RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (riformulazzjoni)

4.4.2014 - (05603/2014 – C7‑0037/2014 – 2011/0185(CNS)) - *

Kumitat għall-Baġits
Rapporteurs: Jean-Luc Dehaene, Anne E. Jensen
(Riformulazzjoni – Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2011/0185(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0268/2014

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti; (riformulazzjoni)

(05603/2014 – C7‑0037/2014 – 2011/0185(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–         wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (05603/2014),

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0742),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 322(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0037/2014),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[1],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva[2]",

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar Perspettivi Finanzjarji Multiannwali u riżorsi proprji[3],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012 għall-fini li jinkiseb eżitu pożittiv għall-proċedura ta' approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020[4],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali[5],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-ftehim politiku rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020[6],

–       wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[7],

–       wara li kkunsidra l-ittra tad-6 ta' Marzu 2012 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

-      wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

-      wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0268/2014),

A.     billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi l-ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.      Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif adattat għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.      Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.      Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta għal abbozz ta' Regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti hija parti mill-pakkett dwar ir-riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji ppreżentat mill-Kummissjoni fl-2011. Din hi riformulazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet fi flus kontanti jiġu sodisfatti taħt l-istruttura l-ġdida tar-riżorsi proprji. Id-dispożizzjonijiet huma bbażati fuq regolament eżistenti, jiġifieri r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru  1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE , Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (emendat permezz tar-Regolament tal-Kunsill Nru 105/2009). Il-bażi ġuridika rilevanti għal dan ir-regolament hi l-Artikolu 322(2) tat-TFUE.

L-abbozz ippreżentat mill-Kunsill ma jibdilx b'mod sinifikanti l-proposta tal-Kummissjoni, ħlief billi jaġġustaha għall-eżitu finali tan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali/ Riżorsi Proprji, fejn il-proposti għal riżorsa proprja ġdida tal-VAT u riżorsa proprja ta' TTF (taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji) ma kellhomx appoġġ min-naħa fil-Kunsill.

Fl-aħħar mill-aħħar, u abbażi tal-opinjoni favorevoli tal-Kumitat JURI, ir-rapporteurs jirrakkomandaw l-adozzjoni tal-abbozz ta' Regolament tal-Kunsill preżenti mingħajr ebda tibdil.

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

Ref.: D(2012)12426

L-Onor. Alain Lamassoure

President tal-Kumitat għall-Baġits

ASP 13E207

Brussell

Suġġett:     Proposta emendata għal Regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (riformulazzjoni)

                  (COM(2011)0742 – C7‑0204/2011 – 2011/0185(CNS))

Onorevoli President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li għandi l-unur nippresiedi, eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont it-termini tal-Artikolu 87 dwar ir-Riformulazzjoni, kif introdott fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jgħid hekk:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 156 u 157, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, jekk f'konformità mal-punt 8 tal-Ftehim Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-partijiet kodifikati tal-proposta, huwa għandu jinnotifika minnufih il-ħsieb tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tgħarraf lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 54, bil-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' riformulazzjoni.”

B'segwitu għall-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li eżamina l-proposta għal riformulazzjoni, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil fis-sustanza tagħhom.

Biex nikkonkludu, wara diskussjoni fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta' Marzu 2012, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'22 vot favur u ebda astensjoni[1], jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq f'konformità mal-Artikolu 87.

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner LEHNE

Mehmuża: Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv

  • [1]  Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Klaus-Heiner Lehne (President), Evelyn Regner (Viċi President), Raffaele Baldassarre (Viċi President), Françoise Castex (Viċi President), Sebastian Valentin Bodu (Viċi President), Luigi Berlinguer, Piotr Borys, Cristian Silviu Bușoi, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Angelika Niebler, Bernhard Rapkay, Dagmar Roth-Behrendt, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Jacek Włosowicz, Tadeusz Zwiefka.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 10 ta' Jannar 2012

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (riformulazzjoni)

COM(2011)0742 tad-9.1.2011 – 2011/0185(CNS)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, u partikolarment il-punt 9 ta' dan il-Ftehim, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, li hu magħmul mis-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rispettivament, iltaqa' fit-28 ta' Novembru 2011 biex jistudja, fost oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq ippreżentata mill-Kummissjoni.

F'dik il-laqgħa[1], eżami tal-proposta għal Regolament tal-Kunsill għar-riformulazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi qbil komuni, li rigward il-memorandum ta' spjegazzjoni, biex ikun abbozzat b'mod li jkun kompletament konformi mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti mill-Ftehim Interistituzzjonali, dan id-dokument missu ddikjara r-raġunijiet għal kull emenda sustanzjali proposta, kif jipprevedi l-punt 6(a)(ii) ta' dak il-ftehim, u missu speċifika liema dispożizzjonijiet tal-att preċedenti ma jkunux inbidlu fil-proposta, kif previst fil-punt 6(a)(iii)..

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk ippermetta lill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi l-ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dak it-tibdil sustanzjali, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-test legali eżistenti, mingħajr tibdil fis-sustanza tiegħu.

  • [1]  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-verżjoni Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-proposta u ħadem abbażi tal-verżjoni Ingliża, billi kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test diskuss.

PROĊEDURA

Titolu

Il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali u dawk ibbażati fuq l-ING u l-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (Riformulazzjoni)

Referenzi

05603/2014 – C7-0037/2014 – COM(2011)0512COM(2011)0742 – C7-0204/2011 – 2011/0185(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

18.7.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

13.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.9.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Anne E. Jensen

28.9.2011

Jean-Luc Dehaene

28.9.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

1.4.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Zuzana Brzobohatá, Jean Louis Cottigny, Göran Färm, Věra Flasarová, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Jan Kozłowski, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Andrej Plenković, László Surján, Helga Trüpel, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Rübig

Data tat-tressiq

4.4.2014