RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2012
21.3.2014 - (C7‑0325/2013 – 2013/2237(DEC))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Petri Sarvamaa
PR_DEC_Aġenziji
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2012
(C7‑0325/2013 – 2013/2237(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2012,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità[1],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7-0054/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4] tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5],
– wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0220/2014),
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2012;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2012
(C7‑0325/2013 – 2013/2237(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2012,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Awtorita[7],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7-0054/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [10] tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002[11],
– wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0220/2014),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2012;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2012
(C7‑0325/2013 – 2013/2237(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2012,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Awtorita[13],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7-0054/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[15], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [16] tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[17],
– wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u r-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0220/2014),
A. billi, skont l-istqarrijiet finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2012 kien ta' EUR 20 747 000, somma li tirrappreżenta żieda ta' 63,56 % meta mqabbla mal-2011; billi din iż-żieda hi dovuta għall-fatt li l-Awtorità ġiet stabbilita dan l-aħħar,
B. billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2012 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,
1. Ifakkar li l-Parlament kien attur ewlieni fit-twaqqif tal-Awtorità - flimkien mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol - bħala waħda mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ekonomiċi u finanzjarji li għadhom jinsabu f'fażi tat-twaqqif; iqis għalhekk li għad hemm ħtieġa għal koordinazzjoni mtejba fil-livell Ewropew;
Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet
2. Jinnota bi tħassib li sabiex tkopri l-miżati skolastiċi aktar għoljin, l-Awtorità tagħti lill-membri tal-persunal li wliedhom jattendu skola primarja jew sekondarja allowance komplementari li, fl-2012, kienet tammonta għal madwar EUR 76 000, apparti l-allowances għall-edukazzjoni previsti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ("ir-Regolamenti tal-Persunal"); jinnota li dawn l-allowances mhumiex koperti mir-Regolamenti tal-Persunal u li, għaldaqstant, huma meqjusa bħala irregolari mill-Qorti tal-Awdituri; jirrikonoxxi, madankollu, li din is-sitwazzjoni hi dovuta għan-nuqqas ta' Skejjel Ewropej fil-belt fejn hi bbażata l-Awtorità u li l-iskop ta' dawn l-allowances komplementari hu li jiġi żgurat trattament indaqs għall-impjegati tal-Awtorità skont ir-Regolamenti tal-Persunal;
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
3. Jinnota li l-livell komplessiv tal-approprjazzjonijiet impenjati kien ta' 89 %, u jvarja bejn 84 % għat-Titolu I (nefqa tal-persunal), 86 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u 100 % għat-Titolu III (nefqa operattiva);
4. Jinnota bi tħassib li r-rata ta' 45 % għar-riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II kienet għolja; jirrikonoxxi li dan kien prinċipalment dovut għal raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-Awtorità, bħall-fatt li ma sabitx suċċess fir-riċerka tagħha ta' bini ġdid, u d-dewmien fl-implimentazzjoni ta' xi proġetti tal-IT, li għalihom kien diffiċli li tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa mill-organizzazzjoni preċedenti;
5. Jinnota bi tħassib ir-rata għolja ta' 85 % għar-riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II; jirrikonoxxi li dan kien dovut prinċipalment għall-kumplessità u d-dewmien twil taż-żewġ proċeduri ta' akkwist tal-IT li twettqu kif kien ippjanat, id-dewmien fit-tnedija u fl-implimentazzjoni ta' tliet proġetti oħra tal-IT u l-fatt li l-irċevuti ntbagħtu tard għal ċerti servizzi tal-IT min-naħa tal-fornituri;
6. Jenfasizza li kompiti addizzjonali fdati f'idejn l-Awtorità, kif ukoll kompiti futuri previsti fil-proposti leġiżlattivi li għad irid jintlaħaq qbil dwarhom, se jirrikjedu żidiet fil-baġit u riżorsi umani ġodda biex l-Awtorità tkun tista' taqdi tajjeb ir-rwol superviżorju tagħha; iqis li dan huwa estremament importanti, billi huwa probabbli li l-kompiti tal-Awtorità jibqgħu jiżdiedu; jinnota li żidiet eventwali fir-riżorsi umani, meta jkun possibbli, għandhom jiġu ppreċeduti jew akkumpanjati minn sforzi ta' razzjonalizzazzjoni, bħar-riallokazzjoni għall-kisba ta' vantaġġi f'termini ta' effiċjenza;
7. Josserva li l-arranġamenti finanzjarji attwali tal-Awtorità, abbażi ta' sistema finanzjarji mħallta, huma inflessibbli, joħolqu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa u jistgħu jipperikolaw l-indipendenza tagħha;
Trasferimenti
8. Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport annwali tal-attività, kif ukoll skont ir-riżultati tal-eżerċizzju ta' awditjar li għamlet il-Qorti tal-Awdituri, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2012 baqgħu fil-limiti tar-regoli finanzjarji u jfaħħar lill-Awtorità għall-ippjanar baġitarju tajjeb tagħha;
Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ
9. Jinnota bi tħassib li l-Qorti tal-Awdituri identifikat dgħufijiet fil-proċeduri ta' reklutaġġ awditjati li jaffettwaw it-trasparenza u t-trattament indaqs, partikolarment il-fatt li l-kandidati ngħataw marka globali, minflok marka għal kull wieħed mill-kriterji tal-għażla, u li ma kienx hemm provi li l-mistoqsijiet għall-intervisti u t-testijiet kienu ġew stabbiliti qabel id-data tal-eżami;
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u t-trasparenza
10. Jilqa' l-adozzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Etika mill-Awtorità; jinnota li dawk il-linji gwida ġew żviluppati b'mod konġunt mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq; jirrikonoxxi li l-Awtorità qed tiffinalizza t-tħejjija tal-politika tagħha dwar il-kunflitti ta' interessi; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-adozzjoni ta' dik il-politika;
11. Josserva li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord Maniġerjali u l-Bord tas-Superviżuri, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tad-Direttur Eżekuttiv u l-maniġment superjuri, mhumiex disponibbli pubblikament; jappella lill-Awtorità biex tirrimedja din is-sitwazzjoni b'mod urġenti;
Kontrolli interni
12. Jinnota li, bi qbil mal-istrateġija tal-IT tal-Awtorità, li tfasslet mill-organizzazzjoni preċedenti, is-sistemi ewlenin ta' applikazzjoni tal-IT ngħataw b'sottokuntratt lil fornitur estern tal-IT sa Diċembru 2013; jitlob lill-Awtorità biex, fil-qafas tas-segwitu ta' kwittanza 2012, tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar jekk ittaffewx kif meħtieġir-riskji potenzjali b'rabta mal-kontroll u s-superviżjoni limitati tas-sistemi tal-IT;
Awditjar intern
13. Jirrikonoxxi mill-Awtorità li, fl-2012, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq eżerċizzju approfondit ta' valutazzjoni tar-riskju fi ħdan l-Awtorità sabiex jiddetermina l-prijoritajiet ta' awditjar tagħha għas-snin li ġejjin; jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern iddefinixxa l-iktar riskji importanti b'rabta mal-proċessi tal-Awtorità u fassal Pjan Strateġiku ta' Awditjar għall-2013-2015, li jinkludi lista tas-suġġetti futuri għall-awditjar; jinnota l-fatt li l-Awtorità żviluppat pjan ta' azzjoni biex tindirizza l-oqsma identifikati bħala ta' riskju għoli u li dan il-pjan ġie diskuss, u miftiehem, mas-Servizz tal-Awditjar Intern; josserva li l-azzjonijiet rilevanti meħuda mill-Awtorità għandhom jingħataw segwitu mis-Servizz tal-Awditjar Intern matul l-eżerċizzju approfondit ta' valutazzjoni tar-riskju li jmiss; jinnota li l-Pjan Strateġiku ta' Awditjar tal-Servizz tal-Awditjar Intern għall-2013-2015 ġie approvat mid-Direttur tal-Awtorità u mill-Bord Maniġerjali tagħha; jinnota li fil-ġejjieni, is-Servizz tal-Awditjar Intern iddeċieda li jwettaq rieżami limitat dwar l-implimentazzjoni mill-Awtorità tal-istandards interni tal-awditjar, bi qbil mal-Pjan Strateġiku tal-Awditjar għall-2013-2015;
Prestazzjoni
14. Jitlob li l-Awtorità tikkomunika r-riżultati u l-impatt li l-ħidma tagħha għandha fuq iċ-ċittadini Ewropej b'mod aċċessibbli, prinċipalment permezz tas-sit tal-internet tagħha;
o
o o
15. Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2014 fn dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
21.2.2014
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2012
(C7-0325/2013 - 2013/2237(DEC))
Rapporteur għal opinjoni: Antolín Sánchez Presedo
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Ifakkar li l-Parlament Ewropew kellu rwol ewlieni fit-twaqqif tal-ABE, u li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) għadhom f'fażi ta' stabbiliment u għalhekk, iqis li għad hemm ħtieġa ta' aktar koordinazzjoni;
2. Jenfasizza li r-rwol tal-Awtorità fil-promozzjoni tas-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet bankarji – u għalhekk tas-sistema finanzjarja kollha kemm hi – fir-regolament prudenzjali tas-settur bankarju Ewropew u fl-iżgurar tal-effikaċja tas-superviżjoni Ewropea huwa essenzjali għall-irkupru ekonomiku u għall-ħolqien ta' impjiegi u tkabbir sostenibbli fl-Ewropa;
3. Jirrikonoxxi li, fl-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri, il-kontijiet annwali tal-Awtorità jippreżentaw b'mod ġust, minn kull lat materjali, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2012, u li l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2012 huma legali u regolari minn kull lat materjali;
4. Jilqa' l-fatt li minn Settembru 2013 ġew ikkompletati tliet azzjonijiet korrettivi li ttieħdu wara l-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri fl-2011 u jinsisti li dan il-proċess għandu jkun sodisfaċenti b'mod sħiħ fir-rigward tal-pjanifikazzjoni u l-implimentazzjoni baġitarja, filwaqt li jsaħħaħ it-trasparenza tal-proċessi ta' reklutaġġ kif ukoll il-kontroll sħiħ fuq l-esternalizzar tas-sistemi tal-IT lil kumpanija esterna u fuq il-problema tal-utilizzazzjoni baxxa tal-baġit; jitlob lill-awtortitajiet tar-Renju Unit jiżguraw – bi qbil mal-prinċipji tas-Suq Uniku – li l-persunal tal-ABE jirċievi l-istess appoġġ bħal dak li jirċievi persunal impjegat skont ir-Regolament tal-Persunal f'postijiet oħra;
5. Jenfasizza li kompiti addizzjonali fdati f'idejn l-ABE, kif ukoll kompiti futuri previsti fil-proposti leġiżlattivi li għad irid jintlaħaq qbil dwarhom, se jirrikjedu żidiet fil-baġit u riżorsi umani ġodda biex l-ABE tkun tista' taqdi tajjeb ir-rwol superviżorju tagħha; iqis li dan hu ferm importanti, minħabba li l-kompiti tal-awtoritajiet superviżjorji aktarx jibqgħu jikbru u jinnota li żidiet eventwali fir-riżorsi umani għandhom jippreċedu jew jakkumpanjaw fejn possibbli sforzi ta' razzjonalizzazzjoni bħall-allokazzjoni mill-ġdid biex jintlaħaq gwadann ta' effiċjenza;
6. Jikkonkludi li l-arranġamenti ta' finanzjament attwali tal-ABE abbażi ta' sistema finanzjarja mħallta huma inflessibbli, joħolqu piż amministrattiv u jistgħu jkunu ta' theddida għall-indipendenza tagħha; għalhekk jirrakkomanda u jistieden lill-Kummissjoni toħloq linja baġitarja indipendenti mill-baġit tal-UE u li tqis l-introduzzjoni ta' tariffi għall-parteċipanti tas-suq matul ir-reviżjoni tar-regolament tagħha.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
20.2.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
22 0 3 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marino Baldini, Jean-Paul Besset, Sharon Bowles, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Diogo Feio, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Liem Hoang Ngoc, Jürgen Klute, Alfredo Pallone, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Theodor Dumitru Stolojan, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Fabrizio Bertot, Bas Eickhout, Sari Essayah, Ashley Fox, Sophia in ‘t Veld, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Nils Torvalds |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen |
||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
17.3.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
16 2 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Zuzana Brzobohatá, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Derek Vaughan |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Amelia Andersdotter, Markus Pieper |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Thomas Ulmer |
||||
- [1] ĠU C 365, 13.12.2013, p. 80.
- [2] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [3] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [4] ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
- [5] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
- [6] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
- [7] ĠU C 365, 13.12.2013, p. 80.
- [8] ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.
- [9] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [10] ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
- [11] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
- [12] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
- [13] ĠU C 365, 13.12.2013, p. 80.
- [14] ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.
- [15] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [16] ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
- [17] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
- [18] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.