Proċedura : 2012/0216(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0272/2014

Testi mressqa :

A7-0272/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2014 - 7.18
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0414

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 162kWORD 75k
8.4.2014
PE 530.050v02-00 A7-0272/2014

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-għan tal-adozzjoni tarRegolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd

(06103/1/2014 – C7‑0100/2014 – 2012/0216(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Raül Romeva i Rueda

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-għan tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd

(06103/1/2014 – C7‑0100/2014 – 2012/0216(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06103/2014 – C7‑0100/2014),

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-14 ta’ Novembru 2012(1),

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0447),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0272/2014),

1.      Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.      Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.      Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU C 11, 15.1.2013, p. 85

(2)

Testi adottati, 16.4.2013, P7_TA(2013)0104.


NOTA SPJEGATTIVA

Wara l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari mill-plenarja fis-16 ta' April 2013, ġew stabbiliti l-kuntatti mal-Presidenza Griega bl-għan li jintlaħaq ftehim bikri fit-tieni qari. Wara li fit-30 ta' Jannar 2014 sar ċiklu ta' trilogu, it-tim ta' negozjar tal-Parlament u tal-Kunsill laħqu ftehim dwar dan il-fajl. It-test tal-ftehim tressaq quddiem il-Kumitat PECH għal votazzjoni ta' approvazzjoni fil-11 ta' Frar 2014, u dan ġie approvat unanimament. Abbażi tal-approvazzjoni tal-Kumitat, il-President tal-Kumitat, fl-ittra tiegħu lill-President tal-Coreper, kompla billi rrakkomanda lill-plenarja tapprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mingħajr emendi. Wara l-verifika ġuristika-lingwistika, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fl-4 ta' Marzu 2014, u b'hekk ikkonferma l-ftehim tat-30 ta’ Jannar 2014.

Billi l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari hija konformi mal-ftehim milħuq fit-trilogi, ir-Rapporteur jirrakkomanda lill-Kumitat jaċċettaha mingħajr emendi ġodda. Ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza b'mod partikolari l-elementi li ġejjin tal-kompromess:

Minħabba n-nuqqasijiet ta' dan ir-Regolament identifikati mill-Kummissjoni, ir-relevanza u l-effikaċja tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament attwali għall-protezzjoni taċ-ċetaċji għandhom jiġu riveduti qabel tmiem l-2015. Fuq din il-bażi u jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva globali li tiżgura l-protezzjoni effettiva taċ-ċetaċji, fosthom permezz tar-reġjunalizzazzjoni.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, biex taġġorna l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kundizzjonijiet tal-użu tal-apparat akustiku ta' deterrent, b'mod partikolari, il-karatteristiċi tas-sinjal u l-karatteristiċi ta' applikazzjoni korrispondenti bl-għan li tadatta r-regolamentazzjoni għall-progress tekniku u xjentifiku. Il-Kummissjoni se tagħti żmien biżżejjed għall-implimentazzjoni ta' dan it-tip ta' adattamenti.

Is-setgħa konferita lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati hi limitata għal erbgħa snin.


PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta’ ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98

Referenzi

06103/1/2014 – C7-0100/2014 – 2012/0216(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

16.4.2013                     T7-0104/2013

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2012)0447 - C7-0213/2012

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

13.3.2014

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

13.3.2014

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Raül Romeva i Rueda

11.3.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

18.3.2014

 

 

 

Data tal-adozzjoni

7.4.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Antonello Antinoro, Alain Cadec, Chris Davies, Carmen Fraga Estévez, Marek Józef Gróbarczyk, Ian Hudghton, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Maria do Céu Patrão Neves, Ulrike Rodust, Raül Romeva i Rueda, Struan Stevenson, Isabelle Thomas

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Jens Nilsson, Ioannis A. Tsoukalas

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Liam Aylward

Data tat-tressiq

8.4.2014

Avviż legali - Politika tal-privatezza