi speċifiċi tan-netwerk, funzjonalitajiet speċifiċi tan-netwerk u sistemi tal-IT anċillari;

imħassar

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) "prodott ta' konnettività b'servizz ta' kwalità żgurat (ASQ)" tfisser prodott li jsir disponibbli fl-exchange tal-protokoll tal-internet (IP), li bih il-klijenti jkunu jistgħu jagħmlu link tal-komunikazzjoni bl-IP bejn punt tal-interkonnessjoni u wieħed jew bosta punti fissi tat-terminazzjoni tan-netwerk, u jippermetti livelli definiti tal-prestazzjoni tan-netwerk bejn tarf u ieħor għall-provdiment ta' servizzi speċifiċi lill-utenti finali skont it-twassil ta' kwalità garantita speċifikata tas-servizz, skont parametri speċifikati;

imħassar

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) "komunikazzjoni f'distanzi twal" tfisser servizzi tal-vuċi jew il-messaġġi li jintemmu barra mill-exchange lokali u miż-żoni reġjonali tal-imposti kif jidentifika l-kodiċi taż-żona ġeografika fil-pjan tan-numerazzjoni nazzjonali;

imħassar

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) “servizz tal-aċċess għall-internet” tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jipprovdi konnettività mal-internet, u allura konnettività bejn kull punt finali virtwalment konness mal-internet, irrispettivament mit-teknoloġija tan-netwerk użata;

(14) "servizz tal-aċċess għall-internet" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jipprovdi konnettività mal-internet, u allura konnettività bejn kull punt finali virtwali tal-internet, irrispettivament mit-teknoloġiji jew it-tagħmir terminali tan-netwerk użati;

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) "servizz speċjalizzat" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika jew servizz ieħor li jipprovdi l-kapaċità ta' aċċess għal kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew taħlita tagħhom, u li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu huma kontrollati minn tarf għal ieħor jew jipprovdi l-kapaċità li tintbagħat jew tasal dejta lejn jew mingħand għadd determinat ta' partijiet jew punti terminali; u li ma jkunx kummerċjalizzat jew użat ħafna bħala sostitut għal servizz tal-aċċess għall-internet;

(15) "servizz speċjalizzat" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika ottimizzat għal kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew taħlita tagħhom, ipprovdut b'kapaċità distinta loġikament u li jiddependi minn kontroll ta' aċċess strett bl-għan li jiżgura kwalità mtejba minn tarf sa tarf u li ma jkunx kummerċjalizzat jew utilizzabbli bħala sostitut għal servizz tal-aċċess għall-internet;

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) "provditur riċeventi tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku" tfisser provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li lilu jiġi trasferit in-numru tat-telefown jew is-servizz;

imħassar

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) "provditur trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku" tfisser provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li mingħandu jiġi trasferit in-numru tat-telefown jew is-servizz.

imħassar

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu d-dritt li jipprovdi netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha u li jeżerċita d-drittijiet relatati mal-provdiment ta' dawn in-netwerks u s-servizzi f'kull Stat Membru fejn jopera skont awtorizzazzjoni unika tal-UE li hi soġġetta biss għar-rekwiżiti ta' notifika previsti fl-Artikolu 4.

1. Kwalunkwe provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu d-dritt li jipprovdi netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha u li jeżerċita d-drittijiet relatati mal-provdiment ta' dawn in-netwerks u s-servizzi f'kull Stat Membru fejn jopera.

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika hu soġġett għar-regoli u l-kundizzjonijiet applikati f'kull Stat Membru kkonċernat f'konformità mal-liġi tal-Unjoni sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f'dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 531/2012.

imħassar

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. B'deroga mill-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20/KE, provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jista' jkun soġġett biex iħallas miżati amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti biss jekk ikollu fatturat annwali għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika f'dak l-Istat Membru aktar minn 0,5% tal-fatturat totali nazzjonali tal-komunikazzjoni elettronika. Meta jiġu imposti dawn l-imposti, għandu jitqies biss il-fatturat għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Istat Membru kkonċernat.

imħassar

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. B'deroga mill-Artikolu 13(1)(b) tad-Direttiva 2002/22/KE, provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jista' jkun soġġett għall-kontribuzzjonijiet imposti biex jaqsam il-kost nett tal-obbligi universali tas-servizz fl-Istat Membru ospitanti biss jekk ikollu fatturat annwali għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika f'dak l-Istat Membru aktar minn 3% tal-fatturat totali nazzjonali tal-komunikazzjoni elettronika. Meta tiġi imposta din il-kontribuzzjoni, għandu jitqies biss il-fatturat fl-Istat Membru kkonċernat.

imħassar

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettroniċka għandu jkun intitolat għal trattament ugwali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' Stati Membri differenti f'sitwazzjonijiet oġġettivament ekwivalenti.

5. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jittrattaw lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika b’mod ugwali f’sitwazzjonijiet kumparabbli, irrispettivament mill-Istat Membru tal-istabbiliment tagħhom.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fil-każ ta' tilwim bejn impenji li jinvolvi provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika rigward l-obbligi applikabbli skont id-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE, dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 fi Stat Membru ospitanti, il-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jista' jikkonsulta lill-awtorità regolatorja kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju li tista' tagħti opinjoni bil-ħsieb li jkun żgurat l-iżvilupp tal-prattiċi regolatorji konsistenti. Meta tiddeċiedi dwar tilwim, l-awtorità regolatorja nazzjonali fl-Istat Membru ospitanti għandha tqis sew l-opinjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju.

imħassar

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika li, meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, ikollhom id-dritt li jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika f'aktar minn Stat Membru wieħed, għandhom iressqu n-notifika prevista fl-Artikolu 4 sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2016.

imħassar

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din it-taqsima għandha tapplika għall-ispettru tar-radju armonizzat għal komunikazzjoni broadband bla wajers.

1. Din it-taqsima għandha tapplika għall-ispettru tar-radju armonizzat għal komunikazzjoni broadband bla wajers skont id-Direttiva 2002/21/KE, id-Deċiżjoni 676/2002/KE u d-Deċiżjoni 243/2012.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din it-taqsima għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jibbenefikaw minn tariffi imposti sabiex ikun żgurat l-aqwa użu tar-riżorsi tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE u sabiex l-ispettru tar-radju tagħhom jorganizzawh u jużawh għall-ordni pubblika, is-sigurtà pubblika u d-difiża.

2. Din it-taqsima għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jibbenefikaw minn tariffi imposti sabiex ikun żgurat l-aqwa użu tar-riżorsi tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE u sabiex l-ispettru tar-radju tagħhom jorganizzawh u jużawh għall-ordni pubblika, is-sigurtà pubblika u d-difiża, filwaqt li jissalvagwardjaw objettivi ta' interess ġenerali bħad-diversità kulturali u l-pluraliżmu tal-midja.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija f'din it-taqsima, il-Kummissjoni għandha tqis sew kull opinjoni rilevanti li ta l-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE28.

3. Fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija f'din it-taqsima, il-Kummissjoni għandha tqis sew kull opinjoni rilevanti li ta l-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE28 u kwalunkwe waħda mill-aħjar prattiki regolatorji, kwalunkwe rapport jew parir maħruġ mill-BEREC dwar kwistjonijiet fil-kompetenzi tiegħu.

_______________

______________

28 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE tas-26 taʼ Lulju 2002 li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (ĠU L 198, 27.07.2002, p. 49).

28 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE tas-26 taʼ Lulju 2002 li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (ĠU L 198, 27.07.2002, p. 49).

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8a

L-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti relatati mat-trasferiment jew il-kiri tad-drittijiet individwali għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju u t-tul ta’ żmien tagħhom

1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/21/KE jew għall-applikazzjoni ta’ regoli dwar il-kompetizzjoni għall-impriżi, għandu japplika dan li ġej fir-rigward tat-trasferiment jew il-kiri ta’ drittijiet tal-użu tal-ispettru, jew partijiet ta’ dan, identifikati fl-Artikolu 6(8) tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE:

(a) L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dettalji attwali ta’ dawn id-drittijiet kollha tal-użu disponibbli għall-pubbliku f’format elettroniku standardizzat;

(b) l-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw il-permess biex dawn id-drittijiet għall-użu jiġu trasferiti jew jinkrew lil detentur eżistenti;

(c) f’każijiet mhux koperti mill-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw trasferiment biss meta jinstab li jkun hemm riskju ċar li d-detentur il-ġdid ma jkunx jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet eżistenti għad-dritt għall-użu;

(d) f’każijiet mhux koperti mill-punt (b), l-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw kiri meta min ikun qed jittrasferixxi jimpenja ruħu li jibqa’ responsabbli għall-ilħuq tal-kundizzjonijiet eżistenti għad-dritt għall-użu.

2. Kwalunkwe miżata amministrattiva imposta fuq l-impriżi fil-kuntest tal-ipproċessar ta’ applikazzjoni għat-trasferiment jew il-kiri ta’ spettru għandha, fit-total, tkopri biss l-ispejjeż amministrattivi, inklużi l-passi anċillari bħall-ħruġ ta’ dritt ġdid għall-użu, involuti fl-ipproċessar tal-applikazzjoni. Kwalunkwe miżata bħal din għandha tiġi imposta b’mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonali li jimminimizza l-ispejjeż amministrattivi addizzjonali u l-miżati fuq min ikun inkarigat. L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2002/20/KE għandu japplika għall-miżati imposti skont dan il-paragrafu.

3. Id-drittijiet kollha tal-użu tal-ispettru għandhom jingħataw b’tul ta’ żmien minimu ta’ 25 sena, u fi kwalunkwe każ għal tul ta’ żmien xieraq li jinċentiva l-investiment u l-kompetizzjoni, u jiskoraġġixxi n-nuqqas ta’ użu jew l-“akkumular” tal-ispettru. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet tal-użu għal tul ta’ żmien indefinit.

4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu rtirar proporzjonat u nondiskriminatorju tad-drittijiet, inklużi dawk b’tul ta’ żmien minimu ta’ 25 sena, sabiex jiżguraw l-użu effiċjenti tal-ispettru, inkluż, iżda mhux limitat għal finijiet ta’ ġestjoni tal-ispettru, ta' sigurtà nazzjonali, ta' ksur ta' liċenzja, ta' bidla armonizzata fl-użu ta' band u ta' nuqqas ta' ħlas tat-tariffi;

5. It-tul ta’ żmien tad-drittijiet eżistenti kollha tal-użu tal-ispettru b’dan qed jiġi estiż għal 25  sena mid-data tal-għotja tagħhom, mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet oħra konnessi mad-dritt tal-użu u ma’ drittijiet tal-użu ta’ tul ta’ żmien indefinit.

6. L-introduzzjoni ta’ tul ta’ żmien minimu tal-liċenzja ta’ 25 sena ma għandux iżomm milli r-regolaturi jkunu jistgħu joħorġu liċenzji temporanji u liċenzji għal użijiet sekondarji f’band armonizzata.

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-ispettru tar-radju għandhom jgħinu fl-iżvilupp ta' spazju bla wajers li fih jikkonverġu l-kundizzjonijiet tal-investiment u kompetittivi għall-komunikazzjoni broadband bla wajers b'veloċità għolja u li bih ikunu jistgħu jsiru ppjanar u provdiment ta' netwerks u servizzi multiterritorjali u jinkisbu l-ekonomiji ta' skala, ħalli b'hekk jitkattru l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-benefiċċju fit-tul tal-utenti finali.

Mingħajr preġudizzju għall-objettivi ta’ interess ġenerali, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-ispettru tar-radju għandhom jgħinu fl-iżvilupp ta’ spazju bla wajers li fih jikkonverġu l-kundizzjonijiet tal-investiment u kompetittivi għall-komunikazzjoni broadband bla wajers b’veloċità għolja u li bih ikunu jistgħu jsiru ppjanar u provdiment ta' netwerks u servizzi multiterritorjali integrati, interoperabbli u miftuħa u jinkisbu l-ekonomiji ta’ skala, ħalli b’hekk jitkattru l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-benefiċċju fit-tul tal-utenti finali.

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jieqfu japplikaw proċeduri jew jimponu kundizzjonijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju li jtellfu lill-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika milli jipprovdu netwerks u servizzi integrati tal-komunikazzjoni elettronika f'bosta Stati Membri jew madwar l-Unjoni kollha.

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jieqfu japplikaw proċeduri jew jimponu kundizzjonijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju li jtellfu lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika milli jipprovdu netwerks u servizzi integrati tal-komunikazzjoni elettronika f’bosta Stati Membri jew madwar l-Unjoni kollha. Dawn għandhom jiżguraw li l-iżvilupp ta' tali spazju bla wajers ma jimpedixxix b'mod eċċessiv, permezz tal-ħolqien ta' interferenzi, l-operat ta' servizzi jew applikazzjonijiet eżistenti fil-bands tal-ispettru kkonċernati kif ukoll f'bands maġenb xulxin.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom japplikaw l-inqas sistema tal-awtorizzazzjoni oneruża possibbli sabiex jippermettu l-użu tal-ispettru, skont kriterji oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati, b'tali mod li jimmassimizzaw il-flessibbiltà u l-effiċjenza fl-użu tal-ispettru tar-radju u jippromwovu kundizzjonijiet komparabbli madwar l-Unjoni kollha għal investimenti u operazzjonijiet multiterritorjali integrati mill-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika.

2. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom japplikaw l-inqas sistema tal-awtorizzazzjoni oneruża possibbli sabiex jippermettu l-użu tal-ispettru, skont kriterji oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati, b’tali mod li jimmassimizzaw il-flessibbiltà u l-effiċjenza fl-użu tal-ispettru tar-radju u jippromwovu kundizzjonijiet komparabbli madwar l-Unjoni kollha għal investimenti u operazzjonijiet multiterritorjali integrati mill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u proċeduri għall-użu tal-ispettru tar-radju, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal trattament ugwali bejn l-operaturi eżistenti u potenzjali u bejn il-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika u impenji oħrajn.

3. Meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u proċeduri għall-użu tal-ispettru tar-radju, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lit-trattament oġġettiv, trasparenti u nondiskriminatorju bejn l-operaturi eżistenti u potenzjali, kif ukoll lill-użu kollettiv, kondiviż u mhux liċenzjat tal-ispettru. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jiżguraw ukoll il-koeżistenza bejn l-utenti tal-ispettru tar-radju eżistenti u dawk ġodda. Għal dan il-fini, huma għandhom iwettqu valutazzjoni tal-impatt komprensiva kif ukoll konsultazzjonijiet li jinvolvu l-partijiet interessati kollha.

Emenda  121

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom iqisu u, meta meħtieġ, għandhom jirrikonċiljaw dawn il-prinċipji regolatorji meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u l-proċeduri għad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju:

a) massimizzazzjoni tal-interess tal-utenti finali, inkluż l-interess tal-utenti finali fl-investiment effiċjenti fit-tul u fl-innovazzjoni f'netwerks u servizzi bla wajer u f'kompetizzjoni effettiva;

b) li jkun żgurat l-aktar użu effiċjenti u ġestjoni effettiva tal-ispettru tar-radju;

b) li jkun żgurat l-aktar użu effiċjenti u ġestjoni effettiva tal-ispettru tar-radju kif ukoll id-disponibbiltà tal-ispettru mhux liċenzjat;

c) li jkunu żgurati kundizzjonijiet prevedibbli u komparabbli sabiex ikun jista' jsir l-ippjanar ta' investimenti fin-netweks u servizzi fuq bażi multiterritorjali u jinkisbu l-ekonomiji ta' skala;

c) li jkunu żgurati kundizzjonijiet prevedibbli u komparabbli sabiex ikunu jistgħu jsiru investimenti fit-tul fin-netwerks u servizzi fuq bażi multiterritorjali u jinkisbu l-ekonomiji ta' skala;

d) li jkunu żgurati l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-kundizzjonijiet imposti, inkluż permezz ta' valutazzjoni oġġettiva ta' jekk ikunx ġustifikat li jiġu imposti kundizzjonijiet addizzjonali li jaf ikunu favur jew ta' detriment għal ċerti operaturi;

d) li jkunu żgurati l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-kundizzjonijiet imposti, inkluż permezz ta' valutazzjoni oġġettiva u trasparenti ta' jekk ikunx ġustifikat li jiġu imposti kundizzjonijiet addizzjonali li jaf ikunu favur jew ta' detriment għal ċerti operaturi;

e) li jkunu żgurati kopertura territorjali wiesgħa ta' netwerks broadband bla wajers b'veloċità għolja u livell għoli ta' penetrazzjoni u konsum tas-servizzi relatati.

e) li jkunu żgurati kopertura territorjali wiesgħa ta' netwerks broadband bla wajers b'veloċità għolja u livell għoli ta' penetrazzjoni u konsum tas-servizzi relatati, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-interess pubbliku u l-valur soċjali, kulturali u ekonomiku tal-ispettru kollu kemm hu.

ea) li jkun żgurat li kwalunkwe tibdil fil-politika rigward l-użu effiċjenti tal-ispettru jikkunsidra l-impatt tiegħu fuq l-interess pubbliku f’termini ta’ interferenza u spejjeż li huma ta' ħsara.

Emenda  122

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun disponibbli fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u fil-proċeduri għall-użu tal-ispettru tar-radju, u jippermettu lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom matul il-proċess.

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-karatteristiċi tekniċi tal-baned tal-ispettru tar-radju disponibbli differenti;

(a) il-karatteristiċi tekniċi kif ukoll l-użu attwali u ppjanat tal-bands tal-ispettru tar-radju disponibbli differenti;

Emenda  124

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-aktar użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 9(4)(b), filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-banda jew baned ikkonċernati;

(a) l-aktar użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 9(4)(b), filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi u l-użu attwali u ppjanat tal-band jew bands ikkonċernati;

Emenda  125

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jiżguraw li l-imposti għad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, jekk ikun hemm:

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jiżguraw li l-imposti għad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju ta’ kull tip, jekk ikun hemm:

(a) ikunu jirriflettu kif jixraq il-valur soċjali u ekonomiku tal-ispettru tar-radju, inklużi l-esternalitajiet ta' benefiċċju;

(a) ikunu jirriflettu kif jixraq il-valur soċjali, kulturali u ekonomiku tal-ispettru tar-radju, inklużi l-esternalitajiet ta' benefiċċju;

(b) jevitaw sottoutilizzazzjoni u jkattru l-investiment fil-kapaċità, il-kopertura u l-kwalità tan-netwerks u tas-servizzi;

(b) jevitaw sottoutilizzazzjoni u jkattru l-investiment fil-kapaċità, il-kopertura u l-kwalità tan-netwerks u tas-servizzi;

(c) jevitaw diskriminazzjoni u jiżguraw ugwaljanza tal-opportunità bejn l-operaturi, anke bejn l-operaturi eżistenti u potenzjali;

(c) jevitaw diskriminazzjoni u jiżguraw ugwaljanza tal-opportunità bejn l-operaturi, anke bejn l-operaturi eżistenti u potenzjali;

(d) jilħqu l-aqwa distribuzzjoni bejn ħlasijiet immedjat u, jekk ikun hemm, ħlasijiet perjodiċi, wara li b'mod partikolari titqies, b’mod partikolari, il-ħtieġa li jiġi inċentivat il-varar malajr tan-netwerk u l-użu tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 9(4)(b) u (e).

(d) jilħqu l-aqwa distribuzzjoni bejn ħlasijiet bil-quddiem u, preferibbilment, ħlasijiet perjodiċi, wara li b’mod partikolari titqies, il-ħtieġa li jiġi inċentivat il-varar malajr tan-netwerk u l-użu tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 9(4)(b) u (e).

(da) jitħallsu mhux aktar minn sena qabel l-operaturi jkunu jistgħu jibdew jużaw l-ispettru tar-radju.

Il-kundizzjonijiet tekniċi u regolatorji marbuta mad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju għandhom ikunu definiti u disponibbli għall-operaturi u l-partijiet interessati qabel il-bidu tal-proċess tal-irkant.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-paragrafu 5 fir-rigward tal-kundizzjonijiet li jwasslu għal miżati differenzjati bejn l-operaturi li jiġu stabbiliti bil-ħsieb li jippromwovu kompetizzjoni effettiva.

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju armonizzat għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, jagħmluha possibbli li jintuża l-ispettru tar-radju rilevanti skont reġim ta' awtorizzazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jevitaw milli jimponu kundizzjoni addizzjonali u għandhom jipprevenu li xi użu alternattiv ifixkel l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-reġim armonizzat.

1. Meta l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju armonizzat għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, jagħmluha possibbli li jintuża l-ispettru tar-radju rilevanti skont reġim ta' awtorizzazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jevitaw milli jimponu kundizzjoni addizzjonali u għandhom jipprevenu li xi użu alternattiv ifixkel l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-reġim armonizzat. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(8).

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jistabbilixxu skedi taż-żmien għall-għoti jew l-assenjament mill-ġdid tad-drittijiet tal-użu, jew għat-tiġdid ta' dawk id-drittijiet skont it-termini tad-drittijiet eżistenti, li għandhom japplikaw għall-ispettru tar-radju armonizzat għall-komunikazzjoni broadband bla wajers.

1. Waqt li jikkunsidraw bis-sħiħ id-Direttiva 2002/21/KE, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8, 8a, 9 u 9a tagħha, id-Deċiżjoni Nru 676/2002/UE u d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE, b’mod partikolari l-Artikoli 2, 3, 5 u 6 tagħha, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jistabbilixxu skedi taż-żmien għall-għoti jew l-assenjament mill-ġdid tad-drittijiet tal-użu, jew għat-tiġdid ta’ dawk id-drittijiet skont it-termini tad-drittijiet eżistenti.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tul tad-drittijiet tal-użu jew id-dati għal tiġdid sussegwenti għandhom jiġu stabbiliti sew qabel il-proċedura rilevanti inkluża fl-iskeda taż-żmien imsemmija fl-ewwel subparagrafu. L-iskedi taż-żmien, it-tul u ċ-ċikli tat-tiġdid għandhom iqisu l-ħtieġa ta' ambjent prevedibbli tal-investiment, il-possibbiltà effettiva li tiġi rilaxxata xi banda ġdida rilevanti tal-ispettru tar-radju għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, u l-perjodu għall-amortizzazzjoni ta' investimenti relatati skont kundizzjonijiet kompetittivi.

imħassar

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni koerenti tal-paragrafu 1 madwar l-Unjoni kollha u b'mod partikolari għal disponibbiltà sinkronizzata tas-servizzi bla wajers fl-Unjoni, il-Kummissjoni b'atti ta' implimentazzjoni, tista':

2. Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni koerenti tal-paragrafu 1 madwar l-Unjoni kollha u b'mod partikolari għal disponibbiltà sinkronizzata tas-servizzi bla wajers fl-Unjoni, il-Kummissjoni, b’atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandha:

(a) tistabbilixxi skeda taż-żmien komuni għall-Unjoni kollha, jew skedi taż-żmien li jkunu jixirqu għaċ-ċirkostanzi ta' kategoriji differenti ta' Stati Membri, id-data/i sa meta għandhom jingħataw id-drittijiet tal-użu ta' banda armonizzata jew taħlita ta' baned armonizzati komplimentari u sa meta l-użu proprja tal-ispettru tar-radju għandu jkun permess għal provdiment esklussiv jew kondiviż ta' komunikazzjoni broadband bla wajers fl-Unjoni kollha;

(a) tistabbilixxi skeda taż-żmien komuni għall-Unjoni kollha, jew skedi taż-żmien li jkunu jixirqu għaċ-ċirkostanzi ta' kategoriji differenti ta' Stati Membri, id-data/i sa meta għandhom jingħataw id-drittijiet tal-użu ta' band armonizzata jew taħlita ta' bands armonizzati komplimentari u sa meta l-użu proprja tal-ispettru tar-radju għandu jkun permess għal provdiment esklussiv jew kondiviż ta' komunikazzjoni broadband bla wajers fl-Unjoni kollha;

(b) tistabbilixxu tul taż-żmien minimu għad-drittijiet mogħtija fil-baned armonizzati;

(b) tistabbilixxi tul taż-żmien minimu ta' mhux anqas minn 25 sena, għad-drittijiet mogħtija fil-bands armonizzati, u fi kwalunkwe każ għal tul ta’ żmien xieraq biex jiġu inċentivati l-investiment u l-kompetizzjoni, u jiġi skoraġġit in-nuqqas ta’ użu jew “l-akkumular” tal-ispettru; jew tistabbilixxi li d-drittijiet għandhom jingħataw għal tul ta’ żmien indefinit;

(c) tistabbilixxi, fil-każ ta' drittijiet li ma jkunux ta’ karattru indefinit, data sinkronizzata tal-iskadenza jew tat-tiġdid għall-Unjoni kollha;

(c) tistabbilixxi, fil-każ ta' drittijiet li ma jkunux ta’ karattru indefinit, data sinkronizzata tal-iskadenza jew tat-tiġdid għall-Unjoni kollha;

(d) tistabbilixxi d-data tal-iskadenza ta' kull dritt eżistenti tal-użu tal-baned armonizzati ħlief għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, jew, fil-każ ta' drittijiet ta' tul taż-żmien indefinit, id-data sa meta għandu jiġi emendat id-dritt tal-użu, sabiex ikun jista' jsir provdiment tal-komunikazzjoni broadband bla wajers.

(d) tistabbilixxi d-data sa meta, fil-bands armonizzati għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, għandu jiġi emendat id-dritt eżistenti tal-użu tal-ispettru, sabiex ikun jista' jsir provdiment tal-komunikazzjoni broadband bla wajers.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(2) kif ukoll mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(3) u (4) tad-Direttiva 2002/21/KE.

Emenda  130

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' wkoll tadotta atti ta' implimentazzjoni li tarmonizza d-data tal-iskadenza jew tat-tiġdid tad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispettru tar-radju għall-broadband bla wajers f'baned armonizzati, li diġà jeżistu fid-data tal-adozzjoni ta' dawn l-atti, bil-ħsieb li madwar l-Unjoni kollha tkun sinkronizzata d-data tat-tiġdid jew tal-assenjament mill-ġdid tad-drittijiet tal-użu ta' baned bħal dawn, inkluża sinkronizzazzjoni possibbli mad-data tat-tiġdid jew tar-riassenjament ta' baned oħra armonizzati b'miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 2 jew dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

Soġġett għall-Artikolu 8a(4), il-Kummissjoni għandha wkoll tadotta atti ta’ implimentazzjoni fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, li jarmonizzaw id-data tal-iskadenza jew tat-tiġdid tad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispettru tar-radju għall-broadband bla wajers f’bands armonizzati, li diġà jeżistu fid-data tal-adozzjoni ta’ dawn l-atti, bil-ħsieb li madwar l-Unjoni kollha tkun sinkronizzata d-data tat-tiġdid jew tal-assenjament mill-ġdid tad-drittijiet tal-użu ta’ bands bħal dawn, inkluża sinkronizzazzjoni possibbli mad-data tat-tiġdid jew tar-riassenjament ta’ bands oħra armonizzati b’miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 2 jew dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

Meta l-atti ta' implimentazzjoni previsti f'dan il-paragrafu jistabbilixxu data armonizzata tat-tiġdid jew tar-riassenjament tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru li tkun tiġi wara d-data tal-iskadenza jew tat-tiġdid ta' xi drittijiet individwali eżistenti tal-użu ta' spettru tar-radju bħal dan f'xi wieħed mill-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jestendu d-drittijiet eżistenti sad-data armonizzata skont l-istess kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni sostantivi li kienu japplikaw qabel, inklużi xi ħlasijiet perjodiċi applikabbli.

Meta l-atti ta’ implimentazzjoni previsti f’dan il-paragrafu jistabbilixxu data armonizzata tat-tiġdid jew tar-riassenjament tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru li tkun tiġi wara d-data tal-iskadenza jew tat-tiġdid ta’ xi drittijiet individwali eżistenti tal-użu ta’ spettru tar-radju bħal dan f’xi wieħed mill-Istati Membri, it-tul ta’ żmien ta’ dawk id-drittijiet tal-użu għandu jiġi estiż mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet oħra marbuta ma' dawk id-drittijiet.

Meta l-estensjoni tal-perjodu mogħtija f'konformità mat-tieni subparagrafu tkun sinifikanti meta mqabbla mat-tul taż-żmien oriġinali tad-drittijiet tal-użu, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu jissoġġettaw l-estensjoni tad-drittijiet għal xi adattamenti tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni li kienu japplikaw qabel u li jkun hemm bżonn fid-dawl taċ-ċirkostanzi mibdula, inkluża l-impożizzjoni ta' ħlasijiet addizzjonali. Dawn il-ħlasijiet addizzjonali għandhom jissejsu fuq applikazzjoni pro rata temporis ta' xi miżata inizjali għad-drittijiet oriġinali tal-użu li kienet ġiet ikkalkulata espressament b'referenza għat-tul taż-żmien previst oriġinarjament.

L-atti ta' implimentazzjoni previsti f'dan il-paragrafu ma jeħtiġux li jiqsar it-tul taż-żmien tad-drittijiet eżistenti tal-użu f'xi Stat Membru ħlief f'konformità mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2002/20/KE u ma għandhomx japplikaw għad-drittijiet eżistenti ta' tul taż-żmien indefinit.

Meta l-Kummissjoni tadotta att ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 2, din tista' tapplika d-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu mutatis mutandis għal kwalunkwe drittijiet tal-użu tal-banda armonizzata kkonċernata għall-broadband bla wajers.

Meta l-Kummissjoni tadotta att ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 2, din tista' tapplika d-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu mutatis mutandis għal kwalunkwe drittijiet tal-użu tal-band armonizzata kkonċernata għall-broadband bla wajers.

Emenda  131

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jagħtu d-drittijiet tal-użu f'banda armonizzata qabel l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' dik il-banda, għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet ta' dan l-għoti, u partikolarment dawk relatati mat-tul ta' żmien, b'tali mod li l-benfiċjari tad-drittijiet tal-użu ikunu konxji mill-possibbiltà li l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 2 li jistabbilixxi tul ta' żmien minimu ta' drittijiet bħal dawn jew ċiklu sinkronizzat ta' skadenza jew tiġdid għall-Unjoni kollha kemm hi. Dan is-subparagrafu ma għandux japplika għall-għoti tad-drittijiet b'tul taż-żmien indefinit.

Meta l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jagħtu d-drittijiet tal-użu f’band armonizzata qabel l-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ dik il-band, għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet ta’ dan l-għoti, b’tali mod li l-benefiċjarji tad-drittijiet tal-użu ikunu konxji mill-possibbiltà li l-Kummissjoni se tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 2 għall-Unjoni kollha kemm hi. Dan is-subparagrafu ma għandux japplika għall-għoti tad-drittijiet b'tul taż-żmien indefinit.

Emenda  132

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal meded armonizzati li għalihom tkun ġiet stabbilita skeda taż-żmien komuni għall-għoti tad-drittijiet tal-użu u li tippermetti l-użu proprju, f'att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jipprovdu informazzjoni dettaljata biżżejjed u f'waqtha lill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet tagħhom biex jiżguraw il-konformità. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu l-format u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-informazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

Għal bands armonizzati li għalihom tkun ġiet stabbilita skeda taż-żmien komuni għall-għoti tad-drittijiet tal-użu u li tippermetti l-użu proprju, f'att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jipprovdu informazzjoni dettaljata biżżejjed u f'waqtha lill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet tagħhom biex jiżguraw il-konformità. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxi l-format u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-informazzjoni fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

Emenda  133

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12a

Proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta biex jingħataw drittijiet individwali għall-użu tal-ispettru tar-radju

1. Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkooperaw flimkien, u mal-Kummissjoni, sabiex jilħqu l-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni bil-ħsieb li jiġi stabbilit proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta biex jingħataw drittijiet individwali għall-użu tal-ispettru tar-radju, f’konformità, fejn applikabbli, ma’ kwalunkwe skeda ta’ żmien komuni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 12(2). Il-proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) il-proċessi ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali individwali għandhom jinbdew u jiġu implimentati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont skeda ta’ żmien komuni;

(b) dan għandu jipprovdi, fejn xieraq, kundizzjonijiet u proċeduri komuni għall-għażla u l-għoti ta’ drittijiet individwali fost l-Istati Membri konċernati;

(c) għandu jipprovdi, fejn xieraq, kundizzjonijiet komuni jew komparabbli li għandhom ikunu marbuta mad-drittijiet tal-użu individwali fost l-Istati Membri konċernati, fost l-oħrajn billi jippermetti li l-operaturi jingħataw portafolli tal-ispettru konsistenti fir-rigward tal-blokki tal-ispettru li ser jiġu assenjati.

2. Fejn l-Istati Membri jkollhom l-intenzjoni li jistabbilixxu proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom, b’mod simultanju, jagħmlu l-abbozz tal-miżuri tagħhom aċċessibbli għall-Kummissjoni u għall-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.

3. Għall-Istati Membri l-oħra għandu jkun hemm miftuħ proċess ta' awtorizzazzjoni konġunta fi kwalunkwe ħin.

Emenda  134

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) it-tul taż-żmien tad-drittijiet tal-użu

(c) it-tul taż-żmien tad-drittijiet tal-użu, li m'għandux ikun inqas minn 25 sena, u fi kwalunkwe każ adegwat sabiex jinċentiva l-investiment u l-kompetizzjoni, u jiskoraġġixxi n-nuqqas ta’ użu jew “l-akkumular” tal-ispettru;

Emenda  135

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) il-kundizzjonijiet relattivi għall-assenjament, it-trasferiment jew l-akkumulazzjoni ta' drittijiet tal-użu;

(j) il-kundizzjonijiet relattivi għall-assenjament, ir-riassenjament, it-trasferiment jew l-akkumulazzjoni ta’ drittijiet tal-użu;

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) kull att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 12;

(d) l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 12;

Emenda  137

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni uniformi tar-reġim tal-awtorizzazzjoni ġenerali għall-varar, il-konnessjoni u t-tħaddim ta' punti tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni b'att ta' implimentazzjoni, tista' tispeċifika karatteristiċi tekniċi għad-disinn, il-varar u t-tħaddim ta' punti tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar, li l-konformità miegħu għandha tiżgura li dawn ma jkunux jagħtu fil-għajn meta jintużaw f'kuntesti lokali differenti. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika dawk il-karatteristiċi tekniċi b'referenza għall-karatteristiċi massimi tad-daqs, il-qawwa, elettromanjetiċi, kif ukoll l-impatt viżiv tal-punti tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar varati. Dawk il-karatteristiċi tekniċi għall-użu ta’ punti tal-aċċess bla wajers f’żoni żgħar għallinqas għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/35/UE30 u mal-livelli limitu definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill Nru 1999/519/KE.31

2. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni uniformi tar-reġim tal-awtorizzazzjoni ġenerali għall-varar, il-konnessjoni u t-tħaddim ta’ punti tal-aċċess bla wajers f’żoni żgħar skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, b'att ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi adottat fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tispeċifika karatteristiċi tekniċi għad-disinn, il-varar u t-tħaddim ta’ punti tal-aċċess bla wajers f’żoni żgħar, li l-konformità miegħu għandha tiżgura li dawn ma jkunux jagħtu fil-għajn meta jintużaw f'kuntesti lokali differenti. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika dawk il-karatteristiċi tekniċi b'referenza għall-karatteristiċi massimi tad-daqs, il-qawwa, elettromanjetiċi, kif ukoll l-impatt viżiv tal-punti tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar varati. Dawk il-karatteristiċi tekniċi għall-użu ta’ punti tal-aċċess bla wajers f’żoni żgħar għallinqas għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/35/UE30 u mal-livelli limitu definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill Nru 1999/519/KE31.

__________________

__________________

30 Id-Direttiva 2013/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-20 Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) u li tħassar id-Direttiva 2004/40/KE (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 1).

31 Rakkomandazzjoni 1999/519/KE tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limiti ta’ espożizzjoni tal-pubbliku għall-kampi elettromanjetiċi (0 Hz - 300 GHz) (ĠU L 1999, 30.7.1999, p. 59).

31 Rakkomandazzjoni 1999/519/KE tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limiti ta’ espożizzjoni tal-pubbliku għall-kampi elettromanjetiċi (0 Hz - 300 GHz) (ĠU L 1999, 30.7.1999, p. 59).

Emenda  138

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-karatteristiċi speċifikati sabiex il-varar, il-konnessjoni u t-tħaddim ta' punt tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar jibbenefikaw mill-paragrafu 1, għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill relattiva għat-tqegħid fis-suq ta' dawn il-prodotti.32

Il-karatteristiċi tekniċi speċifikati sabiex il-varar, il-konnessjoni u t-tħaddim ta' punt tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar jibbenefikaw mill-paragrafu 1, għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill relattiva għat-tqegħid fis-suq ta' dawn il-prodotti.

__________________

__________________

32 Id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10).

Emenda  139

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda  140

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda  141

Proposta għal regolament

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17a

Prodotti ta' aċċess għall-operaturi ta’ kwalità għolja li jippermettu l-provdiment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni għan-negozju

1. L-awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali għandhom jikkunsidraw il-proporzjonalità li l-provdituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika maħtura skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas) bħala dawk li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq f’suq rilevanti relatat mal-provdiment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika ta’ kwalità għolja għall-operaturi, jiġu imposti l-obbligu li jippubblikaw offerta ta’ referenza għall-operaturi filwaqt li jiġu kkunsidrati l-linji gwida tal-BEREC imsemmija fil-paragrafu 2. Din il-kunsiderazzjoni għandha ssir fi żmien xahar wara l-pubblikazzjoni tal-linji gwida tal-BEREC.

2. Sal-31 ta' Diċembru 2015 il-BEREC, wara li jikkonsulta mal-partijiet interessati u f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi linji gwida li jispeċifikaw l-elementi li għandhom jiġu inklużi fl-offerta ta' referenza. Bħala minimu, il-linji gwida għandhom ikopru l-partijiet dwar it-terminazzjoni tal-linji mikrija u jistgħu jkopru prodotti oħra ta' aċċess tan-negozju għall-operaturi li l-BEREC iqis li huma adatti filwaqt li jiġu kkunsidrati d-domanda għall-konsumaturi u għall-operaturi kif ukoll l-aħjar prattiki regolatorji. L-ARN jistgħu jesiġu l-inklużjoni ta' elementi addizzjonali fl-offerta ta' referenza. Il-BEREC għandu jirrevedi dawn il-linji gwida fuq bażi regolari, skont l-iżviluppi fis-suq u dawk teknoloġiċi.

Emenda  142

Proposta għal regolament

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda  143

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda  144

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda  145

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx japplikaw tariffi għal komunikazzjonijiet intra-Unjoni li jintemmu fi Stat Membru ieħor, sakemm dawn ma jkunux ġustifikati oġġettivament:

imħassar

a) fir-rigward ta' komunikazzjoni fissa, minn tariffi għal komunikazzjoni domestiċi f'distanzi twal;

b) fir-rigward ta' komunikazzjoni mobbli, minn ewrotariffi għal komunikazzjoni regolata tar-roaming bil-vuċi u bl-SMS, rispettivament, stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 531/2012.

Ġustifikazzjoni

It-telefonati internazzjonali fissi u mobbli attwalment huma swieq kompetittivi dderegolati li ma jeħtieġux regolazzjoni permezz ta’ intervent tal-UE.

Emenda  146

Proposta għal regolament

Kapitolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Drittijiet armonizzati tal-utenti aħħarin

Id-drittijiet tal-utenti għal aċċess għall-internet miftuħ

Emenda 147

Proposta għal regolament

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 22

imħassar

Soluzzjoni għal tilwim transfruntieri

1. Il-proċeduri straġudizzjarji stabbiliti skont l-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2002/22/KE għandhom japplikaw ukoll għal tilwim relatat ma' kuntratti bejn il-konsumaturi, u utenti finali oħra safejn dawn il-proċeduri straġudizzjarji jkunu disponibbli wkoll għalihom, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor. Għal tilwimiet fl-ambitu tad-Direttiva 2013/11/UE33, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

___________________

33 Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi), ĠU L 165, 18.06.2013, p. 63).

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur jipproponi li dan l-Artikolu jitħassar bħala parti mill-approċċ ġenerali tiegħu li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE minflok id-dispożizzjonijiet previsti fl-abbozz tar-Regolament. Ara l-emendi għall-Artikolu 36 għad-dettalji.

Emenda  148

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-libertà li jiġi pprovdut u jintuża aċċess miftuħ għall-internet, u l-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku

Il-libertà li jiġi pprovdut u jintuża aċċess miftuħ għall-internet, u l-ġestjoni tat-traffiku

Emenda  149

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-utenti finali għandhom ikunu liberi biex jaċċessaw u jxerrdu informazzjoni u kontenut, jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom mis-servizz tal-aċċess għall-internet tagħhom.

1. L-utenti għandhom ikunu liberi biex jaċċessaw u jxerrdu informazzjoni u kontenut, jużaw u jipprovdu applikazzjonijiet u servizzi u jużaw tagħmir terminali tal-għażla tagħhom, irrispettivament mill-post fejn jinsab l-utent jew il-provditur, jew il-post, l-oriġini jew id-destinazzjoni tas-servizz, l-informazzjoni jew il-kontenut, permezz tas-servizz tal-aċċess għall-internet tagħhom.

L-utenti finali għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet dwar il-volumi u l-veloċitajiet tad-dejta ma' provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u biex, f'konformità ma' ftehimiet bħal dawn relattivi għall-volumi tad-dejta, jużaw offerti tal-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-internet.

Emenda  150

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-utenti finali għandhom ikunu liberi wkoll biex jiftiehmu ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew ma' provdituri ta' kontenut, applikazzjonijiet u servizzi dwar il-provdiment ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità aħjar tas-servizzi

2. Il-provdituri tal-aċċess għall-internet, tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku u l-provdituri ta' kontenut, applikazzjonijiet u servizzi għandhom ikunu liberi li joffru servizzi speċjalizzati lill-utenti. Tali servizzi għandhom jiġu offruti biss jekk il-kapaċità tan-netwerk tkun suffiċjenti biex tipprovdihom b'mod addizzjonali għal servizzi tal-aċċess għall-internet u ma jkunux ta' dannu materjali għad-disponibilità jew il-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet. Il-provdituri tal-aċċess għall-internet lill-utenti m'għandhomx jagħmlu diskriminazzjoni bejn tali servizzi.

Sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi speċjalizzati lill-utenti finali, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet flimkien ħalli jittrażmettu l-volumi jew it-traffiku tad-dejta relatati bħala servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi definita jew b'kapaċità dedikata. Il-provdiment ta' dawn is-servizzi speċjalizzati ma għandux qed idgħajjef sostanzjalment il-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet.

Emenda  151

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-eżerċizzju tal-libertajiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandu jeħfief billi tingħata informazzjoni sħiħa skont l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 26(2), u l-Artikolu 27(1) u (2).

4. L-utenti għandhom jingħataw informazzjoni sħiħa skont l-Artikolu 20(2), l-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 21a tad-Direttiva 2002/22/KE, inkluża informazzjoni dwar kwalunkwe miżura raġonevoli tal-ġestjoni tat-traffiku applikata li tista' taffettwa l-aċċess għal informazzjoni, kontenut, applikazzjonijiet u servizzi, kif ukoll id-distribuzzjoni tagħhom, kif speċifikat fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda  152

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fil-limiti tal-volumi jew il-veloċitajiet tad-dejta miftiehma f'kuntratt għas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet ma għandhomx jirrestrinġu l-libertajiet previsti fil-paragrafu 1 billi jimblukkaw, jisslowjaw, jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom, ħlief meta dan ikun meħtieġ biex jiġu applikati miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku. Il-miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji, proporzjonati u meħtieġa biex:

5. Fil-limiti tal-volumi jew il-veloċitajiet tad-dejta miftiehma f'kuntratt għas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet ma għandhomx jirrestrinġu l-libertajiet previsti fil-paragrafu 1 billi jimblukkaw, jibdlu jew jiddegradaw kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew klassijiet speċifiċi tagħhom, jew inaqqsu l-veloċità tagħhom, ħlief meta dan ikun meħtieġ biex jiġu applikati miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku. Il-miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji, proporzjonati u meħtieġa biex:

a) tiġi implimentata dispożizzjoni leġiżlattiva jew ordni tal-qorti, jew biex jiġu evitati jew impediti reati kriminali serji;

a) tiġi implimentata inġunzjoni;

b) jinżammu l-integrità u s-sigurtà fin-netwerk, is-servizzi pprovduti minn dan in-netwerk, u t-terminali tal-utenti finali;

b) jinżammu l-integrità u s-sigurtà fin-netwerk, is-servizzi pprovduti minn dan in-netwerk, u t-terminali tal-utenti finali;

c) tkun evitata t-trażmissjoni ta' komunikazzjoni mhux mitluba lill-utenti finali li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel għal dan il-miżuri restrittivi;

d) jiġu minimizzati l-effetti ta' konġestjoni eċċezzjonali jew temporanja fin-netwerk sakemm tipi ekwivalenti ta' traffiku jkunu trattati bl-istess mod.

d) jiġu evitati jew mitigati l-effetti ta’ konġestjoni eċċezzjonali jew temporanja fin-netwerk sakemm tipi ekwivalenti ta’ traffiku jkunu trattati bl-istess mod.

Il-miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku m'għandhomx jinżammu aktar minn kemm ikun neċessarju.

Il-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandha tinvolvi biss l-ipproċessar ta' dejta meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu.

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46, il-miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku għandhom jinvolvu biss tali pproċessar ta' dejta personali li huwa meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu, u għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-Direttiva 2002/58, b'mod partikolari fir-rigward tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet.

Il-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet għandhom jistabbilixxu proċeduri adegwati, ċari, miftuħa u effiċjenti, immirati sabiex jindirizzaw l-ilmenti dwar allegat ksur ta' dan l-Artikolu. Tali proċeduri għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-utenti li jirreferu l-kwistjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali.

Emenda  153

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw mill-qrib u jiżguraw l-abilità effettiva tal-utenti finali biex igawdu l-libertajiet previsti fl-Artikolu 23(1) u (2), il-konformità mal-Artikolu 23(5), u d-disponibilità kontinwa ta' servizzi nondiskriminatorji tal-aċċess għall-internet b'livelli ta' kwalità li jixhdu l-avvanzi fit-teknoloġija u li ma jiddgħajfux minħabba servizzi speċjalizzati. F'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra, għandhom ukoll jimmonitorjaw l-effetti tas-servizzi speċjalizzati fuq id-diversitàkulturali u l-innovazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni u lill-BEREC dwar il-monitoraġġ u s-sejbiet tagħhom.

1. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 30a fir-rigward tal-Artikolu 23, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw mill-qrib il-konformità mal-Artikolu 23(5) u d-disponibilità kontinwa ta’ servizzi nondiskriminatorji tal-aċċess għall-internet b’livelli ta’ kwalità li jixhdu l-avvanzi fit-teknoloġija. F’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra, għandhom ukoll jimmonitorjaw l-effetti fuq id-diversità kulturali u l-innovazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw rapporti kull sena dwar il-monitoraġġ u s-sejbiet tagħhom, u jipprovdu dawk ir-rapporti lill-Kummissjoni u l-BEREC.

Emenda  154

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex tiġi evitata d-degradazzjoni ġenerali fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet jew biex tiġi salvagwardjata l-abbiltà tal-utenti finali biex jaċċessaw u jxerrdu kontenut jew informazzjoni, jew jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa ljimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi fuq provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku.

2. Sabiex tiġi evitata d-degradazzjoni ġenerali fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet jew biex tiġi salvagwardjata l-abbiltà tal-utenti li jaċċessaw u jxerrdu kontenut jew informazzjoni, jew jużaw applikazzjonijiet, servizzi u softwer tal-għażla tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi, u fejn ikun xieraq, parametri oħrajn tal-kwalità tas-servizz, kif definit mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fuq provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku.

Kmieni biżżejjed qabel jimponu dawn ir-rekwiżiti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'sommarju tar-raġunijiet għall-azzjoni, ir-rekwiżiti maħsuba u l-pjan ta' azzjoni propost. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli wkoll għall-BEREC. Wara li tkun eżaminat din l-informazzjoni, il-Kummissjoni tista tagħti kummenti jew rakkomandazzjonijiet dwarha, b'mod partikolari biex tiżgura li r-rekwiżiti maħsuba ma jolqtux ħażin il-funzjonament tas-suq intern. Ir-rekwiżiti maħsuba ma għandhomx jiġu adottati waqt perjodu ta' xahrejn minn meta l-Kummissjoni taslilha l-informazzjoni sħiħa sakemm il-Kummissjoni u l-awtorità regolatorja nazzjonali ma jkunux ftiehmu mod ieħor bejn, jew sakemm il-Kummissjoni tgħarraf lill-awtorità regolatorja nazzjonali b'perjodu mqassar ta' eżami, jew sakemm il-Kummissjoni tkun tat il-kummenti jew ir-rakkomandazzjonijiet. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu sew il-kummenti jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u għandhom jikkomunikaw ir-rekwiżiti adottati lill-Kummissjoni u lill-BEREC.

Kmieni biżżejjed qabel jimponu dawn ir-rekwiżiti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'sommarju tar-raġunijiet għall-azzjoni, ir-rekwiżiti maħsuba u l-pjan ta' azzjoni propost. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli wkoll għall-BEREC. Wara li tkun eżaminat din l-informazzjoni, il-Kummissjoni tista' tagħti kummenti jew rakkomandazzjonijiet dwarha, b'mod partikolari biex tiżgura li r-rekwiżiti maħsuba ma jolqtux ħażin il-funzjonament tas-suq intern. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu sew il-kummenti jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u għandhom jikkomunikaw ir-rekwiżiti adottati lill-Kummissjoni u lill-BEREC.

Emenda  155

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

3. Fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta' dan ir-regolament, il-BEREC, wara li jikkonsulta lill-partijiet interessati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi linji gwida ġenerali li jiddefinixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont dan l-Artikolu, inkluż fir-rigward tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku u għall-monitoraġġ tal-konformità.

Emenda  156

Proposta għal regolament

Artikolu 24a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 24a

Eżami

Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BEREC, għandha teżamina l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet dwar is-servizzi speċjalizzati u, wara konsultazzjoni pubblika, għandha tirrapporta u tippreżenta kwalunkwe proposta adegwata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa [daħħal id-data, tliet snin wara d-data tal-applikabilità ta' dan ir-regolament].

Emenda  157

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur jipproponi li dan l-Artikolu jitħassar bħala parti mill-approċċ ġenerali tiegħu li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE minflok id-dispożizzjonijiet previsti fl-abbozz tar-Regolament. Ara l-emendi għall-Artikolu 36 għad-dettalji.

Emenda  158

Proposta għal regolament

Artikolu 26

Emenda  159

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Emenda  160

Proposta għal regolament

Artikolu 28

Emenda  161

Proposta għal regolament

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur jipproponi tħassir sħiħ ta’ dan l-Artikolu. Għalkemm huwa mixtieq li jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu protetti b’mod xieraq fir-rigward tal-elementi kollha f’pakkett, ir-Rapporteur jemmen li dan mhux l-aħjar mod biex jinkiseb dan, minħabba li l-ambitu tal-Qafas tat-Telekomunikazzjonijiet jibqa’ limitat għal servizzi u netwerks elettroniċi tal-komunikazzjoni. Estensjoni selettiva tal-ambitu (kif issuġġerit fl-Artikolu 29) toħloq sitwazzjoni legalment imċajpra, li r-riżoluzzjoni tagħha tkun teħtieġ lista twila ta’ emendi konsegwenzjali matul il-bqija tal-Qafas (li l-ebda minnhom mhuma qed jiġu proposti).

Emenda  162

Proposta għal regolament

Artikolu 30

Emenda  163

Proposta għal regolament

Artikolu 30a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 30a

Superviżjoni u infurzar

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom ir-riżorsi neċessarji biex jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament fit-territorji tagħhom.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’mod li jippermetti li l-partijiet interessati jkollhom aċċess faċli għaliha.

3. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jesiġu mill-impriżi soġġetti għall-obbligi skont dan ir-Regolament li jipprovdu kull informazzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-impriżi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni minnufih meta mitluba, u skont l-iskadenzi u l-livell ta’ dettall meħtieġa mill-awtorità regolatorja nazzjonali.

4. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jintervjenu fuq inizjattiva tagħhom stess sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

5. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu proċeduri adegwati, ċari, miftuħa u effiċjenti biex jindirizzaw ilmenti dwar allegat ksur tal-Artikolu 23. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrispondu għall-ilmenti mingħajr dewmien bla bżonn.

6. Meta awtorità regolatorja nazzjonali ssib li kien hemm ksur tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, hi għandha tesiġi t-terminazzjoni immedjata ta’ tali ksur.

Emenda  164

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn jidħlu l-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika, il-penali għandhom jiġu imposti skont il-Kapitolu II dwar il-kompetenzi rispettivi tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti nazzjonali fl-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti.

imħassar

Emenda  165

Proposta għal regolament

Artikolu 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda  166

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – punt 1

Direttiva 2002/20/KE

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 3(2), jitħassar it-tieni subparagrafu.

(1) L-Artikolu 3 hu emendat kif ġej:

Emenda  167

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – punt 1 – punt a (ġdid)

Direttiva 2002/20/KE

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2. Il-forniment ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew il-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jista', mingħajr preġudizzju għall-obbligi speċifiċi msemmija f'Artikolu 6(2) jew għad-drittijiet ta' użu msemmija f'Artikolu 5, biss ikun suġġett għal awtorizzazzjoni ġenerali. L-impriża konċernata tista' tkun meħtieġa li tissottometti notifikazzjoni iżda m'għandhiex tkun meħtieġa li tikseb deċiżjoni espliċita jew xi att amministrattiv ieħor mill-awtorità regolatorja nazzjonali qabel ma teżerċita d-drittijiet li joħorġu mill-awtorizzazzjoni. Man-notifikazzjoni, fejn meħtieġa, impriża tista' tibda l-attività, fejn meħtieġ suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta' użu f'Artikoli 5, 6 u 7.

'2. Il-forniment ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew il-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jista', mingħajr preġudizzju għall-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2) jew għad-drittijiet ta' użu msemmija fl-Artikolu 5, biss ikun suġġett għal awtorizzazzjoni ġenerali. Meta Stat Membru jidhirlu li rekwiżit ta’ notifika huwa ġustifikat, dak l-Istat Membru jista' jesiġi li l-impriżi jippreżentaw notifika lill-BEREC iżda m’għandux jesiġi li jiksbu deċiżjoni espliċita jew xi att amministrattiv ieħor mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew minn kwalunkwe awtorità oħra qabel ma jeżerċitaw id-drittijiet li joħorġu mill-awtorizzazzjoni. Man-notifika lill-BEREC, fejn meħtieġa, impriża tista’ tibda l-attività, fejn meħtieġ suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ użu fl-Artikoli 5, 6 u 7.'

L-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika transkonfinali għal impriżi li jinsabu f’numru ta’ Stati Membri m’għandhomx jiġu meħtieġa jressqu aktar minn notifika waħda għal kull Stat Membru kkonċernat."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02002L0020-20091219&qid=1395661859138&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Notifika standardizzata lill-BEREC għandha tiżgura li t-trasportaturi ma jsofrux diskriminazzjoni f’ċirkostanzi simili fit-trattament min-naħa ta’ Stati Membri differenti u li jiġu applikati prattiki regolatorji konsistenti fis-suq uniku.

Emenda  168

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – punt 1 – punt b (ġdid)

Direttiva 2002/20/KE

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

(b) il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

3. In-notifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 m'għandhiex tinvolvi aktar minn dikjarazzjoni minn persuna legali jew naturali lill-awtorità regolatorja nazzjonali ta' l–intenzjoni li tibda l-forniment ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u s-sottomissjoni ta' l-informazzjoni minima li hija meħtieġa li tippermetti lill-awtorità regolatorja nazzjonali li żżomm reġistru jew lista tal-fornituri ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. Din l-informazzjoni għandha tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-fornitur, bħan-numri tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, u l-persuni ta' kuntatt talfornitur, l-indirizz tal-fornitur, deskrizzjoni qasira tan-network jew isservizz, u d-data li fiha jkun mistenni li jibda l-attività.

'3. Notifika msemmija fil-paragrafu 2 m'għandhiex tinvolvi aktar minn dikjarazzjoni dwar mudell armonizzat fil-forma stabbilita fil-parti D tal-Anness minn persuna ġuridika jew fiżika lill-BEREC tal-intenzjoni li tibda l-forniment ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u s-sottomissjoni tal-informazzjoni minima li hija meħtieġa li tippermetti lill-BEREC u lill-awtorità regolatorja nazzjonali li jżommu reġistru jew lista tal-fornituri ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Istati Membri ma jistgħu jimponu l-ebda rekwiżit ta’ notifika addizzjonali jew separat.'

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02002L0020-20091219&qid=1395661859138&from=MT)

Emenda  169

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – punt 1 – punt c (ġdid)

Direttiva 2002/20/KE

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

'3a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’notifika motivata fi żmien 12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru [XX/2014]* jekk iqisu li rekwiżit ta’ notifika jkun ġustifikat. Il-Kummissjoni għandha teżamina n-notifika u, fejn ikun xieraq, tadotta deċiżjoni f’perjodu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika biex titlob lill-Istat Membru inkwistjoni jabolixxi r-rekwiżit tan-notifika.

______________

* Regolament (UE) Nru [XX/2014] tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni ta’ ... li jistabbilixxi miżuri dwar is-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 (ĠU L... , p. ...).'

Emenda  170

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – punt 2 (ġdid)

Direttiva 2002/20/KE

Artikolu 10 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Fl-Artikolu 10, għandu jiżdied il-paragrafu 6a ġdid li ġej:

‘6a. Awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinnotifika lill-BEREC dwar kwalunkwe miżura li jkollha l-ħsieb li tieħu skont il-paragrafi 5 u 6. Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi n-notifika, li matulhom l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tistax tadotta miżura finali, il-BEREC għandu jadotta opinjoni motivata jekk huwa jqis li l-abbozz ta' miżura joħloq ostakolu għas-suq uniku. Il-BEREC għandu jgħaddi kull opinjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali u lill-Kummissjoni. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkunsidra bis-sħiħ kull opinjoni mill-BEREC u għandha tgħarraf lill-BEREC dwar kull miżura finali. Il-BEREC għandu jaġġorna r-reġistru tiegħu skont dan.'

Emenda  171

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – punt 3 (ġdid)

Direttiva 2002/20/KE

Anness – parti D (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Fl-Anness, għandha tiżdied il-parti D li ġejja:

'D. L-informazzjoni meħtieġa f’notifika skont l-Artikolu 3

In-notifika għandu jkun fiha dikjarazzjoni dwar l-intenzjoni li jinbeda l-provdiment ta’ netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u magħha għandu jkollha biss din l-informazzjoni:

1. l-isem tal-provditur,

2. l-istatus u l-forma ġuridika tal-provditur u n-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu, u fejn il-provditur ikun irreġistrat f'reġistru kummerċjali jew f'reġistru pubbliku simili ieħor,

3. l-indirizz ġeografiku tal-istabbiliment ewlieni tal-provditur,

4. persuna ta’ kuntatt,

5. deskrizzjoni fil-qosor tan-netwerks jew tas-servizzi li jkunu maħsuba li jiġu pprovduti,

6. l-Istati Membri kkonċernati, u

7. stima tad-data tal-bidu tal-attività.'

Emenda  172

Proposta għal regolament

Artikolu 34a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 243/2012/UE

Artikolu 6 – paragrafu 8 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 34a

Emendi għad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE

Fl-Artikolu 6(8) tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE,

għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

'L-Istati Membri għandhom jippermettu t-trasferiment jew il-kiri ta’ kwalunkwe bands armonizzati addizzjonali fuq l-istess bażi ta’ dawk innumerati fl-ewwel subparagrafu.'

Emenda  173

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – punt 1

Direttiva 2002/21/KE

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Fl-Artikolu 1, jiżdied dan il-paragrafu 6:

imħassar

"Din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi għandhom jiġu interpretati u applikati flimkien mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru [XX/2014]."

Emenda  174

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2002/21/KE

Artikolu 2 – punt g

Test fis-seħħ

Emenda

(1a) Fl-Artikolu 2, il-punt (a) għandu jiġi emendat kif ġej:

“awtorità nazzjonali regolatorja” tfisser il-korp jew kopri fdati minn Stat Membru b'xi wieħed mix-xogħlijiet regolatorji assenjati f'din id-Direttiva jew fid-Direttivi Speċifiċi;

“awtorità nazzjonali regolatorja” tfisser il-korp fdat minn Stat Membru bix-xogħlijiet regolatorji assenjati f’din id-Direttiva jew fid-Direttivi Speċifiċi;

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02002L0021-20090702&qid=1395662408159&from=MT)

Emenda  175

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – punt 1b (ġdid)

Direttiva 2002/21/KE

Artikolu 3 – paragrafu 3a

Test fis-seħħ

Emenda

(1b) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3a jinbidel b’dan li ġej:

3a. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5, awtoritajiet regolatorji nazzjonali responsabbli għal regolazzjoni tas-suq ex-ante jew għar-riżoluzzjoni ta’ disputi bejn impriżi skont l-Artikolu 20 jew 21 ta’ din id-Direttiva għandhom jaġixxu indipendentement u m’għandhom jitolbu jew jieħdu struzzjonijiet minn ebda korp fir-rigward tal-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti assenjati lilhom taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi Komunitarja Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali. Korpi ta’ appell biss stabbiliti skont l-Artikolu 4 għandu jkollhom is-setgħa jissospendu jew idawru deċiżjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

'3a. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5, kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun responsabbli għal tal-inqas regolazzjoni tas-suq ex-ante skont l-Artikoli 7, 7a, 15 u 16 ta’ din id-Direttiva u l-Artikoli 9 sa 13b tad-Direttiva 2002/19/KE; għan-numerar, it-tismija u l-indirizzar, il-kolokazzjoni u l-kondiviżjoni tal-elementi u l-faċilitajiet assoċjati tan-netwerk u għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn impriżi skont l-Artikoli 10, 12, 20 u 21 ta’ din id-Direttiva u għall-affordabbiltà tat-tariffi, il-kwalità tas-servizz tal-impriżi maħtura, il-kost tal-obbligu tas-servizz universali, il-kontrolli regolatorji fuq is-servizzi għall-konsumaturi, il-kuntratti, it-trasparenza u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, il-kwalità tas-servizz, l-iżgurar tal-ekwivalenza fl-aċċess u l-għażla għall-utenti finali b’diżabilità, is-servizzi ta’ emerġenza u n-numru tat-telefon uniku Ewropew f'każ ta' emerġenza, l-aċċess għan-numri u s-servizzi, il-provdiment ta’ faċilitajiet addizzjonali u l-faċilitazzjoni tat-tibdil tal-provditur skont l-Artikoli 9, 11, 12, 17, 20, 20a, 21, 21a, 22, 23a, 26, 26a, 28, 29 u 30 tad-Direttiva 2002/22/KE, kwistjonijiet relatati mal-awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2002/20, kif ukoll tad-Direttiva 2002/58/KE.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap ta’ awtorità regolatorja nazzjonali, jew fejn applikabbli, il-membri tal-korp kolleġjali li jkopri dik il-funzjoni f’awtorità regolatorja nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu jew is-sostituti tagħhom ikunu jistgħu jitkeċċew biss jekk ma jissodisfawx iktar il-kondizzjonijiet mitluba għat-twettiq ta’ dmirijiethom li jkunu stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali. Id-deċiżjoni biex jitkeċċa l-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew fejn applikabbli biex jitkeċċew il-membri tal-korp kolleġjali li jkopri dik il-funzjoni għandha ssir pubblika fiż-żmien tat-tkeċċija. Il-kap imkeċċi tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew fejn applikabbli l-membri tal-korp kolleġjali li jkopri dik il-funzjoni, għandhom jirċievu dikjarazzjoni ta’ raġunijiet u għandu jkollhom id-dritt jitolbu l-pubblikazzjoni tagħha, jekk din ma tkunx ser issir, f'liema każ hija tiġi pubblikata.

Kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha taġixxi indipendentement u m’għandhiex tfittex jew tieħu struzzjonijiet minn ebda korp fir-rigward tal-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti assenjati lilha skont il-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi Komunitarja. Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali. Korpi ta’ appell biss stabbiliti skont l-Artikolu 4 għandu jkollhom is-setgħa jissospendu jew idawru deċiżjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap ta’ awtorità regolatorja nazzjonali, jew fejn applikabbli, il-membri tal-korp kolleġjali li jkopri dik il-funzjoni f’awtorità regolatorja nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu jew is-sostituti tagħhom ikunu jistgħu jitkeċċew biss jekk ma jissodisfawx iktar il-kondizzjonijiet mitluba għat-twettiq ta’ dmirijiethom li jkunu stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali. Id-deċiżjoni biex jitkeċċa l-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew fejn applikabbli biex jitkeċċew il-membri tal-korp kolleġjali li jkopri dik il-funzjoni għandha ssir pubblika fiż-żmien tat-tkeċċija. Il-kap imkeċċi tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew fejn applikabbli l-membri tal-korp kolleġjali li jkopri dik il-funzjoni, għandhom jirċievu dikjarazzjoni ta’ raġunijiet u għandu jkollhom id-dritt jitolbu l-pubblikazzjoni tagħha, jekk din ma tkunx ser issir, f'liema każ hija tiġi pubblikata.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet regolatorji nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu pubblikati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi umani u finanzjarji xierqa sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem b’mod attiv fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) (1), kif ukoll jagħtu l-kontribut tagħhom lil dan il-Korp.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet regolatorji nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu jkollhom baġits annwali separati u li l-baġits ikunu biżżejjed għat-twettieq tal-kompiti tagħhom. Il-baġits u l-kontijiet awditjati annwali għandhom jiġu ppubblikati minn kull awtorità regolatorja nazzjonali. Kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun organizzata u operata sabiex tissalvagwardja l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha u għandu jkollha għadd ta’ membri tal-persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha għat-twettieq tajjeb tal-kompiti tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi umani u finanzjarji xierqa sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem b’mod attiv fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC)1, kif ukoll jagħtu l-kontribut tagħhom lil dan il-Korp.

______________________

______________________

1 Ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li jwaqqaf il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju

Li jkun hemm ARN għal kull Stat Membru u li l-kompetenzi ewlenin tagħhom jiġu armonizzati u li jissaħħu r-riżorsi tagħhom ma jkunx biss ta’ benefiċċju dirett għar-superviżjoni u l-infurzar tal-qafas fl-Istati Membri, iżda b’mod indirett ikompli jappoġġja wkoll ix-xogħol kollettiv tal-NRAs fil-BEREC.

Emenda  176

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – punt 2 – punt a

Direttiva 2002/21/KE

Artikolu 7a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– (a) fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

imħassar

1. Meta miżura maħsuba koperta bl-Artikolu 7(3) ikollha l-għan li timponi, temenda jew tirtira obbligu minn fuq operatur bl-applikazzjoni tal-Artikolu 16, ta' din id-Direttiva flimkien mal-Artikolu 5 u l-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess), u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (id-Direttiva dwar is-Servizz Universali), fi żmien xahar kif previst fl-Artikolu 7(3) ta' din id-Direttiva l-Kummissjoni tista' tinnotifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata u lill-BEREC bir-raġunijiet tagħha biex tqis li l-abbozz tal-miżura joħloq ostaklu għas-suq uniku jew bid-dubji serji tagħja fejn tidħol il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità, filwaqt li tqis kif xieraq kull Rakkomandazzjoni adottata skont l-Artikolu 19(1) ta' din id-Direttiva dwar l-applikazzjoni armonizzata ta' dispożizzjonijiet speċifiċi ta' din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi. F'dan il-każ, l-abbozz tal-miżura ma għandux jiġi adottat għal tliet xhur oħra wara n-notifika tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Għall-prevenzjoni ta’ effetti detrimentali fuq l-utenti finali, huwa neċessarju li tiġi affermata mill-ġdid il-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-kompitu tal-armonizzazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dispo#izzjonijiet speċifiċi ta’ din id-Direttiva - u oħrajn speċifiċi.

Emenda  177

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – punt 2 – punt b

Direttiva 2002/21/KE

Artikolu 7a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– (b) il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

imħassar

'2. Fi żmien tliet xhur kif jissemma fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, il-BEREC u l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandhom jikkoperaw mill-qrib biex jidentifikaw l-iktar miżura xierqa u effettiva fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8, filwaqt li jqisu b'mod xieraq il-fehmiet tal-parteċipanti tas-suq u l-ħtieġa li jkun żgurat l-iżvilupp ta' prattika regolatorja konsistenti. Meta l-miżura maħsuba jkollha l-għan li timponi, temenda jew tirtira obbligu minn fuq provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika skont it-tifsira tar-Regolament [XXX/2014] fi Stat Membru ospitanti, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju tista' wkoll tieħu sehem fil-proċess ta' koperazzjoni.'

Emenda  178

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – punt 2 – punt c

Direttiva 2002/21/KE

Artikolu 7a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- (c) fil-paragrafu 5, jiddaħħal dan il-punt (aa):

imħassar

"(aa) tieħu deċiżjoni biex teżiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tirtira l-abbozz tal-miżura, flimkien ma' proposti speċifiċi biex dan jiġi emendat, meta l-miżura maħsuba jkollha l-għan li timponi, temenda jew tirtira obbligu minn fuq provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika skont it-tifsira tar-Regolament [XXX/2014]."

Emenda  179

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – punt 2 – punt d

Direttiva 2002/21/KE

Artikolu 7a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– (d) fil-paragrafu 6, jiżdied dan is-subparagrafu:

imħassar

"L-Artikolu 7(6) għandu japplika meta l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 5(aa)."

Emenda  180

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2002/21/KE

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a) Fl-Artikolu 8(4), il-punt (g) huwa mħassar.

Emenda  181

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – punt 2b (ġdid)

Direttiva 2002/21/KE

Artikolu 9b – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(2b) Fl-Artikolu 9b(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri addattati implimentattivi biex tidentifika l-meded li d-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jistgħu jkunu ttrasferiti jew mikrija bejn l-impriżi. Dawn il-miżuri m’għandhomx ikopru frekwenzi li jintużaw għax-xandir.

'3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri addattati implimentattivi biex tiffaċilita t-trasferiment jew il-kiri tad-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju bejn l-impriżi. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati fi żmien 12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament [XXX/2014]*. Dawk il-miżuri m’għandhomx ikopru frekwenzi li jintużaw għax-xandir.

_____________

* Regolament (UE) Nru XXX/20XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni ta' ...... li jistabbilixxi miżuri dwar is-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 (ĠU L XXX, XX.XX.20XX, p. X).'

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02002L0021-20090702&qid=1395662408159&from=MT)

Emenda  182

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – punt 4

Direttiva 2002/21/KE

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva u tal-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva tal-Awtorizzazzjoni), meta l-Kummissjoni ssib li d-diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva, fid-Direttivi Speċifiċi u fir-Regolament Nru [XX/2014], jistgħu joħolqu ostaklu għas-suq intern, il-Kummissjoni wara li qris sew il-fehma tal-BEREC, tista' toħroġ rakkomandazzjoni jew deċiżjoni dwar l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva, fid-Direttivi Speċifiċi u fir-Regolament Nru [XX/2014] sabiex ikomplu jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8.'

'Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva u tal-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), meta l-Kummissjoni ssib li d-diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-kompiti regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva, fid-Direttivi Speċifiċi u fir-Regolament Nru [XX/2014], jistgħu joħolqu ostaklu għas-suq intern, il-Kummissjoni wara li tqis sew il-fehma tal-BEREC, għandha toħroġ rakkomandazzjoni jew deċiżjoni dwar l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva, fid-Direttivi Speċifiċi u fir-Regolament Nru [XX/2014] sabiex ikomplu jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8.'

Emenda  183

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2, għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(fa) provditur riċeventi ta' komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku" tfisser il-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li lilu jiġi trasferit in-numru tat-telefown jew is-servizz.”;

(fb) "provditur trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku" tfisser provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li mingħandu jiġi trasferit in-numru tat-telefown jew is-servizz.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni ddaħħal definizzjoni ġdida ta’ “provditur riċeventi tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku” bħala definizzjoni ġdida fl-Artikolu 2 tad-Direttiva USD.

Emenda  184

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

(1b) It-titolu tal-Artikolu 20 huwa sostitwit bi:

'Kuntratti'

'Rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-kuntratti';

Emenda  185

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20 – paragrafu –1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1c) Fl-Artikolu 20, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

'-1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 1a tingħata qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt u b’mod ċar, komprensiv u aċċessibbli faċilment u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur* rigward kuntratti konklużi lil hinn mill-post tan-negozju jew mill-bogħod. Il-konsumatur u utenti finali oħrajn, li jitolbu dan, għandu jkollhom aċċess għal kopja tal-kuntratt f'format li jibqa'.

L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom rekwiżiti tal-lingwa dwar l-informazzjoni kuntrattwali, sabiex jiżguraw li din l-informazzjoni tinftiehem b’mod faċli mill-konsumatur jew mill-utent finali li qed jitlob dan.

_________________

*Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).'

Emenda  186

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1d (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(1d) L-Artikolu 20(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

'1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jabbonaw għal servizzi li jipprovdu konnessjoni lil network ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi u/jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli, konsumaturi, u utenti oħra aħħarin li hekk jitolbu, għandhom dritt għal kuntratt ma’ impriża jew impriżi li jipprovdu tali konnessjoni u/jew servizzi. Tali kuntratt għandu mill-anqas jispeċifika f’forma ċara, komprensiva u ħafifa u aċċessibbli:

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jabbonaw għal servizzi li jipprovdu konnessjoni lil network ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi u/jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli, konsumaturi, u utenti finali oħra li hekk jitolbu, għandhom dritt għal kuntratt ma’ impriża jew impriżi li jipprovdu tali konnessjoni u/jew servizzi. Il-kuntratt għandu mill-anqas jispeċifika l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-identità u l-indirizz tal-impriża;

(a) l-identità, l-indirizz u l-informazzjoni ta' kuntatt tal-impriża u, jekk ikunu differenti, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt għal kwalunkwe ilment;

(b) is-servizzi provduti, inkluż b'mod partikolari,

(b) il-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi provduti, inkluż b’mod partikolari:

(i) il-pjan jew pjanijiet tat-tariffi speċifiċi li għalihom japplika l-kuntratt u, għal kull pjan ta’ tariffa bħal dan, it-tipi ta’ servizzi offruti, inklużi l-volumi tal-komunikazzjonijiet;

— jekk hux qed jingħata aċċess għal servizzi ta' emerġenza u jekk hux qed tingħata informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata u/jew kwalunkwe limitazzjonijiet fuq l-għoti ta' servizzi ta' emerġenza skont l-Artikolu 26,

(ii) aċċess għal informazzjoni dwar servizzi ta’ emerġenza u dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata għal kull servizz rilevanti offrut, u kwalunkwe limitazzjoni fuq l-għoti ta' servizzi ta’ emerġenza skont l-Artikolu 26,

— informazzjoni dwar kwalunkwe kundizzjoni oħra li tillimita l-aċċess għas-servizzi u l-applikazzjonijiet u/jew l-użu tagħhom, fejn dawn il-kondizzjonijiet huma permessi skont il-liġi nazzjonali konformement mal-liġi Komunitarja,

il-livelli ta' kwalità minimi tas-servizzi offruti, inkluż iż-żmien meħtieġ għall-konnessjoni inizjali u, jekk ikun il-każ, parametri oħra ta’ kwalità tas-servizz, kif definiti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali,

(iii) il-livelli ta' kwalità minimi tas-servizzi offruti, inkluż iż-żmien meħtieġ għall-konnessjoni inizjali u, jekk ikun il-każ, parametri oħra ta’ kwalità tas-servizz, kif definiti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali,

— informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura mwaqqfa mill-impriża biex tkejjel u timmaniġġja t-traffiku sabiex jiġi evitat li jimtela n-network link sal-kapaċità massima tiegħu jew iżjed mill-kapaċità tiegħu u informazzjoni dwar kif dawk il-proċeduri jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità tas-servizz,

it-tipi ta' servizz ta’ manutenzjoni offruti u s-servizzi ta’ appoġġ għall-klijenti pprovduti, kif ukoll il-metodi ta’ kuntatt ma’ dawn is-servizzi,

(iv) it-tipi ta' servizzi ta' wara l-bejgħ, ta' servizzi ta' manutenzjoni u s-servizzi ta' appoġġ għall-klijenti pprovduti, inklużi, meta jkun fattibbli, informazzjoni teknika għall-funzjonament tajjeb tat-tagħmir terminali magħżul mill-utent finali, il-kundizzjonijiet u l-imposti għal dawk is-servizzi, u l-mezzi ta' kuntatt ma' dawk is-servizzi,

kwalunkwe restrizzjonijiet imposti mill-fornitur dwar l-użu ta’ tagħmir terminali pprovdut;

(v) kwalunkwe restrizzjonijiet imposti mill-fornitur dwar l-użu ta’ tagħmir terminali pprovdut, inkluża l-informazzjoni dwar il-ftuħ tat-tagħmir terminali u kull imposta involuta jekk jiġi tterminat il-kuntratt qabel jintemm il-perjodu minimu tal-kuntratt;

(vi) kwalunkwe restrizzjoni imposta fuq il-konsum ta' servizzi tar-roaming regolati għall-konsumaturi mogħtija bil-prezz lokali applikabbli, b'riferenza għall-kriterji tal-użu ġust, inkluża informazzjoni dettaljata dwar kif dawn il-kriterji tal-użu ġust huma applikati fir-rigward tal-ipprezzar ewlieni, il-volum jew parametri oħrajn tal-pjan tariffarju inkwistjoni;

(c) meta jeżisti obbligu taħt l-Artikolu 25, l-għażliet tal-abbonat dwar jekk tiġi inkluża jew le d-data personali tiegħu jew tagħha f’direttorju u d-data konċernata;

(c) meta jeżisti obbligu skont l-Artikolu 25, l-għażliet tal-abbonat dwar jekk tiġi inkluża jew le d-dejta personali tiegħu jew tagħha f’direttorju, u l-kapaċità tagħhom li jivverifikaw, jikkoreġu jew jirtiraw dak li jkunu daħħlu;

(d) dettalji tal-prezzijiet u t-tariffi, inkluż il-mezzi li bihom tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ħlasijiet tal-manutenzjoni kollha applikabbli, metodi ta’ pagament offruti u kwalunkwe differenzi fl-ispejjeż dovuti minħabba l-metodu tal-pagament;

(d) dettalji tal-prezzijiet u t-tariffi, inklużi t-taxxi u l-imposti addizzjonali li jistgħu possibilment jintalbu, u l-mezzi li bihom tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ħlasijiet tal-manutenzjoni kollha applikabbli;

(da) il-metodi tal-ħlas offruti u kwalunkwe differenza fl-ispejjeż minħabba l-metodu tal-ħlas magħżul, u l-faċilitajiet disponibbli li jissalvagwardjaw it-trasparenza fil-kontijiet u jissorveljaw il-livell tal-konsum;

(e) it-tul tal-kuntratt u l-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tas-servizzi u tal-kuntratt, inkluż:

(e) it-tul tal-kuntratt u l-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tas-servizzi u tal-kuntratt, inkluż:

kwalunkwe użu minimu meħtieġ sabiex wieħed jibbenefika minn kondizzjonijiet promozzjonali,

(i) kwalunkwe użu jew tul minimu meħtieġ sabiex wieħed jibbenefika minn termini promozzjonali,

kwalunkwe tariffi relatati mal-portabbiltà ta’ numri u identifikaturi oħra,

(ii) kwalunke tariffa relatata mal-bidla minn provditur għal ieħor u l-portabbiltà ta’ numri u identifikaturi oħra, inklużi l-arranġamenti għal kumpens u rifużjoni minħabba dewmien jew abbuż fil-bidla minn provditur għal ieħor;

kwalunke tariffi dovuti mat-terminazzjoni tal-kuntratt, inkluż kwalunkwe rkupru ta’ spiża fir-rigward ta’ tagħmir terminali;

(iii) kwalunke tariffa dovuta mat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, inkluż kwalunkwe rkupru ta' spiża fir-rigward ta' tagħmir terminali, abbażi tal-metodi tas-soltu għad-deprezzament u vantaġġi promozzjonali oħra fuq bażi pro rata temporis,

(f) kwalunkwe kumpens u l-arranġamenti għal rifużjoni li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizzi b’kuntratt ma jintlaħqux;

(f) kwalunkwe kumpens u l-arranġamenti għal rifużjoni, inkluż, fejn japplika, referenza espliċita għad-drittijiet statutorji tal-konsumatur li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizzi b’kuntratt ma jintlaħqux;

(g) il-mezz ta’ kif jinbdew proċeduri għar-riżoluzzjoni ta’ disputi skont l-Artikolu 34;

(g) il-mezz ta’ kif jinbdew proċeduri għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim, inkluż tilwim transfruntier, skont l-Artikolu 34;

(ga) dettalji dwar kif utenti finali b’diżabbiltà jistgħu jiksbu informazzjoni dwar prodotti u servizzi maħsuba għalihom;

(h) it-tip ta’ azzjoni li tista’ tittieħed mill-impriża b’reazzjoni għal inċidenti ta’ sigurtà jew integrità jew theddid u vulnerabbiltajiet.

(h) it-tip ta’ azzjoni li tista’ tittieħed mill-impriża b’reazzjoni għal inċidenti ta’ sigurtà jew integrità jew theddid u vulnerabbiltajiet.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li l-kuntratt jinkludi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiġi provduta mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti għal dan l-iskop dwar l-użu ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi biex jidħlu f’attivitajiet illegali jew biex ixerdu kontenut dannuż, u dwar il-mezzi ta’ protezzjoni kontra riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u data personali, imsemmija fl-Artikolu 21(4) u rilevanti għas-servizz ipprovdut.'

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li l-kuntratt jinkludi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiġi provduta mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti għal dan l-iskop dwar l-użu ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi biex jidħlu f’attivitajiet illegali jew biex ixerdu kontenut dannuż, u dwar il-mezzi ta’ protezzjoni kontra riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u dejta personali, imsemmija fl-Artikolu 21(4) u rilevanti għas-servizz ipprovdut.'

Emenda  187

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1e (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1e) Fl-Artikolu 20, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

'1a. Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jekk il-kuntratt jinkludi l-provdiment ta' servizzi tal-aċċess għall-internet, dak il-kuntratt għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a) dettalji tal-pjanijiet tal-ipprezzar tal-unità tad-dejta, pjanijiet tal-ipprezzar tad-dejta bl-ingrossa u kwalunkwe limitu applikabbli relatat mal-pjan ta’ tariffa jew pjanijiet ta’ tariffa speċifiċi li għalihom japplika l-kuntratt. Għal volumi tad-dejta ’l fuq mil-limiti, l-ipprezzar bl-unità jew bl-ingrossa fuq bażi ad hoc jew dejjiema u kwalunkwe limitazzjoni ta’ veloċità tad-dejta li tista’ tiġi applikata għall-pjan ta’ tariffa jew pjanijijiet ta’ tariffa speċifiċi li għalihom japplika l-kuntratt;

(b) kif l-utenti finali jistgħu jissorveljaw il-livell attwali tal-konsum tagħhom, u jekk u kif jista’ jkun stabbilit kwalunkwe limitu volontarju;

(c) għal links tad-dejta fissi, il-veloċità tad-download u l-upload normalment disponibbli u minima fil-post ewlieni tal-utent finali;

(d) għal links tad-dejta mobbli, il-veloċità tad-download u tal-upload stmata u minima meta l-konnessjoni tkun permezz tan-netwerk bla wajers fl-Istat Membru ta’ residenza tal-utent finali;

(e) parametri oħrajn ta' kwalità tas-servizzi, kif stipulat skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) .../...*;

(f) informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura stabbilita mill-provditur biex jitkejjel u jiġi ġestit it-traffiku inklużi indikazzjoni tal-metodi tal-ispezzjoni tal-komunikazzjoni sottostanti użati għal miżuri ta’ ġestjoni raġonevoli tat-traffiku u informazzjoni dwar kif dawk il-proċeduri jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità tas-servizz, il-privatezza tal-utenti finali u l-protezzjoni tad-dejta personali; u

(g) spjegazzjoni ċara u komprensibbli dwar kif xi limitazzjoni fil-volum tad-dejta, il-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi, jistgħu, fil-prattika, ikollhom impatt fuq is-servizzi tal-aċċess għall-internet, b'mod partikulari l-użu tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi.

__________________

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.

Emenda  188

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1f (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

(1f) L-Artikolu 20(2) għandu jitħassar

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati jkollhom id-dritt li jirtiraw il-kuntratti tagħhom mingħajr penali ma' avviż ta' modifiki għad-detriment tal-abbonat fil-kondizzjonijiet kuntrattwali proposti mill-impriżi li jipprovdu netwerks u/jew is-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika. L-abbonati għandhom jingħataw avviż adegwat, mhux anqas minn xahar, bil-quddiem ta' modifikazzjonijiet bħal dawk u għandhom ikunu nfurmati fl-istess waqt bid-dritt tagħhom li jirtiraw, mingħajr penalità mill-kuntratti tagħhom, jekk ma jeċċettawx il-kondizzjonijiet il-ġodda. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jispeċifikaw tali notifiki.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur jipproponi Artikolu 20a ġdid dwar it-tul u t-terminazzjoni ta’ kuntratt. Din id-dispożizzjoni hija inkluża hemm.

Emenda  189

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1g (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20 – paragrafu 20a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

(1g) Fl-Artikolu 20, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

'2a. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu rekwiżiti addizzjonali ta’ informazzjoni kuntrattwali fir-rigward ta' kuntratti li għalihom japplika dan l-Artikolu.';

Emenda  190

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1h (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1h) Fl-Artikolu 20, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

'2b. Il-BEREC għandu joħroġ linji gwida għall-istabbilment ta’ mudelli kuntrattwali standard li jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 1 u 1a ta’ dan l-Artikolu.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti addizzjonali dwar il-kontenut, il-forma u l-manjiera tal-informazzjoni kuntrattwali li trid tiġi ppubblikata, inklużi, b'mod partikulari, il-veloċitajiet stmati tal-kunsinna tad-dejta, filwaqt li jitqiesu bl-akbar reqqa l-linji gwida tal-BEREC għall-metodi biex jitkejlu l-veloċità u għall-kontenut, il-forma u l-manjiera tal-informazzjoni għall-ppubblikazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 21(3a).';

Emenda  191

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1i (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1i) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

'Artikolu 20a

Tul u terminazzjoni tal-kuntratt

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tul massimu tal-kuntratti konklużi bejn il-konsumaturi u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jkun 24 xahar. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffru lill-utenti finali l-possibbiltà ta’ kuntratti ta’ 12-il xahar.

2. Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jirtira l-kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju fi żmien 14-il ġurnata wara l-konklużjoni tiegħu skont id-Direttiva 2011/83/UE.

3. Meta kuntratt jew liġi nazzjonali jipprovdu li perjodi tal-kuntratt b’terminu fiss (b'kuntrarju għal terminu minimu) jiġu estiżi awtomatikament, il-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandu jinforma b'dan lill-konsumatur fi żmien dovut sabiex il-konsumatur ikollu mill-inqas xahar żmien biex jopponi din l-estensjoni awtomatika. Jekk il-konsumatur ma jopponix din l-estensjoni awtomatika, il-kuntratt għandu jitqies bħala kuntratt permanenti li l-utent finali jista’ jtemm kull meta jrid b’perjodu ta’ avviż ta’ xahar u bla ma jġarrab ebda spiża ħlief il-prezz tas-servizz provdut matul il-perjodu ta’ avviż.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom id-dritt itemmu l-kuntratt tagħhom bla ma jġarrbu ebda spiża meta jirċievu l-avviż ta' tibdil fil-kundizzjonijiet kuntrattwali li jipproponi l-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku sakemm il-modifiki proposti ma jkunux esklussivament għall-benefiċċju tal-utenti finali. Il-provdituri għandhom jagħtu lill-utenti finali perjodu ta’ avviż adegwat, mhux iqsar minn xahar, ta' dan it-tibdil, u fl-istess waqt għandhom jgħarrfuhom bid-dritt tagħhom li jtemmu l-kuntratt bla ma jġarrbu spejjeż jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet kuntrattwali l-ġodda. Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis.

5. Kwalunkwe diskrepanza sinifikanti li tkun kontinwa jew li sseħħ regolarment, bejn il-prestazzjoni proprja fejn jidħlu l-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizz, u l-prestazzjoni indikata mill-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku skont l-Artikolu 20, għandha titqies bħala nuqqas ta’ konformità tal-prestazzjoni għall-finijiet biex jiġu determinati r-rimedji disponibbli għall-konsumatur skont il-liġi nazzjonali.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li abbonament għal servizzi addizzjonali li jipprovdi l-istess provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku m'għandux jerġa’ jibda mill-ġdid il-perjodu tal-kuntratt inizjali, sakemm is-servizzi addizzjonali ma jkunux offruti bi prezz promozzjonali speċjali li jkun disponibbli biss bil-kundizzjoni li l-perjodu kuntrattwali eżistenti jerġa' jinbeda.

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku japplikaw kundizzjonijiet u proċeduri għat-terminazzjoni tal-kuntratt li ma joħolqux ostakli jew diżinċentivi biex wieħed jibdel il-provdituri tas-servizz.

8. Jekk pakkett ta' servizzi offrut lill-konsumaturi jkun fih mill-inqas konnessjoni ma' netwerk tal-komunikazzjoni elettronika jew servizz wieħed tal-komunikazzjoni elettronika, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-elementi kollha tal-pakkett.

9. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu rekwiżiti addizzjonali biex jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward ta' kuntratti li għalihom japplika dan l-Artikolu.';

Emenda  192

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1j (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 21

Test fis-seħħ

Emenda

(1j) L-Artikolu 21 huwa sostitwit b'dan li ġej:

'Artikolu 21

'Artikolu 21

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika u/jew servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku biex jippubblikaw informazzjoni trasparenti, komparabbli, adegwata u aġġornata dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli, kwalunkwe ħlasijiet minħabba t-terminazzjoni ta’ kuntratt u informazzjoni dwar termini u kondizzjonijiet standard fir-rigward tal-aċċess u l-użu tas-servizzi tagħhom pprovduti minnhom lill-utenti finali u lill-konsumaturi skont l-Anness II. Din l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata f’forma ċara, komprensiva u li tkun faċilment aċċessibbli. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti addizzjonali rigward il-forma li fiha tali informazzjoni għandha tiġi pubblikata.

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika u/jew servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku biex jippubblikaw informazzjoni trasparenti, komparabbli, adegwata u aġġornata dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli, kwalunkwe ħlasijiet minħabba t-terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt u informazzjoni dwar termini u kondizzjonijiet standard fir-rigward tal-aċċess u l-użu tas-servizzi tagħhom pprovduti minnhom lill-utenti finali skont l-Anness II. Din l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata f’forma ċara, komprensiva u li tkun faċilment aċċessibbli u għandha tkun aġġornata regolarment. Kwalunkwe differenzazzjoni fil-kundizzjonijiet applikati għall-konsumaturi u utenti finali oħra li jitolbu hekk għandha tkun espliċita. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti addizzjonali rigward il-forma li fiha tali informazzjoni għandha tiġi pubblikata, li b’mod partikolari tista’ tinkludi l-introduzzjoni tar-rekwiżiti tal-lingwa sabiex ikun żgurat li tali informazzjoni tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħrajn li jitolbu dan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jkunu obbligati li fuq talba jipprovdu l-informazzjoni, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, qabel ma tiġi ppubblikata.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinkoraġġixxu l-forniment ta’ informazzjoni komparabbli biex l-utenti finali u l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu evalwazzjoni indipendenti tal-ispiża fuq pakketti ta’ użu alternattivi, per eżempju permezz ta’ linji gwida interattivi jew ta’ teknika simili. Meta dawn il-faċilitajiet ma jkunux disponibbli fis-suq mingħajr ħlas jew bi prezz raġonevoli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu kapaċi jagħmlu tali linji gwida u tali teknika disponibbli huma stess jew billi jinkarigaw partijiet terzi. Il-partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jużaw mingħajr ħlas l-informazzjoni pubblikata mill-impriżi li jipprovdu networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli, għall-finijiet li jbiegħu jew jagħmlu disponibbli tali linji gwida interattivi jew teknika simili.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-konsumaturi u utenti finali oħrajn li hekk jitolbu, ikollhom aċċess għal għodod indipendenti tal-evalwazzjoni li jippermettulhom iqabblu l-prestazzjoni tal-aċċess u s-servizzi tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika u l-kost tax-xejriet tal-użu alternattivi. Meta dawn il-faċilitajiet ma jkunux disponibbli fis-suq mingħajr ħlas jew bi prezz raġonevoli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu kapaċi jagħmlu tali linji gwida u tali teknika disponibbli huma stess jew billi jinkarigaw partijiet terzi. Il-partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jużaw mingħajr ħlas l-informazzjoni pubblikata mill-impriżi li jipprovdu networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli, għall-finijiet li jbiegħu jew jagħmlu disponibbli tali għodod ta' valutazzjoni indipendenti.

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, taħt il-gwida tal-BEREC u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, jistabbilixxu skema volontarja ta’ ċertifikazzjoni għal siti ta’ tqabbil, gwidi jew għodod simili interattivi, ibbażata fuq rekwiżiti oġġettivi, trasparenti u proporzjonati, inkluż, b’mod partikolari, indipendenza minn kwalunkwe provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku biex inter alia:

(a) jipprovdu informazzjoni applikabbli dwar it-tariffi lil abbonati rigward kwalunkwe numru jew servizz suġġett għal kondizzjonijiet ta’ prezzar partikolari; fir-rigward ta’ kategoriji individwali ta’ servizzi li awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeħtieġu li tali informazzjoni tiġi provduta immedjatament qabel ma tiġi konnessa s-sejħa;

(a) jipprovdu lill-utenti finali informazzjoni applikabbli dwar it-tariffi rigward kwalunkwe numru jew servizz suġġett għal kondizzjonijiet ta’ prezzar partikolari; fir-rigward ta’ kategoriji individwali ta’ servizzi li awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeħtieġu li tali informazzjoni tiġi provduta immedjatament qabel ma tiġi konnessa s-sejħa;

(b) jgħarrfu lill-abbonati dwar kwalunkwe bidla fl-aċċess għal servizzi ta’ emerġenza jew informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata fis-servizz li jkunu abbonaw għalih;

(b) jipprovdu lill-utenti finali informazzjoni dwar l-aċċess għal servizzi ta’ emerġenza u informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata għas-servizz kollha rilevanti offruti, u kwalunkwe limitazzjoni fil-provdiment tas-servizzi ta’ emerġenza skont l-Artikolu 26, u biex jiżguraw li kull bidla tiġi nnotifikata mingħajr dewmien;

(c) jinformaw lill-abbonati dwar kwalunkwe bidla fil-kondizzjonijiet li jillimitaw l-aċċess għas-servizzi u l-applikazzjonijiet u/jew l-użu tagħhom, fejn dawn il-kondizzjonijiet huma permessi skont il-liġi nazzjonali skont il-liġi Komunitarja;

(d) jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura mwaqqfa mill-fornitur biex tkejjel u timmaniġġja t-traffiku sabiex jiġi evitat milli jimtela network link sal-kapaċità massima tiegħu jew iżjed mill-kapaċità tiegħu u dwar kif dawk il-proċeduri jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità tas-servizz;

(da) jipprovdu informazzjoni dwar is-servizzi tal-aċċess għall-internet, meta offruti, li tispeċifika dan li ġej:

(i) għal links tad-dejta fissi, il-veloċità tad-download u l-upload normalment disponibbli u minima fl-Istat Membru ta' residenza tal-utent finali; għal links tad-dejta mobbli, il-veloċità tad-download u tal-upload stmata u minima meta l-konnessjoni tkun permezz tan-netwerk bla wajers fl-Istat Membru ta’ residenza tal-utent finali;

(ii) dettalji tal-pjanijiet ta’ prezzar tal-unità tad-dejta, pjanijiet ta’ prezzar tad-dejta bl-ingrossa u kwalunkwe limiti applikabbli. Għal volumi tad-dejta ’l fuq mil-limiti: l-ipprezzar bl-unità jew bl-ingrossa fuq bażi ad hoc jew bażi dejjiema u kwalunkwe limitazzjoni ta’ veloċità tad-dejta li tista’ tiġi applikata;

(iii) kif l-utenti finali jistgħu jissorveljaw il-livell attwali tal-konsum tagħhom, u jekk u kif tista’ tkun stabbilita kwalunkwe limitazzjoni volontarja;

(iv) spjegazzjoni ċara u komprensibbli dwar kif xi limitazzjoni fil-volum tad-dejta, il-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi, jistgħu, fil-prattika, ikollhom impatt fuq l-użu tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, b'mod partikulari l-użu tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi;

(v) informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura stabbilita mill-provditur biex ikejjel u jimmaniġġja t-traffiku, kif definit fl-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) .../...*, inkluża indikazzjoni tal-metodi sottostanti tal-ispezzjoni tal-komunikazzjoni użati għal miżuri ta’ ġestjoni raġonevoli tat-traffiku u dwar kif dawk il-proċeduri jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità tas-servizz, il-privatezza tal-utenti finali u l-protezzjoni tad-dejta personali;

(e) jinformaw lill-abbonati bid-dritt tagħhom li jiddeterminaw jekk jinkludux jew le data personali tagħhom f’direttorju u t-tipi ta’ data konċernata f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika); kif ukoll

(e) jinformaw lill-konsumaturi, u lill-utenti finali, fejn applikabbli, bid-dritt tagħhom li jiddeterminaw jekk jinkludux jew le dejta personali tagħhom f'direttorju u t-tipi ta’ dejta konċernata f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE; kif ukoll

(f) jinfurmaw regolarment l-abbonati b’diżabbiltà bid-dettalji tal-prodotti u sevizzi maħsuba għalihom.

(f) jinfurmaw regolarment lill-konsumaturi b’diżabbiltà, u lil utenti finali oħrajn, meta applikabbli, bid-dettalji tal-prodotti u servizzi maħsuba għalihom u bil-miżuri meħuda biex ikun żgurat aċċess indaqs;

Jekk jitqies xieraq, awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippromwovu miżuri awto-regolatorji jew koregolatorji qabel ma jiġi impost kwalunkwe obbligu.

Jekk jitqies xieraq, awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippromwovu miżuri awto-regolatorji jew koregolatorji qabel ma jiġi impost kwalunkwe obbligu. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti addizzjonali dwar il-kontenut, il-forma u l-manjiera tal-informazzjoni għall-pubblikazzjoni, filwaqt li jqisu bir-reqqa l-linji gwida tal-BEREC imsemmija fil-paragrafu 3a ta’ dan l-Artkolu.

3a. Sa ... *, il-BEREC, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi linji gwida ġenerali għall-metodi tal-kejl tal-veloċità, il-kwalità tal-parametri tas-servizz li għandhom jitkejlu (fost l-oħrajn veloċitajiet attwali meta mqabbla ma’ dawk riklamati; il-kwalità kif perċepita mill-utenti), u l-metodi għall-kejl tagħhom maż-żmien, kif ukoll il-kontenut, il-forma u l-mod kif l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata, inklużi mekkaniżmi possibbli ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità, sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali, inkluzi l-utenti finali b’diżabbiltà, ikollhom aċċess għal informazjoni komprensiva, komparabbli, affidabbli u faċli għall-utent. Fejn ikun il-każ, il-parametri, id-definizzjonijiet u l-metodi tal-kejl mogħtija fl-Anness III jistgħu jintużaw.

4. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li impriżi msemmijin fil-paragrafu 3 jiddistribwixxu informazzjoni ta’ interess pubbliku lill-abbonati eżistenti u ġodda fejn ikun il-każ, permezz tal-istess mezzi li normalment jintużaw minnhom għall-komunikazzjonijiet tagħhom mal-abbonati. F’dak il-każ tali informazzjoni għandha tiġi prodotta mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti f’format standardizzat u għandha, inter alia, tkopri s-suġġetti li ġejjin:

4. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li impriżi msemmijin fil-paragrafu 3 jiddistribwixxu informazzjoni ta' interess pubbliku lill-utenti finali, fejn xieraq, permezz tal-istess mezzi li normalment jintużaw minnhom għall-komunikazzjonijiet tagħhom mal-utenti finali. F’dak il-każ tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku f'format standardizzat u tista', inter alia, tkopri s-suġġetti li ġejjin:

(a) l-użu l-aktar komuni ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex jidħlu f’attivitajiet illegali jew biex ixerdu kontenut dannuż, b’mod partikolari fejn huwa jista’ jippreġudika r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż ksur ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u l-konsegwenzi legali tagħhom; kif ukoll

(a) l-użu l-aktar komuni ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex jidħlu f’attivitajiet illegali jew biex ixerdu kontenut dannuż, b’mod partikolari fejn huwa jista’ jippreġudika r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż ksur ta' drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u l-konsegwenzi legali tagħhom; kif ukoll

(b) il-mezzi ta’ protezzjoni kontra riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u d-data personali fl-użu ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.'

(b) il-mezzi ta’ protezzjoni kontra riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u d-dejta personali fl-użu ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.'

_________________

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.

** ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.'

Emenda  193

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1k (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1k) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

‘Artikolu 21a

Kontroll tal-konsum

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provdituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi joffru lill-konsumaturi u lill-utenti finali l-faċilità li jissorveljaw u jikkontrollaw l-użu tagħhom tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jitħallsu abbażi tal-konsum bil-ħin jew bil-volum. Din il-faċilità għandha tinkludi:

(a) għas-servizzi mħallsa minn qabel u dawk li jitħallsu wara, l-aċċess għal informazzjoni fil-pront u bla ħlas dwar il-konsum tas-servizz;

(b) għal servizzi li jitħallsu wara li jingħataw, l-abbiltà li jiġi ffissat bla ħlas limitu finanzjarju predeterminat fuq l-użu tagħhom, li jitolbu notifika meta jintlaħaq proporzjon predeterminat tal-limitu u meta jintlaħaq il-limitu nnifsu, il-proċedura li għandha tiġi segwita biex ikomplu l-użu jekk jinqabeż il-limitu, u l-pjanijiet tal-ipprezzar applikabbli;

(c) kontijiet dettaljati fuq mezz li jservi fit-tul.

2. Il-BEREC għandu jadotta linji gwida għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

Wara li jkunu laħqu l-limitu finanzjarju, l-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jibqgħu jirċievu telefonati u messaġġi SMS u jaċċessaw in-numri tat-telefown bla ħlas u s-servizzi ta' emerġenza billi jċemplu n-numru ta' emerġenza Ewropew "112" bla ħlas sa tmiem il-perjodu tal-ħlas miftiehem.'

Emenda  194

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Artikoli 20, 21, 22 u 30 għandhom jitħassru.

(2) L-Artikolu 22 huwa mħassar.

Ġustifikazzjoni

It-tħassir huwa neċessarju biex jinżammu / jiġu emendati l-artikoli kkonċernati.

Emenda  195

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 26

Test fis-seħħ

Emenda

(2a) L-Artikolu 26 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-utenti aħħarin kollha tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 2, inklużi l-utenti ta’ telefons pubbliċi bi ħlas, ikunu jistgħu jċemplu lis-servizzi ta’ emerġenza mingħajr ħlas , billi jużaw in-numru uniku Ewropew ta’ sejħiet ta’ emerġenza, in-numru "112" u numri nazzjonali ta' sejħiet ta' emerġenza speċifikati mill-Istati Membri.

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti kollha tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika privati jkunu jistgħu jċemplu lis-servizzi tal-emerġenza, jew, fejn ikun il-każ, lis-servizzi ta' emerġenza interni, mingħajr ħlas, billi jużaw in-numru uniku Ewropew għall-emerġenza, "112" kif ukoll kwalunkwe numru nazzjonali ieħor ta' sejħiet ta' emerġenza speċifikati mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, servizzi tal-emerġenza u fornituri, għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu lill-utenti aħħarin b’servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għal sejħiet ta’ oriġini nazzjonali lil numru jew numri fi pjan ta’ numerazzjoni telefonika nazzjonali, jipprovdu aċċess għal servizzi ta’ emerġenza.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sejħiet fuq in-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” għandhom jitwieġbu b’mod xieraq u ttrattati bil-mod l-aktar adattat għall-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta’ emerġenza. Dawn is-sejħiet għandhom jitwieġbu u jiġu ttrattati malajr u effiċjentement almenu daqs li kieku kienu sejħiet fuq in-numru jew numri nazzjonali ta’ emerġenza, fejn dawn ikunu għadhom jintużaw.

Il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, għandha tadotta rakkomandazzjoni dwar l-indikaturi ta’ prestazzjoni għall-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-effettività tal-implimentazzjoni tan-numru Ewropew ta’ emerġenza "112" u dwar il-funzjonament tal-indikaturi tal-prestazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2015 u kull sentejn wara dik id-data.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għall-utenti aħħarin b’diżabbiltà għal servizzi ta’ emerġenza jkun daqs dak li minnu jgawdu utenti aħħarin oħrajn. Miżuri meħuda biex jiġi żgurat li l-utenti b’diżabbiltà jkun jista’ jkollhom aċċess għal servizzi ta’ emerġenza huma u jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra, għandhom ikunu possibbli bbażati fuq standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), u m’għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jadottaw rekwiżiti addizzjonali biex isegwu l-għanijet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi konċernati jagħmlu l-informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa disponibbli mingħajr ħlas lill-awtorità li titratta sejħiet ta’ emerġenza malli s-sejħa tidħol għand l-awtorità. Dan għandu japplika għas-sejħiet kollha għan-numru uniku Ewropew ta' sejħiet ta' emerġenza "112". L-Istati Membri jistgħu jestendu dawn l-obbligi biex ikopru sejħiet għal numri nazzjonali ta’ emerġenza. L-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jistabbilixxu kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabilità tal-informazzjoni pprovduta dwar il-post tal-oriġini tas-sejħa.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi kkonċernati jagħmlu l-informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa disponibbli mingħajr ħlas lill-awtorità li titratta sejħiet ta’ emerġenza malli s-sejħa tidħol għand l-awtorità. Dan għandu japplika għas-sejħiet kollha għan-numru uniku Ewropew ta' sejħiet ta' emerġenza "112". L-Istati Membri jistgħu jestendu dawn l-obbligi biex ikopru sejħiet għal numri nazzjonali ta’ emerġenza. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jistabbilixxu kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabilità tal-informazzjoni pprovduta dwar il-post tal-oriġini tas-sejħa skont il-paragrafu 7 u filwaqt li tqis sewwa l-linji gwida tal-BEREC.

Sa (6 xhur wara d-DATA TAL-ISKADENZA TAL-APPLIKAZZJONI) il-BEREC għandu, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jistabbilixxi linji gwida għall-kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabilità tal-informazzjoni dwar il-post tal-oriġini tas-sejħa pprovduta lis-servizzi tal-emerġenza. Dawk il-linji gwida għandhom iqisu l-fattibilità li jintuża terminal mobbli mgħammar b'tagħmir GNSS ta' terminali mobbli sabiex jitjiebu l-preċiżjoni u l-affidabilità tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa lejn il-"112".

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu informati adegwatament dwar l-eżistenza u l-użu tan-numru uniku Ewropew għas-sejħiet ta’ emerġenza "112", b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi li jimmiraw speċifikament lil persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri.

6. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu informati adegwatament dwar l-eżistenza u l-użu tan-numru uniku Ewropew għas-sejħiet ta’ emerġenza “112”, b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi li jimmiraw speċifikament lil persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja u tikkumplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri.

7. Sabiex ikun żgurat l-aċċess effettiv għas-servizzi ta’ “112” fl-Istati Membri, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-BEREC, tista’ tadotta miżuri implimentattivi tekniċi. Madankollu, dawn il-miżuri implimentattivi tekniċi għandhom jiġu adottati bla ħsara għall-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ emerġenza, li għandhom jibqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Istati Membri, u m’għandu jkollhom l-ebda impatt fuqhom.”

7. Sabiex ikun żgurat l-aċċess effettiv għas-servizzi ta' “112” fl-Istati Membri, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-BEREC, għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 37a rigward kriterji ta' lokazzjoni tas-sejħa u indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin dwar l-aċċess għall-“112”. Madankollu, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati bla ħsara għall-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ emerġenza, li għandhom jibqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Istati Membri, u m’għandu jkollhom l-ebda impatt fuqhom.

7a. Il-Kummissjoni għandha żżomm bażi ta' dejta tan-numri E.164 tas-servizzi ta’ emerġenza Ewropej, sabiex tiżgura li dawn ikunu kapaċi jagħmlu kuntatt minn Stat Membru għal ieħor.

Emenda  196

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2b)L-Artikolu li ġej huwa miżjud:

‘Artikolu 26a

Sistema tal-komunikazzjoni “112”invertita tal-UE

Mhux aktar tard minn [sena wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni] il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fattibilità li titwaqqaf sistema tal-komunikazzjoni “112” invertita tal-UE bl-użu ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika eżistenti, li tkopri l-Unjoni kollha, tkun universali, multilingwali, aċċessibbli, sempliċi u effettiva sabiex il-pubbliku jiġi mwissi f'każ ta' diżastru jew stat ta' emerġenza kbira imminenti jew li jkunu qed iseħħu.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BEREC u lis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, u teżamina l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għat-twaqqif tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1. Meta tkun qed tħejji dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis is-sistemi nazzjonali u reġjonali eżistenti tal-"112" u għandha tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta privata. Fejn xieraq, dak ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.’;

Emenda  197

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 30

Test fis-seħħ

Emenda

(2c) L-Artikolu 30 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati kollha b’numri mill-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni telefonika jistgħu jżommu, jekk jitolbu dan, in-numru/i tagħhom indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz skond id-dispożizzjonijiet tal-Parti C ta' l-Anness I.

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati kollha b’numri mill-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni telefonika jistgħu jżommu, jekk jitolbu dan, in-numru/i tagħhom indipendentement mill-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jipprovdi s-servizz skont id-dispożizzjonijiet tal-Parti C ta' l-Anness I.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-prezz bejn l-operaturi u/jew il-fornituri tas-servizz relatat mal-forniment tal-portabbiltà tan-numru ikun orjentat lejn l-ispejjeż u li l-ħlasijiet diretti għall-abbonati, jekk ikun hemm, ma’ jkunx ta’ diżinċentiv għall-abbonati għall-bdil minn fornitur għall-ieħor.

3. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m'għandhomx jimponu tariffi bl-imnut għall-portabilità tan-numri b'mod li jgħawġu il-kompetizzjoni, bħal per eżempju billi jiffissaw tariffi bl-imnut speċifiċi jew komuni.

"4. Il-portabbiltà tan-numri u l-attivazzjoni tagħhom għandhom isiru fl-iqsar żmien possibbli. Fi kwalunkwe każ, l-abbonati li jkunu kkonkludew ftehim dwar il-portabilità ta' numru għal impriża ġdida għandu jkollhom dak in-numru attivat fi żmien ġurnata tax-xogħol.

4. Il-portabbiltà tan-numri u l-attivazzjoni tagħhom għandhom isiru fl-iqsar żmien possibbli. Biex l-utenti finali li kkonkludew ftehim dwar il-portabbiltà ta’ numru għal provditur ġdid, dak in-numru għandu jiġi attivat fi żmien ġurnata tax-xogħol.

Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu l-proċess globali tal-portabbiltà tan-numri, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kuntratti, il-fattibbiltà teknika u l-ħtieġa li tinżamm il-kontinwità tas-servizz lill-abbonat. Fi kwalunkwe każ, il-waqfien tas-servizz waqt il-proċess tal-porting m’għandux jeċċedi ġurnata xogħol. L-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom iqisu wkoll, fejn Iikun meħtieġ, miżuri biex jiżguraw li l-abbonati jkunu protetti matul il-proċess kollu ta' kommutazzjoni u li ma jiġux trasferiti kontra r-rieda tagħhom.

Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu l-proċess globali tal-bidla u tal-portabbiltà tan-numri filwaqt li jqisu l-linji gwida tal-BEREC imsemmija fil-paragrafu 4b. Huma għandhom iqisu l-protezzjoni tal-utent finali neċessarja matul il-proċess tal-bidla kollu, il-bżonn li tkun żgurata l-effiċjenza ta’ dan il-proċess għall-utent finali, u l-ħtieġa li tinżamm il-kontinwità tas-servizz lill-utent finali u l-ħtieġa li jkun żgurat li l-proċessi ta’ bidla ma jkunux ta’ ħsara għall-kompetizzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-waqfien tas-servizz waqt il-proċess tal-porting m’għandux jeċċedi ġurnata xogħol. Lill-utenti finali ma għandux jinbidlilhom il-provditur kontra r-rieda tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu previsti sanzjonijiet xierqa fuq l-impriżi, inkluż l-obbligu li jagħtu kumpens lill-abbonati fil-każ ta' dewmien fil-portabilità jew abbuż waqt li ssir il-portabilità minnhom jew f'isimhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu previsti sanzjonijiet xierqa fuq l-impriżi, inkluż l-obbligu li jagħtu kumpens lill-abbonati fil-każ ta’dewmien fil-portabilità, fil-każ li ma jagħmlux disponibbli fil-pront l-informazzjoni meħtieġa għall-portabilità, jew abbuż waqt li ssir il-portabilità minnhom jew f’isimhom.

4a. Il-provditur riċeventi tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandu jmexxi l-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor u tal-portabbiltà. L-utenti finali għandhom jirċievu informazzjoni adegwata dwar il-bidla minn provditur għal ieħor, qabel u waqt il-proċess tal-bidla, u anki minnufih wara li din issir.

4b. Il-BEREC għandu jistipola linji gwida dwar il-modalitajiet u l-proċeduri kollha fil-proċess tal-bidla u tal-portabilità, b'mod partikulari r-responsabilitajiet rispettivi tal-provditur riċeventi u l-provditur trasferenti fil-proċess tal-bidla u tal-portabilità, l-informazzjoni li trid tingħata lill-konsumaturi matul dak il-proċess, it-tmiem fil-pront ta' kuntratt eżistenti, ir-rifużjoni ta' kull pagamenti minn qabel u servizzi effikaċi ta' forwarding ta' emails.

4c. Jekk pakkett ta' servizzi offrut lill-konsumaturi ikun fih mill-inqas konnessjoni ma' netwerk tal-komunikazzjoni elettronika jew servizz wieħed tal-komunikazzjoni elettronika, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-elementi kollha tal-pakkett.’;

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kuntratti konklużi bejn il-konsumaturi u l-impriżi li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika ma jagħtux mandat għal perijodu iniżjali ta' impenn li jeċċedi 24 xahar. L-Istati Membri jridu wkoll jiżguraw li l-impriżi joffru lill-utenti l-possibilità li jabbonaw b'kuntratt bi żmien massimu ta' 12-il xahar.

6. Bla ħsara għal kwalunkwe perijodu kuntrattwali minimu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għat-terminazzjoni ta’ kuntratt ma jkunux ta’ diżinċentiv għall-bdil ta' fornituri ta’ servizzi.";

Emenda  198

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2d (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 34 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2d) Fl-Artikolu 34, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

‘1a. Il-proċeduri straġudizzjarji stabbiliti skont il-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għal tilwim relatat ma’ kuntratti bejn il-konsumaturi, u għal utenti finali oħra safejn dawn il-proċeduri straġudizzjarji jkunu disponibbli wkoll għalihom, u għall-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor. Fil-każ ta’ tilwim li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva 2013/11/UE*, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

________________________

* Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18 ta’ Ġunju 2013, p. 63).

Emenda  199

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2e (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

L-Artikolu 37a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2e) Jiġi inserit l-Artikolu 37a li ġej:

‘Artikolu 37a

L-eżerċizzju tad-delega

1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 26 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn ...*.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 26 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ.

4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

_________________

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament'

Emenda  200

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2f (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Anness II – punt 1

Test fis-seħħ

Emenda

(2f) Fl-Anness II, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘1. Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impriża/i

‘1. Isem/ismijiet, indirizz(i) u l-informazzjoni tal-kuntatt tal-impriża/i

Ismijiet u l-indirizzi tal-uffiċċju prinċipali tal-impriżi li jipprovdu netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet u/jew servizzi telefonċi pubblikament disponibbli.

Ismijiet u l-indirizzi tal-uffiċċju prinċipali tal-impriżi li jipprovdu netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet u/jew servizzi telefonċi pubblikament disponibbli.

Emenda  201

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2g (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Anness II – punt 2.2

Test fis-seħħ

Emenda

(2g) Fl-Anness II, il-punt 2.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘2.2. Tariffi standard li jindikaw li servizzi provduti u l-kontenut ta' kull element tat-tariffa (pereżempju ħlasijiet għal aċċess, it-tipi kollha ta’ miżati għall-użu, miżati għall-manutenzjoni), kif ukoll inklużi dettalji dwar roħs standard applikat u skemi speċjali u skemi ta’ tariffi mmirati u kwalunkwe ħasijiet addizzjonali, kif ukoll spejjeż fir-rigward ta' tagħmir terminali.

‘2.2. Għal kull pjan ta’ tariffa, is-servizzi pprovduti u l-kwalità rilevanti tal-parametri tas-serviżż, il-pjan(ijiet) tat-tariffi applikabbli u, għal kull pjan ta’ tariffa bħal dan, it-tipi ta’ servizzi offruti, inkluzi l-volumi ta’ komunikazzjoni, u kull ħlas applikabbli (aċċess, użu, manutenzjoni u kwalunkwe ħlas addizjonali), kif ukoll spejjeż fir-rigward ta’ tagħmir terminali.’

Emenda  202

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2h (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Anness II – Punt 2.2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2h) Fl-Anness II, jiddaħħal il-punt li ġej:

‘2.2.a. Informazzjoni addizzjonali dwar is-servizzi tal-aċċess għall-internet, fejn offruti, inklużi b’mod partikolari dettalji dwar l-ipprezzar tad-dejta, il-veloċitajiet tal-upload u tad-download tad-dejta u kwalunkwe limitazzjoni tal-veloċità applikabbli, dwar il-possibiltajiet għas-sorveljanza tal-livelli tal-konsum, fi kwalunkwe proċedura applikabbli tal-ġestjoni tat-traffiku u l-impatt tagħhom fuq il-kwalità tas-servizz, dwar il-privatezza tal-utent finali u dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.’;

Emenda  203

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2i (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Anness II – punt 2.5

Test fis-seħħ

Emenda

(2i) Fl-Anness II, il-punt 2.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘2.5. Kundizzjonijiet ta’ kuntratt standard, inklużi kwalunkwe perjodu kuntrattwali minimu, terminazzjoni ta’ kuntratt u, proċeduri u ħlasijiet diretti relatati mal-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħrajn, jekk dan ikun rilevanti.

‘2.5. It-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kuntratt standard, inkluż kwalunkwe perjodu kuntrattwali minimu, il-kundizzjonijiet u kull imposta għat-terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt, il-proċeduri u ħlasijiet diretti relatati mal-bidla minn provditur għal ieħor u mal-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħrajn, jekk dan ikun rilevanti, u l-arranġamenti għal kumpens minħabba dewmien jew abbuż fil-bidla minn provditur għal ieħor.’

Emenda  204

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 1

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Fl-Artikolu 1(1), jiddaħħal dan it-tielet subparagrafu:

imħassar

"Dan ir-Regolament għandu japplika għal servizzi tar-roaming ipprovduti fl-Unjoni lill-utenti finali li l-provditur domestiku tagħhom ikun provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku fi Stat Membru."

Emenda  205

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 2

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Fl-Artikolu 2(2), jiddaħħal dan il-punt (r):

imħassar

(r) "ftehim bilaterali jew multilaterali dwar ir-roaming" tfisser ftehim kummerċjali jew tekniku, wieħed jew bosta, li jsir bejn il-provdituri tar-roaming li jippermetti l-estensjoni virtwali tal-kopertura tan-netwerk domestiku u l-provdiment sostenibbli minn kull parti għal dan il-ftehim ta' servizzi tar-roaming regolati għall-konsumaturi bl-istess livell ta' prezz bħal tas-servizzi domestiċi tal-komunikazzjoni mobbli rispettivi tagħhom."

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni li tittratta r-roaming permezz ta’ ftehimiet volontarji, bħala alternattiva għall-obbligi attwali tar-regolament dwar ir-Roaming III, tiġġenera grad għoli ta’ inċertezza.

Emenda  206

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 3

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Fl-Artikolu 4, jiżdied dan il-paragrafu 7:

imħassar

'7. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-provdituri tar-roaming li jipprovdu servizzi tar-roaming regolati għall-konsumaturi skont l-Artikolu 4a.'

Emenda  207

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 4

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Jiddaħħal dan l-Artikolu 4a:

imħassar

Artikolu 4a

[...]

Emenda  208

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 4a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikoli 6a u 6b (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) L-Artikoli li ġejjin huma mdaħħla:

‘Artikolu 6a

It-tneħħija tat-tariffi tar-roaming tal-konsumaturi

B’effett mill-15 ta’ Diċembru 2015, il-provdituri tar-roaming ma għandhom jintaxxaw l-ebda soprataxxa relattiva mat-tariffi għal servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq livell lokali għal konsumaturi tar-roaming fi kwalunkwe Stat Membru għal kwalunkwe sejħa tar-roaming regolata magħmula jew riċevuta, għal kwalunkwe messaġġ SMS/MMS tar-roaming regolat mibgħut jew għal kwalunkwe servizz regolat tar-roaming tad-dejta użat, u l-ebda tariffa ġenerali li tippermetti li l-apparat terminali jew servizz jintuża barra l-pajjiż.

'Artikolu 6b

Użu ġust

1. B'deroga mill-Artikolu 6a, u sabiex jiġi evitat li jkun hemm użu anomalu jew abużiv tas-servizzi tar-roaming tal-konsumatur, il-provdituri tar-roaming jistgħu japplikaw "klawżola għall-użu ġust" għall-konsum tas-servizzi tar-roaming regolati għall-konsumatur mogħtija bil-prezz lokali applikabbli, b'referenza għall-kriterji tal-użu ġust. Dawn il-kriterji għandhom jiġu applikati b'mod li l-konsumaturi jkunu jistgħu b'mod kunfidenti jirreplikaw ix-xejra tipika tal-konsum lokali li tkun assoċjata mal-pakketti lokali rispettivi tagħhom għall-konsumaturi filwaqt li minn żmien għal żmien ikunu qed jivvjaġġaw fl-Unjoni.

2. Skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/22/KE, il-provdituri tar-roaming għandhom jippubblikaw u jinkludu fil-kuntratti tagħhom informazzjoni dettaljata kwantifikata dwar kif jiġi applikat kwalunkwe kriterju tal-użu ġust, b’referenza għall-ipprezzar prinċipali, il-volum jew parametri oħra tal-pakkett għall-konsumaturi kkonċernat.

3. Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-BEREC għandu, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jistabbilixxi linji gwida ġenerali għall-applikazzjoni tal-kriterji tal-użu ġust fil-kuntratti għall-konsumatur provduti mill-provdituri tar-roaming. Il-BEREC għandu jqis b’mod partikolari l-evoluzzjoni tax-xejriet fil-prezzijiet u fil-konsum fl-Istati Membri, il-grad ta’ konverġenza tal-livelli lokali tal-prezzijiet madwar l-Unjoni, kwalunkwe effett osservabbli tar-roaming b’rati lokali tas-servizzi fuq l-evoluzzjoni ta’ dawn ir-rati, u l-evoluzzjoni tar-rati tar-roaming effettivi fuq il-livell tal-operaturi għal traffiku żbilanċjat bejn il-provdituri tar-roaming. Barra minn hekk, il-linji gwida tal-BEREC jistgħu jqisu wkoll il-varjazzjonijiet oġġettivi rilevanti bejn l-Istati Membri jew bejn il-provdituri tar-roaming fir-rigward ta' fatturi bħal-livelli tariffarji lokali, il-volumi tipiċi inklużi fil-pakketti għall-konsumaturi jew il-perjodu medju li matulu l-konsumaturi jivvjaġġjaw fl-Unjoni.

4. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti u simultanja madwar l-Unjoni tal-applikazzjoni tal-kriterji ta' użu ġust, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti implimentattivi u abbażi tal-linji gwida tal-BEREC imsemmija fil-paragrafu 3, tadotta, sat-30 ta' Ġunju 2015, regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' kriterji ta' użu ġust.

5. L-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti għandha timmoniterja u tissorvelja strettament l-applikazzjoni tal-kriterji tal-użu ġust kif definit mill-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 4, filwaqt li tqis bis-sħiħ il-linji gwida tal-BEREC, il-fatturi oġġettivi rilevanti speċifiċi għall-Istat Membru tagħha u varjazzjonijiet oġġettivi rilevanti bejn il-provdituri tar-roaming, u għandha tiżgura li ma jiġux applikati termini mhux raġonevoli.

6. It-tariffi għall-konsumaturi għal servizzi ewrotariffarji stabbiliti fl-Artikoli 8, 10 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 japplikaw għal servizzi tar-roaming regolati 'l fuq mil-limitu ta' użu ġust applikat skont l-Artikolu 6b.

Emenda  209

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 5 – sottopunt a

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

(a) l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

'2. B'effett mill-1 ta' Lulju 2013, l-ewrotariffa għall-konsumaturi (mingħajr il-VAT) tal-vuċi li provditur tar-roaming jista' jitlob mingħand il-klijent tar-roaming tiegħu għall-provdiment ta' telefonata tar-roaming regolata, tista' tvarja għal kull telefonata tar-roaming iżda ma għandhiex taqbeż EUR 0,24 kull minuta għal kull telefonata li ssir jew EUR 0,07 kull minuta għal kull telefonata li tasal. It-tariffa massima għall-konsumaturi għal telefonati li jsiru għandha tonqos għal EUR 0,19 fl-1 ta' Lulju 2014. Mill-1 ta' Lulju 2014, il-provdituri tar-roaming ma għandhom jitolbu l-ebda tariffa mingħand il-klijenti tar-roaming tagħhom għat-telefonati li jaslulhom, mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jittieħdu biex jipprevjenu l-użu qarrieqi jew anomalu. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, dawk it-tariffi massimi bl-imnut għat-tariffa Ewro-vuċi għandhom jibqgħu validi sat- 30 ta’ Ġunju 2017.

'2. B'effett mill-1 ta’ Lulju 2012, l-ewrotariffa għall-konsumaturi (mingħajr il-VAT) tal-vuċi li provditur tar-roaming jista’ jitlob mingħand il-klijent tar-roaming tiegħu għall-provdiment ta’ telefonata tar-roaming regolata, tista’ tvarja għal kull telefonata tar-roaming iżda ma għandhiex taqbeż EUR 0,29 kull minuta għal kull telefonata li ssir jew EUR 0,08 kull minuta għal kull telefonata li tasal. It-tariffa massima għall-konsumaturi għal telefonati li jsiru għandha tonqos għal EUR 0.24 fl-1 ta’ Lulju 2013 u għal EUR 0,19 fl-1 ta’ Lulju 2014, u t-tariffa massima għall-konsumaturi għal telefonati riċevuti għandu jonqos għal EUR 0,07 fl-1 ta’ Lulju 2013 u għal EUR 0,05 fl-1 ta. Lulju 2014. It-tariffi massimi applikabbli mill-1 ta' Lulju 2014 għandhom jiskadu fis-16 ta' Diċembru 2015 ħlief għal telefonati tar-roaming regolati li jaqbżu l-limitu tal-użu ġust applikat skont l-Artikolu 6b.

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32012R0531&qid=1395835424273&from=MT)

Emenda  210

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 5 – punt b

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

imħassar

[...]

Emenda  211

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 5a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

(5a) Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

2. B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2013, it-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) għal tariffa Ewro-SMS li fornitur tar-roaming jista’ jitlob lil klijent roaming tiegħu għal messaġġ SMS roaming regolat mibgħut minn dak il-klijent roaming tista’ tvarja għal kull messaġġ SMS roaming regolat iżda ma għandhiex teċċedi EUR 0.09. Dik it-tariffa massima għandha tonqos għal EUR 0,08 fl-1 ta' Lulju 2013 u għal EUR 0,06 fl-1 ta' Lulju 2014 u għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, tibqa' EUR 0,06 sat-30 ta' Ġunju 2017.

'2. B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2012, it-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) għal tariffa Ewro-SMS li fornitur tar-roaming jista’ jitlob lil klijent roaming tiegħu għal messaġġ SMS roaming regolat mibgħut minn dak il-klijent roaming tista’ tvarja għal kull messaġġ SMS roaming regolat iżda ma għandhiex teċċedi EUR 0.09. Dik it-tariffa massima għandha tonqos għal EUR 0,08 fl-1 ta' Lulju 2013 u għal EUR 0,06 fl-1 ta' Lulju 2014. It-tariffi massimi applikabbli mill-1 ta' Lulju 2014 għandhom jiskadu fis-16 ta' Diċembru 2015 ħlief għal messaġġi SMS tar-roaming regolati li jaqbżu l-limitu tal-użu ġust applikat skont l-Artikolu 6b.

Emenda  212

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 5b (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

(5b) Fl-Artikolu 13, paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

2. B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2012, it-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) ta’ tariffa Ewro-data li fornitur tar-roaming jista’ jitlob lil klijent roaming tiegħu għall-provvediment ta’ servizz regolat tar-roaming tad-data ma għandux jaqbeż EUR 0,70 għal kull megabyte użat. It-tariffa massima bl-imnut użata għandu jonqos għal EUR 0,45 għal kull megabyte użat fl-1 ta' Lulju 2013 u għal EUR 0,20 għal kull megabyte użat fl-1 ta' Lulju 2014 u għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, jibqa' EUR 0,20 għal kull megabyte użat sat-30 ta' Ġunju 2017.

'2. B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2012, it-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) ta’ tariffa Ewro-dejta li fornitur tar-roaming jista’ jitlob lil klijent roaming tiegħu għall-provvediment ta’ servizz regolat tar-roaming tad-dejta ma għandux jaqbeż EUR 0,70 għal kull megabyte użat. It-tariffa massima bl-imnut għad-dejta użata għandha tonqos għal EUR 0,45 għal kull megabyte użat fl-1 ta’ Lulju 2013 u għal EUR 0,20 għal kull megabyte użat fl-1 ta’ Lulju 2014. It-tariffi massimi applikabbli mill-1 ta' Lulju 2014 għandhom jiskadu fis-16 ta' Diċembru 2015 ħlief għas-servizzi tar-roaming tad-dejta regolati li jaqbżu l-limitu tal-użu ġust applikat skont l-Artikolu 6b.

http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32012R0531&qid=1395835424273&from=MT)

Emenda  213

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 6

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 14

Test fis-seħħ

Emenda

(6) Fl-Artikolu 14 jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

imħassar

Emenda  214

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 6a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 14

Test fis-seħħ

Emenda

(6a) L-Artikolu 14 jitħassar u jinbidel b’dan li ġej b’effett mill-15 ta’ Diċembru 2015.

1. Sabiex klijent roaming jiġi notifikat dwar il-fatt li jkunu soġġetti għal tariffi tar-roaming meta jagħmlu jew jirċievu telefonata jew meta jibgħatu messaġġ SMS, kull fornitur tar-roaming għandu, ħlief meta l-klijent ikun innotifika lill-fornitur tar-roaming tiegħu li ma jeħtieġx dan is-servizz, jipprovdi lill-klijent, b’mod awtomatiku, permezz ta’ Servizz ta’ Messaġġi, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, meta jidħol fi Stat Membru ieħor li mhuwiex dak tal-fornitur domestiku tiegħu, b’informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet dwar it-tariffi roaming (inkluża l-VAT) li japplikaw għal dak il-klijent biex jagħmel u jirċievi telefonati u biex jibgħat messaġġi SMS fl-Istat Membru miżjur.

1. Sabiex klijenti roaming jiġu notifikati dwar il-fatt li jkunu soġġetti għal tariffi tar-roaming meta jagħmlu jew jirċievu telefonata jew meta jibgħatu messaġġ SMS, kull fornitur tar-roaming għandu, ħlief meta l-klijent ikun innotifika lill-fornitur tar-roaming tiegħu li ma jeħtieġx dan is-servizz, jipprovdi lill-klijent, b’mod awtomatiku, permezz ta’ Servizz ta’ Messaġġi, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, meta jidħol fi Stat Membru ieħor li mhuwiex dak tal-fornitur domestiku tiegħu, b’informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet dwar it-tariffi roaming (inkluża l-VAT) li japplikaw għal dak il-klijent biex jagħmel u jirċievi telefonati u biex jibgħat messaġġi SMS fl-Istat Membru miżjur.

Dik l-informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet għandha tinkludi t-tariffi massimi (fil-munita tal-kont domestiku pprovdut mill-fornitur domestiku tal-klijent) li jista' jkun soġġett għalihom il-klijent skont l-iskema ta’ tariffa tiegħu għal:

(a) telefonati tar-roaming regolati li jagħmel fl-Istat Membru miżjur u lura lejn l-Istat Membru tal-fornitur domestiku tiegħu, kif ukoll għal telefonati tar-roaming regolati li jirċievi; u

(a) telefonati tar-roaming regolati li jagħmel fl-Istat Membru miżjur u lura lejn l-Istat Membru tal-fornitur domestiku tiegħu, kif ukoll għal telefonati tar-roaming regolati li jirċievi; u

(b) messaġġi SMS roaming regolati li jibgħat waqt li jkun fl-Istat Membru miżjur.

(b) messaġġi SMS roaming regolati li jibgħat waqt li jkun fl-Istat Membru miżjur.

Hija għandha tinkludi wkoll in-numru mingħajr ħlas imsemmi fil-paragrafu 2 għall-aċċess għal informazzjoni aktar dettaljata u informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza billi wieħed iċempel in-numru ta’ emerġenza Ewropew 112 bla ħlas.

Għal kull messaġġ, klijent għandu jkollu l-opportunità li javża lill-fornitur tar-roaming, mingħajr ħlas u b'mod faċli, li ma jeħtieġx is-Servizz ta' Messaġġ awtomatiku. Klijent li jkun avża li huwa ma għandux bżonn is-Servizz ta' Messaġġ awtomatiku għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur tar-roaming sabiex jerġa' jipprovdi s-servizz.

Il-fornituri tar-roaming għandhom jipprovdu din l-informazzjoni personalizzata bażika dwar prezzijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-konsumaturi neqsin mid-dawl jew li jkollhom vista parzjali, b’mod awtomatiku, permezz ta’ telefonata bil-vuċi, mingħajr ħlas, jekk huma jitolbu dan.

L-ewwel, it-tieni, ir-raba' u l-ħames subparagrafi, għandhom japplikaw wkoll għal servizzi tar-roaming ta' telefonati bil-vuċi u ta' SMS użati mill-konsumaturi roaming li jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.

2. Minbarra l-paragrafu 1, il-konsumaturi għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu, mingħajr ħlas, u irrispettivament minn fejn ikunu fl-Unjoni, aktar informazzjoni personalizzata dettaljata dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli fin-netwerk li huma jżuru għal telefonati bil-vuċi u SMS, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri ta' trasparenza applikabbli permezz ta' dan ir-Regolament, permezz ta’ telefonata bil-vuċi mobbli jew SMS. Talba bħal din għandha ssir mingħajr ħlas fuq numru assenjat għal dan il-għan mill-provditur tar-roaming. L-obbligi previsti fil-paragrafi 1 ma għandhomx japplikaw għal apparat li ma jappoġġax il-funzjonalità tal-SMS.

3. Il-fornituri tar-roaming għandhom jagħtu lill-utenti kollha informazzjoni sħiħa dwar it-tariffi roaming applikabbli, b’mod partikolari dwar it-tariffa Ewro-vuċi u t-tariffa Ewro-SMS, meta jsiru l-abbonamenti. Huma għandhom ukoll jipprovdu lill-konsumaturi roaming tagħhom b'aġġornamenti dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli mingħajr dewmien bla bżonn kull darba li jkun hemm bidla f’dawn it-tariffi.

Il-provdituri tar-roaming għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li l-konsumaturi roaming kollha tagħhom isiru jafu dwar id-disponibbiltà tal-euro-tariffa għal sejħiet bil-vuċi u l-ewrotariffa għal SMS. Huma għandhom jikkomunikaw, b’mod partikolari, lill-konsumaturi roaming kollha l-kondizzjonijiet relatati mal-ewrotariffa għal sejħiet bil-vuċi u l-kundizzjonijiet relatati mal-euro-tariffa għal SMS, f’kull każ b’mod ċar u oġġettiv. Sussegwentement huma għandhom jibgħatu tfakkira, f’intervalli raġonevoli, lill-konsumaturi kollha li jkunu għażlu tariffa oħra.

L-informazzjoni pprovduta għandha tkun dettaljata biżżejjed biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jiġġudikaw jekk huwiex ta' benefiċċju għalihom li jibdlu għal Ewrotariffa.

4. Il-provdituri tar-roaming għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni lill-konsumaturi tagħhom dwar kif jista' jiġi evitat roaming biż-żball fir-reġjuni tal-fruntieri. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġu l-konsumaturi tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għall-aċċess bi żball għas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istati Membri tagħhom.

4. Il-provdituri tar-roaming għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni lill-konsumaturi tagħhom dwar kif jista' jiġi evitat roaming biż-żball fir-reġjuni tal-fruntieri. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġu l-konsumaturi tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għall-aċċess bi żball għas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istat Membru tagħhom.

4a. L-artikolu attwali għandu japplika wkoll għal sejħiet roaming u messaġġi SMS/MMS roaming użati mill-klijenti tar-roaming li jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn provditur tar-roaming.

B'effett mill-15 ta' Diċembru 2015, dan l-artikolu għandu japplika wkoll f'każijiet fejn il-konsum tat-telefonati u l-messaġġi SMS/MMS tar-roaming bir-rata applikabbli tas-servizz lokali jkun limitat b'referenza għal kriterju tal-użu ġust skont l-Artikolu 6b u fejn il-konsum ikun laħaq il-limitu tal-użu ġust.

Emenda  215

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 7

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fl-Artikolu 15, jiddaħħal il-paragrafu 2 a li ġej:

imħassar

Emenda  216

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 7a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 15

Test fis-seħħ

Emenda

(7a) L-Artikolu 15 jitħassar u jinbidel b’dan li ġej b’effett mill-15 ta’ Diċembru 2015.

Mekkaniżmi ta’ salvagwardja u trasparenza għal servizzi tar-roaming tad-data bl-imnut

Mekkaniżmi ta’ salvagwardja u trasparenza għal servizzi tar-roaming tad-dejta bl-imnut

1. Fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li l-konsumaturi roaming tagħhom, kemm qabel u kemm wara l-konklużjoni ta’ kuntratt, ikunu infurmati adegwatament bit-tariffi li japplikaw għall-użu tagħhom ta’ servizzi regolatitar-roaming tad-data , b’mod li jiffaċilitaw li l-konsumaturi jifhmu l-konsegwenzi finanzjarji ta’ dan l-użu u jippermettilhom jimmonitorjaw u jikkontrollaw in-nefqa tagħhom fuq servizzi regolati tar-roaming tad-data skont il-paragrafi 2 u 3.

1. Fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li l-konsumaturi roaming tagħhom, kemm qabel u kemm wara l-konklużjoni ta’ kuntratt, ikunu infurmati adegwatament bit-tariffi li japplikaw għall-użu tagħhom ta’ servizzi regolati tar-roaming tad-dejta, b’mod li jiffaċilitaw li l-konsumaturi jifhmu l-konsegwenzi finanzjarji ta’ dan l-użu u jippermettilhom jimmonitorjaw u jikkontrollaw in-nefqa tagħhom fuq servizzi regolati tar-roaming tad-dejta skont il-paragrafi 2 u 3.

Meta jkun xieraq, il-fornituri tar-roaming għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi tagħhom, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt u fuq bażi regolari wara dan, dwar ir-riskju ta’ konnessjoni u tniżżil awtomatiku u bla kontroll b'roaming tad-data. Barra minn hekk, il-fornituri tar-roaming għandhom jinnotifikaw lill-konsumaturi tagħhom, mingħajr ħlas u b’mod ċar u li jinftiehem faċilment, kif dawn il-konnessjonijiet ta’ tar-roaming tad-data awtomatiċi jintfew sabiex jiġi evitat il-konsum bla kontroll ta’ servizzi tar-roaming tad-data.

Meta jkun xieraq, il-fornituri tar-roaming għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi tagħhom, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt u fuq bażi regolari wara dan, dwar ir-riskju ta’ konnessjoni u tniżżil awtomatiku u bla kontroll b'roaming tad-dejta. Barra minn hekk, il-fornituri tar-roaming għandhom jinnotifikaw lill-konsumaturi tagħhom, mingħajr ħlas u b’mod ċar u li jinftiehem faċilment, kif dawn il-konnessjonijiet tar-roaming tad-dejta awtomatiċi jintfew sabiex jiġi evitat il-konsum bla kontroll ta’ servizzi tar-roaming tad-dejta.

2. Messaġġ awtomatiku mill-fornitur tar-roaming għandu jinforma lill-klijent roaming li dan tal-aħħar qiegħed roaming u jipprovdi informazzjoni tariffarja bażika personalizzata dwar it-tariffi (fil-munita tal-kont domestiku pprovdut mill-fornitur domestiku tal-klijent), li jidher f'prezz għal kull megabyte, applikabbli għall-forniment ta' servizzi regolati tar-roaming tad-data lil dak il-klijent roaming fl-Istat Membru kkonċernat, ħlief fejn il-klijent ikun avża lill-fornitur tar-roaming tiegħu li ma għandux bżonn dik l-informazzjoni.

2. Messaġġ awtomatiku mill-fornitur tar-roaming għandu jinforma lill-klijent roaming li dan tal-aħħar qiegħed roaming u jipprovdi informazzjoni tariffarja bażika personalizzata dwar it-tariffi (fil-munita tal-kont domestiku pprovdut mill-fornitur domestiku tal-klijent), li jidher f'prezz għal kull megabyte, applikabbli għall-forniment ta' servizzi regolati tar-roaming tad-dejta lil dak il-klijent roaming fl-Istat Membru kkonċernat, ħlief fejn il-klijent ikun avża lill-fornitur tar-roaming tiegħu li ma għandux bżonn dik l-informazzjoni.

Informazzjoni tariffarja bażika personalizzata bħal din għandha tintbagħat lill-apparat mobbli tal-klijent roaming, pereżempju permezz ta’ messaġġ SMS, e-mail, jew pop-up fuq l-apparat ċellulari, kull darba li l-klijent roaming jidħol fi Stat Membru li mhuwiex dak tal-fornitur domestiku tiegħu u jibda għall-ewwel darba servizz tar-roaming tad-data f'dak l-Istat Membru partikolari. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas fil-mument li l-klijent roaming jibda servizz regolat tar-roaming tad-data, b’mod adegwat u adatt biex jiffaċilita li jiġi riċevut u jinftiehem malajr.

Informazzjoni tariffarja bażika personalizzata bħal din għandha tintbagħat lill-apparat mobbli tal-klijent roaming, pereżempju permezz ta’ messaġġ SMS, e-mail, jew pop-up fuq l-apparat ċellulari, kull darba li l-klijent roaming jidħol fi Stat Membru li mhuwiex dak tal-fornitur domestiku tiegħu u jibda għall-ewwel darba servizz tar-roaming tad-dejta f'dak l-Istat Membru partikolari. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas fil-mument li l-klijent roaming jibda servizz regolat tar-roaming tad-dejta, b’mod adegwat u adatt biex jiffaċilita li jiġi riċevut u jinftiehem malajr.

Klijent li jkun avża lill-fornitur tar-roaming tiegħu li huwa ma għandux bżonn l-informazzjoni tariffarja awtomatika għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jipprovdi dan is-servizz.

3. Kull fornitur tar-roaming għandu jipprovdi l-opportunità lill-konsumaturi roaming kollha tiegħu biex, intenzjonalment u mingħajr ħlas, jagħżlu faċilità li tipprovdi informazzjoni dwar il-konsum akkumulat, espress bħala volum jew fil-munita li biha jħallas il-klijent roaming għas-servizzi regolati tar-roaming tad-data u li tiggarantixxi li, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-klijent, in-nefqa akkumulata għal servizzi regolati tar-roaming tad-data fuq perjodu speċifikat ta’ użu, minbarra l-MMS li jrid jitħallas fuq bażi ta' kull unità, ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat.

3. Kull fornitur tar-roaming għandu jipprovdi l-opportunità lill-konsumaturi roaming kollha tiegħu biex, intenzjonalment u mingħajr ħlas, jagħżlu faċilità li tipprovdi informazzjoni dwar il-konsum akkumulat, espress bħala volum jew fil-munita li biha jħallas il-klijent roaming għas-servizzi regolati tar-roaming tad-dejta u li tiggarantixxi li, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-klijent, in-nefqa akkumulata għal servizzi regolati tar-roaming tad-dejta fuq perjodu speċifikat ta’ użu, minbarra l-MMS li jrid jitħallas fuq bażi ta' kull unità, ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat.

Għal dan il-għan, il-fornitur tar-roaming għandu jagħmel disponibbli limitu finanzjarju massimu wieħed jew aktar għal perjodi ta’ użu speċifikati, sakemm il-klijent ikun informat minn qabel dwar l-ammonti f'volum korrispondenti. Wieħed minn dawk il-limiti (il-limitu finanzjarju awtomatiku ) għandu jkun viċin iżda ma għandux jaqbeż EUR 50 ta’ tariffi pendenti għal kull perjodu ta’ fatturar ta’ kull xahar (eskluża l-VAT).

Alternattivament, il-fornitur tar-roaming jista’ jistabbilixxi limiti espressi f’volum, sakemm il-klijent ikun informat minn qabel dwar l-ammonti finanzjarji korrispondenti. Wieħed minn dawk il-limiti (il-limitu ta’ volum awtomatiku ) għandu jkollu ammont finanzjarju korrispondenti li ma jaqbiżx EUR 50 ta’ tariffi pendenti għal kull perjodu ta’ fatturar ta’ kull xahar (eskluża l-VAT).

Barra minn hekk, il-fornitur tar-roaming jista’ joffri lill-konsumaturi roaming tiegħu limiti oħra b’limiti massimi finanzjarji differenti fix-xahar, jiġifieri, ogħla jew iktar baxxi.

Barra minn hekk, il-fornitur tar-roaming jista’ joffri lill-konsumaturi roaming tiegħu limiti oħra b’limiti massimi finanzjarji differenti fix-xahar, jiġifieri, ogħla jew iktar baxxi.

Il-limiti awtomatiċi msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom ikunu applikabbli għall-konsumaturi kollha li ma għażlux limitu ieħor.

Il-limiti awtomatiċi msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom ikunu applikabbli għall-konsumaturi kollha li ma għażlux limitu ieħor.

Kull fornitur tar-roaming għandu wkoll jiżgura li tintbagħat notifika adatta lill-apparat mobbli tal-klijent roaming, pereżempju permezz ta’ messaġġ SMS, e-Mail, jew pop-up fuq il-kompjuter, meta s-servizzi tar-roaming tad-data jkunu laħqu 80 % tal-limitu finanzjarju jew tal-volum miftiehem. Kull klijent għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat avviżi ta’ dan it-tip u għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur biex jerġa’ jforni s-servizz.

Kull fornitur tar-roaming għandu wkoll jiżgura li tintbagħat notifika adatta lill-apparat mobbli tal-klijent roaming, pereżempju permezz ta’ messaġġ SMS, e-Mail, jew pop-up fuq il-kompjuter, meta s-servizzi tar-roaming tad-dejta jkunu laħqu 80 % tal-limitu finanzjarju jew tal-volum miftiehem. Kull klijent għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat avviżi ta’ dan it-tip u għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur biex jerġa’ jforni s-servizz.

Meta l-limitu finanzjarju jew ta’ volum ikun altrimenti nqabeż, għandha tintbagħat notifika lill-apparat mobbli tal-klijent roaming. Dak l-avviż għandu jindika l-proċedura li għandha tkun segwita jekk il-klijent jixtieq li jkompli l-forniment ta’ dawn is-servizzi u l-ispiża assoċjata ma’ kull unità addizzjonali li tkun se tiġi kkunsmata. Jekk il-klijent roaming ma jirrispondix kif mitlub min-notifika li rċieva, il-provditur tar-roaming għandu jwaqqaf immedjatament is-servizzi tar-roaming tad-data lill-konsumatur roaming u ma jiċċarġjahx aktar tagħhom, sakemm u sa meta l-klijent roaming ma jitlobx li l-forniment ta’ dawn is-servizzi jitkompla jew jiġġedded.

Meta l-limitu finanzjarju jew ta’ volum ikun altrimenti nqabeż, għandha tintbagħat notifika lill-apparat mobbli tal-klijent roaming. Dak l-avviż għandu jindika l-proċedura li għandha tkun segwita jekk il-klijent jixtieq li jkompli l-forniment ta’ dawn is-servizzi u l-ispiża assoċjata ma’ kull unità addizzjonali li tkun se tiġi kkunsmata. Jekk il-klijent roaming ma jirrispondix kif mitlub min-notifika li rċieva, il-provditur tar-roaming għandu jwaqqaf immedjatament is-servizzi tar-roaming tad-dejta lill-konsumatur roaming u ma jiċċarġjahx aktar tagħhom, sakemm u sa meta l-klijent roaming ma jitlobx li l-forniment ta’ dawn is-servizzi jitkompla jew jiġġedded.

Kull meta klijent roaming jitlob li jagħżel jew ineħħi faċilità ta’ "limitu finanzjarju jew ta’ volum", il-bidla għandha ssir fi żmien ġurnata ta’ xogħol waħda minn meta tasal it-talba, għandha tkun mingħajr ħlas, u ma għandhiex tinvolvi kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ elementi oħra tal-abbonament.

4. Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal apparati magna għal magna li jużaw komunikazzjoni mobbli tad-data.

4. Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal apparati magna għal magna li jużaw komunikazzjoni mobbli tad-dejta.

5. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġu l-konsumaturi tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għall-aċċess bi żball għas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istat Membru tagħhom. Dan għandu jinkludi informazzjoni lill-konsumaturi dwar kif jista' jiġi evitat ir-roaming involontarju f'reġjuni konfinali.

6. Dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 5, u suġġett għat-tieni u t-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għandu japplika wkoll għal servizzi tar-roaming tad-data użati mill-konsumaturi roaming li jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.

6. Dan l-artikolu għandu japplika f'każijiet fejn il-konsum tas-servizzi tar-roaming tad-dejta bir-rata applikabbli tas-servizz lokali jkun limitat b'referenza għal kriterju tal-użu ġust skont l-Artikolu 6b u fejn il-konsum ikun laħaq il-limitu tal-użu ġust.

Għandu japplika wkoll għal servizzi tar-roaming tad-dejta użati mill-klijenti tar-roaming li jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn provditur tar-roaming.

Minkejja s-subparagrafu 1, meta l-klijent jagħżel il-faċilità msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, ir-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 3 m'għandhomx japplikaw jekk l-operatur tan-netwerk miżjur fil-pajjiż miżjur barra l-Unjoni ma jippermettix li l-fornitur tar-roaming jimmonitorja l-użu tal-konsumaturi tiegħu fuq bażi ta' ħin reali.

F'dak il-każ il-klijent għandu jkun notifikat permezz ta' messaġġ SMS meta jidħol f'tali pajjiż, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, li l-informazzjoni dwar il-konsum akkumulat u l-garanzija li ma jinqabiżx limitu finanzjarju speċifikat ma jkunux disponibbli.'

Emenda  217

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 8

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-Artikolu 19 hu emendat kif ġej:

imħassar

(a) Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i) l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta' dan ir-Regolament u, wara konsultazzjoni pubblika, għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016."

(ii) il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:

'(g) "(g) sa liema punt l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali previsti fl-Artikoli 3 u 4 u tar-reġim alternattiv previsti fl-Artikolu 4a tat riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għal servizzi tar-roaming sakemm ma jkunx hemm differenza effettiva bejn it-tariffi tar-roaming u dawk domestiċi;"

(iii) Jiddaħħal il-punt (i) li ġej:

'(i) "(i) il-punt, jekk hemm, sa fejn l-evoluzzjoni tal-prezzijiet domestiċi għall-konsumatur hija osservabilment effettwata mill-applikazzjoni mill-provdituri tar-roaming tar-rata domestika tas-servizz sew li-servizzi domestiċi sew lil servizzi tar-romaing regolati madwar l-Unjoni.

(ii) il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

"(d) biex jinbidel it-tul taż-żmien jew jonqos il-livell massimu ta' imposti massimi previst fl-Artikoli 7, 9 u 12 bil-ħsieb li tiġi rinfurzata l-kapaċità ta' kull provditur tar-roaming biex fil-pakketti rispettivi tiegħu għall-konsumaturi għal użu raġonevoli jagħmel disponibbli alternattivi tat-tariffi li fihoom ir-rata applikabbli tas-servizz domestiku tapplika kemm għas-servizzi domestiċi kif ukoll għas-servizzi tar-roaming regolati, daqslikieku dawn tal-aħħar kienu kkunsmati fin-netwerk domestiku."

Emenda  218

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 8a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 19

Test fis-seħħ

Emenda

(8a) L-Artikolu 19 jitħassar u jinbidel b'dan li ġej:

1. Il-Kummissjoni għandha tirrivedi kif jiffunzjona dan ir-Regolament u, wara konsultazzjoni pubblika, għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar mit-30 ta’ Ġunju 2016. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari jekk l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament intlaħqux. Waqt li tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tirrevedi, inter alia:

'1. Il-Kummissjoni għandha tirrivedi kif jiffunzjona dan ir-Regolament u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont il-paragrafi 2 sa 6.

(a) jekk il-kompetizzjoni tkunx żviluppata biżżejjed sabiex tiġġustifika l-iskadenza tat-tariffi massimi bl-imnut;

2. Il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta’ Ġunju 2015, wara konsultazzjoni pubblika, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar jekk għandux jinbidel it-tul taż-żmien jew għandux jiġi rivedut il-livell tat-tariffi massimi għall-operaturi previsti fl-Artikoli 7, 9 u 12 jew biex tipprovdi arranġamenti oħrajn biex tindirizza l-problemi tas-suq tal-operaturi, inkluż fir-rigward tar-rati tat-terminazzjoni applikabbli għar-roaming. Sat-30 ta’ Ġunju 2015, il-BEREC, wara konsultazzjoni pubblika, għandu jistabbilixxi linji gwida dwar miżuri għall-prevenzjoni ta’ użu anomalu jew abbużiv għall-fini tal-Artikolu 6a.

(b) jekk il-kompetizzjoni hux se tkun biżżejjed biex jitneħħew it-tariffi massimi bl-ingrossa;

3. Il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta’ Ġunju 2016, wara konsultazzjoni pubblika, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar, inter alia:

(c) li jiġi estiż it-tul ta' żmien u possibbilment jiġi rivedut il-livell tat-tariffi bl-imnut massimi previsti fl-Artikoli 8, 10 u 13;

(d) id-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi, inklużi dawk li huma alternattiva għas-servizzi tar-roaming tat-telefonati bil-vuċi, tal-SMS, u tad-data, b’mod partikolari meta wieħed iqis l-iżviluppi teknoloġiċi;

(a) id-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi, inklużi dawk li huma alternattiva għas-servizzi tar-roaming tat-telefonati bil-vuċi, tal-SMS, u tad-dejta, b’mod partikolari meta wieħed iqis l-iżviluppi teknoloġiċi;

(e) il-livell sa fejn il-konsumatur ikun ibbenefika permezz tat-tnaqqis reali fil-prezz għas-servizzi tar-roaming u l-varjetà ta’ tariffi u prodotti li huma disponibbli lill-konsumaturi b’tendenzi ta’ telefonati differenti, u d-differenza bejn tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali, inkluż id-disponibbiltà ta’ offerti li jipprovdu tariffa waħda għal servizzi nazzjonali u tar-roaming;

(f) il-grad ta’ kompetizzjoni kemm fis-suq bl-imnut u kemm f’dak bl-ingrossa, b’mod partikolari, is-sitwazzjoni kompetittiva ta’ operaturi iżgħar, indipendenti jew li għadhom kemm bdew, inklużi l-effetti fuq il-kompetizzjoni ta’ ftehimiet kummerċjali u l-grad ta’ interkonnessjoni bejn l-operaturi;

(b) il-grad ta’ kompetizzjoni kemm fis-suq bl-imnut u kemm f’dak bl-ingrossa, b’mod partikolari, is-sitwazzjoni kompetittiva ta’ operaturi iżgħar, indipendenti jew li għadhom kemm bdew, inklużi l-effetti fuq il-kompetizzjoni ta’ ftehimiet kummerċjali u l-grad ta’ interkonnessjoni bejn l-operaturi;

(g) kemm l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali previsti fl-Artikoli 3 u 4 pproduċiet riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għal servizzi tar-roaming sa tali punt li d-differenza bejn it-tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali qed toqrob lejn iż-żero;

(c) kemm l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali previsti fl-Artikoli 3 u 4 pproduċiet riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għal servizzi tar-roaming.

Il-Kummissjoni għandha teżamina, b’mod partikolari, jekk ikunx meħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri tekniċi u strutturali addizzjonali jew jiġux modifikati l-miżuri strutturali.

(h) kemm il-livell ta’ tariffi massimi bl-ingrossa u bl-imnut pprovda salvagwardji adegwati kontra prezzijiet eċċessivi għall-konsumaturi waqt li ppermetta l-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming.

4. Jekk ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 juri li m'hemmx kundizzjonijiet indaqs bejn il-provdituri tar-roaming u, b'konsegwenza, li jkun hemm ħtieġa li jinbidel it-tul taż-żmien jew li jitbaxxa l-livell tat-tariffi massimi għall-operaturi jew li jiġu pprovduti arranġamenti oħrajn biex jiġu indirizzati l-problemi tas-suq għall-operaturi, inkluż bi tnaqqis sinifikanti tar-rati tat-terminazzjoni tal-mobajl applikabbli għar-roaming fl-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-BEREC, tagħmel proposti leġiżlattivi xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata sat-30 ta' Ġunju 2015.

2. Jekk ir-rapport juri li l-miżuri strutturali previsti b'dan ir-Regolament ma kinux suffiċjenti biex jippromwovu l-kompetizzjoni fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming għall-benefiċċju tal-konsumaturi Ewropej kollha jew li d-differenzi bejn it-tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali mhux qed joqorbu lejn iż-żero, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata u b'hekk jinħoloq suq intern għas-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli, bl-għan aħħari li ma jkunx hemm differenzi bejn tariffi nazzjonali u dawk tar-roaming. Il-Kummissjoni għandha tevalwa, b’mod partikolari, jekk hux meħtieġ:

Jekk ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 3juri li l-miżuri strutturali previsti b’dan ir-Regolament ma kinux suffiċjenti biex jippromwovu l-kompetizzjoni fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming għall-benefiċċju tal-konsumaturi Ewropej kollha il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata. Fir-rigward taż-żewġ rapporti, għandhom jiġu ppreżentati proposti għal kwalunkwe miżura xierqa b’mod simultanju mar-rapporti.

(a) li jiġu stabbiliti miżuri tekniċi u strutturali addizzjonali;

(b) li tiġi modifikata l-miżura strutturali;

(c) li jiġi estiż it-tul ta' żmien u possibbilment jiġi rivedut il-livell tat-tariffi bl-imnut massimi previsti fl-Artikoli 8, 10 u 13;

(d) li jinbidel it-tul ta' żmien jew possibbilment jiġi rivedut il-livell tat-tariffi bl-ingrossa massimi previsti fl-Artikoli 7, 9 u 12;

(e) li jiġi introdott kwalunkwe rekwiżit ieħor meħtieġ, inkluż in-nuqqas ta' differenzi bejn it-tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali.

3. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sentejn wara r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. Kull rapport, għandu jinkludi sommarju tal-monitoraġġ tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming fl-Unjoni u valutazzjoni tal-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

5. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sentejn wara r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. Kull rapport, għandu jinkludi sommarju tal-monitoraġġ tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming fl-Unjoni u valutazzjoni tal-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

4. Sabiex jiġu vvalutati l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming tal-Unjoni kollha, il-BEREC għandu jiġbor data fuq bażi regolari mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-iżvilupp ta’ tariffi bl-imnut u bl-ingrossa għal servizzi tar-roaming ta’ telefonati bil-vuċi, ta’ SMS u ta’ data. Din id-data għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, tal-anqas darbtejn fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tippubblikaha.

6. Sabiex jiġu vvalutati l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming tal-Unjoni kollha, il-BEREC għandu jiġbor dejta fuq bażi regolari mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-iżvilupp ta’ tariffi bl-imnut u bl-ingrossa għal servizzi tar-roaming ta’ telefonati bil-vuċi, ta’ SMS u ta’ dejta. Din id-dejta għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, tal-anqas darbtejn fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tippubblikaha.

Emenda  219

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – punt 1a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1211/2009

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ma (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Fl-Artikolu 3(1) għandhom jiddaħħlu l-punti (ma) u (mb) li ġejjin:

'(ma) sabiex jiġu rċevuti notifiki ppreżentati skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/20/KE, biex jinżamm inventarju ta’ dawk in-notifiki u biex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati jiġu mgħarrfa dwar in-notifiki rċevuti;

(mb) biex jinħarġu opinjonijiet dwar miżuri maħsuba biex jiġu adottati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 10, paragrafi 5 u 6, tad-Direttiva 2002/20/KE.'

Emenda  220

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – punt 1b (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1211/2009

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt na (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b) Fl-Artikolu 3(1), jiddaħħal il-punt (na) li ġej:

'(na) li jappoġġa l-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni u l-liġi fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi t-tressiq ta' opinjonijiet lill-Kummissjoni fir-rigward ta' kwalunkwe inizjattiva ppjanata’

Emenda  221

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – punt 2

Ir-Regolament (UE) Nru 1211/2009

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Fl-Artikolu 4, il-paragrafi 4 u 5 għandhom jitħassru.

imħassar

Emenda  222

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – punt 3

Ir-Regolament (UE) Nru 1211/2009

L-Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Jiddaħħal dan l-Artikolu 4a:

imħassar

[...]

Ġustifikazzjoni

Sabiex jissalvagwardja l-indipendenza tiegħu mill-Istati Membri u l-Kummissjoni bl-istess mod, huwa ta’ importanza kritika li l-BEREC jitmexxa minn wieħed mill-membri tiegħu.

Emenda  223

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – punt 4

Ir-Regolament (UE) Nru 1211/2009

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-Artikolu 6 hu emendat kif ġej:

imħassar

[...]

Emenda  224

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – punt 5

Ir-Regolament (UE) Nru 1211/2009

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-Artikolu 7 hu emendat kif ġej:

imħassar

[...]

Emenda  225

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – punt 6

Ir-Regolament (UE) Nru 1211/2009

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-paragrafi 2.3, 4 tal-Artikolu 8 jitħassru u jiġu ssostitwiti minn dan li ġej:

imħassar

[...]

Emenda  226

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – punt 7

Ir-Regolament (UE) Nru 1211/2009

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

imħassar

[...]

Emenda  227

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – punt 8

Ir-Regolament (UE) Nru 1211/2009

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-Artikolu 10 hu emendat kif ġej:

imħassar

[...]

Emenda  228

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – punt 9

Ir-Regolament (UE) Nru 1211/2009

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Jiddaħħal dan l-Artikolu 10 a:

imħassar

[...]

Emenda  229

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tressaq rapporti dwar l-evalwazzjoni u r-reviżjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'intervalli regolari. L-ewwel rapport għandhu jiġi ppreżentat sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2018. Minn hemm ’il quddiem, ir-rapporti sussegwenti għandhom jitressqu kull erba' snin. Jekk ikunn hemm bżonn, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti xierqa bil-ħsieb li temenda dan ir-Regolament, u tallinja strumenti legali oħra filwaqt li b'mod partikolari tqis l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informatika u fejn wasal il-progress fis-soċjetà tal-informazzjoni. Ir-rapporti għandhom ikunu pubbliċi.

Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni komprensiva u r-rieżami tal-qafas regolatorju kollu għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, u għandha tissottometti rapport bi proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2016 sabiex tippermetti li jkun hemm żmien biżżejjed biex il-leġiżlatur janalizza u jiddiskuti l-proposti b'mod xieraq.

Ir-rieżami għandha tkun ibbażata fuq konsultazzjoni pubblika sħiħa kif ukoll fuq valutazzjonijiet tal-impatt ex-post tal-qafas regolatorju mill-2009 u valutazzjoni ex-ante bir-reqqa tal-impatt previst tal-opzjonijiet li joriġinaw mir-reviżjoni.

Il-miri ewlenin tar-rieżami għandhom jinkludu:

(i) li jiġi żgurat li servizzi sostitwibbli jkunu suġġetti għall-istess regoli, b’kunsiderazzjoni tad-definizzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE, sabiex tinkiseb regolamentazzjoni ekwivalenti, koerenti u konsistenti tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi sostitwibbli minnhom, inkluż fir-rigward tal-aċċess, l-aspetti kollha tal-protezzjoni tal-konsumatur, inkluża l-portabilità, kif ukoll il-protezzjoni tal-privatezza u tad-dejta;

(ii) li jiġi żgurat li jkun hemm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u għażla aktar informata tal-konsumatur permezz ta' aktar trasparenza u aċċess għal informazzjoni ċara u komprensiva, inkluż dwar veloċitajiet tal-kunsinna tad-dejta u kopertura tan-netwerk mobbli;

(iii) li jiġi żgurat li l-utenti tas-servizzi diġitali jkunu jistgħu jikkontrollaw il-ħajja diġitali u d-dejta tagħhom bit-tneħħija tal-ostakli għall-qlib tas-sistemi operattivi mingħajr ma jitilfu l-applikazzjonijiet u d-dejta tagħhom;

(iv) Iktar promozzjoni ta’ kompetizzjoni effettiva u sostenibbli;

(v) li jiġi pprovdut kwadru stabbli u sostenibbli għall-investiment;

(vi) li tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata, konsistenti u effettiva;

(vii) li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ provdituri pan-Ewropej u l-provdiment ta’ servizzi kummerċjali transkonfinali;

(viii) li jiġi żgurat li l-qafas ikun adattat għall-era diġitali u li tiġi offruta ekosistema tal-internet li tappoġġja l-ekonomija kollha;

(ix) li tiżdied il-fiduċja tal-utent fis-suq intern fil-komunikazzjonijiet, inkluż permezz tal-miżuri għall-implimentazzjoni tal-kwadru regolatorju tal-futur għall-protezzjoni ta’ dejta personali u miżuri li jżidu s-sigurtà ta’ komunikazzjoni elettronika fis-suq intern;

Ir-rieżami għandu jinkludi, fost l-oħrajn:

(i) l-obbligu tas-servizz universali, inkluż rieżami tal-ħtieġa għal obbligu addizzjonali li jiġu offrut aċċess għall-internet broadband bi prezz ġust;

(ii) il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-kwistjonijiet kollha, inkluż l-ispettru, li jiġu indirizzati mill-qafas; is-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri u l-ambitu tar-rekwiżit tal-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali;

(iii) il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali;

(iv) l-obbligi simmetriċi marbuta mal-aċċess tan-netwerk;

(v) ir-regoli dwar l-effetti ta’lieva u d-dominanza konġunti;

(vi) il-proċessi tal-analiżi tas-suq;

(vii) l-impatt tas-servizzi li huma sostitwibbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi; inkluż jekk ikunux meħtieġa kjarifiki rigward l-ilħuq tan-newtralità teknoloġika tal-qafas regolatorju, kif ukoll dwar id-dikotomija bejn is-servizzi tas-“soċjetà tal-informatika” u dawk tal-“komunikazzjonijiet elettroniċi”;

(viii) il-ħtieġa li titħassar ir-regolamentazzjoni skaduta;

(ix) it-tneħħija tar-regolamentazzjoni bil-kundizzjoni li analiżi tas-suq tkun uriet li s-suq ikkonċernat ikun tassew kompetittiv, u li jkunu jeżistu modi u metodi għall-estensjoni tal-monitoraġġ;

(x) l-esperjenza fl-ambitu tal-obbligi u r-rimedji nondiskriminatorji;

(xi) l-effettività u l-funzjonament tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 7 u 7a tad-Direttiva 2002/21/KE;

(xii) il-bidu ta' proċedura skont l-Artikolu 7/7a f'sitwazzjonijiet fejn il-fażi II tal-proċedura ma tiġix istigata minħabba li awtorità regolatorja nazzjonali tkun irtirat l-abbozz ta' miżura tagħha jew fejn awtorità regolatorja nazzjonali ma tipproponix rimedju għal problema rikonoxxuta f'suq partikolari;

(xiii) l-effettività u l-funzjonament tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2002/21/KE;

(xiv) is-servizzi u l-operaturi tranżnazzjonali, filwaqt li titqies il-possibilità li l-Kummissjoni tidentifika s-swieq tranżnazzjonali skont l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2002/21/KE, u b'fokus fuq il-provvista kompetittiva ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet lil negozjanti tal-UE u fuq l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta' rimedji fl-iskala tal-impriżi fl-UE kollha;

(xv) l-identifikazzjoni ta’ swieq transnazzjonali, fil-bidu tal-inqas rigward is-servizzi tan-negozji; jiġi permess lill-provdituri li jinnotifikaw lill-BEREC bl-intenzjoni tagħhom li jservu lil dawn is-swieq, u s-sorveljanza tal-provdituri li jservu dawn is-swieq mill-BEREC;

(xvi) il-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi tal-BEREC;

(xvii) awtorizzazzjoni unika tal-Unjoni u l-istruttura superviżorja għall-qafas b’mod ġenerali;

(xviii) inputs attivi u passivi;

(xix) ir-rakkomandazzjoni dwar is-swieq rilevanti;

(xx) ir-regolamentazzjoni tat-tagħmir, inkluż il-prassi ta’ ggruppar tat-tagħmir u s-sistemi operattivi;

(xxi) l-effettività tal-implimentazzjoni tan-numru Ewropew ta’ sejħiet ta' emerġenza "112", inkluż b'mod partikulari miżuri neċessarji biex titjieb il-preċiżjoni u l-affidabilità tal-kriterji dwar il-post tal-oriġini tas-sejħa;

(xxii) il-fattibilità li titwaqqaf 'sistema tal-komunikazzjoni “112” invertita tal-UE';

(xxiii) l-impatt tal-fatt li l-internet sar infrastruttura kruċjali għat-twettiq ta’ varjetà kbira ta’ attivitajiet ekonomiċi u soċjali.

Emenda  230

Proposta għal regolament

Artikolu 39a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 39a

Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-Artikoli 34, 35 u 36 sa 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

2. Meta Stati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal dan ir-Regolament jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert bl-Artikoli 34, 35 u 36.

Emenda  231

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madanakollul, l-Artikoli 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29 u 30 għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2016.

imħassar

Emenda  232

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda  233

Proposta għal regolament

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

NOTA SPJEGATTIVA

Is-suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi huwa fil-qalba tal-Ekonomija Diġitali. Sabiex l-Ewropa tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal ta' tkabbir, kompetittività u impjieg li Suq Uniku Diġitali għandu x'joffri, ir-rwol tat-telekomunikazzjonijiet fil-provvista ta' innovazzjoni u konnettività fis-setturi kollha tal-ekonomija għandu jittejjeb.

Tabilħaqq, l-ekonomiji ta’ skala ta’ suq tat-telekomunikazzjoni b’500 miljun abitant jista’ jippermetti t-tisħiħ tas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u jipprovdi konnettività ta’ kwalità għolja u servizzi innovattivi lill-persuni Ewropej u s-setturi ekonomiċi kollha, biex b’hekk l-Ewropa ssir attur kompetittiv b’saħħtu globali.

F’Marzu 2013 il-Kunsill Ewropew saħaq fuq l-importanza tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet għat-tkabbir u l-impjiegi, u talab lill-Kummissjoni tippreżenta miżuri konkreti għat-twaqqif ta’ suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew f’Ottubru ta’ wara insistew fuq il-“ħtieġa urġenti għal suq diġitali u tat-telekomunikazzjonijiet uniku u integrat, li jkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u l-kumpaniji". Il-proposta tal-Kummissjoni, ppreżentata f’Settembru, kellha l-għan li tilħaq dik il-mira.

Fl-opinjoni tar-Rapporteur it-tlestija tas-suq diġitali uniku hija proċess li jeħtieġ li jitħaffef u l-proposta tal-Kummissjoni hija pass ’l quddiem importanti f’dik id-direzzjoni.

Madankollu, waqt li tikkunsidra bis-sħiħ l-opinjonijiet tal-partijiet interessati li waslu għand ir-Rapporteur, hija temmen li uħud mill-miżuri proposti għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika aktar profonda u strutturata u valutazzjoni ex-ante bir-reqqa tal-impatt mistenni u konsegwentement jiġu inklużi fir-reviżjoni li jmiss tal-qafas għall-komunikazzjonijiet elettroniċi.

Il-proposti ewlenin żviluppati mir-Rapporteur huma:

Roaming

Wara tliet regolamenti f’perjodu ta’ sitt snin , ir-Rapporteur tipproponi li finalment jitneħħew il-miżati tar-roaming fuq il-konsumaturi għall-vuċi, l-SMSs u d-dejta. Dan l-obbligu fuq l-operaturi m’għandux jidħol fis-seħħ qabel l-1 ta’ Lulju 2016 sabiex ma jostakolax il-prinċipji taċ-ċertezza legali.

Barra dan, ir-Rapporteur tqis li l-proposta tal-Kummissjoni li tittratta r-roaming permezz ta’ ftehimiet volontarji, bħala alternattiva għall-obbligi attwali tar-regolament dwar ir-Roaming III, tiġġenera grad għoli ta’ inċertezza. M’għandniex ninsew li l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali ta’ Roaming III, bħad-diżakkoppjazzjoni (li għaliha diġà qed isir investiment) għandha sseħħ f’inqas minn 5 xhur.

Internet miftuħ

Ir-Rapporteur temmen li l-inklużjoni f’Regolament tal-prinċipju li internet għandu jkun miftuħ u disponibbli għal kulħadd, kif kien sar ċar fir-reviżjoni tal-qafas tal-2007-2009, hija ta’ importanza kruċjali għall-applikazzjoni uniformi ta’ din il-libertà madwar l-Unjoni. L-internet huwa miftuħ u għandu jibqa’ miftuħ. Il-ftuħ ifisser l-aċċessibbiltà għall-kulħadd, l-individwi u n-negozji, ix-xerrejja u l-bejjiegħa, il-provdituri u l-konsumaturi bi prezzijiet kompetittivi. Konsegwentement l-ISPs m’għandhomx ikunu meħtieġa li jilħqu biss il-ħtiġijiet bażiċi tal-utenti; għandhom jitħallew ukoll jilħqu domandi tal-utenti aktar speċifiċi (servizzi bħal: xandir permezz ta’ Protokoll tal-Internet (IP-TV), mezzi ta’ vidjokonferenza u ċerti applikazzjonijiet għas-saħħa), u biex jiżviluppaw is-servizzi proprji u jinnovaw lilhom infushom.

Waqt li d-dispożizzjonijiet dwar l-internet miftuħ fil-proposta huma konformi mal-prattiki attwali dwar ġestjoni raġonevoli tat-traffiku, u li ma hemm xejn fil-liġi attwali tal-Unjoni li jipprevjeni ftehimiet fost utenti finali u l-provdituri tas-servizzi tal-internet dwar servizzi speċjalizzati, ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li d-dispożizzjonijiet f’dan ir-regolament għandhom jiżguraw il-prinċipji tat-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni. Konsegwentement ir-Rapporteur, waqt li tappoġġja l-proposta mill-Kummissjoni, introduċiet ċerti kjarifiki u fdat lill-BEREC bl-obbligu li jagħmel abbozz ta' linji gwida tajba għall-applikazzjoni uniformi tal-prinċipju tal-internet miftuħ fl-Unjoni Ewropea kollha.

Politika ta’ spettru:

Billi jiġu kkunsidrati li skont studji reċenti, sal-2017: 85 % tal-popolazzjoni dinjija se jkollha kopertura tat-3G, 50 % se jkunu koperti b’4G, l-abbonamenti għal smartphones huma mistennija li jilħqu t-3 biljuni, u t-traffiku globali tad-dejta hu mistenni li jikber bi 15-il darba meta mqabbel ma’ dak tal-lum, huwa ċar li l-ispettru tar-Radju huwa riżors kruċjali għas-suq intern għat-telefonija, il-komunikazzjonijiet broadband mingħajr wajers u bis-satellita fl-Unjoni u huwa essenzjali għall-kompetittività futura tal-Unjoni Ewropea. Konsegwentement ir-Rapporteur tilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni dwar il-politika ta’ spettru. Tabilħaqq ir-Rapporteur temmen bis-sħiħ li dan hu ta’ importanza kruċjali biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ liċenzji tal-ispettru għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, kif ukoll għall-użu tal-ispettru mhux liċenzjat. Barra dan, il-proċess ta’ awtorizzazzjoni u biex issir disponibbli l-banda 800 Mhz għall-komunikazzjonijiet broadband bla wajers, fejn iktar minn nofs l-Istati Membri ngħataw deroga mill-Kummissjoni jew mod ieħor ma rnexxielhomx jagħmlu dan sal-iskadenza stabbilita fil-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju juri l-urġenza tal-azzjoni u jindika wkoll ħtieġa għal titjib fl-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat tagħha.

Waqt li tfaħħar il-proposta tal-Kummissjoni, ir-Rapporteur temmen li l-negozjar u l-kiri spettru armonizzat għall-komunikazzjoni broadband mingħajr wajers iżidu l-flessibbiltà u jwasslu għal allokazzjoni iktar effiċjenti tar-riżorsi tal-ispettru u konsegwentement ipproponiet miżuri biex tiffaċilita tistimula aktar id-dinamiżmu tal-użu tal-ispettru.

Madankollu, ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li hija meħtieġa iktar ċarezza dwar uħud mill-prinċipji gwida proposti ġodda dwar il-kordinazzjoni u l-użu tal-ispettru tar-radju. Ir-Rapporteur jissuġġerixxi li inkonsistenzi possibbli mal-prinċipji diġà eżistenti fil-Qafas tal-RSPP jiġu indirizzati iktar fid-dibattitu parlamentari.

Il-libertà li tiġi provduta komunikazzjoni elettronika mal-Unjoni

Rigward id-dispożizzjonijiet proposti dwar “Provdituri Ewropej għall-komunikazzjonijiet elettroniċi”, ir-Rapporteur temmen li jintroduċu qafas kumpless ħafna li jinvolvi struttura superviżorja mhux prevedibbli. Kwalunkwe proposta bħal din għandha tiġi sottoposta għal proċess ta’ konsultazzjoni magħmul bir-reqqa u konsegwentement għandha tiġi analizzata waqt ir-reviżjoni tal-qafas kollu. Madankollu, ir-Rapporteur introduċiet notifika standardizzata sempliċi għall-BEREC sabiex tiżgura li t-trasportaturi, li diġà jibbenefikaw minn skema ta’ awtorizzazzjoni ġenerali biex jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor, ma jsofrux minn diskriminazzjoni f’ċirkostanzi simili fit-trattament min-naħa ta’ Stati Membri differenti u li prattiki regolatorji konsistenti jiġu applikati fis-suq uniku.

BEREC

Wara kunsiderazzjoni bir-reqqa tal-proposti tal-Kummissjoni għall-emenda tal-istruttura ta’ governanza ta’ BEREC, u wara li ġie kkunsidrat ix-xogħol professjonali imwettaq minn BEREC mit-twaqqif tiegħu sentejn ilu, ir-Rapporteur għadu jemmen, kif għamlet meta abbozzat ir-Regolament li jistabbilixxi l-BEREC fl-2009, li sabiex jissalvagwardja l-indipendenza tiegħu mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, huwa ta' importanza kruċjali li jiġi żgurat li BEREC jitmexxa minn wieħed mill-membri tiegħu.

Il-proposti tar-Rapporteur iffukaw fuq l-żgurar tat-tkomplija tax-xogħol effettiv ta’ BEREC bl-armonizzazzjoni ta’ grupp minimu ta’ kompetenzi tal-ARNs, fejn l-ARNs jitħallew jiġu mgħammra b’mod adegwat biex jipparteċipaw bis-sħiħ fil-BEREC, u b’estensjoni ta’ dan titjib il-ħila ta’ BEREC li jilħaq b’mod effettiv ir-rwol tiegħu.

Prodotti ta’ aċċess bl-ingrossa, ASQs u telefonati fissi u bil-mowbajl internazzjonali

Dwar il-proposti dwar il-prodotti ta’ aċċess bl-ingrossa u l-ASQ wara li kkunsidra b’attenzjoni l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, ir-Rapporteur jindirizza dawn il-kwistjonijiet billi jirrikjedi li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni komprensiva u tippreżenta proposti fir-reviżjoni tal-qafas kollu.

Rigward it-telefonati internazzjoni fissi u bil-mowbajl ir-Rapporteur jisħaq li attwalment dawn huma swieq kompetittivi dderegolati li ma jeħtiġux regolament permezz ta’ intervent mill-UE u konsegwentement tipproponi t-tħassar tad-dispożizzjonijiet relatati.

Reviżjoni tal-qafas

Ir-Rapporteur temmen li l-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni komprensiva u r-reviżjoni tal-qafas regolatorju kollu għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, u għandha tissottometti rapport bi proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2016 sabiex tippermetti li jkun hemm żmien biżżejjed biex il-koleġiżlatur janalizza u jiddiskuti l-proposti tajjeb.

Ir-reviżjoni għandha tkun ibbażata fuq konsultazzjoni pubblika sħiħa kif ukoll fuq valutazzjonijiet tal-impatt ex-post tal-qafas regolatorju mill-2009 u valutazzjoni ex-ante bir-reqqa tal-impatti previsti tal-opzjonijiet li joriġinaw mir-reviżjoni.

Barra dan, ir-Rapporteur temmen li uħud mill-miżuri proposti mill-Kummissjoni għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika aktar profonda u strutturata u valutazzjoni ex-ante bir-reqqa tal-impatt mistenni u konsegwentement jiġu inklużi fir-reviżjoni li jmiss tal-qafas għall-komunikazzjonijiet elettroniċi.

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (29.1.2014)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012
(COM(2013)0627 – C7‑0267/2013 – 2013/0309(COD))

Rapporteur (għal opinjoni): Malcolm Harbour

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

F’Settembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta għal Regolament dwar is-Suq Uniku għall-komunikazzjoni elettronika sabiex jinkiseb Kontinent Konness.

Il-Kumitat IMCO se jikkontribwixxi għall-ħidma tal-Parlament dwar din il-proposta permezz ta’ opinjoni leġiżlattiva b’kompetenza esklussiva għal kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-utenti u l-protezzjoni tal-konsumatur u kompetenza kondiviża mal-ITRE fl-aspetti tal-“Aċċess għall-Internet miftuħ”. Se nieħdu wkoll pożizzjoni dwar aspetti tal-konsumatur tar-reviżjonijiet proposti għar-Regolament dwar ir-Roaming, iżda l-kontribut tagħna se jiġi fformulat bħala emendi għal dan l-abbozz wara li jinħareġ ir-rapport ITRE. Fil-ħin qasir disponibbli, ir-rapporteur ma eżaminax fid-dettall l-aspetti l-oħra kollha tar-Regolament propost, iżda ffoka biss fuq dawk l-oqsma fejn l-IMCO għandu rwol dirett. Il-membri tal-Kumitat jistgħu, naturalment, iressqu emendi għar-rapport tiegħu dwar l-aspetti l-oħra kollha. Huwa ħalla wkoll emendi għall-Premessi apparti f’dan l-istadju, u se jipproponi l-Premessi emendati hekk kif ix-xogħol kollaborattiv tagħna mal-ITRE jipprogressa.

Fit-tħejjija ta’ dan l-abbozz tar-rapport, ir-rapporteur qies it-tħassib kbir tal-partijiet interessati, b’attenzjoni partikolari għall-opinjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tar-regolaturi tat-telekomunikazzjoni. Huwa jikkondividi t-tħassib ta’ ħafna li, filwaqt li l-objettivi u l-ambizzjonijiet tal-proposta huma ta’ min ifaħħarhom, l-istrument propost huwa frammentat wisq u nieqes mid-direzzjoni strateġika biex jintlaħaq l-għan ta’ Suq uniku Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika. L-opinjoni tiegħu hija bbażata fuq l-esperjenza estensiva tal-Kumitati tal-IMCO fil-qasam tat-tisħiħ tad-Drittijiet tal-Konsumatur, mhux biss fis-settur tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, fit-titjib sinifikanti għall-proposta tal-Kummissjoni. Huwa kunfidenti li dan l-approċċ se jkollu appoġġ wiesa’.

L-iżgurar tal-Internet Miftuħ

Element importanti tal-abbozz tal-Kummissjoni huwa miżuri biex tiġi żgurata n-“Newtralità tan-Net”, għalkemm dan il-kunċett mhu definit imkien fit-test legali. Il-Kumitat IMCO għandu esperjenza estensiva f’dan il-qasam, u l-emendi li ppropona fir-reviżjoni tal-2009 tad-Direttiva dwar is-Servizz Universali u d-Drittijiet tal-Utenti jibqgħu d-dispożizzjonijiet ewlenin biex ir-Regolaturi tal-UE jintervjenu ħalli jipproteġu lill-konsumaturi minn imġiba diskriminatorja u imblukkar inġusttas-servizz.

Il-proposti l-ġodda jsaħħu dawn id-dispożizzjonijiet u jipprovdu qafas aktar ċar biex jintervjenu r-Regolaturi. Filwaqt li r-Rapporteur preżenti kien ikun kuntent li jinkorpora dawn bħala reviżjonijiet għad-Direttiva eżistenti, ir-Rapporteur tal-ITRE għamel każ b’saħħtu biex dawn jiġu applikati bħala r-Regolament għall-applikazzjoni konsistenti madwar l-UE. Ir-Rapporteur aċċetta din l-istrateġija u għamel numru ta’ proposti biex jiċċara u jtejjeb it-test, li se jiġu żviluppati b’mod konġunt bejn iż-żewġ Kumitati.

L-istrument legali għad-Drittijiet tal-Utenti

Il-proposta tal-Kummissjoni tissostitwixxi ħafna dispożizzjonijiet ċentrali tad-Direttiva 2002/22/KE dwar is-Servizz Universali u d-Drittijiet tal-Utenti (sussegwentement emendata bid-Direttiva 2009/136), billi tieħu numru ta’ dispożizzjonijiet u tarmonizzahom kompletament fil-forma ta’ Regolament. Tiċċentralizza wkoll deċiżjonijiet dwar ir-regoli dettaljati tal-implimentazzjoni fil-livell tal-Kummissjoni, u tneħħi r-responsabbiltà diretta mill-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali. Il-ġustifikazzjoni tal-Kummissjoni għal din il-proposta hija l-implimentazzjoni irregolari tar-regoli madwar l-Istati Membri kollha. Hija ma tipprovax tibbaża dan l-approċċ fuq il-benefiċċji għas-Suq Uniku tal-Komunikazzjoni Elettronika. Ir-Rapporteur jikkunsidra dan l-approċċ bħala kompletament żbaljat.

L-estrazzjoni tal-elementi arbitrarji tal-qafas regolatorju eżistenti toħloq konfużjoni, filwaqt li l-impożizzjoni ta’ armonizzazzjoni massima f’dawn l-oqsma ser tkun ta’ detriment għall-protezzjoni tal-konsumatur. Il-Kumitat IMCO waqqa' l-insistenza tal-Kummissjoni dwar l-armonizzazzjoni massima meta irreveda d-Direttiva dwar id-Drittjiet tal-Konsumatur fl-2011 u fid-dinja tal-komunikazzjoni elettronika, li qed tiżviluppa b’mod mgħaġġel, hemm argument ħafna iktar konvinċenti li l-armonizzazzjoni massima tkun ta’ detriment.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni mhix tindirizza s-sors reali tal-frammentazzjoni tas-suq, li huwa l-prestazzjoni irregolari tar-Regolaturi fl-infurzar tal-obbligi eżistenti tagħhom. L-impożizzjoni ta’ għażla ta’ rekwiżiti regolatorji ġodda ċentraliżżati fil-pajjiżi fejn ir-Regolatur diġà għandu prestazzjoni baxxa fl-infurzar tal-konsumatur ma jistax jitqies bħala riċetta għas-suċċess fit-tul! Il-proposta tal-Kummissjoni hija wkoll preskrittiva wisq fil-kontenut tagħha. Hija l-fehma tar-Rapporteur li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali speċifiċi huma f’pożizzjoni ħafna aħjar biex jinforzaw ir-regoli, bl-appoġġ mill-BEREC. F’dan is-settur li qed jiżviluppa b’mod mgħaġġel, dawn ikunu aktar konxji minn imġiba antikompetittiva li teħtieġ rimedju b’mod urġenti.

Filwaqt li jikkritika l-qafas legali, ir-Rapporteur jirrikonoxxi li l-proposta tal-Kummissjoni fiha titjib importanti fid-Drittijiet tal-Utenti. Huwa għalhekk irriformula dawn f’emendi proposti għad-Direttiva eżistenti, li tista’ tkun trasposta faċilment u malajr mill-Istati Membri kollha.

Notevolment, ir-Rapporteur ippropna li jiġu żviluppati regoli ta’ implimentazzjoni mill-BEREC, li huwa f’qagħda ħafna aħjar mill-Kummissjoni biex jifformula standards dettaljati. Ma jikkunsidrax li l-Atti tal-Implimentazzjoni huma format xieraq għall-iżvilupp ta’ dawn il-miżuri.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-benefiċċji li jġib suq uniku għall-komunikazzjoni elettronika għandhom jitwessgħu fl-ekosistema diġitali usa' li tinkludi l-manifatturi tat-tagħmir tal-Unjoni, il-provdituri tal-kontenut u tal-applikazzjonijiet u l-ekonomija usa' li tkopri setturi bħal dawk bankarji, tal-karozzi, tal-loġistika, tal-bejgħ bl-imnut, tal-enerġija, tat-trasport, li jistrieħu fuq il-konnettività biex itejbu l-produttività tagħhom pereżempju b'applikazzjonijiet cloud aċċessibbli kullimkien, oġġetti konnessi u possibbiltajiet għall-provdiment integrat tas-servizzi lil partijiet differenti tal-kumpanija. L-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-settur tas-saħħa għandhom jibbenefikaw ukoll minn disponibbiltà usa' tas-servizzi tal-gvern elettroniku u tas-saħħa elettronika. L-offerta ta' kontenut u servizzi kulturali, u d-diversità kulturali inġenerali, tista' wkoll titjieb f'suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-provdiment ta' konnettività b'netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għandu importanza partikolari għall-ekonomija usa' u għas-soċjetà tant li għandhom jiġu evitati piżijiet, regolatorji jew mod ieħor, speċifiċi għas-setturi, li mhumiex ġustifikati.

(5) Il-benefiċċji li jġib suq uniku għall-komunikazzjoni elettronika għandhom jitwessgħu fl-ekosistema diġitali usa' li tinkludi l-manifatturi tat-tagħmir tal-Unjoni, il-provdituri tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u ta' softwer u l-ekonomija usa' li tkopri setturi bħal dawk bankarji, tal-karozzi, tal-loġistika, tal-bejgħ bl-imnut, tal-enerġija, tat-trasport, li jistrieħu fuq il-konnettività biex itejbu l-produttività tagħhom pereżempju b'applikazzjonijiet cloud aċċessibbli kullimkien, oġġetti konnessi u possibbiltajiet għall-provdiment integrat tas-servizzi lil partijiet differenti tal-kumpanija. L-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-settur tas-saħħa għandhom jibbenefikaw ukoll minn disponibbiltà usa' tas-servizzi tal-gvern elettroniku u tas-saħħa elettronika. L-offerta ta' kontenut u servizzi kulturali, u d-diversità kulturali inġenerali, tista' wkoll titjieb f'suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-forniment ta' konnettività b'netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għandu importanza partikolari għall-ekonomija usa' u għas-soċjetà tant li għandhom jiġu evitati l-piżijiet, regolatorji jew mod ieħor, speċifiċi għas-setturi, li mhumiex ġustifikati.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a) L-ipproċessar ta' dejta personali previst f'dan ir-Regolament għandu jkun suġġett għal-liġi applikabbli tal-Unjoni, b'mod partikulari d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b, u għal-liġi nazzjonali.

_________________

1a Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data  (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).).

1b Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-applikazzjoni ta' bosta politiki nazzjonali toħloq inkonsistenzi u frammentazzjoni fis-suq intern li jfixklu l-varar ta' servizzi madwar l-Unjoni u t-tlestija tas-suq intern għal komunikazzjoni broadband bla wajers. B'mod partikolari din tista' toħloq kundizzjonijiet mhux indaqs għall-aċċess għal servizzi bħal dawn, ixxekkel il-kompetizzjoni bejn impenji fi Stati Membri differenti u toħnoq investimenti f'netwerks u teknoloġiji aktar avvanzati u l-ħruġ ta' servizzi innovattivi, u b'hekk iċaħħad liċ-ċittadini u lin-negozji milli jkollhom servizzi integrati ta' kwalità għolja aċessibbli kullimkien u ċċaħħad lill-operaturi tal-broadband bla wajers milli jżidu aktar l-effiċjenza permezz ta' operazzjonijiet aktar integrati fuq skala kbira. Għalhekk, azzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar ċerti aspetti tal-assenjament tal-ispettru tar-radju għandhom jakkumpanjaw l-iżvilupp ta' kopertura integrata wiesgħa ta' servizzi avvanzati tal-komunikazzjoni broadband bla wajers madwar l-Unjoni kollha. Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jadottaw miżuri biex jorganizzaw l-ispettru tar-radju tagħhom għal finijiet ta' ordni pubblika, sigurtà pubblika u difiża.

(18) Ir-riforma tat-Telecom tal-UE tal-2009 tistabbilixxi l-prinċipji għall-ġestjoni tal-ispettru. Hija tirrikonoxxi l-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward ta’ politiki kulturali u awdjoviżivi u ġeneralment tħallilhom il-kamp ta’ applikazzjoni neċessarju għall-azzjoni. Għaldaqstant, għandha tissokta l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni fir-rigward ta’ ċerti aspetti tal-assenjazzjoni tal-ispettru tar-radju biex jiġi approvat approċċ dinamiku għall-ġestjoni tal-ispettru li jirrikonoxxi l-kompetenza tal-Istati Membri f’dan il-qasam u jirrispetta l-politiki kulturali, awdjoviżwali u tal-midja ta’ kull Stat Membru. Hemm bżonn ta’ biżżejjed flessibbiltà biex ikunu akkomodati rekwiżiti nazzjonali speċifiċi u l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jadottaw miżuri biex jorganizzaw l-ispettru tar-radju tagħhom għal finijiet ta’ ordni pubblika, sigurtà pubblika u difiża. F’każijiet ta’ tilwim bejn Stati Membri minħabba l-użu tal-ispettru tar-radju, il-Kummissjoni tista’ tikkoordina u tappoġġja soluzzjoni tat-tilwim.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) F'kuntest ta' migrazzjoni progressiva gћal "netwerks ibbażati għalkollox fuq l-IPs", in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti tal-konnettività bbażati fuq il-protokoll tal-IP għal klassijiet differenti ta' servizzi bi kwalità tas-servizzi żgurata li tippermetti mogħdijiet tal-komunikazzjoni bejn id-dominji tan-netwerk u bejn it-trufijiet tan-netwerk, kemm fl-Istati Membri kif ukoll bejniethom, ixekkel l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet li jistrieħu fuq l-aċċess għal netwerks oħrajn, u allura jillimita l-innovazzjoni teknoloġika. Barra minn hekk, din is-sitwazzjoni żżomm it-tixrid fuq skala usa' ta' effiċjenzi relatati mal-ġestjoni u l-provdiment ta' netwerks ibbażati fuq l-IPs u prodotti tal-konnettività b'livell żgurat ta' kwalità tas-servizzi, b'mod partikolari aktar sigurtà, affidabbiltà u flessibbiltà, kosteffikaċja u provdiment aktar malajr, li minnhom igawdu l-operaturi tan-netwerk, il-provdituri tas-servizzi u l-utenti finali. Għaldaqstant approċċ armonizzat għat-tfassil u d-disponibbiltà ta' dawn il-prodotti hu meħtieġ skont termini raġonevoli inkluż, meta tintalab, il-possibbiltà ta' provdiment inkroċjat mill-impenji tal-komunikazzjoni elettronika kkonċernati.

imħassar

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Id-differenzi fl-implimentazzjoni nazzjonali tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-utenti finali li huma speċifiċi għas-setturi, joħolqu ostakli sinifikanti għas-suq diġitali uniku, b'mod partikolari fi spejjeż żejda ta' konformità għall-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jixtiequ joffru servizzi madwar l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-frammentazzjoni u l-inċertezza rigward il-livell ta' protezzjoni mogħti fi Stati Membri differenti jimminaw il-fiduċja tal-utenti finali u jżommuhom lura milli jixtru servizzi tal-komunikazzjoni elettronika barra l-pajjiż. Sabiex jintlaħaq l-għan tal-Unjoni li jitneħħew l-ostakli għas-suq intern, hemm bżonn li jinbidlu l-miżuri legali nazzjonali diverġenti eżistenti f'sett uniku u armonizzat bis-sħiħ ta' regoli speċifiċi għas-setturi li joħolqu livell komuni għoli ta' protezzjoni għall-utenti finali. Din l-armonizzazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet legali ma għandhiex twaqqaf lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku milli joffru arranġamenti kuntrattwali lill-konsumaturi, li jaqbżu dak il-livell ta' protezzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ladarba r-regoli li jinsabu f’din il-Proposta għal Regolament jiġu trasferiti fid-Direttiva dwar Servizzi Universali, ma jkunx hemm il-ħtieġa li jinżammu l-premessi ta’ dan ir-Regolament marbuta mad-drittijiet tal-konsumaturi.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Billi dan ir-Regolament jarmonizza biss ċerti regoli speċifiċi għas-setturi, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, kif stabbilit minn atti tal-Unjoni u l-leġislazzjoni nazzjonali li timplimentahom.

(41) Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, kif stabbilit mil-Liġi tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali li jimplimentawhom.

Ġustifikazzjoni

Ladarba r-regoli li jinsabu f’din il-Proposta għal Regolament jiġu trasferiti fid-Direttiva dwar Servizzi Universali, ma jkunx hemm il-ħtieġa li jinżammu l-premessi ta’ dan ir-Regolament marbuta mad-drittijiet tal-konsumaturi.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Meta d-dispożizzjonijiet fil-Kapitoli 4 u 5 ta' dan ir-Regolament ikunu jirreferu għall-utenti finali, dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw biss għall-konsumaturi iżda anke għal kategoriji oħrajn tal-utenti finali, primarjament il-mikrointrapriżi. Fuq talba individwali tagħhom, l-utenti finali ħlief il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jiftiehmu, b'kuntratt individwali, biex jitbiegħdu minn ċerti dispożizzjonijiet.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ladarba r-regoli li jinsabu f’din il-Proposta għal Regolament jiġu trasferiti fid-Direttiva dwar Servizzi Universali, ma jkunx hemm il-ħtieġa li jinżammu l-premessi ta’ dan ir-Regolament marbuta mad-drittijiet tal-konsumaturi.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47) F'internet miftuħ, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku, fil-limiti miftiehma fil-kuntratt dwar il-volumi tad-dejta u l-veloċitajiet għas-servizzi tal-aċċess għall-internet, ma għandhomx jimblukkaw, jisslowjaw, jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom ħlief għal għadd limitat ta' miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku raġonevoli. Dawn il-miżuri għandhom ikunu trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji. ġestjoni raġonevoli tat-traffiku tinkludi prevenzjoni jew impediment minn reati kriminali serji, inklużi azzjonijiet volontarji ta' provdituri biex jipprevenu l-aċċess għall-pornografija tat-tfal u t-tixrid tagħha. It-tnaqqis kemm jista' jkun tal-effetti tal-konġestjoni tan-netwerk għandu jitqies raġonevoli sakemm il-konġestjoni tan-netwerk tkun biss temporanja jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

(47) F’internet miftuħ, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx jimblukkaw, inaqqsu l-veloċità, jiddegradaw, jiddiskriminaw jew jinterferixxu mod ieħor mat-trażmissjoni tat-traffiku tal-internet kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom ħlief għal għadd limitat ta’ miżuri ta’ ġestjoni raġonevoli tat-traffiku. Dawn il-miżuri għandhom ikunu trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji u m'għandhomx jinżammu fit-tul aktar milli jkun strettament meħtieġ. Il-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku tinkludi li jiġu evitati jew iminimizzati l-effetti ta’ konġestjoni fin-netwerk sakemm tipi ekwivalenti ta’ traffiku jkunu trattati bl-istess mod.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) It-tariffi bbażati fuq il-volum għandhom jitqiesu kompatibbli mal-prinċipju ta' internet miftuħ sakemm dawn ikunu jippermettu lill-utenti finali biex jagħżlu t-tariffa korrispondenti għall-konsum normali tad-dejta tagħhom, skont informazzjoni trasparenti dwar il-kundizzjonijiet u l-implikazzjonijiet ta' din l-għażla. Fl-istess waqt, dawn it-tariffi għandhom jippermettu lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jadattaw aħjar il-kapaċitajiet tan-netwerks skont il-volumi tad-dejta mistennija. Hu essenzjali li l-utenti finali jkunu infurmati bis-sħiħ, qabel jaqblu ma' xi limitazzjonijiet fil-volum jew fil-veloċità tad-dejta u mat-tariffi applikabbli, li huma jistgħu jsegwu kontinwament il-konsum tagħhom u faċilment jistgħu jiksbu estensjonijiet fil-volumi tad-dejta disponibbli jekk dawn ikunu jixtiequ.

(48) It-tariffi bbażati fuq il-volum għandhom jitqiesu kompatibbli mal-prinċipju ta' internet miftuħ sakemm dawn ikunu jippermettu lill-utenti finali jagħżlu t-tariffa korrispondenti għall-konsum normali tad-dejta tagħhom, skont informazzjoni trasparenti dwar il-kundizzjonijiet u l-implikazzjonijiet ta' din l-għażla. Fl-istess waqt, dawn it-tariffi għandhom jippermettu lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jadattaw aħjar il-kapaċitajiet tan-netwerks skont il-volumi tad-dejta mistennija. Hu essenzjali li l-utenti finali jkunu infurmati bis-sħiħ, qabel jaqblu ma' xi limitazzjonijiet fil-volum jew fil-veloċità tad-dejta u mat-tariffi applikabbli, u li huma jkunu jistgħu jsegwu kontinwament il-konsum tagħhom u faċilment jistgħu jiksbu estensjonijiet fil-volumi tad-dejta disponibbli jekk dawn ikunu jixtiequ. Il-volumi tad-dejta u l-veloċità offruti fil-kuntratt m'għandhom ikunu affettwati mill-ebda ftehim ta' servizz speċjalizzat addizzjonali konklużi mall-utent aħħari, b'kunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament dwar l-Aċċess għall-Internet Miftuħ, li jiddisponu li kwalunkwe offerti ta' servizzi speċjalizzati għandhom ikunu apparti s-servizzi tal-aċċess għall-internet, fejn applikabbli u mhux għad-detriment materjali tad-disponibilità u l-kwalità tagħhom.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50) Barra minn hekk, hemm domanda għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jipprovdu servizzi ta' trażmissjoni bbażati fuq parametri tal-kwalità flessibbli, inklużi livelli aktar baxxi ta' prijorità għat-traffiku li ma tkunx sensittiva għall-ħin. Il-possibbiltà għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jinnegozjaw dawn il-livelli flessibbli ta' kwalità ta' servizzi ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku hemm bżonnha għall-provdiment ta' servizzi speċjalizzati u hu mistenni li jkollha rwol importanti fl-iżvilupp ta' servizzi ġodda bħall-komunikazzjoni M2M (bejn magna u magna). Fl-istess waqt, dawn l-arranġamenti għandhom jippermettu lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jibbilanċjaw aħjar it-traffiku u jipprevenu konġestjoni fin-netwerks. Għalhekk, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi li jikkonkludu ftehimiet dwar servizzi speċjalizzati b'livelli definiti ta' kwalità tas-servizzi sakemm dawn il-ftehimiet ma jkunux qed idgħajfu sostanzjalment il-kwalità ġenerali tas-servizzi tal-aċċess għall-internet.

(50) Barra minn hekk, hemm domanda għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jipprovdu servizzi ta' trażmissjoni bbażati fuq parametri tal-kwalità, inklużi livelli aktar baxxi ta' prijorità għat-traffiku li ma tkunx sensittiva għall-ħin. Il-possibbiltà għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jinnegozjaw dawn il-livelli speċjali ta' kwalità ta' servizzi ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku hemm bżonnha għall-provdiment ta' servizzi speċjalizzati u hu mistenni li jkollha rwol importanti fl-iżvilupp ta' servizzi ġodda bħall-komunikazzjoni M2M (bejn magna u magna). Fl-istess waqt, dawn l-arranġamenti għandhom jippermettu lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jibbilanċjaw aħjar it-traffiku u jipprevenu konġestjoni fin-netwerks. Għalhekk, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi li jikkonkludu ftehimiet dwar servizzi speċjalizzati b'livelli definiti ta' kwalità tas-servizzi sakemm dawn il-ftehimiet ma jkunux qed idgħajfu l-kwalità ġenerali tas-servizzi tal-aċċess għall-internet miftuħ.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jaqdu rwol essenzjali biex ikun żgurat li l-utenti finali effettivament ikunu jistgħu jeżerċitaw din il-libertà biex jużaw l-aċċess tal-internet miftuħ. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom l-obbligi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar, u jiżguraw il-konformità tal-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku u d-disponibbiltà ta' servizzi tal-aċċess għall-internet nondiskriminatorji u ta' kwalità għolja li ma jiddgħajfux sostanzjalment minn servizzi speċjalizzati. Fil-valutazzjoni tagħhom ta' xkiel ġenerali possibbli għas-servizzi tal-internet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu parametri ta' kwalità bħat-timing u l-affidabbiltà (latenza, jitter, telf fil-pakketti), livelli u effetti tal-konġestjoni fin-netwerk, veleoċitajiet attwali kontra dawk riklamati, il-prestazzjoni tas-servizzi tal-aċċess tal-internet imqabbla ma' servizzi speċjalizzati, u l-kwalità kif perċepita mill-utenti aħħarin. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw is-setgħa jimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi fuq kull provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew fuq uħud individwali, jekk dan ikun meħtieġ biex jevita degradazzjoni ġenerali fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet.

(51) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jaqdu rwol essenzjali biex jiżguraw li l-utenti finali effettivament ikunu jistgħu jeżerċitaw din il-libertà biex jużaw l-aċċess tal-internet miftuħ. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom l-obbligi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar, u jiżguraw il-konformità tal-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku u d-disponibbiltà ta' servizzi tal-aċċess għall-internet nondiskriminatorji u ta' kwalità għolja li ma jiddgħajfux minn servizzi speċjalizzati. Fil-valutazzjoni tagħhom ta’ xkiel ġenerali possibbli għas-servizzi tal-internet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu parametri ta’ kwalità bħat-timing u l-affidabbiltà (latenza, jitter, telf fil-pakketti), livelli u effetti tal-konġestjoni fin-netwerk, veloċitajiet attwali mqabbla ma' dawk riklamati, il-prestazzjoni tas-servizzi tal-aċċess tal-internet imqabbla ma’ servizzi speċjalizzati, u l-kwalità kif perċepita mill-utenti aħħarin, waqt li jqisu bis-sħiħ kwalunkwe linja gwida maħruġa mill-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) dwar il-metodi għall-kejl tal-veloċità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-parametri tal-kwalità tas-servizz li għandhom jitkejlu u dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni raġonevoli tat-traffiku. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw is-setgħa jimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi fuq kull provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew fuq uħud individwali, jekk dan ikun meħtieġ biex jevita xkiel/degradazzjoni ġenerali fil-kwalità tas-servizzi tas-servizzi tal-aċċess għall-internet.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52) Il-miżuri li jiżguraw aktar trasparenza u komparabbiltà tal-prezzijiet, it-tariffi, it-termini u l-kundizzjonijiet, u l-parametri tal-kwalità tas-servizzi, inklużi dawk speċifiċi għall-provdiment tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, għandhom iżidu l-kapaċità tal-utenti finali biex jottimizzaw l-għażla tagħhom tal-provdituri u b'hekk igawdu l-kompetizzjoni bis-sħiħ.

(52) Il-miżuri li jiżguraw aktar trasparenza u komparabbiltà tal-prezzijiet, it-tariffi, it-termini u l-kundizzjonijiet, u l-parametri tal-kwalità tas-servizzi, inklużi dawk speċifiċi għall-provdiment tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, għandhom iżidu l-kapaċità tal-utenti finali biex jottimizzaw l-għażla tagħhom tal-provdituri u b'hekk igawdu l-kompetizzjoni bis-sħiħ. Kwalunkwe skema volontarja ta’ ċertifikazzjoni għal websajts ta’ tqabbil, gwidi jew għodod simili interattivi għandha tkun indipendenti minn kwalunkwe provditur ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, tuża lingwaġġ sempliċi u ċar, tuża informazzjoni kompleta u aġġornata, ikollha metodoloġija trasparenti, tkun affidabbli u aċċessibbli skont il-Linji Gwida għall-Aċċessibilità għall-Kontenut tal-Web 2.0 u jkollha proċedura effettiva għat-trattament tal-ilmenti.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53) L-utenti finali għandhom ikunu infurmati kif jixraq dwar il-prezz u t-tip ta' servizz offrut qabel jixtru servizz. Din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll minnufih qabel il-konnessjoni tas-sejħa meta s-sejħa għal numru jew servizz speċifiċi tkun soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari tal-prezzijiet, bħal sejħiet għal servizzi b'rata premium li bosta drabi jkunu soġġetti għal rata speċjali. Meta obbligu bħal dan ikun sproporzjonat minħabba t-tul u l-ispiża tal-informazzjoni dwar it-tariffi għall-provditur tas-servizz meta mqabbel mat-tul medju tas-sejħa u r-riskju tal-ispiża li għalih ikun espost l-utent finali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jagħtu deroga. L-utenti finali għandhom ikunu informati wkoll jekk numru ta' telefonata bla ħlas ikunx soġġett għal ħlasijiet addizzjonali.

imħassar

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54) Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jinfurmaw lill-utenti finali kif jixraq, fost l-oħrajn dwar is-servizzi u t-tariffi tagħhom, il-parametri tal-kwalità tas-servizzi, l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza u kull limitazzjoni, u l-għażla ta' servizzi u prodotti li tfasslu għal konsumaturi b'diżabbiltà. Din l-informazzjoni għandha tingħata b'mod ċar u trasparenti u tkun speċifika għall-Istati Membri fejn ikunu pprovduti s-servizzi, u tiġi aġġornata meta jkollhom xi tibdil. Il-provdituri għandhom jiġu eżentati minn dawn ir-rekwiżiti tal-informazzjoni meta l-offerti li jiġu negozjati b'mod individwali.

(54) Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jinfurmaw lill-utenti finali kif jixraq, fost l-oħrajn dwar is-servizzi u t-tariffi tagħhom, il-parametri tal-kwalità tas-servizzi, l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza u kull limitazzjoni, u l-għażla ta' servizzi u prodotti li tfasslu għal konsumaturi b'diżabbiltà. Fil-każ ta' pjanijiet ta' tariffi b’volum ta’ komunikazzjoni predefinit, il-provdituri ta' komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku għandhom jgħarrfu wkoll lill-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn li jkunu jixtiequ jgħaddu xi volum mhux użat mill-perjodu tal-ħlas preċedenti għall-perjodu attwali, dwar il-possibilità li jagħmlu dan Din l-informazzjoni għandha tingħata b'mod ċar u trasparenti u tkun speċifika għall-Istati Membri fejn ikunu pprovduti s-servizzi, u tiġi aġġornata meta jkun hemm xi tibdil. Il-provdituri għandhom jiġu eżentati minn dawn ir-rekwiżiti tal-informazzjoni fir-rigward ta' offerti li jiġu negozjati b'mod individwali.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56) Il-kuntratti huma mezz importanti għall-utenti finali biex ikun żgurat livell għoli ta' trasparenza fl-informazzjoni u ċertezza legali. Lill-utent finali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jagħtuh informazzjoni ċara u komprensiva dwar kull element essenzjali tal-kuntratt qabel dan jintrabat bih. L-informazzjoni għandha tkun obbligatorja u ma għandhiex tinbidel ħlief bi ftehim sussegwenti bejn l-utent finali u l-provditur Dan l-aħħar, il-Kummissjoni u bosta awtoritajiet regolatorji nazzjonali sabu diskrepanzi konsiderevoli bejn il-veloċità riklamata tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u l-veloċità proprja disponibbli lill-utenti finali. Għalhekk, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jinfurmaw lill-utenti finali, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, dwar il-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi li huma jistgħu realistikament jipprovdu fil-post ewlieni tal-utent finali.

(56) Il-kuntratti huma mezz importanti għall-utenti finali biex ikun żgurat livell għoli ta' trasparenza fl-informazzjoni u ċertezza legali. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jagħtu lill-utent finali informazzjoni ċara u komprensiva dwar kull element essenzjali tal-kuntratt qabel dan jintrabat bih. L-informazzjoni għandha tkun obbligatorja u ma għandhiex tinbidel ħlief bi ftehim sussegwenti bejn l-utent finali u l-provditur Dan l-aħħar, il-Kummissjoni u bosta awtoritajiet regolatorji nazzjonali sabu diskrepanzi konsiderevoli bejn il-veloċità riklamata tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u l-veloċità reali disponibbli għall-utenti finali. Għalhekk, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jinfurmaw lill-utenti finali, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, dwar il-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi li huma jistgħu realistikament jipprovdu fil-post ewlieni tal-utent finali. Għall-konnessjonijiet tad-dejta fissi u mobbli, il-veloċità normalment disponibbli hija l-veloċità ta' servizz tal-komunikazzjoni li l-konsumatur jista' jistenna li jirċievi f'ħafna miż-żmien meta jaċċessa s-servizz, irrispettivament mill-ħin tal-jum. Il-veloċità normalment disponibbli għandha tiġi kkalkulata mill-meded tal-veloċità stmati, mill-medja tal-veloċità, mill-veloċità fis-sigħat tal-akbar traffiku u mill-veloċità minima. Il-metodoloġija għandha tiġi stabbilita fil-linji gwida tal-BEREC u tiġi rieżaminata u aġġornata regolarment biex tirrifletti l-evoluzzjoni fit-teknoloġija u fl-infrastruttura. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provdituri jippermettu li l-utenti finali jkollhom aċċess għal informazzjoni komparabbli tan-netwerks mobbli, inklużi teknoloġiji differenti fl-Istat Membru rispettiv, qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt, sabiex dawk l-utenti finali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar xiri.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57) Fir-rigward ta' tagħmir terminali, il-kuntratti għandhom jispeċifikaw kull restrizzjoni imposta mill-provditur fejn jidħol l-użu tat-tagħmir, pereżempju b'apparat mobbli bis-"SIM-locking", u kull imposta dovuta għat-terminazzjoni tal-kuntratt qabel id-data tal-iskadenza miftiehma. L-ebda imposta ma għandha tkun dovuta wara li jiskadi t-tul taż-żmien miftiehem tal-kuntratt.

(57) Fir-rigward ta' tagħmir terminali, il-kuntratti għandhom jispeċifikaw kull restrizzjoni imposta mill-provditur fejn jidħol l-użu tat-tagħmir, pereżempju b'apparat mobbli bis-"SIM-locking", u kull imposta dovuta għat-terminazzjoni tal-kuntratt qabel id-data tal-iskadenza miftiehma. L-ebda imposta ma għandha tkun dovuta wara li jiskadi t-tul taż-żmien miftiehem tal-kuntratt. Il-kuntratti għandhom jispeċifikaw ukoll it-tipi ta' servizzi wara l-bejgħ, servizzi ta' manutenzjoni u servizzi ta' appoġġ għall-konsumatur ipprovduti. Meta jkun possibbli, dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll informazzjoni teknika, li tingħata meta tintalab, dwar il-funzjonament xieraq tat-tagħmir terminali magħżul mill-utent finali. Sakemm ma tiġi identifikata l-ebda inkompatibilità teknika, dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58) Biex jiġu evitati ħasdiet bil-kontijiet, l-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jiddefinixxu limiti finanzjarji massimi għall-imposti relatati ma' kemm jużaw is-servizzi tas-sejħiet u tal-aċċess għall-internet. Din il-faċilità għandha tkun disponibbli bla ħlas, b'notifika xierqa li tkun tista' terġa' tiġi kkonsultata mill-ġdid meta jinqorob il-limitu. Meta jintlaħaq il-limitu massimu, l-utenti finali ma għandhomx jibqgħu jirċievu dawk is-servizzi u ma għandhomx jibqgħu jintalbu jħallsu għalihom, sakemm dawn ma jitolbux speċifikament li jissokta l-provdiment kif miftiehem mal-provditur.

(58) Biex jiġu evitati ħasdiet bil-kontijiet, għas-servizzi kollha li jitħallsu wara li jingħataw, l-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jiffissaw limiti finanzjarji massimi għall-imposti relatati ma' kemm jużaw is-servizzi tas-sejħiet u tal-aċċess għall-internet. Din il-faċilità għandha tinkludi notifika xierqa li tkun tista’ terġa’ tiġi kkonsultata mill-ġdid meta jinqorob il-limitu.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(59) L-esperjenza mill-Istati Membri u minn studju riċenti li kkummissjonat l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi u s-Saħħa wriet li perjodi twal tal-kuntratt u estensjonijiet awtomatiċi jew taċiti tal-kuntratti joħolqu ostakli sinifikanti biex wieħed ikun jista' jibdel il-provditur. Għaldaqstant hu mixtieq li bla ma jġarrbu spejjeż, l-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jitterminaw kuntratt sitt xhur wara l-konklużjoni tiegħu. F'dan il-każ, l-utenti finali jistgħu jintalbu jikkompensaw lill-provdituri tagħhom għall-valur residwu tat-tagħmir terminali sussidjat jew għall-valur pro rata tempore ta' xi promozzjonijiet oħrajn. Il-kuntratti li jiġu estiżi b'mod taċitu għandhom ikunu soġġetti għal terminazzjoni b'perjodu ta' avviż ta' xahar.

imħassar

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 63

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(63) Sabiex jiġi appoġġat il-provdiment ta' one-stop-shops u sabiex l-utenti finali jsibuha eħfef biex jibdlu l-provditur bla intoppi, il-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor għandu jmexxih il-provditur riċeventi tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku. Il-provditur trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandux itawwal jew ixekkel il-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor. Għandhom jintużaw kemm jista' jkun proċessi awtomatizzati u jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta personali. Id-disponibbiltà ta' informazzjoni trasparenti, preċiża u f'waqtha dwar il-bidla minn provditur għal ieħor, għandha żżid il-kunfidenza tal-utenti finali fil-bdil u tagħmilhom aktar disposti li jieħdu sehem b'mod attiv fil-proċess kompetittiv.

(63) Sabiex l-utenti finali jsibuha eħfef biex jibdlu l-provditur bla intoppi, il-BEREC għandu jingħata s-setgħa li jwaqqaf linji gwida li jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi tal-provditur li qed jirċievi u ta' dak li jittrasferixxi fil-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor u tal-portabbiltà, filwaqt li jiżgura, fost l-oħrajn, li l-provditur trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma jtawwalx jew ixekkel il-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor, li l-proċess ikun awtomatizzat kemm jista’ jkun u li jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali. Dawn il-linji gwida għandhom jindirizzaw ukoll il-mistoqsija dwar kif għandha tkun żgurata l-kontinwità fl-esperjenza tal-utenti finali, inkluż permezz ta’ identifikaturi bħall-indirizzi tal-email, permezz, pereżempju, tal-opportunità li wieħed jagħżel il-faċilità tal-forwarding tal-emails. Id-disponibbiltà ta' informazzjoni trasparenti, preċiża u f'waqtha dwar il-bidla minn provditur għal ieħor, għandha żżid il-kunfidenza tal-utenti finali fil-bdil u tagħmilhom aktar disposti li jieħdu sehem b'mod attiv fil-proċess kompetittiv.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 64

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(64) Il-kuntratti mal-providituri trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jiġu terminati awtomatikament wara li ssir il-bidla minn provditur għal ieħor, u l-utenti ma għandhomx jintalbu jagħmlu passi oħrajn. Fil-każ ta' servizzi mħallsa minn qabel, kull bilanċ ta' kreditu li ma jintefaqx għandu jintradd lura lil konsumatur li jkun qed jibdel il-provditur.

imħassar

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65) L-utenti finali jeħtieġu l-kontinwità meta jbiddlu identifikaturi importanti bħal indirizzi tal-email. Għal dan il-għan, u biex ikun żgurat li ma jintilfux l-emails, l-utenti finali għandhom jingħataw l-opportunità li jagħżlu faċilità tad-direzzjonar tal-emails, bla ħlas, li joffri l-provditur trasferenti tas-servizz tal-aċċess għall-internet meta l-utent finali jkollu indirizz tal-email pprovdut mill-provditur trasferenti.

imħassar

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 68

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(68) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi u fis-suq, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' adattament tal-Annessi. Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

imħassar

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71) Sabiex tkun żgurata konsistenza bejn l-għan u l-miżuri meħtieġa biex jitlesta s-suq uniku tal-komunikazzjoni elettronika skont dan ir-Regolament u xi dispożizzjonijiet leġiżlattivi eżistenti speċifiċi u biex ikunu riflessi elementi ewlenin tal-prattika tad-deċiżjonijiet li qed tevolvi, għandhom jiġu emendati d-Direttiva 2002/21/KE, id-Direttivi 2002/20/KE u 2002/22/KE u r-Regolament Nru 531/2012. Dan jinkludi li għad-Direttiva 2002/21/KE u d-Direttivi relatati li jridu jinqraw ma' dan ir-Regolament, ikunu previsti l-introduzzjoni ta' setgħat imsaħħa lill-Kummissjoni biex tiżgura konsistenza tar-rimedji imposti fuq provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq, fil-kuntest tal-mekkaniżmu Ewropew tal-konsultazzjoni, l-armonizzazzjoni tal-kriterji adottati fil-valutazzjoni tad-definizzjoni u tal-kompetittività tas-swieq rilevanti, l-adattament tas-sistema ta' notifika skont id-Direttiva 2002/20/KE fid-dawl tal-awtorizzazzjoni unika tal-UE kif ukoll ir-revoka ta' dispożizzjonijiet dwar armonizzazzjoni minima tal-utenti finali previsti fid-Direttiva 2002/22/KE li ma jibqax bżonnhom wara l-armonizzazzjoni sħiħa prevista f'dan ir-Regolament.

(71) Sabiex tkun żgurata konsistenza bejn l-għan u l-miżuri meħtieġa biex jitlesta s-suq uniku tal-komunikazzjoni elettronika skont dan ir-Regolament u xi dispożizzjonijiet leġiżlattivi eżistenti speċifiċi u biex ikunu riflessi elementi ewlenin tal-prattika tad-deċiżjonijiet li qed tevolvi, għandhom jiġu emendati d-Direttiva 2002/21/KE, id-Direttivi 2002/20/KE u 2002/22/KE u r-Regolament Nru 531/2012. Dan jinkludi li, għad-Direttiva 2002/21/KE u d-Direttivi relatati li jridu jinqraw ma' dan ir-Regolament, ikunu previsti l-introduzzjoni ta' setgħat imsaħħa lill-Kummissjoni biex tiżgura konsistenza tar-rimedji imposti fuq provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq, fil-kuntest tal-mekkaniżmu Ewropew tal-konsultazzjoni, l-armonizzazzjoni tal-kriterji adottati fil-valutazzjoni tad-definizzjoni u tal-kompetittività tas-swieq rilevanti, l-adattament tas-sistema ta' notifika skont id-Direttiva 2002/20/KE fid-dawl tal-awtorizzazzjoni unika tal-UE kif ukoll ir-revoka ta' dispożizzjonijiet dwar armonizzazzjoni minima tal-utenti finali previsti fid-Direttiva 2002/22/KE li ma jibqax bżonnhom wara l-armonizzazzjoni prevista f'dan ir-Regolament.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 76

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(76) Barra minn hekk, issa, it-tnaqqis sinifikanti fir-rati tat-terminazzjoni mobbli madwar l-Unjoni kollha fil-passat riċenti għandu jippermetti t-tneħħija ta' tariffi tar-roaming addizzjonali għal telefonati riċevuti.

(76) Sabiex jiġu pprovduti ċarezza u ċertezza legali, għandha tiġi stabbilita data għall-eliminazzjoni gradwali finali tas-soprataxxi tar-roaming tal-konsumaturi, li t-tnaqqis tagħhom beda bir-Regolament (KE) Nru 717/2007. Qabel dik l-abolizzjoni finali tas-soprataxxi tal-konsumaturi, ir-rati bl-ingrossa għandhom jitnaqqsu aktar u r-rati tar-terminazzjoni mobbli għandhom jiġu armonizzati, fl-Unjoni Ewropea kollha, sabiex l-operaturi tat-telekomunikazzjoni jkollhom verament kundizzjonijiet ekwi.

Ġustifikazzjoni

F’għadd ta’ Stati Membri l-prezz domestiku medju huwa anqas minn EUR 0,05. Jekk il-prezzijiet wholesale għar-roaming bil-vuċi jinżammu fil-livell attwali – EUR 0,05 ‑ wara 1/07/2016, meta l-operaturi jkollhom l-obbligu li jimponu miżati fuq il-klijenti tar-roaming bl-istess mod bħal dawk domestiċi, jinħolqu distorsjonijiet serji fis-suq. Minħabba li mill-2016 l-operaturi mobbli se jikkompetu f’suq Ewropew, ir-rati ta-terminazzjoni mobbli għandhom jiġu armonizzati sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji kollha.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) iċ-ċittadini u n-negozji jkollhom id-dritt u l-possibbiltà li jaċċessaw servizzi tal-komunikazzjoni elettronika kompetittivi, siguri u affidabbli, irrispettivament minn fejn ikunu pprovduti fl-Unjoni, mingħajr ma jixxekklu minn restrizzjonijiet transfruntieri jew spejjeż addizzjonali mhux ġustifikati.

(b) iċ-ċittadini u n-negozji jkollhom id-dritt u l-possibbiltà li jaċċessaw servizzi tal-komunikazzjoni elettronika kompetittivi, siguri u affidabbli, irrispettivament minn fejn ikunu pprovduti fl-Unjoni, mingħajr ma jixxekklu minn restrizzjonijiet transfruntieri jew spejjeż jew penali addizzjonali mhux ġustifikati.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji regolatorji li skonthom il-Kummissjoni, il-Korp tar-Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jaġixxu, ilkoll fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom, flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE, biex:

2. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji regolatorji li skonthom il-Kummissjoni, il-Korp tar-Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u reġjonali għandhom jaġixxu, ilkoll fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom, flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE, biex:

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jitħeġġu l-investiment u l-innovazzjoni f'infrastrutturi ġodda u msaħħa ta' kapaċità għolja li jilħqu l-Unjoni kollha u li jistgħu jaqdu d-domanda tal-utenti finali li dejjem tevolvi;

(c) jitħeġġu l-investiment u l-innovazzjoni f’infrastrutturi ġodda u msaħħa ta’ kapaċità għolja u jiġi żgurat li dawn jilħqu l-Unjoni kollha u li jkunu jistgħu jaqdu d-domanda tal-utenti finali li dejjem tevolvi, ikunu fejn ikunu fit-territorju tal-Unjoni;

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-armonizzazzjoni ta' regoli relatati mad-drittijiet tal-utenti finali u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva fis-swieq tal-konsumaturi, biex b'hekk jinħoloq spazju Ewropew tal-konsumaturi għall-komunikazzjoni elettronika;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Bit-trasferiment tad-drittijiet tal-konsumatur li jinsabu f’din il-Proposta għal regolament fid-Direttiva Servizzi Universali, ma jkunx hemm il-ħtieġa li dawn jinżammu fl-abbozz tar-Regolament.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-aquis tal-Unjoni relatat mal-protezzjoni tad-dejta u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) "prodott ta' konnettività b'servizz ta' kwalità żgurat (ASQ)" tfisser prodott li jsir disponibbli fl-exchange tal-protokoll tal-internet (IP), li bih il-klijenti jkunu jistgħu jagħmlu link tal-komunikazzjoni bl-IP bejn punt tal-interkonnessjoni u wieħed jew bosta punti fissi tat-terminazzjoni tan-netwerk, u jippermetti livelli definiti tal-prestazzjoni tan-netwerk bejn tarf u ieħor għall-provdiment ta' servizzi speċifiċi lill-utenti finali skont it-twassil ta' kwalità garantita speċifikata tas-servizz, skont parametri speċifikati;

imħassar

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) "servizz tal-aċċess għall-internet" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jipprovdi konnettività mal-internet, u allura konnettività bejn kull punt finali virtwalment konness mal-internet, irrispettivament mit-teknoloġija tan-netwerk użata;

(14) “servizz tal-aċċess għall-internet” tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jipprovdi konnettività mal-internet, u bejn kull punt finali virtwalment konness mal-internet, irrispettivament mit-teknoloġiji tan-netwerk jew tagħmir terminali użati;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) "servizz speċjalizzat" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika jew servizz ieħor li jipprovdi l-kapaċità ta' aċċess għal kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew taħlita tagħhom, u li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu huma kontrollati minn tarf għal ieħor jew jipprovdi l-kapaċità li tintbagħat jew tasal dejta lejn jew mingħand għadd determinat ta' partijiet jew punti terminali; u li ma jkunx kummerċjalizzat jew użat ħafna bħala sostitut għal servizz tal-aċċess għall-internet;

(15) "servizz speċjalizzat" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika ottimizzat għal kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew taħlita tagħhom, billi juża ġestjoni tat-traffiku biex jiġi żgurat il-livell xieraq ta’ kapaċità u kwalità tan-netwerk, ipprovdut fuq kapaċità loġikament distinta u li jiddependi fuq il-kontroll strett tal-ammissjoni, bil-ħsieb li jkunu żgurati karatteristiċi ta’ kwalità mtejba li jkunu kkontrollati minn tarf għal ieħor u li ma jkunx kummerċjalizzat jew użat bħala sostitut għal servizzi tal-aċċess għall-internet;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu d-dritt li jipprovdi netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha u li jeżerċita d-drittijiet relatati mal-provdiment ta' dawn in-netwerks u s-servizzi f'kull Stat Membru fejn jopera skont awtorizzazzjoni unika tal-UE li hi soġġetta biss għar-rekwiżiti ta' notifika previsti fl-Artikolu 4.

1. Kwalunkwe provditur tal-komunikazzjoni elettronika għandu d-dritt li jipprovdi netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha u li jeżerċita d-drittijiet relatati mal-provdiment ta' dawn in-netwerks u s-servizzi f'kull Stat Membru fejn jopera skont awtorizzazzjoni unika tal-UE li hi soġġetta biss għar-rekwiżiti ta' notifika previsti fl-Artikolu 4.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) l-osservanza tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-privatezza, id-dejta personali, is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u t-trasparenza f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(f) l-osservanza tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-privatezza, tad-dejta personali, tal-prinċipju tal-"protezzjoni tad-dejta mit-tfassil", tas-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u t-trasparenza f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19

imħassar

Prodott ta' konnettività b'servizz ta' kwalità żgurat (ASQ)

(1) Kull operatur għandu jkollu d-dritt li jipprovdi prodott Ewropew tal-konnettività b'servizz ta' kwalità żgurat (ASQ) kif jispeċifika l-paragrafu 4.

(2) Kull operatur għandu jissodisfa kull talba raġonevoli biex jipprovdi prodott Ewropew ta' konnettività ASQ kif jispeċifika l-paragrafu 4, li titressaq bil-miktub minn provditur awtorizzat tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika. Kull rifjut milli jiġi pprovdut prodott Ewropew ta' konnettività ASQ għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi. L-operatur għandu jiddikjara r-raġunijiet għal kull rifjut fi żmien xahar minn meta ssir it-talba bil-miktub.

Tkun raġuni oġġettiva għal rifjut jekk il-parti li qed titlob provdiment ta' prodott Ewropew ta' konnettività ASQ ma tkunx tista' jew ma tkunx tixtieq li fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi tagħmel disponibbli wkoll prodott Ewropew tal-konnettività ASQ lill-parti li ssirilha t-talba b'termini raġonevoli, jekk din tal-aħħar titlob hekk.

(3) Meta t-talba tiġi rifjutata jew ma jkunx intlaħaq ftehim dwar termini u kundizzjonijiet speċifiċi, inkluż il-prezz, fi żmien xahrejn minn meta ssir it-talba bil-miktub, kull parti hi intitolata tirreferi l-kwistjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/21/KE. F'dan il-każ, jista' japplika l-Artikolu 3(6) ta' dan ir-Regolament.

(4) Il-provdiment ta' prodott tal-konnettività għandu jitqies bħala provdiment ta' prodott Ewropew ta' konnettività ASQ jekk dan jiġi pprovdut skont il-parametri minimi elenkati fl-Anness II u jekk b'mod kumulattiv jissodisfa dawn ir-rekwiżiti sostantivi:

(a) il-kapaċità li jkun offrut bħala prodott ta' kwalità għolja kullimkien fl-Unjoni;

(b) bih, il-pprovdituri tas-servizz ikunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utenti finali tagħhom;

(c) il-kosteffikaċja, filwaqt li jitqiesu soluzzjonijiet eżistenti li jistgħu jiġu pprovduti fl-istess netwerks;

(d) l-effikaċja operattiva, b'mod partikolari fir-rigward li jiġu limitati kemm jista' jkun l-ostakli fl-implimentazzjoni u l-ispejjeż tal-varar għall-konsumaturi;

(f) u (e) ikun żgurat li jiġu osservati r-regoli dwar il-protezzjoni tal-privatezza, id-dejta personali, is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u t-trasparenza f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(5) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 ħalli jiġi adattat l-Anness II fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq u teknoloġiċi, sabiex jibqa' jissodisfa r-rekwiżiti sostantivi elenkati fil-paragrafu 4.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Kapitolu IV – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Drittijiet armonizzati tal-utenti aħħarin

Drittijiet tal-utenti għall-aċċess għall-internet miftuħ

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx japplikaw tariffi għal komunikazzjonijiet intra-Unjoni li jintemmu fi Stat Membru ieħor, sakemm dawn ma jkunux ġustifikati oġġettivament:

imħassar

(a) fir-rigward ta' komunikazzjoni fissa, minn tariffi għal komunikazzjoni domestiċi f'distanzi twal;

(b) fir-rigward ta' komunikazzjoni mobbli, minn ewrotariffi għal komunikazzjoni regolata tar-roaming bil-vuċi u bl-SMS, rispettivament, stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 531/2012.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tas-suq tal-komunikazzjoni fissa, l-intervent regolatorju mhuwiex ġustifikat peress li ma hemm l-ebda evidenza ċara tal-utilità tiegħu. Fir-rigward tal-komunikazzjoni mobbli, din għandha tiġi trattata permezz tal-approċċ ġenerali għar-Roaming kif definit fir-Regolament Roaming III.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 22

imħassar

Soluzzjoni għal tilwim transfruntieri

1. Il-proċeduri straġudizzjarji stabbiliti skont l-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2002/22/KE għandhom japplikaw ukoll għal tilwim relatat ma' kuntratti bejn il-konsumaturi, u utenti finali oħra safejn dawn il-proċeduri straġudizzjarji jkunu disponibbli wkoll għalihom, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor. Għal tilwimiet fl-ambitu tad-Direttiva 2013/11/UE33, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

___________________

33 Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi), ĠU L 165, 18.06.2013, p. 63).

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur jipproponi li dan l-Artikolu jitħassar bħala parti mill-approċċ ġenerali tiegħu li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE minflok id-dispożizzjonijiet previsti fl-abbozz tar-Regolament. Ara l-emendi għall-Artikolu 36 għad-dettalji.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-libertà li jiġi pprovdut u jintuża aċċess miftuħ għall-internet, u l-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku

Aċċess miftuħ għall-internet, servizzi speċjalizzati u l-ġestjoni teknika u proporzjonata tat-traffiku

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-utenti finali għandhom ikunu liberi biex jaċċessaw u jxerrdu informazzjoni u kontenut, jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom mis-servizz tal-aċċess għall-internet tagħhom.

1. L-utenti finali għandhom ikunu liberi li jaċċessaw u jxerrdu informazzjoni u kontenut, jużaw applikazzjonijiet u tagħmir, servizzi u softwer tal-għażla tagħhom, irrispettivament mill-oriġini jew id-destinazzjoni tagħhom, mis-servizz tal-aċċess għall-internet tagħhom.

L-utenti finali għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet dwar il-volumi u l-veloċitajiet tad-dejta ma' provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u biex, f'konformità ma' ftehimiet bħal dawn relattivi għall-volumi tad-dejta, jużaw offerti tal-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-internet.

Il-provdituri ta’ servizz tal-aċċess għall-internet m'għandhomx jirrestrinġu jew jipprevjenu l-użu mill-utenti finali ta’ kwalunkwe tagħmir terminali sabiex jaċċessaw u jxerrdu informazzjoni u kontenut permezz tas-servizz ta’ aċċess għall-internet tagħhom. Dan huwa bi qbil mad-Direttiva tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill 2014/..../UE1a* u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Istati Membri li jagħtu drittijiet individwali ta' użu skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/20/KE.

_________________

1a Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-... dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw id-disponibbiltà fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li jirrevoka d-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L ..., ... p. ...).

* ĠU: daħħal in-numru tad-Direttiva (COD 2011/0283) u n-numru, id-data tal-adozzjoni u r-riferenza tal-pubblikazzjoni tad-Direttiva fin-nota ta' qiegħ il-paġna 33a.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-utenti finali għandhom ikunu liberi wkoll biex jiftiehmu ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew ma' provdituri ta' kontenut, applikazzjonijiet u servizzi dwar il-provdiment ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità aħjar tas-servizzi

2. L-utenti finali għandhom ikunu liberi wkoll li jgawdu mis-servizzi speċjalizzati mogħtija mill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika jew minn provdituri ta’ kontenut, applikazzjonijiet u servizzi.

Sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi speċjalizzati lill-utenti finali, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet flimkien ħalli jittrażmettu l-volumi jew it-traffiku tad-dejta relatati bħala servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi definita jew b'kapaċità dedikata. Il-provdiment ta' dawn is-servizzi speċjalizzati ma għandux qed idgħajjef sostanzjalment il-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet.

Il-provdituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jew il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi għandhom jitħallew joffru servizzi speċjalizzati, sakemm dawn l-offerti jiġu offruti flimkien mas-servizzi tal-aċċess għall-internet u ma jkunux għad-detriment materjali tad-disponibilità jew tal-kwalità tagħhom.

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jevalwaw dan id-detriment potenzjali, il-provdituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jew il-provdituri ta' kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi għandhom jgħaddulhom, fuq talba tagħhom, informazzjoni preċiża dwar il-kapaċitajiet assenjati liż-żewġ tipi ta' servizzi msemmija fit-tieni subparagrafu, il-kriterji li fuqhom tinqasam il-kapaċità tan-netwerk u, fejn ikun il-każ, ġustifikazzjonijiet dwar il-miżuri fis-seħħ biex jipprevjenu li s-servizzi speċjalizzati jxekklu s-servizzi tal-aċċess għall-internet.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-eżerċizzju tal-libertajiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandu jeħfief billi tingħata informazzjoni sħiħa skont l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 26(2), u l-Artikolu 27(1) u (2).

4. L-utenti finali għandhom jingħataw informazzjoni sħiħa skont l-Artikolu 20(2), l-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 21a tad-Direttiva 2002/22/KE, inkluża informazzjoni dwar kwalunkwe miżuri raġonevoli tal-ġestjoni tat-traffiku applikati li jistgħu jaffettwaw l-aċċess għal informazzjoni, kontenut, applikazzjonijiet u servizzi, kif ukoll id-distribuzzjoni tagħhom, kif speċifikat fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fil-limiti tal-volumi jew il-veloċitajiet tad-dejta miftiehma f'kuntratt għas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet ma għandhomx jirrestrinġu l-libertajiet previsti fil-paragrafu 1 billi jimblukkaw, jisslowjaw, jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom, ħlief meta dan ikun meħtieġ biex jiġu applikati miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku. Il-miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji, proporzjonati u meħtieġa biex:

5. Il-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet ma għandhomx jirrestrinġu l-libertajiet previsti fil-paragrafu 1 billi jiddiskriminaw kontra, jirrestrinġu, jew inkella jinterferixxu mat-trażmissjoni ta' kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom, ħlief meta dan ikun meħtieġ biex jiġu applikati miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku biex jiġu evitati jew minimizzati l-effetti ta’ konġestjoni fin-netwerk, sakemm tipi ekwivalenti ta’ traffiku jkunu trattati bl-istess mod, jew biex tiġi implimentata ordni tal-qorti.

Dawn il-miżuri għandhom jiġu ffissati bi proċeduri trasparenti u m'għandhomx jinżammu aktar fit-tul milli jkun strettament meħtieġ, u jipprovdu salvagwardji adegwati, partikolarment biex jiżguraw li kwalunkwe restrizzjoni tkun limitata għal dak li jkun meħtieġ, ma tkunx diskriminatorja u tkun proporzjonata.

Dawn is-salvagwardji għandhom jinkludu l-possibbiltà ta’ rikors ġudizzjarju.

a) tiġi implimentata dispożizzjoni leġiżlattiva jew ordni tal-qorti, jew biex jiġu evitati jew impediti reati kriminali serji;

b) jinżammu l-integrità u s-sigurtà fin-netwerk, is-servizzi pprovduti minn dan in-netwerk, u t-terminali tal-utenti finali;

c) tkun evitata t-trażmissjoni ta' komunikazzjoni mhux mitluba lill-utenti finali li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel għal dan il-miżuri restrittivi;

d) jiġu minimizzati l-effetti ta' konġestjoni eċċezzjonali jew temporanja fin-netwerk sakemm tipi ekwivalenti ta' traffiku jkunu trattati bl-istess mod.

Il-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandha tinvolvi biss l-ipproċessar ta' dejta meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu.

Il-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandha tinvolvi biss l-ipproċessar ta' dejta meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw mill-qrib u jiżguraw l-abilità effettiva tal-utenti finali biex igawdu l-libertajiet previsti fl-Artikolu 23(1) u (2), il-konformità mal-Artikolu 23(5), u d-disponibilità kontinwa ta' servizzi nondiskriminatorji tal-aċċess għall-internet b'livelli ta' kwalità li jixhdu l-avvanzi fit-teknoloġija u li ma jiddgħajfux minħabba servizzi speċjalizzati. F'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra, għandhom ukoll jimmonitorjaw l-effetti tas-servizzi speċjalizzati fuq id-diversitàkulturali u l-innovazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni u lill-BEREC dwar il-monitoraġġ u s-sejbiet tagħhom.

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta u awtoritajiet kompetenti oħrajn, għandu jkollhom is-setgħa u l-obbligu, fejn ikun xieraq, li jissorveljaw, f'konformità mal-Artikolu 23(5), l-applikazzjoni ta' miżuri raġonevoli ta' ġestjoni tat-traffiku u, permezz tad-disponibilità ta' servizzi nondiskriminatorji tal-aċċess għall-internet affordabbli, jiżguraw li l-utenti finali jkunu jistgħu jibbenefikaw mil-libertajiet previsti fl-Artikolu 23(1) u (2). Huma għandhom iqisu kemm jista' jkun il-linji gwida tal-BEREC msemmija fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 21(3a) tad-Direttiva 2002/22/KE. Il-kriterji li jiddefinixxu miżuri raġonevoli ta’ ġestjoni tat-traffiku għandhom ikunu suġġetti għal rieżami perjodiku. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni u lill-BEREC dwar il-monitoraġġ u s-sejbiet tagħhom u l-miżuri li jkunu ħadu. Dawk ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex tiġi evitata d-degradazzjoni ġenerali fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet jew biex tiġi salvagwardjata l-abbiltà tal-utenti finali biex jaċċessaw u jxerrdu kontenut jew informazzjoni, jew jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa ljimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi fuq provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku.

2. Sabiex tiġi evitata d-degradazzjoni fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet jew biex tiġi salvagwardjata l-abbiltà tal-utenti finali li jaċċessaw u jxerrdu kontenut jew informazzjoni, jew jużaw applikazzjonijiet, servizzi u softwer tal-għażla tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi u, fejn ikun xieraq, parametri oħrajn tas-servizz, kif definit mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fuq provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku.

Kmieni biżżejjed qabel jimponu dawn ir-rekwiżiti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'sommarju tar-raġunijiet għall-azzjoni, ir-rekwiżiti maħsuba u l-pjan ta' azzjoni propost. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli wkoll għall-BEREC. Wara li tkun eżaminat din l-informazzjoni, il-Kummissjoni tista tagħti kummenti jew rakkomandazzjonijiet dwarha, b'mod partikolari biex tiżgura li r-rekwiżiti maħsuba ma jolqtux ħażin il-funzjonament tas-suq intern. Ir-rekwiżiti maħsuba ma għandhomx jiġu adottati waqt perjodu ta' xahrejn minn meta l-Kummissjoni taslilha l-informazzjoni sħiħa sakemm il-Kummissjoni u l-awtorità regolatorja nazzjonali ma jkunux ftiehmu mod ieħor bejn, jew sakemm il-Kummissjoni tgħarraf lill-awtorità regolatorja nazzjonali b'perjodu mqassar ta' eżami, jew sakemm il-Kummissjoni tkun tat il-kummenti jew ir-rakkomandazzjonijiet. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu sew il-kummenti jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u għandhom jikkomunikaw ir-rekwiżiti adottati lill-Kummissjoni u lill-BEREC.

Kmieni biżżejjed qabel jimponu dawn ir-rekwiżiti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni sommarju tar-raġunijiet għall-azzjoni, ir-rekwiżiti maħsuba u l-pjan ta' azzjoni propost. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli wkoll għall-BEREC. Wara li tkun eżaminat din l-informazzjoni, il-Kummissjoni tista tagħti kummenti jew rakkomandazzjonijiet dwarha, b'mod partikolari biex tiżgura li r-rekwiżiti maħsuba ma jolqtux ħażin il-funzjonament tas-suq intern. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu sew il-kummenti jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u għandhom jikkomunikaw ir-rekwiżiti adottati lill-Kummissjoni u lill-BEREC.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu proċeduri għat-trattament ta’ lmenti għal kwistjonijiet li jikkonċernaw il-prestazzjoni tas-servizz tal-aċċess għall-internet ipprovdut lill-utenti finali u l-provdituri ta’ kontenut, applikazzjonijiet u servizzi.

Sa ...*, il-BEREC, wara li jikkonsulta lill-partijiet interessati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi linji gwida li jiddefinixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont dan l-Artikolu, inkluż, b'mod partikulari, l-applikazzjoni ta' miżuri raġonevoli ta' ġestjoni tat-traffiku.

_________________

* ĠU: daħħal id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur mhuwiex favur li dawn il-kundizzjonijiet jiġu ttrattati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Huwa jipproponi minflok li jiddelega dan il-kompitu lill-BEREC, ara l-emenda għall-Artikolu 24(2).

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25

imħassar

Trasparenza u pubblikazzjoni tal-informazzjoni

1. Ħlief għall-offerti li jiġu negozjati b'mod individwali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jippubblikaw informazzjoni trasparenti, komparabbli, xierqa u aġġornata dwar:

a) l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni tal-kuntatt tagħhom;

b) għal kull pjan ta' tariffa, is-servizzi offruti u l-parametri rilevanti tal-kwalità tas-servizzi, il-prezzijiet applikabbli (għall-konsumaturi inklużi t-taxxi) u kull imposta applikabbli (l-aċċess, l-użu, il-manutenzjoni u kull miżata addizzjonali), kif ukoll spejjeż għat-tagħmir terminali;

c) it-tariffi applikabbli rigward xi numru jew servizz soġġett għal kundizzjonijiet partikolari tal-prezzijiet;

d) il-kwalità tas-servizzi tagħhom, skont l-atti ta' implimentazzjoni previsti fil-paragrafu 2;

e) is-servizzi tal-aċċess għall-internet, meta offruti, li jispeċifikaw:

(i) il-veloċità tad-dejta proprjament disponibbli għad-download u l-upload fl-Istat Membru ta' residenza tal-utent finali, inkluża fil-ħin bl-aktar użu;

(ii) il-livell tal-limitazzjonijiet applikabbli fil-volum tad-dejta, jekk ikun hemm; il-prezzijiet biex jiżdied il-volum tad-dejta disponibbli fuq bażi ad hoc jew dejjiema; il-veloċità tad-dejta, u prezzha, disponibbli wara konsum sħiħ tal-volum tad-dejta applikabbli, jekk ikunu limitat; u l-mezzi biex meta jridu, l-utenti finali jkunu jistgħu jsegwu l-livell attwali tal-konsum tagħhom;

(iii) spjegazzjoni ċara u komprensiva dwar kif xi limitazzjoni fil-volum tad-dejta, il-veloċità proprja disponibbli u parametri oħra tal-kwalità, u l-użu f’daqqa ta’ servizzi speċjalizzati bi kwalità aħjar tas-servizzi, jistgħu prattikament iħallu impatt fuq l-użu tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi;

(iv) informazzjoni dwar kull proċedura li jistabbilixxi l-provditur biex ikejjel u jdawwar it-traffiku ħalli jevita konġestjoni fin-netwerk, u dwar kif dawk il-proċeduri jistgħu jaffettwaw il-kwalità tas-servizzi u l-protezzjoni tad-dejta personali;

f) il-miżuri li ttieħdu biex tkun żgurata l-ekwivalenza fl-aċċess għal utenti finali b'diżabbiltà, inkluża informazzjoni aġġornata regolarment li tagħti dettalji dwar il-prodotti u s-sevizzi maħsuba għalihom;

g) it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt standard tagħhom inkluż kull perjodu kuntrattwali minimu, il-kundizzjonijiet u kull imposta għat-terminazzjoni ta' kuntratt, il-proċeduri u l-miżati diretti relatati mal-bidla minn provditur għal ieħor u l-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħra, u l-arranġamenti għal kumpens minħabba dewmien jew abbuż fil-bidla minn provditur għal ieħor;

h) l-aċċess għal servizzi ta' emerġenza u informazzjoni dwar il-post mnejn tkun ġejjin t-telefonata għal kull servizz offrut, kull limitazzjoni fil-provdiment tas-servizzi ta' emerġenza skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2002/22/KE, u kull bidla fih;

i) id-drittijiet dwar is-servizz universali, inklużi, meta jixraq, il-faċilitajiet u s-servizzi msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2002/22/KE.

L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata b'mod ċar u komprensiv u tkun faċilment aċċessibbli fil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru fejn jiġi offrut is-servizz, u għandha tiġi aġġornata regolarment. Meta jintalab, l-informazzjoni għandha tingħata wkoll lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti qabel tiġi ppubblikata. Kull differenzjazzjoni fil-kundizzjonijiet applikati għall-konsumaturi u utenti finali oħra għandha tkun espliċita.

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-metodi biex titkejjel il-veloċità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-parametri tal-kwalità tas-servizzi u l-metodi biex dawn jitkejlu, u l-kontenut, il-forma u l-mod tal-informazzjoni li trid tiġi ppublikata, inklużi mekkaniżmi possibbli ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità. Il-Kummissjoni tista' tqis il-parametri, id-definizzjonijiet u l-metodi tal-kejl stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 2002/22/KE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

3. L-utenti aħħarin għandhom ikollhom aċċess għal għodod indipendenti tal-evalwazzjoni li jippermettulhom iqabblu l-prestazzjoni tal-aċċess u s-servizzi tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika u l-kost ta' xejriet alternattivi tal-użu. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skema volontarja ta'ġ ċertifikazzjoni għal siti, gwidi jew għodod simili interattivi. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tingħata skont rekwiżiti oġġettivi, trasparenti u proporzjonati, partikolarment l-indipendenza minn kull provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubblika, l-użu ta' lingwaġġ ċar, l-għoti ta' informazzjoni kompluta u aġġornata, u t-tħaddim ta' proċedura effettiva għat-trattament tal-ilmenti. Meta l-faċilitajiet ċertifikati tat-tqabbil ma jkunux disponibbli fis-suq bla ħlas jew bi prezz raġonevoli, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra għandhom jagħmlu dawn il-faċilitajiet disponibbli huma stess jew mingħand partijiet terzi konformi mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni. L-informazzjoni ppubblikata mill-provdituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku għandhom ikunu aċċessibblii u bla ħlas sabiex ikunu disponibbli l-faċilitajiet tat-tqabbil.

4. Meta jitolbuhom l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom iqassmu bla ħlas lill-utenti finali informazzjoni li tinteressa lill-pubbliku, meta jixraq, bl-istess mezzi li kienu jużaw is-soltu biex jikkomunikaw mal-utenti finali. F'dan il-każ, dik l-informazzjoni għandhom jipprovduha l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku f'format standardizzat u fost l-oħrajn għandha tkopri dawn is-suġġetti:

(a) l-aktar użu komuni tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex wieħed jidħol f'attivitajiet illegali jew ixerred kontenut dannuż, b'mod partikolari fejn dan jista' jippreġudika r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż ksur tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u l-konsegwenzi legali tagħhom; kif ukoll

(b) il-mezzi ta' protezzjoni mir-riskji għas-sigurtà personali u mill-aċċess illegali għad-dejta personali meta jintużaw is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur jipproponi li dan l-Artikolu jitħassar bħala parti mill-approċċ ġenerali tiegħu li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE minflok id-dispożizzjonijiet previsti fl-abbozz tar-Regolament. Ara l-emendi għall-Artikolu 36 għad-dettalji.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 26

imħassar

Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-kuntratti

1. Qabel kuntratt dwar il-provdiment ta' konnessjoni ma' netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni elettronika jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku jsir vinkolanti, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom għallinqas jipprovdu din l-informazzjoni lill-konsumaturi, u lil utenti finali oħra, sakemm huma ma jkunux ftiehmu espliċitament mod ieħor:

(a) l-identità, l-indirizz u l-informazzjoni tal-kuntatt tal-provditur u, jekk ikunu differenti, l-indirizz u l-informazzjoni ta' kuntatt għal kull ilment;

(b) il-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi pprovduti, inklużi b'mod partikolari:

(i)għal kull pjan ta' tariffi, it-tipi ta' servizzi offruti, il-volumi inklużi tal-komunikazzjoni u kull parametru rilevanti tal-kwalità tas-servizzi, inkluż meta se ssir il-konnessjoni tal-bidu;

(ii)jekk hux qed jiġi pprovdut aċċess għal servizzi ta' emerġenza u informazzjoni dwar il-post mnejn tkun ġejjin t-telefonata, u f'liema Stati Membri, jekk hemmx xi limitazzjonijiet fil-provdiment tas-servizzi ta' emerġenza skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2002/22/KE;

(iii)it-tipi ta' servizzi ta' wara l-bejgħ, servizzi tal-manutenzjoni u s-servizzi ta' appoġġ għall-klijenti li huma pprovduti, u l-kundizzjonijiet u t-tariffi għal dawn is-servizzi, u l-metodi ta' kuntatt għal dawn is-servizzi;

(iv)kwalunkwe restrizzjoni imposta mill-fornitur dwar l-użu ta’ tagħmir terminali pprovdut, inkluża l-informazzjoni dwar il-ftuħ tat-tagħmir terminali u kull tariffa involuta jekk jiġi tterminat il-kuntratt qabel jintemm il-perjodu minimu tal-kuntratt;

(c) dettalji dwar il-prezzijiet u t-tariffi (għall-konsumaturi inklużi t-taxxi u imposti addizzjonali possibbilment dovuti) u l-mezzi li bihom issir disponibbli informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-imposti kollha applikabbli;

(d) il-metodi tal-ħlas offruti u kull differenza fl-ispejjeż minħabba l-metodu tal-ħlas, u l-faċilitajiet disponibbli li jissalvagwardjaw it-trasparenza fil-kontijiet u jissorveljaw il-livell tal-konsum;

(e) it-tul tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet biex jiġġedded u jintemm, inklużi:

(i)kull użu u tul minimu meħtieġ biex wieħed jibbenefika minn termini promozzjonali,

(ii)kwalunke tariffa relatata mal-bidla minn provditur għal ieħor u l-portabbiltà ta’ numri u identifikaturi oħra, inklużi l-arranġamenti għal kumpens minħabba dewmien jew abbuż fil-bidla minn provditur għal ieħor;

(iii) kwalunke tariffa dovuta mat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, inkluż kwalunkwe rkupru ta’ spiża fir-rigward ta’ tagħmir terminali (abbażi tal-metodi tas-soltu għad-deprezzament) u vantaġġi promozzjonali oħra (fuq bażi pro rata tempore);

(f) kull arranġament għal kumpens u rifużjoni, inkluża referenza espliċita għad-drittijiet statutorji tal-utent finali, li japplikaw jekk ma jintlaħqux il-livelli tal-kwalità tas-servizzi fil-kuntratt;

(g) meta jkun hemm obbligu skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2002/22/KE, l-alternattivi għall-utenti finali jekk idaħħlux jew le d-dejta personali tagħhom fid-direttorju, u d-dejta kkonċernata;

(h) għal utenti finali b'diżabbiltà, id-dettalji dwar il-prodotti u s-sevizzi maħsuba għalihom;

(i) il-mezzi biex jinbdew proċeduri għal soluzzjoni tat-tilwim, inkluż it-tilwim transfruntieri, skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2002/22/KE u l-Artikolu 22 ta' dan ir-Regolament;

(j) it-tip ta' azzjoni li jista' jieħu l-provditur b'reazzjoni għal inċidenti ta' sigurtà jew integrità jew theddid u vulnerabbiltajiet.

2. Apparti dak tal-paragrafu 1, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom għallinqas jipprovdu lill-utenti finali, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor minn utent finali li mhux konsumatur, din l-informazzjoni dwar is-servizzi tagħhom tal-aċċess għall-internet:

(a) il-livell tal-limitazzjonijiet applikabbli fil-volum tad-dejta, jekk ikun hemm; il-prezzijiet biex jiżdied il-volum tad-dejta disponibbli fuq bażi ad hoc jew dejjiema; il-veloċità tad-dejta, u prezzha, disponibbli wara konsum sħiħ tal-volum tad-dejta applikabbli, jekk ikunu limitat; u l-mezzi biex meta jridu, l-utenti finali jkunu jistgħu jsegwu l-livell attwali tal-konsum tagħhom;

(b) il-veloċità tad-dejta attwalment disponibbli biex ittella' u tniżżel id-dejta fil-lok ewlieni tal-utneti aħħari, inkluż ċifri attwali għal meded tal-veloċità, medji tal-veloċità u veloċità fis-sigħat tal-akbar traffiku, inkluż l-impatt potenzjali tal-fatt li jiġi permess l-aċċess lil partijiet terzi permezz ta' netwerk taż-żona lokali bir-radju;

(c) parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi;

(d) informazzjoni dwar kull proċedura li jistabbilixxi l-provditur biex ikejjel u jdawwar it-traffiku ħalli jevita konġestjoni fin-netwerk, u informazzjoni dwar kif dawk il-proċeduri jistgħu jħallu impatt fuq il-kwalità tas-servizzi u l-protezzjoni tad-dejta personali;

(e)spjegazzjoni ċara u komprensiva dwar kif xi limitazzjoni fil-volum tad-dejta, il-veloċità proprja disponibbli u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi, u l-użu f'daqqa ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità aħjar tas-servizzi, jistgħu prattikament iħallu impatt fuq l-użu tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi;

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tingħata b'mod ċar u komprensiv u tkun faċilment aċċessibbli fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ta' residenza tal-utent finali, u għandha tiġi aġġornata regolarment. Din għandha tifforma parti integrali mill-kuntratt u ma għandhiex tinbidel sakemm il-partijiet ma jaqblux espressament mod ieħor. L-utent finali għandu jirċievi kopja tal-kuntratt bil-miktub.

4. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni elenkati fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

5. Meta jitolbu l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti, il-kuntratt għandu jkun fih ukoll kull informazzjoni li jipprovdu dawn l-awtoritajiet għal dan l-iskop dwar l-użu ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex wieħed jidħol f'attivitajiet illegali jew ixerred kontenut dannuż, u dwar il-mezzi ta' protezzjoni mir-riskji għas-sigurtà personali, l-ipproċessar illegali tad-dejta personali, imsemmija fl-Artikolu 25(4) u rilevanti għas-servizz ipprovdut.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur jipproponi li dan l-Artikolu jitħassar bħala parti mill-approċċ ġenerali tiegħu li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE minflok id-dispożizzjonijiet previsti fl-abbozz tar-Regolament. Ara l-emendi għall-Artikolu 36 għad-dettalji.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27

imħassar

Kontroll tal-konsum

1. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffru lill-utenti finali l-opportunità li jagħżel, bla ħlas, faċilità li tipprovdi informazzjoni dwar il-konsum akkumulat ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika differenti mogħtija fil-munita li biha jkun il-kont tal-utent finali. Din il-faċilità għandha tiżgura li, mingħajr il-kunsens tal-utent finali, in-nefqa akkumulata tul perjodu speċifiku tal-użu ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat li stabbilixxieh l-utent finali.

2. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jiżguraw li lill-utent finali tintbagħatlu notifika xierqa meta l-konsum tas-servizzi jkun laħaq 80% tal-limitu finanzjarju stabbilit skont il-paragrafu 1. In-notifika għandha tindika l-proċedura li trid tiġi segwita biex jissokta l-provdiment ta' dawk is-servizzi, inklużi l-ispejjeż tagħhom. Il-provditur għandu jieqaf jipprovdi s-servizzi speċifikati u jieqaf jimponi miżati lill-utent finali għalihom jekk il-limitu finanzjarju jinqabeż mod ieħor, sakemm l-utent finali ma jkunx talab li jissokta jew jiġġedded il-provdiment ta' dawn is-servizzi. Wara li jkunu laħqu l-limitu finanzjarju, l-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jibqgħu jirċievu telefonati u messaġġi SMS u jaċċessaw in-numri tat-telefown bla ħlas u s-servizzi ta' emerġenza billi jċemplu n-numru ta' emerġenza Ewropew 112 bla ħlas sa tmiem il-perjodu tal-ħlas miftiehem.

3. Minnufih qabel tiġi konnessa t-telefonata, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jippermettu lill-utenti finali jaċċessaw faċilment u bla ma jġarrbu spejjeż kull informazzjoni tal-ispejjeż dwar it-tariffi applikabbli rigward numru jew servizz soġġett għal kundizzjonijiet partikolari tal-prezzijiet sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tat deroga minn qabel għal raġunijiet ta' proporzjonalità. Kull informazzjoni bħal din għandha tingħata b'mod komparabbli għal kull numru jew servizz bħal dan.

4. Lill-utenti finali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffrulhom l-opportunità li bla ħlas jaċċettaw li jirċievu kontijiet dettaljati.

It-terminazzjoni tal-kuntratt

1. Il-kuntratti konklużi bejn il-konsumaturi u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx jobbligaw perjodu minimu ta' kuntratt li jaqbeż l-24 xahar. Lill-utenti finali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffrulhom il-possibilità li jidħlu f'kuntratt li ma jtulx aktar minn 12-il xahar.

2. Il-konsumaturi, u utenti finali oħra sakemm ma jkunux ftiehmu mod ieħor, għandu jkollhom dritt jitterminaw kuntratt b'perjodu ta' avviż ta' xahar, meta jkunu għaddew sitt xhur jew aktar minn meta sar il-kuntratt. Ebda kumpens ma għandu jkun dovut ħlief għall-valur residwu tat-tagħmir sussidjat mogħti mal-kuntratt meta sar il-kuntratt u rimborż pro rata tempore għal kull vantaġġ promozzjonali ieħor ikkumerċjalizzat bħala tali waqt li kien qed isir il-kuntratt. Il-provditur għandu jneħħi bla ħlas kull restrizzjoni fuq l-użu tat-tagħmir terminali f'netwerks oħra, mhux aktar tard minn meta jitħallas dan il-kumpens.

3. Meta l-kuntratti jew il-liġi nazzjonali jipprovdu għal perjodi tal-kuntratt biex ikunu jistgħu jiġu estiżi b'mod taċitu, il-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandu jinforma lill-utent finali fi żmien debitu ħalli l-utent finali jkollu mill-inqas xahar żmien biex jopponi l-estensjoni taċita. Jekk l-utent finali ma jopponix, il-kuntratt għandu jitqies bħala kuntratt permanenti li l-utent finali jista' jitterminah kull meta jrid b'perjodu ta' avviż ta' xahar u bla ma jġarrab spejjeż.

4. L-utenti finali għandu jkollhom id-dritt jitterminaw il-kuntratt tagħhom bla ma jġarrbu spejjeż meta jiġu avżati b'modifiki fil-kundizzjonijiet kuntrattwali li jipproponi l-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku sakemm il-modifiki proposti ma jkunux esklussivament għall-benefiċċju tal-utenti finali. Lill-utenti finali, il-provdituri għandhom jagħtuhom perjodu ta' avviż adegwat, mhux iqsar minn xahar, għal dawn il-modifiki, u fl-istess waqt għandhom jinfurmawhom bid-dritt tagħhom li jistgħu jitterminaw il-kuntratt bla ma jġarrbu spejjeż jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet il-ġodda. Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis.

5. Kull diskrepanza sinifikanti u mhux temporanja bejn il-prestazzjoni proprja fejn jidħlu l-veloċità u parametri oħra tal-kwalità, u l-prestazzjoni li jindika l-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku skont l-Artikolu 26, għandha titqies bħala nuqqas ta' konformità tal-prestazzjoni għall-finijiet biex jinstabu rimedji għall-utenti finali skont il-liġi nazzjonali.

6. Abbonament għal servizzi addizzjonali li jipprovdi l-istess provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandux jerġa' jibda mill-ġdid il-perjodu tal-kuntratt tal-bidu sakemm il-prezz tas-servizz(i) addizzjonali ma jkunx jaqbeż b'mod sinifikanti l-prezz tas-servizzi tal-bidu jew sakemm ma jkunux offruti servizzi addizzjonali bħal dawn bi prezz promozzjonali speċjali relatat mat-tiġdid tal-kuntratt eżistenti.

7. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom japplikaw kundizzjonijiet u proċeduri għat-terminazzjoni tal-kuntratt li ma joħolqux ostakli jew diżinċentivi milli wieħed jibdel il-provditur tas-servizz.

Offerti raggruppati

Jekk raggruppament ta' servizzi offrut lill-konsumaturi ikun fih mill-inqas konnessjoni ma' netwerk tal-komunikazzjoni elettronika jew servizz wieħed tal-komunikazzjoni elettronika, għandhom japplikaw l-Artikolu 28 u 30 ta' dan ir-Regolament għal kull element tar-raggruppament.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur jipproponi tħassir sħiħ ta’ dan l-Artikolu. Għalkemm huwa mixtieq li jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu protetti b’mod xieraq fir-rigward tal-elementi kollha f’pakkett, ir-Rapporteur jemmen li dan mhux l-aħjar mod biex jinkiseb dan, minħabba li l-ambitu tal-Qafas tat-Telekomunikazzjonijiet jibqa’ limitat għal servizzi u netwerks elettroniċi tal-komunikazzjoni. Estensjoni selettiva tal-ambitu (kif issuġġerit fl-Artikolu 29) toħloq sitwazzjoni legalment imċajpra, li r-riżoluzzjoni tagħha tkun teħtieġ lista twila ta’ emendi konsegwenzjali matul il-bqija tal-Qafas (li l-ebda minnhom mhuma qed jiġu proposti).

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 30

imħassar

Il-bidla minn provditur għal ieħor u l-portabbiltà tan-numri

1. Kull utent finali b'numri minn pjan tan-numerazzjoni telefonika nazzjonali, li jitlob dan, għandu jkollu d-dritt li jżomm in-numru/i tiegħu indipendentement mill-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jipprovdi s-servizz skont il-Parti C tal-Anness I tad-Direttiva 2002/22/KE, sakemm il-provditur ikun provditur tal-komunikazzjoni elettronika fl-Istat Membru li miegħu jirrelatat il-pjan ta' numerazzjoni nazzjonali jew sakemm il-provditur ikun provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika li nnotifika lill-awtorità regolatorja kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju dwar il-fatt li hu jipprovdi jew beħsiebu jipprovdi dawn is-servizzi fl-Istat Membru li miegħu hu relatat il-pjan tan-numerazzjoni nazzjonali.

2. L-ipprezzar bejn il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku relatat mal-provdiment tal-portabbiltà tan-numru għandu jkun orjentat lejn l-ispiża, u l-miżati diretti għall-utenti finali, jekk ikun hemm, ma għandhomx iservu ta' diżinċentiv għall-utenti finali milli jbiddlu l-provditur tas-servizz.

3. Il-portabbiltà tan-numri u l-attivazzjoni tagħhom għandhom isiru fl-iqsar żmien possibbli. Biex l-utenti finali jagħmlu ftehim dwar il-portabbiltà ta' numru lejn provditur ġdid, dak in-numru għandu jiġi attivat fi żmien ġurnata tax-xogħol minn meta jsir dan il-ftehim. It-telfien tas-servizz waqt il-proċess tal-portabbiltà, jekk ikun hemm, ma għandux itul aktar minn minn ġurnata tax-xogħol.

4. Il-provditur riċeventi tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandu jmexxi l-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor u tal-portabbiltà. L-utenti finali għandhom jirċievu informazzjoni adegwata dwar il-bidla minn provditur għal ieħor, qabel u waqt il-proċess tal-bidla, u anki minnufih wara li din issir. Lill-utenti finali ma għandux jinbidlilhom il-provditur kontra r-rieda tagħhom.

5. Il-kuntratti tal-utenti finali mal-providituri trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jiġu tterminati awtomatikament wara li ssir il-bidla minn provditur għal ieħor. Il-providituri trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jirrifondu l-kreditu kollu li jkun baqa' lill-kunsumaturi li jkunu jużaw servizzi mħallsin minn qabel.

6. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jdumu jew jabbużaw fil-bidla minn provditur għal ieħor, inkluż billi ma jagħmlux disponibbli fil-ħin l-informazzjoni meħtieġa għall-portabbiltà, għandhom jiġu obbligati jikkumpensaw lill-utenti finali li jġarrbu dan id-dewmien jew l-abbuż.

7. Meta l-utent finali li jagħmel bidla għal provditur ġdid tas-servizzi tal-aċċess għall-internet ikollu indirizz tal-email ipprovdut mill-providitur trasferenti, dan tal-aħħar, jekk jitolbu l-utent finali, għandu jibgħat f'indirizz tal-email li jagħtih l-utent finali, bla ħlas, kull komunikazzjoni bl-email mibgħuta lill-utent finali fuq l-email preċedenti għal perjodu ta' 12-il xahar. Dan is-servizz tad-direzzjonar tal-emails għandu jinkludi tweġiba awtomatika lil kull min jibgħat email biex jinfurmah bl-indirizz tal-email il-ġdid tal-utent finali. L-utent finali għandu jkollhom l-alternattiva li jitolbu li l-indirizz tal-email il-ġdid ma jingħadx fil-messaġġ tat-tweġiba awtomatika.

Wara l-ewwel perjodu ta' 12-il xahar, il-provditur trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandu jagħti l-alternattiva lill-utent finali biex bi ħlas, jekk ikun hemm bżonn, jiġi estiż il-perjodu tas-servizz tad-direzzjonar tal-emails. Il-provditur trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandux jalloka l-indirizz tal-email tal-bidu tal-utenti finali lil utent finali ieħor qabel jgħaddu sentejn mit-terminazzjoni tal-kuntratt, u f'kull każ matul il-perjodu li għalih ġie estiż is-servizz tad-direzzjonar tal-emails.

8. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jistabbilixxu proċessi globali tal-bidla minn provditur għal ieħor u tal-portabbiltà, inkluż provdiment ta' sanzjonijiet xierqa fuq il-provdituri u kumpensi għall-utenti finali. Dan għandhom iqisu l-protezzjoni meħtieġa tal-utent finali waqt il-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor u l-l-ħtieġa li tkun żgurata l-effiċjenza f'dan il-proċess.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur jipproponi li dan l-Artikolu jitħassar bħala parti mill-approċċ ġenerali tiegħu li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE minflok id-dispożizzjonijiet previsti fl-abbozz tar-Regolament. Ara l-emendi għall-Artikolu 36 għad-dettalji.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2, jiddaħħal il-punt li ġej:

"(fa) "provditur riċeventi tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku" tfisser il-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li lilu jiġi trasferit in-numru tat-telefown jew is-servizz';

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni ddaħħal definizzjoni ġdida ta’ “provditur riċeventi tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku” bħala definizzjoni ġdida fl-Artikolu 2 tad-Direttiva USD.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

(1b) It-titolu tal-Artikolu 20 huwa sostitwit bi:

'Kuntratti'

‘Rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-kuntratti’;

Emenda  55

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20 – paragrafu ‑ 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1c) Fl-Artikolu 20, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

‘-1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 1a tingħata qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt u b’mod ċar, komprensiv u aċċessibbli faċilment u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur* rigward kuntratti konklużi lil hinn mill-post tan-negozju jew mill-bogħod. Il-konsumatur u utenti finali oħrajn, jekk jitolbu, għandu jkollhom l-aċċess għal kopja tal-kuntratt f'format li jibqa'.

L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom rekwiżiti tal-lingwa dwar l-informazzjoni kuntrattwali, sabiex jiżguraw li din l-informazzjoni tinftiehem b’mod faċli mill-konsumatur jew mill-utent finali li qed jitlob dan.

_________________

*Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).’

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1d (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(1d) L-Artikolu 20(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jabbonaw għal servizzi li jipprovdu konnessjoni lil netwerk ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi u/jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli, konsumaturi, u utenti oħra aħħarin li hekk jitolbu, għandhom dritt għal kuntratt ma’ impriża jew impriżi li jipprovdu tali konnessjoni u/jew servizzi. Tali kuntratt għandu mill-anqas jispeċifika f’forma ċara, komprensiva u ħafifa u aċċessibbli:

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jabbonaw għal servizzi li jipprovdu konnessjoni lil netwerk ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi u/jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli, konsumaturi, u utenti oħra aħħarin li hekk jitolbu, għandhom dritt għal kuntratt ma’ impriża jew impriżi li jipprovdu tali konnessjoni u/jew servizzi. Tali kuntratt għandu tal-anqas jispeċifika l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-identità u l-indirizz tal-impriża;

(a) l-identità, l-indirizz u l-informazzjoni tal-kuntatt tal-impriża u, jekk ikunu differenti, l-indirizz u l-informazzjoni ta' kuntatt għal kull ilment;

(b) is-servizzi provduti, inkluż b'mod partikolari:

(b) il-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi pprovduti, inklużi b'mod partikolari:

(i) il-pjan jew pjanijiet tat-tariffi speċifiċi li għalihom japplika l-kuntratt u, għal kull pjan ta’ tariffa bħal dan, it-tipi ta’ servizzi offruti, inklużi l-volumi tal-komunikazzjonijiet;

jekk hux qed jingħata aċċess għal servizzi ta' emerġenza u jekk hux qed tingħata informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata u/jew kwalunkwe limitazzjonijiet fuq l-għoti ta' servizzi ta' emerġenza skont l-Artikolu 26,

(ii) aċċess għal informazzjoni dwar servizzi ta’ emerġenza u dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata għal kull servizz rilevanti offrut, u kwalunkwe limitazzjoni fuq l-għoti ta' servizzi ta’ emerġenza skont l-Artikolu 26,

— informazzjoni dwar kwalunkwe kundizzjoni oħra li tillimita l-aċċess għas-servizzi u l-applikazzjonijiet u/jew l-użu tagħhom, fejn dawn il-kundizzjonijiet huma permessi skont il-liġi nazzjonali bi qbil mal-liġi tal-Komunità,

— il-livelli ta’ kwalità minimi tas-servizzi offruti, inkluż iż-żmien meħtieġ għall-konnessjoni inizjali u, jekk ikun il-każ, parametri oħra ta’ kwalità tas-servizz, kif definiti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali,

(iii) il-livelli ta’ kwalità minimi tas-servizzi offruti, inkluż iż-żmien meħtieġ għall-konnessjoni inizjali u, jekk ikun il-każ, parametri oħra ta’ kwalità tas-servizz, kif definiti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali,

informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura mwaqqfa mill-impriża biex tkejjel u timmaniġġja t-traffiku sabiex jiġi evitat li jimtela l-link sal-kapaċità massima tiegħu jew iżjed mill-kapaċità tiegħu u dwar kif dawk il-proċeduri jista' jkollhom impatt fuq il-kwalità tas-servizz,

— it-tipi ta' servizz ta' manutenzjoni offruti u s-servizzi ta' appoġġ għall-klijenti pprovduti, kif ukoll il-metodi ta' kuntatt ma' dawn is-servizzi,

(iv) — it-tipi ta' servizzi ta' wara l-bejgħ, ta' servizzi ta' manutenzjoni u s-servizzi ta' appoġġ għall-klijenti pprovduti, inklużi, meta jkun fattibbli, informazzjoni teknika għall-funzjonament tajjeb tat-tagħmir terminali magħżul mill-utent finali, il-kundizzjonijiet u l-imposti għal dawk is-servizzi, u l-mezzi ta' kuntatt ma' dawk is-servizzi,

kwalunkwe restrizzjonijiet imposti mill-fornitur dwar l-użu ta' tagħmir terminali pprovdut;

(v) kull restrizzjoni li jimponi l-provditur fuq l-użu tat-tagħmir terminali pprovdut, inkluża l-informazzjoni dwar il-ftuħ tat-tagħmir terminali u kull imposta involuta jekk jiġi tterminat il-kuntratt qabel jintemm il-perjodu minimu tal-kuntratt;

(c) meta jeżisti obbligu taħt l-Artikolu 25, l-għażliet tal-abbonar dwar jekk tiġi inkluża jew le d-dejta personali tiegħu jew tagħha f’direttorju u d-dejta konċernata;

(c) meta jeżisti obbligu taħt l-Artikolu 25, l-għażliet tal-abbonar dwar jekk tiġi inkluża jew le d-dejta personali tiegħu jew tagħha f’direttorju, u l-kapaċità tagħhom li jivverifikaw, jikkoreġu jew jirtiraw dak li jkunu daħħlu;

(d) dettalji tal-prezzijiet u t-tariffi, inkluż il-mezzi li bihom tista' tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ħlasijiet tal-manutenzjoni kollha applikabbli, metodi ta' pagament offruti u kwalunkwe differenzi fl-ispejjeż dovuti minħabba l-metodu tal-pagament;

(d) dettalji tal-prezzijiet u t-tariffi, inkluż it-taxxi u l-imposti addizzjonali li jistgħu possibilment jintalbu, il-mezzi li bihom tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ħlasijiet tal-manutenzjoni kollha applikabbli;

(da) il-metodi tal-ħlas offruti u kull differenza fl-ispejjeż minħabba l-metodu tal-ħlas magħżul, u l-faċilitajiet disponibbli li jissalvagwardjaw it-trasparenza fil-kontijiet u jissorveljaw il-livell tal-konsum;

(e) it-tul tal-kuntratt u l-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tas-servizzi u tal-kuntratt, inkluż:

(e) it-tul tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tas-servizzi u tal-kuntratt, inkluż:

— kull użu u tul minimu meħtieġ biex wieħed jibbenefika minn termini promozzjonali;

(i) kull użu u tul minimu meħtieġ biex wieħed jibbenefika minn termini promozzjonali,

— kwalunke tariffi relatati mal-portabbiltà ta' numri u identifikaturi oħra,

(ii) kwalunke imposta relatata mal-bidla minn provditur għal ieħor u l-portabbiltà ta’ numri u identifikaturi oħra, inklużi l-arranġamenti għal kumpens u rifużjoni minħabba dewmien jew abbuż fil-bidla minn provditur għal ieħor;

— kwalunke tariffi dovuti mat-terminazzjoni tal-kuntratt, inkluż kwalunkwe rkupru ta' spiża fir-rigward ta' tagħmir terminali;

(iii) kull imposta dovuta mat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, inkluż kull irkupru tal-ispejjeż fir-rigward tat-tagħmir terminali, abbażi tal-metodi tas-soltu għad-deprezzament u vantaġġi promozzjonali oħra fuq bażi pro rata tempore,

(f) kwalunkwe kumpens u l-arranġamenti għal rifużjoni li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizzi b'kuntratt ma jintlaħqux;

(f) kwalunkwe kumpens u l-arranġamenti għal rifużjoni, inkluż, fejn japplika, referenza espliċita għad-drittijiet statutorji tal-konsumatur, li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizzi b’kuntratt ma jintlaħqux;

(g) il-mezz ta' kif jinbdew proċeduri għar-riżoluzzjoni ta' disputi skond l-Artikolu 34;

(g) il-mezz ta’ kif jinbdew proċeduri għar-riżoluzzjoni ta’ disputi, inklużi disputi transfruntieri skont l-Artikolu 34;

(ga) dettalji dwar kif utenti finali b’diżabbiltà jistgħu jiksbu informazzjoni dwar prodotti u servizzi maħsuba għalihom;

(h) it-tip ta' azzjoni li jista' jieħu l-provditur b'reazzjoni għal inċidenti ta' sigurtà jew integrità jew theddid u vulnerabbiltajiet.

(h) it-tip ta' azzjoni li jista' jieħu l-provditur b'reazzjoni għal inċidenti ta' sigurtà jew integrità jew theddid u vulnerabbiltajiet.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li l-kuntratt jinkludi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiġi provduta mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti għal dan l-iskop dwar l-użu ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi biex jidħlu f’attivitajiet illegali jew biex ixerrdu kontenut dannuż, u dwar il-mezzi ta’ protezzjoni kontra riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u dejta personali, imsemmija fl-Artikolu 21(4) u rilevanti għas-servizz ipprovdut.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li l-kuntratt jinkludi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiġi provduta mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti għal dan l-iskop dwar l-użu ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi biex jidħlu f’attivitajiet illegali jew biex ixerrdu kontenut dannuż, u dwar il-mezzi ta’ protezzjoni kontra riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u dejta personali, imsemmija fl-Artikolu 21(4) u rilevanti għas-servizz ipprovdut.

Emenda  57

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1e (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1e) Fl-Artikolu 20, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

‘1a. Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jekk il-kuntratt jinkludi l-provdiment ta' servizzi tal-aċċess għall-internet, dak il-kuntratt għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a) dettalji tal-pjanijiet tal-ipprezzar tal-unità tad-dejta, pjanijiet tal-ipprezzar tad-dejta bl-ingrossa u kwalunkwe limitu applikabbli relatat mal-pjan ta’ tariffa jew pjanijiet ta’ tariffa speċifiċi li għalihom japplika l-kuntratt. Għal volumi tad-dejta ’l fuq mil-limiti minimi, l-ipprezzar bl-unità jew bl-ingrossa fuq bażi ad hoc jew dejjiema u kwalunkwe limitazzjoni ta’ veloċità tad-dejta li tista’ tiġi applikata għall-pjan ta’ tariffa jew pjanijijiet ta’ tariffa speċifiċi li għalihom japplika l-kuntratt;

(b) kif l-utenti finali jistgħu jissorveljaw il-livell attwali tal-konsum tagħhom, u jekk u kif jista’ jkun stabbilit kwalunkwe limitu volontarju;

(c) għal links tad-dejta fissi, il-veloċità tad-download u l-upload normalment disponibbli u minima fil-post ewlieni tal-utent finali;

(d) għal links tad-dejta mobbli, il-veloċità tad-download u tal-upload stmata meta l-konnessjoni tkun permezz tan-netwerk bla wajers fl-Istat Membru ta’ residenza tal-utent finali;

(e) parametri oħrajn ta' kwalità tas-servizzi, kif stipulati skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) .../...*;

(f) informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura stabbilita mill-provditur biex jitkejjel u jiġi ġestit it-traffiku inkluż indikazzjoni tal-metodi tal-ispezzjoni tal-komunikazzjoni sottostanti użati għal miżuri ta’ ġestjoni raġonevoli tat-traffiku u informazzjoni dwar kif dawk il-proċeduri jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità tas-servizz, il-privatezza tal-utenti finali u l-protezzjoni tad-dejta personali; kif ukoll

(g) spjegazzjoni ċara u komprensiva dwar kif xi limitazzjoni fil-volum tad-dejta, il-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi, jistgħu, fil-prattika, ikollhom impatt fuq is-servizzi tal-aċċess għall-internet, b'mod partikulari l-użu tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi.

__________________

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1f (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

(1f) L-Artikolu 20(2) jitħassar

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati jkollhom id-dritt li jirtiraw il-kuntratti tagħhom mingħajr penali ma' avviż ta' modifiki għad-detriment tal-abbonat fil-kondizzjonijiet kuntrattwali proposti mill-impriżi li jipprovdu netwerks u/jew is-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika. L-abbonati għandhom jingħataw avviż adegwat, mhux anqas minn xahar, bil-quddiem ta' modifikazzjonijiet bħal dawk u għandhom ikunu nfurmati fl-istess waqt bid-dritt tagħhom li jirtiraw, mingħajr penalità mill-kuntratti tagħhom, jekk ma jeċċettawx il-kondizzjonijiet il-ġodda. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jispeċifikaw tali notifiki.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur jipproponi Artikolu 20a ġdid dwar it-tul u t-terminazzjoni ta’ kuntratt. Din id-dispożizzjoni hija inkluża hemm.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1g (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20 – paragrafu 2a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

(1g) Fl-Artikolu 20, jiżdied il-paragrafu li ġej:

‘2a. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu rekwiżiti addizzjonali ta’ informazzjoni kuntrattwali għal kuntratti li għalihom japplika dan l-Artikolu.’;

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1i (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1h) Fl-Artikolu 20, jiżdied il-paragrafu li ġej:

‘2b. Il-BEREC għandu joħroġ linji gwida għall-istabbilment ta’ mudelli kuntrattwali standard li jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 1 u 1a ta’ dan l-Artikolu.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti addizzjonali dwar il-kontenut, is-sura u l-manjiera tal-informazzjoni kuntrattwali li trid tiġi ppubblikata, inkluż, b'mod partikulari, veloċitajiet stmati tal-kunsina tad-dejta, filwaqt li jitqiesu bl-akbar reqqa l-linji gwida tal-BEREC għall-metodi biex jitkejlu l-veloċità u għall-kontenut, sura u manjiera tal-informazzjoni għall-ppubblikazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 21(3a).';

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1i (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1i) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

‘Artikolu 20a

Tul u terminazzjoni tal-kuntratt

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tul massimu tal-kuntratti konklużi bejn il-konsumaturi u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku huwa 24 xahar. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffru lill-utenti finali l-possibbiltà ta’ kuntratti ta’ 12-il xahar.

2. Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jirtira l-kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju fi żmien 14-il ġurnata wara l-konklużjoni tiegħu skont id-Direttiva 2011/83/UE.

3. Meta kuntratt jew liġi nazzjonali jipprovdu li perjodi tal-kuntratt b’terminu fiss (kuntrarju għal terminu minimu) jiġu estiżi awtomatikament, il-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandu jinforma b'dan lill-konsumatur fi żmien dovut sabiex il-konsumatur ikollu mill-inqas xahar żmien biex jopponi din l-estensjoni awtomatika. Jekk il-konsumatur ma jopponix din l-estensjoni awtomatika, il-kuntratt għandu jitqies bħala kuntratt permanenti li l-utent finali jista’ jtemm kull meta jrid b’perjodu ta’ avviż ta’ xahar u bla ma jġarrab ebda spejjeż ħlief il-prezz tas-servizz provdut matul il-perjodu ta’ avviż.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom id-dritt itemmu l-kuntratt tagħhom bla ma jġarrbu ebda spejjeż meta jirċievu l-avviż ta' tibdil fil-kundizzjonijiet kuntrattwali li jipproponi l-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku sakemm il-modifiki proposti ma jkunux esklussivament għall-benefiċċju tal-utenti finali. Il-provdituri għandhom jagħtu lill-utenti finali perjodu ta’ avviż adegwat, mhux iqsar minn xahar, ta' dan it-tibdil, u fl-istess waqt għandhom jgħarrfuhom bid-dritt tagħhom li jtemmu l-kuntratt bla ma jġarrbu spejjeż jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet kuntrattwali l-ġodda. Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis.

5. Kull diskrepanza sinifikanti li tkun kontinwa jew li sseħħ regolarment, bejn il-prestazzjoni proprja fejn jidħlu l-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizz, u l-prestazzjoni indikata mill-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku skont l-Artikolu 20, għandha titqies bħala nuqqas ta’ konformità tal-prestazzjoni għall-finijiet biex jiġu determinati r-rimedji disponibbli għall-konsumatur skont il-liġi nazzjonali.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li abbonament għal servizzi addizzjonali li jipprovdi l-istess provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku m'għandux jerġa’ jibda mill-ġdid il-perjodu tal-kuntratt inizjali, sakemm is-servizzi addizzjonali ma jkunux offruti bi prezz promozzjonali speċjali li jkun disponibbli biss bil-kundizzjoni li l-perjodu kuntrattwali eżistenti jerġa' jinbeda.

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku japplikaw kundizzjonijiet u proċeduri għat-terminazzjoni tal-kuntratt li ma joħolqux ostakli jew diżinċentivi milli wieħed jibdel il-provditur tas-servizz jew ma jeżerċitaw l-ebda deterrent għal bidla bħal din.

8. Jekk pakkett ta' servizzi offrut lill-konsumaturi ikun fih mill-inqas konnessjoni ma' netwerk tal-komunikazzjoni elettronika jew servizz wieħed tal-komunikazzjoni elettronika, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-elementi kollha tal-pakkett.

9. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu rekwiżiti addizzjonali biex jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward ta' kuntratti li għalihom japplika dan l-Artikolu.’;

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1j (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 21

Test fis-seħħ

Emenda

(1j) L-Artikolu 21 jinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikolu 21

“L-Artikolu 21

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika pubbliku u/jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li tkun disponibbli għall-pubbliku biex jippubblikaw informazzjoni trasparenti, komparabbli, adegwata u aġġornata dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli, kwalunkwe ħlasijiet minħabba t-terminazzjoni ta' kuntratt u dwar termini u kondizzjonijiet standard fir-rigward ta’ aċċess u l-użu tas-servizzi tagħhom ipprovduti minnhom lill-utenti aħħara u lill-konsumaturi f’konformità mal-Anness II. Din l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata f’forma ċara, komprensiva u li tkun faċilment aċċessibbli. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw ir-rekwiżiti addizzjonali dwar il-forma li fija din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata.

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika pubbliku u/jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li tkun disponibbli għall-pubbliku biex jippubblikaw informazzjoni trasparenti, komparabbli, adegwata u aġġornata dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli, kwalunkwe ħlasijiet minħabba t-terminazzjoni bikrija ta' kuntratt u dwar termini u kondizzjonijiet standard fir-rigward ta’ aċċess u l-użu tas-servizzi tagħhom ipprovduti minnhom lill-utenti aħħara f’konformità mal-Anness II. Din l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata f’forma ċara, komprensiva u li tkun faċilment aċċessibbli u tkun aġġornata regolarment. Kull differenzazzjoni fil-kundizzjonijiet applikati għall-konsumaturi u utenti finali oħra li jitolbu hekk għandha tkun espliċita. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw ir-rekwiżiti addizzjonali dwar il-forma li fija din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata, li b’mod partikolari tista’ tinkludi l-introduzzjoni tar-rekwiżiti tal-lingwa sabiex ikun żgurat li tali informazzjoni tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħrajn li jitolbu dan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jkunu obbligati fuq talba jipprovdu l-informazzjoni, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, qabel ma tiġi ppubblikata.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinkoraġġixxu l-forniment ta' informazzjoni komparabbli biex l-utenti aħħarin u l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu evalwazzjoni indipendenti tal-ispiża fuq pakketti ta' użu alternattivi, per eżempju permezz ta' linji gwida interattivi jew tekniki simili. Meta dawn il-faċilitajiet ma jkunux disponibbli fis-suq mingħajr ħlas jew bi prezz raġonevoli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu kapaċi jagħmlu tali linji gwida u tekniki disponibbli huma stess jew billi jinkarigaw partijiet terzi. Partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jużaw mingħajr ħlas l-informazzjoni pubblikata mill-impriżi li jipprovdu netwerks u/jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku, għall-finijiet li jbiegħu jew jagħmlu disponibbli tali linji gwida interattivi jew tekniki simili.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn li hekk jitolbu, ikollhom aċċess għal għodod indipendenti tal-evalwazzjoni li jippermettulhom iqabblu l-prestazzjoni tal-aċċess u s-servizzi tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika u l-kost tax-xejriet tal-użu alternattivi. Meta dawn il-faċilitajiet ma jkunux disponibbli fis-suq mingħajr ħlas jew bi prezz raġonevoli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu kapaċi jagħmlu tali linji gwida u tekniki disponibbli huma stess jew billi jinkarigaw partijiet terzi. Il-partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jużaw mingħajr ħlas l-informazzjoni pubblikata mill-impriżi li jipprovdu netwerks u/jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku, għall-finijiet li jbiegħu jew jagħmlu disponibbli tali għodod indipendenti ta' evalwazzjoni.

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, taħt il-gwida tal-BEREC u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, jistabbilixxu skema volontarja ta’ ċertifikazzjoni għal siti ta’ tqabbil, gwidi jew għodod simili interattivi, ibbażata fuq rekwiżiti oġġettivi, trasparenti u proporzjonati, inkluż, b’mod partikolari, indipendenza minn kwalunkwe provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku biex inter alia:

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku biex inter alia:

(a) jipprovdu informazzjoni applikabbli dwar it-tariffi lil abbonati rigward kwalunkwe numru jew servizz suġġett għal kondizzjonijiet ta’ prezzar partikolari; fir-rigward ta’ kategoriji individwali ta’ servizzi li awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeħtieġu li tali informazzjoni tiġi provduta immedjatament qabel ma tiġi konnessa s-sejħa;

(a) jipprovdu lill-utenti finali informazzjoni applikabbli dwar it-tariffi rigward kwalunkwe numru jew servizz suġġett għal kondizzjonijiet ta’ prezzar partikolari; fir-rigward ta’ kategoriji individwali ta’ servizzi li awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeħtieġu li tali informazzjoni tiġi provduta immedjatament qabel ma tiġi konnessa s-sejħa;

(b) jgħarrfu lill-abbonati dwar kwalunkwe bidla fl-aċċess għal servizzi ta' emerġenza jew informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata fis-servizz li jkunu abbonaw għalih;

(b) jipprovdu lill-utenti finali informazzjoni dwar l-aċċess għal servizzi ta’ emerġenza u informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata għas-servizz kollha rilevanti offruti, u kull limitazzjoni fil-provdiment tas-servizzi ta’ emerġenza skont l-Artikolu 26, u biex jiżguraw li kull bidla tiġi nnotifikata mingħajr dewmien;

(c) jinformaw lill-abbonati dwar kwalunkwe bidla fil-kundizzjonijiet li jillimitaw l-aċċess għas-servizzi u l-applikazzjonijiet u/jew l-użu tagħhom, fejn dawn il-kundizzjonijiet huma permessi skont il-liġi nazzjonali skont il-liġi tal-Komunità;

(d) jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura mwaqqfa mill-fornitur biex tkejjel u timmaniġġja t-traffiku sabiex jiġi evitat milli jimtela l-link sal-kapaċità massima tiegħu jew iżjed mill-kapaċità tiegħu u dwar kif dawk il-proċeduri jista' jkollhom impatt fuq il-kwalità tas-servizz;

(da) jipprovdu informazzjoni dwar is-servizzi tal-aċċess għall-internet, meta offruti, li tispeċifika dan li ġej:

(i) għal links tad-dejta fissi, il-veloċità tad-download u l-upload normalment disponibbli u minima fl-Istat Membru ta' residenza tal-utent finali; għal links tad-dejta mobbli, il-veloċità tad-download u tal-upload stmata meta l-konnessjoni tkun permezz tan-netwerk bla wajers fl-Istat Membru ta’ residenza tal-utent finali;

(ii) dettalji tal-pjanijiet ta’ prezzar tal-unità tad-dejta, pjanijiet ta’ prezzar tad-dejta bl-ingrossa u kwalunkwe limiti applikabbli. Għal volumi tad-dejta ’l fuq mil-limiti: l-ipprezzar bl-unità jew bl-ingrossa fuq bażi ad hoc jew bażi dejjiema u kwalunkwe limitazzjoni ta’ veloċità tad-dejta li tista’ tiġi applikata;

(iii) kif l-utenti finali jistgħu jissorveljaw il-livell attwali tal-konsum tagħhom, u jekk u kif tista’ tkun stabbilita kwalunkwe limitazzjoni volontarja;

(iv) spjegazzjoni ċara u komprensiva dwar kif xi limitazzjoni fil-volum tad-dejta, il-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi, jistgħu, fil-prattika, ikollhom impatt fuq l-użu tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, b'mod partikulari l-użu tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi;

(v) informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura stabbilita mill-fornitur biex ikejjel u jimmaniġġja t-traffiku, kif definit fl-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) .../...*, inkluża indikazzjoni tal-metodi sottostanti tal-ispezzjoni tal-komunikazzjoni użati għal miżuri ta’ ġestjoni raġonevoli tat-traffiku u dwar kif dawk il-proċeduri jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità tas-servizz, il-privatezza tal-utenti finali u l-protezzjoni tad-dejta personali;

(e) jinformaw lill-abbonati bid-dritt tagħhom li jiddeterminaw jekk jinkludux jew le data personali tagħhom f'direttorju u t-tipi ta' data konċernata f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi); kif ukoll

(e) jinformaw lill-konsumaturi, u lill-utenti finali, fejn applikabbli, bid-dritt tagħhom li jiddeterminaw jekk jinkludux jew le dejta personali tagħhom f'direttorju u t-tipi ta’ dejta konċernata f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE; kif ukoll

(f) jinfurmaw regolarment l-abbonati b'diżabbiltà bid-dettalji tal-prodotti u sevizzi maħsuba għalihom.

(f) jinfurmaw regolarment lill-konsumaturi, u lil utenti finali oħrajn, b’diżabbiltà, meta applikabbli, bid-dettalji tal-prodotti u servizzi maħsuba għalihom u bil-miżuri meħuda biex ikun żgurat aċċess indaqs;

Jekk jitqies xieraq, awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippromwovu miżuri awtoregolatorji jew koregolatorji qabel ma jiġi impost kwalunkwe obbligu.

Jekk jitqies xieraq, awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippromwovu miżuri awtoregolatorji jew koregolatorji qabel ma jiġi impost kwalunkwe obbligu. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti ulterjuri dwar il-kontenut, is-sura u l-manjiera tal-informazzjoni għall-pubblikazzjoni, filwaqt li jqisu bir-reqqa l-linji gwida tal-BEREC imsemmija fil-paragrafu 3a ta’ dan l-Artkolu.

3a. Sa ... *, il-BEREC, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi linji gwida ġenerali għall-metodi tal-kejl tal-veloċità, il-kwalità tal-parametri tas-servizz li għandhom jiġu mkejla (fost l-oħrajn veloċitajiet attwali meta mqabbla ma’ dawk riklamati; l-kwalità kif perċepita mill-utenti), u l-metodi għall-kejl tagħhom maż-żmien, kif ukoll il-kontenut, il-forma u l-manjiera kif l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata, inklużi mekkaniżmi possibbli ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità, sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali, inkluzi l-utenti finali b’diżabbiltà, ikollhom aċċess għal informazjoni komprensiva, komparabbli, affidabbli u faċli għall-utent. Fejn ikun il-każ, il-parametri, id-definizzjonijiet u l-metodi tal-kejl mogħtija fl-Anness III jistgħu jintużaw.

4. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li impriżi msemmijin fil-paragrafu 3 jiddistribwixxu informazzjoni ta' interess pubbliku lill-abbonati eżistenti u ġodda fejn adatt, permezz tal-istess mezzi li normalment jintużaw minnhom għall-komunikazzjonijiet tagħhom mal-abbonati. F'dak il-każ tali informazzjoni għandha tiġi prodotta mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti f'format standardizzat u għandha, inter alia, tkopri s-suġġetti li ġejjin:

4. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li impriżi msemmijin fil-paragrafu 3 jiddistribwixxu informazzjoni ta' interess pubbliku lill-utenti finali, fejn adatt, permezz tal-istess mezzi li normalment jintużaw minnhom għall-komunikazzjonijiet tagħhom mal-utenti finali. F'dan il-każ, dik l-informazzjoni għandhom jipprovduha l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku f'format standardizzat u tista', fost l-oħrajn, tkopri s-suġġetti li ġejjin:

(a) l-użu l-aktar komuni ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex jidħlu f'attivitajiet illegali jew biex ixerdu kontenut dannuż, b'mod partikolari fejn huwa jista' jippreġudika r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż ksur ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u l-konsegwenzi legali tagħhom; kif ukoll

(a) l-aktar użu komuni tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex wieħed jidħol f'attivitajiet illegali jew ixerred kontenut dannuż, b'mod partikolari fejn dan jista' jippreġudika r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż ksur tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u l-konsegwenzi legali tagħhom; kif ukoll

(b) il-mezzi ta' protezzjoni kontra riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u d-data personali fl-użu ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.

(b) il-mezzi ta' protezzjoni kontra riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u d-data personali fl-użu ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.

_________________

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.

** ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.'

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1k (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1k) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

‘Artikolu 21a

Kontroll tal-konsum

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provdituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi joffru lill-konsumaturi u lill-utenti finali l-faċilità li jissorveljaw u jikkontrollaw l-użu tagħhom tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jitħallsu abbażi tal-konsum bil-ħin jew bil-volum. Din il-faċilità għandha tinkludi:

(a) għas-servizzi imħallsa minn qabel u dawk li jitħallsu wara, l-aċċess għal informazzjoni fil-pront u bla ħlas dwar il-konsum tas-servizz;

(b) għal servizzi li jitħallsu wara li jingħataw, l-abbiltà li jiġi ffissat bla ħlas limitu finanzjarju predeterminat fuq l-użu tagħhom, li jitolbu notifika meta jintlaħaq proporzjon predeterminat tal-limitu u meta jintlaħaq il-limitu nnifsu, il-proċedura li għandha tiġi segwita biex ikomplu l-użu jekk jinqabeż il-limitu, u l-pjanijiet tal-ipprezzar applikabbli;

(c) kontijiet dettaljati fuq format li jservi fit-tul.

2. Il-BEREC għandu jadotta linji gwida għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

Wara li jkunu laħqu l-limitu finanzjarju, l-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jibqgħu jirċievu telefonati u messaġġi SMS u jaċċessaw in-numri tat-telefown bla ħlas u s-servizzi ta' emerġenza billi jċemplu n-numru ta' emerġenza Ewropew "112" bla ħlas sa tmiem il-perjodu tal-ħlas miftiehem.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Artikoli 20, 21, 22 u 30 għandhom jitħassru.

(2) L-Artikolu 22 huwa mħassar.

Ġustifikazzjoni

It-tħassir huwa neċessarju biex jinżammu / jiġu emendati l-artikoli konċernati.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2002/22KE

Artikolu 26

Test fis-seħħ

Emenda

(2a) L-Artikolu 26 jinbidel b'dan li ġej:

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-utenti aħħarin kollha tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 2, inklużi l-utenti ta’ telefons pubbliċi bi ħlas, ikunu jistgħu jċemplu lis-servizzi ta’ emerġenza mingħajr ħlas , billi jużaw in-numru uniku Ewropew ta’ sejħiet ta’ emerġenza, in-numru "112" u numri nazzjonali ta' sejħiet ta' emerġenza speċifikati mill-Istati Membri.

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-utenti aħħarin kollha tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 2, inklużi l-utenti ta’ telefons pubbliċi bi ħlas, ikunu jistgħu jċemplu lis-servizzi ta’ emerġenza mingħajr ħlas , billi jużaw in-numru uniku Ewropew ta’ sejħiet ta’ emerġenza, in-numru "112" u numri nazzjonali ta' sejħiet ta' emerġenza speċifikati mill-Istati Membri.

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti kollha tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika privati jkunu jistgħu jċemplu lis-servizzi tal-emerġenza, jew, fejn ikun il-każ, lis-servizzi ta' emerġenza interni, mingħajr ħlas, billi jużaw in-numru uniku Ewropew għall-emerġenza, "112" kif ukoll bi kwalunkwe numru nazzjonali ieħor ta' sejħiet ta' emerġenza speċifikati mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, servizzi tal-emerġenza u fornituri, għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu lill-utenti aħħarin b’servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għal sejħiet ta’ oriġini nazzjonali lil numru jew numri fi pjan ta’ numerazzjoni telefonika nazzjonali, jipprovdu aċċess għal servizzi ta’ emerġenza.

2. L-Istati Membri, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, servizzi tal-emerġenza u fornituri, għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu lill-utenti aħħarin b’servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għal sejħiet ta’ oriġini nazzjonali lil numru jew numri fi pjan ta’ numerazzjoni telefonika nazzjonali, jipprovdu aċċess għal servizzi ta’ emerġenza.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sejħiet fuq in-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” għandhom jitwieġbu b’mod xieraq u ttrattati bil-mod l-aktar adattat għall-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta’ emerġenza. Dawn is-sejħiet għandhom jitwieġbu u jiġu ttrattati malajr u effiċjentement almenu daqs li kieku kienu sejħiet fuq in-numru jew numri nazzjonali ta’ emerġenza, fejn dawn ikunu għadhom jintużaw.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sejħiet fuq in-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” għandhom jitwieġbu b’mod xieraq u ttrattati bil-mod l-aktar adattat għall-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta’ emerġenza. Dawn is-sejħiet għandhom jitwieġbu u jiġu ttrattati malajr u effiċjentement almenu daqs li kieku kienu sejħiet fuq in-numru jew numri nazzjonali ta’ emerġenza, fejn dawn ikunu għadhom jintużaw.

Il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, għandha tadotta rakkomandazzjoni dwar l-indikaturi ta’ prestazzjoni għall-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-effettività tal-implimentazzjoni tan-numru Ewropew ta’ emerġenza "112" u dwar il-funzjonament tal-indikaturi tal-prestazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2015 u, wara dik id-data, kull sentejn.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għall-utenti aħħarin b’diżabbiltà għal servizzi ta’ emerġenza jkun daqs dak li minnu jgawdu utenti aħħarin oħrajn. Miżuri meħuda biex jiġi żgurat li l-utenti b’diżabbiltà jkun jista’ jkollhom aċċess għal servizzi ta’ emerġenza huma u jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra, għandhom ikunu possibbli bbażati fuq standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), u m’għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jadottaw rekwiżiti addizzjonali biex isegwu l-għanijet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għall-utenti aħħarin b’diżabbiltà għal servizzi ta’ emerġenza jkun daqs dak li minnu jgawdu utenti aħħarin oħrajn. Miżuri meħuda biex jiġi żgurat li l-utenti b’diżabbiltà jkun jista’ jkollhom aċċess għal servizzi ta’ emerġenza huma u jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra, għandhom ikunu possibbli bbażati fuq standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), u m’għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jadottaw rekwiżiti addizzjonali biex isegwu l-għanijet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi konċernati jagħmlu l-informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa disponibbli mingħajr ħlas lill-awtorità li titratta sejħiet ta’ emerġenza malli s-sejħa tidħol għand l-awtorità. Dan għandu japplika għas-sejħiet kollha għan-numru uniku Ewropew ta' sejħiet ta' emerġenza "112". L-Istati Membri jistgħu jestendu dawn l-obbligi biex ikopru sejħiet għal numri nazzjonali ta’ emerġenza. L-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jistabbilixxu kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabilità tal-informazzjoni pprovduta dwar il-post tal-oriġini tas-sejħa.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi konċernati jagħmlu l-informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa disponibbli mingħajr ħlas lill-awtorità li titratta sejħiet ta’ emerġenza malli s-sejħa tidħol għand l-awtorità. Dan għandu japplika għas-sejħiet kollha għan-numru uniku Ewropew ta' sejħiet ta' emerġenza "112". L-Istati Membri jistgħu jestendu dawn l-obbligi biex ikopru sejħiet għal numri nazzjonali ta’ emerġenza. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jistabbilixxu kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabilità tal-informazzjoni pprovduta dwar il-post tal-oriġini tas-sejħa skont il-paragrafu 7 u filwaqt li tqis sewwa l-linji gwida tal-BEREC.

Sa (6 xhur wara d-DATA TAL-ISKADENZA TAL-APPLIKAZZJONI) il-BEREC għandu, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jistabbilixxu linji gwida għall-kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabilità tal-informazzjoni dwar il-post tal-oriġini tas-sejħa pprovduta lis-servizzi tal-emerġenza. Dawk il-linji gwida għandhom iqisu l-fattibilità li jintuża terminal mobbli mgħammar b'tagħmir GNSS ta' terminali mobbli sabiex jitjiebu l-preċiżjoni u l-affidabilità tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa lejn il-"112".

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu informati adegwatament dwar l-eżistenza u l-użu tan-numru uniku Ewropew għas-sejħiet ta’ emerġenza "112", b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi li jimmiraw speċifikament lil persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri.

6. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu informati adegwatament dwar l-eżistenza u l-użu tan-numru uniku Ewropew għas-sejħiet ta’ emerġenza “112”, b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi li jimmiraw speċifikament lil persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja u tikkumplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri.

7. Sabiex ikun żgurat l-aċċess effettiv għas-servizzi ta’ “112” fl-Istati Membri, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-BEREC, tista’ tadotta miżuri implimentattivi tekniċi. Madankollu, dawn il-miżuri implimentattivi tekniċi għandhom jiġu adottati bla ħsara għall-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ emerġenza, li għandhom jibqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Istati Membri, u m’għandu jkollhom l-ebda impatt fuqhom.”

7. Sabiex ikun żgurat l-aċċess effettiv għas-servizzi ta’ “112” fl-Istati Membri, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-BEREC, għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 37a li jikkonċerna kriterji tal-post minn fejn issir is-sejħa u indikaturi tal-prestazzjoni dwar l-aċċess għall-"112".. Madankollu, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati bla ħsara għall-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ emerġenza, li għandhom jibqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Istati Membri, u m’għandu jkollhom l-ebda impatt fuqhom.

7a. Il-Kummissjoni għandha żżomm bażi tad-dejta tan-numri E.164 tas-servizzi ta’ emerġenza Ewropej, sabiex tiżgura li dawn ikunu kapaċi jagħmlu kuntatt minn Stat Membru għal ieħor.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2b)Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

'Artikolu 26a

Sistema tal-komunikazzjoni “112” invertita tal-UE

Mhux aktar tard minn [sena wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni] il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fattibilità li titwaqqaf sistema tal-komunikazzjoni “112” invertita tal-UE bl-użu ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika eżistenti, li tkopri l-Unjoni kollha, tkun universali, multilingwali, aċċessibbli, sempliċi u effettiva sabiex il-pubbliku jiġi mwissi f'każ ta' diżastru jew stat ta' emerġenza kbira imminenti jew li jkunu qed iseħħu.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BEREC u lis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, u teżamina l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għat-twaqqif tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1. Meta tkun qed tħejji dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis is-sistemi nazzjonali u reġjonali eżistenti tal-"112" u għandha tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta privata. Fejn xieraq, dak ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva';

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 30

Test fis-seħħ

Emenda

(2c) L-Artikolu 30 jinbidel b'dan li ġej:

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati kollha b’numri mill-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni telefonika jistgħu jżommu, jekk jitolbu dan, in-numru/i tagħhom indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz skond id-dispożizzjonijiet tal-Parti C ta' l-Anness I.

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati kollha b’numri mill-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni telefonika jistgħu jżommu, jekk jitolbu dan, in-numru/i tagħhom indipendentement mill-provditur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku li jipprovdi s-servizz skont id-dispożizzjonijiet tal-Parti C ta' l-Anness I.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-prezz bejn l-operaturi u/jew il-fornituri tas-servizz relatat mal-forniment tal-portabbiltà tan-numru ikun orjentat lejn l-ispejjeż u li l-ħlasijiet diretti għall-abbonati, jekk ikun hemm, ma’ jkunx ta’ diżinċentiv għall-abbonati għall-bdil minn fornitur għall-ieħor.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-prezz bejn l-operaturi u/jew il-fornituri tas-servizz relatat mal-forniment tal-portabbiltà tan-numru ikun orjentat lejn l-ispejjeż u li l-ħlasijiet diretti għall-abbonati, jekk ikun hemm, ma’ jkunx ta’ diżinċentiv għall-abbonati għall-bdil minn fornitur għall-ieħor.

3. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m'għandhomx jimponu tariffi bl-imnut għall-portabilità tan-numri b'mod li jgħawġu il-kompetizzjoni, bħal per eżempju billi jiffissaw tariffi bl-imnut speċifiċi jew komuni.

3. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m'għandhomx jimponu tariffi bl-imnut għall-portabilità tan-numri b'mod li jgħawġu il-kompetizzjoni, bħal per eżempju billi jiffissaw tariffi bl-imnut speċifiċi jew komuni.

"4. Il-portabbiltà tan-numri u l-attivazzjoni tagħhom għandhom isiru fl-iqsar żmien possibbli. Fi kwalunkwe każ, l-abbonati li jkunu kkonkludew ftehim dwar il-portabilità ta' numru għal impriża ġdida għandu jkollhom dak in-numru attivat fi żmien ġurnata tax-xogħol.

4. Il-portabbiltà tan-numri u l-attivazzjoni tagħhom għandhom isiru fl-iqsar żmien possibbli. Fir-rigward tal-utenti finali li jkunu kkonkludew ftehim dwar il-portabbiltà ta’ numru għal provditur ġdid, dak in-numru għandu jiġi attivat fi żmien ġurnata tax-xogħol.

Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu l-proċess globali tal-portabbiltà tan-numri, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kuntratti, il-fattibbiltà teknika u l-ħtieġa li tinżamm il-kontinwità tas-servizz lill-abbonat. Fi kwalunkwe każ, il-waqfien tas-servizz waqt il-proċess tal-porting m’għandux jeċċedi ġurnata xogħol. L-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom iqisu wkoll, fejn Iikun meħtieġ, miżuri biex jiżguraw li l-abbonati jkunu protetti matul il-proċess kollu ta' kommutazzjoni u li ma jiġux trasferiti kontra r-rieda tagħhom.

Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu l-proċess globali tal-bidla u tal-portabbiltà tan-numri filwaqt li jqisu l-linji gwida tal-BEREC imsemmija fil-paragrafu 4b. Huma għandhom iqisu l-protezzjoni tal-utent finali neċessarja matul il-proċess tal-bidla kollu, il-bżonn li tkun żgurata l-effiċjenza ta’ dan il-proċess għall-utent finali, u l-ħtieġa li tinżamm il-kontinwità tas-servizz lill-utent finali u l-ħtieġa li jkun żgurat li l-proċessi ta’ bidla ma jkunux ta’ ħsara għall-kompetizzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-waqfien tas-servizz waqt il-proċess tal-porting m’għandux jeċċedi ġurnata xogħol. L-utenti finali ma għandux jinbidlilhom il-provditur kontra r-rieda tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu previsti sanzjonijiet xierqa fuq l-impriżi, inkluż l-obbligu li jagħtu kumpens lill-abbonati fil-każ ta’dewmien fil-portabbiltà jew abbuż waqt li ssir il-portabbiltà minnhom jew f’isimhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu previsti sanzjonijiet xierqa fuq l-impriżi, inkluż l-obbligu li jagħtu kumpens lill-abbonati fil-każ ta’dewmien fil-portabilità, f'każ li ma jagħmlux disponibbli fil-pront l-informazzjoni meħtieġa għall-portabilità, jew abbuż waqt li ssir il-portabilità minnhom jew f’isimhom.

4a. Il-provditur riċeventi tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandu jmexxi l-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor u tal-portabbiltà. L-utenti finali għandhom jirċievu informazzjoni adegwata dwar il-bidla minn provditur għal ieħor, qabel u waqt il-proċess tal-bidla, u anki minnufih wara li din issir.

4b. Il-BEREC għandu jiffissa linji gwida dwar il-modalitajiet u l-proċeduri kollha fil-proċess tal-bidla u tal-portabilità, b'mod partikulari r-responsabilitajiet rispettivi tal-provditur riċeventi u l-provditur trasferenti fil-proċess tal-bidla u tal-portabilità, l-informazzjoni li trid tingħata lill-konsumaturi matul dak il-proċess, it-tmiem fil-pront ta' kuntratt eżistenti, ir-rifużjoni ta' kull pagamenti minn qabel u servizzi effikaċi ta' forwarding ta' emails.

4c. Jekk pakkett ta' servizzi offrut lill-konsumaturi ikun fih mill-inqas konnessjoni ma' netwerk tal-komunikazzjoni elettronika jew servizz wieħed tal-komunikazzjoni elettronika, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-elementi kollha tal-pakkett.';

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kuntratti konklużi bejn il-konsumaturi u l-impriżi li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika ma jagħtux mandat għal perijodu iniżjali ta' impenn li jeċċedi 24 xahar. L-Istati Membri jridu wkoll jiżguraw li l-impriżi joffru lill-utenti l-possibilità li jabbonaw b'kuntratt bi żmien massimu ta' 12-il xahar.

6. Bla ħsara għal kwalunkwe perijodu kuntrattwali minimu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għat-terminazzjoni ta’ kuntratt ma jkunux ta’ diżinċentiv għall-bdil ta' fornituri ta’ servizzi.";

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2d (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 34 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2d) Fl-Artikolu 34, jiżdied il-paragrafu li ġej:

‘1a. Il-proċeduri straġudizzjarji stabbiliti skont il-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għal tilwim relatat ma’ kuntratti bejn il-konsumaturi, u utenti finali oħra safejn dawn il-proċeduri straġudizzjarji jkunu disponibbli wkoll għalihom, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor. Fil-każ ta’ tilwim li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva 2013/11/UE*, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

________________________

* Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18 ta’ Ġunju 2013, p. 63).

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2e (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 37a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2e) Jiddaħħal l-Artikolu 37a li ġej:

‘Artikolu 37a

L-eżerċizzju tad-delega

1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 26 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn ...*.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 26 tista' tiġi rrevokata f'kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ.

4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

_________________

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament'

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2f (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Anness II – punt 1

Test fis-seħħ

Emenda

(2f) Fl-Anness II, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘1. Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impriża/i

‘1. L-isem(ismijiet), l-indirizz(i) u l-informazzzjoni tal-kuntatt tal-impriża(i)

Jiġifieri l-ismijiet u l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali ta' impriżi li jfornu networks pubbliċi tat-telefon u/jew servizzi pubblikament disponibbli tat-telefon.’

Jiġifieri l-ismijiet u l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali ta' impriżi li jfornu networks pubbliċi tat-telefon u/jew servizzi pubblikament disponibbli tat-telefon.';

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2g (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Anness II – punt 2.2

Test fis-seħħ

Emenda

(2g) Fl-Anness II, il-punt 2.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘2.2. Tariffi standard li jindikaw li servizzi provduti u l-kontenut ta' kull element tat-tariffa (pereżempju ħlasijiet għal aċċess, it-tipi kollha ta’ miżati għall-użu, miżati għall-manutenzjoni), kif ukoll inklużi dettalji dwar roħs standard applikat u skemi speċjali u skemi ta’ tariffi mmirati u kwalunkwe ħasijiet addizzjonali, kif ukoll spejjeż fir-rigward ta' tagħmir terminali.

‘2.2. Għal kull pjan ta’ tariffa, is-servizzi provduti u l-kwalità rilevanti tal-parametri tas-serviżż, il-pjan(ijiet) tat-tariffi applikabbli u, għal kull pjan ta’ tariffa bħal dan, it-tipi ta’ servizzi offruti, inkluzi l-volumi ta’ komunikazzjoni, u kull ħlas applikabbli (aċċess, użu, manutenzjoni u kwalunkwe ħlasijiet addizjonali), kif ukoll spejjeż fir-rigward ta’ tagħmir terminali.’

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2h (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Anness II – punt 2.2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2h) Fl-Anness II, jiddaħħal il-punt li ġej:

‘2.2.a. Informazzjoni addizzjonali dwar is-servizzi tal-aċċess għall-internet, fejn offruti, inklużi b’mod partikolari dettalji dwar l-ipprezzar tad-dejta, il-veloċitajiet tal-upload u tad-download tad-dejta u kwalunkwe limitazzjoni tal-veloċità applikabbli, dwar il-possibiltajiet għas-sorveljanza tal-livelli tal-konsum, fi kwalunkwe proċedura applikabbli tal-ġestjoni tat-traffiku u l-impatt tagħhom fuq il-kwalità tas-servizz, dwar il-privatezza tal-utent finali u dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.’;

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2i (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Anness II – punt 2.5

Test fis-seħħ

Emenda

(2i) Fl-Anness II, il-punt 2.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘2.5. Kundizzjonijiet ta’ kuntratt standard, inklużi kwalunkwe perjodu kuntrattwali minimu, terminazzjoni ta’ kuntratt u, proċeduri u ħlasijiet diretti relatati mal-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħrajn, jekk dan ikun rilevanti.

‘2.5. It-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kuntratt standard, inkluż kwalunkwe perjodu kuntrattwali minimu, il-kundizzjonijiet u kull imposta għat-terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt, il-proċeduri u ħlasijiet diretti relatati mal-bidla minn provditur għal ieħor u mal-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħrajn, jekk dan ikun rilevanti, u l-arranġamenti għal kumpens minħabba dewmien jew abbuż fil-bidla minn provditur għal ieħor.’

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 4

Ir-Regolament 531/2012

Artikolu 4a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-utenti finali individwali moqdija minn provditur tar-roaming li jagħmlu użu minn dan l-Artikolu jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, jagħmlu għażla deliberata u espliċita li jirrinunzjaw il-benefiċċju tal-applikazzjoni għal servizzi tar-roaming regolati tar-rata applikabbli tas-servizz domestiku f'pakkett partikolari għall-konsumaturi bi skambju għal vantaġġi oħra li joffri dak il-provditur. Il-provditur tar-roaming għandu jfakkar lil dawk l-utent finali bin-natura tal-vantaġġi tar-roaming li b'hekk jintilfu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw b'mod partikolari jekk il-provdituri tar-roaming li qed jużaw dan l-Artikolu humiex jieħdu sehem fi prattiki kummerċjali li jfissru evitazzjoni tar-reġim prestabbilit.

imħassar

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 4a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 7 – paragrafi 1 u 2

Test fis-seħħ

Emenda

(4a) Fl-Artikolu 7, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

‘1. It-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ operatur ta’ netwerk miżjur jista' jimponi fuq fornitur tar-roaming ta’ klijent għall-provvediment ta’ telefonata roaming regolata li toriġina minn dak in-netwerk miżjur, bl-inklużjoni, inter alia, tal-ispejjeż tal-oriġini, tat-tranżitu, u tat-tmiem, ma għandhiex tkun iktar minn EUR 0,14 kull minuta mill- 1 ta’ Lulju 2012.

‘1. It-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ operatur ta’ netwerk miżjur jista' jimponi fuq fornitur tar-roaming ta’ klijent għall-provvediment ta’ telefonata roaming regolata li toriġina minn dak in-netwerk miżjur, bl-inklużjoni, inter alia, tal-ispejjeż tal-oriġini, tat-tranżitu, u tat-tmiem, ma għandhiex tkun iktar minn EUR 0,05 kull minuta mill- 1 ta’ Lulju 2014.

2. It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ 12-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar bħal dan li jifdal qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta’ tariffa medja bl-ingrossa massima kif previst f'dan il-paragrafu jew qabel it- 30 ta’ Ġunju 2022. It-tariffa medja bl-ingrossa massima għandha tonqos għal EUR 0,10 fl-1 ta' Lulju 2013 u għal EUR 0,05 fl-1 ta’ Lulju 2014 rispettivament u għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, tibqa' EUR 0,05 sat-30 ta' Ġunju 2022.

2. It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ 12-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar bħal dan li jifdal qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta’ tariffa medja bl-ingrossa massima kif previst f'dan il-paragrafu jew qabel it-30 ta’ Ġunju 2022. It-tariffa medja bl-ingrossa massima għandha tonqos għal EUR 0.01 fl-1 ta’ Lulju 2016 u għandha tibqa’ sat-30 ta’ Ġunju 2022.”

2a. Ir-rati ta’ terminazzjoni mobbli għal sejħiet bil-vuċi tar-roaming ma għandhomx jeċċedu EUR 0,005 mill-1 ta’ Lulju 2016, u għadhom jibqgħu sat-30 ta’ Ġunju 2022.

Ġustifikazzjoni

F’mumru ta’ Stati Membri l-prezz domestiku medju huwa anqas minn EUR 0,05. Li l-prezzijiet wholesale għar-roaming bil-vuċi jinżammu fil-livell attwali – EUR 0,05 wara 1/07/2016, meta l-operaturi jkollhom l-obbligu li jimponu miżati fuq il-klijenti tar-roaming bl-istess mod bħal dawk domestiċi, joħloq distorsjonijiet serji fis-suq. Għaldaqstant il-prezzijiet wholesale għar-roaming bil-vuċi għandhom jitnaqqsu aktar ħalli tkun permessa kompetizzjoni akbar.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 4b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

‘Artikolu 7a

It-tneħħija tal-miżati tar-roaming tal-konsumaturi

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2016, il-provdituri tar-roaming ma għandhom jimponu l-ebda soprataxxa meta mqabbla mal-miżati għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fil-livell nazzjonali fuq il-klijenti tar-roaming għall-ebda telefonata rregolata tar-roaming magħmula jew riċevuta, għall-ebda messaġġ SMS irregolat tar-roaming li jintbagħat jew għall-ebda servizz tar-roaming użat ta’ dejta rregolata, mingħajr ħsara għall-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta’ użu anomalu jew frawdolenti.’

Ġustifikazzjoni

Għandhom ikunu aboliti soprataxxi fuq roaming bil-vuċi, SMS jew ta’ dejta. Wara li gradwalment jitnaqqsu l-limiti, l-operatur tal-telekomunikazzjoni jista’ jimponi miżati għas-servizzi tar-roaming u l-kunsumaturi jkunu permessi jagħmlu roaming daqslikieku qegħdin id-dar. Dan l-obbligu fuq l-operaturi m’għandux jidħol fis-seħħ qabel l-1 ta’ Lulju 2016 sabiex ma jostakolax il-prinċipji taċ-ċertezza legali. Qabel l-1 ta’ Lulju 2014 il-prezzijiet wholesale għandhom jitnaqqsu aktar u r-rati ta’ terminazzjoni mobbli għandhom ikunu armonizzati sabiex l-operaturi kollha tat-telekomunikazzjoni fl-UE jkollhom kundizzjonijiet ekwi.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 5a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(5a) L-Artikolu 12(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

‘1. B'seħħ mill- 1 ta’ Lulju 2012, it-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk miżjur jista' jitlob lill-fornitur domestiku ta’ klijent roaming għall-forniment ta’ servizzi regolati tar-roaming tad-data permezz ta’ dak in-netwerk miżjur, ma għandhiex taqbeż limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 0,25 għal kull megabyte ta’ data trasmessa. Il-limitu ta’ salvagwardja għandu jonqos għal EUR 0,15 għal kull megabyte ta’ data trasmessa fl-1 ta' Lulju 2013 u għal EUR 0,05 għal kull megabyte ta’ data trasmessa fl-1 ta' Lulju 2014 u għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, jibqa' EUR 0,05 għal kull megabyte ta' data trasmessa sat-30 ta' Ġunju 2022.

‘1. B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2013, it-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk miżjur jista’ jitlob lill-fornitur domestiku ta’ klijent roaming għall-forniment ta’ servizzi regolati tar-roaming tad-data permezz ta’ dak in-netwerk miżjur, ma għandhiex taqbeż limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 0.15 għal kull megabyte ta’ data trażmessa. Il-limitu ta’ salvagwardja għandu jonqos għal EUR 0,05 għal kull megabyte ta’ data trażmessa fl-1 ta’ Lulju 2014 u għal EUR 0,0050 kull megabyte ta’ dejta trażmessa fl-1 ta’ Lulju 2015 u għandu jibqa’ EUR 0.0050 għal kull megabyte ta’ data trażmessa sat-30 ta’ Ġunju 2022.”

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 8

Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-Artikolu 19 hu emendat kif ġej:

imħassar

(a) Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i) l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta' dan ir-Regolament u, wara konsultazzjoni pubblika, għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016.

(ii) il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:

(g) sa liema punt l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali previsti fl-Artikoli 3 u 4 u tar-reġim alternattiv previsti fl-Artikolu 4a tat riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għal servizzi tar-roaming sakemm ma jkunx hemm differenza effettiva bejn it-tariffi tar-roaming u dawk domestiċi;

(iii) jiddaħħal il-punt (i) li ġej:

'(i) il-punt, jekk hemm, sa fejn l-evoluzzjoni tal-prezzijiet domestiċi għall-konsumatur hija osservabilment effettwata mill-applikazzjoni mill-provdituri tar-roaming tar-rata domestika tas-servizz sew li-servizzi domestiċi sew lil servizzi tar-romaing regolati madwar l-Unjoni.

(b) Il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

(i) l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

Jekk ir-rapport juri li l-alternattivi tat-tariffi, li fihom ir-rati tas-servizz domestiku japplikaw kemm għas-servizzi domestiċi kif ukoll għas-servizzi tar-roaming regolati, ma jkunux provduti f'kull pakkett għall-konsumaturi għal użu raġonevoli minn għallinqas provditur tar-roaming wieħed f'kull Stat Membru, jew li l-offerti mill-provdituri alternattivi tar-roaming ma jkunux jagħmlu t-tariffi tar-roaming għall-konsumaturi sostanzjalment ewkivalenti, aċċessibbli faċilment għall-konsumaturi madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni sal-istess data għandha tagħmel proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tindirizza s-sitwazzjoni u għandha tiżgura li mhemm l-ebda differenza bejn it-tariffi nazzjonali u dawk tar-roaming fis-suq intern.

(ii) il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

(d) biex jinbidel it-tul taż-żmien jew jonqos il-livell massimu ta' imposti massimi previst fl-Artikoli 7, 9 u 12 bil-ħsieb li tiġi rinfurzata l-kapaċità ta' kull provditur tar-roaming biex fil-pakketti rispettivi tiegħu għall-konsumaturi għal użu raġonevoli jagħmel disponibbli alternattivi tat-tariffi li fihoom ir-rata applikabbli tas-servizz domestiku tapplika kemm għas-servizzi domestiċi kif ukoll għas-servizzi tar-roaming regolati, daqslikieku dawn tal-aħħar kienu kkunsmati fin-netwerk domestiku.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt 8a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 19

Test fis-seħħ

Emenda

(8a) L-Artikolu 19 jinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikolu 19

“L-Artikolu 19

Evalwazzjoni

Evalwazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tirrivedi kif jiffunzjona dan ir-Regolament u, wara konsultazzjoni pubblika, għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar mit-30 ta’ Ġunju 2016. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari jekk l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament intlaħqux. Waqt li tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tirrevedi, inter alia:

1. Il-Kummissjoni għandha tirrivedi kif jiffunzjona dan ir-Regolament u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont il-paragrafi 2 sa 6.

1a. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2015, wara konsultazzjoni pubblika, tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk għandux jinbidel it-tul ta’ żmien jew jiġi revedut il-livell massimu tat-tariffa bl-imnut prevista fl-Artikoli 7, 9 u 12. Il-Kummissjoni għandha wkoll,wara konsultazzjoni mal-BEREC, tagħmel proposta leġiżlattiva xierqa sabiex jiġu armonizzati r-rati ta’ terminazzjoni mobbli fl-Unjoni kollha sal-31 ta’ Diċembru 2015.

1b. Il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta’ Ġunju 2016, wara konsultazzjoni pubblika, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar, fost l-oħrajn:

(a) jekk il-kompetizzjoni tkunx żviluppata biżżejjed sabiex tiġġustifika l-iskadenza tat-tariffi massimi bl-imnut;

(a) jekk il-kompetizzjoni tkunx żviluppata biżżejjed sabiex tiġġustifika l-iskadenza tat-tariffi massimi bl-imnut;

(b) jekk il-kompetizzjoni hux se tkun biżżejjed biex jitneħħew it-tariffi massimi bl-ingrossa;

(b) jekk il-kompetizzjoni hux se tkun biżżejjed biex jitneħħew it-tariffi massimi bl-ingrossa;

(c) l-iżviluppi u t-tendenzi mistennija tal-futur fit-tariffi bl-ingrossa u bl-imnut għall-forniment lil konsumaturi tar-roaming b’servizzi ta’ vuċi, SMS u komunikazzjoni tad-data, meta mqabbla mat-tariffi għal servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fil-livell domestiku fl-Istati Membri, kemm għall-konsumaturi li jħallsu minn qabel kif ukoll dawk li jħallsu wara separatament, u fil-kwalità u l-ħeffa ta’ dawn is-servizzi;

(d) id-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi, inklużi dawk li huma alternattiva għas-servizzi tar-roaming tat-telefonati bil-vuċi, tal-SMS, u tad-dejta, b’mod partikolari meta wieħed iqis l-iżviluppi teknoloġiċi;

(e) il-livell sa fejn il-konsumatur ikun ibbenfika permezz tat-tnaqqis reali fil-prezz għas-servizzi tar-roaming u l-varjetà ta’ tariffi u prodotti li huma disponibbli lill-konsumaturi b’tendenzi ta’ telefonati differenti, u d-differenza bejn tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali, inkluż id-disponibbiltà ta’ offerti li jipprovdu tariffa waħda għal servizzi nazzjonali u tar-roaming;

(e) il-livell sa fejn il-konsumatur ikun ibbenfika permezz tat-tnaqqis reali fil-prezz għas-servizzi tar-roaming u l-varjetà ta’ tariffi u prodotti li huma disponibbli lill-konsumaturi b’tendenzi ta’ telefonati differenti, u d-differenza bejn tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali, inkluż id-disponibbiltà ta’ offerti li jipprovdu tariffa waħda għal servizzi nazzjonali u tar-roaming;

(f) il-grad ta’ kompetizzjoni kemm fis-suq bl-imnut u kemm f’dak bl-ingrossa, b’mod partikolari, is-sitwazzjoni kompetittiva ta’ operaturi iżgħar, indipendenti jew li għadhom kemm bdew, inklużi l-effetti fuq il-kompetizzjoni ta’ ftehimiet kummerċjali u l-grad ta’ interkonnessjoni bejn l-operaturi;

(f) il-grad ta’ kompetizzjoni kemm fis-suq bl-imnut u kemm f’dak bl-ingrossa, b’mod partikolari, is-sitwazzjoni kompetittiva ta’ operaturi iżgħar, indipendenti jew li għadhom kemm bdew, inklużi l-effetti fuq il-kompetizzjoni ta’ ftehimiet kummerċjali u l-grad ta’ interkonnessjoni bejn l-operaturi;

(g) kemm l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali previsti fl-Artikoli 3 u 4 pproduċiet riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għal servizzi tar-roaming sa tali punt li d-differenza bejn it-tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali qed toqrob lejn iż-żero;

(g) kemm l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali previsti fl-Artikoli 3 u 4 pproduċiet riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għal servizzi tar-roaming sa tali punt li d-differenza bejn it-tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali qed toqrob lejn iż-żero;

(h) kemm il-livell ta’ tariffi massimi bl-ingrossa u bl-imnut pprovda salvagwardji adegwati kontra prezzijiet eċċessivi għall-konsumaturi waqt li ppermetta l-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming.

(h) kemm il-livell ta’ tariffi massimi bl-ingrossa u bl-imnut pprovda salvagwardji adegwati kontra prezzijiet eċċessivi għall-konsumaturi waqt li ppermetta l-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming.

2. Jekk ir-rapport juri li l-miżuri strutturali previsti b'dan ir-Regolament ma kinux suffiċjenti biex jippromwovu l-kompetizzjoni fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming għall-benefiċċju tal-konsumaturi Ewropej kollha jew li d-differenzi bejn it-tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali mhux qed joqorbu lejn iż-żero, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata u b'hekk jinħoloq suq intern għas-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli, bl-għan aħħari li ma jkunx hemm differenzi bejn tariffi nazzjonali u dawk tar-roaming. Il-Kummissjoni għandha tevalwa, b’mod partikolari, jekk hux meħtieġ:

2. Jekk ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 juri li hemm ħtieġa li jinbidel it-tul ta’ żmien jew jiġi rivedut il-livell tal-miżati massimi tal-operaturi, sal-31 ta’ Diċembru 2015, u wara konsultazzjoni mal-BEREC, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata.

(a) li jiġu stabbiliti miżuri tekniċi u strutturali addizzjonali;

Jekk ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 3, juri li l-miżuri strutturali previsti b’dan ir-Regolament ma kinux suffiċjenti biex jippromwovu l-kompetizzjoni fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming għall-benefiċċju tal-konsumaturi Ewropej kollha jew li d-differenzi bejn it-tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali mhux qed joqorbu lejn iż-żero, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2015, tagħmel proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata u b’hekk jinħoloq suq intern għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli, bl-għan aħħari li ma jkunx hemm differenzi bejn tariffi nazzjonali u dawk tar-roaming.

(b) li tiġi modifikata l-miżura strutturali;

(c) li jiġi estiż it-tul ta' żmien u possibbilment jiġi rivedut il-livell tat-tariffi bl-imnut massimi previsti fl-Artikoli 8, 10 u 13;

(d) li jinbidel it-tul ta' żmien jew possibbilment jiġi rivedut il-livell tat-tariffi bl-ingrossa massimi previsti fl-Artikoli 7, 9 u 12;

(e) li jiġi introdott kwalunkwe rekwiżit ieħor meħtieġ, inkluż in-nuqqas ta' differenzi bejn it-tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali.

3. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sentejn wara r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. Kull rapport, għandu jinkludi sommarju tal-monitoraġġ tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming fl-Unjoni u valutazzjoni tal-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, inkluż permezz ta’ referenza għall-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

3. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sentejn wara r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. Kull rapport, għandu jinkludi sommarju tal-monitoraġġ tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming fl-Unjoni u valutazzjoni tal-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, inkluż permezz ta’ referenza għall-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.

4. Sabiex jiġu vvalutati l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming tal-Unjoni kollha, il-BEREC għandu jiġbor data fuq bażi regolari mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-iżvilupp ta’ tariffi bl-imnut u bl-ingrossa għal servizzi tar-roaming ta’ telefonati bil-vuċi, ta’ SMS u ta’ dejta. Din id-dejta għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, tal-anqas darbtejn fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tippubblikaha.

Il-BEREC għandu wkoll ta’ kull sena jiġbor informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar it-trasparenza u l-komparabbiltà ta’ tariffi differenti offruti mill-operaturi lill-konsumaturi tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din id-data u dawn is-sejbiet.'

Il-BEREC għandu wkoll ta’ kull sena jiġbor informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar it-trasparenza u l-komparabbiltà ta’ tariffi differenti offruti mill-operaturi lill-konsumaturi tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din id-data u dawn is-sejbiet.'

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madanakollul, l-Artikoli 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29 u 30 għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2016.

imħassar

PROĊEDURA

Titolu

Suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika

Referenzi

COM(2013)0627 – C7-0267/2013 – 2013/0309(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.9.2013

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

12.9.2013

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

21.11.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Malcolm Harbour

25.9.2013

Eżami fil-kumitat

17.10.2013

4.11.2013

27.11.2013

9.1.2014

22.1.2014

Data tal-adozzjoni

23.1.2014

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Claudette Abela Baldacchino, Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Preslav Borissov, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Christian Engström, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Eduard-Raul Hellvig, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Franz Obermayr, Sirpa Pietikäinen, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Andreas Schwab, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, María Irigoyen Pérez, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Tadeusz Ross, Marc Tarabella, Patricia van der Kammen, Sabine Verheyen, Josef Weidenholzer

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vital Moreira, Oreste Rossi

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (23.1.2014)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012
(COM(2013)0627 – C7-0267/2013 – 2013/0309(COD))(COD))

Rapporteur: François Alfonsi

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal Regolament għal suq uniku Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika hija l-qofol ta’ għaxar snin ta’ interventi leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea biex bl-għan li l-individwi u n-negozji jkollhom aċċess għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika mingħajr restrizzjonijiet u b’inqas spejjeż. L-Unjoni Ewropea hija maqsuma fi 28 suq nazzjonali separat, li jvarjaw f’termini ta’ awtorizzazzjoni, kundizzjonijiet regolatorji, assenjazzjoni ta’ frekwenzi u protezzjoni tal-konsumaturi. Din il-frammentazzjoni għandha impatt negattiv. B’mod partikolari, dan ifixkel l-iżvilupp ta' servizzi transkonfinali, jiġġenera prezzijiet għoljin għal sejħiet bejn pajjiżi membri tal-Unjoni u jirriżulta f’nuqqas ta' użu tal- kapaċitajiet tan-netwerks eżistenti. L-impatt tas-sitwazzjoni attwali huwa xorta negattiv għall-kompetittività u l-impjieg, speċjalment fis-setturi fejn it-titjib tal-kompetittività huwa bbażat fuq il-konnetività u l-forniment ta’ servizzi integrati: loġistika, servizzi bankarji, trasport, enerġija, bejgħ bl-imnut, saħħa, eċċ.

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jiġġudika b’mod pożittiv l-impatt ta’ din il-proposta għal Regolament għall-iżvilupp tar-reġjuni tal-fruntiera u għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni territorjali transkonfinali.

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jenfasizza li l-Fondi Strutturali Ewropej diġà għandhom rwol ewlieni fil-finanzjament tal-Aġenda Diġitali Ewropea. F’din il-perspettiva, jikkunsidra b’mod pożittiv l-impatt ta’ din il-proposta għal Regolament biex tistimula l-investimenti pubbliċi fil-qasam diġitali.

Il-Kummissjoni qed tipprepara ruħha biex taddotta, flimkien mal-proposta għal Regolament li huwa suġġett ta’ din ir-reviżjoni, rakkomandazzjoni li se timmira speċjalment biex "tinkoraġixxi l-investiment fil-broadband". Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jitlob li jiħi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ kopertura diġitali ġenerali għat-territorju Ewropew kollu, inklużi r-reġjuni periferiċi u insulari.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jitlob lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jikkunsidra l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Kif enfasizzat fl-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Parlament Ewropew, (Dipartiment B-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni) intitolat “Internet, Aġenda Diġitali u Żvilupp Ekonomiku għar-Reġjuni Ewropej”, (minn issa 'l quddiem "l-istudju"), kuntest reġjonali favorevoli f’termini ta’ aċċettazjoni u ta’ riċeviment tal-ICT u tal-iżvilupp tas-soċjetà tal-informatika, huwa fattur importanti, jew anke deċiżiv, minħabba li l-livell reġjonali huwa wieħed privileġjat għall-iżvilupp tad-domanda fil-qasam tal-ICT.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b) Jekk għandu jkun stabbilit suq uniku Ewropew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u jekk għandha tissaħħaħ il-koeżjoni territorjali u soċjali, il-prijorità ta' investiment (2)(a) stipulata fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru. 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, għandu jiġi implimentat bil-għan li jitjieb l-aċċess għall-broadband u għan-netwerks b'veloċità għolja u bl-appoġġ għall-użu ta' teknoloġiji ġodda u netwerks fl-ekonomija diġitali u r-reġjuni Ewropej kollha għandu jkollhom il-possibilità li jwettqu investiment f'dan il-qasam, kif speċifikat fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament.

__________

1a Regolament (UE) Nru 1301/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-mira Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4c) L-investimenti fl-infrastrutturi l-aktar reċenti, li huma indispensabbli jekk iċ-ċittadini fl-Unjoni ikunu jistgħu jibbenefikaw minn servizzi ġodda innovattivi, m’għandhomx ikunu limitat għaż-żoni ċentrali jew b'densità kbira ta' popolazzjoni fejn iġibu profitt faċli. Dawn għandhom ikunu estiżi wkoll, fl-istess ħin, għar-reġjuni periferiċi u r-reġjuni ultraperiferiċi, b'densità inqas ta' popolazzjoni u inqas żviluppati, biex dawn ir-reġjuni ma jkomplux jaqgħu aktar lura.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4d) Kif ġie nnutat fl-istudju msemmi hawn fuq, il-livell reġjonali hu rilevanti biex jiġu identifikati l-opportunitajiet offruti mis-Soċjetà tal-Informatika u biex jitwettqu programmi maħsuba biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp tagħha. Dan l-istudju jindika wkoll li l-interazzjoni bejn il-livelli differenti ta’ governanza għandha potenzjal kbir ta’ tkabbir. L-approċċi minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq għandhom jingħaqdu, jew għall-inqas jiġu żviluppati b’mod parallel, biex jintlaħaq l-għan tal-ħolqien ta’ suq diġitali komuni.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-ispettru tar-radju hu ġid pubbliku u riżors essenzjali għas-suq intern għal komunikazzjoni mobbli, broadband bla wajers u bis-satellita fl-Unjoni. L-iżvilupp tal-komunikazzjoni broadband bla wajers tgħin fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u b'mod partikolari fl-għan li jkun żgurat aċċess għall-broadband b'veloċità ta’ mhux inqas minn 30 Mbps sal-2020 għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u li l-Unjoni jkollha provdiment ta' broadband bl-ogħla veloċità u kapaċità possibbli. Madankollu, reġjuni globali kbar oħrajn — l-Amerika ta’ Fuq, l-Afrika u partijiet mill-Asja — qabżuha lill-Unjoni fejn jidħlu l-varar u l-penetrazzjoni ta’ teknoloġiji broadband bla wajers tal-aħħar ġenerazzjoni li hemm bżonn biex jintlaħqu dawk l-għanijiet strateġiċi. Il-proċess frammentat biex tingħata awtorizzazzjoni u biex tkun disponibbli banda taʼ 800 MHz għal komunikazzjoni broadband bla wajers, bʼaktar minn nofs l-Istati Membri jitolbu deroga jew inkella ma jirnexxilhomx jagħmlu dan sal-iskadenza stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (RSPP), jixhed l-urġenza taʼ azzjoni anke fit-terminu tal-RSPP attwali. Il-miżuri tal-Unjoni biex tarmonizza l-kundizzjonijiet tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju għal komunikazzjoni broadband bla wajers skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma kinux biżżejjed biex jindirizzaw din il-problema.

(17) L-ispettru tar-radju hu ġid pubbliku u riżors essenzjali għas-suq intern għal komunikazzjoni mobbli, broadband bla wajers u bis-satellita fl-Unjoni. L-iżvilupp tal-komunikazzjoni broadband bla wajers tgħin fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u b’mod partikolari fl-għan li jkun żgurat aċċess għall-broadband b’veloċità ta’ mhux inqas minn 30 Mbps sal-2020 għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, irrispettivament mill-post ta’ residenza tagħhom, u li l-Unjoni jkollha provdiment ta’ broadband bl-ogħla veloċità u kapaċità possibbli. Madankollu, reġjuni globali kbar oħrajn — l-Amerika ta’ Fuq, l-Afrika u partijiet mill-Asja — qabżuha lill-Unjoni fejn jidħlu l-varar u l-penetrazzjoni ta’ teknoloġiji broadband bla wajers tal-aħħar ġenerazzjoni li hemm bżonn biex jintlaħqu dawk l-għanijiet strateġiċi. Il-proċess frammentat biex tingħata awtorizzazzjoni u biex tkun disponibbli banda taʼ 800 MHz għal komunikazzjoni broadband bla wajers, bʼaktar minn nofs l-Istati Membri jitolbu deroga jew inkella ma jirnexxilhomx jagħmlu dan sal-iskadenza stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (RSPP), jixhed l-urġenza taʼ azzjoni anke fit-terminu tal-RSPP attwali. Il-miżuri tal-Unjoni biex tarmonizza l-kundizzjonijiet tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju għal komunikazzjoni broadband bla wajers skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma kinux biżżejjed biex jindirizzaw din il-problema.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27a) Għandhom jittieħdu passi ukoll biex titjieb is-sigurtà tad-dejta għall-utenti finali li jużaw il-punti ta' aċċess WLAN, sabiex tikber il-fiduċja tal-konsumaturi u biex jitrawwen l-iżvilupp tal-infrastruttura ta' broadband mingħajr wajers.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) It-tlestija tas-suq uniku għall-komunikazzjoni elettronika teħtieġ ukoll it-tneħħija tal-ostakli għall-utenti finali biex jiksbu servizzi tal-komunikazzjoni elettronika madwar l-Unjoni kollha. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi ma għandhomx joħolqu jew iżommu ostakli għal xiri transfruntieri ta’ servizzi bħal dawn. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx iċaħħdu jew jillimitaw l-aċċess jew jiddiskriminaw kontra l-utenti finali abbażi tan-nazzjonalità tagħhom jew l-Istat Membru ta’ residenza. Madankollu, id-differenzjazzjoni għandha tkun tista' ssir skont differenzi ġustifikati oġġettivament fl-ispejjeż, ir-riskji u l-kundizzjonijiet tas-suq bħalma huma l-varjazzjonijiet fid-domanda u l-prezzijiet tal-kompetituri.

(43) It-tlestija tas-suq uniku għall-komunikazzjoni elettronika teħtieġ ukoll it-tneħħija tal-ostakli għall-utenti finali biex jiksbu servizzi tal-komunikazzjoni elettronika madwar l-Unjoni kollha. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi ma għandhomx joħolqu jew iżommu ostakli għal xiri transfruntieri ta’ servizzi bħal dawn. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx iċaħħdu jew jillimitaw l-aċċess jew jiddiskriminaw kontra l-utenti finali abbażi tan-nazzjonalità tagħhom jew l-Istat Membru ta’ residenza. Madankollu, id-differenzjazzjoni għandha tkun tista’ ssir skont differenzi ġustifikati oġġettivament fl-ispejjeż, ir-riskji u l-kundizzjonijiet tas-suq bħalma huma l-varjazzjonijiet fid-domanda u l-prezzijiet tal-kompetituri, filwaqt li tiżgura kopertua fuq it-territorju kollu Ewropew, inkluż f'reġjuni b'densità ta' popolazzjoni aktar baxxa, f'reġjuni mbiegħda u anqas żviluppati.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 44a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44a) Id-distanza, l-insularità, id-densità baxxa tal-popolazzjoni, id-domanda skarsa għal servizzi u l-eżistenza ta' żoni ta' roaming li huma fatturi komuni f'partijiet differenti tal-Ewropa, b'mod partikolari r-reġjuni ultraperiferiċi, ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala kriterji oġġettivi li jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta' tariffi ogħla mill-provdituri ta' kommunikazzjoni elettronika fissa jew ċellulari.

Ġustifikazzjoni

Is-suq Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika li għandu l-għan li jistabbilixxi r-regolament għandu jiggarantixxi li l-konsumaturi kollha tal-UE jkollhom tariffi identiċi u aċċess mhux diskriminatorju għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika. Għal din ir-raġuni d-distanza, l-insularità, id-densità baxxa tal-popolazzjoni, id-domanda skarsa għal servizzi u l-eżistenza ta' żoni roaming fi ħdan il-pajjiżi individwali ma jiġġustifikawx l-applikazzjoni ta' tariffi ogħla.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49) L-utenti finali qed juru domanda wkoll għal servizzi u applikazzjonijiet li jeħtieġu livell aħjar ta’ kwalità tas-servizzi li joffru l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi. Dawn is-servizzi, fost l-oħrajn, jistgħu jinkludu xandir bil-Protokoll tal-Internet (IP-TV), mezzi ta' vidjokonferenza u ċerti applikazzjonijiet tas-saħħa. Għalhekk l-utenti finali għandhom ukoll ikunu liberi biex jikkonkludu ftehimiet dwar il-provdiment ta’ servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi aħjar ma’ provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew ma’ provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi.

(49) L-utenti finali qed juru domanda wkoll għal servizzi u applikazzjonijiet li jeħtieġu livell aħjar ta’ kwalità tas-servizzi li joffru l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi. Dawn is-servizzi, fost l-oħrajn, jistgħu jinkludu xandir bil-Protokoll tal-Internet (IP-TV), mezzi ta' vidjokonferenza u ċerti applikazzjonijiet tas-saħħa. Għalhekk l-utenti finali għandhom ukoll ikunu liberi biex jikkonkludu ftehimiet dwar il-provdiment ta’ servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi aħjar ma’ provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew ma’ provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi. Il-provdiment ta’ dawn is-servizzi speċjalizzati ma għandux idgħajjef il-kwalità ġenerali tas-servizzi tal-aċċess għall-internet. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku ma għandhomx jiġu applikati b’tali mod li joħolqu diskriminazzjoni kontra servizzi speċjalizzati li jikkompetu ma’ dawk offruti mill-provditur tal-aċċess għall-internet direttament jew fi sħubija ma intrapriżi oħra għajr jekk tkun teżisti ġustifikazzjoni oġġettiva.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 73

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(73) Il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar ir-roaming jistgħu jippermettu operatur tat-telefonija mobbli li jittratta r-roaming mill-klijenti domestiċi tiegħu bin-netwerks ta' msieħba, bħala li, sa ċertu livell sinifikanti, ikun ekwivalenti għall-provdiment ta' servizzi lil dawn il-klijenti bin-netwerks tiegħu, b'effetti konsegwenzjali fuq il-prezzijiet tiegħu għall-konsumaturi għal din il-kopertura virtwali fuq in-netwerk proprju madwar l-Unjoni. Arranġament bħal dan fil-livell tal-operaturi jista’ jippermetti l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda tar-roaming u għalhekk iżid l-għażla u l-kompetizzjoni fil-livell tal-konsumaturi.

(73) Il-ftehimiet kummerċjali jew tekniċi dwar ir-roaming jistgħu jippermettu operatur tat-telefonija mobbli li jittratta r-roaming mill-klijenti domestiċi tiegħu bin-netwerks ta msieħba, bħala li, sa ċertu livell sinifikanti, ikun ekwivalenti għall-provdiment ta servizzi lil dawn il-klijenti bin-netwerks tiegħu, beffetti konsegwenzjali fuq il-prezzijiet tiegħu għall-konsumaturi għal din il-kopertura virtwali fuq in-netwerk proprju madwar l-Unjoni. Arranġament bħal dan fil-livell tal-operaturi jista’ jippermetti l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda tar-roaming u għalhekk iżid l-għażla u l-kompetizzjoni fil-livell tal-konsumaturi.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) L-Istati Membri u l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jieħdu passi biex jiggarantixxu li ma ssirx diskriminazzjoni fl-applikazzjoni tat-tariffi, l-użu tan-netwerks ta' komunikazjoni elettroniċi pubbliċi, kif ukoll l-aċċess tal-pubbliku għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika madwar l-Unjoni.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) jitħeġġu l-investiment u l-innovazzjoni f'infrastrutturi ġodda u msaħħa ta' kapaċità għolja li jilħqu l-Unjoni kollha u li jistgħu jaqdu d-domanda tal-utenti finali li dejjem tevolvi;

c) jitħeġġu l-investiment u l-innovazzjoni f'infrastrutturi ġodda u msaħħa ta' kapaċità għolja li jilħqu l-Unjoni kollha u li jistgħu jaqdu d-domanda tal-utenti finali li dejjem tevolvi, partikolarment fir-reġjuni b'densità iktar baxxa ta' popolazzjoni, ir-reġjuni periferiċi u dawk ultraperiferiċi;

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu d-dritt li jipprovdi netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha u li jeżerċita d-drittijiet relatati mal-provdiment ta' dawn in-netwerks u s-servizzi f'kull Stat Membru fejn jopera skont awtorizzazzjoni unika tal-UE li hi soġġetta biss għar-rekwiżiti ta' notifika previsti fl-Artikolu 4.

1. Kwalunkwe provditur tal-komunikazzjoni elettronika stabbilit fl-Unjoni għandu d-dritt li jipprovdi netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha u li jeżerċita d-drittijiet relatati mal-provdiment ta dawn in-netwerks u s-servizzi f'kull Stat Membru fejn jopera.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom skont ftehimiet internazzjonali rilevanti, inklużi r-Regolamenti dwar ir-Radju ITU, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li l-użu tal-ispettru tar-radju ikun organizzat fit-territorju tagħhom, u b'mod partikolari għandhom jieħdu l-miżuri kollha għall-allokazzjoni u l-assenjament tal-ispettru tar-radju, sabiex ebda Stat Membru ieħor ma jinżamm milli jippermetti fit-territorju tiegħu l-użu tal-banda armonizzata speċifika skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom skont ftehimiet internazzjonali rilevanti, inklużi r-Regolamenti dwar ir-Radju ITU, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw, bil-ħsieb partikolarment li jiżguraw l-implimentazzjoni tal-Artikolu 12, li l-użu tal-ispettru tar-radju jkun organizzat fit-territorju tagħhom, u b'mod partikolari għandhom jieħdu l-miżuri kollha għall-allokazzjoni u l-assenjament tal-ispettru tar-radju, sabiex ebda Stat Membru ieħor ma jinżamm milli jippermetti fit-territorju tiegħu l-użu tal-band armonizzata speċifika għal komunikazzjonijiet fuq broadband mingħajr wajers skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru kkonċernat jista' jistieden lill-Grupp tal-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju biex juża s-servizzi tiegħu biex jassisti lilu u lil kwalunkwe Stat Membru ieħor ħalli jikkonformaw ma' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex tiżgura li r-riżultati kordinati jirrispettaw ir-rekwiżit ta' aċċess ekwu għall-ispettru tar-radju fost l-Istati Membri rilevanti, sabiex tissolva kull inkonsistenza prattika bejn riżultati kordinati distinti fost Stati Membri differenti, jew biex tiżgura l-infurzar ta' soluzzjonijiet kordinati skont il-liġi tal-Unjoni.

Kull Stat Membru kkonċernat jista' jistieden lill-Grupp tal-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju biex juża s-servizzi tiegħu biex jassisti lilu u lil kwalunkwe Stat Membru ieħor ħalli jikkonformaw mal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx japplikaw rekwiżiti diskriminatorji jew kundizzjoni tal-aċċess jew l-użu lill-utenti finali abbażi tan-nazzjonalità jew il-post ta' residenza tal-utenti finali sakemm dawn id-differenzi ma jkunux ġustifikati oġġettivament.

2. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx japplikaw rekwiżiti diskriminatorji jew kundizzjoni tal-aċċess jew l-użu lill-utenti finali abbażi tan-nazzjonalità jew il-post ta residenza tal-utenti finali.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur iqis li t-terminu “ġustifikati oġġettivament” minħabba l-ambigwità tiegħu, jwitti t-triq għal dak li l-Artikolu huwa intiż li jipprevjeni, jiġifieri l-possibilità għall-fornituri ta’ servizzi ta’ kommunikazzjoni elettronika lill-pubbliku biex japplikaw rekwiżiti jew kundizzjonijiet t’aċċess diskriminatorji.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx japplikaw tariffi għal komunikazzjonijiet intra-Unjoni li jintemmu fi Stat Membru ieħor, sakemm dawn ma jkunux ġustifikati oġġettivament:

3. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx japplikaw tariffi għal komunikazzjonijiet intra-Unjoni li jintemmu fi Stat Membru ieħor:

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur iqis li t-terminu “ġustifikati oġġettivament” minħabba l-ambigwità tiegħu, jwitti t-triq għal dak li l-Artikolu huwa intiż li jipprevjeni, jiġifieri l-possibilità għall-fornituri ta’ servizzi ta’ kommunikazzjoni elettronika lill-pubbliku biex japplikaw rekwiżiti jew kundizzjonijiet t’aċċess diskriminatorji.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi speċjalizzati lill-utenti finali, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet flimkien ħalli jittrażmettu l-volumi jew it-traffiku tad-dejta relatati bħala servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi definita jew b’kapaċità dedikata. Il-provdiment ta’ dawn is-servizzi speċjalizzati ma għandux idgħajjef sostanzjalment il-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet.

Sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi speċjalizzati lill-utenti finali, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet flimkien ħalli jittrażmettu l-volumi jew it-traffiku tad-dejta relatati bħala servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi definita jew b’kapaċità dedikata. Il-provdiment ta’ dawn is-servizzi speċjalizzati bl-ebda mod m’għandu jaffettwa l-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, b'mod partikolari fl-oqsma remoti fejn il-wisa’ tal-banda hija iktar limitata.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur iqis li l-proposta attwali għal regolament għandha tevita l-konġestjoni tat-terminals tal-wisa’ tal-banda permezz tal-fornituri ta’ servizzi speċjaliżati, u dan b’mod ugwali fuq it-territorju kollu.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 23 - paragrafu 2 - subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-provdiment ta' servizzi speċjalizzati ma għandu bl-ebda mod iwassal għal kwalità inqas ta' aċċess għall-internet, speċjalment f'żoni periferiċi u f'żoni fit-Tramuntana b'densità baxxa ta' popolazzjoni fejn l-aċċess għall-internet u l-kwalità tal-internet spiss huma limitati.

Ġustifikazzjoni

Il-forzi tas-suq spiss jonqsu milli jassumu responsabilità għall-provdiment ta' aċċess għall-internet b'kapaċità għolja f'żoni remoti u b'densità baxxa ta' popolazzjoni. L-aċċess għall-internet huwa partikolarment importanti f'dawn iż-żoni minħabba l-ħtieġa biex jitnaqqas id-distakk bejn distanzi ġeografiċi kbar. L-aċċess għall-internet b'kapaċità għolja huwa kruċjali għar-reġjuni l-iktar imbiegħda fit-Tramuntana fejn permezz tat-turiżmu l-popolazzjoni tiżdied b'għoxrin darba tul partijiet mis-sena.

PROĊEDURA

Titolu

Suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika

Referenzi

COM(2013)0627 – C7-0267/2013 – 2013/0309(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.9.2013

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

12.9.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

François Alfonsi

24.9.2013

Data tal-adozzjoni

22.1.2014

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Francesca Barracciu, Catherine Bearder, Victor Boştinaru, Nikos Chrysogelos, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Iñaki Irazabalbeitia Fernández, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Constanze Angela Krehl, Vladimír Maňka, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Miroslav Mikolášik, Jens Nilsson, Younous Omarjee, Markus Pieper, Ovidiu Ioan Silaghi, Monika Smolková, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Justina Vitkauskaite Bernard, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maurice Ponga, Vilja Savisaar-Toomast, Elisabeth Schroedter, Richard Seeber, Peter Simon, Evžen Tošenovský, Derek Vaughan

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (23.1.2014)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012
(COM(2013)0627 – C7‑0267/2013 – 2013/0309(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Petra Kammerevert

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għandha effett sinifikanti fl-oqsma tal-ispettru tar-radju, l-infrastruttura tan-netwerk u n-newtralità tal-internet f'dak li huwa l-aċċess għall-kontenut, il-libertà tal-espressjoni, tal-informazzjoni u tal-midja kif ukoll il-pluraliżmu tal-kultura u l-midja b'mod ġenerali.

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-aħħar pakkett dwar it-telekomunikazzjoni fl-Istati Membri, din il-proposta hija prematura u tinjora r-riżultati li għad iridu jaslu tal-Grupp ta' Esperti mwaqqaf mill-Kummissjoni stess b'rabta mal-ispettru tar-radju.

Il-proposta ma ssolvix il-problema prinċipali, jiġifieri li jingħeleb in-nuqqas ta' inċentivi għall-investiment għall-bini ta' infrastruttura tan-netwerk reżiljenti. Hija inaċċettabbli x-xewqa li din il-problema tissolva permezz ta' intervent imġedded fl-ispettru tar-radju, għad-detriment tax-xandir u tal-mezzi ta' produzzjoni mingħajr wajers u li f'dal-proċess, il-kompetenzi tal-Istati Membri jiġu rilokati fil-livell tal-Unjoni.

L-ispettru tar-radju huwa ben pubbliku u huwa indispensabbli għat-twettiq ta' kompiti relatati mas-soċjetà, kif ukoll kulturali, soċjali u ekonomiċi. Bir-rieżami tal-2009 għall-qasam tat-telekomunikazzjoni, il-Kummissjoni ntrabtet li fil-qasam tal-ġestjoni tal-ispettru tar-radju tikkunsidra dawn l-aspetti b’mod ugwali u raġonevoli. Għaldaqstant, il-parametri tal-pakkett dwar it-telekomunikazzjoni jiffurmaw il-bażi għal kull politika dwar l-ispettru tar-radju fl-Unjoni Ewropea. Il-proposta preżenti ma tqis bl-ebda mod dan il-prinċipju.

L-ispettru tar-radju jservi biex jaqdi interessi pubbliċi differenti ħafna fl-Istati Membri. Fl-istess waqt għandu jitqies l-ammont kbir ta' karatteristiċi nazzjonali u reġjonali. Għalhekk l-Istati Membri għandu jibqa' jkollhom il-possibilità, li jorganizzaw l-ispettru tar-radju tagħhom. Dan jinkludi, apparti x-xandir terrestri, anke l-qasam tal-industrija kulturali u kreattiva.

Id-diskussjonijiet li bdew tal-utenti differenti tal-ispettru tar-radju b'rabta maż-żidiet fl-effiċjenza, kif ukoll l-iżvilupp ta' kunċetti komuni dwar l-użu u tagħmir terminali ġdid u inqas suxxettibbli għall-interferenzi, m'għandhomx jiġu ostakolati minn dispożizzjonijiet ġuridiċi ġodda.

L-internet joffri potenzjal enormi għall-iżvilupp tas-soċjetà u dak ekonomiku. Fl-istess waqt huma ta' importanza fundamentali l-karattru liberu u miftuħ tal-mezz, netwerk li kapaċi jiffunzjona u effiċjenti kif ukoll arkitettura inklużiva tan-netwerk li tippermetti lill-faxex kollha tal-popolazzjoni u lill-parteċipanti tas-suq ikollhom aċċess nondiskriminatorju għall-kontenut kollu kif ukoll possibilitajiet ta' parteċipazzjoni attiva. Is-salvagwardja ġuridika tan-newtralità tan-netwerk hija rekwiżit bażiku għall-isfruttar ta' dan il-potenzjal kif ukoll prekundizzjoni għall-garanzija ta' diversità u pluraliżmu. Minħabba l-karattru miftuħ u nondiskriminatorju tiegħu, l-internet wera li huwa mutur innovattiv għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku. In-newtralità tan-netwerk hija prerekwiżit indispensabbli għall-ugwaljanza fl-opportunità fil-qasam tal-komunikazzjoni, għas-salvagwardja tal-libertà tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni, kif ukoll għad-diversità kulturali u l-pluraliżmu fl-espressjoni u fil-midja. Għal dan il-għan, in-newtralità u l-ftuħ tan-netwerk jikkostitwixxu ben pubbliku, li għandu jiġi mħares u salvagwardjat u ma jistax jitħalla biss f'idejn is-setgħat tas-suq.

Għal din ir-raġuni, it-trattament ugwali bażiku tal-pakketti kollha tad-dejta, pakketti li ma jistgħux jiġu diskriminati abbażi tal-kontenut, is-servizz, l-applikazzjoni, l-oriġini jew il-fini, jirrappreżenta prerekwiżit fundamentali. Id-deċelerazzjoni, l-iżvantaġġar jew l-ibblukkar ta' kontenut, servizzi jew applikazzjoni għandhom jiġu pprojbiti u għandu jiġi eskluż il-kontroll tal-kontenut min-naħa tal-operatur tan-netwerk. Newtralità tan-netwerk 'light', kif proposta mill-Kummissjoni u li effettivament tannulla dan il-prinċipju bażiku, kieku tkun tfisser it-tmiem tan-newtralità tan-netwerk u l-istabbiliment ta' internet b'żewġ saffi.

Servizzi speċjalizzati jew ġestiti, skont il-każ, jistgħu jeżistu b'mod parallel mal-internet, sakemm dawn ikunu separati kompletament minnu, ma jillimitawx il-ftuħ tiegħu u kull wieħed minnhom ikollu l-possibilità li jikkollega mal-internet bi kwalità ta' servizz skont it-teknoloġija l-aktar moderna. Is-servizzi speċjalizzati ma jistgħux jiġi stabbiliti askapitu tal-iżvilupp ulterjuri tan-netwerks miftuħa, fatt li jispjega għalfejn il-ħolqien u l-eżistenza tagħhom għandhom jiġu rregolati b'mod strett.

L-ibblukkar ta' kontenut fin-netwerk miftuħ għandu jiġu rifjutat totalment. Il-proċedura "notice-and-takedown" uriet li hija ta' siwi anke fir-rigward ta' reati gravi.

Il-proposti tal-Kummissjoni jippermettu diskriminazzjoni tal-kontenut u prijoritizzazzjoni tat-traffiku tad-dejta li jmorru kontra dak li wieħed ġeneralment jifhem bil-kunċett ta' newtralità tan-netwerk. Dan joħloq t-tħassib li l-kompetizzjoni fis-swieq tal-komunikazzjoni elettronika probabbilment se tonqos, fatt li inevitabbilment se jaffettwa b'mod negattiv id-diversità tal-midja u tal-espressjoni fl-Ewropa.

Fir-rigward tal-forma ġuridika magħżula għar-Regolament, f'bosta partijiet din hija nieqsa minn ċarezza ġuridika suffiċjenti.

Li kieku l-Kummissjoni kellha tirtira l-proposta tagħha u toffri l-possibilità ta' diskussjonijiet suffiċjenti f'ambitu ta' proċedura ta' konsultazzjoni komuni, biex b'hekk abbażi ta' dan tiġi ppreżentata proposta ġdida u bilanċjata għat-twaqqif ta' suq intern tat-telekomunikazzjoni, kieku dan ikun partikolarment ta' min jilqgħu.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) F'suq uniku tal-komunikazzjoni elettronika bla intoppi, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika lil kull konsumatur fl-Unjoni u d-dritt ta' kull utent finali li jagħżel l-aqwa offerta disponibbli fis-suq għandhom ikunu żgurati u ma għandhomx jixxekklu bil-frammentazzjoni tas-swieq tul il-fruntieri nazzjonali. Il-qafas regolatorju attwali għall-komunikazzjoni elettronika ma jindirizzax bis-sħiħ din il-frammentazzjoni, b'reġimi tal-awtorizzazzjoni nazzjonali minflok reġimi tal-awtorizzazzjoni ġenerali mifruxin mal-Ewropa, bi skemi nazzjonali tal-assenjament tal-ispettru, bi prodotti tal-aċċess differenti disponibbli għall-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika fi Stati Membri differenti, u b'settijiet differenti ta' regoli tal-konsumatur speċifiċi għas-settur applikabbli. Ħafna drabi, ir-regoli tal-Unjoni sempliċement jiddefinixxu linja bażi u l-Istati Membri jimplimentawhom b'modi diverġenti.

(3) F'suq uniku tal-komunikazzjoni elettronika bla intoppi, il-possibilità ta' kull individwu li jkollu aċċess għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, il-libertà li jiġu pprovduti dawn in-netwerks u servizzi u d-dritt ta' kull utent finali li jagħżel l-aqwa offerta disponibbli fis-suq għandhom ikunu żgurati u bbażati fuq il-kompetizzjoni ġusta u ma għandhomx jixxekklu bil-frammentazzjoni tas-swieq tul il-fruntieri nazzjonali.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Dan ir-Regolament għandu l-għan li jitlesta s-suq uniku tal-komunikazzjoni elettronika permezz ta' azzjoni fuq tliet assi wisgħin u interrelatati. L-ewwel nett, dan għandu jiżgura l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-komunikazzjoni elettronika bejn il-fruntieri u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika fi Stati Membri differenti, filwaqt li jibni fuq il-kunċett ta' awtorizzazzjoni unika tal-UE li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jiżguraw aktar konsistenza u prevedibbiltà fil-kontenut u l-implimentazzjoni ta' regolamentazzjoni speċifika għas-setturi madwar l-Unjoni kollha. It-tieni, dan hu meħtieġ biex b'termini u kundizzjonijiet aktar konverġenti għal inputs essenzjali, ikun jista' jsir aċċess għall-provdiment ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, mhux biss għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, li għaliha l-ispettru liċenzjat u mhux liċenzjat huma importanti, iżda anke għall-konnettività tal-linja fissa. It-tielet, bl-interessi li jiġu allinjati l-kundizzjonijiet kummerċjali u li tinbena l-kunfidenza diġitali taċ-ċittadini, dan ir-Regolament għandu jarmonizza r-regoli dwar il-protezzjoni tal-utenti finali, l-aktar tal-konsumaturi. Dan jinkludi regoli dwar in-nondiskriminazzjoni, l-informazzjoni kuntrattwali, it-terminazzjoni ta' kuntratti u l-bidla minn provditur għal ieħor, kif ukoll regoli dwar l-aċċess għall-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi online, u dwar il-ġestjoni tat-traffiku li ma jħarsux biss lill-utenti finali iżda fl-istess waqt jiżguraw kontinwità fil-funzjonament tal-ekosistema tal-onternet bħala mutur tal-innovazzjoni. Barra minn hekk, aktar riformi fil-qasam tar-roaming, lill-utenti finali għandhom jagħtuhom il-kunfidenza biex jibqgħu konnessi meta jivvjaġġaw fl-Unjoni, u maż-żmien għandhom jimbuttaw kundizzjonijiet konvergenti dwar l-ipprezzar u oħrajn fl-Unjoni.

(6) Dan ir-Regolament għandu l-għan li jitlesta s-suq uniku tal-komunikazzjoni elettronika permezz ta' azzjoni fuq tliet assi wisgħin u interrelatati. L-ewwel nett, dan għandu jiżgura l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-komunikazzjoni elettronika bejn il-fruntieri u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika fi Stati Membri differenti, filwaqt li jibni fuq il-kunċett ta' awtorizzazzjoni unika tal-UE li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jiżguraw aktar konsistenza u prevedibbiltà fil-kontenut u l-implimentazzjoni ta' regolamentazzjoni speċifika għas-setturi madwar l-Unjoni kollha. It-tieni, dan hu meħtieġ biex b'termini u kundizzjonijiet aktar konverġenti għal inputs essenzjali, ikun jista' jsir aċċess għall-provdiment ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, mhux biss għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, li għaliha l-ispettru liċenzjat u mhux liċenzjat huma importanti, iżda anke għall-konnettività tal-linja fissa. It-tielet, bl-interessi li jiġu allinjati l-kundizzjonijiet kummerċjali u li tinbena l-kunfidenza diġitali taċ-ċittadini, dan ir-Regolament għandu jarmonizza r-regoli dwar il-protezzjoni tal-utenti finali, l-aktar tal-konsumaturi. Dan jinkludi regoli dwar in-nondiskriminazzjoni, l-informazzjoni kuntrattwali, it-terminazzjoni ta’ kuntratti u l-bidla minn provditur għal ieħor, kif ukoll regoli dwar in-newtralità tal-internet, li jissalvagwardjaw l-aċċess nondiskriminatorju għall-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi online, u dwar il-ġestjoni tat-traffiku li ma jħarsux biss lill-utenti finali iżda fl-istess waqt jiżguraw kontinwità fil-funzjonament tal-ekosistema tal-Internet bħala mutur tal-innovazzjoni. Barra minn hekk, aktar riformi fil-qasam tar-roaming, lill-utenti finali għandhom jagħtuhom il-kunfidenza biex jibqgħu konnessi meta jivvjaġġaw fl-Unjoni, u maż-żmien għandhom iwasslu għal kundizzjonijiet konverġenti dwar l-ipprezzar u oħrajn fl-Unjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-ispettru tar-radju hu ġid pubbliku u riżors essenzjali għas-suq intern għal komunikazzjoni mobbli, broadband bla wajers u bis-satellita fl-Unjoni. L-iżvilupp tal-komunikazzjoni broadband bla wajers tgħin fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u b'mod partikolari fl-għan li jkun żgurat aċċess għall-broadband b'veloċità ta’ mhux inqas minn 30 Mbps sal-2020 għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u li l-Unjoni jkollha provdiment ta' broadband bl-ogħla veloċità u kapaċità possibbli. Madankollu, reġjuni globali kbar oħrajn — l-Amerika ta' Fuq, l-Afrika u partijiet mill-Asja — qabżuha lill-Unjoni fejn jidħlu l-varar u l-penetrazzjoni ta' teknoloġiji broadband bla wajers tal-aħħar ġenerazzjoni li hemm bżonn biex jintlaħqu dawk l-għanijiet strateġiċi. Il-proċess frammentat biex tingħata awtorizzazzjoni u biex tkun disponibbli banda ta' 800 MHz għal komunikazzjoni broadband bla wajers, b'aktar minn nofs l-Istati Membri jitolbu deroga jew inkella ma jirnexxilhomx jagħmlu dan sal-iskadenza stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju23 (RSPP), jixhed l-urġenza ta' azzjoni anke fit-terminu tal-RSPP attwali. Il-miżuri tal-Unjoni biex tarmonizza l-kundizzjonijiet tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju għal komunikazzjoni broadband bla wajers skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 ma kinux biżżejjed biex jindirizzaw din il-problema.

(17) L-ispettru tar-radju hu ġid pubbliku u riżors estremament skars u limitat. Huwa indispensabbli għat-twettiq ta' diversi kompiti relatati mas-soċjetà, kif ukoll kulturali, soċjali u ekonomiċi, għall-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni, għad-dritt għal-libertà ta' espressjoni kif ukoll għall-pluraliżmu tal-midja u dan kollu għandu jiġi kkunsidrat. Permezz tar-Rieżami fl-2009 tat-telekomunikazzjoni, il-Kummissjoni ntrabtet li fil-qasam tal-ġestjoni tal-ispettru tar-radju hija tikkunsidra dawn l-aspetti b’mod ugwali u raġonevoli. Għaldaqstant, il-parametri tal-pakkett dwar it-telekomunikazzjoni jiffurmaw obbligatorjament il-bażi għal kull politika dwar l-ispettru tar-radju fl-Unjoni Ewropea. Ta' min ikun żgurat ukoll fil-futur li l-politika tal-ispettru tar-radju tkun konsistenti ma' din il-bażi ġuridika u ma titbiegħedx mill-prinċipji bażiċi stipulati hawn. Skont l-Artikolu 6(5) tal-programm tal-politika tal-ispettru tar-radju (RSPP), il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta’ Jannar 2015 dwar jekk jinħtiġux miżuri għall-armonizzazzjoni ta' bands addizzjonali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-applikazzjoni ta' bosta politiki nazzjonali toħloq inkonsistenzi u frammentazzjoni fis-suq intern li jfixklu l-varar ta' servizzi madwar l-Unjoni u t-tlestija tas-suq intern għal komunikazzjoni broadband bla wajers. B'mod partikolari din tista' toħloq kundizzjonijiet mhux indaqs għall-aċċess għal servizzi bħal dawn, ixxekkel il-kompetizzjoni bejn impenji fi Stati Membri differenti u toħnoq investimenti f'netwerks u teknoloġiji aktar avvanzati u l-ħruġ ta' servizzi innovattivi, u b'hekk iċaħħad liċ-ċittadini u lin-negozji milli jkollhom servizzi integrati ta' kwalità għolja aċessibbli kullimkien u ċċaħħad lill-operaturi tal-broadband bla wajers milli jżidu aktar l-effiċjenza permezz ta' operazzjonijiet aktar integrati fuq skala kbira. Għalhekk, azzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar ċerti aspetti tal-assenjament tal-ispettru tar-radju għandhom jakkumpanjaw l-iżvilupp ta' kopertura integrata wiesgħa ta' servizzi avvanzati tal-komunikazzjoni broadband bla wajers madwar l-Unjoni kollha. Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jadottaw miżuri biex jorganizzaw l-ispettru tar-radju tagħhom għal finijiet ta' ordni pubblika, sigurtà pubblika u difiża.

(18) Il-verżjoni riveduta fl-2009 tal-pakkett dwar it-telekomunikazzjoni tal-UE, tistabbilixxi l-prinċipji bażiċi għall-ġestjoni tal-ispettru. L-ispettru tar-radju jservi biex jaqdi interessi pubbliċi differenti ħafna fl-Istati Membri. F’dan ir-rigward, jeżistu bosta karatteristiċi nazzjonali u reġjonali li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati. L-Istati Membri għaldaqstant għandhom iżommu d-dritt ukoll li jadottaw miżuri biex jorganizzaw u jamministraw l-ispettru tar-radju tagħhom, li min-naħa tiegħu huwa neċessarju għat-twettiq ta' kompiti kulturali u awdjoviżivi partikolari u kompiti marbuta mas-soċjetà. Apparti x-xandir terrestri u l-qasam tal-industrija kulturali u kreattiva, ma' dawn jgħoddu wkoll l-ordni pubblika u s-sigurtà kif ukoll id-difiża. Għalhekk, il-miżuri dwar ċerti aspetti ta’ assenjament tal-ispettru tar-radju fil-livell tal-Unjoni għandhom jibqgħu jsegwu implimentazzjoni dinamika tal-ġestjoni tal-ispettru, li tirrikonoxxi l-kompetenza tal-Istati Membri f’dan il-qasam u tirrispetta l-politiki kulturali u awdjoviżivi kif ukoll il-politiki dwar il-midja ta’ kull Stat Membru. Fil-każ ta' kunflitti bejn l-Istati Membri dwar l-użu tal-ispettru tar-radju, il-Kummissjoni għandha tingħata rwol koordinattiv, kumplimentari u ta' appoġġ għall-Istati Membri tal-UE.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Għandhom jittejbu l-koordinazzjoni u l-konsistenza tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, għallinqas għal baned li ġew armonizzati għal komunikazzjoni broadband fissa bla wajers, nomadika u mobbli. Din tinkludi l-baned identifikati fil-livell ITU għas-Sistemi Avvanzati tat-Telekomunikazzjoni Mobbli Internazzjonali (IMT), kif ukoll il-baned użati għan-netwerks taż-żona lokali bir-radju (RLAN) bħal dawk ta' 2.4 GHz u 5 GHz. Din għandha titwessa' wkoll għal baned li jistgħu jiġu armonizzati fil-futur għal komunikazzjoni broadband bla wajers, kif previst fl-Artikolu 3(b) tal-RSPP u fl-Opinjoni tal-RSPG dwar "Strategic challenges facing Europe in addressing the growing radio spectrum demand for wireless broadband" (L-isfidi strateġiċi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa biex tindirizza d-domanda dejjem tikber tal-ispettru tar-radju għall-broadband bla wajers) adottata fit-13 ta' Ġunju 2013, bħall-baned, fil-futur qarib, ta' 700 MHz, 1.5 GHz u 3.8-4.2 GHz.

(20) Għandhom jittejbu l-koordinazzjoni u l-konsistenza tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju fil-każ tal-bands li ġew armonizzati għal komunikazzjoni broadband fissa bla wajers, nomadika u mobbli. Din tinkludi l-bands identifikati fil-livell ITU għas-Sistemi Avvanzati tat-Telekomunikazzjoni Mobbli Internazzjonali (IMT), kif ukoll il-bands użati għan-netwerks taż-żona lokali bir-radju (RLAN) bħal dawk ta' 2.4 GHz u 5 GHz. Din għandha titwessa' wkoll għal bands li jistgħu jiġu armonizzati fil-futur għal komunikazzjoni broadband bla wajers skont id-Direttiva 2002/21/KE.

Ġustifikazzjoni

Speċifikazzjoni ulterjuri tista' tagħti l-perċezzjoni li l-proċedura ta' kodeċiżjoni prevista fid-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' qafas) mhijiex meħtieġa f'dal-każ, u għalhekk tinftiehem ħażin. Id-determinazzjoni ta' liema bands għandhom jiġu integrati fi ''spettru tar-radju koordinat'' hija deċiżjoni politika indispensabbli u mhux miżura ta' implimentazzjoni teknika.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Fir-rigward ta' kundizzjonijiet sostantivi ewlenin oħrajn li jistgħu jingħaqdu mad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju għall-broadband bla wajers, l-applikazzjoni konverġenti minn Stati Membri individwali tal-prinċipji u l-kriterji regolatorji stabbiliti f'dan ir-Regolament se tingħata preferenza b'mekkaniżmu tal-kordinazzjoni li permezz tiegħu l-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra jkollhom l-opportunità jikkummentaw qabel Stat Membru partikolari jagħti drittijiet tal-użu u li permezz tiegħu l-Kummissjoni jkollha l-opportunità li wara li tqis il-fehmiet tal-Istati Membri, tevita l-implimentazzjoni ta' xi proposta li jidher li ma tkunx konformi mal-liġi tal-Unjoni.

(24) Fir-rigward ta’ kundizzjonijiet sostantivi ewlenin oħrajn li jistgħu jingħaqdu mad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju għall-broadband bla wajers, l-applikazzjoni konverġenti minn Stati Membri individwali tal-prinċipji u l-kriterji regolatorji stabbiliti f’dan ir-Regolament se tingħata preferenza b’mekkaniżmu tal-kordinazzjoni li permezz tiegħu l-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra jkollhom l-opportunità jikkummentaw qabel Stat Membru partikolari jagħti drittijiet tal-użu.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) F'kuntest ta' migrazzjoni progressiva gћal "netwerks ibbażati għalkollox fuq l-IPs", in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti tal-konnettività bbażati fuq il-protokoll tal-IP għal klassijiet differenti ta' servizzi bi kwalità tas-servizzi żgurata li tippermetti mogħdijiet tal-komunikazzjoni bejn id-dominji tan-netwerk u bejn it-trufijiet tan-netwerk, kemm fl-Istati Membri kif ukoll bejniethom, ixekkel l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet li jistrieħu fuq l-aċċess għal netwerks oħrajn, u allura jillimita l-innovazzjoni teknoloġika. Barra minn hekk, din is-sitwazzjoni żżomm it-tixrid fuq skala usa' ta' effiċjenzi relatati mal-ġestjoni u l-provdiment ta' netwerks ibbażati fuq l-IPs u prodotti tal-konnettività b'livell żgurat ta' kwalità tas-servizzi, b'mod partikolari aktar sigurtà, affidabbiltà u flessibbiltà, kosteffikaċja u provdiment aktar malajr, li minnhom igawdu l-operaturi tan-netwerk, il-provdituri tas-servizzi u l-utenti finali. Għaldaqstant approċċ armonizzat għat-tfassil u d-disponibbiltà ta' dawn il-prodotti hu meħtieġ skont termini raġonevoli inkluż, meta tintalab, il-possibbiltà ta' provdiment inkroċjat mill-impenji tal-komunikazzjoni elettronika kkonċernati.

imħassar

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Meta d-dispożizzjonijiet fil-Kapitoli 4 u 5 ta' dan ir-Regolament ikunu jirreferu għall-utenti finali, dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw biss għall-konsumaturi iżda anke għal kategoriji oħrajn tal-utenti finali, primarjament il-mikrointrapriżi. Fuq talba individwali tagħhom, l-utenti finali ħlief il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jiftiehmu, b'kuntratt individwali, biex jitbiegħdu minn ċerti dispożizzjonijiet.

imħassar

Ġustifikazzjoni

'Utent finali' u 'konsumatur' minnhom innifishom diġà huma kunċetti differenti. Il-possibilità ta' devjazzjoni minn dispożizzjonijiet mhux speċifikati f'dan ir-Regolament toħloq aktar inċertezza ġuridika.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) Matul l-aħħar deċennji l-internet żviluppa fi pjattaforma miftuħa għall-innovazzjoni bi ftit xkiel għall-aċċess għall-utenti finali, għall-provdituri tal-kontenut u tal-applikazzjonijiet u għall-provdituri tas-servizzi tal-internet. Il-qafas regolatorju attwali għandu l-għan li jippromwovi l-kapaċità tal-utenti finali li jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni jew li jużaw l-applikazzjonijiet u s-servizzi li jagħżlu huma. Madankollu, dan l-aħħar, ir-rapport tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) dwar prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku ppubblikat f'Mejju 2012 u studju li kkummissjonat l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi u s-Saħħa u ppubblikat f'Diċembru 2012 dwar il-funzjonament tas-suq tal-aċċess u l-provdiment tal-internet minn perspettiva tal-konsumatur, urew li għadd sinifikanti ta' utenti finali jiġu affettwati minn prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku li jimblukkaw jew jisslowjaw applikazzjonijiet speċifiċi. Dawn ix-xejriet jeħtieġu regoli ċari fil-livell tal-Unjoni biex jinżamm l-internet miftuħ u biex tkun evitata frammentazzjoni tas-suq uniku minħabba miżuri ta' Stati Membri individwali.

(45) Matul l-aħħar deċennji l-internet żviluppa fi pjattaforma miftuħa għall-innovazzjoni bi ftit xkiel għall-aċċess għall-utenti finali, għall-provdituri tal-kontenut u tal-applikazzjonijiet u għall-provdituri tas-servizzi tal-internet. It-trattament ugwali bażiku u n-nondiskriminazzjoni fir-rigward tat-trażmissjoni tal-pakketti tad-dejta, irrispettivament mill-kontenut, is-servizz, l-applikazzjoni, l-oriġini jew il-fini, għandu jiġi salvagwardjat legalment mal-UE kollha, biex b’hekk ikun żgurat b’mod permanenti li kull utent tas-servizzi tal-internet fundamentalment ikollu jew jista’ joffri huwa stess, aċċess miftuħ għal kull kontenut, servizz jew applikazzjoni ta' kull xorta fuq l-internet, f'konformità mal-prinċipju bażiku tan-newtralità tan-netwerk. L-operaturi tal-aċċess għan-netwerk huma soġġetti għal obbligu ġenerali li joffru pakketti tad-dejta, billi jipprovdu lill-utenti, irrispettivament mill-oriġini u l-fini jew mill-kontenut, is-servizzi u l-applikazzjoni li jridu jiġu trasportati, kapaċitajiet ta' trażmissjoni b'livell ta' kwalità xierqa u li tirrifletti l-iżvilupp tat-teknoloġija. Il-karattru miftuħ u nondiskriminatorju tal-internet jikkostitwixxi l-mutur fundamentali għall-innovazzjoni kif ukoll għall-ħarsien tal-libertà tal-midja, tal-pluraliżmu tal-midja, tad-diversità kulturali u tal-effiċjenza ekonomika. Dawn il-karatteristiċi essenzjali jservu sabiex tiġi garantita l-libertà u d-diversità tal-espressjoni, tal-midja u dik kulturali. Il-qafas regolatorju attwali għandu l-għan li jippromwovi l-kapaċità tal-utenti finali li jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni jew li jużaw l-applikazzjonijiet u s-servizzi li jagħżlu huma. Madankollu, dan l-aħħar, ir-rapport tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) dwar prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku tad-dejta ppubblikat f'Mejju 2012 u studju li kkummissjonat l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi u s-Saħħa u ppubblikat f'Diċembru 2012 dwar il-funzjonament tas-suq tal-aċċess u l-provdiment tal-internet minn perspettiva tal-konsumatur, urew li għadd sinifikanti ta' utenti finali jiġu affettwati minn prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku tad-dejta li jimblukkaw jew inaqqsu l-veloċità tal-kontenuti, is-servizzi jew l-applikazzjonijiet speċifiċi. Dawn ix-xejriet jeħtieġu regoli ċari li jnaqqxu l-prinċipju ta’ newtralità tal-internet fil-liġi fil-livell tal-Unjoni biex jinżamm l-internet miftuħ u biex tkun evitata frammentazzjoni tas-suq uniku minħabba miżuri ta’ Stati Membri individwali. Internet miftuħ li jimxi mal-prinċipju tal-Aħjar Sforz m'għandux jixxekkel mill-iżvilupp ta' prodotti u servizzi oħra.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46) Il-libertà tal-utenti finali biex jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni u kontenut legali, jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom hija soġġetta li tirrispetta l-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali kompatibbli. Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-limiti għal kull restrizzjoni ta' din il-libertà minn provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku iżda hi mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar id-dritt tal-awtur u d-Direttiva 2000/31/KE.

(46) Id-dritt tal-utenti finali li jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni u l-kontenut, u li jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom huwa soġġett li jirrispetta l-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali kompatibbli.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għad-dritt tal-Unjoni u d-dritt tal-Istati Membri hija biżżejjed. Aktar speċifikazzjoni tista' tiġi interpretata b'mod żbaljat.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47) F'internet miftuħ, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku, fil-limiti miftiehma fil-kuntratt dwar il-volumi tad-dejta u l-veloċitajiet għas-servizzi tal-aċċess għall-internet, ma għandhomx jimblukkaw, jisslowjaw, jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom ħlief għal għadd limitat ta' miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku raġonevoli. Dawn il-miżuri għandhom ikunu trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji. ġestjoni raġonevoli tat-traffiku tinkludi prevenzjoni jew impediment minn reati kriminali serji, inklużi azzjonijiet volontarji ta' provdituri biex jipprevenu l-aċċess għall-pornografija tat-tfal u t-tixrid tagħha. It-tnaqqis kemm jista' jkun tal-effetti tal-konġestjoni tan-netwerk għandu jitqies raġonevoli sakemm il-konġestjoni tan-netwerk tkun biss temporanja jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

(47) F'internet miftuħ, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku, la jistgħu jħassru, jimblukkaw, inaqqsu fil-veloċità, jiddegradaw u lanqas jiffavorixxu kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi jew klassijiet speċifiċi tagħhom ħlief għal għadd ta' miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku raġonevoli definiti b'mod ċar f'dan ir-Regolament u li għandhom jiġu ġustifikati fuq bażi individwali. Dawn il-miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku għandhom ikunu trasparenti, obbligatorji u proporzjonati. Dawn jistgħu jitqiesu proporzjonati biss jekk jittrattaw tipi ta' traffiku ekwivalenti bl-istess mod. Kull diskriminazzjoni kontra kontenuti, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi permezz tal-prezz jew ta’ kundizzjonijiet diskriminatorji fir-rigward tal-veloċità u l-volumi tad-dejta għandha tkun projbita.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 47a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47a) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika).

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) It-tariffi bbażati fuq il-volum għandhom jitqiesu kompatibbli mal-prinċipju ta' internet miftuħ sakemm dawn ikunu jippermettu lill-utenti finali biex jagħżlu t-tariffa korrispondenti għall-konsum normali tad-dejta tagħhom, skont informazzjoni trasparenti dwar il-kundizzjonijiet u l-implikazzjonijiet ta' din l-għażla. Fl-istess waqt, dawn it-tariffi għandhom jippermettu lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jadattaw aħjar il-kapaċitajiet tan-netwerks skont il-volumi tad-dejta mistennija. Hu essenzjali li l-utenti finali jkunu infurmati bis-sħiħ, qabel jaqblu ma' xi limitazzjonijiet fil-volum jew fil-veloċità tad-dejta u mat-tariffi applikabbli, li huma jistgħu jsegwu kontinwament il-konsum tagħhom u faċilment jistgħu jiksbu estensjonijiet fil-volumi tad-dejta disponibbli jekk dawn ikunu jixtiequ.

(48) It-tariffi bbażati fuq il-volum għandhom jitqiesu kompatibbli mal-prinċipju ta' internet miftuħ sakemm dawn jippermettu lill-utenti finali jagħżlu t-tariffa korrispondenti għall-konsum normali tad-dejta tagħhom, skont informazzjoni trasparenti dwar il-kundizzjonijiet u l-implikazzjonijiet ta' din l-għażla. Fl-istess waqt, dawn it-tariffi għandhom jippermettu lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jadattaw aħjar il-kapaċitajiet tan-netwerks skont il-volumi tad-dejta mistennija. Hu essenzjali li l-utenti finali jkunu infurmati bis-sħiħ, qabel jaqblu ma’ xi limitazzjonijiet fil-volum jew fil-veloċità tad-dejta u mat-tariffi applikabbli, li huma jistgħu jsegwu kontinwament il-konsum tagħhom u faċilment jistgħu jiksbu estensjonijiet fil-volumi tad-dejta disponibbli jekk dawn ikunu jixtiequ u li limiti ta’ volum fuq it-traffiku tal-internet jiġu applikati b’mod nondiskriminatorju, indipendentement mill-emittent, ir-riċevitur, it-tip, il-kontenut, l-apparat, is-servizz jew l-applikazzjoni skont il-prinċipju ta’ newtralità tal-internet.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49) L-utenti finali qed juru domanda wkoll għal servizzi u applikazzjonijiet li jeħtieġu livell aħjar ta' kwalità tas-servizzi li joffru l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi. Dawn is-servizzi, fost l-oħrajn, jistgħu jinkludu xandir bil-Protokoll tal-Internet (IP-TV), mezzi ta' vidjokonferenza u ċerti applikazzjonijiet tas-saħħa. Għalhekk l-utenti finali għandhom ukoll ikunu liberi biex jikkonkludu ftehimiet dwar il-provdiment ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi aħjar ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew ma' provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi.

(49) L-utenti finali qed juru domanda wkoll għal servizzi u applikazzjonijiet li jeħtieġu livell aħjar ta' kwalità tas-servizzi li joffru l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi. Dawn is-servizzi, fost l-oħrajn, jistgħu jinkludu xandir bil-Protokoll tal-Internet (IP-TV), mezzi ta' vidjokonferenza, logħob u ċerti applikazzjonijiet tas-saħħa. Għalhekk l-utenti finali għandhom ukoll ikunu liberi li jikkonkludu ftehimiet fuq bażi volontarja dwar il-provdiment ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi aħjar ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew ma' provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi. Fil-każ fejn jiġu konklużi ftehimiet bħal dawn ma’ provditur ta’ servizzi tal-aċċess għall-internet, dak il-provditur għandu jiżgura li l-kwalità mtejba ma tkunx għad-detriment tal-prestazzjoni, l-aċċessibilità finanzjarja jew il-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u li ma tirrestrinġix in-newtralità tal-internet. Madankollu dawn is-servizzi speċjalizzati għandhom jibqgħu l-eċċezzjoni u m’għandhomx ikunu kummerċjalizzati jew utilizzati b’mod wiesa’ bħala sostitut għas-servizz tal-aċċess għall-internet;

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50) Barra minn hekk, hemm domanda għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jipprovdu servizzi ta' trażmissjoni bbażati fuq parametri tal-kwalità flessibbli, inklużi livelli aktar baxxi ta' prijorità għat-traffiku li ma tkunx sensittiva għall-ħin. Il-possibbiltà għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jinnegozjaw dawn il-livelli flessibbli ta' kwalità ta' servizzi ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku hemm bżonnha għall-provdiment ta' servizzi speċjalizzati u hu mistenni li jkollha rwol importanti fl-iżvilupp ta' servizzi ġodda bħall-komunikazzjoni M2M (bejn magna u magna). Fl-istess waqt, dawn l-arranġamenti għandhom jippermettu lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jibbilanċjaw aħjar it-traffiku u jipprevenu konġestjoni fin-netwerks. Għalhekk, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi li jikkonkludu ftehimiet dwar servizzi speċjalizzati b'livelli definiti ta' kwalità tas-servizzi sakemm dawn il-ftehimiet ma jkunux qed idgħajfu sostanzjalment il-kwalità ġenerali tas-servizzi tal-aċċess għall-internet.

(50) Barra minn hekk, hemm domanda għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jipprovdu servizzi ta' trażmissjoni bbażati fuq parametri tal-kwalità. Bil-ħsieb li jkunu disponibbli servizzi speċjalizzati f'netwerks magħluqa, huwa neċessarju li l-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi jkollhom il-possibilità jinnegozjaw, għal grupp limitat ta' utenti, kwalità tali partikolari ta' servizzi ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku. Dan probabbilment jista' jkun ta' benefiċċju għall-iżvilupp ta' servizzi ġodda bħall-komunikazzjoni M2M (bejn magna u magna). Servizzi speċjalizzati la jistgħu jdgħajfu l-kwalità ta’ servizzi tal-aċċess miftuħ għall-internet u lanqas jiġu kummerċjalizzati bħala sostitut għall-internet jew użati bħala tali. Dawn huma permissibbli biss meta fil-konfront tagħhom ikun hemm prova ċara li teżisti neċessità teknika u oġġettiva, li tmur lil hinn mill-interess ekonomiku personali, sabiex ikunu jistgħu jiġu pprovduti applikazzjonijiet li jridu jintużaw fil-ħin reali u bi kwalità partikolari. F'każ li jiġu offruti jew kummerċjalizzati servizzi speċjalizzati minn operaturi tal-aċċess għan-netwerk, dawn ikunu soġġetti għall-obbligu li joffru fl-istess waqt servizz tal-aċċess miftuħ għall-internet li jkun konformi mal-prinċipju bażiku tan-newtralità tan-netwerk u skont is-sens tal-premessa 45 u ma jistgħux idgħajfu l-kwalità tiegħu. Diversi servizzi tal-internet miftuħ huma soġġetti għall-prinċipju tal-Aħjar Sforz.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jaqdu rwol essenzjali biex ikun żgurat li l-utenti finali effettivament ikunu jistgħu jeżerċitaw din il-libertà biex jużaw l-aċċess tal-internet miftuħ. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom l-obbligi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar, u jiżguraw il-konformità tal-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku u d-disponibbiltà ta' servizzi tal-aċċess għall-internet nondiskriminatorji u ta' kwalità għolja li ma jiddgħajfux sostanzjalment minn servizzi speċjalizzati. Fil-valutazzjoni tagħhom ta' xkiel ġenerali possibbli għas-servizzi tal-internet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu parametri ta' kwalità bħat-timing u l-affidabbiltà (latenza, jitter, telf fil-pakketti), livelli u effetti tal-konġestjoni fin-netwerk, veleoċitajiet attwali kontra dawk riklamati, il-prestazzjoni tas-servizzi tal-aċċess tal-internet imqabbla ma' servizzi speċjalizzati, u l-kwalità kif perċepita mill-utenti aħħarin. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw is-setgħa jimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi fuq kull provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew fuq uħud individwali, jekk dan ikun meħtieġ biex jevita degradazzjoni ġenerali fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet.

(51) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jaqdu rwol essenzjali biex ikun żgurat li l-utenti finali effettivament ikunu jistgħu jeżerċitaw din il-possibilità li jiksbu aċċess miftuħ għall-internet. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom l-obbligi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar, u jiżguraw il-konformità tal-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku u d-disponibbiltà ta' servizzi tal-aċċess għall-internet nondiskriminatorji u ta' kwalità għolja li ma jiddgħajfux sostanzjalment minn servizzi speċjalizzati. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu proċeduri ta’ notifika u mekkaniżmi għall-ħarsien tad-drittijiet ċari u li jinftiehmu għal dawk l-utenti aħħarin li jkunu esperjenzaw diskriminazzjoni, restrizzjonijiet jew interferenzi fir-rigward ta’ kontenut, servizzi jew applikazzjonijiet onlajn. Fil-valutazzjoni tagħhom ta' xkiel ġenerali possibbli għas-servizzi tal-internet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu parametri ta' kwalità bħat-timing u l-affidabbiltà (latenza, jitter, telf fil-pakketti), livelli u effetti tal-konġestjoni fin-netwerk, veloċitajiet attwali kontra dawk riklamati, il-prestazzjoni tas-servizzi tal-aċċess tal-internet imqabbla ma' servizzi speċjalizzati, u l-kwalità kif perċepita mill-utenti aħħarin. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw is-setgħa jimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi fuq kull provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew fuq uħud individwali, jekk dan ikun meħtieġ biex jevita limitazzjoni/degradazzjoni ġenerali fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 68

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(68) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi u fis-suq, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' adattament tal-Annessi. Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

imħassar

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ea) ikun żgurat li t-traffiku kollu tal-internet ikun trattat bl-istess mod, mingħajr diskriminazzjoni, restrizzjoni jew interferenza, indipendentement mill-emittent, ir-riċevitur, it-tip, il-kontenut, l-apparat, is-servizz jew l-applikazzjoni;

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) "spettru tar-radju armonizzat għall-komunikazzjoni broadband bla wajers" tfisser l-ispettru tar-radju li għalih il-kundizzjonijiet tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,27 u jintuża għal servizzi tal-komunikazzjoni elettronika ħlief għax-xandir;

(8) “spettru tar-radju armonizzat għall-komunikazzjoni broadband bla wajers” tfisser l-ispettru tar-radju li għalih il-kundizzjonijiet tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri kif stabbiliti fid-Direttiva 2002/21/KE u skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,27 u jintuża għal servizzi tal-komunikazzjoni elettronika ħlief għax-xandir;

__________________

__________________

Id-Deċiżjoni u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1).

Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1).

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) ''il-prinċipju tal-Aħjar Sforz'' huwa l-iżgurar li talbiet għat-trażmissjoni ta' dejta jiġu indirizzati fl-ordni kronoloġika ta' kif waslu, kemm jista' jkun malajr u irrispettivament mill-kontenut, is-servizz, l-utilizzazzjoni, l-oriġini jew il-fini;

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) "prodott ta' konnettività b'servizz ta' kwalità żgurat (ASQ)" tfisser prodott li jsir disponibbli fl-exchange tal-protokoll tal-internet (IP), li bih il-klijenti jkunu jistgħu jagħmlu link tal-komunikazzjoni bl-IP bejn punt tal-interkonnessjoni u wieħed jew bosta punti fissi tat-terminazzjoni tan-netwerk, u jippermetti livelli definiti tal-prestazzjoni tan-netwerk bejn tarf u ieħor għall-provdiment ta' servizzi speċifiċi lill-utenti finali skont it-twassil ta' kwalità garantita speċifikata tas-servizz, skont parametri speċifikati;

imħassar

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) ''ġestjoni ġustifikata tat-traffiku tad-dejta'' tfisser ġestjoni tat-traffiku li, b'deroga mill-prinċipju tal-Aħjar Sforz, tkun permissibbli biss jekk din tkun attribwita għal diffikultajiet tekniċi u tkun tikkorrispondi mal-prinċipji bażiċi ġenerali tan-neċessità, ir-raġonevolezza, l-assigurazzjoni tal-effiċjenza, in-nondiskriminazzjoni u t-trasparenza kif ukoll mal-kundizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 12b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12b) “newtralità tal-internet” tfisser il-prinċipju li t-traffiku kollu tal-internet ikun trattat bl-istess mod, mingħajr diskriminazzjoni, restrizzjoni jew interferenza, indipendentement mill-emittent, ir-riċevitur, it-tip, il-kontenut, l-apparat, is-servizz jew l-aplikazzjoni;

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14) "servizz tal-aċċess għall-internet" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jipprovdi konnettività mal-internet, u allura konnettività bejn kull punt finali virtwalment konness mal-internet, irrispettivament mit-teknoloġija tan-netwerk użata;

14) "servizz tal-aċċess miftuħ għall-internet" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jipprovdi konnettività mal-internet, u allura konnettività bejn kull punt finali virtwalment konness mal-internet, irrispettivament mit-teknoloġija tan-netwerk użata; l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti minimi adegwati fir-rigward tal-kwalità tas-servizz tal-aċċess miftuħ għall-internet, li jkomplu jiġu żviluppati kontinwament skont l-avvanzi fit-teknoloġija; servizz ta’ aċċess miftuħ għall-internet jippermetti lill-utenti aħħarin jużaw kwalunkwe applikazzjoni bbażata fuq l-internet skont il-prinċipju tal-Aħjar Sforz; bħala l-unika deroga minn dan, ġestjoni tat-traffiku tad-dejta proporzjonata u motivata hija permissibbli biss meta jkunu disponibbli prerekwiżiti dwar l-applikazzjoni tagħha definiti b'mod ċar;

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15) "servizz speċjalizzat" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika jew servizz ieħor li jipprovdi l-kapaċità ta' aċċess għal kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew taħlita tagħhom, u li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu huma kontrollati minn tarf għal ieħor jew jipprovdi l-kapaċità li tintbagħat jew tasal dejta lejn jew mingħand għadd determinat ta' partijiet jew punti terminali; u li ma jkunx kummerċjalizzat jew użat ħafna bħala sostitut għal servizz tal-aċċess għall-internet;

15) “servizz speċjalizzat” tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika, b'mod partikolari bbażat fuq l-IP jew servizz ieħor li huwa disponibbli u operat biss fi ħdan netwerks tal-komunikazzjoni elettronika magħluqin u b'aċċess strettament ikkontrollat u li mhuwiex kummerċjalizzat bħala sostitut għall-internet, użat bħala tali jew ipprovat li hu funzjonalment identiku mal-kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi tal-internet miftuħ. Servizz speċjalizzat huwa permissibbli biss meta fil-konfront tiegħu jkun hemm prova ċara li teżisti neċessità teknika u fattibli, li tmur lil hinn mill-interess ekonomiku personali, li jkunu jistgħu jiġu pprovduti applikazzjonijiet li jridu jintużaw fil-ħin reali jew li jridu jiġu żgurati b’mod speċjali, bi kwalità partikolari. Dan huwa kkaratterizzat minn parametri "quality-of-service" definiti b’mod ċar u ggarantiti u allinjati mas-servizz rispettiv, li huma soġġetti għal “ġestjoni minn tarf sa tarf” kontinwa mill-provditur tas-servizz speċjalizzat sal-aħħar parteċipant. Servizz speċjalizzat ma jistax jiġi ristrett għal punt ta’ terminazzjoni kkontrollat mill-provditur tas-servizz.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Din it-taqsima għandha tapplika għall-ispettru tar-radju armonizzat għal komunikazzjoni broadband bla wajers.

(1) Din it-taqsima għandha tapplika għall-ispettru tar-radju armonizzat għal komunikazzjoni broadband bla wajers skont id-Direttiva 2009/140/KE u d-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'kunsiderazzjoni partikolari għar-rekwiżiti fl-Artikolu 8a u 9 tad-Direttiva 2002/21/KE.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Din it-taqsima għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jibbenefikaw minn tariffi imposti sabiex ikun żgurat l-aqwa użu tar-riżorsi tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE u sabiex l-ispettru tar-radju tagħhom jorganizzawh u jużawh għall-ordni pubblika, is-sigurtà pubblika u d-difiża.

(2) Din it-taqsima għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jibbenefikaw minn tariffi imposti sabiex ikun żgurat l-aqwa użu tar-riżorsi tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE u sabiex l-ispettru tar-radju tagħhom jorganizzawh u jużawh għall-ordni pubblika, is-sigurtà pubblika, id-difiża u għanijiet ta' interess ġenerali, bħall-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u d-diversità tal-midja onlajn u offlajn kif ukoll għall-interessi tal-utenti kollha tal-ispettru tar-radju.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-ispettru tar-radju għandhom jgħinu fl-iżvilupp ta' spazju bla wajers li fih jikkonverġu l-kundizzjonijiet tal-investiment u kompetittivi għall-komunikazzjoni broadband bla wajers b'veloċità għolja u li bih ikunu jistgħu jsiru ppjanar u provdiment ta' netwerks u servizzi multiterritorjali u jinkisbu l-ekonomiji ta' skala, ħalli b'hekk jitkattru l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-benefiċċju fit-tul tal-utenti finali.

(1) Mingħajr preġudizzju għall-ħarsien tal-interessi komuni skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2002/21/KE, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-ispettru tar-radju għandhom jgħinu fl-iżvilupp ta' spazju bla wajers li fih jikkonverġu l-kundizzjonijiet tal-investiment u kompetittivi għall-komunikazzjoni broadband bla wajers b'veloċità għolja u li bih ikunu jistgħu jsiru ppjanar u provdiment ta' netwerks u servizzi multiterritorjali u jinkisbu l-ekonomiji ta' skala, ħalli b'hekk jitkattru l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-benefiċċju fit-tul tal-utenti finali. Għandha titqies b'mod adegwat il-possibilità li jiġu stabbiliti netwerks multifunzjonali li jgħaqqdu t-teknoloġija tax-xandir u dik tat-telefonija mobbli fuq pjattaforma waħda.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e) li jkunu żgurati kopertura territorjali wiesgħa ta' netwerks broadband bla wajers b'veloċità għolja u livell għoli ta' penetrazzjoni u konsum tas-servizzi relatati.

e) li jkun żgurat użu effiċjenti tal-ispettru biex tiġi sodisfatta d-domanda dejjem tikber għal netwerks broadband bla wajers b'veloċità għolja, u fl-istess ħin jitqiesu l-interess pubbliku u l-valur soċjali, kulturali u ekonomiku tal-ispettru b'mod ġenerali.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) li jiġu evitati interferenzi dannużi, inkluża l-possibilità li jiġu imposti obbligi sabiex tinstab soluzzjoni għall-problemi ta' interferenza ma' utenti oħra u li jinġarr il-piż tal-ispejjeż korrispondenti li jirriżultaw.

Ġustifikazzjoni

L-evitar tal-interferenzi huwa għan fundamentali tar-regolamentazzjoni. Konsegwentement dawn għandhom jitqiesu fl-istabbiliment tal-proċeduri u tal-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ea) li jkun żgurat li kwalunkwe bidla fil-politika dwar l-użu effiċjenti tal-ispettru tikkunsidra l-impatt tagħha fuq l-interess pubbliku f’termini ta’ interferenza u spejjeż.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-karatteristiċi tekniċi tal-baned tal-ispettru tar-radju disponibbli differenti;

(a) il-karatteristiċi tekniċi kif ukoll l-użu attwali u ppjanat tal-bands tal-ispettru tar-radju disponibbli differenti;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) l-użu effiċjenti tal-bands tal-ispettru tar-radju, li diġà huma allokati għall-użu permezz ta' broadband mobbli;

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-aktar użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 9(4)(b), filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-banda jew baned ikkonċernati;

(a) l-aktar użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 9(4)(b), filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-band jew bands ikkonċernati kif ukoll l-użu attwali u ppjanat tagħhom;

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) li jitqiesu l-ispejjeż li jġarrab l-utent eżistenti fl-ikklerjar tal-firxa tal-ispettru;

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Meta l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju armonizzat għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, jagħmluha possibbli li jintuża l-ispettru tar-radju rilevanti skont reġim ta' awtorizzazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jevitaw milli jimponu kundizzjoni addizzjonali u għandhom jipprevenu li xi użu alternattiv ifixkel l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-reġim armonizzat.

(1) Meta l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju armonizzat għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, jagħmluha possibbli li jintuża l-ispettru tar-radju rilevanti skont reġim ta' awtorizzazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jevitaw milli jimponu kundizzjoni addizzjonali u għandhom jipprevenu li xi użu alternattiv ifixkel l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-reġim armonizzat. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(8).

Ġustifikazzjoni

Mingħajr ir-referenza għall-Artikolu 2(8) (kif emendat bl-Emenda 14), ix-xenarji possibbli jew previsti ta' użu kondiviż jistgħu jsiru aktar kumplikati.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) tistabbilixxi d-data tal-iskadenza ta' kull dritt eżistenti tal-użu tal-baned armonizzati ħlief għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, jew, fil-każ ta' drittijiet ta' tul taż-żmien indefinit, id-data sa meta għandu jiġi emendat id-dritt tal-użu, sabiex ikun jista' jsir provdiment tal-komunikazzjoni broadband bla wajers.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din ir-regola ddgħajjef iċ-ċertezza ġuridika meħtieġa għad-detenturi eżistenti kollha tad-dritt, li jkunu għamlu investimenti fit-tul b'bona fede u abbażi tad-dritt eżistenti.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a) Il-paragrafu 2 m'għandux jaffettwa d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 9(3) u (4) tad-Direttiva 2002/21/KE.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Meta awtorità kompetenti nazzjonali jkun beħsiebha tissoġġetta l-użu tal-ispettru tar-radju għal awtorizzazzjoni ġenerali jew tagħti drittijiet individwali tal-użu tal-ispettru tar-radju, jew li temenda d-drittijiet u l-obbligi dwar l-użu tal-ispettru tar-radju f'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/20/KE, din ngħandha tagħmel aċċessibbli l-abbozz tal-miżura tagħha kif ukoll ir-raġunijiet tagħha, fl-istess ħin lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti għall-ispettru tar-radju tal-Istati Membri l-oħra, malli titlesta l-konsultazzjoni pubblika msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/21/KE, jekk applikabbli, u f'kull każ biss waqt xi stadju tal-preparazzjoni tagħha li fih tkun tista' tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, informazzjoni biżżejjed u stabbli dwar il-kwistjonijiet rilevanti kollha.

(1) Meta awtorità kompetenti nazzjonali jkun beħsiebha tissoġġetta l-użu tal-ispettru tar-radju għal awtorizzazzjoni ġenerali jew tagħti drittijiet individwali tal-użu tal-ispettru tar-radju, jew li temenda d-drittijiet u l-obbligi dwar l-użu tal-ispettru tar-radju għal servizzi broadband bla wajers, f'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/20/KE, din għandha tagħmel aċċessibbli l-abbozz tal-miżura tagħha kif ukoll ir-raġunijiet tagħha, fl-istess ħin lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti għall-ispettru tar-radju tal-Istati Membri l-oħra, malli titlesta l-konsultazzjoni pubblika msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/21/KE, jekk applikabbli, u f'kull każ biss waqt xi stadju tal-preparazzjoni tagħha li fih tkun tista' tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, informazzjoni biżżejjed u stabbli dwar il-kwistjonijiet rilevanti kollha.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[…]

imħassar

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli metodoloġiċi u tekniċi uniformi għall-implimentazzjoni ta' wieħed jew bosta prodotti Ewropej tal-aċċess skont it-tifsira tal-Artikoli 17 u 19 u tal-Anness I, il-punti 2 u 3, u tal-Anness II, f'konformità mal-kriterji u l-parametri rispettivi speċifikati fih. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli metodoloġiċi u tekniċi uniformi għall-implimentazzjoni ta' wieħed jew bosta prodotti Ewropej tal-aċċess skont it-tifsira tal-Artikolu 17 u tal-Anness I, il-punti 2 u 3, f'konformità mal-kriterji u l-parametri rispettivi speċifikati fih. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-libertà li jiġi pprovdut u jintuża aċċess miftuħ għall-internet, u l-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku

Aċċess miftuħ għall-internet, servizzi speċjalizzati u ġestjoni raġonevoli u motivata tat-traffiku tad-dejta

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-utenti finali għandhom ikunu liberi biex jaċċessaw u jxerrdu informazzjoni u kontenut, jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom mis-servizz tal-aċċess għall-internet tagħhom.

(1) L-aċċess miftuħ għall-internet għandu jkun żgurat b'mod komprensiv skont l-Artikolu 2(14), sabiex l-utenti finali jkunu fil-qagħda li jaċċessaw u jxerrdu, permezz tas-servizz tal-aċċess miftuħ għall-internet, kwalunkwe informazzjoni u kontenut tal-għażla tagħhom, jużaw applikazzjonijiet u servizzi kif ukoll tagħmir terminali tal-għażla tagħhom, u dan irrispettivament mis-sors jew mill-fini tal-informazzjoni, il-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi.

L-operaturi tal-aċċess għan-netwerk huma soġġetti għal obbligu ġenerali ta’ distribuzzjoni skont il-prinċipju tal-Aħjar Sforz. Il-provdituri tas-servizz tal-aċċess għall-internet m’għandhomx jirrestrinġu jew jostakolaw l-użu ta' tagħmir terminali mill-utenti finali għall-aċċess u d-distribuzzjoni ta' informazzjoni u kontenut permezz tas-servizz tal-aċċess għall-internet. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Istati Membri li jagħtu drittijiet individwali ta’ użu skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/20/KE.

L-utenti finali għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet dwar il-volumi u l-veloċitajiet tad-dejta ma' provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u biex, f'konformità ma' ftehimiet bħal dawn relattivi għall-volumi tad-dejta, jużaw offerti tal-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-internet.

L-utenti finali għandhom ikunu liberi, b'kunsiderazzjoni dovuta għall-prinċipju bażiku tan-newtralità tan-netwerk, li jagħmlu ftehimiet dwar il-volumi u l-veloċitajiet tad-dejta ma’ provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet. Fir-reklami tagħhom, il-provdituri ta’ servizzi tal-aċċess għall-internet għandhom jispeċifikaw il-minimu garantit ta’ volum ta’ dejta u ta' veloċità li jistgħu jipprovdu u mhux il-veloċità massima.

Fi ftehimiet dwar il-volumi u l-veloċitajiet tad-dejta, ċerti kontenuti, servizzi jew applikazzjonijiet ma jistgħux jiġu eliminati mill-użu tal-volum jew jiġu esklużi minn trażżin tas-servizz hekk kif il-volum tad-dejta miftiehem ikun ġie utilizzat.

Ġustifikazzjoni

L-aċċess għal internet miftuħ u mingħajr diskriminazzjoni għandu jiġi strutturat bħala dritt u mhux bħala libertà, u l-internet miftuħ bil-prinċipju ta' best effort, b’aċċess għas-servizzi, l-informazzjoni, il-kontenuti u l-applikazzjonijiet kollha għandu jiġi stabbilit bħala regola.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-utenti finali għandhom ikunu liberi wkoll biex jiftiehmu ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew ma' provdituri ta' kontenut, applikazzjonijiet u servizzi dwar il-provdiment ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità aħjar tas-servizzi

Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew il-provdituri ta’ kontenut, applikazzjonijiet u servizzi jistgħu joffru servizzi speċjalizzati, permezz ta' netwerk tal-komunikazzjoni elettroniku magħluq, lil grupp limitat ta' utenti, suġġetti għal aċċess kontrollat. Is-servizzi speċjalizzati ma jistgħux jiġu kummerċjalizzati bħala sostitut għall-internet, użati bħala tali jew jintwerew bħala identiċi għal kontenuti, applikazzjonijiet jew servizzi tal-internet miftuħ.

F'każ li jsiru tali ftehimiet mal-provdituri ta’ servizzi tal-aċċess għall-internet, il-provditur rispettiv għandu jieħu ħsieb, f'konformità mal-prinċipju bażiku tan-newtralità tan-netwerk, li ma jkunx hemm restrizzjoni fil-prestazzjoni, l-aċċessibilità finanzjarja jew il-kwalità tas-servizz miftuħ tal-aċċess għall-internet.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi speċjalizzati lill-utenti finali, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet flimkien ħalli jittrażmettu l-volumi jew it-traffiku tad-dejta relatati bħala servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi definita jew b'kapaċità dedikata. Il-provdiment ta' dawn is-servizzi speċjalizzati ma għandux qed idgħajjef sostanzjalment il-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet.

Il-forniment ta' servizzi speċjalizzati ma għandux jaffettwa l-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet. Barra minn hekk, dawn m'għandhomx idgħajfu standards tekniċi ġenerali rikonoxxuti u l-iżvilupp ulterjuri tagħhom u jaggravaw il-prestazzjoni ġenerali, l-aċċessibilità finanzjarja jew il-kwalità tas-servizzi tal-aċċess miftuħ għall-internet. Is-servizzi speċjalizzati għandhom jiġu offruti biss jekk il-kapaċità tan-netwerk hija suffiċjenti biex tipprovdi dawn is-servizzi flimkien mal-aċċess miftuħ għall-internet.

Is-servizzi speċjalizzati huma permissibbli biss jekk fil-konfront tagħhom ikun hemm prova ċara li teżisti neċessità teknika u fattibli, li tmur lil hinn mill-interess ekonomiku personali, li jkunu jistgħu jiġu pprovduti applikazzjonijiet li jridu jintużaw fil-ħin reali, bi kwalità partikolari.

L-utilizzazzjoni ta' offerti kummerċjali mill-utenti finali kif ukoll mill-provdituri ta' kontenuti u ta' applikazzjoni biex jiġu appoġġati servizzi speċjalizzati għandha tkun fuq bażi volontarja u nondiskriminatorja. Fejn il-kapaċità tan-netwerk tkun kondiviża bejn is-servizzi tal-aċċess għall-internet u s-servizzi speċjalizzati, il-provditur ta’ tali servizzi għandu jippubblika kriterji ċari u mhux ambigwi għall-utilizzazzjoni komuni tal-kapaċità tan-netwerk.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Operaturi tal-aċċess għan-netwerk, li joffru jew jikkummerċjalizzaw servizzi speċjalizzati simultanjament, huma soġġetti għall-istess obbligu ta’ forniment bħal dak ta’ servizz tal-aċċess miftuħ għall-internet skont l-Artikolu 2(14). Huma ma jistgħux jiddiskriminaw kontra provdituri oħra tal-kontenut li jiddependu fuq is-servizzi ta' trażmissjoni tal-operatur tan-netwerk, u għal dan is-servizz jeħtiġilhom jitolbu rati trasparenti u skont is-suq.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jevalwaw dannu materjali potenzjali bħal dan, il-provdituri tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi għandhom jittrażmettu lill-awtoritajiet nazzjonali, fuq talba, informazzjoni preċiża dwar il-kapaċitajiet assenjati għaż-żewġ tipi ta’ servizzi.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku b'integrazzjoni vertikali m'għandhomx juru diskriminazzjoni għat-traffiku ġġenerat mill-provdituri ta' kontenut, servizzi jew applikazzjonijiet li jikkompetu ma’ servizzi jew servizzi tagħhom stess jew dawk ipprovduti minnhom taħt ftehimiet esklużivi.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-eżerċizzju tal-libertajiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandu jeħfief billi tingħata informazzjoni sħiħa skont l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 26(2), u l-Artikolu 27(1) u (2).

(4) L-utenti finali, il-provdituri ta' kontenuti, applikazzjonijiet u servizzi, fost l-oħrajn fil-qasam tal-midja u l-kultura, kif ukoll l-amministrazzjonijiet fil-livelli kollha għandhom jiksbu informazzjoni sħiħa skont l-Artikolu 20(2), l-Artikolu 21(3), u l-Artikolu 21a tad-Direttiva 2002/22/KE kif ukoll skont l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 27(1) u (2) ta' dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar miżuri raġonevoli li ġew applikati għall-ġestjoni tat-traffiku, li jista' jkun li jdgħajfu l-aċċess u t-tixrid ta' informazzjoni, kontenut, applikazzjonijiet u servizzi skont il-paragrafi 1 u 2.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fil-limiti tal-volumi jew il-veloċitajiet tad-dejta miftiehma f'kuntratt għas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet ma għandhomx jirrestrinġu l-libertajiet previsti fil-paragrafu 1 billi jimblukkaw, jisslowjaw, jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom, ħlief meta dan ikun meħtieġ biex jiġu applikati miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku. Il-miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji, proporzjonati u meħtieġa biex:

(5) Il-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet ma jistgħux jirrestrinġu l-ispeċifikazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 espressament

- billi jħassru, jimblukkaw, inaqqsu l-veloċità ta', jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet, servizzi speċifiċi jew tagħmir terminali jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom,

- billi jagħtu prijorità lil kontenut, applikazzjonijiet, servizzi jew tagħmir terminali speċifiċi jew klassijiet speċifiċi tagħhom jew

- billi jikkonkludu mal-utent finali, ftehimiet partikolari dwar il-prezzijiet li jagħmlu l-aċċess għal kontenut, applikazzjonijiet, servizzi jew tagħmir terminali partikolari jew klassijiet speċifiċi tagħhom ekonomikament mhux attraenti,

a) tiġi implimentata dispożizzjoni leġiżlattiva jew ordni tal-qorti, jew biex jiġu evitati jew impediti reati kriminali serji;

ħlief f'każijiet fejn ikunu meħtieġa miżuri motivati u raġonevoli ta' ġestjoni tat-traffiku tad-dejta.

Il-miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku tad-dejta jitqiesu motivati u raġonevoli meta dawn biċ-ċar iservu sabiex

b) jinżammu l-integrità u s-sigurtà fin-netwerk, is-servizzi pprovduti minn dan in-netwerk, u t-terminali tal-utenti finali;

jinżammu l-integrità u s-sigurtà fin-netwerk, is-servizzi pprovduti minn dan in-netwerk, u t-terminali tal-utenti finali jew

c) tkun evitata t-trażmissjoni ta' komunikazzjoni mhux mitluba lill-utenti finali li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel għal dan il-miżuri restrittivi;

d) jiġu minimizzati l-effetti ta' konġestjoni eċċezzjonali jew temporanja fin-netwerk sakemm tipi ekwivalenti ta' traffiku jkunu trattati bl-istess mod.

jiġu minimizzati l-effetti ta' konġestjoni eċċezzjonali jew temporanja ppruvata fin-netwerk u biex ikun hemm ġestjoni effettiva tat-traffiku f'każijiet ta' konġestjoni akuta tan-netwerk ta' dan it-tip,

bil-kundizzjoni li b'hekk il-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi kollha jiġu ttrattati skont il-prinċipju tal-Aħjar Sforz.

Il-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandha tinvolvi biss l-ipproċessar ta' dejta meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu.

Dawn m'għandhomx jinżammu aktar minn kemm huwa strettament neċessarju.

Il-miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku tad-dejta għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji, proporzjonati u neċessarji kif ukoll soġġetti għal mekkaniżmi ta’ rimedju ġuridiku ċari, komprensibbli u aċċessibbli.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandha tinvolvi biss l-ipproċessar ta' dejta meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu.

Il-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandha tinvolvi biss l-ipproċessar ta’ dejta meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. għalhekk, il-proċeduri kollha tal-valutazzjoni u tal-analiżi tad-dejta għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi għall-ħarsien tal-privatezza u l-ħarsien tad-dejta. Fil-qafas tal-proċedura jistgħu jiġu vvalutati biss l-intestaturi tal-pakketti tad-dejta. M'għandhiex issir 'spezzjoni tal-pakkett' li tmur lil hinn minn din il-valutazzjoni.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32, sabiex tiddefinixxi bl-aktar mod preċiż possibbli l-kriterji tekniċi neċessarji msemmija fl-Artikolu 23(5) biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' ċirkostanza eċċezzjonali. Biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta'ċirkostanza eċċezzjonali għandhom jiġu applikati l-kriterji l-aktar rigorużi possibbli.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 23(5)(a) (ġdid) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal rieżami ġudizzjarju u soġġetti għal mekkaniżmi ta’ rimedju ċari, komprensibbli u aċċessibbli sabiex tiġi evitata l-privatizzazzjoni tal-infurzar tal-liġi.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw mill-qrib u jiżguraw l-abilità effettiva tal-utenti finali biex igawdu l-libertajiet previsti fl-Artikolu 23(1) u (2), il-konformità mal-Artikolu 23(5), u d-disponibilità kontinwa ta' servizzi nondiskriminatorji tal-aċċess għall-internet b'livelli ta' kwalità li jixhdu l-avvanzi fit-teknoloġija u li ma jiddgħajfux minħabba servizzi speċjalizzati. F'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra, għandhom ukoll jimmonitorjaw l-effetti tas-servizzi speċjalizzati fuq id-diversitàkulturali u l-innovazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni u lill-BEREC dwar il-monitoraġġ u s-sejbiet tagħhom.

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw mill-qrib u jiżguraw l-abilità effettiva tal-utenti finali li jeżerċitaw id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 23(1) u (2), u d-disponibilità kontinwa ta’ servizzi tal-aċċess miftuħ għall-internet, skont l-Artikolu 2(2) punt 14, b’livelli ta’ kwalità li jixhdu l-avvanzi fit-teknoloġija u li ma jiddgħajfux minħabba servizzi speċjalizzati. F'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra huma għandhom jiżguraw ukoll li l-effetti tas-servizzi speċjalizzati ma jdgħajfux il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, id-diversità lingwistika u kulturali, il-libertà u d-diversità tal-midja kif ukoll l-innovazzjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw mill-qrib u jiżguraw l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni raġonevoli tat-traffiku f’konformità mal-Artikolu 23(5) u l-prinċipju bażiku tan-newtralità tan-netwerk, filwaqt li jqisu sew il-linji gwida tal-BEREC speċifikati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 21(3a) tad-Direttiva 2002/22/KE. Il-miżuri tal-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandhom ikunu eżaminati fuq bażi regolari sabiex jirriflettu l-avvanzi fit-teknoloġija. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni u lill-BEREC dwar il-monitoraġġ u s-sejbiet tagħhom.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika pubblika għandhom jintalbu jiddokumentaw u jirrappurtaw immedjatament lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar kull każ ta’ ċirkostanza eċċezzjonali li tinqala' skont l-Artikolu 23(5) u dwar il-miżuri kollha individwali għall-ġestjoni tat-traffiku li jkunu ttieħdu skont il-każ.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' notifika u ta' rimedju ċari u li jinftiehmu għall-utenti finali soġġetti għal diskriminazzjoni, restrizzjoni, interferenza, imblukkar jew tfixkil tal-kontenut, servizzi jew applikazzjonijiet onlajn.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tiġi evitata d-degradazzjoni ġenerali fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet jew biex tiġi salvagwardjata l-abbiltà tal-utenti finali biex jaċċessaw u jxerrdu kontenut jew informazzjoni, jew jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa ljimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi fuq provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku.

Sabiex tiġi evitata d-degradazzjoni fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet jew biex tiġi salvagwardjata l-abbiltà tal-utenti finali biex jaċċessaw u jxerrdu kontenut jew informazzjoni, jew jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi u miżuri regolatorji oħra fuq provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kmieni biżżejjed qabel jimponu dawn ir-rekwiżiti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'sommarju tar-raġunijiet għall-azzjoni, ir-rekwiżiti maħsuba u l-pjan ta' azzjoni propost. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli wkoll għall-BEREC. Wara li tkun eżaminat din l-informazzjoni, il-Kummissjoni tista tagħti kummenti jew rakkomandazzjonijiet dwarha, b'mod partikolari biex tiżgura li r-rekwiżiti maħsuba ma jolqtux ħażin il-funzjonament tas-suq intern. Ir-rekwiżiti maħsuba ma għandhomx jiġu adottati waqt perjodu ta' xahrejn minn meta l-Kummissjoni taslilha l-informazzjoni sħiħa sakemm il-Kummissjoni u l-awtorità regolatorja nazzjonali ma jkunux ftiehmu mod ieħor bejn, jew sakemm il-Kummissjoni tgħarraf lill-awtorità regolatorja nazzjonali b'perjodu mqassar ta' eżami, jew sakemm il-Kummissjoni tkun tat il-kummenti jew ir-rakkomandazzjonijiet. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu sew il-kummenti jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u għandhom jikkomunikaw ir-rekwiżiti adottati lill-Kummissjoni u lill-BEREC.

Kmieni biżżejjed qabel jimponu dawn ir-rekwiżiti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'sommarju tar-raġunijiet għall-azzjoni, ir-rekwiżiti maħsuba u l-pjan ta' azzjoni propost. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli wkoll għall-BEREC. Wara li tkun eżaminat din l-informazzjoni, il-Kummissjoni tista tagħti kummenti jew rakkomandazzjonijiet dwarha, b'mod partikolari biex tiżgura li r-rekwiżiti maħsuba ma jolqtux ħażin il-funzjonament tas-suq intern. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu sew il-kummenti jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u għandhom jikkomunikaw ir-rekwiżiti adottati lill-Kummissjoni u lill-BEREC. Il-BEREC għandu jistabbilixxi u jiżviluppa linji gwida ġenerali għall-applikazzjoni ta’ ġestjoni raġonevoli tat-traffiku f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u l-partijiet interessati kollha abbażi tal-Artikolu 23 u dan l-Artikolu.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom idaħħlu fis-seħħ proċeduri xierqa għall-ilmenti b'rabta ma' kwistjonijiet li jirrigwardaw il-prestazzjoni ta’ servizz tal-aċċess għall-internet għall-utenti finali u l-provdituri ta’ kontenut, applikazzjonijiet u servizzi.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) il-kwalità tas-servizzi tagħhom, skont l-atti ta' implimentazzjoni previsti fil-paragrafu 2;

d) il-kwalità tas-servizzi tagħhom;

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt e – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) il-veloċità tad-dejta proprjament disponibbli għad-download u l-upload fl-Istat Membru ta' residenza tal-utent finali, inkluża fil-ħin bl-aktar użu;

(i) il-veloċità tad-dejta proprjament disponibbli għad-download u l-upload fl-Istat Membru ta’ residenza tal-utent finali, inkluża l-veloċità minima garantita tad-dejta għad-download u l-upload fil-ħin bl-aktar użu, u l-istrumenti li huma disponibbli għall-utenti finali f’kull waqt b’mod li huwa ġeneralment aċċettat, sabiex jimmonitorjaw huma stess il-veloċitajiet għad-download u l-upload disponibbli għalihom rispettivament f'ħin reali u tul il-perjodu kollu tal-kuntratt;

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt e – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv) informazzjoni dwar kull proċedura li jistabbilixxi l-provditur biex ikejjel u jdawwar it-traffiku ħalli jevita konġestjoni fin-netwerk, u dwar kif dawk il-proċeduri jistgħu jaffettwaw il-kwalità tas-servizzi u l-protezzjoni tad-dejta personali;

(iv) informazzjoni dwar kull proċedura li jistabbilixxi l-provditur biex ikejjel u jdawwar it-traffiku ħalli jevita konġestjoni fin-netwerk, u dwar kif dawk il-proċeduri jistgħu jaffettwaw il-kwalità tas-servizzi u l-protezzjoni tad-dejta personali, kif ukoll il-miżuri kollha skont l-Artikolu 23(5); għandhom jiġu speċifikati wkoll l-istrumenti għad-dispożizzjoni kontinwa tal-utenti finali, li bihom huma jistgħu jsiru jafu b'mod ġeneralment rikonoxxut u li jista' jinftiehem, il-proċeduri u l-miżuri stabbiliti għall-kejl u għall-kontroll tat-traffiku tad-dejta skont l-Artikolu 23(5);

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Meta jitolbuhom l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom iqassmu bla ħlas lill-utenti finali informazzjoni li tinteressa lill-pubbliku, meta jixraq, bl-istess mezzi li kienu jużaw is-soltu biex jikkomunikaw mal-utenti finali. F'dan il-każ, dik l-informazzjoni għandhom jipprovduha l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku f'format standardizzat u fost l-oħrajn għandha tkopri dawn is-suġġetti:

imħassar

a) l-aktar użu komuni tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex wieħed jidħol f'attivitajiet illegali jew ixerred kontenut dannuż, b'mod partikolari fejn dan jista' jippreġudika r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż ksur tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u l-konsegwenzi legali tagħhom; u

b) il-mezzi ta' protezzjoni mir-riskji għas-sigurtà personali u mill-aċċess illegali għad-dejta personali meta jintużaw is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-veloċità tad-dejta attwalment disponibbli biex ittella' u tniżżel id-dejta fil-lok ewlieni tal-utneti aħħari, inkluż ċifri attwali għal meded tal-veloċità, medji tal-veloċità u veloċità fis-sigħat tal-akbar traffiku, inkluż l-impatt potenzjali tal-fatt li jiġi permess l-aċċess lil partijiet terzi permezz ta' netwerk taż-żona lokali bir-radju;

(b) il-veloċità tad-dejta attwalment disponibbli biex ittella’ u tniżżel id-dejta fil-lok ewlieni tal-utent aħħari, inkluż ċifri minimi garantiti għal meded tal-veloċità, medji tal-veloċità u veloċità fis-sigħat tal-akbar traffiku, inkluż l-impatt potenzjali tal-fatt li jiġi permess l-aċċess lil partijiet terzi permezz ta’ netwerk taż-żona lokali bir-radju;

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa għal perjodu ta' żmien mhux determinat minn [date entry into force of the Regulation], biex tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 17(2) 19(5)

(2) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa għal perjodu ta’ żmien mhux determinat minn [data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament], biex tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(2), l-Artikolu 19(5) u l-Artikolu 23(5).

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 17(2) u 19(5) tista' titneħħa f'kull waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' delega tista' ttemm id-delega tas-setgħat imsemmija f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ.

(3) Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17(2), l-Artikolu 19(5) u l-Artikolu 23(5), tista’ tiġi rrevokata f’kull waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' delega tista' ttemm id-delega tas-setgħat imsemmija f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Att delegat adottat skont l-Artikolu 17(2) u l-Artikolu 19(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(5) Att delegat adottat skont l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 19(5) u l-Artikolu 23(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS II

imħassar

IL-PARAMETRI MINIMI TAL-PRODOTTI EWROPEJ TAL-KONNETTIVITÀ B'SERVIZZ TA' KWALITÀ ŻGURAT (ASQ)

L-elementi tan-netwerk u informazzjoni relatata:

– Trid tingħata deskrizzjoni tal-prodott tal-konnettività fuq netwerk fiss, inklużi karatteristiċi tekniċi u l-adozzjoni ta' kull standard rilevanti.

Il-funzjonalitajiet tan-netwerk:

– il-ftehim tal-konnettività jiżgura l-Kwalità tas-Servizzi minn tarf sa tarf, skont parametri speċifikati komuni li jippermettu l-provdiment ta' mill-inqas dawn il-klassijiet ta' servizzi:

– li jsiru telefonati bil-vuċi u bil-vidjow;

– li jitwassal kontenut awdjoviżiv; u

–jintużaw applikazzjonijiet kritiċi tad-dejta.

PROĊEDURA

Titolu

Suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika

Referenzi

COM(2013)0627 – C7-0267/2013 – 2013/0309(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.9.2013

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

12.9.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Petra Kammerevert

9.10.2013

Eżami fil-kumitat

27.11.2013

Data tal-adozzjoni

21.1.2014

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zoltán Bagó, Malika Benarab-Attou, Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Silvia Costa, Mary Honeyball, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Emilio Menéndez del Valle, Martina Michels, Marek Henryk Migalski, Katarína Neveďalová, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Monika Panayotova, Marietje Schaake, Marco Scurria, Hannu Takkula, László Tőkés, Helga Trüpel, Gianni Vattimo, Marie-Christine Vergiat, Sabine Verheyen, Milan Zver

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Belet, Nadja Hirsch, Seán Kelly, Georgios Papanikolaou, Joanna Katarzyna Skrzydlewska

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (22.1.2014)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012
(COM(2013)0627 – C7‑0267/2013 – 2013/0309(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marielle Gallo

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jiddisjaċiha dwar iż-żmien tal-propost Regolament għal Kontinent Konness, li jaħbat tard ħafna fit-terminu tal-Parlament Ewropew. Is-settur tat-telekomunikazzjonijiet u s-servizzi provduti permezz tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika huma fundamentali għall-kompetittività tal-Unjoni Ewropea għat-terminu twil. Il-kalendarju maħsub għall-eżami ta' att leġiżlattiv li jista' jkollu impatt daqstant fundamentali fuq l-ekonomija mobbli, u għaldaqstant fuq l-ekonomija tagħna kollha kemm hi, mhux realistiku.

Il-Parlament Ewropew missu talab valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt tar-Regolament propost mingħand is-servizzi tiegħu stess u missu kellu żmien suffiċjenti biex jipproċedi b'konsultazzjoni pubblika wiesgħa. Ir-rapporteur tinnota wkoll il-pożizzjoni kritika ta' BEREC dwar il-proposta tal-Kummissjoni.

Bħala rimarka finali preliminari, ir-rapporteur tixtieq tenfasizza li l-operaturi ekonomiċi jeħtieġu ambjent li jappoġġahom u ċertezza tad-dritt. Għal din ir-raġuni, ir-rapporteur tinsab sorpriża dwar il-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-roaming internazzjonali, sena biss wara l-adozzjoni tar-Regolament Roaming III.

Rigward l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, ir-rapporteur iffokat fuq tliet oqsma:

L-ewwel nett, fuq l-awtorizzazzjoni unika tal-UE: Din toħloq saff addizzjonali ta' regolamentazzjoni, filwaqt li mhux muri b'mod suffiċjenti li din l-iskema hi meħtieġa. Ir-rapporteur temmen li l-eliminazzjoni ta' ostakoli mhux raġonevoli għall-forniment ta' servizzi transfruntieri tista' tinkiseb permezz ta' koordinazzjoni mtejba bejn l-NRAs u fi ħdan il-BEREC billi jinħoloq, pereżempju, mudell ta' notifika armonizzat. Għaldaqstant, ir-rapporteur tipproponi t-tħassir tal-Kapitolu 2 tar-Regolament propost u l-introduzzjoni ta' emendi għad-Direttiva 2002/20 (awtorizzazzjoni).

It-tieni nett, dwar in-newtralità tan-netwerk: Ir-rapporteur tipproponi li tiġi rikonoxxuta l-possibilità għall-operaturi li joffru, u għall-utenti finali li jibbenefikaw, minn servizzi speċjalizzati sakemm dawn ma jagħmlux ħsara lill-kwalità ġenerali tas-servizzi ta' aċċess għall-internet. Għandhom ikunu permessi miżuri tal-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku, filwaqt li jitqiesu s-sistemi legali differenti tal-Istati Membri u bil-kundizzjoni li l-konsumaturi jibbenefikaw minn internet miftuħ.

It-tielet nett, dwar id-drittijiet tal-utenti finali: ir-rapporteur tipproponi t-tħassir tal-Artikoli 25 sa 30 għax l-armonizzazzjoni sħiħa mhijiex favur il-konsumaturi. L-azzjoni proposta hi li tiġi emendata d-Direttiva 2002/22 (Servizz Universali) u li jiġu aġġornati wħud mid-drittijiet inklużi fiha.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Irrispettivament minn kif il-provditur jagħżel li jopera netwerks tal-komunikazzjoni elettronika jew minn kif jipprovdi s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika bejn il-fruntieri, ir-reġim regolatorju applikabbli għal provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu jkun newtrali fil-konfront tal-għażliet kummerċjali sottostanti għall-organizzazzjoni tal-funzjonijiet u l-attivitajiet madwar l-Istati Membri. Għalhekk, irrispettivament mill-istruttura kummerċjali tal-impriża, l-Istat Membru tad-domiċilju ta' provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu jkun dak l-Istat Membru fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet strateġiċi dwar il-provdiment ta' netwerks jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.

imħassar

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-awtorizzazzjoni unika tal-UE għandha tissejjes fuq l-awtorizzazzjoni ġenerali fl-Istat Membru tad-domiċilju. Din ma għandhiex tkun soġġetta għal kundizzjonijiet li diġà huma applikabbli premezz ta' xi liġi nazzjonali eżistenti oħra li mhix speċifika għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 għandhom japplikaw ukoll għall-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika.

imħassar

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-biċċa l-kbira tal-kundizzjonijiet speċifiċi għas-setturi, bħal pereżempju dwar l-aċċess għal netwerks jew is-sigurtà u l-integrità tagħhom jew dwar l-aċċess għal servizzi ta' emerġenza, huma relatati ferm mal-post fejn jinsab dan in-netwerk jew fejn jiġi pprovdut dan is-servizz. Għalhekk, provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jaf ikun soġġett għal kundizzjonijiet applikabbli fl-Istati Membri fejn jopera, sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor.

imħassar

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Meta l-Istati Membri ikun jeħtieġu kontribuzzjoni mingħand is-settur biex jiffinanzjaw l-obbligi tas-servizz universali u l-ispejjeż amministrattivi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-kriterji u l-proċeduri biex jitqassmu l-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati u nondiskriminatorji fir-rigward tal-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika, sabiex ma jixxekkilx id-dħul fis-suq transfruntieri, b'mod partikolari ta' parteċipanti ġodda jew operaturi iżgħar; għalhekk il-kontribuzzjonijiet mingħand impenji individwali għandhom iqisu s-sehem tas-suq tal-kontributur mil-lat ta' fatturat li għamel fl-Istat Membru rilevanti u għandhom ikunu soġġetti għall-applikazzjoni ta' livell limitu de minimis.

imħassar

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Hemm bżonn ikun żgurat li f'ċirkustanzi simili ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni fit-trattament ta' kull provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika minn Stati Membri differenti u li jiġu applikati prattiċi regolatorji konsistenti fis-suq uniku, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri li huma fl-ambitu tal-Artikoli 15 jew 16 tad-Direttiva 2002/21/KE, jew tal-Artikoli 5 jew 8 tad-Direttiva 2002/19/KE. Għalhekk il-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika għandu jkollhom dritt għal trattament ugwali mill-Istati Membri differenti f'sitwazzjonijiet oġġettivament ekwivalenti sabiex ikunu jistgħu isiru operazzjonijiet multiterritorjali aktar integrati. Barra minn hekk, għandu jkun hemm proċeduri speċifiċi fil-livell tal-Unjoni għar-reviżjoni ta' abbozzi tad-deċiżjonijiet dwar ir-rimedji skont it-tifsira tal-Artikolu 7a tad-Direttiva 2002/21/KE f'każijiet bħal dawn, sabiex ikunu evitati diverġenzi mhux ġustifikati fl-obbligi applikabbli għall-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika fi Stati Membri differenti.

imħassar

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Għandha tiġi stabbilita allokazzjoni ta' kompetenzi regolatorji u superviżorji bejn l-Istat Membru tad-domiċilju u l-Istat Membru ospitanti tal-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika bil-għan li jonqsu l-ostakli għad-dħul filwaqt li jkun żgurat li jiġu infurzati kif jixraq il-kundizzjonijiet applikabbli għall-provdiment ta' servizzi u entwerks tal-komunikazzjoni elettronika minn dawn il-provdituri. Għalhekk, filwaqt li kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tissorvelja l-konformità mal-kundizzjonijiet applikabbli fit-territorju tagħha skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż b'sanzjonijiet u miżuri interim, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju biss għandha tkun intitolata li tissospendi jew tirtira d-drittijiet ta' provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika milli jipprovdi netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha jew f'parti minnha.

imħassar

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-ispettru tar-radju hu ġid pubbliku u riżors essenzjali għas-suq intern għal komunikazzjoni mobbli, broadband bla wajers u bis-satellita fl-Unjoni. L-iżvilupp tal-komunikazzjoni broadband bla wajers tgħin fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u b'mod partikolari fl-għan li jkun żgurat aċċess għall-broadband b'veloċità ta’ mhux inqas minn 30 Mbps sal-2020 għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u li l-Unjoni jkollha provdiment ta' broadband bl-ogħla veloċità u kapaċità possibbli. Madankollu, reġjuni globali kbar oħrajn — l-Amerika ta' Fuq, l-Afrika u partijiet mill-Asja — qabżuha lill-Unjoni fejn jidħlu l-varar u l-penetrazzjoni ta' teknoloġiji broadband bla wajers tal-aħħar ġenerazzjoni li hemm bżonn biex jintlaħqu dawk l-għanijiet strateġiċi. Il-proċess frammentat biex tingħata awtorizzazzjoni u biex tkun disponibbli banda ta' 800 MHz għal komunikazzjoni broadband bla wajers, b'aktar minn nofs l-Istati Membri jitolbu deroga jew inkella ma jirnexxilhomx jagħmlu dan sal-iskadenza stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (RSPP), jixhed l-urġenza ta' azzjoni anke fit-terminu tal-RSPP attwali. Il-miżuri tal-Unjoni biex tarmonizza l-kundizzjonijiet tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju għal komunikazzjoni broadband bla wajers skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma kinux biżżejjed biex jindirizzaw din il-problema.

imħassar

___________

23 Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju, ĠU L 81, 21.3.2012

24 Id-Deċiżjoni u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1).

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) F'kuntest ta' migrazzjoni progressiva gћal "netwerks ibbażati għalkollox fuq l-IPs", in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti tal-konnettività bbażati fuq il-protokoll tal-IP għal klassijiet differenti ta' servizzi bi kwalità tas-servizzi żgurata li tippermetti mogħdijiet tal-komunikazzjoni bejn id-dominji tan-netwerk u bejn it-trufijiet tan-netwerk, kemm fl-Istati Membri kif ukoll bejniethom, ixekkel l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet li jistrieħu fuq l-aċċess għal netwerks oħrajn, u allura jillimita l-innovazzjoni teknoloġika. Barra minn hekk, din is-sitwazzjoni żżomm it-tixrid fuq skala usa' ta' effiċjenzi relatati mal-ġestjoni u l-provdiment ta' netwerks ibbażati fuq l-IPs u prodotti tal-konnettività b'livell żgurat ta' kwalità tas-servizzi, b'mod partikolari aktar sigurtà, affidabbiltà u flessibbiltà, kosteffikaċja u provdiment aktar malajr, li minnhom igawdu l-operaturi tan-netwerk, il-provdituri tas-servizzi u l-utenti finali. Għaldaqstant approċċ armonizzat għat-tfassil u d-disponibbiltà ta' dawn il-prodotti hu meħtieġ skont termini raġonevoli inkluż, meta tintalab, il-possibbiltà ta' provdiment inkroċjat mill-impenji tal-komunikazzjoni elettronika kkonċernati.

(36) F'kuntest ta' migrazzjoni progressiva gћal "netwerks ibbażati għalkollox fuq l-IPs", in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti tal-konnettività bbażati fuq il-protokoll tal-IP għal klassijiet differenti ta' servizzi bi kwalità definita tas-servizzi f'netwerks ta' komunikazzjoni magħluqa bl-użu tal-protokoll tal-internet b'kontroll strett ta' ammissjoni jista' jxekkel l-iżvilupp ta' servizzi li jistrieħu fuq din il-kwalità definita sabiex jiffunzjonaw b'mod xieraq. Għaldaqstant approċċ armonizzat għat-tfassil u d-disponibbiltà ta' dawn is-servizzi hu meħtieġ, inklużi salvagwardji li jiggarantixxu li l-kwalità mtejba ma tkunx funzjonalment identika jew għad-detriment tal-prestazzjoni, l-affordabbiltà jew tal-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet jew ixxekkel il-kompetizzjoni, l-innovazzjoni jew in-newtralità tal-internet.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) Matul l-aħħar deċennji l-internet żviluppa fi pjattaforma miftuħa għall-innovazzjoni bi ftit xkiel għall-aċċess għall-utenti finali, għall-provdituri tal-kontenut u tal-applikazzjonijiet u għall-provdituri tas-servizzi tal-internet. Il-qafas regolatorju attwali għandu l-għan li jippromwovi l-kapaċità tal-utenti finali li jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni jew li jużaw l-applikazzjonijiet u s-servizzi li jagħżlu huma. Madankollu, dan l-aħħar, ir-rapport tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) dwar prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku ppubblikat f'Mejju 2012 u studju li kkummissjonat l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi u s-Saħħa u ppubblikat f'Diċembru 2012 dwar il-funzjonament tas-suq tal-aċċess u l-provdiment tal-internet minn perspettiva tal-konsumatur, urew li għadd sinifikanti ta' utenti finali jiġu affettwati minn prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku li jimblukkaw jew jisslowjaw applikazzjonijiet speċifiċi. Dawn ix-xejriet jeħtieġu regoli ċari fil-livell tal-Unjoni biex jinżamm l-internet miftuħ u biex tkun evitata frammentazzjoni tas-suq uniku minħabba miżuri ta' Stati Membri individwali.

(45) Matul l-aħħar deċennji l-internet żviluppa fi pjattaforma miftuħa għall-innovazzjoni bi ftit xkiel għall-aċċess għall-utenti finali, għall-fornituri tal-kontenut u tal-applikazzjonijiet u għall-fornituri tas-servizzi tal-internet. It-trattament ugwali bażiku u n-nondiskriminazzjoni fir-rigward tat-trażmissjoni tal-pakketti tad-dejta, irrispettivament mill-kontenut, is-servizz, l-applikazzjoni, l-oriġini jew id-destinazzjoni, għandhom jiġu salvagwardjati legalment mal-UE kollha, biex b'hekk ikun żgurat b'mod permanenti li kull utent tas-servizzi tal-internet fil-prinċipju jkun jista' jkollu aċċess jew jipprovdi aċċess huwa stess għal kontenuti, servizzi jew applikazzjonijiet online kollha. L-operaturi tal-aċċess għan-netwerk għandhom obbligu ġenerali ta' twassil ta' pakketti tad-dejta waqt li jipprovdu lill-utenti b'servizzi ta' trażmissjoni bi kwalità xierqa u li jibqgħu jiġu adattati kontinwament mal-progress teknoloġiku irrispettivament mill-oriġini, id-destinazzjoni jew in-natura tal-kontenut, is-servizzi u l-applikazzjonijiet li jridu jiġu trażmessi. Il-karattru miftuħ u nondiskriminatorju tal-internet huwa l-element ewlieni biex jiġu stimolati l-innovazzjoni u l-effiċjenza ekonomika. Dawn il-karatteristiċi jservu sabiex tiġi żgurata l-libertà u d-diversità tal-espressjoni, fil-midja u fis-settur kulturali. Il-qafas regolatorju attwali għandu l-għan li jippromwovi l-kapaċità tal-utenti finali li jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni jew li jużaw l-applikazzjonijiet u s-servizzi li jagħżlu huma. Madankollu, dan l-aħħar, ir-rapport tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) dwar prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku ppubblikat f'Mejju 2012 u studju li kkummissjonat l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi u s-Saħħa u ppubblikat f'Diċembru 2012 dwar il-funzjonament tas-suq tal-aċċess u l-forniment tal-internet minn perspettiva tal-konsumatur, urew li għadd sinifikanti ta' utenti finali jiġu affettwati minn prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku li jimblukkaw jew jisslowjaw applikazzjonijiet speċifiċi. Dawn ix-xejriet jeħtieġu regoli ċari fil-livell tal-Unjoni biex jinżamm l-internet miftuħ u biex tkun evitata frammentazzjoni tas-suq uniku minħabba miżuri ta' Stati Membri individwali. Internet miftuħ li jopera mingħajr eċċezzjoni fuq il-prinċipju tal-aħjar sforz m'għandux jiddgħajjef jew jiġi ristrett mill-iżvilupp ta' prodotti u servizzi oħra.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 47a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47a) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika).

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50) Barra minn hekk, hemm domanda għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jipprovdu servizzi ta' trażmissjoni bbażati fuq parametri tal-kwalità flessibbli, inklużi livelli aktar baxxi ta' prijorità għat-traffiku li ma tkunx sensittiva għall-ħin. Il-possibbiltà għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jinnegozjaw dawn il-livelli flessibbli ta' kwalità ta' servizzi ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku hemm bżonnha għall-provdiment ta' servizzi speċjalizzati u hu mistenni li jkollha rwol importanti fl-iżvilupp ta' servizzi ġodda bħall-komunikazzjoni M2M (bejn magna u magna). Fl-istess waqt, dawn l-arranġamenti għandhom jippermettu lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jibbilanċjaw aħjar it-traffiku u jipprevenu konġestjoni fin-netwerks. Għalhekk, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi li jikkonkludu ftehimiet dwar servizzi speċjalizzati b'livelli definiti ta' kwalità tas-servizzi sakemm dawn il-ftehimiet ma jkunux qed idgħajfu sostanzjalment il-kwalità ġenerali tas-servizzi tal-aċċess għall-internet.

(50) Barra minn hekk, hemm domanda għall-fornituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jipprovdu servizzi ta' trażmissjoni bbażati fuq parametri tal-kwalità. Għall-forniment ta' servizzi speċjalizzati f'netwerks magħluqa, huwa neċessarju li l-fornituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi jkollhom il-possibilità jinnegozjaw, għal grupp limitat ta' utenti, kwalità speċifika ta' servizzi ma' fornituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku. Dan hu mistenni li jkollu rwol importanti fl-iżvilupp ta' servizzi ġodda bħall-komunikazzjoni M2M (bejn magna u magna). Is-servizzi speċjali ma għandhomx idgħajfu l-kwalità tas-servizz tal-aċċess għall-internet miftuħ u lanqas ma jkunu kummerċjalizzati jew użati bħala sosituti għall-internet. Dawn huma ammissibbli biss meta b'mod ipprovat ikun hemm il-ħtieġa teknika u oġġettiva, li tmur lil hinn mill-interess ekonomiku personali, sabiex jiġu pprovduti bi kwalità partikolari applikazzjonijiet li jridu jintużaw f'ħin reali b'mod kritiku. F'każ li servizzi speċjali jiġu offruti jew kummerċjalizzati minn fornituri tal-aċċess għan-netwerk, huma għandhom l-obbligu jipprovdu servizz tal-aċċess għall-internet miftuħ kif imsemmi fil-Premessa (45). Is-servizzi kollha bbażati fuq l-internet miftuħ huma suġġetti għall-prinċipju tal-aħjar sforz.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jaqdu rwol essenzjali biex ikun żgurat li l-utenti finali effettivament ikunu jistgħu jeżerċitaw din il-libertà biex jużaw l-aċċess tal-internet miftuħ. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom l-obbligi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar, u jiżguraw il-konformità tal-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku u d-disponibbiltà ta' servizzi tal-aċċess għall-internet nondiskriminatorji u ta' kwalità għolja li ma jiddgħajfux sostanzjalment minn servizzi speċjalizzati. Fil-valutazzjoni tagħhom ta' xkiel ġenerali possibbli għas-servizzi tal-internet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu parametri ta' kwalità bħat-timing u l-affidabbiltà (latenza, jitter, telf fil-pakketti), livelli u effetti tal-konġestjoni fin-netwerk, veleoċitajiet attwali kontra dawk riklamati, il-prestazzjoni tas-servizzi tal-aċċess tal-internet imqabbla ma' servizzi speċjalizzati, u l-kwalità kif perċepita mill-utenti aħħarin. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw is-setgħa jimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi fuq kull provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew fuq uħud individwali, jekk dan ikun meħtieġ biex jevita degradazzjoni ġenerali fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet.

(51) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jaqdu rwol essenzjali biex ikun żgurat li l-utenti finali effettivament ikunu jistgħu jeżerċitaw din il-libertà biex jużaw l-aċċess tal-internet miftuħ. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom l-obbligi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar, u jiżguraw il-konformità tal-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku u d-disponibbiltà ta' servizzi tal-aċċess għall-internet nondiskriminatorji u ta' kwalità għolja li ma jiddgħajfux sostanzjalment minn servizzi speċjalizzati. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' notifika u ta' rimedju ċari u li jinftiehmu għall-utenti finali suġġetti għal diskriminazzjoni, restrizzjoni jew interferenza tal-kontenut, servizzi jew applikazzjonijiet online. Fil-valutazzjoni tagħhom ta' xkiel ġenerali possibbli għas-servizzi tal-internet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu parametri ta' kwalità bħat-timing u l-affidabbiltà (latenza, jitter, telf fil-pakketti), livelli u effetti tal-konġestjoni fin-netwerk, veleoċitajiet attwali kontra dawk riklamati, il-prestazzjoni tas-servizzi tal-aċċess tal-internet imqabbla ma' servizzi speċjalizzati, u l-kwalità kif perċepita mill-utenti finali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw is-setgħa jimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi fuq kull fornitur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew fuq uħud individwali, jekk dan ikun meħtieġ biex jevita degradazzjoni ġenerali fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) il-fornituri ta' servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika jistgħu jagħmlu investiment u innovazzjoni f'infrastrutturi ġodda u mtejba ta' kapaċità għolja, li jikkontribwixxu għall-kompetittività dinjija tal-Unjoni.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) tkun promossa kompetizzjoni sostenibbli fis-suq uniku u l-kompetittività globali tal-Unjoni, u biex tonqos ir-regolamentazzjoni tas-suq speċifika għas-setturi kif jixraq, meta jintlaħqu dawn l-għanijiet;

imħassar

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) jitħeġġu l-investiment u l-innovazzjoni f'infrastrutturi ġodda u msaħħa ta' kapaċità għolja li jilħqu l-Unjoni kollha u li jistgħu jaqdu d-domanda tal-utenti finali li dejjem tevolvi;

imħassar

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) awtorizzazzjoni unika tal-UE għall-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika

imħassar

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) aktar konverġenza tal-kundizzjonijiet regolatorji fir-rigward tal-ħtieġa u l-proporzjonalità ta' rimedji imposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq il-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika;

imħassar

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-armonizzazzjoni ta' regoli relatati mad-drittijiet tal-utenti finali u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva fis-swieq tal-konsumaturi, biex b'hekk jinħoloq spazju Ewropew tal-konsumaturi għall-komunikazzjoni elettronika;

(e) drittijiet addizzjonali għal dawk inklużi fid-Direttiva 2002/22/KE għall-utenti finali u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva fis-swieq tal-konsumaturi, biex b'hekk jinħoloq spazju Ewropew tal-konsumaturi għall-komunikazzjoni elettronika;

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) "awtorizzazzjoni unika tal-UE" tfisser il-qafas legali applikabbli għal provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha skont l-awtorizzazzjoni ġenerali fl-Istat Membru tad-domiċilju u skont dan ir-Regolament;

imħassar

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) "Stat Membru tad-domiċilju" tfisser l-Istat Membru fejn il-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu l-istabbiliment ewlieni tiegħu;

imħassar

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) "l-istabbiliment ewlieni" tfisser il-post tal-istabbiliment fl-Istat Membru fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-investimenti fi u twettiq tal-provdiment ta' servizzi jew netwerks tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni;

imħassar

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) "Stat Membru ospitant" tfisser kull Stat Membru differenti mill-Istat Membru tad-domiċilju, fejn il-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jipprovdi netwerks jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika;

imħassar

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) "prodott ta' konnettività b'servizz ta' kwalità żgurat (ASQ)" tfisser prodott li jsir disponibbli fl-exchange tal-protokoll tal-internet (IP), li bih il-klijenti jkunu jistgħu jagħmlu link tal-komunikazzjoni bl-IP bejn punt tal-interkonnessjoni u wieħed jew bosta punti fissi tat-terminazzjoni tan-netwerk, u jippermetti livelli definiti tal-prestazzjoni tan-netwerk bejn tarf u ieħor għall-provdiment ta' servizzi speċifiċi lill-utenti finali skont it-twassil ta' kwalità garantita speċifikata tas-servizz, skont parametri speċifikati;

imħassar

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) "servizz tal-aċċess għall-internet" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jipprovdi konnettività mal-internet, u allura konnettività bejn kull punt finali virtwalment konness mal-internet, irrispettivament mit-teknoloġija tan-netwerk użata;

(14) "servizz tal-aċċess għall-internet" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jipprovdi konnettività mal-internet, u allura konnettività bejn kull punt finali virtwalment konness mal-internet, irrispettivament mit-teknoloġija tan-netwerk użata; l-Istati Membri għandhom jimponu rekwiżiti minimi raġonevoli fir-rigward tal-kwalità tas-servizz tal-aċċess għall-internet, li għandhom ikunu adattati kontinwament mal-progress teknoloġiku; servizz tal-aċċess għall-internet jippermetti lill-utenti finali jużaw kwalunkwe applikazzjoni bbażata fuq l-internet skont il-prinċipju tal-aħjar sforz; l-unika deroga permissibbli minn dan il-prinċipju hija l-ġestjoni tat-traffiku proporzjonata u ġustifikata meta l-kundizzjonijiet dwar l-applikazzjoni tagħha jkunu definiti b'mod ċar;

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) "servizz speċjalizzat" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika jew servizz ieħor li jipprovdi l-kapaċità ta' aċċess għal kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew taħlita tagħhom, u li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu huma kontrollati minn tarf għal ieħor jew jipprovdi l-kapaċità li tintbagħat jew tasal dejta lejn jew mingħand għadd determinat ta' partijiet jew punti terminali; u li ma jkunx kummerċjalizzat jew użat ħafna bħala sostitut għal servizz tal-aċċess għall-internet;

(15) >"servizz speċjalizzat" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika jew servizz ieħor provdut bl-użu tal-protokoll tal-internet u operati fi ħdan netwerks magħluqa tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jiddependu mill-kontroll tal-ammissjoni li jipprovdi l-kapaċità ta' aċċess għal kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew taħlita tagħhom, abbażi ta' użu estensiv tal-ġestjoni tat-traffiku għall-iżgurar ta' karatteristiċi tas-servizz adegwati; u li ma jkunx kummerċjalizzat jew użat ħafna bħala sostitut għal servizz tal-aċċess għall-internet;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tislet mil-Linji Gwida għall-Kwalità tas-Servizz tal-BEREC fl-ambitu tan-Newtralità tan-Netwerk.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3 – Il-libertà li tiġi provduta komunikazzjoni elettronika mal-Unjoni

imħassar

1. Provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu d-dritt li jipprovdi netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha u li jeżerċita d-drittijiet relatati mal-provdiment ta' dawn in-netwerks u s-servizzi f'kull Stat Membru fejn jopera skont awtorizzazzjoni unika tal-UE li hi soġġetta biss għar-rekwiżiti ta' notifika previsti fl-Artikolu 4.

2. Provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika hu soġġett għar-regoli u l-kundizzjonijiet applikati f'kull Stat Membru kkonċernat f'konformità mal-liġi tal-Unjoni sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f'dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 531/2012.

3. B'deroga mill-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20/KE, provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jista' jkun soġġett biex iħallas miżati amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti biss jekk ikollu fatturat annwali għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika f'dak l-Istat Membru aktar minn 0,5% tal-fatturat totali nazzjonali tal-komunikazzjoni elettronika. Meta jiġu imposti dawn l-imposti, għandu jitqies biss il-fatturat għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Istat Membru kkonċernat.

4. B'deroga mill-Artikolu 13(1)(b) tad-Direttiva 2002/22/KE, provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jista' jkun soġġett għall-kontribuzzjonijiet imposti biex jaqsam il-kost nett tal-obbligi universali tas-servizz fl-Istat Membru ospitanti biss jekk ikollu fatturat annwali għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika f'dak l-Istat Membru aktar minn 3% tal-fatturat totali nazzjonali tal-komunikazzjoni elettronika. Meta tiġi imposta din il-kontribuzzjoni, għandu jitqies biss il-fatturat fl-Istat Membru kkonċernat.

5. Provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettroniċka għandu jkun intitolat għal trattament ugwali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' Stati Membri differenti f'sitwazzjonijiet oġġettivament ekwivalenti.

6. Fil-każ ta' tilwim bejn impenji li jinvolvi provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika rigward l-obbligi applikabbli skont id-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE, dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 fi Stat Membru ospitanti, il-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jista' jikkonsulta lill-awtorità regolatorja kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju li tista' tagħti opinjoni bil-ħsieb li jkun żgurat l-iżvilupp tal-prattiċi regolatorji konsistenti. Meta tiddeċiedi dwar tilwim, l-awtorità regolatorja nazzjonali fl-Istat Membru ospitanti għandha tqis sew l-opinjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju.

7. Il-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika li, meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, ikollhom id-dritt li jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika f'aktar minn Stat Membru wieħed, għandhom iressqu n-notifika prevista fl-Artikolu 4 sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2016.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4 – Il-proċedura tan-notifika għall-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika

imħassar

1. Provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu jressaq notifika waħda skont dan ir-Regolament biss lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju, qabel jibda l-attività f'mill-anqas Stat Membru wieħed.

2. In-notifika għandu jkun fiha dikjarazzjoni dwar il-provdiment jew dwar l-intenzjoni li jinbeda l-provdiment ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u magħha jkollha biss din l-informazzjoni:

(a) isem il-provditur, l-istatus u l-forma legali tiegħu, in-numru ta' reġistrazzjoni, fejn il-provditur ikun reġistrat f'negozju jew reġistru pubbliku simili ieħor, l-indirizz ġeografiku tal-istabbiliment ewlieni, persuna ta' kuntatt, deskrizzjoni qasira tan-netwerks jew tas-servizzi pprovduti jew li beħsiebhom jiġu pprovduti, inkluża l-identifikazzjoni tal-Istat Membru tad-domiċilju;

(b) l-Istat(i) Membru/i ospitanti fejn ikunu pprovduti jew beħsiebhom jiġu pprovduti s-servizzi u n-netwerks direttament jew minn sussidjarji u, fil-każ tal-aħħar, l-isem, l-istatus u l-forma legali tiegħu, l-indirizz ġeografiku, in-numru ta' reġistrazzjoni, fejn il-fornitur ikun reġistrat f'negozju jew reġistru pubbliku simili ieħor fl-Istat Membru ospitanti, u l-punt ta' kuntatt ta' kull kumpanija sussidjarja kkonċernata u ż-żoni rispettivi fejn topera. Meta kumpanija sussidjarja jikkontrollawha konġuntament żewġ provdituri tal-komunikazzjoni elettronika jew aktar li jkollhom l-istabbilimenti ewlenin tagħhom fi Stati Membri differenti, il-kumpanija sussidjarja għandha tindika l-Istat Membru tad-domiċilju rilevanti minn fost dawk tal-kumpaniji azzjonarja għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għandha tiġi notifikata mill-kumpanija azzjonarja b'dak l-Istat Membru tad-domiċilju kif xieraq.

In-notifika għandha titressaq bil-lingwa jew bil-lingwi applikabbli fl-Istat Membru tad-domiċilju u fl-Istat Membru ospitanti.

3. Kull modifika fl-informazzjoni mressqa skont il-paragrafu 2 għandha tkun disponibbli lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju fi żmien xahar mill-modifika. Fil-każ li l-modifika li trid tiġi notifikata jkollha x'taqsam mal-intenzjoni li jiġu pprovduti netwerks jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fi Stat Membru ospitanti li mhux kopert minn notifika preċedenti, il-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jista' jibda l-attività f'dak l-Istat Membru ospitanti man-notifika.

4. Kull nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit ta' notifika stabbilit f'dan l-Artikolu għandu jitqies bħala ksur tal-kundizzjonijiet komuni applikabbli għall-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika fl-Istat Membru tad-domiċilju.

5. L-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tgħaddi l-informazzjoni li taslilha skont il-paragrafu 2 u kull modifika f'dik l-informazzjoni skont il-paragrafu 3 lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri ospitanti kkonċernati u lill-Uffiċċju BEREC fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi dik il-informazzjoni jew xi modifika.

L-Uffiċċju BEREC għandu jżomm reġistru aċċessibbli għall-pubbliku bin-notifiki li jsiru skont dan ir-Regolament.

6. Meta jitlobha l-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha toħroġ dikjarazzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/20/KE li tispeċifika li l-impriża inkwistjoni hi soġġetta għall-awtorizzazzjoni unika tal-UE.

7. Jekk waħda jew aktar mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fi Stati Membri differenti jidhrilha li l-identifikazzjoni tal-Istat Membru tad-domiċilju f'notifika li ssir skont il-paragrafu 2 jew kull modifika fiha li ssir skont il-paragrafu 3, ma tkunx jew ma tibqax tikkorrispondi mal-istabbiliment ewlieni tal-impriża skont dan ir-Regolament, din għandha tirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni, filwaqt li tissostanzja r-raġunijiet li fuqhom issejjes l-evalwazzjoni tagħha. Kopja tar-riferiment għandha tintbagħat lill-Uffiċċju BEREC għall-informazzjoni. Wara li tkun tat l-opportunità lill-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika rilevanti u lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju kkontestat biex jesprimu l-fehmiet tagħhom, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni biex tiddetermina l-Istat Membru tad-domiċilju tal-impriża inkwistjoni skont dan ir-Regolament fi żmien tliet xhur mir-riferiment tal-kwistjoni.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5 – Konformità mal-awtorizzazzjoni unika tal-UE

imħassar

1. L-awtorità regolatorja nazzjonali ta' kull Stat Membru kkonċernat għandha tissorvelja u tiżgura, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha li timplimenta l-proċeduri previsti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/20/KE, li l-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika jikkonformaw mar-regoli u mal-kundizzjonijiet applikabbli fit-territorju tagħha skont l-Artikolu 3.

2. L-awtorità regolatorja nazzjonali ta' Stat Membru ospitanti għandha tgħaddi lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju, kull informazzjoni rilevanti dwar miżuri individwali adottati fir-rigward ta' provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika bil-ħsieb li tkun żgurata konformità mar-regoli u mal-kundizzjonijiet applikabbli fit-territorju tagħha skont l-Artikolu 3.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6 – Is-sospensjoni u l-irtirar tad-drittijiet tal-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika milli jipprovdu komunikazzjoni elettronika

imħassar

1. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri li għandhom x'jaqsmu mas-sospensjoni jew l-irtirar tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru jew tan-numri mogħtija minn xi Stat Membru kkonċernat u l-miżuri interim adottati skont il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju biss tista' tissospendi jew tirtira d-drittijiet ta' provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika milli jipprovdi netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha jew f'parti minnha skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2002/20/KE.

2. F'każijiet ta' ksur serju jew ripetut tar-regoli u tal-kundizzjonijiet applikabbli fi Stat Membru ospitanti skont l-Artikolu 3, meta jkunu fallew il-miżuri maħsuba biex jiżguraw konformità li tadotta l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 5, din għandha tgħarraf lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju u titlobha tadotta l-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

3. Sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju tadotta deċiżjoni finali dwar talba skont il-paragrafu 2, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti tista' tieħu miżuri interim urġenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2002/20/KE meta jkollha evidenza li nkisru r-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli fit-territorju tagħha skont l-Artikolu 3. B'deroga mit-tliet xhur limitu taż-żmien previst fl-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2002/20/KE, dawn il-miżuri interim jistgħu jkunu validi sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju tadotta deċiżjoni finali.

Il-Kummissjoni, il-BEREC u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju u Stati Membri ospitanti oħra għandhom jiġu informati bil-miżura interim adottata fi żmien debitu.

4. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju jidhrilha li għandha tieħu deċiżjoni biex tissospendi jew tirtira d-drittijiet ta' provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika skont il-paragrafu 1, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew meta titlobha l-awtorità regolatorja nazzjonali ta' Stat Membru ospitanti, din għandha tinnotifika l-intenzjoni tagħha lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' kull Stat Membru ospitanti li jintlaqat b'din id-deċiżjoni. L-awtorità regolatorja nazzjonali ta' Stat Membru ospitanti tista' tagħti opinjoni fi żmien xahar.

5. Filwaqt li tqis sew kull opinjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istati Membri ospitanti kkonċernati, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tadotta deċiżjoni finali u tgħaddiha lill-Kummissjoni, lill-BEREC u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri ospitanti li jintlaqtu b'deċiżjoni bħal din, fi żmien ġimgħa mill-adozzjoni tagħha.

6. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju tiddeċiedi li tissospendi jew tirtira drittijiet ta' provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika skont il-paragrafu 1, l-awtorità regolatorja nazzjonali ta' xi Stat Membru ospitanti kkonċernat għandha tieħdu l-miżuri xierqa biex lill-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika tipprevenih milli jibqa' jipprovdi aktar servizzi jew netwerks ikkonċernati b'din id-deċiżjoni, fit-territorju tiegħu.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 7 – Il-kordinazzjoni tal-miżuri ta' infurzar

imħassar

1. Meta jiġi applikat l-Artikolu 6, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tieħu miżuri ta' superviżjoni jew infurzar relatati ma' servizz jew netwerk tal-komunikazzjoni elettronika pprovdut fi Stat Membru ieħor jew li kkawża danni fi Stat Membru ieħor bl-istess diliġenza daqslikieku s-servizz jew in-netwerk tal-komunikazzjoni elettronika kkonċernat ġie pprovdut fl-Istat Membru tad-domiċilju.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorji tagħhom jistgħu jiġu serviti d-dokumenti legali relatati mal-miżuri li ttieħdu skont l-Artikoli 5 u 6.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19 – Prodott ta' konnettività b'servizz ta' kwalità żgurat (ASQ)

imħassar

1. Kull operatur għandu jkollu d-dritt li jipprovdi prodott Ewropew tal-konnettività b'servizz ta' kwalità żgurat (ASQ) kif jispeċifika l-paragrafu 4.

2. Kull operatur għandu jissodisfa kull talba raġonevoli biex jipprovdi prodott Ewropew ta' konnettività ASQ kif jispeċifika l-paragrafu 4, li titressaq bil-miktub minn provditur awtorizzat tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika. Kull rifjut milli jiġi pprovdut prodott Ewropew ta' konnettività ASQ għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi. L-operatur għandu jiddikjara r-raġunijiet għal kull rifjut fi żmien xahar minn meta ssir it-talba bil-miktub.

Tkun raġuni oġġettiva għal rifjut jekk il-parti li qed titlob provdiment ta' prodott Ewropew ta' konnettività ASQ ma tkunx tista' jew ma tkunx tixtieq li fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi tagħmel disponibbli wkoll prodott Ewropew tal-konnettività ASQ lill-parti li ssirilha t-talba b'termini raġonevoli, jekk din tal-aħħar titlob hekk.

3. Meta t-talba tiġi rifjutata jew ma jkunx intlaħaq ftehim dwar termini u kundizzjonijiet speċifiċi, inkluż il-prezz, fi żmien xahrejn minn meta ssir it-talba bil-miktub, kull parti hi intitolata tirreferi l-kwistjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/21/KE. F'dan il-każ, jista' japplika l-Artikolu 3(6) ta' dan ir-Regolament.

4. Il-provdiment ta' prodott tal-konnettività għandu jitqies bħala provdiment ta' prodott Ewropew ta' konnettività ASQ jekk dan jiġi pprovdut skont il-parametri minimi elenkati fl-Anness II u jekk b'mod kumulattiv jissodisfa dawn ir-rekwiżiti sostantivi:

(a) il-kapaċità li jkun offrut bħala prodott ta' kwalità għolja kullimkien fl-Unjoni;

(b) bih, il-pprovdituri tas-servizz ikunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utenti finali tagħhom;

(c) il-kosteffikaċja, filwaqt li jitqiesu soluzzjonijiet eżistenti li jistgħu jiġu pprovduti fl-istess netwerks;

(d) l-effikaċja operattiva, b'mod partikolari fir-rigward li jiġu limitati kemm jista' jkun l-ostakli fl-implimentazzjoni u l-ispejjeż tal-varar għall-konsumaturi; u

(e) ikun żgurat li jiġu osservati r-regoli dwar il-protezzjoni tal-privatezza, id-dejta personali, is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u t-trasparenza f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 ħalli jiġi adattat l-Anness II fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq u teknoloġiċi, sabiex jibqa' jissodisfa r-rekwiżiti sostantivi elenkati fil-paragrafu 4.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx japplikaw tariffi għal komunikazzjonijiet intra-Unjoni li jintemmu fi Stat Membru ieħor, sakemm dawn ma jkunux ġustifikati oġġettivament:

imħassar

a) fir-rigward ta' komunikazzjoni fissa, minn tariffi għal komunikazzjoni domestiċi f'distanzi twal;

b) fir-rigward ta' komunikazzjoni mobbli, minn ewrotariffi għal komunikazzjoni regolata tar-roaming bil-vuċi u bl-SMS, rispettivament, stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 531/2012.

Ġustifikazzjoni

Dawn huma swieq kompetittivi u dderegolati.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-utenti finali għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet dwar il-volumi u l-veloċitajiet tad-dejta ma' provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u biex, f'konformità ma' ftehimiet bħal dawn relattivi għall-volumi tad-dejta, jużaw offerti tal-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-internet.

B'kont xieraq meħud tal-prinċipju tan-newtralità tal-internet, l-utenti finali għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet dwar il-volumi u l-veloċitajiet tad-dejta ma' fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, sakemm dawn jagħtu l-kunsens infurmat b'mod liberu u espliċitu, u jużaw offerti tal-fornituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-internet.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-utenti finali għandhom ikunu liberi wkoll biex jiftiehmu ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew ma' provdituri ta' kontenut, applikazzjonijiet u servizzi dwar il-provdiment ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità aħjar tas-servizzi

Il-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew il-fornituri ta’ kontenut, applikazzjonijiet u servizzi jistgħu joffru servizzi speċjalizzati lil numru limitat ta’ utenti li jkunu mogħtija aċċess ristrett, permezz ta’ netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika magħluqa. Is-servizzi speċjali ma jistgħux jiġu kummerċjalizzati jew użati bħala sostituti għall-internet u ma jistgħux joffru kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi funzjonalment identiċi għal dawk tal-internet miftuħ.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi speċjalizzati lill-utenti finali, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet flimkien ħalli jittrażmettu l-volumi jew it-traffiku tad-dejta relatati bħala servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi definita jew b'kapaċità dedikata. Il-provdiment ta' dawn is-servizzi speċjalizzati ma għandux qed idgħajjef sostanzjalment il-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet.

Sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi speċjalizzati lill-utenti finali, il-fornituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet flimkien ħalli jittrażmettu l-volumi jew it-traffiku tad-dejta relatati f'netwerks ta' komunikazzjoni elettronika magħluqa bħala servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi definita jew b'kapaċità dedikata, li ma jkunux funzjonalment identiċi għal servizzi disponibbli għal servizz tal-aċċess għall-internet pubbliku. Il-forniment ta' servizzi speċjalizzati ma għandux idgħajjef il-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet. Meta l-kapaċità tan-netwerk tkun maqsuma bejn is-servizzi tal-aċċess għall-internet u s-servizzi speċjalizzati, il-fornitur ta' dawn is-servizzi għandu jippubblika kriterji ċari u li ma joħolqux dubju, ibbażati fuq liema kapaċità tan-netwerk tkun maqsuma.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) tiġi implimentata dispożizzjoni leġiżlattiva jew ordni tal-qorti, jew biex jiġu evitati jew impediti reati kriminali serji;

a) tiġi implimentata dispożizzjoni leġiżlattiva jew ordni tal-qorti;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) jiġu minimizzati l-effetti ta' konġestjoni eċċezzjonali jew temporanja fin-netwerk sakemm tipi ekwivalenti ta' traffiku jkunu trattati bl-istess mod.

d) jiġu impediti jew minimizzati l-effetti ta' konġestjoni eċċezzjonali jew temporanja fin-netwerk sakemm tipi ekwivalenti ta' traffiku jkunu trattati bl-istess mod.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandha tinvolvi biss l-ipproċessar ta' dejta meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu.

Il-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandha tkun stabbilita b'mod trasparenti, limitata għall-perjodu ta' żmien neċessarju u għandha tinvolvi l-ipproċessar ta' dejta li hu meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw mill-qrib u jiżguraw l-abilità effettiva tal-utenti finali biex igawdu l-libertajiet previsti fl-Artikolu 23(1) u (2), il-konformità mal-Artikolu 23(5), u d-disponibilità kontinwa ta' servizzi nondiskriminatorji tal-aċċess għall-internet b'livelli ta' kwalità li jixhdu l-avvanzi fit-teknoloġija u li ma jiddgħajfux minħabba servizzi speċjalizzati. F'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra, għandhom ukoll jimmonitorjaw l-effetti tas-servizzi speċjalizzati fuq id-diversitàkulturali u l-innovazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni u lill-BEREC dwar il-monitoraġġ u s-sejbiet tagħhom.

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw mill-qrib u jiżguraw l-abilità effettiva tal-utenti finali biex igawdu l-libertajiet previsti fl-Artikolu 23(1) u (2) u minn internet miftuħ, il-konformità mal-miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku kif imsemmija fl-Artikolu 23(5), u d-disponibilità kontinwa ta' servizzi nondiskriminatorji tal-aċċess għall-internet b'livelli ta' kwalità li jixhdu l-avvanzi fit-teknoloġija u li ma jiddgħajfux minħabba servizzi speċjalizzati. F'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra, għandhom ukoll jimmonitorjaw l-effetti tas-servizzi speċjalizzati fuq id-diversitàkulturali u l-innovazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni u lill-BEREC dwar il-monitoraġġ u s-sejbiet tagħhom.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' notifika u ta' rimedju ċari u li jinftiehmu għall-utenti finali suġġetti għal diskriminazzjoni, restrizzjoni, interferenza, imblukkar jew tfixkil tal-kontenut, servizzi jew applikazzjonijiet online.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

imħassar

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25 – It-trasparenza u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni

imħassar

1. Ħlief għall-offerti li jiġu negozjati b'mod individwali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jippubblikaw informazzjoni trasparenti, komparabbli, xierqa u aġġornata dwar:

a) l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni tal-kuntatt tagħhom;

b) għal kull pjan ta' tariffa, is-servizzi offruti u l-parametri rilevanti tal-kwalità tas-servizzi, il-prezzijiet applikabbli (għall-konsumaturi inklużi t-taxxi) u kull imposta applikabbli (l-aċċess, l-użu, il-manutenzjoni u kull miżata addizzjonali), kif ukoll spejjeż għat-tagħmir terminali;

c) it-tariffi applikabbli rigward xi numru jew servizz soġġett għal kundizzjonijiet partikolari tal-prezzijiet;

d) il-kwalità tas-servizzi tagħhom, skont l-atti ta' implimentazzjoni previsti fil-paragrafu 2;

e) is-servizzi tal-aċċess għall-internet, meta offruti, li jispeċifikaw:

(i) il-veloċità tad-dejta proprjament disponibbli għad-download u l-upload fl-Istat Membru ta' residenza tal-utent finali, inkluża fil-ħin bl-aktar użu;

(ii) il-livell tal-limitazzjonijiet applikabbli fil-volum tad-dejta, jekk ikun hemm; il-prezzijiet biex jiżdied il-volum tad-dejta disponibbli fuq bażi ad hoc jew dejjiema; il-veloċità tad-dejta, u prezzha, disponibbli wara konsum sħiħ tal-volum tad-dejta applikabbli, jekk ikunu limitat; u l-mezzi biex meta jridu, l-utenti finali jkunu jistgħu jsegwu l-livell attwali tal-konsum tagħhom;

(iii) spjegazzjoni ċara u komprensiva dwar kif xi limitazzjoni fil-volum tad-dejta, il-veloċità proprja disponibbli u parametri oħra tal-kwalità, u l-użu f’daqqa ta’ servizzi speċjalizzati bi kwalità aħjar tas-servizzi, jistgħu prattikament iħallu impatt fuq l-użu tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi;

(iv) informazzjoni dwar kull proċedura li jistabbilixxi l-provditur biex ikejjel u jdawwar it-traffiku ħalli jevita konġestjoni fin-netwerk, u dwar kif dawk il-proċeduri jistgħu jaffettwaw il-kwalità tas-servizzi u l-protezzjoni tad-dejta personali;

f) il-miżuri li ttieħdu biex tkun żgurata l-ekwivalenza fl-aċċess għal utenti finali b'diżabbiltà, inkluża informazzjoni aġġornata regolarment li tagħti dettalji dwar il-prodotti u s-sevizzi maħsuba għalihom;

g) it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt standard tagħhom inkluż kull perjodu kuntrattwali minimu, il-kundizzjonijiet u kull imposta għat-terminazzjoni ta' kuntratt, il-proċeduri u l-miżati diretti relatati mal-bidla minn provditur għal ieħor u l-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħra, u l-arranġamenti għal kumpens minħabba dewmien jew abbuż fil-bidla minn provditur għal ieħor;

h) l-aċċess għal servizzi ta' emerġenza u informazzjoni dwar il-post mnejn tkun ġejjin t-telefonata għal kull servizz offrut, kull limitazzjoni fil-provdiment tas-servizzi ta' emerġenza skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2002/22/KE, u kull bidla fih;

i) id-drittijiet dwar is-servizz universali, inklużi, meta jixraq, il-faċilitajiet u s-servizzi msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2002/22/KE.

L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata b'mod ċar u komprensiv u tkun faċilment aċċessibbli fil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru fejn jiġi offrut is-servizz, u għandha tiġi aġġornata regolarment. Meta jintalab, l-informazzjoni għandha tingħata wkoll lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti qabel tiġi ppubblikata. Kull differenzjazzjoni fil-kundizzjonijiet applikati għall-konsumaturi u utenti finali oħra għandha tkun espliċita.

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-metodi biex titkejjel il-veloċità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-parametri tal-kwalità tas-servizzi u l-metodi biex dawn jitkejlu, u l-kontenut, il-forma u l-mod tal-informazzjoni li trid tiġi ppublikata, inklużi mekkaniżmi possibbli ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità. Il-Kummissjoni tista' tqis il-parametri, id-definizzjonijiet u l-metodi tal-kejl stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 2002/22/KE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

3. L-utenti aħħarin għandhom ikollhom aċċess għal għodod indipendenti tal-evalwazzjoni li jippermettulhom iqabblu l-prestazzjoni tal-aċċess u s-servizzi tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika u l-kost ta' xejriet alternattivi tal-użu. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skema volontarja ta'ġ ċertifikazzjoni għal siti, gwidi jew għodod simili interattivi. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tingħata skont rekwiżiti oġġettivi, trasparenti u proporzjonati, partikolarment l-indipendenza minn kull provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubblika, l-użu ta' lingwaġġ ċar, l-għoti ta' informazzjoni kompluta u aġġornata, u t-tħaddim ta' proċedura effettiva għat-trattament tal-ilmenti. Meta l-faċilitajiet ċertifikati tat-tqabbil ma jkunux disponibbli fis-suq bla ħlas jew bi prezz raġonevoli, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra għandhom jagħmlu dawn il-faċilitajiet disponibbli huma stess jew mingħand partijiet terzi konformi mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni. L-informazzjoni ppubblikata mill-provdituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku għandhom ikunu aċċessibblii u bla ħlas sabiex ikunu disponibbli l-faċilitajiet tat-tqabbil.

4. Meta jitolbuhom l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom iqassmu bla ħlas lill-utenti finali informazzjoni li tinteressa lill-pubbliku, meta jixraq, bl-istess mezzi li kienu jużaw is-soltu biex jikkomunikaw mal-utenti finali. F'dan il-każ, dik l-informazzjoni għandhom jipprovduha l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku f'format standardizzat u fost l-oħrajn għandha tkopri dawn is-suġġetti:

(a) l-aktar użu komuni tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex wieħed jidħol f'attivitajiet illegali jew ixerred kontenut dannuż, b'mod partikolari fejn dan jista' jippreġudika r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż ksur tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u l-konsegwenzi legali tagħhom; u

(b) il-mezzi ta' protezzjoni mir-riskji għas-sigurtà personali u mill-aċċess illegali għad-dejta personali meta jintużaw is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 26 – Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-kuntratti

imħassar

1. Qabel kuntratt dwar il-provdiment ta' konnessjoni ma' netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni elettronika jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku jsir vinkolanti, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom għallinqas jipprovdu din l-informazzjoni lill-konsumaturi, u lil utenti finali oħra, sakemm huma ma jkunux ftiehmu espliċitament mod ieħor:

(a) l-identità, l-indirizz u l-informazzjoni tal-kuntatt tal-provditur u, jekk ikunu differenti, l-indirizz u l-informazzjoni ta' kuntatt għal kull ilment;

(b) il-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi pprovduti, inklużi b'mod partikolari:

(i) għal kull pjan ta' tariffi, it-tipi ta' servizzi offruti, il-volumi inklużi tal-komunikazzjoni u kull parametru rilevanti tal-kwalità tas-servizzi, inkluż meta se ssir il-konnessjoni tal-bidu;

(ii) jekk hux qed jiġi pprovdut aċċess għal servizzi ta' emerġenza u informazzjoni dwar il-post mnejn tkun ġejjin t-telefonata, u f'liema Stati Membri, jekk hemmx xi limitazzjonijiet fil-provdiment tas-servizzi ta' emerġenza skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2002/22/KE;

(iii) it-tipi ta' servizzi ta' wara l-bejgħ, servizzi tal-manutenzjoni u s-servizzi ta' appoġġ għall-klijenti li huma pprovduti, u l-kundizzjonijiet u t-tariffi għal dawn is-servizzi, u l-metodi ta' kuntatt għal dawn is-servizzi;

(iv) kull restrizzjoni li jimponi l-provditur fuq l-użu tat-tagħmir terminali pprovdut, inkluża l-informazzjoni dwar il-ftuħ tat-tagħmir terminali u kull imposta involuta jekk jiġi tterminat il-kuntratt qabel jintemm il-perjodu minimu tal-kuntratt;

(c) dettalji dwar il-prezzijiet u t-tariffi (għall-konsumaturi inklużi t-taxxi u imposti addizzjonali possibbilment dovuti) u l-mezzi li bihom issir disponibbli informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-imposti kollha applikabbli;

(d) il-metodi tal-ħlas offruti u kull differenza fl-ispejjeż minħabba l-metodu tal-ħlas, u l-faċilitajiet disponibbli li jissalvagwardjaw it-trasparenza fil-kontijiet u jissorveljaw il-livell tal-konsum;

(e) it-tul tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet biex jiġġedded u jintemm, inklużi:

(i) kull użu u tul minimu meħtieġ biex wieħed jibbenefika minn termini promozzjonali;

(ii) kull imposta relatata mal-bidla minn provditur għal ieħor u l-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħra, inklużi l-arranġamenti għal kumpens minħabba dewmien jew abbuż fil-bidla minn provditur għal ieħor;

(iii) kwalunke tariffa dovuta mat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, inkluż kwalunkwe rkupru ta’ spiża fir-rigward ta’ tagħmir terminali (abbażi tal-metodi tas-soltu għad-deprezzament) u vantaġġi promozzjonali oħra (fuq bażi pro rata tempore);

(f) kull arranġament għal kumpens u rifużjoni, inkluża referenza espliċita għad-drittijiet statutorji tal-utent finali, li japplikaw jekk ma jintlaħqux il-livelli tal-kwalità tas-servizzi fil-kuntratt;

(g) meta jkun hemm obbligu skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2002/22/KE, l-alternattivi għall-utenti finali jekk idaħħlux jew le d-dejta personali tagħhom fid-direttorju, u d-dejta kkonċernata;

(h) għal utenti finali b'diżabbiltà, id-dettalji dwar il-prodotti u s-sevizzi maħsuba għalihom;

(i) il-mezzi biex jinbdew proċeduri għal soluzzjoni tat-tilwim, inkluż it-tilwim transfruntieri, skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2002/22/KE u l-Artikolu 22 ta' dan ir-Regolament;

(j) it-tip ta' azzjoni li jista' jieħu l-provditur b'reazzjoni għal inċidenti ta' sigurtà jew integrità jew theddid u vulnerabbiltajiet.

2. Apparti dak tal-paragrafu 1, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom għallinqas jipprovdu lill-utenti finali, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor minn utent finali li mhux konsumatur, din l-informazzjoni dwar is-servizzi tagħhom tal-aċċess għall-internet:

(a) il-livell tal-limitazzjonijiet applikabbli fil-volum tad-dejta, jekk ikun hemm; il-prezzijiet biex jiżdied il-volum tad-dejta disponibbli fuq bażi ad hoc jew dejjiema; il-veloċità tad-dejta, u prezzha, disponibbli wara konsum sħiħ tal-volum tad-dejta applikabbli, jekk ikunu limitat; u l-mezzi biex meta jridu, l-utenti finali jkunu jistgħu jsegwu l-livell attwali tal-konsum tagħhom;

(b) il-veloċità tad-dejta attwalment disponibbli biex ittella' u tniżżel id-dejta fil-lok ewlieni tal-utneti aħħari, inkluż ċifri attwali għal meded tal-veloċità, medji tal-veloċità u veloċità fis-sigħat tal-akbar traffiku, inkluż l-impatt potenzjali tal-fatt li jiġi permess l-aċċess lil partijiet terzi permezz ta' netwerk taż-żona lokali bir-radju;

(c) parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi;

(d) informazzjoni dwar kull proċedura li jistabbilixxi l-provditur biex ikejjel u jdawwar it-traffiku ħalli jevita konġestjoni fin-netwerk, u informazzjoni dwar kif dawk il-proċeduri jistgħu jħallu impatt fuq il-kwalità tas-servizzi u l-protezzjoni tad-dejta personali;

(e) spjegazzjoni ċara u komprensiva dwar kif xi limitazzjoni fil-volum tad-dejta, il-veloċità proprja disponibbli u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi, u l-użu f'daqqa ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità aħjar tas-servizzi, jistgħu prattikament iħallu impatt fuq l-użu tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi;

3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tingħata b'mod ċar u komprensiv u tkun faċilment aċċessibbli fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ta' residenza tal-utent finali, u għandha tiġi aġġornata regolarment. Din għandha tifforma parti integrali mill-kuntratt u ma għandhiex tinbidel sakemm il-partijiet ma jaqblux espressament mod ieħor. L-utent finali għandu jirċievi kopja tal-kuntratt bil-miktub.

4. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni elenkati fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

5. Meta jitolbu l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti, il-kuntratt għandu jkun fih ukoll kull informazzjoni li jipprovdu dawn l-awtoritajiet għal dan l-iskop dwar l-użu ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex wieħed jidħol f'attivitajiet illegali jew ixerred kontenut dannuż, u dwar il-mezzi ta' protezzjoni mir-riskji għas-sigurtà personali, l-ipproċessar illegali tad-dejta personali, imsemmija fl-Artikolu 25(4) u rilevanti għas-servizz ipprovdut.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27 – Il-kontroll tal-konsum

imħassar

1. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffru lill-utenti finali l-opportunità li jagħżel, bla ħlas, faċilità li tipprovdi informazzjoni dwar il-konsum akkumulat ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika differenti mogħtija fil-munita li biha jkun il-kont tal-utent finali. Din il-faċilità għandha tiżgura li, mingħajr il-kunsens tal-utent finali, in-nefqa akkumulata tul perjodu speċifiku tal-użu ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat li stabbilixxieh l-utent finali.

2. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jiżguraw li lill-utent finali tintbagħatlu notifika xierqa meta l-konsum tas-servizzi jkun laħaq 80% tal-limitu finanzjarju stabbilit skont il-paragrafu 1. In-notifika għandha tindika l-proċedura li trid tiġi segwita biex jissokta l-provdiment ta' dawk is-servizzi, inklużi l-ispejjeż tagħhom. Il-provditur għandu jieqaf jipprovdi s-servizzi speċifikati u jieqaf jimponi miżati lill-utent finali għalihom jekk il-limitu finanzjarju jinqabeż mod ieħor, sakemm l-utent finali ma jkunx talab li jissokta jew jiġġedded il-provdiment ta' dawn is-servizzi. Wara li jkunu laħqu l-limitu finanzjarju, l-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jibqgħu jirċievu telefonati u messaġġi SMS u jaċċessaw in-numri tat-telefown bla ħlas u s-servizzi ta' emerġenza billi jċemplu n-numru ta' emerġenza Ewropew 112 bla ħlas sa tmiem il-perjodu tal-ħlas miftiehem.

3. Minnufih qabel tiġi konnessa t-telefonata, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jippermettu lill-utenti finali jaċċessaw faċilment u bla ma jġarrbu spejjeż kull informazzjoni tal-ispejjeż dwar it-tariffi applikabbli rigward numru jew servizz soġġett għal kundizzjonijiet partikolari tal-prezzijiet sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tat deroga minn qabel għal raġunijiet ta' proporzjonalità. Kull informazzjoni bħal din għandha tingħata b'mod komparabbli għal kull numru jew servizz bħal dan.

4. Lill-utenti finali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffrulhom l-opportunità li bla ħlas jaċċettaw li jirċievu kontijiet dettaljati.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28 – It-terminazzjoni tal-kuntratt

imħassar

1. Il-kuntratti konklużi bejn il-konsumaturi u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx jobbligaw perjodu minimu ta' kuntratt li jaqbeż l-24 xahar. Lill-utenti finali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffrulhom il-possibilità li jidħlu f'kuntratt li ma jtulx aktar minn 12-il xahar.

2. Il-konsumaturi, u utenti finali oħra sakemm ma jkunux ftiehmu mod ieħor, għandu jkollhom dritt jitterminaw kuntratt b'perjodu ta' avviż ta' xahar, meta jkunu għaddew sitt xhur jew aktar minn meta sar il-kuntratt. Ebda kumpens ma għandu jkun dovut ħlief għall-valur residwu tat-tagħmir sussidjat mogħti mal-kuntratt meta sar il-kuntratt u rimborż pro rata tempore għal kull vantaġġ promozzjonali ieħor ikkumerċjalizzat bħala tali waqt li kien qed isir il-kuntratt. Il-provditur għandu jneħħi bla ħlas kull restrizzjoni fuq l-użu tat-tagħmir terminali f'netwerks oħra, mhux aktar tard minn meta jitħallas dan il-kumpens.

3. Meta l-kuntratti jew il-liġi nazzjonali jipprovdu għal perjodi tal-kuntratt biex ikunu jistgħu jiġu estiżi b'mod taċitu, il-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandu jinforma lill-utent finali fi żmien debitu ħalli l-utent finali jkollu mill-inqas xahar żmien biex jopponi l-estensjoni taċita. Jekk l-utent finali ma jopponix, il-kuntratt għandu jitqies bħala kuntratt permanenti li l-utent finali jista' jitterminah kull meta jrid b'perjodu ta' avviż ta' xahar u bla ma jġarrab spejjeż.

4. L-utenti finali għandu jkollhom id-dritt jitterminaw il-kuntratt tagħhom bla ma jġarrbu spejjeż meta jiġu avżati b'modifiki fil-kundizzjonijiet kuntrattwali li jipproponi l-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku sakemm il-modifiki proposti ma jkunux esklussivament għall-benefiċċju tal-utenti finali. Lill-utenti finali, il-provdituri għandhom jagħtuhom perjodu ta' avviż adegwat, mhux iqsar minn xahar, għal dawn il-modifiki, u fl-istess waqt għandhom jinfurmawhom bid-dritt tagħhom li jistgħu jitterminaw il-kuntratt bla ma jġarrbu spejjeż jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet il-ġodda. Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis.

5. Kull diskrepanza sinifikanti u mhux temporanja bejn il-prestazzjoni proprja fejn jidħlu l-veloċità u parametri oħra tal-kwalità, u l-prestazzjoni li jindika l-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku skont l-Artikolu 26, għandha titqies bħala nuqqas ta' konformità tal-prestazzjoni għall-finijiet biex jinstabu rimedji għall-utenti finali skont il-liġi nazzjonali.

6. Abbonament għal servizzi addizzjonali li jipprovdi l-istess provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandux jerġa' jibda mill-ġdid il-perjodu tal-kuntratt tal-bidu sakemm il-prezz tas-servizz(i) addizzjonali ma jkunx jaqbeż b'mod sinifikanti l-prezz tas-servizzi tal-bidu jew sakemm ma jkunux offruti servizzi addizzjonali bħal dawn bi prezz promozzjonali speċjali relatat mat-tiġdid tal-kuntratt eżistenti.

7. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom japplikaw kundizzjonijiet u proċeduri għat-terminazzjoni tal-kuntratt li ma joħolqux ostakli jew diżinċentivi milli wieħed jibdel il-provditur tas-servizz.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 29 – Offerti raggruppati

imħassar

Jekk raggruppament ta' servizzi offrut lill-konsumaturi ikun fih mill-inqas konnessjoni ma' netwerk tal-komunikazzjoni elettronika jew servizz wieħed tal-komunikazzjoni elettronika, għandhom japplikaw l-Artikolu 28 u 30 ta' dan ir-Regolament għal kull element tar-raggruppament.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 30 – Il-bidla minn provditur għal ieħor u l-portabbiltà tan-numri

imħassar

1. Kull utent finali b'numri minn pjan tan-numerazzjoni telefonika nazzjonali, li jitlob dan, għandu jkollu d-dritt li jżomm in-numru/i tiegħu indipendentement mill-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jipprovdi s-servizz skont il-Parti C tal-Anness I tad-Direttiva 2002/22/KE, sakemm il-provditur ikun provditur tal-komunikazzjoni elettronika fl-Istat Membru li miegħu jirrelatat il-pjan ta' numerazzjoni nazzjonali jew sakemm il-provditur ikun provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika li nnotifika lill-awtorità regolatorja kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju dwar il-fatt li hu jipprovdi jew beħsiebu jipprovdi dawn is-servizzi fl-Istat Membru li miegħu hu relatat il-pjan tan-numerazzjoni nazzjonali.

2. L-ipprezzar bejn il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku relatat mal-provdiment tal-portabbiltà tan-numru għandu jkun orjentat lejn l-ispiża, u l-miżati diretti għall-utenti finali, jekk ikun hemm, ma għandhomx iservu ta' diżinċentiv għall-utenti finali milli jbiddlu l-provditur tas-servizz.

3. Il-portabbiltà tan-numri u l-attivazzjoni tagħhom għandhom isiru fl-iqsar żmien possibbli. Biex l-utenti finali jagħmlu ftehim dwar il-portabbiltà ta' numru lejn provditur ġdid, dak in-numru għandu jiġi attivat fi żmien ġurnata tax-xogħol minn meta jsir dan il-ftehim. It-telfien tas-servizz waqt il-proċess tal-portabbiltà, jekk ikun hemm, ma għandux itul aktar minn minn ġurnata tax-xogħol.

4. Il-provditur riċeventi tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandu jmexxi l-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor u tal-portabbiltà. L-utenti finali għandhom jirċievu informazzjoni adegwata dwar il-bidla minn provditur għal ieħor, qabel u waqt il-proċess tal-bidla, u anki minnufih wara li din issir. Lill-utenti finali ma għandux jinbidlilhom il-provditur kontra r-rieda tagħhom.

5. Il-kuntratti tal-utenti finali mal-providituri trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jiġu tterminati awtomatikament wara li ssir il-bidla minn provditur għal ieħor. Il-providituri trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jirrifondu l-kreditu kollu li jkun baqa' lill-kunsumaturi li jkunu jużaw servizzi mħallsin minn qabel.

6. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jdumu jew jabbużaw fil-bidla minn provditur għal ieħor, inkluż billi ma jagħmlux disponibbli fil-ħin l-informazzjoni meħtieġa għall-portabbiltà, għandhom jiġu obbligati jikkumpensaw lill-utenti finali li jġarrbu dan id-dewmien jew l-abbuż.

7. Meta l-utent finali li jagħmel bidla għal provditur ġdid tas-servizzi tal-aċċess għall-internet ikollu indirizz tal-email ipprovdut mill-providitur trasferenti, dan tal-aħħar, jekk jitolbu l-utent finali, għandu jibgħat f'indirizz tal-email li jagħtih l-utent finali, bla ħlas, kull komunikazzjoni bl-email mibgħuta lill-utent finali fuq l-email preċedenti għal perjodu ta' 12-il xahar. Dan is-servizz tad-direzzjonar tal-emails għandu jinkludi tweġiba awtomatika lil kull min jibgħat email biex jinfurmah bl-indirizz tal-email il-ġdid tal-utent finali. L-utent finali għandu jkollhom l-alternattiva li jitolbu li l-indirizz tal-email il-ġdid ma jingħadx fil-messaġġ tat-tweġiba awtomatika.

Wara l-ewwel perjodu ta' 12-il xahar, il-provditur trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandu jagħti l-alternattiva lill-utent finali biex bi ħlas, jekk ikun hemm bżonn, jiġi estiż il-perjodu tas-servizz tad-direzzjonar tal-emails. Il-provditur trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandux jalloka l-indirizz tal-email tal-bidu tal-utenti finali lil utent finali ieħor qabel jgħaddu sentejn mit-terminazzjoni tal-kuntratt, u f'kull każ matul il-perjodu li għalih ġie estiż is-servizz tad-direzzjonar tal-emails.

8. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jistabbilixxu proċessi globali tal-bidla minn provditur għal ieħor u tal-portabbiltà, inkluż provdiment ta' sanzjonijiet xierqa fuq il-provdituri u kumpensi għall-utenti finali. Dan għandhom iqisu l-protezzjoni meħtieġa tal-utent finali waqt il-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor u l-l-ħtieġa li tkun żgurata l-effiċjenza f'dan il-proċess.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2002/20/KE

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Fl-Artikolu 12(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

(aa) M'għandhomx jiġu applikati miżati amministrattivi fil-każ ta' fornitur tal-komunikazzjoni elettronika li joffri servizzi fi Stat Membru ieħor li għandu fatturat annwali għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika taħt 0.5 % tal-fatturat totali nazzjonali tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Fl-Artikolu 13(1), jiżdied il-punt li ġej:

(bb) Il-kontribuzzjonijiet biex jinqasmu l-kostijiet netti tal-obbligi ta' servizzi universali għandhom jiġu imposti lill-fornituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li joffru servizzi lil Stat Membru ieħor li għandhom fatturat annwali għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika taħt it-2 % tal-fatturat totali nazzjonali tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

Ġustifikazzjoni

L-awtorizzazzjoni unika tal-UE hija piż, ma ġietx valutata bir-reqqa u hija kritikata kemm mir-regolaturi nazzjonali kif ukoll mill-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika. L-istess objettivi jistgħu jinkisbu permezz ta' skema ta' kooperazzjoni razzjonalizzata fost l-NRAs u emendi għad-Direttivi 2002/20 u 2002/22.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt b

Test fis-seħħ

Emenda

(1b) Fl-Artikolu 20(1), il-punt b huwa sostitwit b’dan li ġej:

(b) is-servizzi provduti, inkluż b'mod partikolari:

b) is-servizzi provduti, inkluż b'mod partikolari,

- jekk hux qed jingħata aċċess għal servizzi ta' emerġenza u jekk hux qed tingħata informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata u/jew kwalunkwe limitazzjonijiet fuq l-għoti ta' servizzi ta' emerġenza skont l-Artikolu 26,

– għal kull pjan ta’ tariffa, is-servizzi provduti u l-kwalità rilevanti tal-parametri tas-servizz;

- informazzjoni dwar kwalunkwe kundizzjoni oħra li tillimita l-aċċess għas-servizzi u l-applikazzjonijiet u/jew l-użu tagħhom, fejn dawn il-kondizzjonijiet huma permessi skont il-liġi nazzjonali konfermament mal-liġi tal-Komunità,

– għas-servizzi tal-aċċess għall-internet, meta offruti, jispeċifikaw dan li ġej:

- il-livelli ta' kwalità minimi tas-servizzi offruti, inkluż iż-żmien meħtieġ għall-konnessjoni inizjali u, jekk ikun il-każ, parametri oħra ta' kwalità tas-servizz, kif definiti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali,

(i) il-veloċità tad-dejta proprjament disponibbli għad-download u l-upload fl-Istat Membru ta' residenza tal-utent finali, inkluża fil-ħin bl-aktar użu;

- informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura mwaqqfa mill-impriża biex tkejjel u timmaniġġja t-traffiku sabiex jiġi evitat li jimtela n-netwerk l-link sal-kapaċità massima tiegħu jew iżjed mill-kapaċità tiegħu u informazzjoni dwar kif dawk il-proċeduri jista' jkollhom impatt fuq il-kwalità tas-servizz

(ii) il-livell tal-limitazzjonijiet applikabbli fil-volum tad-dejta, jekk ikun hemm; il-prezzijiet biex jiżdied il-volum tad-dejta disponibbli fuq bażi ad hoc jew dejjiema; il-veloċità tad-dejta, u prezzha, disponibbli wara konsum sħiħ tal-volum tad-dejta applikabbli, jekk ikunu limitat; u l-mezzi biex meta jridu, l-utenti finali jkunu jistgħu jsegwu l-livell attwali tal-konsum tagħhom;

- it-tipi ta' servizz ta' manutenzjoni offruti u s-servizzi ta' appoġġ għall-klijenti pprovduti, kif ukoll il-metodi ta' kuntatt ma' dawn is-servizzi,

(iii) spjegazzjoni ċara u komprensiva dwar kif xi limitazzjoni fil-volum tad-dejta, il-veloċità proprja disponibbli u parametri oħra tal-kwalità, u l-użu f’daqqa ta’ servizzi speċjalizzati bi kwalità aħjar tas-servizzi, jistgħu prattikament iħallu impatt fuq l-użu tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi;

(iv) informazzjoni dwar kull proċedura li jistabbilixxi l-fornitur biex ikejjel u jdawwar it-traffiku ħalli jevita konġestjoni fin-netwerk, u dwar kif dawk il-proċeduri jistgħu jaffettwaw il-kwalità tas-servizzi u l-protezzjoni tad-dejta personali;

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(1c) L-Artikolu 21(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika u/jew servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku biex jippubblikaw informazzjoni trasparenti, komparabbli, adegwata u aġġornata dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli, kwalunkwe ħlasijiet minħabba t-terminazzjoni ta’ kuntratt u informazzjoni dwar termini u kondizzjonijiet standard fir-rigward tal-aċċess u l-użu tas-servizzi tagħhom pprovduti minnhom lill-utenti finali u lill-konsumaturi skont l-Anness II. Din l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata f’forma ċara, komprensiva u li tkun faċilment aċċessibbli.. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti addizzjonali rigward il-forma li fiha tali informazzjoni għandha tiġi pubblikata.

"1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika u/jew servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku biex jippubblikaw informazzjoni trasparenti, komparabbli, adegwata u aġġornata dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli, kwalunkwe ħlasijiet minħabba t-terminazzjoni ta’ kuntratt u informazzjoni dwar termini u kondizzjonijiet standard fir-rigward tal-aċċess u l-użu tas-servizzi tagħhom pprovduti minnhom lill-utenti finali u lill-konsumaturi skont l-Anness II. Din l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata f’forma ċara, komprensiva u li tkun faċilment aċċessibbli. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti addizzjonali rigward il-forma li fiha tali informazzjoni għandha tiġi pubblikata."

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1d (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

(1d) L-Artikolu 21(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinkoraġġixxu l-forniment ta' informazzjoni komparabbli biex l-utenti aħħarin u l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu evalwazzjoni indipendenti tal-ispiża fuq pakketti ta' użu alternattivi, per eżempju permezz ta' linji gwida interattivi jew tekniki simili. Meta dawn il-faċilitajiet ma jkunux disponibbli fis-suq mingħajr ħlas jew bi prezz raġonevoli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu kapaċi jagħmlu tali linji gwida u tali teknika disponibbli huma stess jew billi jinkarigaw partijiet terzi. Il-partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jużaw mingħajr ħlas l-informazzjoni pubblikata mill-impriżi li jipprovdu networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli, għall-finijiet li jbiegħu jew jagħmlu disponibbli tali gwidi interattivi jew teknika simili.

2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw il-forniment ta' informazzjoni komparabbli biex l-utenti finali u l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu evalwazzjoni indipendenti tal-ispiża fuq pakketti ta' użu alternattivi, pereżempju permezz ta' linji gwida interattivi jew teknika simili.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1e (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 21 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test fis-seħħ

Emenda

(1e) Fl-Artikolu 21(3) il-parti introduttorja għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku biex inter alia:

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku biex inter alia:

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1f (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1f) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 21a

Kontroll tal-konsum

1. Il-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffru lill-utenti finali l-opportunità li jagħżlu, bla ħlas, faċilità li tipprovdi informazzjoni dwar il-konsum akkumulat ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika differenti. Din il-faċilità għandha tiżgura li, mingħajr il-kunsens tal-utent finali, in-nefqa akkumulata tul perjodu speċifiku tal-użu ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat li stabbilixxieh l-utent finali.

2. Il-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jiżguraw li lill-utent finali tintbagħatlu notifika xierqa meta l-konsum tas-servizzi jkun laħaq 80% tal-limitu finanzjarju stabbilit skont il-paragrafu 1. Wara li jkunu laħqu l-limitu finanzjarju, l-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jibqgħu jirċievu telefonati u messaġġi SMS u jaċċessaw in-numri tat-telefown bla ħlas u s-servizzi ta' emerġenza billi jċemplu n-numru ta' emerġenza Ewropew 112 bla ħlas sa tmiem il-perjodu tal-ħlas miftiehem.

3. Lill-utenti finali, il-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffrulhom l-opportunità li bla ħlas jaċċettaw li jirċievu kontijiet dettaljati.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1g (ġdid)

Direttiva 2002/22/KE

Artikolu 21b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1g) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 21b

Terminazzjoni tal-kuntratt

1. Il-kuntratti konklużi bejn il-konsumaturi u l-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx jobbligaw perjodu minimu ta' kuntratt li jaqbeż l-24 xahar. Lill-utenti finali, il-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffrulhom il-possibilità li jidħlu f'kuntratt li ma jkunx itwal minn 12-il xahar.

2. Il-konsumaturi, u utenti finali oħra sakemm ma jkunux ftiehmu mod ieħor, għandu jkollhom dritt jitterminaw kuntratt b'perjodu ta' avviż ta' xahar, meta jkunu għaddew sitt xhur jew aktar minn meta sar il-kuntratt. Ebda kumpens ma għandu jkun dovut ħlief għall-valur residwu tat-tagħmir sussidjat mogħti mal-kuntratt meta sar il-kuntratt u rimborż pro rata tempore għal kull vantaġġ promozzjonali ieħor ikkumerċjalizzat bħala tali waqt li kien qed isir il-kuntratt. Il-fornitur għandu jneħħi bla ħlas kull restrizzjoni fuq l-użu tat-tagħmir terminali f'netwerks oħra, mhux aktar tard minn meta jitħallas dan il-kumpens.

3. L-utenti finali għandu jkollhom id-dritt jitterminaw il-kuntratt tagħhom bla ma jġarrbu spejjeż meta jiġu avżati b'modifiki fil-kundizzjonijiet kuntrattwali li jipproponi l-fornitur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku sakemm il-modifiki proposti ma jkunux esklużivament għall-benefiċċju tal-utenti finali.

4. Kwalunkwe diskrepanza sinifikanti u mhux temporanja bejn il-prestazzjoni medja fejn jidħlu l-veloċità u parametri oħra tal-kwalità, u l-prestazzjoni li jindika l-fornitur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandha titqies bħala nuqqas ta' konformità tal-prestazzjoni għall-finijiet biex jinstabu rimedji għall-utenti finali skont id-dritt nazzjonali.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2002/22/KE

Artikoli 22 u 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Artikoli 20, 21, 22 u 30 għandhom jitħassru.

(2) L-Artikoli 22 u 30 jitħassru.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 37 – Emendi fir-Regolament (UE) Nru 531/2012

imħassar

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 hu emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 1(1), jiddaħħal dan it-tielet subparagrafu:

"Dan ir-Regolament għandu japplika għal servizzi tar-roaming ipprovduti fl-Unjoni lill-utenti finali li l-provditur domestiku tagħhom ikun provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku fi Stat Membru."

(2) Fl-Artikolu 2(2), jiddaħħal dan il-punt (r):

ʻ(r) "ftehim bilaterali jew multilaterali dwar ir-roaming" tfisser ftehim kummerċjali jew tekniku, wieħed jew bosta, li jsir bejn il-provdituri tar-roaming li jippermetti l-estensjoni virtwali tal-kopertura tan-netwerk domestiku u l-provdiment sostenibbli minn kull parti għal dan il-ftehim ta' servizzi tar-roaming regolati għall-konsumaturi bl-istess livell ta' prezz bħal tas-servizzi domestiċi tal-komunikazzjoni mobbli rispettivi tagħhom."

(3) Fl-Artikolu 4, jiżdied dan il-paragrafu 7:

Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-provdituri tar-roaming li jipprovdu servizzi tar-roaming regolati għall-konsumaturi skont l-Artikolu 4a."

(4) Jiddaħħal dan l-Artikolu 4a:

"Artikolu 4a

1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal provdituri tar-roaming li:

(a) japplikaw, awtomatikament u f'kull pakkett rispettiv tagħhom għall-konsumaturi li jkun fih servizzi tar-roaming regolati, ir-rata applikabbli tas-servizz domestiku kemm għas-servizzi domestiċi kif ukoll għas-servizzi tar-roaming regolati madwar l-Unjoni, daqslikieku s-servizzi tar-roaming regolati kienu kkonsmati fin-netwerk domestiku. u u

(b) jiżguraw li, sew jekk minn netwerks tagħhom stess jew permezz ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali tar-roaming ma' provdituri oħra tar-roaming, li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt (a) minn mill-inqas provditur wieħed tar-roaming fl-Istati Membri kollha.

2. Il-paragrafi 1, 6 u 7 ma għandhomx jipprekludu l-limitazzjoni minn provditur tar-roaming għall-konsum ta' servizzi tar-roaming regolati għall-konsumaturi, bir-rata applikabbli tas-servizz domestiku b'referenza għal kriterju tal-użu raġonevoli. Kull kriterju tal-użu raġonevoli għandu jiġi applikat b'tali mod li l-konsumaturili ħadu vantaġġ mill-bosta pakketti domestiċi għall-konsumaturi tal-provditur tar-roaming, ikunu jistgħu b'mod kunfidenti jirreplikaw ix-xejra tipika tal-konsum domestiku li tkun assoċjata mal-pakketti domestiċi rispettivi tagħhom għall-konsumaturi filwaqt li minn żmien għal żmien ikunu qed jivvjaġġaw fl-Unjoni. Provditur tar-roaming li juża din il-possibbiltà għandu jippubblika, skont l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament XXX/2014, u jinkludi fil-kuntratti tagħha, skont l-Artikolu 26(1)(b) u (c) ta' dak ir-Regolament, informazzjoni kwantifikata dettaljata dwar kif jiġi applikat il-kriterju tal-użu raġonevoli, b'referenza għall-parametri ewlenin tal-ipprezzar, il-volum jew oħrajn tal-pakkett għall-konsumaturi inkwistjoni.

Sal-31 ta' Diċembru 2014, il-BEREC wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u f'koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jistabbilixxu linji gwida ġenerali għall-applikazzjoni ta' kriterji tal-użu raġonevoli fil-kuntratti għall-konsumaturi li jipprovdu l-provdituri tar-roaming li jagħmlu użu minn dan l-Artikolu. Il-BEREC għandu jiżviluppa dawn il-linji gwida b'referenza għall-għan ġenerali stabbilit fl-ewwel subparagrafu, u għandu jqis b'mod partikolari l-evoluzzjoni tax-xejriet fil-prezzijiet u fil-konsum fl-Istati Membri, għall-grad ta' konverġenza tal-livelli domestiċi tal-prezzijiet madwar l-Unjoni, għal kwalunkwe effett osservabbli tar-roaming b'rati domestiċi tas-servizzi fuq l-evoluzzjoni ta' dawn ir-rati, u għall-evoluzzjoni tar-rati tar-roaming fuq il-livell tal-operaturi għal traffiku żbilanċjat bejn il-provdituri tar-roaming.

L-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti għandha timmonitorja u tissorvelja l-applikazzjoni tal-kriterji tal-użu raġonevoli, filwaqt li tqis sew il-linji gwida ġenerali tal-BEREC ġaladarba jiġu adottati, u għandha tiżgura li ma jiġux applikatit termini mhux raġonevoli.

3. L-utenti finali individwali moqdija minn provditur tar-roaming li jagħmlu użu minn dan l-Artikolu jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, jagħmlu għażla deliberata u espliċita li jirrinunzjaw il-benefiċċju tal-applikazzjoni għal servizzi tar-roaming regolati tar-rata applikabbli tas-servizz domestiku f'pakkett partikolari għall-konsumaturi bi skambju għal vantaġġi oħra li joffri dak il-provditur. Il-provditur tar-roaming għandu jfakkar lil dawk l-utent finali bin-natura tal-vantaġġi tar-roaming li b'hekk jintilfu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw b'mod partikolari jekk il-provdituri tar-roaming li qed jużaw dan l-Artikolu humiex jieħdu sehem fi prattiki kummerċjali li jfissru evitazzjoni tar-reġim prestabbilit.

4. L-imposti tar-roaming regolati għall-konsumaturi stabbiliti l-Artikoli 8, 10 u 13 ma għandhomx japplikaw għal servizzi tar-roaming offruti minn provditur tar-roaming li jagħmel użu minn dan l-Artikolu safejn dawn huma imposti fil-livell tar-rata applikabbli tas-servizz domestiku.

Meta provditur tar-roaming li jagħmel użu minn dan l-Artikolu japplika imposti differenti mir-rata applikabbli tas-servizz domestiku għall-konsum ta' servizzi tar-roaming regolati li jmorru lil hinn mill-użu raġonevoli ta' servizzi bħal dawn skont il-paragrafu 2, jew meta utent finali individwali espliċitament jirrinunzja l-benefiċċju ta' rati tas-servizz domestiku għal servizzi tar-roaming regolati skont il-paragrafu 3, l-imposti għal dawn is-servizzi tar-roaming regolati ma għandhomx jaqbżu l-miżati tar-roaming għall-konsumaturi stabbiliti fl-Artikoli 8, 10 u 13.

5. Provditur tar-roaming li jixtieq jagħmel użu minn dan l-Artikolu għandu jinnotifika d-dikjarazzjoni tiegħu stess u kwalunkwe ftehim bilaterali jew multilaterali tar-roaming li bis-saħħa tiegħu jwettaq il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1, jew xi bidliet għalih, lill-Uffiċju BEREC. Il-provditur tar-roaming notifikanti għandu jinkludi fin-notifika tiegħu prova tal-ftehim għal din in-notifika minn kull sieħeb kuntrattwali għal ftehimiet bilaterali jew multilaterali tar-roaming.

6. Fil-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2016, dan l-Artikolu għandu japplika għall-provdituri tar-roaming li ma jissodisfawx bis-sħiħ il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, meta jirrispettaw dawn il-kundizzjonijiet:

(a) il-provditur tar-roaming jinnotifika id-dikjarazzjoni tiegħu stess u kwalunkwe ftehim bilaterali jew multilaterali tar-roaming lill-Uffiċju BEREC skont il-paragrafu 5, filwaqt li jagħmel referenza speċifika għal dan il-paragrafu;

(b) il-provditur tar-roaming jiżgura li, ikunx min-netwerks tiegħu stess jew bis-saħħa ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma' provdituri oħra tar-roaming, li jkun hemm konformità mall-kundizzjonijiet tal-punti (c), (d) u (e) f'mill-inqas 17-il Stat Membru li jirrapreżentaw 70% tal-popolazzjoni tal-Unjoni;

(c) il-provditur tar-roaming u kwalunkwe sieħeb kuntrattwali għas-sens tat-tifsira tal-punt (b) jimpenjaw ruħhom li, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2014, jew mid-data tan-notifika, skont liema waħda tiġi aktar tard, jagħmlu disponibbli u joffru b'mod attiv mill-anqas pakkett wieħed għall-konsumaturi b'għażla ta' tariffa li skontha r-rata applikabbli tas-servizz domestiku tkun tapplika kemm għas-servizzi domestiċi kif ukoll għas-servizzi tar-roaming regolati madwar l-Unjoni, daqslikieku s-servizzi tar-roaming regolati kienu kkonsmati fin-netwerk domestiku;

(d) il-provditur tar-roaming u kwalunkwe sieħeb kuntrattwali għas-sens tat-tifsira tal-punt (b) li, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2015, jew mid-data tan-notifika, skont liema waħda tiġi aktar tard, jagħmlu disponibbli u joffru b'mod attiv dawn l-għażliet ta' tariffa f'pakketti għall-konsumaturi li, fl-1 ta' Jannar ta' dik is-sena, ikunu ntużaw minn mill-anqas 50% tal-bażi tal-klijenti rispettivi tagħha;

(e) il-provditur tar-roaming u kwalunkwe sieħeb kuntrattwali għas-sens tat-tifsira tal-punt (b) jimpenjaw ruħhom li, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2016, timpenja ruħha li tikkonforma mal-paragrafu 1(b) f'kull pakkett rispettiv tagħha għall-konsumaturi.

Il-provditur tar-roaming li jagħmel użu minn dan l-Artikolu u kwalunkwe sieħeb kuntrattwali għas-sens tat-tifsira tal-punt (b) jistgħu, bħala alternattiva għall-impriża msemmija fil-punt (d), jimpenjaw ruħhom li mill-1 ta' Lulju 2015, jew mid-data tan-notifika, skont liema minnhom tkun aktar tard, kull soprataxxa tar-roaming applikata addizzjonalment għar-rata applikabbli tas-servizz domestiku fil-bosta pakketti għall-konsumaturi li jkollha, tkun, b'mod aggregat, mhux aktar minn 50% ta' dawk applikabbli f'dawk il-pakketti fl-1 ta' Jannar 2015, irrispettivament minn jekk dawn is-soprataxxi jkunux ikkalkulati skont l-unitajiet, bħal minuti ta' vuċi jew megabytes, ta' perjodi bħall-ġranet u l-ġimgħat tar-roaming, jew skont xi modi oħra jew taħlit tagħhom. Il-provdituri tar-roaming li jinvokaw dan il-punt għandhom juru konformità mar-rekwiżit ta' tnaqqis ta' 50% lill-awtorità regolatorja nazzjonali u għandhom jipprovdu kull evidenza meħtieġa ta' appoġġ li jintalbu.

Meta l-provditur tar-roaming li jagħmel użu minn dan l-Artikolu jinnotifika d-dikjarazzjoni tiegħu u kull ftehim bilaterali jew multilaterali tar-roaming lill-Uffiċċju BEREC skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u b'hekk jaqa' taħt dan il-paragrafu, il-provditur tar-roaming notifikanti u kull sieħeb kuntrattwali għas-sens tat-tifsira tal-punt (b) għandhom ikunu marbuta li jikkonformaw mal-impenji rispettivi tagħhom skont il-punti (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu, inkluża kull impriża alternattiva għal dik prevista fil-punt (d) ta' dak is-subparagrafu, mill-inqas sal-1 ta' Lulju 2018.

7. Fil-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2016, dan l-Artikolu għandu japplika għall-provdituri tar-roaming li ma jissodisfawx bis-sħiħ il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, meta jirrispettaw dawn il-kundizzjonijiet:

(a) il-provditur tar-roaming jinnotifika id-dikjarazzjoni tiegħu stess u kwalunkwe ftehim bilaterali jew multilaterali tar-roaming lill-Uffiċju BEREC skont il-paragrafu 5, filwaqt li jagħmel referenza speċifika għal dan il-paragrafu;

(b) il-provditur tar-roaming jiżgura li, ikunx min-netwerks tiegħu stess jew bis-saħħa ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma' provdituri oħra tar-roaming, li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1(a) f'mill-inqas 10 Stati Membri li jirrapreżentaw 30 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2014, jew mid-data tan-notifika, skont liema tkun l-aktar tard;

(c) il-provditur tar-roaming jiżgura li, ikunx min-netwerks tiegħu stess jew bis-saħħa ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma' provdituri oħra tar-roaming, li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1(a) f'mill-inqas 14-il Stat Membriu li jirrapreżentaw 50 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2015, jew mid-data tan-notifika, skont liema tkun l-aktar tard;

(d) il-provditur tar-roaming jiżgura li, ikunx min-netwerks tiegħu stess jew bis-saħħa ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma' provdituri oħra tar-roaming, li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1(a) f'mill-inqas 17-il Stat Membriu li jirrapreżentaw 70 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2016.

Meta provditur tar-roaming li jagħmel użu minn dan l-Artikolu jinnotifika d-dikjarazzjoni tiegħu u kull ftehim bilaterali jew multilaterali tar-roaming lill-Uffiċċju BEREC skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u b'hekk jaqa' taħt dan il-paragrafu, il-provditur tar-roaming notifikanti u kull sieħeb kuntrattwali għas-sens tat-tifsira tal-punt (b) għandhom ikunu marbuta li jikkonformaw mal-impenji rispettivi tagħhom skont il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1(a), mill-inqas sal-1 ta' Lulju 2018.

8. Il-provdituri tar-roaming għandhom jinnegozjaw in bona fede arranġamenti biex jistabbilixxu ftehimiet bilaterali jew multilaterali tar-roaming, skont termini ġusti u raġonevoli li jqisu l-għan li ftehimiet bħal dawn ma' provdituri oħra tar-roaming għandhom jippermettu l-estensjoni virtwali tal-kopertura tan-netwerk domestiku u l-provdiment sostenibbli minn kull provditur tar-roaming li jagħmel użu minn dan l-Artikolu għal servizzi tar-roaming regolati għall-konsumaturi bl-istess livell ta' prezz bħal tas-servizzi domestiċi tal-komunikazzjoni mobbli rispettivi tagħhom.

9. B'eċċezzjoni għall-paragrafu 1(a), wara l-1 ta' Lulju 2016, dan l-Artikolu għandu japplika provdituri tar-roaming li jagħmlu użu minn dan l-Artikolu meta dawn il-provdituri tar-roaming juru li ppruvaw in bona fede jistabbilixxu jew jestendu ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar ir-roaming skont termini ġusti u raġonevoli f'kull Stat Membru fejn għandhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' 1 u ma setgħu jiksbu ebda ftehim bilaterali jew multilaterali tar-roaming ma' provditur tar-roaming f'wieħed jew bosta Stati Membri, sakemm dawn ikunu jikkonformaw mal-kopertura minima tan-netwerk imsemmija fil-paragrafu 6(b) u ma' kull dispożizzjoni rilevanti oħra ta' dan l-Artikolu. F'dawk il-każijiet, il-provdituri tar-roaming li jagħmlu użu minn dan l-Artikolu għandhom ikomplu jfittxu li jistabbilixxu termini raġonevoli għall-konklużjoni ta' ftehim tar-roaming ma' provditur tar-roaming minn kwalunkwe Stat Membru mhux rappreżentat.

10. Meta provditur tar-roaming alternattiv diġà jkun ingħata aċċess għall-klijenti ta' provditur domestiku skont l-Artikolu 4(1) u diġà jkun investa kif meħtieġ biex jaqdi lil dawk il-klijenti, waqt perjodu ta' tranżizzjoni ta' tliet snin ma għandux japplika l-Artikolu 4(7) għal dan il-provditur domestiku. Il-perjodu ta' tranżizzjoni hu mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi rispettat kull perjodu kuntrattwali itwal miftiehem mal-provditur tar-roaming alternattiv.

11. Dan l-Artikolu hu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni għal ftehimiet bilaterali u multilaterali dwar ir-roaming."

(5) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

(a) l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

ʻ2. B'effett mill-1 ta' Lulju 2013, l-ewrotariffa għall-konsumaturi (mingħajr il-VAT) tal-vuċi li provditur tar-roaming jista' jitlob mingħand il-klijent tar-roaming tiegħu għall-provdiment ta' telefonata tar-roaming regolata, tista' tvarja għal kull telefonata tar-roaming iżda ma għandhiex taqbeż EUR 0,24 kull minuta għal kull telefonata li ssir jew EUR 0,07 kull minuta għal kull telefonata li tasal. It-tariffa massima għall-konsumaturi għal telefonati li jsiru għandha tonqos għal EUR 0,19 fl-1 ta' Lulju 2014. Mill-1 ta' Lulju 2014, il-provdituri tar-roaming ma għandhom jitolbu l-ebda tariffa mingħand il-klijenti tar-roaming tagħhom għat-telefonati li jaslulhom, mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jittieħdu biex jipprevjenu l-użu qarrieqi jew anomalu. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, dawk it-tariffi massimi għall-konsumaturi għall-ewrotariffa tal-vuċi għandhom jibqgħu validi sat-30 ta' Ġunju 2017."

(b) it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Kull provditur tar-roaming għandu jitlob tariffa mingħand il-klijenti tar-roaming tiegħu għall-provdiment ta' kull telefonata tar-roaming regolata li għaliha tapplika ewrotariffa tal-vuċi abbażi ta' kull sekonda."

(6) Fl-Artikolu 14 jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

ʻ1a. Meta l-konsum tas-servizzi tar-roaming regolati għall-konsumaturi bir-rata applikabbli tas-servizz domestiku ikun limitat b'referenza għal kriterju tal-użu raġonevoli skont l-Artikolu 4a(2), il-provdituri tar-roaming għandhom iwissu lill-klijenti tar-roaming meta l-konsum tat-telefonati u l-messaġġi SMS tar-roaming jilħqu l-limitu tal-użu raġonevoli u fl-istess waqt għandhom jipprovdu lill-klijenti tar-roaming b'informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli meta jagħmlu telefonata bil-vuċi jew jibagħtu messaġġ SMS barra mir-rata tas-servizz domestiku jew mill-pakkett skont it-tieni, ir-raba' u l-ħames subparagrafi tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu."

(7) Fl-Artikolu 15, jiddaħħal il-paragrafu 2 a li ġej:

ʻ2a. Meta l-konsum tas-servizzi tar-roaming regolati għall-konsumaturi bir-rata applikabbli tas-servizz domestiku ikun limitat b'referenza għal kriterju tal-użu raġonevoli skont l-Artikolu 4a(2), il-provdituri tar-roaming għandhom iwissu lill-klijenti tar-roaming meta l-konsum tas-servizzi tar-roaming tad-dejta jilħqu l-limitu tal-użu raġonevoli u fl-istess waqt għandhom jipprovdu lill-klijenti tar-roaming b'informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli għar-roaming tad-dejta barra mir-rata tas-servizz domestiku jew mill-pakkett skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu." Il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu japplika għal servizzi tar-roaming tad-dejta kkunsmati barra mir-rati applikabbli tas-servizz domestiku jew mill-pakketti msemmija fl-Artikolu 4a(2)."

(8) L-Artikolu 19 hu emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i) l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta' dan ir-Regolament u, wara konsultazzjoni pubblika, għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016."

(ii) il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:

ʻ(g) sa liema punt l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali previsti fl-Artikoli 3 u 4 u tar-reġim alternattiv previsti fl-Artikolu 4a tat riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għal servizzi tar-roaming sakemm ma jkunx hemm differenza effettiva bejn it-tariffi tar-roaming u dawk domestiċi;"

(iii) Jiddaħħal il-punt (i) li ġej:

'(i) il-punt, jekk hemm, sa fejn l-evoluzzjoni tal-prezzijiet domestiċi għall-konsumatur hija osservabilment effettwata mill-applikazzjoni mill-provdituri tar-roaming tar-rata domestika tas-servizz sew li-servizzi domestiċi sew lil servizzi tar-romaing regolati madwar l-Unjoni.

(b) Il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

(i) l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"Jekk ir-rapport juri li l-alternattivi tat-tariffi, li fihom ir-rati tas-servizz domestiku japplikaw kemm għas-servizzi domestiċi kif ukoll għas-servizzi tar-roaming regolati, ma jkunux provduti f'kull pakkett għall-konsumaturi għal użu raġonevoli minn għallinqas provditur tar-roaming wieħed f'kull Stat Membru, jew li l-offerti mill-provdituri alternattivi tar-roaming ma jkunux jagħmlu t-tariffi tar-roaming għall-konsumaturi sostanzjalment ewkivalenti, aċċessibbli faċilment għall-konsumaturi madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni sal-istess data għandha tagħmel proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tindirizza s-sitwazzjoni u għandha tiżgura li mhemm l-ebda differenza bejn it-tariffi nazzjonali u dawk tar-roaming fis-suq intern."

(ii) il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

ʻ(d) biex jinbidel it-tul taż-żmien jew jonqos il-livell massimu ta' imposti massimi previst fl-Artikoli 7, 9 u 12 bil-ħsieb li tiġi rinfurzata l-kapaċità ta' kull provditur tar-roaming biex fil-pakketti rispettivi tiegħu għall-konsumaturi għal użu raġonevoli jagħmel disponibbli alternattivi tat-tariffi li fihoom ir-rata applikabbli tas-servizz domestiku tapplika kemm għas-servizzi domestiċi kif ukoll għas-servizzi tar-roaming regolati, daqslikieku dawn tal-aħħar kienu kkunsmati fin-netwerk domestiku."

Ġustifikazzjoni

L-emendar tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 bħalissa jfixkel serjament l-ippjanar u s-sikurezza ġuridika għall-fornituri. Għalhekk, ma għandu jsir xejn sa ma l-Kummissjoni tlesti l-eżami tagħha tal-funzjonament ta' dak ir-regolament, kif previst fl-Artikolu 19 tagħha.

PROĊEDURA

Titolu

Suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika

Referenzi

COM(2013)0627 – C7-0267/2013 – 2013/0309(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.9.2013

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

12.9.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Marielle Gallo

4.11.2013

Eżami fil-kumitat

25.11.2013

16.12.2013

Data tal-adozzjoni

21.1.2014

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

11

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Eva Lichtenberger, Angelika Niebler, Axel Voss

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (19.2.2014)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012
(COM(2013)0627 – C7‑0267/2013 – 2013/0309(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Salvador Sedó i Alabart

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din il-proposta tiffaċilita l-forniment ta' servizzi transfruntiera tal-komunikazzjoni billi tagħti lok lill-provdituri joffru servizzi fl-Unjoni fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni unika tal-UE u b'hekk bl-inqas xkiel amministrattiv possibbli.

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li għandha l-għan li tiffaċilita l-armonizzazzjoni tad-drittijiet tal-utenti finali (fir-rigward tal-internet miftuħ) kif ukoll l-isforzi tagħha biex tarmonizza l-pubblikazzjoni mill-provdituri ta' informazzjoni dwar is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li joffru u l-inklużjoni ta' dan it-tip ta' informazzjoni f'kuntratti, kif ukoll il-modalitajiet ta' meta wieħed jibdel l-operatur u l-imposti applikabbli għas-servizzi tar-roaming.

Fil-fehma tar-rapporteur, ir-rispett tad-drittijiet tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, il-privatezza u d-data personali huwa parti ewlenija mill-bini tal-fiduċja tal-konsumaturi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-UE, u għaldaqstant mis-suċċess tagħhom. L-utenti finali jridu jkunu ċerti li dawn id-drittijiet jiġu rispettati kull meta jagħmlu użu mis-servizzi u n-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u li kwalunkwe interferenza ma' dawn id-drittijiet hi proporzjata u meħtieġa biex jinkiseb skop leġittimu speċifikat b'mod ċar.

L-Opinjoni attwali għaldaqstant tiffoka fuq dawk l-aspetti tal-proposti li aktarx se jkollhom impatt fuq id-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll fuq il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet.

Ir-rapporteur jilqa' l-inklużjoni tal-prinċipju ta' 'newtralità tal-internet fir-regolament', u għaldaqstant jenfasizza li kwalunkwe miżura permessa fl-ambitu tal-proposta li tinterferixxi mad-drittijiet tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza tal-utenti finali għandha tkun suġġetta għal trasparenza, proporzjonalità stretta u limitazzjonijiet relatati man-neċessità.

L-emendi proposti għandhom l-għan li jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali biex tinbena l-fiduċja tal-konsumaturi.

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) F'kuntest ta' migrazzjoni progressiva gћal "netwerks ibbażati għalkollox fuq l-IPs", in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti tal-konnettività bbażati fuq il-protokoll tal-IP għal klassijiet differenti ta' servizzi bi kwalità tas-servizzi żgurata li tippermetti mogħdijiet tal-komunikazzjoni bejn id-dominji tan-netwerk u bejn it-trufijiet tan-netwerk, kemm fl-Istati Membri kif ukoll bejniethom, ixekkel l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet li jistrieħu fuq l-aċċess għal netwerks oħrajn, u allura jillimita l-innovazzjoni teknoloġika. Barra minn hekk, din is-sitwazzjoni żżomm it-tixrid fuq skala usa' ta' effiċjenzi relatati mal-ġestjoni u l-provdiment ta' netwerks ibbażati fuq l-IPs u prodotti tal-konnettività b'livell żgurat ta' kwalità tas-servizzi, b'mod partikolari aktar sigurtà, affidabbiltà u flessibbiltà, kosteffikaċja u provdiment aktar malajr, li minnhom igawdu l-operaturi tan-netwerk, il-provdituri tas-servizzi u l-utenti finali. Għaldaqstant approċċ armonizzat għat-tfassil u d-disponibbiltà ta' dawn il-prodotti hu meħtieġ skont termini raġonevoli inkluż, meta tintalab, il-possibbiltà ta' provdiment inkroċjat mill-impenji tal-komunikazzjoni elettronika kkonċernati.

(36) F'kuntest ta' migrazzjoni progressiva gћalnetwerks ibbażati għalkollox fuq l-IPs, in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti tal-konnettività bbażati fuq il-protokoll tal-IP għal klassijiet differenti ta' servizzi bi kwalità definita tas-servizzi fi ħdan netwerks ta' komunikazzjoni magħluqa bl-użu tal-Protokoll tal-Internet b'kontroll strett ta' ammissjoni jista' jxekkel l-iżvilupp ta' servizzi li jiddependu fuq din il-kwalità definita sabiex jiffunzjonaw b'mod xieraq. Għaldaqstant approċċ armonizzat għat-tfassil u d-disponibbiltà ta' dawn is-servizzi hu meħtieġ, inklużi salvagwardji biex jiggarantixxu li l-kwalità mtejba mhijiex funzjonalment identika jew għad-detriment tal-prestazzjoni, tal-affordabbiltà jew tal-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet jew ixxekkel il-kompetizzjoni, l-innovazzjoni jew in-newtralità tal-internet.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) Matul l-aħħar deċennji l-internet żviluppa fi pjattaforma miftuħa għall-innovazzjoni bi ftit xkiel għall-aċċess għall-utenti finali, għall-provdituri tal-kontenut u tal-applikazzjonijiet u għall-provdituri tas-servizzi tal-internet. Il-qafas regolatorju attwali għandu l-għan li jippromwovi l-kapaċità tal-utenti finali li jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni jew li jużaw l-applikazzjonijiet u s-servizzi li jagħżlu huma. Madankollu, dan l-aħħar, ir-rapport tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) dwar prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku ppubblikat f'Mejju 2012 u studju li kkummissjonat l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi u s-Saħħa u ppubblikat f'Diċembru 2012 dwar il-funzjonament tas-suq tal-aċċess u l-provdiment tal-internet minn perspettiva tal-konsumatur, urew li għadd sinifikanti ta' utenti finali jiġu affettwati minn prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku li jimblukkaw jew jisslowjaw applikazzjonijiet speċifiċi. Dawn ix-xejriet jeħtieġu regoli ċari fil-livell tal-Unjoni biex jinżamm l-internet miftuħ u biex tkun evitata frammentazzjoni tas-suq uniku minħabba miżuri ta' Stati Membri individwali.

(45) Matul l-aħħar deċennji l-internet żviluppa fi pjattaforma miftuħa għall-innovazzjoni bi ftit xkiel għall-aċċess għall-utenti finali, għall-provdituri tal-kontenut u tal-applikazzjonijiet u għall-provdituri tas-servizzi tal-internet. Il-mutur ewlieni tal-innovazzjoni u l-attività ekonomika mingħajr preċedent fl-era diġitali kien il-fatt li t-traffiku kollu tal-internet huwa trattat bl-istess mod, mingħajr diskriminazzjoni, restrizzjoni jew interferenza, indipendentement minn min jibgħat, min jirċievi, it-tip, il-kontenut, l-apparat, is-servizz jew l-applikazzjoni; dan huwa konformi mal-prinċipju ta' newtralità tal-internet. Il-qafas regolatorju attwali għandu l-għan li jippromwovi l-kapaċità tal-utenti finali li jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni jew li jużaw l-applikazzjonijiet u s-servizzi li jagħżlu huma. Din il-kapaċità tkun żgurata bl-aħjar mod meta t-tipi kollha ta' traffiku jiġu trattati bl-istess mod mill-provdituri ta' komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku. Madankollu, dan l-aħħar, ir-rapport tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) dwar prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku ppubblikat f'Mejju 2012 u studju li kkummissjonat l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi u s-Saħħa u ppubblikat f'Diċembru 2012 dwar il-funzjonament tas-suq tal-aċċess u l-provdiment tal-internet minn perspettiva tal-konsumatur, urew li għadd sinifikanti ta' utenti finali jiġu affettwati minn prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku li jimblukkaw jew jisslowjaw applikazzjonijiet speċifiċi. Dawn ix-xejriet jeħtieġu regoli ċari biex il-prinċipju ta' newtralità tal-internet jiddaħħal fil-liġi fil-livell tal-Unjoni biex jinżamm l-internet miftuħ u biex tkun evitata frammentazzjoni tas-suq uniku minħabba miżuri ta' Stati Membri individwali. Tabilħaqq, hekk kif tgħid ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Novembru 2011 dwar l-internet miftuħ u n-newtralità tal-internet fl-Ewropa 2011/2866, in-natura miftuħa tal-internet kienet fattur ewlieni għall-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-innovazzjoni - li wassal għal livelli spettakolari ta' żvilupp fl-applikazzjonijiet, fil-kontenut u fis-servizzi online, u għalhekk tkabbir fl-offerta ta', u fid-domanda għal, kontenut u servizzi, u jagħmilha ta' aċċeleratur fiċ-ċirkolazzjoni libera ta' għarfien, ideat u informazzjoni, inkluż f'pajjiżi fejn l-aċċess għal midja ħielsa hu limitat"

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46) Il-libertà tal-utenti finali biex jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni u kontenut legali, jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom hija soġġetta li tirrispetta l-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali kompatibbli. Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-limiti għal kull restrizzjoni ta' din il-libertà minn provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku iżda hi mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar id-dritt tal-awtur u d-Direttiva 2000/31/KE.

(46) Il-libertà tal-utenti finali biex jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni u kontenut legali, jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom hija soġġetta li tirrispetta l-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali kompatibbli. Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-limiti għal kull restrizzjoni ta' din il-libertà minn provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku iżda hi mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar id-dritt tal-awtur u d-Direttiva 2000/31/KE dwar il-kummerċ elettroniku u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/58/KE, li jiddefinixxu l-limiti tal-miżuri tal-ġestjoni tat-traffiku mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47) F'internet miftuħ, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku, fil-limiti miftiehma fil-kuntratt dwar il-volumi tad-dejta u l-veloċitajiet għas-servizzi tal-aċċess għall-internet, ma għandhomx jimblukkaw, jisslowjaw, jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom ħlief għal għadd limitat ta' miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku raġonevoli. Dawn il-miżuri għandhom ikunu trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji. ġestjoni raġonevoli tat-traffiku tinkludi prevenzjoni jew impediment minn reati kriminali serji, inklużi azzjonijiet volontarji ta' provdituri biex jipprevenu l-aċċess għall-pornografija tat-tfal u t-tixrid tagħha. It-tnaqqis kemm jista' jkun tal-effetti tal-konġestjoni tan-netwerk għandu jitqies raġonevoli sakemm il-konġestjoni tan-netwerk tkun biss temporanja jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

(47) Finternet miftuħ, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx jimblukkaw, inaqqsu l-veloċità, jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom ħlief għal għadd limitat ta miżuri taġestjoni tat-traffiku li jkunu teknikament raġonevoli, definiti b'mod ċar u li mhumiex motivati kummerċjalment. Dawn il-miżuri għandhom ikunu trasparenti, strettament meħtieġa, proporzjonati u nondiskriminatorji. Il-mitigazzjoni tal-effetti tal-konġestjoni tan-netwerk għandu jitqies raġonevoli sakemm il-konġestjoni tan-netwerk tkun biss temporanja jew fċirkostanzi eċċezzjonali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50) Barra minn hekk, hemm domanda għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jipprovdu servizzi ta' trażmissjoni bbażati fuq parametri tal-kwalità flessibbli, inklużi livelli aktar baxxi ta' prijorità għat-traffiku li ma tkunx sensittiva għall-ħin. Il-possibbiltà għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jinnegozjaw dawn il-livelli flessibbli ta' kwalità ta' servizzi ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku hemm bżonnha għall-provdiment ta' servizzi speċjalizzati u hu mistenni li jkollha rwol importanti fl-iżvilupp ta' servizzi ġodda bħall-komunikazzjoni M2M (bejn magna u magna). Fl-istess waqt, dawn l-arranġamenti għandhom jippermettu lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jibbilanċjaw aħjar it-traffiku u jipprevenu konġestjoni fin-netwerks. Għalhekk, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi li jikkonkludu ftehimiet dwar servizzi speċjalizzati b'livelli definiti ta' kwalità tas-servizzi sakemm dawn il-ftehimiet ma jkunux qed idgħajfu sostanzjalment il-kwalità ġenerali tas-servizzi tal-aċċess għall-internet.

(50) Barra minn hekk, hemm domanda għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jipprovdu servizzi ta' trażmissjoni bbażati fuq parametri tal-kwalità flessibbli, inklużi livelli aktar baxxi ta' prijorità għat-traffiku li ma tkunx sensittiva għall-ħin. Il-possibbiltà għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jinnegozjaw dawn il-livelli flessibbli ta' kwalità ta' servizzi ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku tista' trawwem servizzi speċjalizzati u hu mistenni li jkollha rwol fl-iżvilupp ta' servizzi ġodda bħall-komunikazzjoni M2M (bejn magna u magna). Fl-istess waqt, dawn l-arranġamenti għandhom jippermettu lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jibbilanċjaw aħjar it-traffiku u jipprevenu konġestjoni fin-netwerks. Madankollu, dan m'għandux ifixkel l-iżvilupp tal-internet jew il-prinċipju tan-newtralità tal-internet. Għalhekk, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi li jikkonkludu ftehimiet dwar servizzi speċjalizzati b'livelli definiti ta' kwalità tas-servizzi sakemm dawn il-livelli definiti ta' karatteristiċi ta' kwalità huma teknikament meħtieġa għall-funzjonalità tas-servizz u dawn il-ftehimiet ma jkunux qed idgħajfu l-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jaqdu rwol essenzjali biex ikun żgurat li l-utenti finali effettivament ikunu jistgħu jeżerċitaw din il-libertà biex jużaw l-aċċess tal-internet miftuħ. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom l-obbligi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar, u jiżguraw il-konformità tal-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku u d-disponibbiltà ta' servizzi tal-aċċess għall-internet nondiskriminatorji u ta' kwalità għolja li ma jiddgħajfux sostanzjalment minn servizzi speċjalizzati. Fil-valutazzjoni tagħhom ta' xkiel ġenerali possibbli għas-servizzi tal-internet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu parametri ta' kwalità bħat-timing u l-affidabbiltà (latenza, jitter, telf fil-pakketti), livelli u effetti tal-konġestjoni fin-netwerk, veleoċitajiet attwali kontra dawk riklamati, il-prestazzjoni tas-servizzi tal-aċċess tal-internet imqabbla ma' servizzi speċjalizzati, u l-kwalità kif perċepita mill-utenti aħħarin. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw is-setgħa jimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi fuq kull provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew fuq uħud individwali, jekk dan ikun meħtieġ biex jevita degradazzjoni ġenerali fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet.

(51) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jaqdu rwol essenzjali biex ikun żgurat li l-utenti finali effettivament ikunu jistgħu jeżerċitaw din il-libertà biex jużaw l-aċċess tal-internet miftuħ. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom l-obbligi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar, u jiżguraw il-konformità tal-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku u d-disponibbiltà ta' servizzi tal-aċċess għall-internet nondiskriminatorji u ta' kwalità għolja li ma jiddgħajfux sostanzjalment minn servizzi speċjalizzati. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' notifika u ta' rimedju ċari u li jinftiehmu għall-utenti finali li jkunu ġew soġġetti għal diskriminazzjoni, restrizzjoni jew interferenza tal-kontenut, servizzi jew applikazzjonijiet fuq l-internet. Fil-valutazzjoni tagħhom ta' xkiel ġenerali possibbli għas-servizzi tal-internet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu parametri ta' kwalità bħat-timing u l-affidabbiltà (latenza, jitter, telf fil-pakketti), livelli u effetti tal-konġestjoni fin-netwerk, veleoċitajiet attwali kontra dawk riklamati, il-prestazzjoni tas-servizzi tal-aċċess tal-internet imqabbla ma' servizzi speċjalizzati, u l-kwalità kif perċepita mill-utenti aħħarin. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw is-setgħa jimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi fuq kull provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew fuq uħud individwali, jekk dan ikun meħtieġ biex jevita degradazzjoni ġenerali fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 58a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58a) L-ipproċessar tad-data personali msemmi fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness għandu jikkonforma mad-Direttiva 95/46 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data1a, li jirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq fl-Istati Membri skont dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-awtoritajiet pubbliċi indipendenti maħtura mill-Istati Membri, u mad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika1b.

________________

1a Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment ħieles ta’ tali data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

1b Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 58b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58b) L-ipproċessar tad-data personali msemmija fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness għandu jkun b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u rigward il-moviment ħieles ta' din id-data.1a

__________________

1aĠU L 8, 12.1.2001 p. 1.

Emenda                     9

Proposta għal regolament

Premessa 80a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(80a) Dan ir-Regolament jirrispetta l-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE rigward il-Protezzjoni tad-Data.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ea) jiġi żgurat li t-traffiku kollu tal-internet ikun trattat bl-istess mod, mingħajr diskriminazzjoni, restrizzjoni jew interferenza, indipendentement minn min jibgħat, min jirċievi, it-tip, il-kontenut, l-apparat, is-servizz jew l-applikazzjoni;

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE u leġiżlazzjoni oħra eżistenti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) "prodott ta' konnettività b'servizz ta' kwalità żgurat (ASQ)" tfisser prodott li jsir disponibbli fl-exchange tal-protokoll tal-internet (IP), li bih il-klijenti jkunu jistgħu jagħmlu link tal-komunikazzjoni bl-IP bejn punt tal-interkonnessjoni u wieħed jew bosta punti fissi tat-terminazzjoni tan-netwerk, u jippermetti livelli definiti tal-prestazzjoni tan-netwerk bejn tarf u ieħor għall-provdiment ta' servizzi speċifiċi lill-utenti finali skont it-twassil ta' kwalità garantita speċifikata tas-servizz, skont parametri speċifikati;

imħassar

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) “in-newtralità tal-internet” tfisser il-prinċipju li t-traffiku kollu tal-internet ikun trattat bl-istess mod, mingħajr diskriminazzjoni, restrizzjoni jew interferenza, indipendentement minn min jibgħat, min jirċievi, it-tip, il-kontenut, l-apparat, is-servizz jew l-applikazzjoni;

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) "servizz speċjalizzat" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika jew servizz ieħor li jipprovdi l-kapaċità ta' aċċess għal kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew taħlita tagħhom, u li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu huma kontrollati minn tarf għal ieħor jew jipprovdi l-kapaċità li tintbagħat jew tasal dejta lejn jew mingħand għadd determinat ta' partijiet jew punti terminali; u li ma jkunx kummerċjalizzat jew użat ħafna bħala sostitut għal servizz tal-aċċess għall-internet;

(15) "servizz speċjalizzat" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika, li jitħaddem fi ħdan netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi magħluqa bl-użu tal-Protokoll tal-Internet b'kontroll strett tal-ammissjoni; u li mhux kummerċjalizzat jew użat bħala sostitut għas-servizz tal-aċċess għall-internet jew funzjonalment identiku għas-servizzi disponibbli fuq is-servizz tal-aċċess għall-internet pubbliku;

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tgħaddi l-informazzjoni li taslilha skont il-paragrafu 2 u kull modifika f'dik l-informazzjoni skont il-paragrafu 3 lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri ospitanti kkonċernati u lill-Uffiċċju BEREC fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi dik il-informazzjoni jew xi modifika. L-Uffiċċju BEREC għandu jżomm reġistru aċċessibbli għall-pubbliku bin-notifiki li jsiru skont dan ir-Regolament.

5. L-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tgħaddi l-informazzjoni li taslilha skont il-paragrafu 2 u kull modifika f'dik l-informazzjoni skont il-paragrafu 3 lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri ospitanti kkonċernati u lill-Uffiċċju BEREC fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi dik il-informazzjoni jew xi modifika. L-Uffiċċju BEREC għandu jżomm reġistru aċċessibbli għall-pubbliku bin-notifiki li jsiru skont dan ir-Regolament. Indipendentement mill-format (elettroniku jew stampat) tar-reġistru magħżul mill-Uffiċċju BEREC, dan tal-aħħar għandu japplika miżuri ta' sigurtà adegwati fiż-żamma tar-reġistru, skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Barra minn hekk, il-BEREC għandu jagħti lill-provdituri tal-komunikazzjonijiet informazzjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, li tista' tiġi mxerrda permezz tal-awtorità regolatorja tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-provditur.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-a) jirrispetta bis-sħiħ ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali, tal-privatezza, is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u t-trasparenza b'konformità mad-dritt tal-Unjoni.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) l-osservanza tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-privatezza, id-dejta personali, is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u t-trasparenza f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

imħassar

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 ħalli jiġi adattat l-Anness I fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq u teknoloġiċi, sabiex jibqa' jissodisfa r-rekwiżiti sostantivi elenkati fil-paragrafu 1.

imħassar

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli metodoloġiċi u tekniċi uniformi għall-implimentazzjoni ta' wieħed jew bosta prodotti Ewropej tal-aċċess skont it-tifsira tal-Artikoli 17 u 19 u tal-Anness I, il-punti 2 u 3, u tal-Anness II, f'konformità mal-kriterji u l-parametri rispettivi speċifikati fih. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli metodoloġiċi u tekniċi uniformi għall-implimentazzjoni ta' wieħed jew bosta prodotti Ewropej tal-aċċess skont it-tifsira tal-Artikolu 17 u tal-Anness I, il-punti 2 u 3, f'konformità mal-kriterji u l-parametri rispettivi speċifikati fih. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-utenti finali għandhom ikunu liberi biex jaċċessaw u jxerrdu informazzjoni u kontenut, jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom mis-servizz tal-aċċess għall-internet tagħhom.

L-utenti finali għandhom id-dritt jaċċessaw u jxerrdu informazzjoni u kontenut, jużaw applikazzjonijiet, jikkonnettjaw il-hardware u jużaw servizzi, software u apparat tal-għażla tagħhom mis-servizz tal-aċċess għall-internet tagħhom, skont il-prinċipju ta' newtralità tal-internet.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-utenti finali għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet dwar il-volumi u l-veloċitajiet tad-dejta ma' provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u biex, f'konformità ma' ftehimiet bħal dawn relattivi għall-volumi tad-dejta, jużaw offerti tal-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-internet.

Sakemm il-ftehimiet iqisu kif jixraq il-prinċipju tan-newtralità tal-internet, u ma jiddiskriminawx abbażi tal-kontenut, applikazzjoni jew servizz jew klassijiet speċifiċi, l-utenti finali għandu jkollhom id-dritt jagħmlu ftehimiet li jiddivrenzjaw skont il-volumi u l-veloċitajiet tad-data, ladarba dawn b'mod liberu u espliċitu jagħtu l-kunsens infurmat tagħhom.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-utenti finali għandhom ikunu liberi wkoll biex jiftiehmu ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew ma' provdituri ta' kontenut, applikazzjonijiet u servizzi dwar il-provdiment ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità aħjar tas-servizzi

L-utenti finali għandhom ikollhom ukoll id-dritt biex jiftiehmu ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew ma' provdituri ta' kontenut, applikazzjonijiet u servizzi dwar il-provdiment ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità aħjar tas-servizzi Fejn ikunu konklużi tali ftehimiet mal-provditur tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-provditur għandu jiżgura li l-kwalità mtejba tas-servizz ma tkunx askapitu tal-prestazzjoni, tal-affordabilità jew tal-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, skont il-prinċipju ta' newtralità tal-internet.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi speċjalizzati lill-utenti finali, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet flimkien ħalli jittrażmettu l-volumi jew it-traffiku tad-dejta relatati bħala servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi definita jew b'kapaċità dedikata. Il-provdiment ta' dawn is-servizzi speċjalizzati ma għandux qed idgħajjef sostanzjalment il-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet.

Sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi speċjalizzati lill-utenti finali, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jistgħu jagħmlu ftehimiet flimkien ħalli jittrażmettu l-volumi jew it-traffiku tad-data relatati f'netwerks ta' komunikazzjoni elettronika magħluqa bħala servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi definita jew b'kapaċità dedikata, li ma jkunux funzjonalment identiċi għal servizzi disponibbli permezz tas-servizz tal-aċċess għall-internet pubbliku. Il-provdiment ta' servizzi speċjalizzati ma għandux idgħajjef il-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet. Meta l-kapaċità tan-netwerk tinqasam bejn is-servizzi tal-aċċess għall-internet u s-servizzi speċjalizzati, il-provditur ta' dawn is-servizzi għandu jippubblika kriterji ċari u bla ebda ambigwità, li abbażi tagħhom tiġi maqsuma l-kapaċità tan-netwerk.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-limiti tal-volumi jew il-veloċitajiet tad-dejta miftiehma f'kuntratt għas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet ma għandhomx jirrestrinġu l-libertajiet previsti fil-paragrafu 1 billi jimblukkaw, jisslowjaw, jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom, ħlief meta dan ikun meħtieġ biex jiġu applikati miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku. Il-miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji, proporzjonati u meħtieġa biex:

Skont il-prinċipju tan-newtralità tal-internet, il-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet ma għandhomx jirrestrinġu d-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 billi jimblukkaw, inaqqsu l-veloċità, jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom, ħlief f'każijiet speċifiċi meta dan ikun meħtieġ biex jiġu applikati miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku. Il-miżuri ta ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji, strettament proporzjonati, suġġetti għal mekkaniżmi ta’ rimedju ċari, li jinftiehmu u aċċessibbli, u meħtieġa biex:

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) tiġi provduta informazzjoni ċara u speċifika dwar it-tekniki tal-ispezzjoni tal-komunikazzjoni li huma permessi;

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 23(5) tal-proposta jipprevedi miżuri ta' 'ġestjoni raġonevoli tat-traffiku', li fl-ambitu tagħhom l-ISPs jistgħu jiddiskriminaw kontra, jiddegradaw, inaqqsu l-veloċità tat-traffiku jew jibblokkawh, iżda ma jipprovdix informazzjoni dwar it-tekniki tal-ispezzjoni tal-komunikazzjoni sottostanti ta' tali miżuri. Biex tingħata ċertezza lill-utenti finali dwar il-protezzjoni tad-data u l-impatt fuq il-privatezza tal-miżuri tal-ġestjoni tat-traffiku, l-Artikolu 23(5) għandu għaldaqstant jipprovdi informazzjoni ċara dwar it-tekniki tal-ispezzjoni tal-komunikazzjoni.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) jinżammu l-integrità u s-sigurtà fin-netwerk, is-servizzi pprovduti minn dan in-netwerk, u t-terminali tal-utenti finali;

b) jinżammu l-integrità u s-sigurtà fin-netwerk tal-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika Ewropea, is-servizzi pprovduti minn dan in-netwerk, u t-terminali tal-utenti finali;

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) tkun evitata t-trażmissjoni ta' komunikazzjoni mhux mitluba lill-utenti finali li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel għal dan il-miżuri restrittivi;

c) tkun evitata t-trażmissjoni ta' komunikazzjoni mhux mitluba għal skopijiet ta' marketing dirett lill-utenti li jkunu taw il-kunsens liberu, infurmat u espliċitu tagħhom minn qabel għal dawn il-miżuri restrittivi; Tali kunsens għandu jkun infurmat, speċifiku u mhux ambigwu, kif ukoll mogħti liberament.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) jiġu minimizzati l-effetti ta' konġestjoni eċċezzjonali jew temporanja fin-netwerk sakemm tipi ekwivalenti ta' traffiku jkunu trattati bl-istess mod.

d) jittaffew l-effetti ta' konġestjoni temporanja u eċċezzjonali fin-netwerk, primarjament permezz ta' miżuri newtrali fir-rigward tal-applikazzjonijiet, sakemm it-traffiku kollu jiġi trattat bl-istess mod.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandha tinvolvi biss l-ipproċessar ta' dejta meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu.

Il-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandha tinvolvi biss l-ipproċessar ta' data meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu. Għalhekk it-tekniki kollha ta' spezzjoni, iffiltrar jew analiżi tad-data għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-privatezza u mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. B'mod awtomatiku, dawn it-tekniki għandhom jeżaminaw biss informazzjoni tal-headers. L-ipproċessar tal-kontenut tal-komunikazzjoni għal dawn l-iskopijiet mhijiex permessa. Fl-ebda każ m'għandha tiġi proċessata data sensittiva kif definita fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 95/46/KE.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw mill-qrib u jiżguraw l-abilità effettiva tal-utenti finali biex igawdu l-libertajiet previsti fl-Artikolu 23(1) u (2), il-konformità mal-Artikolu 23(5), u d-disponibilità kontinwa ta' servizzi nondiskriminatorji tal-aċċess għall-internet b'livelli ta' kwalità li jixhdu l-avvanzi fit-teknoloġija u li ma jiddgħajfux minħabba servizzi speċjalizzati. F'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra, għandhom ukoll jimmonitorjaw l-effetti tas-servizzi speċjalizzati fuq id-diversitàkulturali u l-innovazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni u lill-BEREC dwar il-monitoraġġ u s-sejbiet tagħhom.

1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw mill-qrib u jiżguraw l-abilità effettiva tal-utenti finali biex igawdu l-libertajiet previsti fl-Artikolu 23(1) u (2), il-konformità mal-Artikolu 23(5) u l-Artikolu 2(15), u d-disponibilità kontinwa ta’ servizzi nondiskriminatorji tal-aċċess għall-internet skont il-prinċipju tan-newtralità tan-net u b’livelli ta’ kwalità li jixhdu l-avvanzi fit-teknoloġija u li ma jiddgħajfux minħabba servizzi speċjalizzati. F'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra u mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data, għandhom ukoll jimmonitorjaw l-effetti tas-servizzi speċjalizzati fuq id-diversità kulturali u l-innovazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni, lill-BEREC u lill-pubbliku dwar il-monitoraġġ u s-sejbiet tagħhom. Dan il-monitoraġġ għandu jkun konformi mal-prinċipju tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u m'għandux jimplika l-ipproċessar ta' data personali.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' notifika u ta' rimedju ċari u li jinftiehmu għall-utenti finali suġġetti għal diskriminazzjoni, restrizzjoni, interferenza, imblukkar jew trażżin tal-kontenut, servizzi jew applikazzjonijiet online.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

3. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-BEREC u ma' partijiet oħra interessati, tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ħlief għall-offerti li jiġu negozjati b'mod individwali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jippubblikaw informazzjoni trasparenti, komparabbli, xierqa u aġġornata dwar:

1. Ħlief għall-offerti li jiġu negozjati b'mod individwali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jippubblikaw informazzjoni trasparenti, komparabbli, xierqa u aġġornata b'mod ċar, komprensiv u aċċessibbli faċilment dwar:

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e – subpunt iv a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iva) informazzjoni ċara u adegwata dwar it-tekniki tal-ispezzjoni użati għall-miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku, imwaqqfa għall-għanijiet elenkati fl-Artikolu 23(5), u r-riperkussjonijiet tagħhom fuq il-privatezza tal-utenti u d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) meta jkun hemm obbligu skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2002/22/KE, l-alternattivi għall-utenti finali jekk idaħħlux jew le d-dejta personali tagħhom fid-direttorju, u d-dejta kkonċernata;

(g) meta jkun hemm obbligu skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2002/22/KE, l-alternattivi għall-utenti finali jekk idaħħlux jew le d-data personali tagħhom fid-direttorju, u d-data kkonċernata; l-ipproċessar tad-data personali inkluż f'dan it-tip ta' direttorju għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE jipprevedi li l-utenti finali għandhom ikunu infurmati dwar il-finijiet tad-direttorju konċernat, kif ukoll dwar kwalunkwe possibiltà ulterjuri tal-użu tad-data personali tagħhom abbażi ta' funzjonijiet ta' tiftix disponibbli f'dak id-direttorju.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa) Informazzjoni dwar l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 26 (1)(j) u l-effett potenzjali tagħhom fuq il-privatezza tal-utenti finali u d-drittijiet tagħhom tal-protezzjoni tad-data.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Lill-utenti finali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffrulhom l-opportunità li bla ħlas jaċċettaw li jirċievu kontijiet dettaljati.

4. Lill-utenti finali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffrulhom l-opportunità li bla ħlas jaċċettaw li jirċievu kontijiet dettaljati, sakemm id-dritt tal-privatezza tal-utenti li jagħmlu s-sejħa u tal-abbonati li jirċievu s-sejħa jiġu rispettati kif jixraq.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 6a

It-tneħħija tal-imposti tar-roaming tal-konsumaturi

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2015, il-provdituri tar-roaming ma għandhom jimponu l-ebda soprataxxa, meta mqabbla mal-imposti għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fil-livell domestiku, fuq il-klijenti tar-roaming għal telefonati regolati tar-roaming magħmula jew riċevuti, messaġġi SMS regolati tar-roaming li jintbagħtu, messaġġi MMS regolati tar-roaming li jintbagħtu jew servizzi tar-roaming tad-data regolati użati, jew xi imposta ġenerali biex ikun possibbli li t-tagħmir terminali jew servizz jintuża barra l-pajjiż.

Ġustifikazzjoni

This amendment brings the abolishment of the roaming surcharges in line with the European Parliament`s resolution of 12 September 2013 on ‘the Digital Agenda for Growth, Mobility and Employment: time to move up a gear’, in which the European Parliament calls for the abolishment of roaming in 2015.By including MMS messages in this provision we address unexpectedly high bills as an emerging issue (often the consumer thinks they have sent an SMS but it is actually an MMS for which separate charges apply). As this article very specifically refers to the individual types of services offered, the inclusion of wording ‘or any general charge to enable the terminal equipment or service to be used abroad’ seeks to prevent the introduction of more general charges for, e.g. ‘enabling the phone to be used abroad’ (some operators require consumers to contact them before they will enable roaming on handsets).

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 7 – paragrafi 1 u 2

Test fis-seħħ

Emenda

(4b) Fl-Artikolu 7, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"1. It-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ operatur ta’ netwerk miżjur jista’ jimponi fuq fornitur tar-roaming ta’ klijent għall-provvediment ta’ telefonata roaming regolata li toriġina minn dak in-netwerk miżjur, bl-inklużjoni, inter alia, tal-ispejjeż tal-oriġini, tat-tranżitu, u tat-tmiem, ma għandhiex tkun iktar minn EUR 0.14 kull minuta mill-1 ta’ Lulju 2012.

"1. It-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ operatur ta’ netwerk miżjur jista’ jimponi fuq fornitur tar-roaming ta’ klijent għall-provvediment ta’ telefonata roaming regolata li toriġina minn dak in-netwerk miżjur, bl-inklużjoni, inter alia, tal-ispejjeż tal-oriġini, tat-tranżitu, u tat-tmiem, ma għandhiex tkun iktar mil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2.

2. It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ 12-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar bħal dan li jifdal qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta’ tariffa medja bl-ingrossa massima kif previst f'dan il-paragrafu jew qabel it-30 ta’ Ġunju 2022. It-tariffa medja bl-ingrossa massima għandha tonqos għal EUR 0,10 fl-1 ta' Lulju 2013 u għal EUR 0,05 fl-1 ta’ Lulju 2014 rispettivament u għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, tibqa' EUR 0,05 sat-30 ta' Ġunju 2022.

2. It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ 12-il xhar jew kwalunkwe perjodu iqsar bħal dan li jifdal qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta’ tariffa medja bl-ingrossa massima kif previst f’dan il-paragrafu jew qabel it-30 ta’ Ġunju 2022. It-tariffa medja bl-ingrossa massima m'għandhiex tkun iktar minn EUR 0.10 fl-1 ta' Lulju 2013 u ser tonqos għal EUR 0.03 fl-1 ta’ Lulju 2014, għal EUR 0.02 fl-1 ta' Lulju 2015, u għal EUR 0.01 fl-1 ta' Lulju 2016."

(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2012:172:0010:0035:EN:PDF)

Ġustifikazzjoni

Without creating a wholesale market in which the smaller players can compete, new legislation could distort competition and lead to the eviction of smaller and dynamic players from the market for international roaming. This amendments reduces wholesale roaming caps to a level which enables each provider who so wishes to offer retail services including ‘roam like at home’ in the short term. In addition, maximum wholesale charges are reduced in line with cost reductions, while leaving a reasonable margin in relation to capped retail charges to encourage market entry. This will enable market-led development of retail offers, and is certain to achieve the policy objective of putting an end to retail roaming tariffs by 2015, by enabling all providers to supply ‘roam like at home’ to mobile user. The levels of the revised wholesale roaming caps put forward are not below cost, as is evidenced by: (i) existing retail offers on domestic markets, (ii) existing domestic MVNO access offers and agreements, and (iii) a small number of bilateral wholesale roaming agreements between mobile network operators. Furthermore, the September BEREC benchmark report, which analysed the average EU roaming retail and wholesale rates for the first quarter of 2013, indicated the following margins:• Voice a) retail: 0.324 cents per minute, b) wholesale: 0.113 cents per minute.• SMS a) retail:0.084 cents per SMS, b) wholesale: 0.025 cents per SMS.• Data a) retail:0.482 cents per MB, b) wholesale:0.069 cents per MB. These numbers therefore demonstrate margins of 286% for voice, 336% for SMS and 698% for data.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Anness 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

IL-PARAMETRI MINIMI TAL-PRODOTTI EWROPEJ TAL-KONNETTIVITÀ B'SERVIZZ TA' KWALITÀ ŻGURAT (ASQ)

imħassar

L-elementi tan-netwerk u informazzjoni relatata:

Trid tingħata deskrizzjoni tal-prodott tal-konnettività fuq netwerk fiss, inklużi karatteristiċi tekniċi u l-adozzjoni ta' kull standard rilevanti.

Il-funzjonalitajiet tan-netwerk:

il-ftehim tal-konnettività jiżgura l-Kwalità tas-Servizzi minn tarf sa tarf, skont parametri speċifikati komuni li jippermettu l-provdiment ta' mill-inqas dawn il-klassijiet ta' servizzi:

– li jsiru telefonati bil-vuċi u bil-vidjow;

– li jitwassal kontenut awdjoviżiv; kif ukoll

– jintużaw applikazzjonijiet kritiċi tad-dejta.

PROĊEDURA

Titolu

Suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika

Referenzi

COM(2013)0627 – C7-0267/2013 – 2013/0309(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.9.2013

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Salvador Sedó i Alabart

14.11.2013

Eżami fil-kumitat

9.1.2014

12.2.2014

Data tal-adozzjoni

12.2.2014

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Roberta Angelilli, Rita Borsellino, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Kinga Gál, Kinga Göncz, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Lívia Járóka, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu Houillon, Anthea McIntyre, Nuno Melo, Roberta Metsola, Claude Moraes, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Nils Torvalds, Kyriacos Triantaphyllides, Wim van de Camp, Axel Voss, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Silvia Costa, Franco Frigo, Mariya Gabriel, Siiri Oviir, Zuzana Roithová, Salvador Sedó i Alabart, Sir Graham Watson

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Françoise Castex, Knut Fleckenstein, Fiona Hall, Anne E. Jensen, Catherine Stihler, Luis Yáñez-Barnuevo García

PROĊEDURA

Titolu

Suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika

Referenzi

COM(2013)0627 – C7-0267/2013 – 2013/0309(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

10.9.2013

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.9.2013

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

12.9.2013

REGI

12.9.2013

CULT

12.9.2013

JURI

12.9.2013

LIBE

12.9.2013

Kumitat(i) assoċjat(i)

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

21.11.2013

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Pilar del Castillo Vera

10.10.2013

Eżami fil-kumitat

9.12.2013

22.1.2014

Data tal-adozzjoni

18.3.2014

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

12

14

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Vicky Ford, Adam Gierek, Robert Goebbels, Fiona Hall, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Antonio Cancian, António Fernando Correia de Campos, Francesco De Angelis, Věra Flasarová, Françoise Grossetête, Jolanta Emilia Hibner, Gunnar Hökmark, Holger Krahmer, Alajos Mészáros, Vladko Todorov Panayotov

Data tat-tressiq

20.3.2014