RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, dwar il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni
20.3.2014 - (16612/2013 – C7‑0486/2013 – 2013/0257(NLE)) - ***
Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Krzysztof Lisek
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, dwar il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni
(16612/2013 – C7‑0486/2013 – 2013/0257(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16612/2013),
– wara li kkunsidra l-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, dwar il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni (16613/2013),
– wara li kkunsidra t-talba għal kunsens preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 212 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7‑0486/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7‑0191/2014),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġeorġja.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn il-Ġeorġja u l-Komunitajiet Ewropej daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999. Il-Ġeorġja pparteċipat b'mod attiv fil-Politika Ewropea tal-Viċinat sa mill-2004 u fis-Sħubija tal-Lvant sa mit-tnedija tagħha fl-2009.
Il-Protokoll tal-FSK f'eżami ġie ffirmat fit-12 ta' Diċembru 2013. L-objettiv tiegħu huwa li jistabbilixxi r-regoli finanzjarji u tekniċi biex il-Ġeorġja tkun tista' tipparteċipa f'ċerti programmi tal-Unjoni. Il-Protokoll fih Ftehim Qafas dwar il-parteċipazzjoni ġenerali tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni u jinkludi d-dispożizzjonijiet standard li jinsabu f'tali protokolli għall-pajjiżi tal-PEV. Il-parteċipazzjoni f'kull programm teħtieġ t-tfassil ta' memorandum ta' qbil (MtQ) iffirmat miż-żewġ naħat. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-PEV tikkonċerna biss dawk il-programmi tal-Unjoni li l-istatuti u l-objettivi tagħhom jippermettu tali parteċipazzjoni.
Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni "dwar l-orjentament ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi msieħba fil-Politika Ewropea tal-Viċinat fl-aġenziji u l-programmi Komunitarji"[1] ta' Diċembru 2006 ddelinjat l-orjentament li jipprevedi l-possibilità għall-pajjiżi tal-PEV li jipparteċipaw f'għażla ta' aġenziji u programmi Komunitarji bħala miżuri ta' promozzjoni tar-riforma, tal-modernizzazzjoni u tat-tranżizzjoni fil-Viċinat. Il-Kunsill appoġġa l-orjentament fil-5 ta' Marzu 2007[2] u fit-18 ta' Ġunju 2007, huwa ħareġ direttivi lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehimiet Qafas dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni fil-programmi Komunitarji ma' tlettax-il pajjiż tal-PEV.
L-intenzjoni li l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi sħab tkun aktar iffaċilitata fil-programmi tal-Unjoni kienet enfasizzata fil-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "Risposta ġdida għal Viċinat ta' sfida"[3]. Id-Dikjarazzjoni tas-Samit ta' Varsavja tas-Sħubija tal-Lvant li saret bejn id-29 u t-30 ta' Settembru 2011, tenfasizza għal darb'oħra l-interess tal-pajjiżi sħab u tal-UE li l-parteċipazzjoni tas-sħab fil-programmi u fl-aġenziji tal-Unjoni tkun faċilitata, u tapprezza ż-żieda tal-kooperazzjoni settorjali.
Il-Ġeorġja se tikkontribwixxi finanzjarjament għall-programmi speċifiċi li tipparteċipa fihom. L-implikazzjonijiet finanzjarji jvarjaw skont il-programm u huma ddeterminati fil-MtQ.
Il-konklużjoni tal-Protokoll se tippermetti l-ftuħ gradwali ta' ċerti programmi tal-Unjoni, jew il-parteċipazzjoni rinfurzata fihom, għall-Ġeorġja, li toffri opportunità biex tippromwovi aktar rabtiet kulturali, edukattivi, ambjentali, tekniċi u xjentifiċi, issaħħaħ il-kuntatti interpersonali u l-kooperazzjoni settorjali, flimkien mat-tisħiħ tar-relazzjonijiet politiċi permezz tas-Sħubija tal-Lvant u l-konklużjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
18.3.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
57 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Sir Robert Atkins, Hiltrud Breyer, Elmar Brok, Tarja Cronberg, Susy De Martini, Mark Demesmaeker, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Anneli Jäätteenmäki, Jelko Kacin, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Paweł Robert Kowal, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Ryszard Antoni Legutko, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Marusya Lyubcheva, Francisco José Millán Mon, Alexander Mirsky, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Raimon Obiols, Kristiina Ojuland, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Mirosław Piotrowski, Bernd Posselt, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, Libor Rouček, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Nikolaos Salavrakos, Jacek Saryusz-Wolski, Werner Schulz, Davor Ivo Stier, Charles Tannock, Inese Vaidere, Johannes Cornelis van Baalen, Geoffrey Van Orden, Nikola Vuljanić, Sir Graham Watson, Boris Zala |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Marije Cornelissen, Tanja Fajon, Jo Leinen, Barbara Lochbihler, Jacek Protasiewicz, Potito Salatto, Marietje Schaake, Alejo Vidal-Quadras |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Judith Sargentini |
||||