RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2012

    20.3.2014 - (C7‑0340/2013 – 2013/2252(DEC))

    Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
    Rapporteur: Paul Rübig

    Proċedura : 2013/2252(DEC)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A7-0202/2014
    Testi mressqa :
    A7-0202/2014
    Testi adottati :

    1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2012

    (C7‑0340/2013 – 2013/2252(DEC))

    Il-Parlament Ewropew,

    –       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2012;

    –       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[1],

    –       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05851/2014 – C7‑0053/2014),

    –       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    –       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    –       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

    –       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 521/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu[4] għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

    –       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1183/2011 tal-14 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 521/2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu[5],

    –       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

    –       wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7], u b'mod partikulari l-Artikolu 108 tiegħu,

    –       wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0202/2014),

    1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2012;

    2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt

    3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2012

    (C7‑0340/2013 – 2013/2252(DEC))

    Il-Parlament Ewropew,

    –       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2012;

    –       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[8],

    –       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05851/2014 – C7‑0053/2014),

    –       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    –       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    –       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

    –       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 521/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu[11] għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

    –       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1183/2011 tal-14 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 521/2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu[12],

    –       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[13], u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

    –       wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14], u b'mod partikulari l-Artikolu 108 tiegħu,

    –       wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0202/2014),

    1.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2012;

    2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt

    3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2012

    (C7‑0340/2013 – 2013/2252(DEC))

    Il-Parlament Ewropew,

    –       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2012;

    –       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[15],

    –       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05851/2014 – C7‑0053/2014),

    –       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    –       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[16], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    –       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[17], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

    –       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 521/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu[18] għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

    –       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1183/2011 tal-14 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 521/2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu[19],

    –       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[20], u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

    –       wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[21], u b'mod partikulari l-Artikolu 108 tiegħu,

    –       wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u r-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti tiegħu,

    –       wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0202/2014),

    –       wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0202/2014),

    A.     billi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu ("l-Impriża Konġunta") twaqqfet f'Mejju 2008 bħala sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat permezz tar-Regolament (KE) Nru 521/2008 għal perjodu sal-31 ta' Diċembru 2017 biex tiffoka fuq l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet għas-suq u għaldaqstant biex tiffaċilita sforzi industrijali addizzjonali biex it-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu jkunu jistgħu jibdew jintużaw malajr,

    B.     billi r-Regolament (KE) Nru 521/2008 ġie emendat mir-Regolament (UE) Nru 1138/2011,

    C.     billi l-Membri tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, in-New Energy World Industry Grouping (NEW-IG) u l-Kommunità tar-riċerka (N.ERGHY),

    D.     billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu sħiħ mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta hi ta' EUR 470 000 000 li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka, li l-proporzjon tagħha allokata għall-ispejjeż ta' funzjonament ma tistax taqbeż l-EUR 20 000 000,

    E.     billi New-IG għandu jikkontribwixxi 50 % tal-ispejjeż ta' funzjonament u N.ERGHY għandha tikkontribwixxi parti minn kull tnax tal-ispejjeż ta' funzjonament u t-tnejn għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi permezz ta' kontribuzzjonijiet in natura li tal-anqas ikunu ndaqs għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni;

    Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

    1.      Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-2012 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għas-sena li kienet għadha kif intemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regoli Finanzjarji tagħha;

    2.      Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Impriża Konġunta rċeviet opinjoni immakulata mill-Qorti tal-Awdituri dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt dawk il-kontijiet wara li kienet irċeviet opinjoni kkwalifikata fl-2011 dwar dawk l-aspetti; jappella lill-Impriża Konġunta biex tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u t-tkomplija tar-rispett għall-prinċipji baġitarji;

    3.      Jinnota, barra minn hekk, li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2012 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta’ impenn li jammontaw għal EUR 83,3 miljun u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 56,9 miljun; jinnota, barra minn hekk, li r-rati ta' utilizz għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 99,4 % u ta' 83,1 % rispettivament;

    4.      Jieħu nota tal-fatt li l-kont tal-eżitu baġitarju provviżorju għall-2012 fi tmiem is-sena 2012 kien ta' EUR 8,2 miljun, bi rċevuti ta' EUR 58,3 miljun, flimkien ma' bilanċ pożittiv ta' EUR 7,5 miljun għall-2011 miksuba bi profitt meta mqabbla ma' pagamenti ta' EUR 55,2 miljun u riporti ta' EUR 2,4 miljun;

    5.      Jinnota li s-sejħiet għal proposti kumulattivi organizzati fl-2008, fl-2009, fl-2010 u fl-2011 irriżultaw fi ftehimiet għal għotjiet b'total ta' EUR 295 miljun, u li fl-2012 tnediet ħames sejħa għal proposti għal EUR 78 miljun;

    6.      Jindika li dawn l-ammonti jirrappreżentaw rispettivament 67 % u 18 % tal-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta għall-attivitajiet ta' riċerka u li, f'Jannar 2013, tnediet sitt sejħa għall-ammont li kien fadal (EUR 68,5 miljun); jinnota l-progress li sar fl-implimentazzjoni baġitarja;

    Ġestjoni tat-teżor

    7.      Jindika li, fi tmiem Diċembru 2012, il-flus u ekwivalenti ta' flus kienu jammontaw għal EUR 12,3 miljun; jinnota li din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju baġitarju ta’ ekwilibriju; ifakkar lill-Impriża Konġunta dwar il-ħtieġa li timplimenta miżuri konkreti sabiex tikseb ekwilibriju baġitarju u jħeġġeġ lill-Impriża Konġunta timplimenta, flimkien mal-Kummissjoni, il-miżuri kollha meħtieġa biex timminimizza l-bilanċi ta' flus miżmuma akkont sal-livelli li huma meħtieġa fi ħdan il-limiti previsti fil-ftehimiet ta' finanzjament mal-Kummissjoni;

    Sistemi ta’ kontroll intern

    8.      Jinnota li l-kapaċità tal-awditjar intern tal-Impriża Konġunta wettqet eżerċizzju ta' awditjar fuq il-kontrolli ex ante għall-eliġibilità tal-ispejjeż iddikjarati u l-pagamenti relatati, kif ukoll diversi servizzi ta' konsulenza, inklużi t-tħejjija tal-kampanji ta' komunikazzjoni tal-Impriża Konġunta dwar il-kontroll finanzjarju u l-kwistjonijiet relatati mal-awditjar u l-parteċipazzjoni f'dawn il-kampanji;

    9.      Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, matul l-2012, l-Impriża Konġunta ffinalizzat il-Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju u l-pjan ta' rkupru minn diżastru;

    10.    Jiddispjaċih li s-CVs tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija u d-Direttur Eżekuttiv mhumiex disponibbli pubblikament; jappella lill-Impriża Konġunta biex tirrimedja din is-sitwazzjoni b'mod urġenti; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tiżviluppa u tadotta politika komprensiva dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi;

    11.    Jemmen li livell għoli ta’ trasparenza hu element ewlieni għall-mitigazzjoni tar-riskji ta' kunflitti ta’ interess; jappella, għalhekk, lill-Impriża Konġunta biex tagħmel il-politika u/jew l-arranġamenti tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha, kif ukoll il-lista tal-membri tal-bordijiet ta' tmexxija u s-CVs disponibbli fuq is-sit tal-internet tagħha;

    12.    Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tissorvelja l-politiki tal-Impriża Konġunta fir-rigward tal-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interessi billi tabbozza Rapport Speċjali dwar din il-kwistjoni sal-proċedura ta' kwittanza li jmiss;

    Kwistjonijiet oħra fil-qasam tal-ġestjoni

    13.    Jappoġġa t-titjib propost mill-Qorti tal-Awdituri fis-sistema ta' monitoraġġ u rapportar li tkopri l-protezzjoni, id-disseminazzjoni u t-trasferiment tar-riżultati ta' riċerka;

    Aspetti orizzontali tal-Impriżi Konġunti Ewropej għar-Riċerka

    14.    Jieħu nota tal-fatt li l-approċċ li ħadet il-Qorti tal-Awdituri għall-awditjar jinkludi proċeduri ta' awditjar analitiċi, il-valutazzjoni ta' kontrolli kruċjali tas-sistemi superviżorji u ta' kontroll u l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet fil-livell tal-Impriża Konġunta imma mhux fil-livell tal-membri jew il-benefiċjarji aħħarin tal-Impriża Konġunta;

    15.    Jinnota li l-ittestjar f'eżerċizzju ta' awditjar fil-livell tal-membri jew tal-benefiċjarji aħħarin jitwettaq jew mill-Impriża Konġunta jew mid-ditti ta' awditjar esterni li jitqabbdu u jiġu sorveljati mill-Impriża Konġunta;

    16.    Jilqa' b'sodisfazzjon ir-Rapport Speċjali Nru 2/2013 tal-Qorti tal-Awdituri: 'Il-Kummissjoni żgurat l-implimentazzjoni effiċjenti tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka?', fejn il-Qorti eżaminat jekk il-Kummissjoni żguratx implimentazzjoni effiċjenti tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (FP7);

    17.    Jieħu nota tal-fatt li l-eżerċizzju ta' awditjar kopra wkoll it-twaqqif tal-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (ITK);

    18.    Jaqbel mal-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-ITK twaqqfu biex isostnu l-investiment industrijali fuq żmien twil, b'mod partikolari l-oqsma ta' riċerka; jinnota, madankollu, li, bħala medja, għaddew sentejn biex tingħata l-awtonomija finanzjarja lil ITK, waqt li l-Kummissjoni normalment tibqa’ responsabbli għal terz tal-ħajja operattiva mistennija tal-ITK;

    19.    Jinnota, barra minn hekk, li, skont il-Qorti tal-Awdituri, xi ITK kellhom suċċess partikolari biex jinvolvu lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fil-proġetti tagħhom u kważi 21 % tal-finanzjament pprovdut mill-ITK mar għand intrapriżi żgħar u ta' daqs medju;

    20.    Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-riżorsi indikattivi totali li tqiesu li huma meħtieġa għas-seba' Impriżi Konġunti Ewropej għar-Riċerka li ġew stabbiliti s'issa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea – bl-eċċezzjoni notevoli tal-Impriża Konġunta Galileo – għall-perjodu tal-eżistenza tagħhom jammontaw għal EUR 21 793 000 000;

    21.    Jinnota li l-introjtu bbaġitjat previst totali tal-Impriżi Konġunti għall-2012 kien jammonta għal madwar EUR 2,5 biljun jew bejn wieħed u ieħor 1,8 % mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2012, waqt li madwar EUR 618 miljun ġew mill-baġit ġenerali (kontribuzzjoni fi flus mill-Kummissjoni) u madwar EUR 134 miljun ġew mis-sħab industrijali u l-membri tal-Impriżi Konġunti;

    22.    Jinnota li l-Impriżi Konġunti jimpjegaw 409 membri permanenti u temporanji tal-persunal, jew anqas minn 1 % tal-uffiċjali totali tal-Unjoni awtorizzati taħt il-baġit ġenerali tal-Unjoni (tabella tal-persunal);

    23.    Ifakkar li l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni meqjusa neċessarja għall-Impriżi Konġunti għal kemm idumu jeżistu tammonta għal EUR 11 489 000 000;

    24.    Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tanalizza b'mod komprensiv l-ITK u l-impriżi konġunti l-oħra f'rapport separat minħabba l-ammonti sostanzjali involuti u r-riskji – l-iktar għar-reputazzjoni – ippreżentati; ifakkar li l-Parlament ġa talab lill-Qorti tal-Awdituri tfassal rapport speċjali dwar il-kapaċità tal-impriżi konġunti, flimkien mas-sħab privati tagħhom, biex jiġi żgurat valur miżjud u eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tal-Unjoni għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni; jinnota li l-impriżi konġunti huma meqjusa li jiżguraw finanzjament għall-investimenti industrijali fuq żmien twil u li jkattru l-investimenti privati fir-riċerka.

    RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

    Data tal-adozzjoni

    18.3.2014

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    22

    1

    1

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zuzana Brzobohatá, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Crescenzio Rivellini, Paul Rübig, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Michael Theurer, Derek Vaughan

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Amelia Andersdotter, Esther de Lange, Vojtěch Mynář, Markus Pieper

    Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

    Fiona Hall, Annette Koewius

    • [1]               ĠU C 369, 17.12.2013, p. 57.
    • [2]               ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
    • [3]               ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
    • [4]               ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1.
    • [5]               ĠU L 302, 19.11.2011, p. 3.
    • [6]               ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
    • [7]               ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
    • [8]               ĠU C 369, 17.12.2013, p. 57.
    • [9]               ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
    • [10]             ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
    • [11]             ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1.
    • [12]             ĠU L 302, 19.11.2011, p. 3.
    • [13]             ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
    • [14]             ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
    • [15]             ĠU C 369, 17.12.2013, p. 57.
    • [16]             ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
    • [17]             ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
    • [18]             ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1.
    • [19]             ĠU L 302, 19.11.2011, p. 3.
    • [20]             ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
    • [21]             ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.