RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (EU, Euratom) li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea
4.4.2014 - (05600/2014 – C7‑0047/2014 – 2011/0184(APP)) - ***
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Jean-Luc Dehaene, Anne E. Jensen
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (EU, Euratom) li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea
(05600/2014 – C7‑0047/2014 – 2011/0184(APP))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill(05600/2014),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mar-raba' paragrafu tal-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7‑0047/2014),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[1],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"[2],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2011 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u riżorsi proprji[3],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012 għall-fini li jinkiseb eżitu pożittiv għall-proċedura ta' approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali[4],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta’ Frar 2013 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali[5],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-ftehim politiku rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020[6],
– wara li kkunsidra l-fatt li għall-ewwel darba t-Trattat jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Parlament għall-miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0269/2014),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
- [1] ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 214
- [2] ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 89.
- [3] ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 42.
- [4] Testi adottati, P7_TA(2012)0360.
- [5] Testi adottati, P7_TA(2013)0078.
- [6] Testi adottati, P7_TA(2013)0304.
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-Regolament li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni jagħmel parti mill-pakkett globali dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji ppreżentat mill-Kummissjoni f'Ġunju 2011 (u rivedut f'Novembru 2011). Fih dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tar-riżorsi proprji, mal-kontroll u s-superviżjoni u mal-obbligi fil-qasam tar-rapportar tal-awtoritajiet nazzjonali. Kif indikat fl-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji, ir-Regolament ta' implimentazzjoni fih dispożizzjonijiet ta' natura ġenerali applikabbli għall-kategoriji kollha ta' riżorsi proprji u li jeħtieġu kontroll parlamentari adegwat.
L-Artikolu 311(4) tat-TFUE joffri l-possibilità ta' adozzjoni ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea safejn huwa previst fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji. Għall-ewwel darba, fil-qafas tat-Trattat ta' Lisbona, għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament min-naħa tal-Kunsill hija meħtieġa l-approvazzjoni tal-Parlament. Fil-konklużjonijiet tiegħu dwar il-QFP, tas-7 u t-8 ta' Frar 2013, il-Kunsill Ewropew ikkonferma li abbażi tal-Artikolu 311(4) TFUE, ser jiġi stabbilit Regolament tal-Kunsill li jistipula miżuri ta' implimentazzjoni.
F'dan l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill adatta l-proposta tal-Kummissjoni tal-2011 għall-eżitu tan-negozjati dwar il-QFP/riżorsi proprji, u ħalla barra l-partijiet dwar ir-riforma tar-riżorsa proprja tal-VAT u l-introduzzjoni ta' riżorsa proprja bbażata fuq it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (FTT), li ma kisbux l-appoġġ tal-Kunsill. B'xorti ħażina, il-Kunsill iddeċieda wkoll li jittrasferixxi d-dispożizzjonijiet relatati mal-kalkolu tar-riżorsi bbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING) fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, kif inhu l-każ bħalissa, u b'hekk tilef l-opportunità li jiġbor flimkien id-dispożizzjonijiet kollha ta' natura implimentattiva f'test ġuridiku uniku.
Ir-rapporteurs jilqgħu favorevolment din l-ewwel okkażjoni ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona fir-rigward tar-regolament ta' implimentazzjoni u jappoġġaw l-eżistenza tiegħu. Jirrakkomandaw għaldaqstant li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu lill-abbozz ta' test propost mill-Kunsill.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
1.4.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
18 2 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen, Zuzana Brzobohatá, Jean Louis Cottigny, Göran Färm, Věra Flasarová, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Jan Kozłowski, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Andrej Plenković, László Surján, Helga Trüpel, Angelika Werthmann |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Paul Rübig |
||||