RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2012

20.3.2014 - (C7‑0291/2013 – 2013/2213(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Petri Sarvamaa

Proċedura : 2013/2213(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0193/2014
Testi mressqa :
A7-0193/2014
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2012

(C7‑0291/2013 – 2013/2213(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2012,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[1],

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7-0054/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5],

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0193/2014),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2012;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2012

(C7‑0291/2013 – 2013/2213(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2012,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[7],

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7-0054/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol[10],

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[11],

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0193/2014),

1.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2012;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2012

(C7‑0291/2013 – 2013/2213(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2012,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[13],

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7-0054/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[15], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol[16], u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[17],

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u r-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0193/2014),

A.     billi, skont l-istqarrijiet finanzjarji tagħha, il-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2012 kien ta' EUR 15 260 512, u dan jirrappreżenta żieda ta' 6,95 % meta mqabbel mal-2011,

B.     billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2012 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

1.      Jilqa' b'sodisfazzjon it-tkomplija tal-kontribuzzjoni tal-Aġenzija fil-promozzjoni ta' standards għoljin ta' sikurezza u saħħa fuq ix-xogħol fl-Unjoni; jinidika l-attivitajiet kruċjali importanti tal-Aġenzija fl-2012, bħall-proġett Foresight marbut mar-riskji assoċjati mal-impjiegi ekoloġiċi u t-tnedija tal-Kampanja Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu; jistenna ħerqan il-programm strateġiku pluriennali l-ġdid tal-Aġenzija, li hu marbut mill-qrib mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 u se jappoġġa l-istrateġija tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-saħħa fuq ix-xogħol għall-2013–2020 li hi ferm meħtieġa u mistennija;

Segwitu għall-kwittanza għall-2011

2.      Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-istatus ta' żewġ azzjonijiet korrettivi mill-erbgħa li ttieħdu b'reazzjoni għall-kummenti tas-sena preċedenti huma mmarkati bħala "kkompletati", waqt li żewġ azzjonijiet korrettivi huma mmarkati bħala "għadhom għaddejjin";

3.      Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li:

- irrapportat tnaqqis fir-rata ta' kanċellazzjoni għall-2012 biex laħqet il-5,7 % meta mqabbla ma' 8 % għall-2011; jinnota, barra minn hekk, li, mill-2014, se jiġi implimentat mudell għal baġit ibbażat fuq l-attività b'mod li jkomplu jittejbu l-ippjanar intern komplessiv u l-monitoraġġ tal-pjan ta' ġestjoni annwali tagħha, biex b'hekk tiġi żgurata implimentazzjoni baġitarja aħjar,

- billi r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija u r-regoli ta' implimentazzjoni korrispondenti jipprevedu li jsir inventarju fiżiku ta' mill-inqas darba kull tliet snin u dan l-inventarju tlesta fl-2012,

- l-Aġenzija aċċettat l-abbozz ta' ftehim dwar sede mal-istat ospitanti sabiex jiġi evitat dewmien ulterjuri fit-tlestija tan-negozjati;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.   Jinnota li l-isforzi għall-monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2012 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 94,64 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 73,43 %;

Impenji u riporti

5.      Jinnota bi tħassib il-fatt li EUR 3 200 000 (22 % mill-baġit) ġew riportati għall-2013 u li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati hu għoli kemm għat-Titolu II (36 %) u kemm għat-Titolu III (33 %); jirrikonoxxi li, għat-Titolu II, dan kien ikkawżat prinċipalment mit-tiġdid tal-kuntratti annwali fil-qasam tal-informatika li ġew konklużi kif kien pjanat fl-aħħar tliet xhur tal-2012; jirrikonoxxi li, għat-Titolu III, il-livell għoli kien riżultat kemm tan-natura pluriennali ta' proġetti ewlenin u kemm ta' dewmien fl-għoti ta' kuntratti speċifiċi;

6.   Jinnota li r-rata ta' kanċellazzjoni għall-approprjazzjonijiet tat-Titolu I għas-sena 2012 kienet ta' 9,5 %; jirrikonoxxi li r-rata ta' kanċellazzjoni kienet prinċipalment ir-riżultat ta' proċeduri ta' reklutaġġ iffriżati u ta' żieda antiċipata fil-pagi li kienet għadha ma tħallsitx;

Trasferimenti

7.      Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport annwali tal-attività, kif ukoll skont ir-riżultati tal-eżerċizzju ta' awditjar li għamlet il-Qorti tal-Awdituri, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2012 baqgħu fil-limiti tar-regoli finanzjarji; ifaħħar lill-Aġenzija għall-ippjanar baġitarju tajjeb tagħha;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

8.      Jinnota li, għas-sena 2012, la t-tranżazzjonijiet li ttieħed kampjun tagħhom u lanqas is-sejbiet l-oħra tal-eżerċizzju ta' awditjar ma wasslu għal xi kumment dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija fir-rapport tal-awditjar annwali tal-Qorti tal-Awdituri;

9.      Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ma għamlet l-ebda kumment fir-rapport tal-awditjar annwali tagħha għall-2012 fir-rigward tal-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Aġenzija;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u t-trasparenza

10.    Jirrikonoxxi li, fl-2014, l-Aġenzija se tadotta politika dwar il-kunflitti ta' interessi abbażi tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE; jappella lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-adozzjoni ta' dik il-politika;

11. Josserva li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-membri tal-Bord Governattiv, id-Direttur Eżekuttiv u l-maniġment superjuri mhumiex disponibbli pubblikament; jappella lill-Aġenzija biex tirrimedja din is-sitwazzjoni b’mod urġenti;

Awditjar intern

12.    Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li, fl-2012, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq valutazzjoni tar-riskji approfondita u ppreżenta il-pjan għal awditjar strateġiku finali tiegħu għall-2013–2015, li kien approvat mid-Direttur tal-Aġenzija u l-Bord Governattiv tagħha; jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern wettaq ukoll eżerċizzju ta' awditjar rigward il-ġestjoni tal-kuntratti u l-akkwisti, li wassal għal seba' rakkomandazzjonijiet (l-ebda rakkomandazzjoni kritika, żewġ rakkomandazzjonijiet importanti ħafna), li l-proċess ta' implimentazzjoni tagħhom għaddej skont kif previst; jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern ta wkoll segwitu għar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu u kkonkluda li ma kienet miftuħa l-ebda rakkomandazzjoni kritika u li l-proċess ta' implimentazzjoni ta' żewġ rakkomandazzjonijiet importanti ħafna kien għaddej skont kif previst;

Prestazzjoni

13. Jitlob li l-Aġenzija tikkomunika r-riżultati u l-impatt li l-ħidma tagħha għandha fuq iċ-ċittadini Ewropej b'mod aċċessibbli, prinċipalment permezz tas-sit tal-internet tagħha;

o

o       o

14.    Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw din id-deċiżjoni ta' kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2014 dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

13.2.2014

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2012

(2013/2213(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Pervenche Berès

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' pożittivament il-kontribut kontinwu tal-Aġenzija għall-promozzjoni ta' standards għolja ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea u jiġbed l-attenzjoni għall-attivitajiet ewlenin importanti tal-Aġenzija matul l-2012, bħall-proġett Foresight li għandu x'jaqsam mar-riskji assoċjati mal-impjiegi "ħodor" u t-tnedija tal-kampanja Postijiet tax-Xogħol li jippromwovu s-Saħħa; jistenna b'ħerqa l-programm strateġiku pluriennali l-ġdid tal-Aġenzija marbut mill-qrib mal-objettiv tal-istrateġija Ewropa 2020 u li jappoġġa l-istrateġija Ewropea tant meħtieġa u mistennija dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol 2013-2020;

2.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat it-tranżazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2012, legali u regolari;

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-iżviluppi pożittivi fin-negozjati mal-awtoritajiet Spanjoli dwar l-uffiċini tal-Aġenzija u li ftehim dwar is-sede jista' jiġi konkluż fl-2013;

4.  Jinnota b'dispjaċir il-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2013; jiġġustifika r-riporti f'każijiet ta' proġetti pluriennali; jappella madankollu għal miżuri li fil-futur itejbu l-organizzazzjoni ta' proċeduri ta' akkwist;

5.  Jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri dwar ir-rata ta' kanċellazzjoni għolja għat-Titolu I (9,5 %); jiġbed l-attenzjoni madankollu għat-tnaqqis sena wara sena tar-rata ta' kanċellazzjonijiet fit-Titoli II u III, kif ukoll it-tnaqqis fir-rata ta' kanċellazzjoni ġenerali meta mqabbla mal-2011.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

13.2.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Heinz K. Becker, Phil Bennion, Pervenche Berès, Philippe Boulland, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Minodora Cliveti, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Csaba Őry, Konstantinos Poupakis, Elisabeth Schroedter, Gabriele Stauner, Jutta Steinruck

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Philippe De Backer, Edite Estrela, Sergio Gutiérrez Prieto, Anthea McIntyre, Paul Murphy, Antigoni Papadopoulou, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Timothy Kirkhope, George Lyon, Jarosław Leszek Wałęsa

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

17.3.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Zuzana Brzobohatá, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Derek Vaughan

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Philip Bradbourn, Markus Pieper

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Thomas Ulmer

  • [1]               ĠU C 365, 17.12.2013, p. 275.
  • [2]               ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [3]               ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [4]               ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
  • [5]               ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [6]              ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [7]               ĠU C 365, 17.12.2013, p. 275.
  • [8]               ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [9]               ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [10]             ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
  • [11]             ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [12]            ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [13]             ĠU C 365, 17.12.2013, p. 275.
  • [14]             ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [15]             ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [16]             ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
  • [17]             ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [18]     ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.