RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terz
21.3.2014 - (COM(2013)0812 – C7‑0416/2013 – 2013/0398(COD)) - ***I
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Esther Herranz García
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terz
(COM(2013)0812 – C7‑0416/2013 – 2013/0398(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
- wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0812),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha lill-Parlament (C7–0416/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7–0217/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(1) Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°3/200815, l-Unjoni tista' timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni fis-suq intern u fil-pajjiż terzi għall-prodotti agrikoli u l-metodu tal-produzzjoni tagħhom, kif ukoll għal ċerti prodotti alimentari bbażati fuq prodotti agrikoli. |
(1) F'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°3/200815, l-Unjoni tista' timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi għall-prodotti agrikoli u l-metodu tal-produzzjoni tagħhom, kif ukoll għal prodotti bbażati fuq prodotti agrikoli. | ||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||
15 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (ĠU L 3, 5.1.2008, p. 1). |
15 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (ĠU L 3, 5.1.2008, p. 1). | ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(2) L-għan ta' dawn l-azzjonijiet huwa li tissaħħaħ il-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea, kemm fis-suq intern kif ukoll fil-pajjiżi terzi, billi jiżdied il-livell tal-għarfien tal-konsumaturi dwar il-merti tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti alimentari bbażati fuq il-prodotti agrikoli tal-Unjoni kif ukoll billi jinfetħu u jiġu żviluppati swieq ġodda. Dawn jikkomplementaw u jsaħħu b'mod utli l-azzjonijiet mmexxija mill-Istati Membri. |
(2) L-għan ta' dawn l-azzjonijiet huwa li tissaħħaħ il-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea, jgħinu biex il-prodotti jagħmlu aktar qligħ, iġibu iżjed ekwità kompetittiva, kemm fis-suq intern kif ukoll fil-pajjiżi terzi, u jżidu l-livell tal-għarfien tal-konsumaturi dwar il-merti tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti alimentari bbażati fuq il-prodotti agrikoli tal-Unjoni kif ukoll billi jinfetħu u jiġu żviluppati swieq ġodda. Dawn jikkomplementaw u jsaħħu b'mod utli l-azzjonijiet immexxija mill-Istati Membri, filwaqt li dejjem jiggarantixxu aċċess ugwali għall-Istati Membri kollha u jippromwovu diskriminazzjoni pożittiva favur ir-reġjuni l-aktar imbiegħda skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). | ||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(2a) Minbarra l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi intrinsiċi tal-prodotti agrikoli u alimentari tal-Unjoni, l-azzjonijiet eliġibbli m'għandhomx jeskludu l-komunikazzjoni permezz ta' messaġġi li l-konsumatur jista' jifhem faċilment, bħal dawk li jiffukaw fuq in-nutrizzjoni, it-togħma, it-tradizzjoni u l-kultura, b'mod partikolari dawk maħsuba għall-pajjżi terzi. | ||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(3a) Dawn il-politiki ta' informazzjoni u promozzjoni mhumiex limitati sempliċiment għat-tiswir mill-ġdid tal-kunfidenza tal-konsumatur wara l-kriżijiet, iżda għandhom l-għan ukoll li jaħdmu biex il-prodotti jagħmlu aktar qligħ, jagħtu spinta lill-impjiegi, iġibu ekwità kompetittiva akbar fis-swieq esterni u jipprovdu aktar informazzjoni u informazzjoni ta' kwalità aħjar lill-konsumatur. | ||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(4) Fir-rigward tar-regoli tal-konkorrenza, l-azzjonijiet immirati għas-suq intern għandhom ikunu limitati għal azzjonijiet ta' informazzjoni dwar il-partikolaritajiet tal-metodi tal-produzzjoni agrikola tal-Unjoni jew dwar it-temi li huma ta' interess għall-Unjoni bħall-iskemi Ewropej tal-kwalità stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru°1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16. |
imħassar | ||||||||||||
__________________ |
| ||||||||||||
16 Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.12, p. 1). |
| ||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(5a) F'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni tal-ikel,uħud mill-elementi b'saħħithom tal-Unjoni huma d-diversità u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti tagħha, li huma marbuta ma' żoni ġeografiċi differenti u metodi tradizzjonali differenti u li jipprovdu togħmiet uniċi bil-varjetà u l-awtentiċità li l-konsumatur qed ifittex dejjem aktar, kemm fl-UE kif ukoll 'il barra minnha. | ||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 6 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(6) L-Unjoni prinċipalment tesporta prodotti agrikoli finali, inklużi prodotti agrikoli mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattatt”). Għalhekk l-iskema ta' informazzjoni u ta' promozzjoni għandha tinfetaħ għal ċerti prodotti alimentari bbażati fuq prodotti agrikoli, b'koerenza mal-iskemi l-oħra tal-politika agrikola komuni (“PAK”) bħall-iskemi Ewropej tal-kwalità, li diġà jipprovdu mekkaniżmi li huma miftuħa għal dawn il-prodotti. |
(6) L-Unjoni prinċipalment tesporta prodotti agrikoli finali, inklużi prodotti agrikoli mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattatt”). Fi żmien ta' kriżi bħal dan, huwa xieraq li jiġu introdotti miżuri li jippromwovu l-irkupru ekonomiku fl-Istati Membri. Kemm il-prodotti agrikoli, kif ukoll il-prodotti proċessati bbażati fuq prodotti agrikoli, għandhom rwol importanti fl-irkupru ekonomiku. Għalhekk, l-iskema ta' informazzjoni u ta' promozzjoni għandha tiġi applikata wkoll għal prodotti ġodda li mhumiex inklużi fl-Anness I tat-Trattat. L-inklużjoni ta' dawn il-prodotti f'kampanji ta' promozzjoni u informazzjoni b'mod indirett tista' tkun ta' ġid għas-settur primarju, għadilli li l-inklużjoni tagħhom għandha tkun limitata għall-għan li jiġi żgurat trattament prijoritarju għall-prodotti agrikoli. | ||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 7 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(7) L-informazzjoni u l-promozzjoni tal-inbejjed tal-Unjoni hija waħda mill-miżuri ewlenin tal-programmi ta' għajnuna fis-settur tal-inbid previsti fil-PAK. Konsegwentement, l-eliġibbiltà ta' nbid għal azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni previsti skont din l-iskema għandha tkun limitata biss għal inbid li huwa assoċjat ma' prodott agrikolu jew alimentari. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 8 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(8) Għall-perjodu 2001-2011, bilkemm 30 % tal-baġit allokat għall-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 intefaq fuq misuri għall-pajjiżi terzi, meta dawn is-swieq joffru potenzjal kbir għat-tkabbir. Għalhekk huma meħtieġa arranġamenti speċifiċi sabiex jitħeġġu, bil-għan li jintlaħaq 75 % tan-nefqa stmata, għadd akbar ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni favur il-prodotti agrikoli tal-Unjoni fil-pajjiżi terzi, l-aktar permezz ta' aktar appoġġ finanzjarju. |
(8) Matul il-perjodu 2001-2011, bilkemm intefqu 30 % tal-baġit allokat għall-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 fuq miżuri għall-pajjiżi terzi, minkejja l-fatt li dawn is-swieq joffru potenzjal kbir għat-tkabbir. Għalhekk huma meħtieġa arranġamenti sabiex jitħeġġeġ għadd akbar ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni favur il-prodotti agrikoli tal-Unjoni fil-pajjiżi terzi, b'mod partikolari permezz ta' aktar appoġġ finanzjarju. | ||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 10 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(10) L-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni kkofinanzjati mill-Unjoni għandhom jagħtu dimensjoni Ewropea speċifika. Għal dan il-għan, u sabiex ikun evitat sparpaljar ta' riżorsi u sabiex tiżdied il-viżibbiltà tal-Ewropa permezz ta' dawn l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni għal prodotti agrikoli, jeħtieġ li jiġi stabbilit programm ta' ħidma li jiddefinixxi l-prijoritajiet strateġiċi għal dawn l-azzjonijiet f'termini ta' popolazzjonijiet, ta' prodotti, ta' temi jew ta' swieq fil-mira kif ukoll il-karatteristiċi tal-messaġġi ta' informazzjoni u ta' promozzjoni. B'mod partikolari l-Kummissjoni se tqis il-pożizzjoni predominanti tal-intrapriżi żgħar u medji fis-settur agroalimentari, tas-setturi li jibbenefikaw minn miżuri eċċezzjonali previsti fl-Artikoli 154, 155 u 156 tar-Regolament (UE) XXX/20… [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (COM(2011)626)] u tal-ftehimiet tal-kummerċ ħieles fil-qafas tal-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għall-azzjonijiet immirati għall-pajjiżi terzi. |
(10) L-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni kkofinanzjati mill-Unjoni għandhom jagħtu dimensjoni Ewropea speċifika. Għal dan il-għan, u sabiex jiġi evitat sparpaljar ta' riżorsi u sabiex tiżdied il-viżibilità tal-Ewropa permezz ta' dawn l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni għal prodotti agroalimentari, jeħtieġ li jiġi stabbilit programm ta' ħidma li jiddefinixxi l-prijoritajiet strateġiċi għal dawn l-azzjonijiet f'termini ta' popolazzjonijiet, ta' prodotti, ta' temi jew ta' swieq li fuqhom għandha tkun iffokata l-attenzjoni, kif ukoll il-karatteristiċi tal-messaġġi ta' informazzjoni u ta' promozzjoni. B'mod partikolari l-Kummissjoni se tqis il-pożizzjoni predominanti tal-intrapriżi żgħar u medji fis-settur agroalimentari, tas-setturi li jibbenefikaw minn miżuri eċċezzjonali previsti fl-Artikoli 154, 155 u 156 tar-Regolament (UE) XXX/20… [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (COM(2011)626)] u tal-ftehimiet tal-kummerċ ħieles fil-qafas tal-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għall-azzjonijiet immirati għall-pajjiżi terzi. | ||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(10a) Il-programm ta' ħidma mfassal mill-Kummissjoni għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament, li jikkonsistu minn żieda tas-sehem mis-suq tal-prodotti Ewropej, żieda fil-kompetittività tagħhom, speċjalment f'dawk is-setturi li jintlaqtu l-aktar mill-ftehimiet kummerċjali, l-istabbiliment mill-ġdid tal-kundizzjonijiet normali tas-suq f'każ ta' kriżi u l-għotja ta' informazzjoni lill-konsumatur dwar l-istandards għolja li għandhom jintlaħqu mill-produtturi tal-Unjoni skont id-dritt tal-Unjoni. | ||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 12 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(12) Lil hinn mil-limiti tal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa u tikkoordina servizzi ta' appoġġ tekniku fil-livell Ewropew bil-għan li tgħin lill-operaturi jieħdu sehem fi programmi kofinanzjati, biex iwettqu kampanji effiċjenti jew biex jiżviluppaw l-attivitajiet tal-esportazzjoni tagħhom. |
(12) Apparti l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa u tikkoordina servizzi ta' appoġġ tekniku fil-livell Ewropew, billi tqis il-karatteristiċi speċifiċi ta' kull pajjiż, bil-għan li tinforma lill-operaturi dwar it-tipi ta' programmi disponibbli għalihom u tgħinhom jieħdu sehem fi programmi kofinanzjati, biex iwettqu kampanji effiċjenti jew biex jiżviluppaw l-attivitajiet tal-esportazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi manwal sempliċi u komprensiv li jkun ta' għajnuna għall-benefiċjarji potenzjali biex dawn jikkonformaw mar-regoli u l-proċeduri relatati ma' din il-politika. | ||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 12a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(12a) L-isforzi biex jiġu promossi l-prodotti tal-Unjoni Ewropea fis-swieq tal-pajjiżi terzi kultant jiġu preġudikati mill-konkorrenza li jħabbtu wiċċhom magħha minħabba imitazzjonijiet u prodotti ffalsifikati. Bil-għan li jiġu protetti l-prodotti tal-Unjoni minn dawn il-prattiki, il-Kummissjoni tista' tipprovdi konsulenza u assistenza lill-operaturi tal-Unjoni. Dan il-kompitu jista' jitwettaq permezz tal-għajnuna teknika li tinsab fost l-miżuri ta' inizjattiva proprja li l-Kummissjoni tista' tieħu, kif stabbilit f'dan ir-Regolament. | ||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 13 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(13) L-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni għal prodotti agrikoli li huma kkofinanzjati mill-Unjoni ma għandhomx ikunu orjentati lejn marki kummerċjali u lanqas lejn l-oriġini speċifika tagħhom. Madankollu, ir-referenza għal marki jew għall-oriġini jista' jkollha effett ta' ingranaġġ fil-kuntest ta' azzjonijiet ta' promozzjoni, b'mod partikulari fil-pajjiżi terzi. Filwaqt li jiġu rispettati kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu stabbiliti, b'mod partikolari d-drittijiet mal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, għandu għalhekk ikun possibbli li jagħti viżibilità akbar lill-marki u l-oriġini u, fl-istess ħin, iżżomm bilanċ tajjeb mal-prominenza ta' messaġġi ġeneriċi iffokati fuq is-sistema tal-karatteristiċi intrinsiċi tal-Unjoni dwar prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel ibbażati fuq prodotti agrikoli. |
(13) L-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni għal prodotti agroalimentari li huma kkofinanzjati mill-Unjoni m'għandhomx ikunu orjentati lejn marki kummerċjali u lanqas lejn l-oriġini speċifika tagħhom. Madankollu, ir-referenza għal marki kummerċjali jew għall-oriġini jista' jkollha effett ta' lieva fil-kuntest ta' azzjonijiet ta' promozzjoni, b'mod partikulari fil-pajjiżi terzi. Filwaqt li jiġu rispettati kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu stabbiliti, b'mod partikolari d-drittijiet b'rabta mal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, għandu għalhekk ikun possibbli li tingħata viżibilità akbar lill-marki kummerċjali u l-oriġini u, fl-istess ħin, jinżamm bilanċ tajjeb mal-prominenza ta' messaġġi ġeneriċi iffokati fuq is-sistema tal-karatteristiċi intrinsiċi tal-Unjoni dwar prodotti agrikoli u prodotti alimentari bbażati fuq prodotti agrikoli. | ||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 14 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(14) L-Unjoni hija ħerqana li tissemplifika l-ambjent regolatorju tal-PAK. Dan l-approċċ għandu jiġi applikat ukoll għar-Regolament dwar għoti ta' informazzjoni u azzjonijiet ta' promozzjoni għal prodotti agrikoli. B'mod partikolari, il-prinċipji ta' tmexxija amministrattiva tal-programmi ta' informazzjoni u promozzjoni għandhom jiġu riveduti bil-għan li jiġu semplifikati u li jippermettu lill-Kummissjoni tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li japplikaw il-preżentazzjoni u l-għażla ta' proposti għal programmi. |
(14) L-Unjoni hija ħerqana li tissemplifika l-ambjent regolatorju tal-PAK. Dan l-approċċ għandu jiġi applikat ukoll għar-Regolament dwar għoti ta' informazzjoni u azzjonijiet ta' promozzjoni għal prodotti agrikoli. B'mod partikolari, il-prinċipji ta' tmexxija amministrattiva tal-programmi ta' informazzjoni u promozzjoni għandhom jiġu riveduti bil-għan li jiġu semplifikati u li jippermettu lill-Kummissjoni tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-preżentazzjoni u l-għażla ta' proposti għal programmi, wara li tqis l-interessi speċifiċi tal-Istati Membri. | ||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 18 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(18) Sabiex ikunu żgurati l-koerenza, l-effettività u l-ġestjoni soda tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, kif ukoll l-użu effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 290 tat-Trattat, fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi ta' viżibilità tal-marki u l-indikazzjoni tal-oriġini tal-prodotti, il-kriterja biex tkun iddeterminata l-eliġibilità tal-organizzazzjonijiet proponenti, il-kondizzjonijiet li jirregolaw offerti kompetittivi bejn l-organizzazzjonijiet implimentattivi u l-kundizzjonijiet skont liema l-organizzazzzjoni proponenti tista' tkun awtorizzata timplimenta hija stess ċerti partijiet tal-programm, u fl-aħħar nett, il-kundizzjonijiet speċifiċi li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-ispejjeż ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni għal programmi sempliċi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż l-użu ta' esperti esterni. Il-Kummissjoni, hija u tipprepara u tfassal atti ta' delega, għandha tiżgura illi d-dokumenti rilevanti jintbagħtu simultanjament, fil-ħin u kif suppost lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(18) Sabiex ikunu żgurati l-koerenza, l-effettività u l-ġestjoni soda tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, kif ukoll l-użu effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi ta' viżibilità tal-marki kummerċjali u l-indikazzjoni tal-oriġini tal-prodotti, il-kriterja biex tkun iddeterminata l-eliġibilità tal-organizzazzjonijiet proponenti, il-kondizzjonijiet li jirregolaw offerti kompetittivi bejn l-organizzazzjonijiet ta' implimentazzjoni u l-kundizzjonijiet skont liema l-organizzazzzjoni proponenti tista' tkun awtorizzata timplimenta hija stess ċerti partijiet tal-programm, il-programmi ta' ħidma li jistabbilixxu prijoritajiet strateġiċi, u fl-aħħar nett, il-kundizzjonijiet speċifiċi li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-ispejjeż ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni għal programmi sempliċi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż l-użu ta' esperti esterni. Il-Kummissjoni, waqt li tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill. | ||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 20 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(20) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni għall-finijiet tal-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni dwar il-programmi ta' ħidma li jistabbilixxu l-prijoritajiet strateġiċi, l-għażla ta' programmi sempliċi, il-monitoraġġ u l-kontroll ta' programmi sempliċi, ir-regoli dwar il-konklużjoni ta' kuntratti għall-implimentazzjoni ta' programmi sempliċi magħżula skont dan ir-Regolament, kif ukoll qafas komuni għall-valutazzjoni tal-impatt tal-programmi. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17. |
(20) Sabiex jiġu żguratai kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni għall-finijiet tal-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni dwar l-għażla ta' programmi sempliċi, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll ta' programmi sempliċi, ir-regoli dwar il-konklużjoni ta' kuntratti għall-implimentazzjoni ta' programmi sempliċi magħżula skont dan ir-Regolament, kif ukoll qafas komuni għall-valutazzjoni tal-impatt tal-programmi. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17. | ||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||
Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). |
Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). | ||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 20a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(20a)Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni u fid-dawl tan-natura speċjali tagħhom, u billi taġixxi mingħajr ma tapplika r-Regolament (UE) Nru 182/2011, għandha tagħti bidu għal kampanji ta' promozzjoni u informazzjoni f'każ ta' tfixkil serju fis-suq, telf tal-fiduċja tal-konsumatur u problemi speċifiċi oħra. | ||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 1a | ||||||||||||
|
OBJETTIVI | ||||||||||||
|
L-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni previsti f'dan ir-Regolament għandhom jaħdmu biex jiksbu l-objettivi li ġejjin: | ||||||||||||
|
(a) żieda fis-sehem mis-suq tal-prodotti agrikoli u alimentari tal-Unjoni, b'attenzjoni speċjali għas-swieq b'potenzjal akbar ta' tkabbir; | ||||||||||||
|
(b) provvediment ta' informazzjoni lill-konsumatur dwar l-istandards għoljin li għandhom jilħqu l-prodotti tal-Unjoni, bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK); | ||||||||||||
|
(c) żieda fis-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni; | ||||||||||||
|
(d) żieda fil-kompetittività tal-prodotti tal-Unjoni u t-titjib tal-profil tagħhom, kemm fl-Unjoni kif ukoll 'l barra minnha; | ||||||||||||
|
(e) l-istabbilment mill-ġdid tal-kundizzjonijiet normali tas-suq f'każ ta' tfixkil serju fis-suq, telf tal-fiduċja tal-konsumatur u problemi speċifiċi; | ||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 2 – titolu | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Azzjonijiet fis-suq intern |
Azzjonijiet fis-suq intern u fis-swieq tal-pajjiżi terzi | ||||||||||||
It-tipi ta' azzjonijiet eliġibbli fis-suq intern huma dawn li ġejjin: |
It-tipi ta' azzjonijiet eliġibbli huma dawn li ġejjin: | ||||||||||||
a) l-azzjonijiet ta' informazzjoni bil-għan li jenfasizzaw il-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi tal-produzzjoni agrikola tal-Unjoni, partikolarment f'termini ta' sigurtà tal-ikel, tal-awtentiċità, tal-aspetti nutrittivi u tas-saħħa, tal-benesseri tal-annimali u tar-rispett għall-ambjent; |
(a) l-azzjonijiet ta' informazzjoni maħsuba biex jenfasizzaw il-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi tal-produzzjoni agrikola u alimentari tal-Unjoni, partikolarment f'termini ta' sigurtà tal-ikel, kwalità, tikkettar, traċċabilità, sostennibbiltà, standards soċjali, tradizzjonijiet kulturali, togħma, aspetti nutrizzjonali u tas-saħħa, benesseri tal-annimali u r-rispett għall-ambjent; | ||||||||||||
(b) l-azzjonijiet ta' informazzjoni dwar it-temi rilevanti għall-Unjoni, imsemmija fl-Artikolu 5(4). |
(b) l-azzjonijiet ta' informazzjoni maħsuba biex jenfasizzaw il-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u alimentari u dwar it-temi msemmija fl-Artikolu 5(4); | ||||||||||||
|
(ba) al-azzjonijiet ta' informazzjoni maħsuba biex jenfasizzaw il-karatteristiċi intrinsiċi tal-prodotti agrikoli u alimentari; | ||||||||||||
|
(bb) l-azzjonijiet ta' promozzjoni maħsuba biex iżidu l-bejgħ tal-prodotti agrikoli u prodotti alimentari pproċessati u bbażati fuq prodotti agrikoli tal-Unjoni. | ||||||||||||
|
(bc) l-azzjonijiet ta' informazzjoni maħsuba biex titħares l-awtentiċità tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini, l-indikazzjoni ġeografika protetta u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti. | ||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Artikolu 3 |
imħassar | ||||||||||||
Azzjonijiet fil-pajjiżi terzi |
| ||||||||||||
L-azzjonijiet eliġibbli fil-pajjiżi terzi huma dawn li ġejjin: |
| ||||||||||||
a) l-azzjonijiet ta' informazzjoni bil-għan li jenfasizzaw il-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u tal-ikel u dwar it-temi msemmija fl-Artikolu 5(4); |
| ||||||||||||
b) l-azzjonijiet ta' promozzjoni bil-għan li jżidu l-bejgħ tal-prodotti agrikoli u tal-ikel li joriġinaw mill-UE. |
| ||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(1) L-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni mhumiex orjentati skont marki kummerċjali. Madankollu, il-marki tal-prodotti jistgħu jkunu viżibbli matul wirjiet jew avvennimenti ta' tidwiq tal-prodotti u fuq l-informazzjoni u l-materjal promozzjonali f'konformità ma' kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 6(a). |
(1) L-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni mhumiex orjentati skont marki kummerċjali. Madankollu, il-marki kummerċjali tal-prodotti jistgħu jkunu viżibbli matul wirjiet jew avvennimenti ta' tidwiq tal-prodotti u fuq l-informazzjoni u l-materjal promozzjonali f'konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin: | ||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(a) għandhom jissemmew diversi marki kummerċjali, | ||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(b) kull marka kummerċjali tal-membri tal-organizzazzjoni proponenti għandha tintwera, | ||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(c) kull marka kummerċjali għandu jkollha l-istess viżibilità u | ||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(d) ir-rappreżentazzjoni grafika tal-marka kummerċjali għandu jkollha format iżgħar mill-messaġġ dwar il-miżura. | ||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(2) L-azzjonijiet ta' informazzjoni ma għandhomx iħajru l-konsum ta' prodott minħabba l-oriġini tiegħu. Madankollu, l-oriġini ta' prodotti jistgħu jkunu viżibbli fuq informazzjoni u materjal promozzjonali f'konformità ma' kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 6(b). |
(2) L-azzjonijiet ta' informazzjoni m'għandhom iħajru l-konsum tal-ebda prodott skont l-oriġini tiegħu. Madankollu, l-oriġini ta' prodotti tista' tkun viżibbli fuq informazzjoni u materjal promozzjonali f'konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin: | ||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(a) fil-każ ta' prodotti reġistrati skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għandha tintuża l-forma protetta, | ||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(b) f'każ ta' azzjonijiet għas-suq intern, l-oriġini għandha tiġi preżentata biss f'format grafikament iżgħar mill-messaġġ tal-Unjoni u | ||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(c) f'każ ta' azzjonijiet għas-swieq ta' pajjiżi terzi, l-oriġini għandha tiġi preżentata fuq l-istess livell tal-messaġġ tal-Unjoni. | ||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn' il quddiem imsejjaħ “it-Trattat”), esklużi l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru [COM (2011)416] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u t-tabakk; |
(a) il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "it-Trattat"), bl-esklużjoni tat-tabakk; | ||||||||||||
__________________ |
| ||||||||||||
19 Ir-Regolament (UE) Nru [COM(2011)416] ta'… dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU ...). |
| ||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(aa) qoton; | ||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
b) il-prodotti tal-ikel ibbażati fuq prodotti agrikoli elenkati fil-paragrafu I tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
(b) il-prodotti alimentari bbażati fuq prodotti agrikoli; | ||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-inbid jista' jkun is-suġġett ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni sakemm prodotti oħra kif imsemmija fil-paragrafu 1(a) jew (b) huma wkoll koperti mill-programm inkwistjoni. |
2. L-inbid b'denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, kif ukoll l-inbid li fuqu hemm indikata l-varjetà tal-għenba tal-produzzjoni tal-inbid jistgħu jibbenefikaw mill-azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni. | ||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Fir-rigward tal-ispirti tax-xorb kif imsemmi fil-paragrafu 1(c) u tal-inbid kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-azzjonijiet li jimmiraw is-suq intern huma limitati biex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar l-iskemi Ewropej tal-kwalità dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi. |
3. Fir-rigward tal-ispirti tax-xorb kif imsemmi fil-paragrafu 1(c) u tal-inbid kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-azzjonijiet iffokati fuq is-suq intern għandhom ikunu limitati biex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar kwistjonijiet stipulati fil-paragrafu 4, u dwar l-indikazzjonijiet ta' konsum responsabbli. | ||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3a. Il-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura jistgħu jkunu soġġetti biss għal azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni f'pajjiżi terzi, dejjem jekk il-programmi kkonċernati jinkludu wkoll tipi oħra ta' prodott msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) jew (c). | ||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3b. Il-prodotti indikati fil-paragrafu 1(b) jistgħu jirrappreżentaw is-suġġett ta' kampanji ta' informazzjoni u promozzjoni, dejjem jekk tipi oħra ta' prodotti msemmija fil-paragrafu 1(a) jew (c) huma inklużi wkoll fil-programm ikkonċernat u li prodotti msemmija qabel jirrappreżentaw mhux aktar minn 20 % tal-prodotti totali eleġibbli għall-kampanji. | ||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3c (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3c. Fir-rigward tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1(b), għandha tingħata prijorità lill-prodotti li fuqhom tintwera b'mod ċar li l-materji primi joriġinaw mill-Unjoni. | ||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. It-temi msemmija fl-Artikolu 2(b) u fl-Artikolu 3, huma dawn li ġejjin: |
4. It-temi msemmija fl-Artikolu 2(b) għandhom ikunu dawn li ġejjin: | ||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
4a. Iċ-ċertifikazzonijiet tal-kwalità msemmija fil-paragrafu 4(ca) jistgħu jkunu appoġġati bħala parti mill-kampanji ta' informazzjoni u promozzjoni f'pajjiżi terzi jew kampanji ta' informazzjoni fil-każ ta' kriżijiet sanitarji. Ir-referenzi għal ċertifikazzjonijiet ta' kwalità għandhom dejjem ikunu sekondarji għall-messaġġ Ewropew ewlieni tal-kampanji. | ||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 6 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Artikolu 6 |
imħassar | ||||||||||||
Setgħat ta' delega |
| ||||||||||||
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 23 fir-rigward ta': |
| ||||||||||||
(a) il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-viżibbiltà tal-marki kummerċjali waqt wirjiet jew avvenimenti ta' tidwiq ta' prodotti u dwar il-materjal ta' informazzjoni u ta' promozzjoni kif deskritti fl-Artikolu 4(1). |
| ||||||||||||
(b) il-kundizzjonijiet marbuta mar-referenza tal-oriġini tal-prodotti kif imsemmija fl-Artikolu 4(2). |
| ||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
a) organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali nazzjonali; |
(a) organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali nazzjonali li jaqdu rwol ta' rappreżentanti tas-settur/i ikkonċernat/i f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri; | ||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
b) organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali tal-Unjoni; |
(b) organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali tal-Unjoni li jaqdu rwol ta' rappreżentanti tas-settur(i) ikkonċernat(i) fil-livell tal-Unjoni; | ||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu c | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
c) l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif definiti fl-Artikoli 106 u 107 tar-Regolament (UE) XXX/20.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ta'... li jistabbilixxi organizzazzjoni komuSni tas-swieq fi prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (COM(2011)626)]. |
c) organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif definiti fl-Artikoli 152 u 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u rikonoxxuti mill-Istati Membri. | ||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 7 – punt ca (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(ca) gruppi mniżżla fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 li jaqdu rwol ta' rappreżentanti tas-sistemi ta' kwalitajiet li huma s-suġġett tal-programmi. | ||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni għandhom jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea kemm fis-suq intern kif ukoll fil-pajjiżi terzi. L-għanijiet li għandhom jintlaħqu se jiġu stabbiliti fil-programm ta' ħidma msemmi fil-paragrafu 2. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tadotta programm ta' ħidma li jistabbilixxu l-għanijiet li jiġu segwiti, il-prijoritajiet, ir-riżultati mistennija, l-arranġamenti ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tal-pjan ta' finanzjament. Dan jinkludi wkoll il-kriterji prinċipali għall-evalwazzjoni, deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni, skeda indikattiva tal-implimentazzjoni u fil-każ tal-għotjiet, ir-rata massima ta' kofinanzjament. |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, abbażi tal-objettivi elenkati fl-Artikolu 1a, f'konformità mal-Artikolu 23, fir-rigward tal-adozzjoni ta' programm ta' ħidma li jistabbilixxu l-għanijiet li jiġu segwiti, il-prijoritajiet, ir-riżultati mistennija, l-arranġamenti ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tal-pjan ta' finanzjament. Dan għandu jinkludi wkoll il-kriterji prinċipali għall-evalwazzjoni, deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull tip ta' azzjoni, skeda indikattiva tal-implimentazzjoni u fil-każ tal-għotjiet, ir-rata massima ta' kofinanzjament. | ||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Hija u tfassal il-programm kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tqis l-iżvantaġġi naturali speċifiċi tar-reġjuni muntanjużi, il-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi. | ||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Hija u tfassal il-programm ikkonċernat, il-Kummissjoni għandha tqis il-possibilitajiet li joffru s-swieq u l-ħtieġa li jiġu supplimentati u appoġġati l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri u l-operaturi, kemm fis-suq tal-Unjoni kif ukoll fil-pajjizi terzi, sabiex tiżgura promozzjoni u politika ta' informazjzoni koeżivi. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Istati Membri u tal-Grupp ta' Konsulenza msemmija fl-Artikolu 25. | ||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu huwa adottat skont il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(3). |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. Il-programm ta' ħidma għandu jkun twil tliet snin, iżda jista' jiġi rieżaminat kull sena. | ||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Il-programm ta' ħidma msemmi fil-paragrafu 1 huwa implimentat permezz tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni: |
3. Il-programm ta' ħidma msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun implimentat permezz tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni darbtejn f'sena: | ||||||||||||
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(3a) Is-sejħiet għal proposti msemmija fil-paragrafu 3(a) u (b) għandhom iqisu l-iżvantaġġi naturali speċifiċi tar-reġjuni muntanjużi, il-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi. | ||||||||||||
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Il-Kummissjoni tista' timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni kif deskritti fl-Artikoli 2 u 3. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jieħdu l-forma b'mod partikolari, ta' parteċipazzjoni f'fieri kummerċjali u f'esponimenti ta' importanza internazzjonali, bil-ħolqien ta' stands jew operazzjonijiet maħsuba biex jippromwovu r-reputazzjoni tal-prodotti tal-Unjoni. |
1. Il-Kummissjoni tista' timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni kif deskritti fl-Artikolu 2 għall-prodotti eleġibbli kollha f'konformità ma' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, dawn l-azzjonijiet jistgħu jieħdu l-forma ta' missjonijiet ta' livell għoli, ta' parteċipazzjoni f'fieri kummerċjali u f'wirjiet ta' importanza internazzjonali, permezz ta' stands jew operazzjonijiet maħsuba biex isaħħu r-reputazzjoni tal-prodotti tal-Unjoni | ||||||||||||
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Il-Kummissjoni tiżviluppa s-servizzi ta' appoġġ tekniku, b'mod partikolari bil-ħsieb li trawwem l-għarfien dwar swieq differenti, li żżomm netwerk kummerċjali dinamiku madwar politika ta' informazzjoni u ta' promozzjoni u li ttejjeb l-għarfien dwar dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jikkonċernaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi. |
2. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa s-servizzi ta' appoġġ tekniku, b'mod partikolari bil-ħsieb li trawwem l-għarfien dwar swieq differenti, inkluż il-finanzjament tal-laqgħat tan-negozji esploratorji, iżżomm netwerk kummerċjali dinamiku madwar politika ta' informazzjoni u ta' promozzjoni, tikkonsulta u tassisti lill-operaturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-prodotti tagħhom fil-konfront tal-prodotti ta' imitazzjoni u prodotti ffalsifikati f'pajjiżi terzi, u ttejjeb l-għarfien dwar dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jikkonċernaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi wkoll manwal komprensiv sempliċi biex tgħin lill-benefiċjarji potenzjali jikkonformaw mar-regoli u l-proċeduri relatati ma' din il-politika. | ||||||||||||
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta' implimentazzjoni billi tniedi kampanji ta' informazzjoni f'każ ta' tfixkil serju fis-suq, telf ta' fiduċja tal-konsumatur jew problemi speċifiċi oħra msemmija fl-Artikolu 1a. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiżguraw li l-kampanji jitwettqu fil-pront u b'mod effettiv. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2). | ||||||||||||
|
L-approprjazzjonijiet allokati għal kampanji ta' informazzjoni u promozzjoni eżistenti u awtorizzati m'għandhomx jitnaqqsu f'każ li l-Kummissjoni tieħu azzjoni minħabba tfixkil serju fis-suq, telf ta' fiduċja tal-konsumatur jew problemi speċifiċi oħra msemmija fl-Artikolu 1a(e). | ||||||||||||
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa u tagħżel proposti għal programmi sempliċi wara s-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 8(3)(a). |
1. Wara li tinforma lill-Istati Membri u tirċievi l-opinjonijiet tagħhom, il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tagħżel proposti għal programmi sempliċi wara s-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 8(3)(a). | ||||||||||||
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programmi sempliċi ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-infiq eliġibbli għall-għajnuna. In-nefqa li tibqa' titħallas esklussivament mill-organizzazzjonijiet proponenti. |
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programmi sempliċi għandha tirrappreżenta minn tal-inqas 75 % tan-nefqa eliġibbli għall-għajnuna. In-nefqa li tibqa' għandha titħallas esklużivament mill-organizzazzjonijiet proponenti. | ||||||||||||
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Il-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1 jiżdied għal 60 % għal: |
imħassar | ||||||||||||
a) programm sempliċi wieħed jew aktar f'pajjiż terz jew aktar; |
| ||||||||||||
b) l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni dwar il-frott u l-ħaxix destinati speċifikament għat-tfal fl-istabbilimenti edukattivi tal-Unjoni, |
| ||||||||||||
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2a. Il-perċentwal imħallas mill-Unjoni f'każ ta' tfixkil serju fis-suq, telf ta' fiduċja tal-konsumatur jew problemi speċifiċi oħra kif imsemmija fl-Artikolu 1a(e) għandu jkun minn tal-inqas 85 %. | ||||||||||||
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 18 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Ir-rata massima ta' kofinanzjament hija stabbilita għal 60 % tal-ispejjeż totali eliġibbli għall-programmi multi. In-nefqa li tibqa' titħallas esklussivament mill-organizzazzjonijiet proponenti. |
1. Ir-rata massima ta' kofinanzjament għandha tkun stabbilita minn tal-inqas bħala 75 % tal-ispejjeż totali eliġibbli għall-programmi multi. In-nefqa li tibqa' għandha titħallas esklużivament mill-organizzazzjonijiet proponenti. | ||||||||||||
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1a. Il-perċentwal imħallas mill-Unjoni f'każ ta' tfixkil serju fis-suq, telf ta' fiduċja tal-konsumatur jew problemi speċifiċi oħra kif imsemmija fl-Artikolu 1a(e) għandu jkun stabbilit minn tal-inqas bħala 85 %. | ||||||||||||
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 21 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) il-kondizzjonijiet speċifiċi skont liema kull waħda mill-organizzazzjonijiet proponenti msemmija fl-Artikolu 7 tista' tissottometti programm, b'mod partikolari bil-għan li tiggarantixxi li r-rappreżentanza tal-organizzazzjonijiet u l-programm huwa ta' skala sinifikanti; |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 21 – punt da (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(da) il-kundizzjonijiet biex tiġi żgurata prijorità fil-marki tal-proprjetà tal-intrapriżi żgħar u medji, fil-każ ta' programmi li jipprevedu l-preżenza ta' marki kummerċjali, skont l-Artikolu 4; | ||||||||||||
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 21 – punt db (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(db) il-kundizzjonijiet biex tiġi żgurata l-prijorità għall-proġetti li jippromwovu l-prodotti magħmula b'materja prima agrikola ġejja mill-pajjiżi tal-organizzazzjonijiet proponenti, fil-każ ta' programmi li jipprevedu prodotti pproċessati skont l-Artikolu 5(1)(b). | ||||||||||||
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Is-setgħa li jiġu adottati l-atti ta' delega msemmija f'dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
2. Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija f'dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. | ||||||||||||
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Fil-qafas tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-grupp konsultattiv "promozzjoni tal-prodotti agrikoli" stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/391/KE27. |
Fil-qafas tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Grupp ta' Konsulenza dwar il-Promozzjoni tal-Prodotti Agrikoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/391/KE27. | ||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||
27 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/391/KE tat-23 ta' April 2004 dwar il-gruppi ta' konsulenza li jittrattaw mal-kwistjonijiet koperti bil-politika agrikola komuni (ĠU L 120, 24.4.2004, p. 50). |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/391/KE tat-23 ta' April 2004 dwar il-gruppi ta' konsulenza li jittrattaw mal-kwistjonijiet koperti bil-politika agrikola komuni (ĠU L 120, 24.4.2004, p. 50). | ||||||||||||
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 25a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Il-Grupp ta' Konsulenza dwar il-Promozzjoni għandu jkun involut fil-ħidma mwettqa fuq il-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8. | ||||||||||||
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1 (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
- 1. Sal-31 ta' Diċembru [2017], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport interim dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluża r-rata ta' tqegħid fis-suq fi Stati Membri differenti, flimkien ma' kwalunkwe proposta li tixraq il-każ. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport interim lill-kumitat responsabbli. | ||||||||||||
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 27 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Qabel il-31 ta' Diċembru [2020], il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, akkumpannjat minn proposti xierqa, skont il-każ. |
Qabel il-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' proposta li tixraq il-każ. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport interim lill-kumitat responsabbli. | ||||||||||||
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 28 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Artikolu 28 |
imħassar | ||||||||||||
Emenda tar-Regolament (UE) Nru …/20… [COM(2011)626] |
| ||||||||||||
Ir-Regolament (KE) Nru …/20… [COM(2011)626] huwa emendat kif ġej: |
| ||||||||||||
a) fl-Artikolu 34(2), jiżdied is-subparagrafu l-ġdid li ġej: |
| ||||||||||||
“L-istrateġija nazzjonali trid tkun kompatibbli mal-prijoritajiet strateġiċi definiti fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. |
| ||||||||||||
* Regolament (UE) Nru XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil tal-... dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (ĠU L.......)' |
| ||||||||||||
b) il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 43: |
| ||||||||||||
'5. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 huma kompatibbli mal-prijoritajiet strateġiċi definiti fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru°XXX.” |
|
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tintlaqa' b'mod pożittiv f'mument bħal dan, meta il-Politika Agrikola Komuni (PAK) qed tgħaddi minn trasformazzjoni u li fih il-produtturi Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' konkorrenza dejjem aktar iebsa mal-pajjiżi terzi. Fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali, jeħtieġ li l-prodotti tal-UE jiġu valorizzati sabiex tiġi indirizzata b'mod aktar effiċjenti il-globalizzazzjoni tal-kummerċ, il-kwoti tas-suq għandhom jiżdiedu kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll 'il barra minnha, u ssir reazzjoni għas-sitwazzjonijiet kritiċi. Il-proposta tal-Kummissjoni għandha titjieb billi tinkludi fl-att bażiku lista tal-għanijiet konkreti ta' dan ir-Regolament, u r-Regolament għandu jagħti prijorità lill-impriżi żgħar u medji.
Dan ir-regolament dwar l-azzjonijiet ta' promozzjoni għandu jipprovdi bażi ġuridika flessibbli biex ikun hemm risposta rapida għall-kriżijiet agrikoli kkawżati minn kollass fil-prezzijiet jew bħala konsegwenza ta' epidemiji. L-iskandlu alimentari pprovokat mill-batterju e-Coli, kixef in-nuqqasijiet tal-PAK f'dak li għandu x'jaqsam mal-introduzzjoni rapida ta' azzjonijiet maħsuba biex jistabbilixxu mill-ġdid il-fiduċja tal-konsumatur. Ir-rapporteur tipproponi l-introduzzjoni ta' proċedura ta' urġenza għat-tnedija ta' kampanji ta' informazzjoni u promozzjoni f'każ ta' kriżijiet tas-saħħa jew tfixkil fis-suq.
Il-proposta tal-Kummissjoni li jiddaħħlu l-marki kummerċjali u l-oriġini tal-prodotti fil-kampanji ta' informazzjoni u promozzjoni huwa pass kbir 'il quddiem peress li bosta prodotti rinomati jistgħu jintużaw biex jagħtu spinta sinifikanti lil oħrajn inqas magħrufa mill-konsumatur.
L-istabbilment ta' ġestjoni diretta taħt ir-responsabilità tal-Kummissjoni tal-programmi li jinkludu bosta pajjiżi huwa bidla sostanzjali oħra introdotta fil-proposta, kif ukoll pass ieħor ugwalment importanti. S'issa, miżuri bħal din kienu ostakolati minn problemi ta' koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, iżda, grazzi għal din il-miżura, il-proliferazzjoni ta' dan it-tip ta' azzjonijiet ser tkun possibbli.
Il-Kummissjoni tippropoini li 75 % tal-fondi jiġi allokat għan-nefqa marbuta mas-suq estern. Hija u tistabbilixxi objettiv kwantifikat bħal dan, il-Kummissjoni qed tippreġudika minn qabel il-mod kif is-swieq se jiżviluppaw fil-futur, kif ukoll titraskura s-suq intern, li għadu s-suq ewlieni għal prodotti tal-UE. Ir-rapporteur hija favur l-għoti ta' spinta lill-kampanji tas-suq estern – li attwalment hemm dedikat għalih biss 30 % tal-fondi – iżda mingħajr ma jiġi stabbilit objettiv fiss għan-nefqa. Il-ġestjoni diretta min-naħa tal-Kummissjoni tal-programmi li jinkludu bosta pajjiżi se tippermetti, bla dubju, iż-żieda tal-kampanji mwettqa f'pajjiżi terzi li jenfasizzaw l-approċċ Ewropew.
Il-Kummissjoni tiddistingwi bejn l-azzjonijiet li jistgħu jittieħdu fis-suq intern u dawk li jistgħu jittieħdu f'pajjiżi terzi, differenza li ma tidhirx fir-Regolament attwali, u li tista' tikkawża inflessibbiltà fl-istrument tal-PAK. Ir-rapporteur tipproponi ż-żamma ta' klassifika waħda biss għal azzjonijiet li jistgħu jkunu ffinanzjati kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll 'il barra minnha. B'dan il-mod il-kampanji ta' promozzjoni ma jkunux esklużi mis-suq intern u il-konsumaturi f'pajjiżi terzi jkunu jistgħu jiġu infurmati bl-istandards għolja li għandhom jissodisfaw il-prodotti Ewropej, ħaġa li il-formulazzjoni attwali tal-abbozz tal-Kummissjoni ma tkoprix.
Il-proposta tagħti aċċess limitat biss lill-inbid għal miżuri ta' promozzjoni ffinanzjati minn dan ir-Regolament. Madankollu r-rapporteur tħoss li l-inbid għandu jifforma parti mill-elenku ta' prodotti eleġibbli bl-istess mod bħal setturi agrikoli l-oħra. L-inbid huwa l-prodott ewlieni tal-UE u jista' jippromwovi l-konsum ta' prodotti oħra assoċjati miegħu fil-kampanji ta' promozzjoni u informazzjoni. Barra minn hekk, m'għandhiex titneħħa l-possibbiltà li l-inbid jikseb finanzjament skont dan ir-Regolament għal kampanji li għandhom x'jaqsmu biss mal-inbid, sabiex ikun jista' jibbenefika b'mod partikolari mill-vantaġġi li toffri l-ġestjoni diretta min-naħa tal-Kummissjoni tal-programmi li jinkludu diversi pajjiżi. Attwalment, l-azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni regolati permezz tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq isiru taħt l-awspiċji tal-programmi tal-inbid immexxija mill-Istati Membri, fatt fil-prattika jostakola t-tnedija ta' azzjonijiet komuni.
Il-proposta telimina l-kofinanzjament nazzjonali tal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni. Dan jimplika l-fatt li l-kontribuzzjonijiet li jagħmlu l-operaturi se jiżdiedu b'mod sostanzjali, u dan ixekkel il-parteċipazzjoni fil-kampanji ta' informazzjoni u promozzjoni tal-impriżi li jiddgħajfu minħabba l-kriżi ekonomika. Ir-rapporteur għandha numru rilevanti ta' opinjonijiet kontra t-tneħħija tal-kofinanzjament nazzjonali, minkejja li dejjem kien ta' natura volontarja. Dan ir-rapport jieħu kont tas-sens ġenerali, li jinkludi wkoll iż-żieda tal-kofinanzjament tal-UE f'każijiet speċifiċi, bħall-finanzjament tal-azzjonijiet li jgħinu fl-istabbilment mill-ġdid tal-kundizzjonijiet normali tas-suq wara li faqqgħu l-kriżijiet agrikoli.
Ta' min ifaħħar ukoll aspett ieħor tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, u dan huwa t-tkabbir tal-elenku ta' prodotti eleġibbli. Dan għaliex attwalment ma jagħmilx sens li l-azzjonijiet jiġu limitati għal numru ristrett ħafna ta' prodotti; hawnhekk ta' min jikkunsidra wkoll l-intenzjoni ddikkjarata tal-Kummissjoni li tkabbar prattikament b'erba' darbiet il-fondi maħsuba għal dawn il-kampanji. Ir-rapporteur taqbel mal-ftuħ ta' din l-iskema għal prodotti mhux imsemmija fl-Anness I tat-Trattat, iżda b'introduzzjoni ta' restrizzjonijiet biex jiġi żgurat trattament prijoritarju għas-settur primarju. F'kuntest ta' kriżi ekonomika, ikun xieraq li jintuża kull riżors biex jiġi sfruttat l-impatt li jistgħu jagħtu ċerti prodotti pproċessati magħrufa mill-konsumatur f'kampanji assoċjati mal-prodotti agrikoli.
Innovazzjoni oħra li tinsab fil-proposta tal-Kummissjoni hi l-introduzzjoni ta' servizz ta' appoġġ tekniku għall-operaturi, appoġġ li fl-opinjoni tar-rapporteur għandu jinkludi konsultazzjoni u assistenza sabiex jiġu protetti l-prodotti tal-UE mill-imitazzjonijiet u l-prodotti ffalsifikati f'pajjiżi terzi.
Fir-rigward tal-introduzzjoni ta' programm ta' ħidma, ir-rapport jipprova jidentifika b'mod ċar ir-rikorrenza tiegħu u l-fatt li, hija u tfassal il-programm ta' ħidma, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-prinċipju ta' komplementarjetà u konsistenza li nżammu s'issa ma' programmi oħrajn li fihom qed jieħdu sehem l-Istati Membri jew l-operaturi, filwaqt li tilħaq l-objettivi li għandhom jitniżżlu fl-att bażiku.
PROĊEDURA
Titolu |
Azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi |
||||
Referenzi |
COM(2013)0812 – C7-0416/2013 – 2013/0398(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
21.11.2013 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 9.12.2013 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
CONT 9.12.2013 |
IMCO 9.12.2013 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
CONT 18.12.2013 |
IMCO 17.12.2013 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Esther Herranz García 5.11.2013 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
9.12.2013 |
17.12.2013 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
18.3.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 12 3 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, Eric Andrieu, Liam Aylward, Luis Manuel Capoulas Santos, Michel Dantin, Albert Deß, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Robert Dušek, Hynek Fajmon, Julie Girling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, James Nicholson, Rareş-Lucian Niculescu, Britta Reimers, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
María Auxiliadora Correa Zamora, Jill Evans, Sandra Kalniete, Maria do Céu Patrão Neves, Milan Zver |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Pablo Arias Echeverría, Ricardo Cortés Lastra, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Vicente Miguel Garcés Ramón, Andrzej Grzyb, Cristina Gutiérrez-Cortines, Carlos José Iturgaiz Angulo |
||||
Data tat-tressiq |
21.3.2014 |
||||